Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0282(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0022/2019

Testi mressqa :

A8-0022/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 8.12

Testi adottati :

P8_TA(2019)0094

Testi adottati
PDF 129kWORD 50k
L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport ***
P8_TA-PROV(2019)0094A8-0022/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (13111/2018 – C8-0473/2018 – 2018/0282(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13111/2018),

–  wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikoli 91 u 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0473/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0022/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tat-trattat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Albanija, tal-Bożnija-Ħerzegovina, tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, tal-Kosovo(2), tal-Montenegro u tar-Repubblika tas-Serbja.

(1) ĠU L 278, 27.10.2017, p. 3.
(2) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hi konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Frar 2019Avviż legali