Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0044(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0261/2018

Testi mressqa :

A8-0261/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 8.4

Testi adottati :

P8_TA(2019)0086

Testi adottati
PDF 235kWORD 65k
L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet ***I
P8_TA(2019)0086A8-0261/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet (COM(2018)0096 – C8-0109/2018 – 2018/0044(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0096),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0109/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0261/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 303, 29.8.2018, p. 2.
(2) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Frar2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet
P8_TC1-COD(2018)0044

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikulari, l-Artikolu 81(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva(3),

Billi:

(1)  L-Unjoni stabbilixxiet l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Sabiex dan l-ispazju jiġi stabbilit gradwalment, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transfruntiera, sal-punt meħtieġ biex is-suq intern jaħdem sew.

(2)  Skont l-Artikolu 81 tat-Trattat, dawn il-miżuri għandhom jinkludu dawk immirati sabiex jiżguraw il-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-kunflitt tal-liġijiet.

(3)  Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern jirrikjedi li, sabiex tittejjeb il-prevedibbiltà tar-riżultati tal-litigazzjoni, għandu jkun hemm ċertezza iċ-ċertezza legali dwar il-liġi applikabbli u l-moviment kif ukoll il-moviment liberu u tas-sentenzi u r-rikonoxximent tagħhom - sabiex ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet fl-Istati Membri jagħżlu bħala l-liġi applikabbli l-istess liġi nazzjonali, irrispettivament mill-Istat Membru tal-qorti li fiha tinfetaħ il-kawża. [Em. 1]

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) ma tkoprix kwistjonijiet dwar l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet. Madankollu, l-Artikolu 27(2) ta' dan ir-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tissottometti quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar il-kwistjoni tal-effettività ta’ ċessjoni jew surroga ta’ pretensjoni fil-konfront ta' partijiet terzi u l-prijorità tal-pretensjoni ċeduta jew surrogata fuq id-dritt ta’ persuna oħra, li jenħtieġ li jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposta sabiex jiġi emendat dak ir-Regolament, u l-valutazzjoni tal-impatt tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu introdotti.

(5)  Fit-18 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar il-Bini ta’ Unjoni ta’ Swieq Kapitali li kienet tiddikjara li l-kisba ta’ aktar ċertezza legali f’każijiet ta’ trasferiment ta’ pretensjonijiet transfruntiera u l-ordni tal-prijorità ta' dawn it-trasferimenti, b'mod partikolari f'każijiet ta’ insolvenza, huma aspett importanti fl-iżvilupp ta’ suq pan-Ewropew fit-titolizzazzjoni u fl-arranġamenti kollaterali finanzjarji, u anki f'attivitajiet oħrajn bħall-fatturament.

(6)  Fit-30 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni bi Pjan ta' Azzjoni dwar il-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali juri li d-differenzi fit-trattament nazzjonali tal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet ta’ debitu jikkumplikaw l-użu ta’ dawn l-istrumenti bħala kollateral transfruntier, u kkonkluda li din l-inċertezza legali toħloq frustrazzjoni għal operazzjonijiet finanzjarji ekonomikament sinifikanti, bħat-titolizzazzjonijiet. Fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali hemm imħabbar li l-Kummissjoni se tipproponi regoli uniformi biex jiġi determinat b’ċertezza legali liema liġi nazzjonali jenħtieġ li tapplika rigward l-effetti fuq parti terza fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet.

(7)  Fid-29 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-adegwatezza tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) dwar l-arranġamenti kollaterali finanzjarji fejn iffukat fuq il-kwistjoni dwar jekk din id-Direttiva taħdimx b'mod effettiv u effiċjenti fir-rigward tal-atti formali meħtieġa sabiex il-pretensjonijiet ta’ kreditu jiġu pprovduti bħala kollateral. Ir-rapport ikkonkluda li l-proposta għal regoli uniformi rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet tippermetti d-determinazzjoni b’ċertezza legali ta’ liema liġi nazzjonali jenħtieġ li tapplika rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet, u dan jikkontribwixxi għal ċertezza legali akbar f’każijiet ta’ mobilizzazzjoni transfruntiera tal-pretensjonijiet ta’ kreditu bħala kollateral.

(8)  Fid-29 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni adottat rapport dwar il-kwistjoni tal-effettività ta’ ċessjoni jew surroga ta’ pretensjoni fil-konfront ta' partijiet terzi, u l-prijorità tal-pretensjoni ċeduta jew surrogata fuq id-dritt ta’ persuna oħra Ir-rapport ikkonkluda li regoli uniformi dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jirregolaw l-effettività taċ-ċessjonijiet fil-konfront ta' partijiet terzi kif ukoll kwistjonijiet ta’ prijorità bejn ċessjonarji f’kompetizzjoni bejniethom jew bejn ċessjonarji u detenturi oħrajn tad-drittijiet itejbu ċ-ċertezza legali u jnaqqsu l-problemi prattiċi u l-ispejjeż ġuridiċi marbuta mal-approċċi differenti attwalment fl-Istati Membri.

(9)  Il-kamp ta’ applikazzjoni sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,(6) ir-Regolament (KE) Nru 593/2008, u r-Regolamenti (UE) Nru 1215/2012,(7) u (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). Jenħtieġ kemm jista' jkun li l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament tevita lakuni regolatorji bejn iż-żewġ strumenti.

(10)  Dan ir-Regolament jimplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Huwa jissodisfa wkoll ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament Ruma I li l-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika rapport u, jekk ikun xieraq, proposta dwar l-effettività ta’ ċessjoni ta’ pretensjoni fil-konfront ta' partijiet terzi u l-prijorità taċ-ċessjonarju fuq id-dritt ta’ persuna oħra.

(11)  Attwalment fil-livell tal-Unjoni ma ma jeżistux regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jirregolawteżisti l-ebda ġabra ta' regoli armonizzati dwar l-effetti fuq partijiet terzi (jew proprjetarji) fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijietfiċ-ċessjonijiet ta' pretensjonijiet. Dawn ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet huma stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri, iżda huma inkonsisteni inkonsistenti - peress li huma bbażati fuq fatturi ta' konnessjoni differenti sabiex tiġi determinata l-liġi applikabbli - u ħafna drabi għalhekk mhumiex ċari, b'mod partikolari f'dawk il-pajjiżi fejn tali regoli mhumiex ċariirregolati minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi separati. F’ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet transfruntiera, l-inkonsistenza tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet twassal għal inċertezza legali dwar liema liġi tapplika għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni. In-nuqqas ta’ ċertezza legali joħloq riskju legali fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet transfruntierta li ma jeżistix f’ċessjonijiet domestiċi nazzjonali minħabba li regoli nazzjonali sostantivi differenti jistgħu jiġu applikati skont l-Istat Membru, li l-qrati jew l-awtoritajiet tiegħu jistgħu jiġġudikaw tilwima dwar it-titolu legali fuq il-pretensjonijiet; b'mod impliċitu, l-eżitu ta' kunflitt prijoritarju dwar min hu t-titolari ta' pretensjoni insegwitu ta' ċessjoni transfruntiera se jvarja, skont il-liġi nazzjonali applikata. [Em. 2]

(12)  Jekk iċ-ċessjonarji ma jkunux konxji mir-riskju legali jew jagħżlu li jinjorawh, jistgħu jaffaċċjaw telf finanzjarju mhux mistenni. L-inċertezza dwar min għandu t-titolu fuq il-pretensjonijiet ċeduti fuq bażi transfruntiera jista’ jkollha effetti sekondarji u l-impatt tal-kriżi finanzjarja jista' jiggrava u jittawwal. Jekk iċ-ċessjonarji jiddeċiedu li jimmitigaw ir-riskju legali billi jfittxu parir legali speċifiku, jispiċċaw sabiex iġarrbu kostijiet tat-tranżazzjonijiet ogħla li mhumiex meħtieġa għaċ-ċessjonijiet domestiċi. Jekk iċ-ċessjonarji jiġu skoraġġuti mir-riskju legali u jagħżlu li jevitawh, jistgħu jitilfu opportunitajiet ta’ negozju u l-integrazzjoni tas-suq tista’ titnaqqas. [Em. 3]

(12a)   Dan ir-riskju ġuridiku jista' jkollu effett dissważiv. Iċ-ċessjonarji u ċ-ċedenti jistgħu jagħżlu li jevitawh, u b'hekk ma jiħdux l-opportunitajiet ta' negozju. Dan in-nuqqas ta' ċarezza għalhekk ma jidhirx li huwa konformi mal-objettiv tal-integrazzjoni tas-suq u l-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital imnaqqax fl-Artikoli 63 sa 66 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. [Em. 4]

(13)  L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jipprovdi ċertezza legali billi jistabbilixxi regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jiddeterminaw liema liġi nazzjonali tapplika rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet, bil-ħsieb li jżid it-tranżazzjonijiet tal-pretensjonijiet transfruntiera, ħalli jinkoraġġixxi l-investiment transfruntier fl-UE u jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament għall-kumpanniji - inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) - u għall-konsumaturi. [Em. 5]

(14)  Pretensjoni tagħti lill-kreditur id-dritt għall-pagament ta' somma flus jew it-twettiq ta’ obbligu mid-debitur. Iċ-ċessjoni ta’ pretensjoni tippermetti lill-kreditur (ċedent) li jittrasferixxi d-dritt tiegħu li jitlob id-dejn fil-konfront ta' debitur fuq persuna oħra (ċessjonarju). Il-liġijiet li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-kreditur u d-debitur, bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju u bejn iċ-ċessjonarju u d-debitur jiġu ddeterminati mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet stipulati fir-Regolament Ruma I.

(14a)   Dan ir-regolament mhuwiex intiż sabiex ibiddel id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 fir-rigward tal-effett proprjetarju ta' ċessjoni volontarja bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju jew bejn ċ-ċessjonarju u d-debitur. [Em. 6]

(15)  Ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet stipulati f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jirregolaw l-effetti proprjetarji taċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet bejn il-partijiet kollha involuti fiċ-ċessjoni (jiġifieri bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju u bejn iċ-ċessjonarju u d-debitur) kif ukoll fir-rigward ta’ partijiet terzi pereżempju, il-kreditur kreditur taċ-ċedent, bl-esklużjoni tad-debitur). [Em. 7]

(16)  Il-pretensjonijiet koperti minn dan ir-Regolament huma riċevibbli tan-negozju, pretensjonijiet li jirriżultaw mill-istrumenti finanzjarji kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u l-flus ikkreditati f’kont f’istituzzjoni ta’ kreditu. L-istrumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE jinkludu titoli u derivattivi nnegozjati fis-swieq finanzjarji. Filwaqt li t-titoli huma assi, id-derivattivi huma kuntratti li jinkludu kemm drittijiet (jew pretensjonijiet) u kemm obbligi għall-partijiet kontraenti. [Em. 8]

(17)  Dan ir-Regolament jirrigwarda l-effetti fuq il-partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet. B’mod partikolari, dan ma jkoprix it-trasferiment tal-kuntratti (bħall-kuntratti ta’ derivattivi), li fihom ikun hemm inklużi kemm id-drittijiet (jew il-pretensjonijiet) u l-obbligi, u n-novazzjoni ta’ kuntratti li jinkludu t-tali drittijiet u obbligi. Billi dan ir-Regolament ma jkoprix it-trasferiment jew in-novazzjoni tal-kuntratti, in-negozjar fl-istrumenti finanzjarji, kif ukoll l-ikklerjar u s-saldu ta’ dawn l-istrumenti, ser ikomplu jiġu regolat mil-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali kif inhu stipulat fir-Regolament Ruma I. Din il-liġi normalment tintgħażel mill-partijiet kontraenti jew tintgħażel permezz ta’ regoli mhux diskrezzjonali applikabbli għas-swieq finanzjarji. [Em. 9]

(18)  Il-kwistjonijiet li huma regolati mid-Direttiva dwar il-Kollateral Finanzjarju2002/47/KE, id-Direttiva dwar il-Finalità tas-Settlement98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), id-Direttiva dwar l-Istralċ2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) u r-Regolament dwar ir-Reġistrutal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013(12) jenħtieġ li ma jiġux m'għandhomx jiġu affettwati minn dan ir-Regolament, peress li l-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament u dak tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jinsabu f'dawk it-tliet Direttivi ma jirduppjawx lil xulxin. [Em. 10]

(19)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun universali: il-liġi ddeterminata minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tapplika anke jekk ma tkunx il-liġi ta' Stat Membru.

(20)  Il-prevedibbiltà hija essenzjali għal partijiet terzi interessati fl-akkwist ta’ titolu legali fuq il-pretensjoni ċeduta. L-applikazzjoni tal-liġi tal-pajjiż fejn iċ-ċedent ikollu r-residenza abitwali tiegħu rigward l-effetti fuq il-partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet tippermetti lill-partijiet terzi kkonċernati li jkunu jafu faċilment bil-quddiem liema liġi nazzjonali tkun se tirregola d-drittijiet tagħhom. Il-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent jenħtieġ għalhekk li tapplika bħala regola rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet. Din ir-regola jenħtieġ li tapplika, b’mod partikolari, għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet fil-fatturament, il-kollateralizzazzjoni u, fejn il-partijiet ma jkunux għażlu l-liġi tal-pretensjoni ċeduta, it-titolizzazzjoni.

(21)  Il-liġi magħżula bħala regola biex tapplika għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet jenħtieġ li tippermetti d-determinazzjoni tal-liġi applikabbli fejn pretensjonijiet futuri jiġu ċeduti, prattika komuni fejn jiġu ċeduti pretensjonijiet multipli, bħal fil-fatturament. L-applikazzjoni tal-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent tippermetti li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet futuri.

(22)  Il-bżonn li jiġi ddeterminat min għandu t-titolu legali fuq il-pretensjoni ċeduta ħafna drabi jirriżulta meta tkun qed tiġi ddefinita l-proprjetà tal-insolvenza meta ċ-ċedent isir insolventi. Għaldaqstant hija mixtieqa koerenza bejn ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet f’dan ir-Regolament u dawk stipulati fir-Regolament (UE) 2015/848 dwar il-proċedimenti tal-insolvenza. Il-koerenza jenħtieġ li tintlaħaq bl-applikazzjoni ta' regola tal-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet, minħabba li l-użu tar-residenza abitwali taċ-ċedent bħala fattur ta’ konnessjoni tikkonċidi maċ-ċentru ta’ interess prinċipali tad-debitur użat bħala fattur ta’ konnessjoni għal finijiet ta’ insolvenza.

(23)  Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2001 dwar iċ-Ċessjoni tar-Riċevibbli fil-Kummerċ Internazzjonali tistipula li l-prijorità tad-dritt ta’ ċessjonarju fir-riċevibbli ċeduti fuq id-dritt ta’ pretendent kompetitur hija rregolata mil-liġi tal-Istat li fih jinsab iċ-ċedent. Il-kompatibbiltà bejn ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kunflitt tal-liġijiet stipulati f’dan ir-Regolament u s-soluzzjoni ffavorita fil-livell nazzjonali mill-Konvenzjoni jenħtieġ li tiffaċilita r-riżoluzzjoni tat-tilwim internazzjonali.

(24)  Fejn iċ-ċedent jibdel ir-residenza abitwali tiegħu bejn ċessjonijiet multipli tal-istess pretensjoni, il-liġi applikabbli jenħtieġ li tkun il-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent fiż-żmien meta wieħed miċ-ċessjonarji jagħmel iċ-ċessjoni tiegħu effettiva għall-ewwel darba fil-konfront ta' partijiet terzi billi jissodisfa r-rekwiżiti skont il-liġi applikabbli abbażi tar-residenza abitwali taċ-ċedent f’dak iż-żmien.

(25)  F’konformità mal-prattika tas-suq u l-bżonnijiet tal-parteċipanti tas-suq, l-effetti fuq partijiet terzi ta’ ċerti ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet jenħtieġ li, bħala eċċezzjoni, jiġu rregolati mil-liġi tal-pretensjoni ċeduta, jiġifieri, il-liġi li tirregola l-kuntratt inizjali bejn il-kreditur u d-debitur li minnu tirriżulta l-pretensjonitagħti lok għall-pretensjoni. [Em. 11]

(26)  Il-liġi tal-pretensjoni ċeduta jenħtieġ li tirregola l-effetti fuq partijiet terzi ta’ ċessjoni minn detentur ta’ kont ta’ flus ikkreditati f’kont f’istituzzjoni ta' kreditu, fejn id-detentur tal-kont ikun il-kreditur/ċedent u l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun id-debitur. Prevedibbiltà akbar tiġi pprovduta lil partijiet terzi, bħall-kredituri taċ-ċedent u ċ-ċessjonarji kompetituri, jekk il-liġi tal-pretensjoni ċeduta tapplika għall-effetti fuq partijiet terzi ta’ dawn iċ-ċessjonijiet minħabba li ġeneralment jiġi preżunt li l-pretensjoni li jkollu detentur ta’ kont fuq il-flus ikkreditati f’kont f’istituzzjoni ta’ kreditu tkun irregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn tinsab l-istituzzjoni ta’ kreditu (u mhux bil-liġi tar-residenza abitwali tad-detentur tal-kont/taċ-ċedent). Din il-liġi normalment tintgħażel fil-kuntratt tal-kont bejn id-detentur tal-kont u l-istituzzjoni ta’ kreditu.

(27)  L-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji jenħtieġ li jkunu wkoll suġġetti għal-liġi li tirregola l-pretensjoni ċeduta, jiġifieri, il-liġi li tirregola l-kuntratt li minnu tirriżulta l-pretensjoni (bħal kuntratt tad-derivattivi). Il-fatt li l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji jiġu soġġetti għal-liġi tal-pretensjoni ċeduta minflok għal-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent huwa essenzjali sabiex jinżammu l-istabbiltà u l-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji. Dawn jinżammu minħabba li l-liġi li tirregola l-istrument finanzjarju li minnu tirriżulta l-pretensjoni hija l-liġi magħżula mill-partijiet għall-kuntratt jew il-liġi ddeterminata f’konformità mar-regoli mhux diskrezzjonarji applikabbli għas-swieq finanzjarji.

(28)  Jenħtieġ li fid-determinazzjoni tal-liġi applikabbli rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet fil-kuntest ta’ titolizzazzjoni tiġi pprovduta l-flessibbiltà, sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet tat-titolizzaturi kollha u sabiex tiġi ffaċilitata l-espansjoni tas-suq tat-titolizzazzjoni transfruntier għal operaturi iżgħar. Filwaqt li l-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent jenħtieġ li tapplika bħala r-regola prestabbilita rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet fil-kuntest ta’ titolizzazzjoni, iċ-ċedent (l-oriġinatur) u ċ-ċessjonarju (l-entità bi skop speċjali) jenħtieġ li jkollhom l-għażla li l-liġi tal-pretensjoni ċeduta tapplika rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet. Iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu li l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet fil-kuntest ta’ titolizzazzjoni għandhom jibqgħu soġġetti għar-regola ġenerali tar-residenza abitwali taċ-ċedent, jew li jagħżlu l-liġi tal-pretensjoni ċeduta fid-dawl tal-istruttura u l-karatteristiċi tat-tranżazzjoni, pereżempju, l-għadd u l-lokazzjoni tal-oriġinaturi u l-għadd ta’ liġijiet li jirregolaw il-pretensjonijiet ċeduti. [Em. 12]

(29)  Kunflitti prijoritarji bejn ċessjonarji tal-istess pretensjoni jistgħu jirriżultaw meta l-effetti fuq partijiet terzi taċ-ċessjonifiċ-ċessjoni jkunu ġew soġġetti għal-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent f’ċessjoni waħda u għal-liġi tal-pretensjoni ċeduta f’ċessjoni oħra. F’każijiet bħal dawn, il-liġi applikabbli sabiex jiġi riżolt il-kunflitt prijoritarju jenħtieġ li tkun il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjoni li l-ewwel tkun ġiet effettiva fil-konfront ta' partijiet terzi skont il-liġi applikabbli tagħha. Jekk iż-żewġ ċessjonijiet tal-pretensjonijiet isiru effettivi fil-konfront ta' partijiet terzi fl-istess ħin, jenħtieġ li tipprevali l-liġi tar-residenza abitwali taċ-ċedent. [Em. 13]

(30)  Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi nazzjonali magħżula minn dan ir-Regolament bħala l-liġi applikabbli għall-effetti fuq il-partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet jenħtieġ li jkun uniformi. Il-liġi nazzjonali magħżula bħala applikabbli jenħtieġ li tirregola b’mod partikolari (i) l-effettività taċ-ċessjoni fil-konfront ta' partijiet terzi, jiġifieri, il-passi u l-proċeduri li jeħtieġ li jittieħdu jiġu segwiti miċ-ċessjonarju sabiex jiżgura li jakkwista t-titolu legali fuq il-pretensjoni ċeduta (pereżempju, ir-reġistrazzjoni ta’ ċessjoni ma’ awtorità jew reġistru pubbliku, jew in-notifika bil-miktub ta’ ċessjoni lid-debitur); u (ii) kwistjonijiet prijoritarji, jiġifieri, kunflitti is-soluzzjoni tal-kunflitti bejn diversi pretendenti dwar min għandu t-titolu fuq il-pretensjoni wara li ssir ċessjoni transfruntiera (pereżempju, bejn żewġ ċessjonarji fejn l-istess ċessjoni tkun ġiet ċeduta darbtejn, jew bejn ċessjonarju u kreditur taċ-ċedent). [Em. 14]

(31)  Fid-dawl tal-karattru universali ta’ dan ir-Regolament, il-liġijiet tal-pajjiżi bi tradizzjonijiet legali differenti jistgħu jintgħażlu bħala l-liġi applikabbli. Fejn, wara ċ-ċessjoni ta’ pretensjoni, il-kuntratt li minnu tirriżulta l-pretensjoni jiġi ttrasferit, il-liġi magħżula minn dan ir-Regolament bħala l-liġi applikabbli rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’ pretensjoni, jenħtieġ li tirregola wkoll kunflitt prijoritarju bejn iċ-ċessjonarju tal-pretensjoni u l-benefiċjarju l-ġdid tal-istess pretensjoni wara t-trasferiment tal-kuntratt li minnu tirriżulta l-pretensjoni. Għall-istess raġuni, il-liġi magħżula minn dan ir-Regolament bħala l-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’ pretensjoni jenħtieġ li tapplika wkoll, fejn in-novazzjoni tintuża bħala ekwivalenti funzjonali għat-trasferiment ta’ kuntratt, sabiex jiġi solvut kunflitt prijoritarju bejn ċessjonarju ta’ pretensjoni u l-benefiċjarju l-ġdid tal-pretensjoni ekwivalenti funzjonalment wara n-novazzjoni tal-kuntratt li minnu tirriżulta l-pretensjoni.

(32)  Konsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku jiġġustifikaw li l-qrati tal-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġu applikati eċċezzjonijiet ibbażati fuq l-ordni pubbliku u fuq dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti, li jenħtieġ li jiġu interpretati b’mod restrittiv.

(33)  Ir-rispett tal-impenji internazzjonali li jkunu daħlu għalihom l-Istati Membri jfisser li dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom Stati Membri jkunu parti fil-mument meta dan ir-Regolament jiġi adottat. Sabiex ir-regoli jsiru iktar aċċessibbli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika lista tal-konvenzjonijiet rilevanti fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.

(34)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jara li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 17 u 47 li jirrigwardaw rispettivament id-dritt tal-proprjetà u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, kif ukoll l-Artikolu 16 li jirrigwarda l-libertà li wieħed ikollu negozju. [Em. 15]

(35)  Ġaladarba l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu għalkollox mill-Istati Membri u jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. L-uniformità mixtieqa tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet marbutin mal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet tista’ tintlaħaq biss permezz ta’ Regolament, minħabba li Regolament biss jista’ jiżgura interpretazzjoni u applikazzjoni konsistenti tar-regoli fil-livell nazzjonali. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan,

(36)  F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-[Renju Unit] [u] l-[Irlanda] [innotifikaw/innotifika/innotifikat ix-xewqa tagħhom/tiegħu/tagħha li jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament preżenti] [mhux se jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex/mhux/mhix marbutin/marbut/marbuta bih jew suġġetti/suġġett/suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu].

(37)  Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika, f’sitwazzjonijiet li jinvolvu konflitt kunflitt ta’ liġijiet, għall-effetti fuq il-partijiet fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali oħra apparti l-effetti fuq partijiet terzi tal-pretensjoni ċeduta għad-debituri. [Em. 16]

M'għandux japplika, b'mod partikolari, għal kwistjonijiet fiskali, doganali jew amministrattivi.

1a.   Dan ir-regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-ħarsien tal-konsumaturi. [Em. 17]

2.  Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a)  iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn relazzjonijiet familjari u relazzjonijiet li huma meqjusin mil-liġi bħala applikabbli għal dawn ir-relazzjonijiet li jkollhom effetti kumparabbli, inklużi obbligi ta’ manteniment;

(b)  iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn reġimi ta' proprjetà matrimonjali, reġimi ta' proprjetà ta' relazzjonijiet meqjusa mil-liġi applikabbli għal dawn ir-relazzjonijiet bħala li għandhom effett komparabbli ma' dak taż-żwieġu tas-suċċessjoni, inklużi s-sħubijiet irreġistrati, it-testmenti u s-suċċessjoni; [Em. 18]

(c)  iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kambjali, ċekkijiet, u noti promettenti u minn strumenti negozjabbli oħra sa fejn l-obbligi li jirriżultaw minn dawn l-istrumenti negozjabbli oħra jirriżultaw min-natura negozjabbli tagħhom;

(d)  iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kwistjonijiet irregolati mil-liġi tal-kumpaniji u korpi oħra, korporattivi jew mhux korporattivi, bħalma huma l-ħolqien, b’reġistrazzjoni jew b'mod ieħor, il-kapaċità ġuridika, l-organizzazzjoni interna jew l-istralċ ta' kumpaniji u korpi oħra, korporattivi jew mhux korporattivi, u r-responsabbiltà personali ta' uffiċjali u membri, bħala tali, għall-obbligi tal-kumpanija jew tal-korp;

(e)  iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriultaw mill-kostituzzjoni ta' trusts u r-relazzjoni bejn il-kostitwenti, il-fiduċjarji u l-benefiċjarji;

(f)  iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja li jirriżultaw minn operazzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet differenti mill-impriżi imsemmijin fl-Artikolu 2(1) u (3) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), li jkollhom l-għan li jipprovdu benefiċċji lil persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u li jkunu parti minn impriża jew minn grupp ta' impriżi, jew assoċjati ma' sengħa jew ma' grupp ta' snajja', fil-każ ta' mewt jew ta' sopravvivenza jew fil-każ li l-attività titwaqqaf jew tiġi ridotta, jew f'każ ta' mard relatat max-xogħol, jew mal-inċidenti fuq ix-xogħol.

(fa)  iċ-ċessjoni ta' pretensjonijiet matul proċediment kollettiv skont ir-Regolament (UE) 2015/848. [Em. 19]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

(a)  “ċedent” tfisser persuna li titrasferixxi d-dritt tagħha li titlob id-dejn fil-konfront ta' debitur fuq persuna oħra;

(b)  “ċessjonarju” tfisser persuna li tikseb id-dritt li titlob id-dejn fil-konfront ta’ debitur mingħand persuna oħra;

(c)  “ċessjoni” tfisser it-trasferiment volontarju tad-dritt li jintalab id-dejn mingħand debitur. Dan jinkludi t-trasferimenti diretti ta’ pretensjonijiet, tas-surrogi kuntrattwali, tat-trasferimenti ta’ pretensjonijiet permezz ta’ garanzija u rahan jew drittijiet ta’ garanzija oħrajn fuq il-pretensjonijiet;

(d)  “pretensjoni” tfisser d-dritt li jintalab dejn ta’ kwalunkwe natura, sew jekk monetarju jew nonmonetarju, u sew jekk jirriżulta minn obbligi kuntrattwali jew mhux kuntrattwali;

(e)  “effetti fuq partijiet terzi” tfisser effetti proprjetarji, jiġifieri, id-dritt taċ-ċessjonarju li jasserixxi t-titolu legali tiegħu fuq pretensjoni ċeduta lilu fil-konfront ta’ ċessjonarji jew benefiċjarji oħrajn tal-istess pretensjoni jew ta’ pretensjoni ekwivalenti funzjonalment, kredituri taċ-ċedent u partijiet terzi oħrajn bl-esklużjoni tad-debitur; [Em. 20]

(f)  “residenza abitwali” tfisser, għal kumpaniji u korpi oħra, korporattivi jew mhux korporattivi, il-post tal-amministrazzjoni ċentrali; għal persuna fiżika fil-kors tal-eżerċizzju tal-attività tan-negozju tagħha, il-post prinċipali tan-negozju tagħha;

(g)  “istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser impriża kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), inkluż fergħat, skont it-tifsira tal-punt (17) tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fl-Unjoni, jew f’konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15), barra mill-Unjoni fejn tali fergħat ikunu jinsabu fl-Unjoni.

(h)  “flus” tfisser flus kkreditati f’kont f’istituzzjoni ta’ kreditu fi kwalunkwe valuta; [Em. 21]

(i)  “strument finanzjarju” tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16).

KAPITOLU II

REGOLI UNIFORMI

Artikolu 3

Applikazzjoni universali

Kwalunkwe liġi speċifikata minn dan ir-Regolament għandha tiġi applikata, kemm jekk hi l-liġi ta’ Stat Membru kif ukoll jekk mhix.

Artikolu 4

Liġi applikabbli

1.  Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f’dan l-Artikolu, l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet għandhom ikunu rregolati mil-liġi tal-pajjiż li fih iċ-ċedent jkollu ikollu r-residenza abitwali tiegħu fid-data tal-fatti tal-konklużjoni tal-kuntratt ta' ċessjoni.

Fejn iċ-ċedent jibdel ir-residenza abitwali tiegħu bejn żewġ ċessjonijiet tal-istess pretensjoni indirizzati lil ċessjonarji differenti, il-prijorità tad-dritt ta’ ċessjonarju fuq id-dritt ta’ ċessjonarju ieħor għandha tiġi regolata mil-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent fiż-żmien meta ċ-ċessjoni tkun saret effettiva għall-ewwel darba fil-konfront ta’ partijiet terzi oħra skont il-liġi magħżula bħala applikabbli skont l-ewwel subparagrafu.

2.  Il-liġiMinkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-liġi applikabbli għall-pretensjoni ċeduta għandha tirregola l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’:

(a)  flus ikkreditati f’kont f’istituzzjoni ta’ kreditu(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.);

(b)  pretensjonijiet li jirriżultaw minn strument finanzjarjustrumenti finanzjarji.

3.  Iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għall-pretensjoni ċeduta bħala l-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’ pretensjonijiet fid-dawl ta’ titolizzazzjoni.

L-għażla tal-liġi għandha ssir b’mod ċar fil-kuntratt ta’ ċessjoni jew permezz ta’ ftehim separat. Il-validità sostantiva u formali tal-att li bih saret l-għażla tal-liġi għandha tkun irregolata mil-liġi magħżula.

4.  Kunflitt prijoritarju bejn iċ-ċessjonarji tal-istess pretensjoni fejn l-effetti fuq partijiet terzi ta’ waħda miċ-ċessjonijiet ikunu rregolati mil-liġi tal-pajjiż li fih iċ-ċedent ikollu r-residenza abitwali tiegħu u l-effetti fuq partijiet terzi f’ċessjonijiet oħrajn li jkunu rregolati mil-liġi tal-pretensjoni ċeduta, għandhom ikunu rregolati mil-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjoni li tkun saret effettiva għall-ewwel darba fil-konfront ta’ partijiet terzi skont il-liġi applikabbli tagħha. Jekk iż-żewġ ċessjonijiet isiru effettiva fil-konfront ta' partijiet terzi fl-istess ħin, għandha tipprevali l-liġi tal-pajjiż li fih iċ-ċedent ikollu r-residenza abitwali tiegħu. [Em. 22]

Artikolu 5

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi applikabbli

Il-liġi applikabbli rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet skont dan ir-Regolament għandha tirregola b’mod partikolari:

(a)  ir-rekwiżiti sabiex tiġi żgurata l-effettività taċ-ċessjoni fil-konfront ta’ partijiet terzi apparti d-debitur, bħal pereżempju l-formalitajiet ta’ reġistrazzjoni jew pubblikazzjoni;

(b)  il-prijorità tad-drittijiet taċ-ċessjonarju fuq id-drittijiet ta’ ċessjonarju ieħor tal-istess pretensjoni;

(c)  il-prijorità tad-drittijiet taċ-ċessjonarju fuq id-drittijiet tal-kredituri taċ-ċedent;

(d)  il-prijorità tad-drittijiet taċ-ċessjonarju fuq id-drittijiet tal-benefiċjarju ta’ trasferiment ta’ kuntratt fir-rigward tal-istess pretensjoni;

(e)  il-prijorità tad-drittijiet taċ-ċessjonarju fuq id-drittijiet tal-benefiċjarju ta’ novazzjoni ta’ kuntratt fil-konfront ta’ debitur fir-rigward ta’ pretensjoni ekwivalenti.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti

1.  Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti tal-liġi tal-forum.

2.  Id-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti huma dispożizzjonijiet li r-rispett tagħhom ikun meqjus bħala kruċjali minn Stat Membru għas-salvagwardja tal-interessi pubbliċi tiegħu, bħall-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tiegħu, tant li dawn ikunu applikabbli għal kull sitwazzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mil-liġi li b'xi mod ieħor tkun applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’ pretensjonijiet skont dan ir-Regolament.

2a.  Għandu jingħata effett lid-dispożizzjonijiet mandatarji prevalenti tal-liġi tal-Istat Membru fejn iċ-ċessjoni trid titwettaq, jew twettqet, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet mandatarji prevalenti jagħmlu illegali t-twettiq tal-kuntratt ta' ċessjoni. [Em. 23]

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 7

Ordni pubbliku (ordre public)

L-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tal-liġi, ta' kwalunkwe pajjiż, speċifikata minn dan ir-Regolament tista' tiġi miċħuda biss jekk tali applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku (ordre public) tal-forum.

Artikolu 8

Esklużjoni ta’ renvoi

L-applikazzjoni tal-liġi ta' kwalunkwe Stat speċifikata minn dan ir-Regolament tfisser l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f'dak l-Istat minbarra r-regoli tad-dritt internazzjonali privat tiegħu.

Artikolu 9

Stati b'aktar minn sistema ġuridika waħda

1.  Meta Stat ikun fih diversi unitajiet territorjali, li kull waħda minnhom ikollha r-regoli tal-liġi proprji tagħha fir-rigward tal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet, kull unità territorjali għandha titqies bħala Pajjiż, bl-għan li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament.

2.  Stat Membru li jkollu diversi unitajiet territorjali, li kull waħda minnhom ikollha r-regoli tal-liġi proprji tagħha fir-rigward tal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet, ma għandux ikun meħtieġ li japplika dan ir-Regolament għal kunflitti fil-liġijiet li jirriżultaw bejn dawn l-unitajiet territorjali biss.

Artikolu 10

Relazzjoni ma' dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni

Dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li, b’rabta ma’ kwistjonijiet partikolari, jistabbilixxu regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet relatati mal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet.

Artikolu 11

Relazzjonijiet mal-konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti

1.  Dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom Stat Membru wieħed jew aktar ikunu partijiet fiż-żmien meta jiġi adottat dan ir-Regolament u li jistabbilixxu regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet relatati mal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet.

2.  Madankollu, dan ir-Regolament għandu, bħal bejn l-Istati Membri, jieħu preċedenza fuq konvenzjonijiet konklużi esklussivament bejn żewġ Stati Membri jew aktar, sa fejn dawn il-konvenzjonijiet ikunu jikkonċernaw kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Lista ta' Konvenzjonijiet

1.  Sa [id-data ta’ applikazzjoni], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1). Wara din id-data, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-denunzji kollha ta' dawn il-konvenzjonijiet.

2.  Fi żmien sitt xhur mill-wasla tan-notifiki msemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a)  lista tal-konvenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)  id-denunzji msemmiija fil-paragrafu 1.

Artikolu 13

Klawsola ta' rieżami

Sa ... [ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk ikun il-każ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti sabiex dan ir-Regolament jiġi emendat.

Artikolu 14

Applikazzjoni fil-ħin

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet konklużi fi ... [data ta’ applikazzjoni] jew wara.

2.  Il-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament għandha tiddetermina jekk id-drittijiet ta’ parti terza fir-rigward ta’ pretensjoni ċeduta wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jieħdux prijorità fuq id-drittijiet ta’ terza persuna oħra akkwistati qabel ma dan ir-Regolament isir applikabbli. Fil-każ ta' pretensjonijiet li jikkompetu ma' xulxin abbażi ta' ċessjonijiet, il-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament għandha tiddetermina d-drittijiet taċ-ċessjonarji rispettivi, u dan isir biss fir-rigward ta' ċessjonijiet konklużi wara ... [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. [Em. 24]

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika sa ... [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 303, 29.8.2018, p. 2.
(2)ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019.
(4) Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6)
(5) Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti ta' kollateral finanzjarju (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).
(6)Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40).
(7)Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(8)Ir-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19).
(9)Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349-496.
(10)Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
(11)Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ tal-istituzzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15).
(12)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nru 280/2004/KE u Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u (UE) Nru 1193/2011 (ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1).
(13) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(14)Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(15)Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(16)Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Jannar 2020Avviż legali