Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0244(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0480/2018

Testi mressqa :

A8-0480/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 31/01/2019 - 9.8

Testi adottati :

P8_TA(2019)0053

Testi adottati
PDF 270kWORD 83k
Il-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019 - Brussell Verżjoni finali
Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") *
P8_TA(2019)0053A8-0480/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") (COM(2018)0461 – C8-0379/2018 – 2018/0244(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0461),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0379/2018),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0480/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
(6)  Din id-Deċiżjoni l-ġdida għandha tenfasizza d-dettalji speċifiċi dwar il-kooperazzjoni ma' Greenland, bħalma hu l-objettiv li jinżammu r-rabtiet mill-qrib u dejjiema bejn l-Unjoni Ewropea, Greenland u d-Danimarka, ir-rikonoxximent tal-pożizzjoni ġeostrateġika ta' Greenland, u l-importanza ta' djalogu dwar il-politika bejn Greenland u l-Unjoni, l-eżistenza ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni u Greenland u l-kooperazzjoni potenzjali dwar kwistjonijiet tal-Artiku. Għandha twieġeb għall-isfidi globali, filwaqt li tippermetti l-iżvilupp ta' aġenda proattiva u l-kisba ta' interessi reċiproċi, b'mod partikolari, l-impatt dejjem jikber tat-tibdil fil-klima fuq l-attività tal-bniedem u l-ambjent, it-trasport marittimu, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, kif ukoll ir-riċerka u l-innovazzjoni.
(6)  Din id-Deċiżjoni l-ġdida għandha tenfasizza d-dettalji speċifiċi dwar il-kooperazzjoni ma' Greenland. Fl-2003, il-Kunsill irrikonoxxa li r-relazzjoni futura tal-Unjoni ma' Greenland wara l-2006 se tkun waħda bbażata fuq sħubija komprensiva għall-iżvilupp sostenibbli li tkun tinkludi ftehim speċifiku dwar is-sajd, negozjat skont ir-regoli u l-prinċipji ġenerali għal ftehimiet bħal dawn. Bl-istess mod, id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta' Greenland u dak tad-Danimarka, min-naħa l-oħra, dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u Greenland, iffirmata fi Brussell fid-19 ta' Marzu 2015, fakkret fir-rabtiet storiċi, politiċi, ekonomiċi u kulturali bejn l-Unjoni u Greenland u enfasizzat il-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni fuq il-bażi ta' interessi reċiproċi. Is-sħubija fl-ambitu ta' din id-deċiżjoni l-ġdida għandha għalhekk timmira li tippreserva r-rabtiet mill-qrib u dejjiema bejn l-Unjoni, Greenland u d-Danimarka, u għandha tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali billi tippermetti li tiġi żviluppata aġenda dinamika u li jinstabu l-interessi reċiproċi. Id-Deċiżjoni għandha tenfasizza d-dettalji speċifiċi dwar il-kooperazzjoni ma' Greenland, il-pożizzjoni ġeostrateġika ta' Greenland, l-importanza ta' djalogu politiku bejn Greenland u l-Unjoni, l-eżistenza ta' ftehim ta' sħubija dwar is-settur tas-sajd bejn l-Unjoni u Greenland u l-kooperazzjoni potenzjali dwar kwistjonijiet tal-Artiku. Din għandha, b'mod partikolari, tqis l-impatt li dejjem jiżdied tat-tibdil fil-klima fuq l-attività tal-bniedem u l-ambjent, it-trasport marittimu, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, kif ukoll ir-riċerka u l-innovazzjoni.
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 16
(16)  Filwaqt li jirrifletti fuq l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm ser jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet skont dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 20 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul l-implimentazzjoni tal-Programm u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha ta' nofs it-terminu u l-proċessi ta' rieżami.
(16)  Filwaqt li jirrifletti fuq l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm ser jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet skont dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 30 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul l-implimentazzjoni tal-Programm u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha ta' nofs it-terminu u l-proċessi ta' rieżami.
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 18
(18)  L-Unjoni u l-PTEE jirrikonoxxu l-importanza speċjali tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali li jwasslu għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE.
(18)  L-Unjoni u l-PTEE jirrikonoxxu l-importanza speċjali tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali li jwasslu għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE, speċjalment fit-territorji fejn il-livell globali tal-edukazzjoni huwa ferm baxx.
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 19
(19)  L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tqis u tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tad-diversità kulturali u tal-identità tal-PTEE.
(19)  L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tqis u tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tad-diversità kulturali u tal-identità tal-PTEE. Jenħtieġ ukoll li tagħti attenzjoni partikolari u tikkontribwixxi għall-promozzjoni u għar-rispett tad-drittijiet tal-popli indiġeni tal-PTEE.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 20
(20)  Il-kooperazzjoni rigward il-kummerċ u rigward il-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tikkontribwixxi għall-għan ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali.
(20)  Il-kooperazzjoni rigward il-kummerċ u rigward il-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tikkontribwixxi għall-għan ta' żvilupp ekonomiku, żvilupp soċjali u ħarsien ambjentali li huma sostenibbli, fuq il-mudell tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 21
(21)  Din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi regoli tal-oriġini aktar flessibbli, fosthom possibbiltajiet ġodda għal kumulu tal-oriġini. Il-kumulu għandu jkun possibbli biss mal-PTEE u mal-pajjiżi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE), iżda skont ċerti kundizzjonijiet, anke għall-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li magħhom l-Unjoni tapplika ftehim ta' kummerċ ħieles kif ukoll għal prodotti li jidħlu fl-Unjoni mingħajr dazju u mingħajr kwoti skont is-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati tal-Unjoni, li wkoll huma soġġetti għall-kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet huma neċessarji biex tiġi evitata ċ-ċirkumvenzjoni tal-kummerċ u jiġi żgurat l-iffunzjonar xieraq tal-ftehimiet ta' kumulu.
(21)  Din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi regoli tal-oriġini aktar flessibbli, fosthom possibbiltajiet ġodda għal kumulu tal-oriġini. Il-kumulu għandu jkun possibbli biss mal-PTEE u mal-pajjiżi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE), iżda skont ċerti kundizzjonijiet, anke għall-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li magħhom l-Unjoni tapplika ftehim ta' kummerċ ħieles kif ukoll għal prodotti li jidħlu fl-Unjoni mingħajr dazju u mingħajr kwoti skont is-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati tal-Unjoni, li wkoll huma soġġetti għall-kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet huma neċessarji għal unjoni kummerċjali aktar robusta u kapaċi li tevita ċ-ċirkumvenzjoni tal-kummerċ u tiżgura l-funzjonament xieraq tal-ftehimiet ta' kumulu.
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 25
(25)  Il-kooperazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tikkontribwixxi għall-bini ta' sistema finanzjarja aktar sikura, qawwija u trasparenti li hija essenzjali għat-titjib tal-istabbiltà finanzjarja globali u għall-irfid tal-iżvilupp sostenibbli. L-isforzi f'dak il-qasam għandhom jiffokaw fuq il-konverġenza ma' standards maqbula fil-livell internazzjonali u l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-PTEE mal-acquis tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Għandha tingħata l-attenzjoni xierqa għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-PTEE, inkluż fil-qasam tas-superviżjoni.
(25)  Il-kooperazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha timmira li tiġġieled kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa sabiex tikkontribwixxi għall-bini ta' sistema finanzjarja aktar sikura, qawwija u trasparenti li hija essenzjali għat-titjib tal-istabbiltà finanzjarja globali u għall-irfid tal-iżvilupp sostenibbli. L-isforzi f'dak il-qasam għandhom jiffokaw fuq il-konverġenza ma' standards maqbula fil-livell internazzjonali u l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-PTEE mal-acquis tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Għandha tingħata l-attenzjoni xierqa għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-PTEE, inkluż fil-qasam tas-superviżjoni.
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 32
(32)  Din id-Deċiżjoni għandha tirreferi, fejn meħtieġ, biex [ir-Regolament NDICI] (l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali ) għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni u b'hekk tiżgura l-koerenza fil-ġestjoni tal-istrumenti kollha.
imħassar
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni (l-"assoċjazzjoni"), li tikkostitwixxi sħubija, imsejsa fuq l-Artikolu 198 tat-TFUE, sabiex jingħata appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE kif ukoll jiġu promossi l-valuri u l-istandards tal-Unjoni mad-dinja.
1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni (l-"assoċjazzjoni"), li tikkostitwixxi sħubija, imsejsa fuq l-Artikolu 198 tat-TFUE, sabiex jingħata appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE kif ukoll jiġu promossi l-valuri, il-prinċipji u l-istandards tal-Unjoni mad-dinja.
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tissejjes fuq objettivi, prinċipji u valuri kondiviżi mill-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom u l-Unjoni.
1.  L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tissejjes fuq objettivi, prinċipji u valuri kondiviżi mill-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom u l-Unjoni. Hija tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli kif definiti fl-Aġenda 2030 kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 3
3.  Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-imsieħba għandhom jitmexxew mill-prinċipji tat-trasparenza, is-sussidjarjetà u l-ħtieġa ta' effiċjenza u għandhom jindirizzaw it-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE bl-istess mod: l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali.
3.  Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-imsieħba għandhom jitmexxew mill-prinċipji tat-trasparenza, is-sussidjarjetà u l-ħtieġa ta' effiċjenza u għandhom jindirizzaw it-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE bl-istess mod: l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u kulturali u l-ħarsien ambjentali.
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 4
4.  L-objettiv ġenerali ta' din id-Deċiżjoni hija l-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi u t-territorji extra Ewropej u l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejnhom u l-Unjoni fit-totalità tagħha. L-assoċjazzjoni għandha ssegwi dan l-objettiv ġenerali permezz tat-titjib tal-kompetittività tal-PTEE, it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-PTEE, it-tnaqqis tal-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali tagħhom u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejniethom u mal-imsieħba.
4.  Skont l-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 198 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-objettiv ġenerali ta' din id-Deċiżjoni hija l-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej u l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejnhom u l-Unjoni fit-totalità tagħha.
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt a
a)  It-trawwim u l-appoġġ tal-kooperazzjoni mal-PTEE,
imħassar
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt b
b)  li jkun hemm appoġġ u kooperazzjoni ma' Greenland fl-indirizzar tal-isfidi ewlenin tiegħu għal żieda fil-livell tal-edukazzjoni u biex jingħata kontribut għall-kapaċità tal-amministrazzjoni ta' Greenland biex jifformula u jimplimenta aħjar il-politiki nazzjonali.
b)  li jkun hemm appoġġ għall-PTEE fl-indirizzar tal-isfidi ewlenin li jħabbtu wiċċhom magħhom, inkluż il-livell tal-edukazzjoni fir-rigward ta' Greenland;
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)
(ba)  it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-PTEE billi titnaqqas il-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali tagħhom;
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt bb (ġdid)
(bb)  it-titjib fil-kompetittività tal-PTEE, li tinkludi l-istandards soċjali;
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt bc (ġdid)
(bc)  il-promozzjoni tal-kooperazzjoni tal-PTEE ma' msieħba oħra.
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 6
6.  Fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi, l-assoċjazzjoni għandha tirrispetta l-prinċipji fundamentali tal-libertà, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli, li kollha kemm huma huma komuni għall-PTEE u għall-Istati Membri li huma marbuta magħhom.
6.  Fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi, l-assoċjazzjoni għandha tirrispetta l-prinċipji fundamentali tad-demokrazija, approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli, li kollha kemm huma huma komuni għall-PTEE u għall-Istati Membri li huma marbuta magħhom. Dan jgħodd ukoll għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza, oriġini etnika, reliġjon, diżabbiltà, età, orjentazzjoni sesswali u ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
Minħabba l-kapaċitajiet amministrattivi u umani limitati tal-PTEE, il-Kummissjoni għandha tqis dan kif xieraq fil-proċess tal-ipprogrammar u tal-implimentazzjoni u, b'mod partikolari, fl-adozzjoni tal-linji gwida tagħha.
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a
(a)  id-diversifikazzjoni ekonomika tal-ekonomiji tal-PTEE, fosthom l-integrazzjoni ulterjuri tagħhom fl-ekonomija dinjija u dik reġjonali; fil-każ speċifiku ta' Greenland, il-ħtieġa li jiżdiedu l-ħiliet fil-forza tax-xogħol tiegħu.
(a)  id-diversifikazzjoni ekonomika sostenibbli tal-ekonomiji tal-PTEE, fosthom l-integrazzjoni ulterjuri tagħhom fl-ekonomija dinjija u dik reġjonali; fil-każ speċifiku ta' Greenland, il-ħtieġa li jiżdiedu l-ħiliet fil-forza tax-xogħol tiegħu.
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)   il-promozzjoni ta' mudell soċjali ta' kwalità;
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e
e)  il-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riksju ta' diżastri;
e)  il-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri b'kunsiderazzjoni tal-prijoritajiet definiti fil-Qafas ta' Sendai għall-perjodu 2015-2030;
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)
(ha)  il-kwistjonijiet relatati mal-Karibew u l-Paċifiku.
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Għal dan il-għan, l-Unjoni u l-PTEE jistgħu jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattika jew jistabbilixxu kwalunkwe sura oħra ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib ma' sħab oħrajn fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tal-PTEE f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, fejn xieraq permezz ta' ftehimiet internazzjonali.
2.  Għal dan il-għan, l-Unjoni u l-PTEE jistgħu jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattika jew jistabbilixxu kwalunkwe sura oħra ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib ma' sħab oħrajn fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tal-PTEE f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, fejn xieraq permezz ta' ftehimiet internazzjonali, sabiex jikkontribwixxu għall-integrazzjoni armonjuża tal-PTEE fl-ambjent ġeografiku rispettiv tagħhom.
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħrajn fl-oqsma tal-kooperazzjoni stabbilita fil-Partijiet II u III ta' din id-Deċiżjoni. F'dak ir-rigward, l-objettiv tal-assoċjazzjoni hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi, imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, l-istati u territorji tal-AKP u mhux tal-AKP. Sabiex tikseb dan l-objettiv, l-Unjoni għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programmi rilevanti tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tfittex li tassoċja l-PTEE fl-organi tagħhom ta' djalogu mal-pajjiżi ġirien tagħhom, sew jekk ikunu Stati u territorji tal-AKP kif ukoll dawk mhux tal-AKP, u mar-reġjuni ultraperiferiċi, fejn xieraq.
3.  L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħrajn fl-oqsma tal-kooperazzjoni stabbilita fil-Partijiet II u III ta' din id-Deċiżjoni. F'dak ir-rigward, l-objettiv tal-assoċjazzjoni hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi, imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, l-istati u territorji tal-AKP u mhux tal-AKP. Sabiex tikseb dan l-objettiv, l-Unjoni għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programmi rilevanti tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tassoċja l-PTEE fl-organi tagħhom ta' djalogu mal-pajjiżi ġirien tagħhom, sew jekk ikunu Stati u territorji tal-AKP u sew jekk ma jkunux, u mar-reġjuni ultraperiferiċi fejn xieraq, billi tipproponi li tagħtihom l-istatus ta' osservatur.
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)
(aa)  it-tisħiħ tal-kapaċità tal-PTEE li jinfluwenzaw l-adozzjoni ta' strateġiji reġjonali li jqisu l-ispeċifiċitajiet tagħhom, il-potenzjal tagħhom u l-perspettiva Ewropea tal-PTEE;
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 9 – titolu
Trattament speċifiku
Trattament speċifiku għal PTEE iżolati
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Trattament speċifiku għall-PTEE l-inqas żviluppati
1.  L-assoċjazzjoni għandha tqis id-diversità tal-PTEE f'termini tal-livell tal-iżvilupp tagħhom u tal-limiti strutturali tagħhom.
2.  Għandu jiġi definit trattament speċifiku għall-PTEE l-inqas żviluppati.
3.  Sabiex il-PTEE l-anqas żviluppati jkunu jistgħu jirkupraw id-dewmien fl-iżvilupp tagħhom, u jiffaċċjaw il-limitazzjonijiet strutturali permanenti tagħhom, l-ispeċifiċitajiet tagħhom għandhom jitqiesu kif xieraq meta jiġi determinat il-volum tal-assistenza finanzjarja kif ukoll il-kundizzjonijiet marbuta ma' din l-għajnuna.
4.  Il-PTEE meqjus bħala l-inqas żviluppat huwa t-Territorju tal-Gżejjer Wallis u Futuna.
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  L-assoċjazzjoni għandha tissejjes fuq djalogu u konsultazzjoni wiesa' dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku bejn il-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom u l-Kummissjoni u, fejn xieraq, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).
1.  L-assoċjazzjoni għandha tissejjes fuq djalogu fuq firxa wiesgħa u konsultazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku bejn il-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew u, fejn xieraq, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 12 – titolu
Responsabbiltajiet tal-atturi mhux governattivi
Responsabbiltajiet tas-soċjetà ċivili u tal-atturi mhux governattivi
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  L-atturi mhux governattivi jista' jkollhom rwol fl-iskambju ta' informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni, b'mod partikolari għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' assistenza għal kooperazzjoni, proġetti u programmi. Huma jistgħu jirċievu deroga ta' setgħat ta' ġestjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi għall-fini li jingħata appoġġ għal inizjattivi ta' żvilupp lokali.
1.  Is-soċjetà ċivili, is-settur privat u l-atturi mhux governattivi jista' jkollhom rwol fl-iskambju ta' informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni, b'mod partikolari għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' assistenza għal kooperazzjoni, proġetti u programmi. Huma jistgħu jirċievu deroga ta' setgħat ta' ġestjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi għall-fini li jingħata appoġġ għal inizjattivi ta' żvilupp lokali.
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 3
3.  Id-djalogu għandu jippermetti lill-PTEE biex jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-assoċjazzjoni.
3.  Id-djalogu għandu jippermetti lill-PTEE biex jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-assoċjazzjoni kif ukoll fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji reġjonali tal-Unjoni fiż-żoni fejn jinsabu l-PTEE.
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 4
4.  Id-djalogu għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet politiċi ta' interess reċiproku jew ta' sinifikat ġenerali għall-ksib tal-objettivi tal-assoċjazzjoni.
4.  Id-djalogu għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet politiċi ta' interess reċiproku jew ta' sinifikat ġenerali biex jinkisbu kemm l-objettivi tal-assoċjazzjoni kif ukoll l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli.
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 5
5.  Id-djalogu ma' Greenland għandu, b'mod partikulari, jipprovdi l-bażi għal kooperazzjoni u djalogu wesgħin f'oqsma li jikkonċernaw, fost oħrajn, l-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, it-trasport marittimu, ir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll id-dimensjoni tal-Artiku ta' dawk il-kwistjonijiet.
5.  Id-djalogu ma' Greenland għandu, b'mod partikulari, jipprovdi l-bażi għal kooperazzjoni u djalogu wesgħin f'oqsma li jikkonċernaw, fost oħrajn, l-edukazzjoni, l-enerġija, it-tibdil fil-klima, l-ambjent, in-natura, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, it-trasport marittimu, ir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll id-dimensjoni tal-Artiku ta' dawk il-kwistjonijiet.
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Id-djalogu mal-PTEE tal-Karibew b'mod partikolari għandu jservi biex tissaħħaħ l-istrateġija Ewropea fir-reġjun tal-Karibew u biex ikun hemm kooperazzjoni fuq kwistjonijiet relatati mal-bijodiversità, mat-tibdil fil-klima, mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi, mal-prevenzjoni u mal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, mad-dimensjoni soċjali kif ukoll mal-promozzjoni ta' governanza tajba, speċjalment fil-qasam tat-tassazzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  Id-djalogu mal-PTEE tal-Paċifiku għandu jservi b'mod partikolari biex tiġi definita u implimentata strateġija Ewropea ambizzjuża fir-reġjun tal-Paċifiku billi tissaħħaħ il-preżenza Ewropea, u biex ikun hemm kooperazzjoni b'mod partikolari fuq il-kwistjonijiet soċjali, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u tal-art, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, l-ambjent u l-ekonomija blu.
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a
a)  il-forum għad-djalogu bejn il-PTEE u l-UE (il-"forum PTEE-UE"), għandu jiltaqa' kull sena biex ilaqqa' l-awtoritajiet tal-PTEE, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-membri tal-Parlament Ewropew, ir-rappreżentanti tal-BEI, u r-rappreżentanti tal-reġjuni ultraperiferiċi għandhom, fejn xieraq, ikunu assoċjati mal-Forum PTEE-UE;
a)  il-forum għad-djalogu politiku bejn il-PTEE u l-UE (il-"forum PTEE-UE"), għandu jiltaqa' kull sena biex ilaqqa' l-awtoritajiet tal-PTEE, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Presidenza tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew. L-assoċjazzjoni tal-PTEE (OCTA), ir-rappreżentanti tal-BEI, u r-rappreżentanti tar-reġjuni ultraperiferiċi u r-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew ta' territorji ġirien tal-PTEE għandhom, fejn xieraq, ikunu assoċjati mal-Forum PTEE-UE;
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b
b)  fuq bażi regolari, il-Kummissjoni, il-PTEE u l-Istati Membri li l-PTEE għandhom rabtiet magħhom għandu jkollhom konsultazzjonijiet trilaterali. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu organizzati tal-inqas tliet darbiet fis-sena fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba tal-PTEE u tal-Istat Membru li jkollu rabtiet miegħu;
b)  fuq bażi regolari, il-Kummissjoni, il-PTEE u l-Istati Membri li l-PTEE għandhom rabtiet magħhom għandu jkollhom konsultazzjonijiet trilaterali. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu organizzati tal-inqas erba' darbiet fis-sena fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba tal-PTEE u tal-Istat Membru li jkollu rabtiet miegħu;
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Parti II – kapitolu 1 – titolu
IL-KWISTJONIJIET AMBJENTALI, IT-TIBDIL FIL-KLIMA, L-OĊEANI U T-TNAQQIS TA' DIŻASTRI
IL-KWISTJONIJIET AMBJENTALI, IT-TIBDIL FIL-KLIMA, L-OĊEANI U T-TNAQQIS TAR-RISKJI TA' DIŻASTRI
Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ambjent, it-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri tista' tikkonċerna:
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ambjent, it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u t-titjib fir-reżiljenza tista' tikkonċerna:
Emenda 41
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c
(c)  il-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi u l-effiċjenza fl-użu tagħhom, u li jiġi mħeġġeġ id-diżakkoppjament tat-tkabbir ekonomiku mid-degradazzjoni ambjentali; et
(c)  il-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi u l-effiċjenza fl-użu tagħhom, bil-għan li tinkiseb ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ibbażata fuq strateġiji għal tranżizzjoni ġusta; et
Emenda 42
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)   l-indirizzar ta' problemi relatati mad-degradazzjoni tal-art, speċjalment iż-żieda fil-livelli tal-baħar u l-kontaminazzjoni tal-ħamrija.
Emenda 43
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 17 – paragrafu 1
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-immaniġġar sostenibbli tal-foresti tista' tikkonċerna l-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-immaniġġar sostenibbli ta' foresti, inkluż ir-rwol tagħhom fil-konservazzjoni tal-ambjent mill-erożjoni u l-kontroll tad-deżertifikazzjoni, l-afforestazzjoni u l-immaniġġar tal-esportazzjonijiet tal-injam.
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-immaniġġar sostenibbli tal-foresti tista' tikkonċerna l-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-immaniġġar sostenibbli ta' foresti, inkluż ir-rwol tagħhom fil-konservazzjoni tal-ambjent mill-erożjoni u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, l-afforestazzjoni u l-immaniġġar tal-esportazzjonijiet tal-injam, u l-ġlieda kontra l-isfruttament illegali tal-foresti.
Emenda 44
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b
(b)  it-tlaqqigħ ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjali bħas-sajd u l-akwakultura, it-turiżmu, it-trasporti marittimi u l-agrikoltura mal-potenzjal ta' żoni kostali u tal-baħar f'termini ta' enerġija rinnovabbli, materja prima, filwaqt li jitqiesu l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-attivitajiet tal-bniedem.
(b)  it-tlaqqigħ ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjali bħas-sajd u l-akwakultura, it-turiżmu, it-trasporti marittimi u l-agrikoltura sostenibbli mal-potenzjal ta' żoni kostali u tal-baħar f'termini ta' enerġija rinnovabbli, materja prima, filwaqt li jitqiesu l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-attivitajiet tal-bniedem.
Emenda 45
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt c
(c)  l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-ħarsien ambjentali;
(c)  l-iżvilupp u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll tal-ħarsien soċjali u ambjentali;
Emenda 46
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b
(b)  tikkontribwixxi għall-isforzi tal-pajjiżi sħab biex iwettqu l-impenji tagħhom dwar il-bidla fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima
(b)  tikkontribwixxi għall-isforzi tal-pajjiżi sħab biex iwettqu l-impenji tagħhom dwar il-bidla fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima u l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli;
Emenda 47
Proposta għal deċiżjoni
Parti II – kapitolu 4 – titolu
ŻGĦAŻAGĦ, EDUKAZZJONI, TAĦRIĠ, SAĦĦA, IMPJIEGI, SIGURTÀ SOĊJALI, IS-SIKUREZZA TAL-IKEL U S-SIKUREZZA TAL-IKEL
ŻGĦAŻAGĦ, NISA, EDUKAZZJONI, TAĦRIĠ, SAĦĦA, IMPJIEGI, SIGURTÀ SOĊJALI, IS-SIKUREZZA TAL-IKEL U S-SIGURTÀ TAL-IKEL
Emenda 48
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 32 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkooperaw bil-għan li jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol sabiex jiġġieldu kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ.
Emenda 49
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 32a (ġdid)
Artikolu 32a
Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa
1.  L-Unjoni għandha tfittex li tippromwovi l-ugwaljanza u l-ekwità bejn in-nisa u l-irġiel fil-PTEE, kif ukoll it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u opportunitajiet politiċi u ekonomiċi ndaqs għan-nisa.
2.  L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tipproteġi d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, b'mod partikolari kontra kull forma ta' vjolenza.
3.  L-assoċjazzjoni għandha wkoll l-għan li tippromwovi t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, b'mod partikolari fir-rwoli tagħhom ta' atturi fl-iżvilupp sostenibbli u fl-ambjent ekonomiku u finanzjarju.
L-inizjattivi kollha għandhom jinkorporaw id-dimensjoni tal-ġeneru.
Emenda 50
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-appoġġ lill-PTEE fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali.
(b)  l-appoġġ lill-PTEE fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali; u
Emenda 51
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33 - paragrafu 1 - punt ba (ġdid)
(ba)   l-appoġġ għall-parteċipazzjoni u l-aċċess tal-PTEE għall-programm Erasmus+, billi titħeġġeġ u tiżdied il-mobilità tal-benefiċjarji potenzjali tiegħu minn u lejn il-PTEE.
Emenda 52
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – titolu
Arti tal-ispettaklu
Belle arti
Emenda 53
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-arti tal-ispettaklu tista' tikkonċerna:
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-belle arti tista' tikkonċerna:
Emenda 54
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a
a)  il-faċilitazzjoni ta' aktar kuntatti bejn il-prattikanti ta' arti tal-ispettaklu f'oqsma bħall-iskambji professjonali u taħriġ fosthom il-parteċipazzjoni f'udjenzi bi prova, l-iżvilupp ta' netwerks u l-promozzjoni tan-netwerking;
a)  il-faċilitazzjoni ta' aktar kuntatti bejn il-prattikanti tal-belle arti f'oqsma bħall-iskambji professjonali u taħriġ fosthom il-parteċipazzjoni f'udjenzi bi prova, l-iżvilupp ta' netwerks u l-promozzjoni tan-netwerking permezz ta' appoġġ finanzjarju adegwat;
Emenda 55
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  il-promozzjoni tal-produzzjonijiet artistiċi tal-PTEE fl-Unjoni;
Emenda 56
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam ta' wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u monumenti storiċi għandha l-għan li tippromwovi skambji ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki permezz ta':
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam ta' wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u monumenti storiċi għandha l-għan li tippromwovi skambji ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki u l-valorizzazzjoni sostenibbli tas-siti permezz ta':
Emenda 57
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  it-titjib fl-għarfien kif ukoll il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-wirt kulturali tanġibbli u mhux tanġibbli tal-PTEE.
Emenda 58
Proposta għal deċiżjoni
Parti II – kapitolu 6 – titolu
IL-ĠLIEDA KONTRA L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA
IL-PROMOZZJONI TAL-ISTAT TAD-DRITT
Emenda 59
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu -40 a (ġdid)
Artikolu -40 a
Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt
1.  L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tippromwovi l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali li fuqhom hija bbażata, permezz tad-djalogu u tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE.
2.  Il-PTEE bħala ċentri mbiegħda avvanzati tal-Unjoni huma atturi ewlenin fit-tixrid tal-valuri u tal-prinċipji tal-Unjoni fir-reġjuni rispettivi tagħhom.
Emenda 60
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 41 – titolu
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar ta' bnedmin, abbuż sesswali mit-tfal u l-isfruttament sesswali, it-terroriżmu u l-korruzzjoni
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar ta' bnedmin, abbuż sesswali mit-tfal u l-isfruttament sesswali, it-terroriżmu u l-korruzzjoni u l-prevenzjoni korrispondenti tagħhom
Emenda 61
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-kriminalità organizzata tista' tikkonċerna:
1.  Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-prevenzjoni tagħha tista' tikkonċerna:
Emenda 62
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 42a (ġdid)
Artikolu 42a
Negozjar ta' ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi
Meta negozjar ta' ftehimiet kummerċjali jew tas-sajd ma' pajjiżi terzi jhedded li jikkawża ħsara serja lill-integrazzjoni reġjonali jew lil setturi sensittivi tal-PTEE, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt, filwaqt li tqis l-impatt kumulattiv ta' dawn il-ftehimiet fuq l-ekonomiji tal-PTEE. Ladarba titlesta din l-analiżi, il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-riżultati tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet governattivi u lokali tal-PTEE qabel il-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali kkonċernati.
Emenda 63
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 53 – paragrafu 2
2.  Kooperazzjoni relatata mal-kummerċ għandha jkollha l-għan li tappoġġa l-objettivi aħħarija tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan jista' jestendi wkoll għal kooperazzjoni dwar oqsma oħra relatati mal-kummerċ ta' ftehimiet ambjentali multilaterali, bħall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ għall-Ispeċijiet fil-Periklu.
2.  Kooperazzjoni relatata mal-kummerċ għandu jkollha l-għan li tappoġġa l-objettivi aħħarija tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli. Dan jista' jestendi wkoll għal kooperazzjoni dwar oqsma oħra relatati mal-kummerċ ta' ftehimiet ambjentali multilaterali, bħall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ għall-Ispeċijiet fil-Periklu.
Emenda 64
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt 4
4.  għajnuna mogħtija permezz ta' riżorsi tal-istat minn PTEE li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi, sa fejn dan għandu effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment.
imħassar
Emenda 65
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 70 – paragrafu 1
L-Unjoni u l-PTEE se jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jaraw li fit-territorju tagħhom jiġu implimentati u applikati l-istandards li dwarhom hemm qbil internazzjonali għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji u fil-ġlieda kontra l-evazjoni u l-iskartar tat-taxxa. "Il-Prinċipji għal Superviżjoni Effettiva tal-Banek" tal-Kumitat ta' Basilea, "Il-Prinċipji Ewlenija tal-Assigurazzjoni" tal-Assoċjazzjonijiet Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni, "L-Objettivi u l-Prinċipji tar-Regolament dwar it-Titoli" tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, "Il-Ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa" tal-OECD, "Id-Dikjarazzjoni dwar it-Trasparenza u l-iskambju ta' Informazzjoni għal finijiet fiskal tal-G20, "l-Attributi Ewlenin tas-Sistemi ta' Riżoluzzjoni Effettivi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji" tal-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja.
L-Unjoni u l-PTEE se jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jaraw li fit-territorju tagħhom jiġu implimentati u applikati l-istandards li dwarhom hemm qbil internazzjonali għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji u fil-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa. "Il-Prinċipji għal Superviżjoni Effettiva tal-Banek" tal-Kumitat ta' Basilea, "Il-Prinċipji Ewlenija tal-Assigurazzjoni" tal-Assoċjazzjonijiet Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni, "L-Objettivi u l-Prinċipji tar-Regolament dwar it-Titoli" tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, "Il-Ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa" tal-OECD, "Id-Dikjarazzjoni dwar it-Trasparenza u l-iskambju ta' Informazzjoni għal finijiet fiskal tal-G20, "l-Attributi Ewlenin tas-Sistemi ta' Riżoluzzjoni Effettivi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji" tal-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja jew saħansitra l-Konvenzjoni tan-NU Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-protokolli tagħha.
Emenda 66
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt a
a)  riżorsi finanzjarji xierqa u assistenza teknika adegwata bil-għan tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-PTEE li jifformulaw u jimplimentaw oqfsa strateġiċi u regolatorji;
a)  riżorsi finanzjarji xierqa u assistenza teknika adegwata fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni bil-għan tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-PTEE li jifformulaw u jimplimentaw oqfsa strateġiċi u regolatorji;
Emenda 67
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt b
b)  finanzjament fit-tul għall-promozzjoni tat-tkabbir tas-settur privat;
b)  finanzjament fit-tul fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni għall-promozzjoni tat-tkabbir tas-settur privat;
Emenda 68
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt c
c)  fejn xieraq, Programmi oħrajn tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti skont din id-Deċiżjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Din id-Deċiżjoni tista' tikkontribwixxi wkoll għal miżuri stabbiliti skont Programmi oħra tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. F'każijiet bħal dawn, il-programm ta' ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta' regoli għandu jiġi applikat.
c)  finanzjamenti addizzjonali permezz ta' Programmi oħrajn tal-Unjoni li jippermettu li jingħata kontribut għal azzjonijiet stabbiliti skont din id-Deċiżjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. F'każijiet bħal dawn, il-programm ta' ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta' regoli għandu jiġi applikat.
Emenda 69
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 72 – paragrafu 1a (ġdid)
Din id-Deċiżjoni tista' tikkontribwixxi wkoll għal miżuri stabbiliti skont programmi oħra tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. F'każijiet bħal dawn, il-programm ta' ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta' regoli għandu jiġi applikat.
Emenda 70
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 73 – paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-Programm għall-perjodu 2021-2027, għandu jkun ta' EUR 500 000 000, f'termini ta' prezzijiet attwali.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-Programm għall-perjodu 2021-2027, għandu jkun ta' EUR 669 000 000, f'termini ta' prezzijiet attwali.
Emenda 71
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 74 – paragrafu 1 – punt a
a)  "għajnuna programmabbli" tfisser l-għajnuna li ma titħallasx lura lill-PTEE għall-finanzjament ta' strateġiji u prijoritaijet territorjali u reġjonali stabbiliti fid-dokumenti ta' pprogrammar;
a)  "għajnuna programmabbli" tfisser l-għajnuna li ma titħallasx lura lill-PTEE għall-finanzjament ta' strateġiji u prijoritaijet territorjali, reġjonali u intrareġjonali, fejn xieraq, stabbiliti fid-dokumenti ta' pprogrammar;
Emenda 72
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 74 – paragrafu 1 – punt g
g)  "allokazzjoni intrareġjonali" tfisser l-ammont — fi ħdan l-allokazzjoni reġjonali — allokat għall-għajnuna programmabbli sabiex tiffinanzja l-istrateġiji u l-prijoritajiet ta' kooperazzjoni intrareġjonali li jinvolvu tal-inqas PTEE wieħed jew wieħed jew bosta diversi reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE u/jew Stat wieħed jew aktar tal-AKP u/jew Stat mhux tal-AKP u territorji.
g)  "allokazzjoni intrareġjonali" tfisser l-ammont — fi ħdan l-allokazzjoni reġjonali — allokat għall-għajnuna programmabbli sabiex jiffinanzja l-istrateġiji u l-prijoritajiet ta' kooperazzjoni intrareġjonali li jinvolvu l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 82 ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 73
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 74a (ġdid)
Artikolu 74a
Prinċipju ġenerali
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a ("ir-Regolament Finanzjarju") u l-objettivi u l-prinċipji ta' din id-Deċiżjoni.
___________________
1aRegolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Emenda 74
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 75 – paragrafu 3 – punt a
a)  tiġi implimentata b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi ġeografiċi, soċjali u kulturali rispettivi tal-PTEE, kif ukoll tal-potenzjal speċifiku tagħhom;
a)  tiġi implimentata b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi demografiċi, ġeografiċi, ekonomiċi u finanzjarji, ambjentali, soċjali u kulturali rispettivi tal-PTEE, kif ukoll tal-potenzjal speċifiku tagħhom;
Emenda 75
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 75 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jingħata bit-tipi ta' finanzjament previsti fir-Regolament Finanzjarju, u b'mod partikolari permezz ta':
(a)  sussidji;
(b)  kuntratti pubbliċi għal servizzi, provvisti jew xogħlijiet;
(c)  appoġġ baġitarju;
(d)  kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju;
(e)  strumenti finanzjarji;
(f)  garanziji baġitarji;
(g)  finanzjamenti mħallta;
(h)  assistenza finanzjarja;
(i)  esperti esterni mħallsa.
Bħala parti mill-għajnuna programmabbli, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni prinċipalment tieħu l-forma ta' appoġġ baġitarju għall-PTEE.
L-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni tista' wkoll tiġi pprovduta, skont ir-Regolament Finanzjarju, permezz ta' kontribuzzjonijiet għal fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, mill-Istati Membri, minn pajjiżi u reġjuni msieħba, jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex jiġu attirati finanzjamenti konġunti minn diversi donaturi, jew minn fondi stabbiliti minn donatur wieħed jew aktar għat-twettiq konġunt ta' proġetti.
L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, direttament mid-dipartimenti tagħha, mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-aġenziji eżekuttivi, fil-qafas ta' ġestjoni konġunta mal-Istati Membri, jew indirettament billi jiġu fdati kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lill-entitajiet elenkati fir-Regolament Finanzjarju. Dawn l-entitajiet għandhom jiżguraw il-kompatibbiltà mal-politika esterna tal-Unjoni u jistgħu jafdaw kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lil entitajiet oħra, b'termini ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-Kummissjoni.
L-azzjonijiet iffinanzjati jistgħu jiġu implimentati permezz ta' kofinanzjament parallel jew konġunt. Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni għandha tinqasam f'bosta komponenti identifikabbli b'mod ċar, li kull wieħed minnhom għandu jiġi ffinanzjat mill-imsieħba ta' kofinanzjament differenti sabiex jiġi żgurat li d-destinazzjoni tal-finanzjament tibqa' dejjem identifikabbli. Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, l-ispiża totali ta' azzjoni għandha tinqasam bejn l-imsieħba li jipprovdu l-kofinanzjament u r-riżorsi għandhom jiġu akkomunati b'mod li ma jibqax aktar possibbli li jkun identifikat is-sors ta' finanzjament ta' kwalunkwe attività speċifika mwettqa bħala parti mill-azzjoni. F'każ bħal dan, il-pubblikazzjoni sussegwenti tal-ftehimiet tal-għotja u tal-kuntratti pubbliċi, kif imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju, għandha tirrispetta r-regoli tal-entità responsabbli, fejn applikabbli.
Il-finanzjament tal-UE la għandu jiġġenera u lanqas jixpruna l-ġbir ta' taxxi, dazji jew tariffi speċifiċi.
Emenda 76
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 75 a (ġdid)
Artikolu 75a
Differimenti, pagamenti akkont annwali, approprjazzjonijiet ta' impenn, rimborżi u riċevuti minn strumenti finanzjarji
1.  Flimkien mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-pagamenti mhux użati taħt din id-Deċiżjoni għandhom jiġu trasferiti b'mod awtomatiku u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja sussegwenti. L-ammont diferit għandu jintuża bħala prijorità matul is-sena finanzjarja sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-approprjazzjonijiet ta' impenn trasferiti f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament Finanzjarju.
2.  Minbarra r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju dwar id-disponibbiltà mill-ġdid ta' approprjazzjonijiet, l-approprjazzjonijiet ta' impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta' diżimpenji magħmula wara n-nuqqas totali jew parzjali ta' implimentazzjoni ta' azzjoni taħt din id-Deċiżjoni għandhom jerġgħu jsiru disponibbli għall-benefiċċju tal-linja baġitarja oriġinali. Kwalunkwe referenza għall-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju fl-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għandha tinftiehem li tinkludi referenza għal dan il-paragrafu għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.
3.  L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq bosta snin f'pagamenti akkont annwali, f'konformità mal-Artikolu 112(2) tar-Regolament Finanzjarju.
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju ma japplikax għal tali azzjonijiet pluriennali. Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b'mod awtomatiku kwalunkwe parti ta' impenn baġitarju relatat ma' azzjoni li, sal-31 ta' Diċembru tal-ħames sena ta' wara s-sena li fiha jkun ġie adottat l-impenn baġitarju, ma jkunx intuża għall-pagament prefinanzjament jew għal pagamenti interim jew għal pagament li għalih ma tkun tressqet ebda dikjarazzjoni ċertifikata ta' nfiq jew ebda pretensjoni għall-pagament.
Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-pagamenti annwali.
Emenda 77
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 76 – paragrafu 1 – punt b
b)  żvilupp istituzzjonali, bini ta' kapaċità u integrazzjoni tal-aspetti ambjentali;
b)  żvilupp istituzzjonali, bini ta' kapaċità u integrazzjoni tal-aspetti ambjentali, tal-ġeneru u tal-governanza tajba;
Emenda 78
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 77 – paragrafu 2
2.  L-Unjoni għandha tappoġġa l-isforzi tal-PTEE fl-iżvilupp ta' dejta statistika affidabbli dwar dawn l-oqsma.
2.  L-Unjoni għandha tappoġġa l-isforzi tal-PTEE fl-iżvilupp ta' dejta statistika affidabbli u pubblikament aċċessibbli dwar dawn l-oqsma.
Emenda 79
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 77 – paragrafu 3
3.  L-Unjoni tista' tappoġġa l-PTEE fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-komparabbiltà tal-indikaturi makroekonomiċi tagħhom.
3.  L-Unjoni tista' tappoġġa l-PTEE fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-komparabbiltà tal-indikaturi makroekonomiċi tagħhom, b'mod partikolari billi tiffaċilita l-analiżi tal-PGD tal-PTEE permezz tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist jekk din tkun disponibbli.
Emenda 80
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 78 – paragrafu 1
1.  Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-finanzjament mill-Unjoni jista' jkopri n-nefqa ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għall-ilħuq tal-objettivi tagħha, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat ma' preparazzjoni, segwitu, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għal tali implimentazzjoni, kif ukoll nefqa fil-kwartieri ġenerali u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ amministrattiv meħtieġa għall-programm, u għall-ġestjoni ta' operazzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, inklużi l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, u sistemi tat-teknoloġija u tal-informazzjoni korporattiva.
1.  Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-finanzjament mill-Unjoni jista' jkopri n-nefqa ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għall-ilħuq tal-objettivi tagħha, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat ma' preparazzjoni, segwitu, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għal tali implimentazzjoni.
Emenda 81
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 79
Artikolu 79
imħassar
Prinċipju ġenerali
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata f'konformità mal-objettivi u l-prinċipji ta' din id-Deċiżjoni, ir-Regolament Finanzjarju, u [ir-Regolament NDICI] b'mod partikolari, it-Titolu II, Kapitolu I, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 13, 14(1), 14(4) u 15, il-Kapitolu III, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 21(2), 21(2) (a) u (b) u 21(3), u tal-Kapitolu V bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 31(1), 31(4), 31(6), 31(9) u 32(3). Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 80 ta' din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 21(2)(c) tar-[Regolament NDICI].
Emenda 82
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 79a (ġdid)
Artikolu 79a
Adozzjoni ta' dokumenti ta' programmar
1.  Fil-qafas tas-sħubija bejn l-Unjoni u l-PTEE, l-awtoritajiet tal-PTEE għandhom ikunu responsabbli mill-formulazzjoni u mill-adozzjoni ta' politiki settorjali fl-oqsma ewlenin ta' kooperazzjoni msemmija fil-Parti II ta' din id-Deċiżjoni filwaqt li jiżguraw il-monitoraġġ adegwat tagħhom.
Fuq din il-bażi, kull PTEE għandu jipprepara u jippreżenta dokument ta' programmar għall-iżvilupp sostenibbli tat-territorju tiegħu. Dan id-dokument ta' programmar għandu jipprovdi qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE kkonċernat, li jirrispetta l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politiki tal-Unjoni.
Kull dokument ta' programmar għandu jiddefinixxi:
–  preżentazzjoni qasira tal-kuntest politiku, ekonomiku, soċjali, kulturali u ambjentali tal-PTEE;
–  deskrizzjoni qasira tal-Istrateġija ta' Żvilupp Sostenibbli tal-PTEE (Aġenda 2030) li tidentifika l-prijoritajiet għall-PTEE u l-mod kif biħsiebu jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi ta' Żvilupp Sostenibbli;
–  l-oqsma prijoritarji magħżula għall-finanzjament tal-Unjoni;
–  l-objettivi speċifiċi;
–  ir-riżultati mistennija;
–  indikaturi tal-prestazzjoni ċari u speċifiċi;
–  l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm fil-livell globali kif ukoll skont il-qasam prijoritarju;
–  kalendarju indikattiv.
2.  Id-dokument ta' programmar għandu jibni fuq l-esperjenza miksuba u l-prattiki tajba, u għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjonijiet mas-soċjetà ċivili, mal-awtoritajiet lokali u ma' atturi oħra, kif ukoll fuq djalogu magħhom sabiex jiġu żgurati l-involviment suffiċjenti min-naħa tagħhom u l-ħidma ulterjuri fuq id-dokument indikattiv ta' programmar.
3.  L-abbozz ta' dokument ta' programmar għandu jkun s-suġġett ta' skambju ta' fehmiet bejn l-awtoritajiet ta' kull PTEE, l-Istat Membru konness miegħu u l-Kummissjoni. L-awtoritajiet tal-PTEE għandhom ikunu responsabbli mill-finalizzazzjoni tad-dokument ta' programmar. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika fil-linji gwida l-arranġamenti ta' programmar għall-PTEE b'mod li tippermetti l-approvazzjoni rapida tad-dokumenti ta' programmar.
4.  Ladarba jkun iffinalizzat, id-dokument ta' programmar għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni, li għandha tivverifika li dan ikun konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni u mal-politiki rilevanti tal-Unjoni, u li jkun fih l-elementi kollha meħtieġa għall-adozzjoni tad-deċiżjoni finanzjarja annwali. L-awtoritajiet tal-PTEE għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa, inklużi r-riżultati ta' kwalunkwe studju ta' fattibbiltà mwettaq, għall-finijiet ta' din il-verifika.
5.  Id-dokument ta' programmar għandu jkun approvat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 88(5) ta' din id-Deċiżjoni.
Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għal rieżamijiet sostanzjali li jkollhom l-effett li jbiddlu b'mod sinifikanti l-istrateġija jew il-programmar.
Il-proċedura ta' eżami ma għandhiex tapplika għal bidliet mhux sostanzjali fid-dokument indikattiv ta' programmar li jinvolvu aġġustamenti tekniċi, ir-riallokazzjoni ta' fondi fl-allokazzjonijiet indikattivi skont il-qasam prijoritarju, jew żieda jew tnaqqis fl-ammont tal-allokazzjoni indikattiva inizjali ta' inqas minn 20 %, dment li dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji jew l-objettivi stabbiliti fid-dokument indikattiv ta' programmar. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawn il-bidliet mhux sostanzjali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni rilevanti.
Emenda 83
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 79b (ġdid)
Artikolu 79b
Pjanijiet ta' azzjoni u miżuri
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta' azzjoni jew miżuri annwali jew pluriennali. Il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta' miżuri partikolari, miżuri speċjali, miżuri ta' appoġġ jew miżuri ta' assistenza eċċezzjonali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jispeċifikaw, għal kull azzjoni, l-għanijiet mixtieqa, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet ewlenin, il-modi ta' implimentazzjoni, il-baġit u l-ispejjeż kollha ta' appoġġ relatati.
2.  Il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq dokumenti ta' programmar.
3.  Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 88(5) ta' din id-Deċiżjoni. Mhuwiex meħtieġ li tiġi applikata l-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 għal:
a)  pjanijiet ta' azzjoni, miżuri speċjali u miżuri ta' appoġġ li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 000 000;
b)  il-bidliet tekniċi, dment li dawn il-bidliet ma jaffettwawx b'mod sostanzjali l-għanijiet tal-pjan ta' azzjoni kkonċernat jew il-miżura kkonċernata, jiġifieri:
i)  bidla fil-mod tal-implimentazzjoni;
ii)  riallokazzjonijiet ta' fondi bejn azzjonijiet ippjanati fi pjan ta' azzjoni wieħed;
iii)  żidiet jew tnaqqis fil-baġit tal-pjanijiet ta' azzjoni u tal-miżuri li ma jaqbżux l-20 % tal-baġit inizjali u l-EUR 10 000 000.
Fil-każ ta' pjanijiet ta' azzjoni u miżuri pluriennali, il-limiti msemmija fil-paragrafu 3(a) u (b)(iii) għandhom japplikaw fuq bażi annwali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri adottati skont dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, u l-bidliet tekniċi għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom.
4.  Qabel ma tadotta jew testendi miżuri ta' għajnuna eċċezzjonali li l-ispiża tagħhom ma taqbiżx l-EUR 20 000 000, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill dwar in-natura u l-għanijiet tagħhom u l-ammonti finanzjarji previsti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill qabel ma tagħmel xi bidliet importanti fil-miżuri ta' assistenza eċċezzjonali diġà adottati. Il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ strateġiku adottat fil-kwistjoni mill-Kunsill kemm meta tippjana dawn il-miżuri kif ukoll meta timplimentatahom aktar tard, filwaqt li għandha tiżgura li tinżamm il-konsistenza fl-azzjoni esterna tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat, kif xieraq u fil-ħin, dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali taħt dan l-Artikolu, inkluż dwar l-ammonti finanzjarji previsti, u għandha tinfurmah ukoll fil-każ ta' bidla jew estensjoni sostanzjali ta' din l-assistenza.
5.  Fil-każ ta' urġenza debitament ġustifikata, bħal kriżijiet ikkawżati minn diżastri naturali jew mill-bniedem, jew fil-każ ta' theddid imminenti għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet tal-bniedem jew għal-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista' tadotta pjanijiet ta' azzjoni u miżuri jew bidliet fil-pjanijiet ta' azzjoni eżistenti u fil-miżuri eżistenti, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(5).
Emenda 84
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 80
Artikolu 80
imħassar
L-adozzjoni ta' programmi indikattivi pluriennali, pjanijiet ta' azzjoni u miżuri
Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont din id-Deċiżjoni, fil-forma ta' “dokumenti ta' programmar individwali”, programmi indikattivi pluriennali kif imsemmija fl-Artikolu 12 tar-[Regolament NDICI] flimkien mal-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri korrispondenti msemmija fl-Artikolu 19 tar-[Regolament NDICI] f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 88(5) ta' din id-Deċiżjoni. Dik il-proċedura għandha tapplika wkoll għal rieżamijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3) tar-[Regolament NDICI] li jkollhom l-effett li jimmodifikaw b'mod sinifikanti l-kontenut tal-programm indikattiv pluriennali.
Fil-każ ta' Greenland, pjanijiet ta' azzjoni u miżuri kif imsemmija fl-Artikolu 19 tar-[Regolament NDICI] jistgħu jiġu adottati separatament minn programmi indikattivi pluriennali.
Emenda 85
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 81 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet pubbliċi tal-PTEE għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju previst f'din id-Deċiżjoni.
1.  L-awtoritajiet pubbliċi tal-PTEE kollha għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju previst f'din id-Deċiżjoni.
Emenda 86
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 81 – paragrafu 2 – punt e
e)  atturi ta' kooperazzjoni deċentralizzata u atturi oħra mhux governattivi mill-PTEE u mill-Unjoni, sabiex jgħinuhom jidħlu għal proġetti u programmi ekonomiċi, kulturali, soċjali u edukattivi fil-PTEE fil-qafas ta' kooperazzjoni deċentralizzata, kif imsemmi fl-Artikolu 12 ta' din id-Deċiżjoni.
e)  atturi ta' kooperazzjoni deċentralizzata u atturi oħra mhux governattivi mill-PTEE u mill-Unjoni, sabiex jgħinuhom jidħlu għal proġetti u programmi ekonomiċi, ambjentali, kulturali, soċjali u edukattivi fil-PTEE fil-qafas ta' kooperazzjoni deċentralizzata, kif imsemmi fl-Artikolu 12 ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 87
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt c – sottopunt iii
iii)  wieħed jew aktar korpi reġjonali li l-PTEE jkunu msieħba fihom;
iii)  wieħed jew aktar korpi reġjonali jew assoċjazzjoni waħda jew aktar li l-PTEE jkunu msieħba fihom;
Emenda 88
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 83 – paragrafu 1
1.  Il-persuni fiżiċi minn PTEE, kif definiti fl-Artikolu 50, u, fejn xieraq, il-korpi u l-istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati rilevanti f'PTEE, għandhom ikunu eliġibbli għal parteċipazzjoni fi programmi tal-Unjoni u għal finanzjament min-naħa tal-Unjoni suġġett għar-regoli u l-objettivi tal-programmi u l-arranġament possibbli li jkunu applikabbli għall-Istat Membru li jkollu rabtiet mal-PTEE.
1.  Il-persuni fiżiċi minn PTEE, kif definiti fl-Artikolu 50, u, fejn xieraq, il-korpi u l-istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati rilevanti f'PTEE, għandhom ikunu eliġibbli għal parteċipazzjoni fil-programmi kollha tal-Unjoni, inkluż fil-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, u għal finanzjament min-naħa tal-Unjoni suġġett għar-regoli u l-objettivi tal-programmi u l-arranġament possibbli li jkunu applikabbli għall-Istat Membru li jkollu rabtiet mal-PTEE.
Emenda 89
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 83 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura aċċess effettiv u effiċjenti tal-PTEE għall-programmi u għall-istrumenti kollha ta' kooperazzjoni tal-Unjoni ma' pajjiżi oħra billi tipprevedi miżuri speċifiċi fejn ikun meħtieġ.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasparenza tal-informazzjoni u l-viżibbiltà tas-sejħiet għall-proposti mnedija taħt id-diversi programmi tal-Unjoni permezz ta' portal ta' aċċess aġġornat u ddedikat għall-PTEE.
Emenda 90
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 83 – paragrafu 3
3.  Il-PTEE għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar din il-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni, kull sena mill-2022.
3.  Abbażi tal-informazzjoni provduta mill-PTEE, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali dwar il-parteċipazzjoni tal-PTEE fil-programmi tal-Unjoni.
Emenda 91
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 86 – paragrafu 2
Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress ta' din id-Deċiżjoni lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 87, biex temenda l-Artikolu 3 tal-Anness I bil-għan li tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies meħtieġ, u biex tissupplimenta din id-Deċiżjoni b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.
Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress ta' din id-Deċiżjoni lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 87, sabiex tiddetermina l-indikaturi tal-prestazzjoni kif previst fl-Artikolu 3 tal-Anness I jew biex tirrieżaminahom jew tikkomplementahom fejn jitqies meħtieġ, u biex tissupplimenta din id-Deċiżjoni b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.
Emenda 92
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 87 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 86 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża impliċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 86 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża impliċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bid-deċiżjoni tiegħu.
Emenda 93
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 87 – paragrafu 4
4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill b'dan.
4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew b'dan.
Emenda 94
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 87 – paragrafu 5
5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 86 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill.
5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 86 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill. Jekk il-Kunsill ikollu l-intenzjoni li jfassal xi oġġezzjoni, il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew fi żmien raġonevoli qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali, billi jindika l-att delegat li jkun biħsiebu joġġezzjona għalih u r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet tiegħu.
Emenda 95
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 90 – paragrafu 1
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE46.
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jiżgura l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura l-unità, il-koerenza u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.
__________________
46 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
Emenda 96
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 92 – paragrafu 2
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2021 u tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 97
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Għall-finijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027, l-ammont globali ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni ta' EUR 500 000 000 fi prezzijiet attwali għandu jiġi allokat kif ġej:
1.  Għall-finijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027, l-ammont globali ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni ta' EUR 669 000 000 fi prezzijiet attwali għandu jiġi allokat kif ġej:
Emenda 98
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
a)  EUR 159 000 000 fil-forma ta' għotjiet għal appoġġ programmabbli bilaterali għal żvilupp fuq żmien twil ta' PTEE għajr Greenland, b'mod partikolari għall-finanzjament tal-inizjattivi msemmija fid-dokument tal-ipprogrammar. L-ammont għandu jkun allokat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-prestazzjoni tal-PTEE skont il-kriterji li ġejjin: fejn xieraq, id-dokument tal-ipprogrammar għandu jagħti attenzjoni partikolari għal azzjonijiet li huma mmirati għat-tisħiħ tal-governanza u l-kapaċitajiet istituzzjonali tal-PTEE benefiċjarji u, fejn rilevanti, l-iskeda ta' żmien tal-azzjonijiet previsti. L-allokazzjoni ta' dan l-ammont għandha tqis id-daqs tal-popolazzjoni, il-livell tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), il-livell ta' allokazzjonijiet preċedenti u l-limitazzjonijiet minħabba l-iżolament ġeografiku tal-PTEE kif imsemmija fl-Artikolu 9 ta' din id-Deċiżjoni.
a)  81 % fil-forma ta' għotjiet għal appoġġ programmabbli bilaterali għal żvilupp fuq żmien twil tal-PTEE kollha, b'mod partikolari għall-finanzjament tal-inizjattivi msemmija fid-dokument tal-ipprogrammar.
Dan l-ammont għandu jkun allokat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-prestazzjoni tal-PTEE skont il-kriterji li ġejjin: id-daqs tal-popolazzjoni, il-livell tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) permezz tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist (PPA) jekk din tkun disponibbli, il-livell ta' allokazzjonijiet preċedenti u l-limitazzjonijiet minħabba l-iżolament ġeografiku tal-PTEE kif imsemmija fl-Artikolu 9 ta' din id-Deċiżjoni, il-livell baxx ta' żvilupp tal-PTEE msemmi fl-Artikolu 9a ġdid ta' din id-Deċiżjoni, id-daqs tat-territorji u l-kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali.
4 % għal Aruba
1,5 % għal Bonaire
5 % għal Curaçao
48 % għal Greenland
10,75 % għal New Caledonia
10,85 % għall-Polineżja Franċiża
1,2 % għal Saba
2 % għal Saint Barthélemy,
0,8 % għal Sint Eustatius
7,5 % għal Saint Pierre u Miquelon
2,5 % għal Sint Maarten
0,4 % għat-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika
5,5 % għat-Territorju tal-Gżejjer Wallis u Futuna
Emenda 99
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – sottopunt b
b)  EUR 225 000 000 fil-forma ta' għotjiet għall-appoġġ programmabbli bilaterali għall-iżvilupp fit-tul ta' Greenland partikolarment għall-finanzjament tal-inizjattiva msemmija fid-dokument tal-ipprogrammar.
imħassar
Emenda 100
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – sottopunt c
c)  EUR 81 000 000 għandhom jiġu allokati biex jappoġġaw programmi reġjonali tal-PTEE, li minnhom EUR 15 000 000 jistgħu jappoġġaw operazzjonijiet intrareġjonali, Greenland hu biss eliġibbli għal operazzjonijiet intrareġjonali. Din il-kooperazzjoni se tiġi implimentata b'koordinazzjoni mal-Artikolu 7 ta' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari dwar l-oqsma ta' interessi reċiproċi msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni u permezz ta' konsultazzjoni permezz ta' każijiet tas-sħubija bejn l-UE u l-PTEE imsemmija fl-Artikolu 14. Din għandha tipprova tikseb koordinazzjoni ma' strumenti finanzjarji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE.
c)  12 % għandhom jiġu allokati biex jappoġġaw programmi reġjonali tal-PTEE, li minnhom EUR 30 000 000 jistgħu jappoġġaw operazzjonijiet intrareġjonali, Greenland hu biss eliġibbli għal operazzjonijiet intrareġjonali. Din il-kooperazzjoni se tiġi implimentata b'koordinazzjoni mal-Artikolu 7 ta' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari dwar l-oqsma ta' interessi reċiproċi msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni u permezz ta' konsultazzjoni permezz ta' każijiet tas-sħubija bejn l-UE u l-PTEE imsemmija fl-Artikolu 14. Din għandha tipprova tikseb koordinazzjoni ma' strumenti finanzjarji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE.
Emenda 101
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – sottopunt d
d)  EUR 22 000 000 għal studji jew miżuri ta' assistenza teknika għall-PTEE kollha inkluż Greenland, skont l-Artikolu 78 ta' din id-Deċiżjoni1.
d)  3,5 % għal studji jew miżuri ta' assistenza teknika għall-PTEE kollha inkluż Greenland, skont l-Artikolu 78 ta' din id-Deċiżjoni.
__________________
1 Minn dan l-ammont, EUR 9 725 000 huma riżervati għall-Kummissjoni biex tkopri assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew azzjonijiet tal-UE, ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.
Emenda 102
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja
e)  EUR 13 000 000 għal fondi mhux allokati għall-PTEE kollha inkluż Greenland biex inter alia:
e)  3,5 % għal fondi mhux allokati għall-PTEE kollha inkluż Greenland biex inter alia:
Emenda 103
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni, wara rieżami, tista' tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-fondi mhux allokati msemmija f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni, wara rieżami li għandu jitwettaq qabel l-2025, tista' tiddeċiedi, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew, dwar l-allokazzjoni tal-fondi mhux allokati msemmija f'dan l-Artikolu.
Emenda 104
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.5 tad-Deċiżjoni għandu jitkejjel permezz:
F'konformità mal-għanijiet ta'żvilupp sostenibbli, se titfassal lista ta' indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 86 u użata biex tgħin fl-evalwazzjoni ta' kemm l-Unjoni tkun ikkontribwiet għall-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.5 ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 105
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
1.  Għall-PTEE, minbarra Greenland, mill-esportazzjonijiet ta' oġġetti u servizzi bħala % tal-PDG u dħul totali tal-Gvern bħala % tal-PDG.
imħassar
Emenda 106
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
2.  Għal Greenland, l-esportazzjonijiet ta' oġġetti u servizzi bħala % tal-PDG u l-perċentwal tas-settur tas-sajd fl-esportazzjonijiet totali.
imħassar
Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Novembru 2019Avviż legali