Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0164(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0028/2019

Testi mressqa :

A8-0028/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/02/2019 - 9.13

Testi adottati :

P8_TA(2019)0074

Testi adottati
PDF 235kWORD 63k
It-Tlieta, 12 ta' Frar 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
VAT: Sistema definittiva għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn l-Istati Membri *
P8_TA-PROV(2019)0074A8-0028/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' miżuri tekniċi dettaljati għat-tħaddim ta' sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2018)0329 – C8-0317/2018 – 2018/0164(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0329),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0317/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0028/2019),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Meta fl-1967 il-Kunsill adotta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 62/227/KEE1 u 67/228/KEE2, sar impenn biex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn Stati Membri li topera bl-istess mod daqslikieku fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kundizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal sistema ta' dan it-tip, meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti tranżitorji tal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE3, li hija attwalment fis-seħħ, tistipula li dawn ir-regoli tranżitorji jridu jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi bbażati fil-prinċipju fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini tal-provvista tal-merkanzija jew tas-servizzi.
(1)  Meta fl-1967 il-Kunsill adotta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 62/227/KEE1 u 67/228/KEE2, sar impenn biex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn Stati Membri li topera bl-istess mod daqslikieku fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kundizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal sistema ta' dan it-tip, meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti tranżitorji tal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE3, li hija attwalment fis-seħħ, tistipula li dawn ir-regoli tranżitorji jridu jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi bbażati fil-prinċipju fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini tal-provvista tal-merkanzija jew tas-servizzi. Madankollu, dawk ir-regoli tranżitorji ilhom fis-seħħ għal diversi għexieren ta' snin u wasslu għal sistema ta' VAT kumplessa u tranżitorja suxxettibbli għal frodi tal-VAT transfruntiera intra-Unjoni. Dawk ir-regoli tranżitorji fihom bosta nuqqasijiet, u jwasslu biex is-sistema tal-VAT la tkun kompletament effiċjenti u lanqas kompatibbli mar-rekwiżiti ta' suq uniku veru. Il-vulnerabbiltà tas-sistema tranżitorja tal-VAT saret ovvja biss ftit snin wara l-introduzzjoni tagħha. Minn dak iż-żmien ʼl hawn ittieħdu bosta azzjonijiet leġiżlattivi (it-titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva, skadenzi iqsar għad-dikjarazzjonijiet rikapitulattivi, reverse charge settorjali) u mhux leġiżlattivi. Madankollu, l-istudji riċenti dwar id-diskrepanza fil-VAT juru li ċ-ċifri tal-VAT mhux miġbura għadhom enormi. Din hija l-ewwel proposta leġiżlattiva mill-introduzzjoni tar-regoli attwali dwar il-VAT fl-1992 li għandha l-għan li tindirizza l-għeruq tal-frodi transfruntiera. Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-28 ta' Ottubru 2015 intitolata "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji", il-Kummissjoni identifikat il-kumplessità tar-regolamenti kurrenti dwar il-VAT bħala wieħed mill-ostakli maġġuri għat-tlestija tas-suq uniku. Fl-istess ħin, id-diskrepanza fil-VAT, iddefinita bħala d-differenza bejn l-ammont ta' dħul mill-VAT attwalment miġbur u l-ammont teoretiku li huwa mistenni li jinġabar, kienet qed tiżdied, u fl-2015 laħqet EUR 151,5 biljun fl-UE-28. Din turi l-bżonn ta' riforma urġenti u komprensiva tas-sistema tal-VAT li twassal għal sistema definittiva tal-VAT li tiffaċilita u tissimplifika l-kummerċ intra-Unjoni transfruntier u tagħmel is-sistema aktar reżiljenti għall-frodi.
__________________
__________________
1 L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).
1 L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).
2 It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ — Struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud [traduzzjoni mhux uffiċjali]. (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).
2 It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ — Struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud [traduzzjoni mhux uffiċjali]. (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).
3 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
3 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Barra minn hekk, fil-passat il-Kummissjoni, appoġġjata mill-Parlament Ewropew, dejjem irrimarkat li sistema tal-VAT ibbażata fuq it-tassazzjoni fl-oriġini kienet ir-risposta korretta biex is-sistema tal-VAT tal-Unjoni ssir aktar reżistenti għall-frodi, u aktar konformi mal-funzjonament tajjeb tas-suq uniku. L-inizjattiva kurrenti, madankollu, hija bbażata fuq l-approċċ preferut tal-Istati Membri tat-tassazzjoni fid-destinazzjoni bil-għan li l-Istati Membri jkun jista' jkollhom ċerta flessibbiltà fl-iffissar tar-rati tal-VAT.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Il-Kunsill, sostnut mill-Parlament Ewropew1 u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali2, ikkonferma li sistema bbażata fuq l-oriġini ma setgħetx tintlaħaq, u stieden lill-Kummissjoni biex tkompli b'ħidma teknika fil-fond u bi djalogu wiesa' mal-Istati Membri sabiex teżamina fid-dettall il-modi differenti possibbli biex jiġi implimentat il-prinċipju tad-destinazzjoni3.
(2)  Il-Kunsill, sostnut mill-Parlament Ewropew1 u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali2, ikkonferma li sistema bbażata fuq l-oriġini ma setgħetx tintlaħaq, u stieden lill-Kummissjoni biex tkompli b'ħidma teknika fil-fond u bi djalogu wiesa' mal-Istati Membri sabiex teżamina fid-dettall il-modi differenti possibbli biex jiġi implimentat il-prinċipju tad-destinazzjoni3, sabiex jiġi żgurat li l-provvista tal-oġġetti minn Stat Membru għal ieħor tiġi intaxxata bħallikieku ġew ipprovduti u akkwistati fi Stat Membru wieħed. Il-ħolqien ta' żona unika tal-VAT tal-Unjoni huwa kruċjali biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità għan-negozji, partikolarment l-SMEs li jaħdmu b'mod transfruntier, biex jitnaqqsu r-riskji ta' frodi transfruntiera tal-VAT u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri relatati mal-VAT. Is-sistema definittiva tal-VAT se ssaħħaħ is-suq uniku u toħloq kundizzjonijiet ta' negozju aħjar għall-kummerċ transfruntier. Jenħtieġ li tqis il-bidliet meħtieġa minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u d-diġitalizzazzjoni. Din id-Direttiva tistipula l-miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni tal-hekk imsejħa "elementi fundamentali" kif stabbiliet il-Kummissjoni fil-proposta tagħha tat-18 ta' Jannar 20183a. L-Istati Membri għandhom għalhekk jieħdu deċiżjonijiet dwar "l-elementi fundamentali" msemmija qabel sabiex jipproċedu bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.
__________________
__________________
1 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT (P7_TA(2011)0436) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=EN&reference=P7-TA-2011-0436
1 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT (P7_TA(2011)0436) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=EN&reference=P7-TA-2011-0436
2 Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2011 dwar il-"Green Paper dwar il-futur tal-VAT - Lejn sistema tal-VAT aktar sempliċi, aktar soda u aktar effiċjenti" http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52011AE1168&from=EN
2 Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2011 dwar il-"Green Paper dwar il-futur tal-VAT - Lejn sistema tal-VAT aktar sempliċi, aktar soda u aktar effiċjenti" http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52011AE1168&from=EN
3 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tal-VAT - it-3167 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Brussell, il-15 ta' Mejju 2012 (ara b'mod partikolari l-punt B 4) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/130257.pdf
3 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tal-VAT - it-3167 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Brussell, il-15 ta' Mejju 2012 (ara b'mod partikolari l-punt B 4) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/130257.pdf
3a Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud, COM(2018)0020, 2018/0005(CNS).
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Il-Kummissjoni, fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT1, tippreżenta l-emendi għas-sistema tal-VAT li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żviluppata tali sistema bbażata fuq id-destinazzjoni għall-kummerċ intra-Unjoni permezz tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntieri. Sussegwentement, il-Kunsill afferma mill-ġdid il-konklużjonijiet ta' dak il-Pjan ta' Azzjoni u indika, fost l-oħrajn, li fil-fehma tiegħu, il-prinċipju ta' tassazzjoni fl-oriġini kif maħsub għas-sistema definittiva tal-VAT jenħtieġ li jiġi sostitwit b’dan il-prinċipju tat-tassazzjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni2.
(3)  Il-Kummissjoni, fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT1, tippreżenta l-emendi għas-sistema tal-VAT li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żviluppata tali sistema bbażata fuq id-destinazzjoni għall-kummerċ intra-Unjoni permezz tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntieri. Sussegwentement, il-Kunsill afferma mill-ġdid il-konklużjonijiet ta' dak il-Pjan ta' Azzjoni u indika, fost l-oħrajn, li fil-fehma tiegħu, il-prinċipju ta' tassazzjoni fl-oriġini kif maħsub għas-sistema definittiva tal-VAT jenħtieġ li jiġi sostitwit b’dan il-prinċipju tat-tassazzjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni2. Skont l-istimi, dik il-bidla jenħtieġ li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-frodi transfruntiera relatati mal-VAT b'EUR 50 biljun fis-sena.
__________________
__________________
1 Pjan ta' azzjoni dwar il-VAT - Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)148 final tas-7 ta' April 2016).
1 Pjan ta' azzjoni dwar il-VAT - Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)148 final tas-7 ta' April 2016).
2 Ara: http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2016/05/25-conclusions-vat-action-plan/
2 Ara: http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2016/05/25-conclusions-vat-action-plan/
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)   Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiggarantixxi t-trasparenza tas-sistema, partikolarment bil-pubblikazzjoni obbligatorja fuq bażi annwali tal-frodi mwettqa f'kull Stat Membru. It-trasparenza hija importanti wkoll sabiex tinftiehem l-iskala tal-frodi, biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku ġenerali u biex issir pressjoni fuq l-Istati Membri.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew adottati fir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017)0569 – C8-0363/2017 – 2017/0251(CNS)) u dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2018)0020 – C8-0023/2018 – 2018/0005(CNS)) u fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-3 ta' Lulju 2018 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2017)0706 – C8-0441/2017 – 2017/0248(CNS)).
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Jenħtieġ li r-regola ġenerali għall-provvisti tal-merkanzija, inkluż il-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija, u għall-provvisti tas-servizzi, tkun li l-fornitur ikun obbligat iħallas il-VAT.
(13)  Jenħtieġ li r-regola ġenerali għall-provvisti tal-merkanzija, inkluż il-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija, u għall-provvisti tas-servizzi, tkun li l-fornitur ikun obbligat iħallas il-VAT. Dawk il-prinċipji l-ġodda jippermettu lill-Istati Membri jiġġieldu aħjar il-frodi tal-VAT, speċjalment il-Frodi Intra-Komunitarja b'Negozjant Nieqes (MTIC), li huwa stmat li tammonta għal tal-anqas EUR 50 biljun fis-sena.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 14a (ġdida)
(14a)   Sabiex jiġi determinat liema intrapriżi jistgħu jibbenefikaw mill-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata jeħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji stretti, applikati b'mod armonizzat mill-Istati Membri kollha, u jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u dispożizzjonijiet komuni li jwasslu għal multi u penali għal dawk li ma jikkonformawx magħhom.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 14b (ġdida)
(14b)   Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għall-preżentazzjoni ta' aktar linji gwida u tivverifika l-applikazzjoni korretta mill-Istati Membri ta' dawn il-kriterji armonizzati fl-Unjoni kollha.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Ir-regoli dwar l-applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu ta' reverse charge għall-merkanzija mobbli jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex tiġi żgurata l-koerenza tagħhom mal-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-persuna obbligata tħallas il-VAT fuq provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija.
(15)  Ir-regoli dwar l-applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu ta' reverse charge għall-merkanzija mobbli jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex tiġi żgurata l-koerenza tagħhom mal-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-persuna obbligata tħallas il-VAT fuq provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija. Bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge tista' ma tkunx meħtieġa aktar. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza fi żmien xieraq il-ħtieġa li tirrevoka l-proposta għal applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 23
(23)  Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-obbligi tar-rappurtar tal-VAT għall-intrapriżi kbar, il-frekwenza li biha jippreżentaw id-denunzji tal-VAT skont din l-iskema speċjali jenħtieġ li tiġi riveduta biex jiżdied li l-persuni taxxabbli li jużaw l-iskema jenħtieġ li jippreżentaw id-denunzji tal-VAT kull xahar skont l-iskema meta l-fatturat annwali tagħhom ikun aktar minn EUR 2 500 000.
(23)  Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-obbligi tar-rappurtar tal-VAT għall-intrapriżi kbar, il-frekwenza li biha jippreżentaw id-denunzji tal-VAT skont din l-iskema speċjali jenħtieġ li tiġi riveduta biex jiżdied li l-persuni taxxabbli li jużaw l-iskema jenħtieġ li jippreżentaw id-denunzji tal-VAT kull xahar skont l-iskema meta l-fatturat tal-VAT annwali tagħhom fl-Unjoni jkun aktar minn EUR 2 500 000.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 25a (ġdida)
(25a)   Livell għoli ta' nuqqas ta' konformità ma jiġġenerax biss telf ekonomiku għal persuni taxxabbli li jirrispettaw il-leġiżlazzjoni fiskali iżda jhedded ukoll il-koeżjoni u l-koerenza tas-sistema fiskali u joħloq sens ġeneralizzat ta' inġustizzja permezz tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Sistema effiċjenti u li tinftiehem hija essenzjali għall-ġenerazzjoni tad-dħul pubbliku u għas-sjieda kemm miċ-ċittadini kif ukoll mill-kumpaniji.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 26a (ġdida)
(26a)   L-istatistika turi li l-frodaturi jieħdu vantaġġ mid-dgħufija tas-sistema u jsegwu l-iżvilupp tal-ekonomija kif ukoll it-tkabbir dinamiku tad-domanda għal ċerti provvisti. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi stabbilita sistema dinamika biżżejjed biex tlaħħaq mal-prattiki dannużi u biex tnaqqas il-livell kemm tan-nuqqas ta' konformità volontarju (frodi) kif ukoll dak involontarju.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 26b (ġdida)
(26b)   B'enfasi partikolari fuq il-ħtiġijiet tal-SMEs involuti f'kummerċ transfruntier intra-Komunitarju u sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u tiżdied iċ-ċertezza tad-dritt fis-suq uniku, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, jenħtieġ li tistabbilixxi, għan-negozji, portal web tal-Unjoni ta' informazzjoni dwar il-VAT li jkun komprensiv u aċċessibbli għall-pubbliku. Dan il-portal multilingwi jenħtieġ li jipprovdi aċċess malajr, aġġornat u preċiż għal informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tas-sistema tal-VAT fl-Istati Membri differenti u, b'mod partikolari, dwar ir-rati tal-VAT korretti għal oġġetti u servizzi differenti fl-Istati Membri differenti, kif ukoll il-kundizzjonijiet għar-rata żero. Tali portal jista' jgħin ukoll biex jiġi indirizzat id-distakk attwali fir-rigward tal-VAT.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 26c (ġdida)
(26c)   Il-Punt Uniku ta' Servizz huwa l-qalba tas-sistema l-ġdida bbażata fuq id-destinazzjoni li mingħajrha l-kumplessità tas-sistema tal-VAT u l-piż amministrattiv jiżdiedu b'mod sinifikanti. Biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà, il-faċilità tal-użu u l-prevenzjoni futura tal-frodi, il-Punti Uniċi ta' Servizz għan-negozji jenħtieġ li joperaw b'sistema transfruntiera u armonizzata tal-IT ibbażata fuq standards komuni u li tippermetti l-irkupru u l-input awtomatiċi ta' data, pereżempju permezz tal-użu ta' formoli standard unifikati.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 28
(28)  Minħabba l-introduzzjoni ta' provvista intra-Unjoni ta' merkanzija bħala kunċett ġdid, huwa xieraq li t-terminu "Komunità" jiġi sostitwit ma' "Unjoni" biex jiġi żgurat l-użu koerenti u aġġornat tat-terminu.
(28)  Minħabba l-introduzzjoni ta' provvista intra-Unjoni ta' merkanzija bħala kunċett ġdid, huwa xieraq li t-terminu "Komunità" jiġi sostitwit b'"Unjoni" fid-Direttiva kollha biex jiġi żgurat l-użu koerenti u aġġornat tat-terminu.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 30a (ġdida)
(30a)  Miżuri leġiżlattivi biex tiġi riformata s-sistema tal-VAT, biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT u biex titnaqqas id-Diskrepanza tal-VAT jistgħu jirnexxu biss jekk l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri jikkooperaw aktar mill-qrib fi spirtu ta' fiduċja reċiproka, u jiskambjaw informazzjoni rilevanti biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 8
(4a)  L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 8
"Artikolu 8
Jekk il-Kummissjoni tqis li d-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 m'għadhomx iġġustifikati, b'mod partikolari rigward kompetizzjoni ġusta jew riżorsi proprji, għandha tippreżenta proposti xierqa lill-Kunsill."
Jekk il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 m'għadhomx iġġustifikati, b'mod partikolari rigward kompetizzjoni ġusta jew riżorsi proprji, għandha tippreżenta proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Meta l-applikant ikun persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għal għanijiet doganali, għandu jitqies li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati.
Meta l-applikant ikun persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għal għanijiet doganali, għandu jitqies li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati għall-fini ta' din id-Direttiva.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)   in-nuqqas ta' kwalunkwe rekord ta' reati kriminali serji relatati mal-attività ekonomika tal-applikant, bħal, iżda mhux limitati għal:
(i)  ħasil tal-flus;
(ii)  evażjoni u frodi tat-taxxa;
(iii)  abbuż tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni;
(iv)  falliment jew insolvenza frawdolenti
(v)  frodi tal-assigurazzjoni jew frodi finanzjarju ieħor;
(vi)  tixħim u/jew korruzzjoni;
(vii)  iċ-ċiberkriminalità;
(viii)  parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali;
(ix)  reati fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni;
(x)  involviment dirett jew indirett f'attivitajiet terroristiċi
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt c
(c)  prova tas-solvenza finanzjarja tal-applikant, li għandha titqies bħala li ġiet pruvata meta l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba li tippermettilu jonora l-impenji tiegħu, b'konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali kkonċernata, jew permezz tal-preżentazzjoni ta' garanziji pprovduti minn impriżi tal-assigurazzjoni, minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew minn partijiet terzi oħra ekonomikament affidabbli.
(c)  prova tas-solvenza finanzjarja tal-applikant matul l-aħħar tliet snin, li għandha titqies bħala li ġiet pruvata meta l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba li tippermettilu jonora l-impenji tiegħu, b'konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali kkonċernata, jew permezz tal-preżentazzjoni ta' garanziji pprovduti minn impriżi tal-assigurazzjoni, minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew minn partijiet terzi oħra ekonomikament affidabbli. L-applikant jeħtieġlu jkollu fil-pussess tiegħu kont bankarju f'istituzzjoni finanzjarja stabbilita fl-Unjoni.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni armonizzata fl-għoti tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, aktar linji gwida għall-Istati Membri dwar l-evalwazzjoni ta' dawk il-kriterji, li għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. L-ewwel att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Sabiex tinkoraġġixxi l-applikazzjonijiet għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, il-Kummissjoni għandha tintroduċi proċedura mfassla apposta għall-Intrapriżi Żgħar u Medji.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Persuna taxxabbli li tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tagħti l-informazzjoni kollha mitluba mill-awtoritajiet tat-taxxa, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni.
Persuna taxxabbli li tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tagħti l-informazzjoni rilevanti kollha mitluba mill-awtoritajiet tat-taxxa, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jipproċessaw l-applikazzjoni mingħajr dewmien u jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kriterji armonizzati fl-Istati Membri kollha dwar l-għoti ta' informazzjoni.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Meta jingħata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tas-Sistema tal-iskambju ta' informazzjoni tal-VAT. Bidliet f'dak l-istatus għandhom jiġu aġġornati fis-sistema mingħajr dewmien.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 5
5.  Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati lill-applikant mill-awtoritajiet tat-taxxa flimkien mad-deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata d-dritt ta' appell kontra kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni.
5.  Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien lill-applikant mill-awtoritajiet tat-taxxa flimkien mad-deċiżjoni li tistipula b'mod ċar ir-raġunijiet għar-rifjut. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata d-dritt ta' appell f'perjodu ta' żmien raġonevoli kontra kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, id-deċiżjoni kif ukoll ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stati Membri oħra.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 6
6.  Il-persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa, mingħajr dewmien, rigward kwalunkwe fattur li jista' jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni u li tista' taffettwa l-kontinwazzjoni ta' dak l-istatus jew tinfluwenzaha. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirtiraw l-istatus fiskali meta l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.
6.  Il-persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa, fi żmien xahar, rigward kwalunkwe fattur li jista' jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni u li tista' taffettwa l-kontinwazzjoni ta' dak l-istatus jew tinfluwenzaha. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirtiraw l-istatus fiskali meta l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri li jkunu taw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandhom jirrevedu dik id-deċiżjoni, mill-inqas kull sentejn, biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet għadhom qed jiġu ssodisfati. Jekk il-persuna taxxabbli ma tkunx informat lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar kwalunkwe fattur li possibbilment ikun qed jaffettwa l-istatus tal-persuna taxxabbli ċertifikata kif stabbilit fl-att ta' implimentazzjoni jew tkun ħbietu bi skop, din għandha tkun soġġetta għal sanzjonijiet proporzjonati, effiċjenti u dissważivi, inkluż it-telf tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   Persuna taxxabbli li tkun ġiet rifjutata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, jew li tkun infurmat lill-awtorità tat-taxxa, fuq l-inizjattiva tagħha stess, li hi ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2, tista' terġa' tapplika għal status ta' persuna taxxabbli ċertifikata, mhux aktar kmieni minn sitt xhur mid-data tar-rifjut jew l-irtirar ta' dak l-istatus, dment li jkunu ssodisfati l-kriterji rilevanti kollha.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 6b (ġdid)
6b.   Sabiex tiżgura standards uniformi għall-monitoraġġ ta' eliġibbiltà kontinwa għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata u l-irtirar tal-istatus tat-taxxa fl-Istati Membri u bejniethom, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida rilevanti.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 6c (ġdid)
6c.   Jekk l-applikant ikun ġie miċħud l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat f'konformità mal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni matul l-aħħar tliet snin, huwa ma għandux jingħata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 7
7.  L-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata fi Stat Membru wieħed għandu jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kollha.";
7.  L-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata fi Stat Membru wieħed għandu jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kollha."; Il-mekkaniżmi nazzjonali se jkomplu japplikaw għal tilwim tat-taxxa intern relatat mal-VAT bejn il-kontribwent ikkonċernat u l-awtorità nazzjonali tat-taxxa;
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 56a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
L-Artikolu 145 – paragrafu 1
(56a)  Fl-Artikolu 145, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop tal-eżenzjonijet previsti fl-Artikoli 143 u 144 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom.
"1. Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop tal-eżenzjonijet previsti fl-Artikoli 143 u 144 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
L-Artikolu 150 – paragrafu 1
(59a)  fl-Artikolu 150, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop tal-eżenzjonijet previsti fl-Artikolu 148 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom.
"1. Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop tal-eżenzjonijet previsti fl-Artikolu 148 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 68a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 166
(68a)  L-Artikolu 166 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 166
Artikolu 166
"Il-Kummissjoni għandha, fejn hu xieraq, tippreżenta lill-Kunsill proposti li jikkonċernaw arranġamenti komuni għall-applikazzjoni tal-VAT għat-transazzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 1 u 2."
"Il-Kummissjoni għandha, fejn hu xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti li jikkonċernaw arranġamenti komuni għall-applikazzjoni tal-VAT għat-transazzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 1 u 2."
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 123a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 293 - paragrafu 1 - parti introduttorja
(123a)  Fl-Artikolu 293(1), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:
"Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:"
"Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:"
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 166a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
L-Artikolu 395 – paragrafu 3
(166a)  Fl-Artikolu 395, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.
"3. Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 166b (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
L-Artikolu 396 – paragrafu 3
(166b)  Fl-Artikolu 396, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.
"3. Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 169a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 404a (ġdid)
(169a)  Jiddaħħal l-Artikolu ġdid li ġej wara l-Artikolu 404:
"Artikolu 404a
Fi żmien erba' xhur mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../...* +, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda ta' din id-Direttiva, fejn hu xieraq [u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali], flimkien ma' proposti."
_______________
Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... li temenda ... (ĠU …).
+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE-CONS ... (2018/0164(CNS)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 169b (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 404b (ġdid)
(169b)  Jiddaħħal l-Artikolu ġdid li ġej wara l-Artikolu 404a:
"Artikolu 404b
Fi żmien sentejn mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../...* +, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-effettività tal-iskambju tal-informazzjoni rilevanti bejn l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa tal-Istati Membri, minħabba l-importanza tal-fiduċja reċiproka biex tirnexxi s-sistema definittiva tal-VAT."
________________
Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... li temenda ... (ĠU …).
+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE-CONS ... (2018/0164(CNS)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 173a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 411a (ġdid)
(173 a)   Jiddaħħal l-Artikolu 411a l-ġdid li ġej:
"Artikolu 411a
Sal-1 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi Portal Web tal-Unjoni ta' Informazzjoni dwar il-VAT li jkun komprensiv, multilingwi u aċċessibbli għall-pubbliku, li fih l-intrapriżi u l-konsumaturi jistgħu jiksbu informazzjoni preċiża, malajr u b'mod effikaċi dwar ir-rati tal-VAT – fosthom liema oġġetti jew servizzi jibbenefikaw minn rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet – u l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-implimentazzjoni tas-sistema definittiva tal-VAT fl-Istati Membri differenti."
B'mod komplementari għall-Portal, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' notifika awtomatizzat. Dak il-mekkaniżmu għandu jiżgura li l-kontribwenti jirċievu notifiki awtomatiċi dwar il-bidliet u l-aġġornamenti fir-rati tal-VAT tal-Istati Membri. Tali notifiki awtomatiċi għandhom jiġu attivati qabel ma l-bidla ssir applikabbli u mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni."
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 34 – paragrafu 49a (ġdid)
"Artikolu 1a
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 904/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 huwa emendat kif ġej:
(1)  L-Artikolu 34 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 34
Artikolu 34
1.  L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fl-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc tal-għażla tagħhom u jistgħu wkoll jiddeċiedu li jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom.
1.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Eurofisc bl-appoġġ tekniku u loġistiku meħtieġ. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, li tista' tiġi skambjata fil-Eurofisc, fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 55(2).
2.  L-Istati Membri li jkunu għażlu li jieħdu sehem f’qasam ta' ħidma tal-Eurofisc għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fl-iskambju multilaterali ta' informazzjoni mmirata bejn l-Istati Membri parteċipanti kollha.
2.  L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fl-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc u għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fl-iskambju multilaterali ta' informazzjoni.
3.  L-informazzjoni skambjata għandha tkun kunfidenzjali, kif previst fl-Artikolu 55.
3.   Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba, jgħaddu informazzjoni rilevanti dwar l-aktar reati transfruntiera serji fir-rigward tal-VAT lill-Europol u lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi ("OLAF").
3a.  Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc jistgħu jsaqsu lill-Europol u lill-OLAF għal informazzjoni rilevanti. Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc għandhom iqiegħdu l-informazzjoni li tasal mingħand il-Europol u l-OLAF għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti l-oħra tal-Eurofisc; din l-informazzjoni għandha tiġi skambjata b'mezzi elettroniċi."
(2)  Jiżdied l-Artikolu 49a ġdid li ġej:
"Artikolu 49a
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu sistema komuni tal-ġbir tal-istatistika dwar frodi tal-VAT intra-Komunitarju u nuqqas ta' konformità involontarju u għandhom jippubblikaw kull sena stimi nazzjonali tat-telf tal-VAT minħabba din il-frodi, kif ukoll stimi għall-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-arranġamenti prattiċi għal din is-sistema statistika. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2)."
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:32010R0904)
Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Frar 2019Avviż legali