Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0196(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0043/2019

Testi mressqa :

A8-0043/2019

Dibattiti :

PV 13/02/2019 - 6
CRE 13/02/2019 - 6

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 8.14
CRE 13/02/2019 - 8.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 27/03/2019 - 18.11

Testi adottati :

P8_TA(2019)0096
P8_TA(2019)0310

Testi adottati
PDF 512kWORD 150k
L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom ***I
P8_TA-PROV(2019)0096A8-0043/2019

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM(2018)0375 – C8-0230/2018 – 2018/0196(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu
Proposta għal
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi
li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprovdi li, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti, u li għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti. L-Artikolu 175 TFUE jitlob li l-Unjoni ssostni l-ilħiq ta' dawn l-objettivi permezz tal-azzjoni li tieħu permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, it-Taqsima tal-Gwida, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti oħrajn. L-Artikolu 322 TFUE jipprovdi l-bażi biex jiġu adottati r-regoli finanzjarji li jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi adottata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet, kif ukoll kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji.
(1)  L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprovdi li, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti, u li għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti. Dawn ir-reġjuni jibbenefikaw b'mod partikolari mill-politika ta' koeżjoni. L-Artikolu 175 tat-TFUE jitlob li l-Unjoni ssostni l-ilħiq ta' dawn l-objettivi permezz tal-azzjoni li tieħu permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, it-Taqsima tal-Gwida, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti oħrajn. L-Artikolu 322 tat-TFUE jipprovdi l-bażi biex jiġu adottati r-regoli finanzjarji li jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi adottata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet, kif ukoll kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Huwa importanti għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha li l-politika ta' koeżjoni tibqa' l-politika ta' investiment ewlenija tal-Unjoni, filwaqt li żżomm il-finanzjament tagħha fil-perjodu 2021-2027 tal-anqas fil-livell tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Jenħtieġ li finanzjament ġdid għal oqsma oħra ta' attività jew programmi tal-Unjoni ma jkunux ta' detriment għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond ta' Koeżjoni.
Emenda 430
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Sabiex ikomplu jiżviluppaw implimentazzjoni koordinata u armonizzata tal-Fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+"), il-Fond ta' Koeżjoni, miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża fil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (Asylum and Migration Fund, "AMIF"), il-Fond għas-Sigurtà Interna (Internal Security Fund, "ISF") u l-Istrument għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u tal-Viżi ("BMVI"), jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji bbażati fuq l-Artikolu 322 TFUE għal dawn il-Fondi kollha ("il-Fondi"), li jispeċifikaw biċ-ċar il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet komuni bbażati fuq l-Artikolu 177 TFUE jiġu stabbiliti biex ikopru r-regoli speċifiċi tal-politika għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta' Koeżjoni u għall-FEMS.
(2)  Sabiex ikomplu jiżviluppaw implimentazzjoni koordinata u armonizzata tal-Fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+"), il-Fond ta' Koeżjoni, miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża fil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), il-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni ("AMIF"), il-Fond għas-Sigurtà Interna ("ISF") u l-Istrument għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u tal-Viżi ("BMVI"), jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji bbażati fuq l-Artikolu 322 tat-TFUE għal dawn il-Fondi kollha ("il-Fondi"), li jispeċifikaw biċ-ċar il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet komuni bbażati fuq l-Artikolu 177 tat-TFUE jiġu stabbiliti biex ikopru r-regoli speċifiċi tal-politika għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta' Koeżjoni, għall-FEMS u sa punt speċifiku għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Jenħtieġ li r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni skarsament popolati tat-Tramuntana jibbenefikaw minn miżuri speċifiċi u minn finanzjament addizzjonali skont l-Artikolu 349 TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 tal-Att ta' Adeżjoni tal-1994.
(4)  Jenħtieġ li r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni skarsament popolati tat-Tramuntana jibbenefikaw minn miżuri speċifiċi u minn finanzjament addizzjonali skont l-Artikolu 349 tat-TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 tal-Att ta' Adeżjoni tal-1994 sabiex jindirizzaw l-iżvantaġġi speċifiċi tagħhom relatati mal-pożizzjoni ġeografika tagħhom.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Jenħtieġ li l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 TFUE, inklużi l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 TUE, jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jqisu l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà tan-NU u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tagħha u skont id-dritt tal-Unjoni li jarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-inugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li dawn il-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan li tippriżerva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) TFUE, u jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw minnhom l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat kif stabbilit fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.
(5)  Jenħtieġ li l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 tat-TFUE, inklużi l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jqisu l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tagħha u skont id-dritt tal-Unjoni li jarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Fondi jiġu implimentati b'mod li jippromwovi d-deistituzzjonalizzazzjoni u l-kura bbażata fil-komunità. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li dawn il-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal kwalunkwe forma ta' segregazzjoni jew esklużjoni, jew li jappoġġaw infrastruttura li tkun inaċċessibbli għall-persuni b'diżabbilità. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan li tippreserva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) tat-TFUE, u jitqies il-prinċipju li min iniġġeż iħallas u jitqiesu l-impenji maqbula taħt il-Ftehim ta' Pariġi. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw minnhom l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat kif stabbilit fl-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE. Il-faqar huwa wieħed mill-akbar sfidi tal-UE. Għalhekk, il-Fondi jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-qerda tal-faqar. Jenħtieġ li huma jikkontribwixxu wkoll għall-issodisfar tal-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Meta wieħed jirrifletti fuq l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jissimplifikaw l-azzjonijiet klimatiċi u biex jinkiseb għan ġenerali ta' 25 % tan-nefqa tal-baġit li tapoġġa l-objettivi klimatiċi.
(9)  Meta wieħed jirrifletti fuq l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jissimplifikaw l-azzjonijiet klimatiċi u biex jinkiseb għan ġenerali ta' 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-objettivi klimatiċi. Il-mekkaniżmi għall-protezzjoni tal-klima jenħtieġ li jkunu parti integrali tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   Minħabba l-impatt tal-flussi ta' migrazzjoni minn pajjiżi terzi, il-politika ta' koeżjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi għal proċessi ta' integrazzjoni, b'mod partikolari billi tipprovdi appoġġ infrastrutturali lill-bliet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali l-aktar esposti, li huma aktar involuti fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' integrazzjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fondi tiġi implimentata mill-Kummissjoni taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri fis-sens tar-Regolament (UE, Euratom) [numru tar-Regolament Finanzjarju ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunill12 (ir-"Regolament Finanzjarju"). Għaldaqstant, meta jimplimentaw il-Fondi taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħall-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.
(10)  Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fondi tiġi implimentata mill-Kummissjoni taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri fis-sens tar-Regolament (UE, Euratom) [numru tar-Regolament Finanzjarju ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 (ir-"Regolament Finanzjarju"). Għaldaqstant, meta jimplimentaw il-Fondi taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħall-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-programmi. Dan jenħtieġ li jsir fil-livell territorjali xieraq, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tagħhom, u skont il-korpi maħtura minnhom għal dak il-għan. Jenħtieġ li l-Istati Membri joqogħdu lura milli jżidu regoli li jikkomplikaw l-użu tal-Fondi għall-benefiċjarji.
__________________
__________________
12 ĠU L […], […], p. […].
12 ĠU L […], […], p. […].
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Il-prinċipju tas-sħubija huwa fattur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jibni fuq l-approċċ ta' governanza f'diversi livelli u jiżgura l-involviment tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali. Sabiex jipprovdi kontinwità fl-organizzazzjoni tas-sħubija, jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/201413 ikompli japplika.
(11)  Il-prinċipju tas-sħubija huwa fattur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jibni fuq l-approċċ ta' governanza f'diversi livelli u jiżgura l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali, lokali u awtoritajiet pubbliċi oħra, tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali. Sabiex jipprovdi kontinwità fl-organizzazzjoni tas-sħubija, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa temenda u tadatta r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/201413.
__________________
__________________
13 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).
13 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas biex jiġu identifikati l-prijoritajiet nazzjonali ta' riforma u tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investiment pluriennali nazzjonali tagħhom b'appoġġ għal dawn il-prijoritajiet ta' riforma. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma bħala mod kif jiġu enfasizzati u kkoordinati proġetti ta' investimenti ta'prijorità li għandhom jiġu appoġġati minn finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b'mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jiġi riċevut, speċjalment mill-Fondi, mill-Funzjoni ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investiment Ewropea u mill-InvestUE.
imħassar
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw kif rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li huma rilevanti u adottati skont l-Artikolu 121(2) TFUE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li huma rilevanti u adottati skont l-Artikolu 148(4) TFUE (CSRs) jitqiesu fit-tħejjija ta' dokumenti ta' programmazzjoni. Matul il-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2021 u l-2027 ("perjodu ta' programmazzjoni"), jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi b'appoġġ għas-CSRs lill-kumitat ta' monitoraġġ u lill-Kummissjoni b'mod regolari. Matul rieżami ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li l-Istati Membri, fost elementi oħra, iqisu l-ħtieġa għal modifiki fil-programmi biex jakkomodaw CSRs rilevanti adottati jew modifikati sa mill-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni.
(13)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti adottati skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE ("CSRs") fit-tħejjija ta' dokumenti ta' programmazzjoni, meta jkunu konsistenti mal-objettivi tal-programm. Matul il-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2021 u l-2027 ("perjodu ta' programmazzjoni"), jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi b'appoġġ għas-CSRs, kif ukoll tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali lill-kumitat ta' monitoraġġ u lill-Kummissjoni b'mod regolari. Matul rieżami ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li l-Istati Membri, fost elementi oħra, iqisu l-ħtieġa għal modifiki fil-programmi biex jakkomodaw CSRs rilevanti adottati jew modifikati sa mill-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-kontenuti tal-abbozz tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima, li għandu jiġi żviluppat taħt ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija14 , u l-eżitu tal-proċess li wassal għar-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni rigward dawn il-pjanijiet, għall-programmi tagħhom, kif ukoll għall-ħtiġijiet finanzjarji allokati għal investimenti b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.
(14)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-kontenuti tal-abbozz tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima, li għandu jiġi żviluppat taħt ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija14 , u l-eżitu tal-proċess li wassal għar-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni rigward dawn il-pjanijiet, għall-programmi tagħhom, inkluż waqt ir-rieżami ta' nofs it-terminu, kif ukoll għall-ħtiġijiet finanzjarji allokati għal investimenti b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.
__________________
__________________
14 [Ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 (COM/2016/0759 final/2 - 2016/0375 (COD)]
14 [Ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 (COM/2016/0759 final/2 - 2016/0375 (COD)]
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Jeħtieġ li l-Ftehim ta' Sħubija, imħejji minn kull Stat Membru, ikun dokument strateġiku li jiggwida n-negozjati bejn il-Kummissjoni l-Istat Membru kkonċernat dwar it-tfassil tal-programmi. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li ma jkunx hemm għalfejn jiġu emendati l-Ftehimiet ta' Sħubija matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Sabiex jiffaċilitaw il-programmazzjoni u jiġi evitat kontenut duplikat fid-dokumenti ta' programmazzjoni, il-Ftehimiet ta' Sħubija jistgħu jiġu inklużi bħala parti minn programm.
(15)  Jeħtieġ li l-Ftehim ta' Sħubija, imħejji minn kull Stat Membru, ikun dokument strateġiku li jiggwida n-negozjati bejn il-Kummissjoni l-Istat Membru kkonċernat dwar it-tfassil tal-programmi. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li ma jkunx hemm għalfejn jiġu emendati l-Ftehimiet ta' Sħubija matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-programmazzjoni u jiġi evitat kontenut duplikat fid-dokumenti ta' programmazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Ftehimiet ta' Sħubija jiġu inklużi bħala parti minn programm.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Jenħtieġ li kull Stat Membru jkollu l-flessibbiltà li jikkontribwixxi għall-InvestUE għad-dispożizzjoni ta' garanziji baġitarji għall-investimenti f'dak l-Istat Membru.
(16)  Kull Stat Membru jista' jkollu l-flessibbiltà li jikkontribwixxi għall-InvestEU għad-dispożizzjoni ta' garanziji baġitarji għall-investimenti f'dak l-Istat Membru, skont ċerti kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Sabiex jiġu żgurati l-prerekwiżiti meħtieġa għall-użu effettiv u effiċjenti tal-appoġġ tal-Unjoni mogħti mill-Fondi, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista limitata ta' kundizzjonijiet abilitanti kif ukoll sett konċiż u eżawrjenti ta' kriterji oġġettivi għall-valutazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li kull kundizzjoni abilitanti tintrabat ma' objettiv speċifiku u jenħtieġ li tiġi applikata awtomatikament meta l-objettiv speċifiku jintgħażel għall-appoġġ. Meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, jenħtieġ li n-nefqa relatata mal-operazzjonijiet taħt l-objettivi speċifiċi relatati ma tiġix inkluża f'talbiet għall-ħlas. Sabiex jinżamm qafas ta' investiment favorevoli, jenħtieġ li jkun hemm monitoraġġ regolari tal-issodisfar kontinwu tal-kundizzjonijiet abilitanti. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ jiġu implimentati b'mod konsistenti mal-istrateġiji u mad-dokumenti tal-ippjanar fis-seħħ sottostanti għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet abilitanti, u b'hekk jiżguraw li l-operazzjonijiet kofinanzjati kollha jkunu konformi mal-qafas ta' politika tal-Unjoni.
(17)  Sabiex jiġu żgurati l-prerekwiżiti meħtieġa għall-użu inklużiv, mhux diskriminatorju, effettiv u effiċjenti tal-appoġġ tal-Unjoni mogħti mill-Fondi, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista limitata ta' kundizzjonijiet abilitanti kif ukoll sett konċiż u eżawrjenti ta' kriterji oġġettivi għall-valutazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li kull kundizzjoni abilitanti tintrabat ma' objettiv speċifiku u jenħtieġ li tiġi applikata awtomatikament meta l-objettiv speċifiku jintgħażel għall-appoġġ. Meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, jenħtieġ li n-nefqa relatata mal-operazzjonijiet taħt l-objettivi speċifiċi relatati ma tiġix inkluża f'talbiet għall-ħlas. Sabiex jinżamm qafas ta' investiment favorevoli, jenħtieġ li jkun hemm monitoraġġ regolari tal-issodisfar kontinwu tal-kundizzjonijiet abilitanti. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ jiġu implimentati b'mod konsistenti mal-istrateġiji u mad-dokumenti tal-ippjanar fis-seħħ sottostanti għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet abilitanti, u b'hekk jiżguraw li l-operazzjonijiet kofinanzjati kollha jkunu konformi mal-qafas ta' politika tal-Unjoni.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu qafas ta' prestazzjoni għal kull programm li jkopri l-indikaturi, l-istadji importanti u l-miri kollha biex jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jevalwaw il-prestazzjoni tal-programmi.
(18)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu qafas ta' prestazzjoni għal kull programm li jkopri l-indikaturi, l-istadji importanti u l-miri kollha biex jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jevalwaw il-prestazzjoni tal-programmi. Dan jenħtieġ li jippermetti li l-għażla u l-evalwazzjoni tal-proġetti jkunu mmexxija mir-riżultati.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu rieżami ta' nofs it-terminu ta' kull programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni. Jenħtieġ li r-rieżami jipprovdi aġġustament sħiħ tal-programmi bbażati fuq il-prestazzjoni tal-programmi, filwaqt li jagħti opportunità wkoll li jitqiesu sfidi ġodda CSRs rilevanti maħruġa fl-2024. B'mod parallel, jenħtieġ li fl-2024 il-Kummissjoni, flimkien mal-aġġustament tekniku għas-sena 2025, tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha taħt l-investiment għall-mira tal-impjiegi u t-tkabbir tal-politika ta' koeżjoni għas-snin 2025, 2026 u 2027, u tapplika l-metodu tal-allokazzjoni stabbilit fl-att bażiku rilevanti. Jenħtieġ li dan ir-rieżami flimkien mal-eżitu tar-rieżmi ta' nofs it-terminu jiriżulta f'emendi tal-programmi li jimmodifikaw l-allokazzjonijiet finanzjarji għas-snin 2025, 2026 u 2027.
(19)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu rieżami ta' nofs it-terminu ta' kull programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni. Jenħtieġ li r-rieżami jipprovdi aġġustament sħiħ tal-programmi bbażati fuq il-prestazzjoni tal-programmi, filwaqt li jagħti l-opportunità wkoll li jitqiesu sfidi ġodda u CSRs rilevanti maħruġa fl-2024, kif ukoll il-progress mal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jenħtieġ li l-isfidi demografiċi jiġu kkunsidrati wkoll. B'mod parallel, jenħtieġ li fl-2024 il-Kummissjoni, flimkien mal-aġġustament tekniku għas-sena 2025, tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha taħt l-investiment għall-mira tal-impjiegi u t-tkabbir tal-politika ta' koeżjoni għas-snin 2025, 2026 u 2027, u tapplika l-metodu tal-allokazzjoni stabbilit fl-att bażiku rilevanti. Jenħtieġ li dan ir-rieżami flimkien mal-eżitu tar-rieżami ta' nofs it-terminu jirriżulta f'emendi tal-programmi li jimmodifikaw l-allokazzjonijiet finanzjarji għas-snin 2025, 2026 u 2027.
Emendi 425/rev, 444/rev, 448 u 469
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Jenħtieġ li l-mekkaniżmi biex jiżguraw rabta bejn il-politiki ta' governanza ekonomika tal-Unjoni jkomplu jiġu rfinuti, biex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel proposta lill-Kunsill biex tissospendi l-impenji kollha jew parti minnhom għal wieħed mill-programmi jew aktar tal-Istat Membru kkonċernat meta dak l-Istat Membru jonqos milli jieħu azzjoni effettiva fil-kuntest tal-proċess tal-governanza ekonomika. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi u fid-dawl tal-importanza li jiġu imposti l-effetti finanzjarji tal-miżuri, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti fuq il-Kunsill li jenħtieġ li jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex tiġi żgurata azzjoni effettiva fil-kuntest tal-proċess tal-governanza ekonomika, jenħtieġ li tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa.
imħassar
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
(20a)  L-Istati Membri jistgħu, f'każijiet debitament ġustifikati, jagħmlu talba għall-flessibbiltà fil-qafas attwali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti, appoġġata mill-amministrazzjoni pubblika permezz ta' kofinanzjament ta' investimenti attivati bħala parti mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ("Fondi SIE"). Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa t-talba rispettiva, meta tiddefinixxi l-aġġustament fiskali taħt il-parti preventiva jew dik korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)  Il-proġetti maġġuri jirrappreżentaw sehem sostanzjali mill-infiq tal-Unjoni u ta' spiss huma ta' importanza strateġika fir-rigward tat-twettiq tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għaldaqstant huwa ġġustifikat li operazzjonijiet lil hinn minn ċerti limiti jkomplu jkunu soġġetti għal proċeduri speċifiċi ta' approvazzjoni skont dan ir-Regolament. Il-limitu jenħtieġ li jiġi stabbilit fir-rigward tal-kost totali eliġibbli wara li jitqies id-dħul nett mistenni. Biex tkun żgurata ċ-ċarezza, huwa xieraq li jiġi definit il-kontenut ta' applikazzjoni ta' proġett maġġuri għal dan il-għan. L-applikazzjoni jenħtieġ li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja biex tingħata garanzija li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fondi ma tirriżultax f'telf sostanzjali ta' impjiegi f'postijiet eżistenti fl-Unjoni. L-Istat Membru jenħtieġ li jippreżenta l-informazzjoni kollha mitluba u jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-proġett maġġuri biex tiddetermina jekk hijiex ġustifikata l-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Sabiex jissaħħaħ l-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, jenħtieġ li l-investimenti fil-forma tal-għodod territorjali bħall-investimenti territorjali integrati ("ITI"), l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (community-led local development, "CLLD") jew kull għodda territorjali oħra taħt l-objettiv ta' politika "Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha" li tappoġġa l-inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati għall-FEŻR ikunu bbażati fuq strateġiji ta' żvilupp territorjali u lokali. Għall-finijiet tal-ITI u tal-għodod territorjali mfassla mill-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-istrateġiji territorjali. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji territorjali jiġu żviluppati u approvati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti. Sabiex jiġi żgurat l-involviment tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti fl-istrateġiji territorjali ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet jew il-korpi jkunu responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati, jew involuti f'dik l-għażla.
(23)  Sabiex jissaħħaħ l-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, jenħtieġ li l-investimenti fil-forma tal-għodod territorjali bħall-investimenti territorjali integrati ("ITI"), l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (community-led local development, "CLLD", magħruf bħala "LEADER" taħt il-FAEŻR) jew kull għodda territorjali oħra taħt l-objettiv ta' politika "Ewropa eqreb taċ-ċittadini tagħha" li tappoġġa l-inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati għall-FEŻR ikunu bbażati fuq strateġiji ta' żvilupp territorjali u lokali. L-istess jenħtieġ li japplika għal inizjattivi relatati bħall-Irħula Intelliġenti. Għall-finijiet tal-ITI u tal-għodod territorjali mfassla mill-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-istrateġiji territorjali. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji territorjali jiġu żviluppati u approvati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti. Sabiex jiġi żgurat l-involviment tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti fl-istrateġiji territorjali ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet jew il-korpi jkunu responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati, jew involuti f'dik l-għażla.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Sabiex jiġi mobilizzat aħjar il-potenzjal fil-livell lokali, jeħtieġ li jissaħħaħ u jiġi ffaċilitat is-CLLD. Jenħtieġ li jqis il-ħtiġijiet lokali u l-potenzjal, kif ukoll karatteristiċi soċjokulturali rilevanti, u jenħtieġ li jipprevedi bidliet strutturali, jibni l-kapaċità tal-komunità u jistimola l-innovazzjoni. Jenħtieġ li jissaħħu l-kooperazzjoni mill-qrib u l-użu integrat tal-Fondi biex jitwasslu strateġiji għall-iżvilupp lokali. Jenħtieġ li, bħala prinċipju essenzjali, il-gruppi ta' azzjoni lokali li jirrappreżentaw l-interessi tal-komunità jkunu responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tas-CLLD. Sabiex jiġi ffaċilitat appoġġ koordinat minn Fondi differenti għall-istrateġiji tas-CLLD u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-użu ta' approċċ ta' "Fond Prinċipali".
(24)  Sabiex jiġi mobilizzat aħjar il-potenzjal fil-livell lokali, jeħtieġ li jissaħħaħ u jiġi ffaċilitat is-CLLD. Jenħtieġ li jqis il-ħtiġijiet lokali u l-potenzjal, kif ukoll karatteristiċi soċjokulturali rilevanti, u jenħtieġ li jipprevedi bidliet strutturali, jibni l-kapaċità tal-komunità u l-kapaċità amministrattiva u jistimola l-innovazzjoni. Jenħtieġ li jissaħħu l-kooperazzjoni mill-qrib u l-użu integrat tal-Fondi biex jitwasslu strateġiji għall-iżvilupp lokali. Jenħtieġ li, bħala prinċipju essenzjali, il-gruppi ta' azzjoni lokali li jirrappreżentaw l-interessi tal-komunità jkunu responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tas-CLLD. Sabiex jiġi ffaċilitat appoġġ koordinat minn Fondi differenti għall-istrateġiji tas-CLLD u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-użu ta' approċċ ta' "Fond Prinċipali".
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Sabiex jonqos il-piż amministrattiv, jenħtieġ li tiġi implimentata assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istat Membru permezz ta' rata fissa bbażata fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi. Din l-assistenza teknika tista' tkun ikkomplementata minn miżuri ta' bini tal-kapaċità mmirati bl-użu ta' metodi ta' rimborż li mhumiex marbuta ma' kostijiet. L-azzjonijiet u r-riżultati kif ukoll pagamenti korrispondenti tal-Unjoni jistgħu jiġu miftiehma fi pjan direzzjonali u jistgħu jwasslu għal pagamenti għal riżultati fil-post.
(25)  Sabiex jonqos il-piż amministrattiv, jenħtieġ li tiġi implimentata assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istat Membru permezz ta' rata fissa bbażata fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi. Dik l-assistenza teknika tista' tkun ikkomplementata minn miżuri ta' bini tal-kapaċità mmirati, bħall-evalwazzjoni tas-sett ta' ħiliet tar-riżorsi umani, bl-użu ta' metodi ta' rimborż li mhumiex marbuta ma' kostijiet. L-azzjonijiet u r-riżultati kif ukoll pagamenti korrispondenti tal-Unjoni jistgħu jiġu miftiehma fi pjan direzzjonali u jistgħu jwasslu għal pagamenti għal riżultati fil-post.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Sabiex jeżamina l-prestazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li l-Istat Membru jwaqqaf kumitati ta' monitoraġġ. Għall-FEŻR, għall-FSE+ u għall-Fond ta' Koeżjoni, jenħtieġ li r-rapporti annwali ta' implimentazzjoni jiġu sostitwiti minn djalogu ta' politika strutturat annwali bbażat fuq l-aħħar informazzjoni u data dwar l-implimentazzjoni tal-programmi li jkunu saru disponibbli mill-Istat Membru.
(27)  Sabiex jeżamina l-prestazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li l-Istat Membru jistabbilixxi kumitati ta' monitoraġġ li jikkonsistu wkoll minn rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali. Għall-FEŻR, għall-FSE+ u għall-Fond ta' Koeżjoni, jenħtieġ li r-rapporti annwali ta' implimentazzjoni jiġu sostitwiti minn djalogu ta' politika strutturat annwali bbażat fuq l-aħħar informazzjoni u data dwar l-implimentazzjoni tal-programmi li jkunu saru disponibbli mill-Istat Membru.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201616, jenħtieġ li l-Fondi jiġu evalwati fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjonijiet żejda u piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi fil-post.
(28)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201616, jeħtieġ li l-Fondi jiġu evalwati fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni żejda u piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi fil-post. L-indikaturi għandhom jiġu żviluppati b'mod li jkun sensittiv għall-ġeneru meta jkun possibbli.
_________________
_________________
16 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.
16 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' informazzjoni aġġornata dwar l-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jintalab rappurtar elettroniku aktar frekwenti dwar id-data kwantitattiva.
(29)  Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' informazzjoni aġġornata dwar l-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jintalab rappurtar elettroniku effettiv u f'waqtu dwar id-data kwantitattiva.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Sabiex tappoġġa t-tħejjija tal-programmi u l-attivitajiet relatati tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Fondi. Fi tmiem il-perjodu ta'programmazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet retrospettivi tal-Fondi, li jenħtieġ li jiffukaw fuq l-impatt tal-Fondi.
(30)  Sabiex tappoġġa t-tħejjija tal-programmi u l-attivitajiet relatati tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Fondi. Fi tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet retrospettivi tal-Fondi, li jenħtieġ li jiffukaw fuq l-impatt tal-Fondi. Jenħtieġ li r-riżultati ta' dawn l-evalwazzjonijiet jiġu pubblikati.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 34
(34)  Rigward l-għotjiet mogħtija lill-benefiċjarji, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dejjem aktar użu mill-għażliet tal-kostijiet issimplifikati. Jenħtieġ li l-livell limitu marbut mal-użu obbligatorju tal-għażliet tal-kostijiet issimplifikati jkun marbut mal-kostijiet totali tal-operazzjoni sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-operazzjonijiet kollha taħt il-livell limitu, kemm jekk l-appoġġ ikun pubbliku kif ukoll jekk privat.
(34)  Rigward l-għotjiet mogħtija lill-benefiċjarji, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dejjem aktar użu mill-għażliet tal-kostijiet issimplifikati. Jenħtieġ li l-livell limitu marbut mal-użu obbligatorju tal-għażliet tal-kostijiet issimplifikati jkun marbut mal-kostijiet totali tal-operazzjoni sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-operazzjonijiet kollha taħt il-livell limitu, kemm jekk l-appoġġ ikun pubbliku kif ukoll jekk privat. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jipproponi l-użu ta' għażla tal-ispejjeż issimplifikati, jista' jikkonsulta lill-kumitat ta' monitoraġġ.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Sabiex jottimizzaw l-assorbiment ta' investimenti ambjentali kofinanzjati, jenħtieġ li s-sinerġiji jiġu żgurati bil-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika LIFE, b'mod partikolari permezz ta' proġetti integrati strateġiċi LIFE u proġetti ta' natura strateġika.
(36)  Sabiex jottimizzaw l-assorbiment ta' investimenti ambjentali kofinanzjati, jenħtieġ li s-sinerġiji jiġu żgurati bil-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika LIFE, b'mod partikolari permezz ta' proġetti integrati strateġiċi LIFE u proġetti ta' natura strateġika, kif ukoll mal-proġetti finanzjati taħt Orizzont Ewropa u programmi oħra tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  Sabiex ikunu żgurati l-effettività, il-ġustizzja u l-impatt sostenibbli tal-Fondi, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet li jiggarantixxu li l-investmenti fl-infrastruttura jew l-investiment produttiv idumu u jimpedixxu l-użu ta' dawn il-Fondi għal vantaġġ mhux dovut. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni joqogħdu attenti b'mod partikolari li ma jappoġġawx ir-rilokazzjoni meta jagħżlu l-operazzjonijiet u li jittrattaw is-somom imħallsa b'mod mhux dovut lil operazzjonijiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżit tad-durabbiltà bħala irregolaritajiet.
(38)  Sabiex ikunu żgurati l-inklużività, l-effettività, il-ġustizzja u l-impatt sostenibbli tal-Fondi, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet li jiggarantixxu li l-investmenti fl-infrastruttura jew l-investiment produttiv ma jkunux diskriminatorji u jkunu dejjiema u jimpedixxu l-użu ta' dawn il-Fondi għal vantaġġ mhux dovut. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni joqogħdu attenti b'mod partikolari li ma jappoġġawx ir-rilokazzjoni meta jagħżlu l-operazzjonijiet u li jittrattaw is-somom imħallsa b'mod mhux dovut lil operazzjonijiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżit tad-durabbiltà bħala irregolaritajiet.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  Sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud mill-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li wieħed ifittex sinerġiji b'mod partikolari bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament inkluża l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi. Jenħtieġ li dawn is-sinerġiji jinkisbu permezz ta' mekkaniżmi ewlenin, jiġifieri r-rikonoxximent ta' rati fissi għal kostijiet eliġibbli mill-Orizzont Ewropa għal operazzjoni simili u l-possibbiltà li jiġi kkombinat finanzjament minn strumenti tal-Unjoni differenti fl-istess operazzjoni sakemm jiġi evitat finanzjament doppju. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal finanzjament komplementari mill-Fondi.
(40)  Sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud mill-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li wieħed ifittex sinerġiji b'mod partikolari bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament inkluża l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi. Jenħtieġ li din il-koordinazzjoni tal-politika tippromwovi mekkaniżmi li jkunu faċli biex jintużaw u governanza f'diversi livelli. Jenħtieġ li dawk is-sinerġiji jinkisbu permezz ta' mekkaniżmi ewlenin, jiġifieri r-rikonoxximent ta' rati fissi għal kostijiet eliġibbli mill-Orizzont Ewropa għal operazzjoni simili u l-possibbiltà li jiġi kkombinat finanzjament minn strumenti tal-Unjoni differenti fl-istess operazzjoni dment li jiġi evitat finanzjament doppju. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal finanzjament komplementari mill-Fondi.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 42a (ġdida)
(42a)   Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni jkollhom il-possibbiltà li jimplimentaw strumenti finanzjarji permezz ta' għoti ta' kuntratt dirett lill-Grupp tal-BEI u lill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs).
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 44
(44)  B'rispett sħiħ għall-għajnuna mill-Istat u r-regoli tal-akkwist pubbliku applikabbli u diġà ċċarati matul il-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2014 u l-2020, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu dwar l-għażliet ta' implimentazzjoni l-aktar xierqa għall-istrumenti finanzjarji sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni mmirati.
(44)  B'rispett sħiħ għall-għajnuna mill-Istat u r-regoli tal-akkwist pubbliku applikabbli u diġà ċċarati matul il-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2014 u l-2020, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu dwar l-għażliet ta' implimentazzjoni l-aktar xierqa għall-istrumenti finanzjarji sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni mmirati. F'dan il-qafas, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, tagħti gwida lill-awdituri, lill-awtoritajiet ta' ġestjoni u lill-benefiċjarji għall-valutazzjoni tal-konformità mal-għajnuna mill-Istat u l-iżvilupp ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 45a (ġdida)
(45a)   Sabiex iżżid ir-responsabbiltà u t-trasparenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi sistemi ta' indirizzar tal-ilmenti li jkunu aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati kollha fl-istadji kollha ta' preparazzjoni u implimentazzjoni tal-programmi, inkluż il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 46
(46)  Sabiex jitħaffef il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat ir-riportament tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni mill-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti. Jenħtieġ li jinżamm l-użu ta' sistema kompjuterizzata diġà stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, adatta skont kif meħtieġ, sakemm ma tkunx meħtieġa teknoloġija ġdida.
(46)  Sabiex jitħaffef il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat ir-riportament tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni, inklużi s-sistemi amministrattivi u tal-IT, mill-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, meta dan ikun possibbli. Jenħtieġ li jinżamm l-użu ta' sistema kompjuterizzata diġà stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, adatta skont kif meħtieġ, sakemm ma tkunx meħtieġa teknoloġija ġdida.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 48a (ġdida)
(48a)  Sabiex jiġi appoġġat l-użu effettiv tal-Fondi, l-appoġġ tal-BEI jenħtieġ li jkun disponibbli għall-Istati Membri kollha fuq talba tagħhom. Dan jista' jkopri l-bini tal-kapaċità, l-appoġġ għall-identifikazzjoni tal-proġett, it-tħejjija u l-implimentazzjoni, kif ukoll pariri dwar l-istrumenti finanzjarji u l-pjattaformi ta' investiment.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 50
(50)  Biex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Fondi u l-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi relatati, jenħtieġ li l-frekwenza, l-ambitu u l-kopertura tal-verifiki ta' ġestjoni jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju li tqis fatturi bħat-tip ta' operazzjonijiet implimentati, il-benefiċjarji kif ukoll il-livell ta' riskju identifikat mill-verifiki ta' ġestjoni u l-awditi preċedenti.
(50)  Biex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Fondi u l-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi relatati, jenħtieġ li l-frekwenza, l-ambitu u l-kopertura tal-verifiki ta' ġestjoni jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju li tqis fatturi bħat-tip ta' operazzjonijiet implimentati, il-kumplessità u l-għadd tal-operazzjonijiet, il-benefiċjarji kif ukoll il-livell ta' riskju identifikat mill-verifiki ta' ġestjoni u l-awditi preċedenti. Il-miżuri ta' ġestjoni u ta' kontroll għall-Fondi jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-livell ta' riskju għall-baġit tal-Unjoni.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 58
(58)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevjenu, jikxfu u jindirizzaw ukoll b'mod effettiv kull irregolarità inkluż frodi mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/201318 , u r-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2988/9519 u Nru 2185/9620 , l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/193921 , l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/137122 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-miżuri meħtieġa biex kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Qorti Ewropea Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tingħata drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar irregolaritajiet mikxufa inkluż frodi, u s-segwitu tagħhom kif ukoll is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF.
(58)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevjenu, jikxfu u jindirizzaw ukoll b'mod effettiv kull irregolarità inkluż frodi mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/201318 , u r-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2988/9519 u Nru 2185/9620 , l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/193921 , l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/137122 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-miżuri meħtieġa biex kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tingħata drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu rapport dettaljat lill-Kummissjoni dwar irregolaritajiet mikxufa inkluż frodi, u s-segwitu tagħhom kif ukoll is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. L-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni msaħħa mal-UPPE jenħtieġ li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni nazzjonali fir-rigward ta' każijiet ta' irregolaritajiet li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni.
__________________
__________________
18 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
18 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
19 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
19 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
20 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.)
20 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.)
21 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
21 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
22 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
22 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 61
(61)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi sabiex jintgħażlu reġjuni u żoni eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni fil-livell tal-Unjoni tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 , kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/201424 .
(61)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi sabiex jintgħażlu reġjuni u żoni eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u taż-żoni fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 , kif emendat l-aktar riċentement bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2016/206624 .
__________________
__________________
23 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
23 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
24 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 241, 13.8.2014, p. 1).
24 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2066/2016 tal-21 ta' Novembru 2016 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 322, 29.11.2014, p. 1).
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 62
(62)  Sabiex tistabilixxi qafas finanzjarju xieraq għall-FEŻR, għall-FSE+ u għall-Fond ta' Koeżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi tqassim annwali ta' allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli, kif ukoll l-allokazzjonijiet għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Filwaqt li tqis li jenħtieġ li l-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri jiġu stabbiliti fuq il-bażi tad-data statistika u l-previżjonijiet disponibbli fl-2018 u minħabba l-inċertezzi tal-previżjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha fl-2024 fuq il-bażi tal-aktar statistiki riċenti disponibbli dak il-ħin u, meta jkun hemm diverġenza kumulattiva ta' aktar minn +/- 5 %, jenħtieġ li taġġusta dawk l-allokazzjonijiet għas-snin 2025 sal-2027 sabiex l-eżiti tar-rieżami ta' nofs it-terminu u tal-eżerċizzju ta' aġġustament tekniku jiġu riflessi fl-emendi tal-programmi fl-istess ħin.
(62)  Sabiex tistabbilixxi qafas finanzjarju xieraq għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-FEMS u għall-Fond ta' Koeżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi tqassim annwali ta' allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli, kif ukoll l-allokazzjonijiet għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Filwaqt li tqis li jenħtieġ li l-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri jiġu stabbiliti fuq il-bażi tad-data statistika u l-previżjonijiet disponibbli fl-2018 u minħabba l-inċertezzi tal-previżjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha fl-2024 fuq il-bażi tal-aktar statistiki riċenti disponibbli dak il-ħin u, meta jkun hemm diverġenza kumulattiva ta' aktar minn +/- 5 %, jenħtieġ li taġġusta dawk l-allokazzjonijiet għas-snin 2025 sal-2027 sabiex l-eżiti tar-rieżami ta' nofs it-terminu u tal-eżerċizzju ta' aġġustament tekniku jiġu riflessi fl-emendi tal-programmi fl-istess ħin.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 63
(63)  Il-proġetti tat-trapsort trans-Ewropej skont ir-Regolament (UE) Nru [Regolament ġdid tal-FNE]25 se jkomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll mezz ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa ("FNE"). B'segiwtu għall-approċċ b'suċċess tal-perjodu ta' programmazzjoni mill-2014 sal-2020, jenħtieġ li jiġu trasferiti EUR 10 000 000 000 tal-Fond ta' Koeżjoni lill-FNE għal dan il-għan.
(63)  Il-proġetti tat-trasport trans-Ewropej skont ir-Regolament (UE) Nru [Regolament ġdid tal-FNE]25 se jkomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll mezz ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ("FNE"). B'segwitu għall-approċċ b'suċċess tal-perjodu ta' programmazzjoni mill-2014 sal-2020, jenħtieġ li jiġu trasferiti EUR 4 000 000 000 tal-Fond ta' Koeżjoni lill-FNE għal dan il-għan.
__________________
__________________
25 Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar [FNE] (ĠU L […], […], p. […])]
25 Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar [FNE] (ĠU L […], […], p. […])]
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 64
(64)  Jenħtieġ li ċertu ammont tar-riżorsi mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni jiġu allokati mill-Inizjattiva Urbana Ewropea li jenħtieġ li tiġi implimentata permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni.
(64)  Jenħtieġ li ċertu ammont tar-riżorsi mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni jiġu allokati mill-Inizjattiva Urbana Ewropea li jenħtieġ li tiġi implimentata permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni. Fil-ġejjieni jenħtieġ li ssir aktar riflessjoni dwar l-appoġġ speċifiku li jingħata lil reġjuni u komunitajiet żvantaġġati.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 65a (ġdida)
(65a)   Bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati mir-reġjuni b'introjtu medju, kif deskritt fis-7 rapport ta' koeżjoni1a (tkabbir baxx meta mqabbel mar-reġjuni aktar żviluppati iżda wkoll meta mqabbel mar-reġjuni inqas żviluppati, problema li qed tiġi ffaċċjata b'mod speċjali minn reġjuni b'PDG per capita ta' bejn 90 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27), "ir-reġjuni fi tranżizzjoni" jenħtieġ li jirċievu appoġġ adegwat u jiġu definiti bħala reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa ta' bejn 75 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.
___________________
1a Is-7 rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, intitolat "Ir-Reġjun tiegħi, L-Ewropa tiegħi, Il-Futur tagħna: Is-7 rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" (COM(2017) 0583, 9 ta' Ottubru 2017).
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 66a (ġdida)
(66a)  Fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, bosta reġjuni u Stati Membri se jkunu aktar esposti għall-konsegwenzi ta' dan l-irtirar minn oħrajn, minħabba l-ġeografija, in-natura u/jew il-firxa tar-rabtiet kummerċjali tagħhom. Huwa għalhekk importanti li jiġu identifikati soluzzjonijiet prattiċi għall-appoġġ anke fi ħdan il-qafas tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi għar-reġjuni kkonċernati u l-Istati Membri ladarba l-ħruġ tar-Renju Unit ikun seħħ. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi stabbilita kooperazzjoni kontinwa, li tinvolvi skambji ta' informazzjoni u ta' prattiki tajbin fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali l-aktar milquta u tal-Istati Membri.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 67
(67)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati massimi ta' kofinanzjament fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni skont il-kategorija tar-reġjun sabiex jiġi żgurat li l-prinċipju ta' kofinanzjament jiġi rispettat permezz ta' livell xieraq ta' appoġġ nazzjonali pubbliku jew privat. Jenħtieġ li dawn ir-rati jirriflettu l-livell tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni f'termini ta' PDG per capita fir-rigward tal-medja tal-EU-27.
(67)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati massimi ta' kofinanzjament fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni skont il-kategorija tar-reġjun sabiex jiġi żgurat li l-prinċipju ta' kofinanzjament jiġi rispettat permezz ta' livell xieraq ta' appoġġ nazzjonali pubbliku jew privat. Jenħtieġ li dawn ir-rati jirriflettu l-livell tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni f'termini ta' PDG per capita fir-rigward tal-medja tal-UE-27, filwaqt li ma jissalvagwardawx trattament inqas favorevoli minħabba tibdil fil-kategorizzazzjoni tagħhom.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 69
(69)  Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji biex jiġu determinati l-każijiet ta' irregolaritajiet li għandhom jiġu rrapportati, id-definizzjoni tal-kostijiet unitari, is-somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-finanzjament mhux marbut ma' kostijiet applikabbli għall-Istati Membri kif ukoll l-istabbiliment standardizzat tal-metodoloġiji ta' kampjunar prekostitwiti.
(69)  Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda ta' kodiċi ta' kondotta Ewropew dwar is-sħubija sabiex il-kodiċi jiġi adattat għal dan ir-Regolament, l-istabbiliment tal-kriterji biex jiġu determinati l-każijiet ta' irregolaritajiet li għandhom jiġu rrapportati, id-definizzjoni tal-kostijiet unitarji, is-somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-finanzjament mhux marbut ma' kostijiet applikabbli għall-Istati Membri kif ukoll l-istabbiliment standardizzat tal-metodoloġiji ta' kampjunar prekostitwiti.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 70
(70)  Huwa ta' importanza partikolari li, waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(70)  Huwa ta' importanza partikolari li, waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u trasparenti mal-partijiet interessati kollha anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 73
(73)  L-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji komuni għall-parti mill-baġit tal-Unjoni implimentati skont il-ġestjoni kondiviża, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġuni ta', min-naħa waħda, livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti, kif ukoll il-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tar-reġjuni, u min-naħa l-oħra, ħtieġa għal qafas koerenti ta' implimentazzjoni li jkopri diversi fondi tal-Unjoni skont il-ġestjoni kondiviża. Billi dawn l-objettivi jistgħu għalhekk jinkisbu minflok b'mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettiv.
(73)  L-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji komuni għall-parti mill-baġit tal-Unjoni implimentati skont il-ġestjoni kondiviża, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġuni ta', min-naħa waħda, livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u l-isfidi speċifiċi li jiffaċċaw ir-reġjuni li huma inqas favoriti, kif ukoll il-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tar-reġjuni, u min-naħa l-oħra, ħtieġa għal qafas koerenti ta' implimentazzjoni li jkopri diversi fondi tal-Unjoni skont il-ġestjoni kondiviża. Billi dawn l-objettivi jistgħu għalhekk jinkisbu minflok b'mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
(a)   regoli finanzjarji għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), għall-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+"), għall-Fond ta' Koeżjoni, għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni ("AMIF"), għall-Fond għas-Sigurtà Interna ("ISF") u għall-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi ("BMVI") ("il-Fondi");
(a)  regoli finanzjarji għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), għall-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+"), għall-Fond ta' Koeżjoni, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali ("FAEŻR"), għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni ("AMIF"), għall-Fond għas-Sigurtà Interna ("ISF") u għall-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi ("BMVI") ("il-Fondi");
Emendi 431 u 432
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
(b)  dispożizzjonijiet komuni għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta' Koeżjoni u għall-FEMS.
(b)  dispożizzjonijiet komuni għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta' Koeżjoni u għall-FEMS, u għall-FAEŻR kif preskritt fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu.
Emenda 432
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   It-Titolu I, Kapitolu I – Artikolu 2 – paragrafu 4a, il-Kapitolu II – Artikolu 5, it-Titolu III, Kapitolu II – Artikoli 22 sa 28 u t-Titolu IV – Kapitolu III – Artikoli 41 sa 43 għandhom japplikaw għall-miżuri ta' għajnuna ffinanzjati mill-FAEŻR u t-Titolu I – Kapitolu 1 – Artikolu 2 – paragrafi 15 sa 25, kif ukoll it-Titolu V – Kapitolu II – Taqsima II – Artikoli 52 sa 56 għandhom japplikaw għall-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK] u appoġġati taħt il-FAEŻR.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
(1)  "rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż" tfisser rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati f'konformità mal-Artikolu 121(2) u mal-Artikolu 148(4) TFUE relatati ma' sfidi strutturali li jixraq li jiġu indirizzati permezz ta' investimenti pluriennali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Fondi kif stabbilit fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, u rakkomandazzjonijiet rilevanti adottati f'konformità mal-Artikolu [XX] tar-Regolament (UE) [in-numru tar-Regolament il-ġdid dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(1)  "rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż" tfisser rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati f'konformità mal-Artikoli 121(2) u (4) u mal-Artikolu 148(4) tat-TFUE relatati ma' sfidi strutturali li jixraq li jiġu indirizzati permezz ta' investimenti pluriennali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Fondi kif stabbilit fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, u rakkomandazzjonijiet rilevanti adottati f'konformità mal-Artikolu [XX] tar-Regolament (UE) [in-numru tar-Regolament il-ġdid dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
(1a)   "kundizzjoni abilitanti" tfisser kundizzjoni konkreta u definita b'mod preċiż li għandha rabta ġenwina ma' impatt dirett fuq il-kisba effettiva u effiċjenti ta' objettiv speċifiku tal-programm;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
(4a)  "programm" fil-kuntest tal-FAEŻR tfisser il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fir-Regolament (UE) [...] ("ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK");
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 –punt c
(c)  fil-kuntest ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat, l-impriża li tirċievi l-għajnuna;
(c)  fil-kuntest ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat, il-korp jew l-impriża, skont kif ikun xieraq, li jirċievu l-għajnuna, għajr meta l-għajnuna għal kull impriża tkun ta' inqas minn EUR 200 000, f'liema każ l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li l-benefiċjarju jkun il-korp li jagħti l-għajnuna, mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/20131a, (UE) Nru 1408/20131b u (UE) Nru 717/20141c;
__________________
1a ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1.
1b ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9.
1c ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9
(9)  "fond għal proġetti żgħar" tfisser operazzjoni fi programm Interreg li jkun immirat għall-għażla u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' volum finanzjarju limitat;
(9)  "fond għal proġetti żgħar" tfisser operazzjoni fi programm Interreg li jkun immirat għall-għażla u l-implimentazzjoni ta' proġetti, inklużi proġetti bejn il-persuni, ta' volum finanzjarju limitat;
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21
(21)  "fond speċifiku" tfisser fond, stabbilit minn awtorità ta' ġestjoni jew fond ta' parteċipazzjoni, biex jipprovdi prodotti finanzjarji lir-riċevituri finali;
(21)  "fond speċifiku" tfisser fond stabbilit minn awtorità ta' ġestjoni jew fond ta' parteċipazzjoni li permezz tiegħu jipprovdu prodotti finanzjarji lir-riċevituri finali;
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 36a (ġdid)
(36a)  "l-ewwel prinċipju tal-effiċjenza enerġetika" tfisser il-prijoritizzazzjoni, fid-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar, il-politika u l-investiment tal-enerġija, ta' miżuri li jagħmlu d-domanda u l-provvista tal-enerġija aktar effiċjenti;
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 37
(37)  "reżiljenza għat-tibdil fil-klima" tfisser proċess biex ikun żgurat li l-infrastruttura hija reżiljenti għall-impatti negattivi tal-klima f'konformità mal-gwida u mar-regoli nazzjonali, meta disponibbli, jew ma' standards rikonoxxuti internazzjonalment.
(37)  "reżiljenza għat-tibdil fil-klima" tfisser proċess biex ikun żgurat li l-infrastruttura hija reżiljenti għall-impatti negattivi tal-klima f'konformità mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment jew mar-regoli u mal-gwida nazzjonali, meta disponibbli, li l-ewwel prinċipju tal-effiċjenza enerġetika jiġi rispettat u li jintgħażlu dejjem metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi u ta' dekarbonizzazzjoni;
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 37a (ġdid)
(37a)  'BEI' tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment jew kwalunkwe sussidjarja tal-Bank Ewropew tal-Investiment.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
(a)  Ewropa aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti;
(a)  Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u tat-tisħiħ tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ;
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b)  Ewropa aktar ħadra, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju bis-saħħa tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta, investiment aħdar u blu, ekonomija ċirkolari, adattament klimatiku u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji;
(b)  Ewropa aktar ekoloġika, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju li għaddejja minn tranżizzjoni għal Ewropa b'ekonomija reżiljenti u mingħajr emissjonijiet tal-karbonju bis-saħħa tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, ekonomija ċirkolari, mitigazzjoni u adattament tat-tibdil fil-klima u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji;
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c
(c)  Ewropa aktar konnessa billi tittejjeb il-mobbiltà u l-konnettività reġjonali tal-ICT;
(c)  Ewropa aktar konnessa billi tittejjeb il-mobbiltà, inkluża l-mobbiltà intelliġenti u sostenibbli, u l-konnettività reġjonali tal-ICT, kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar;
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d
(d)  Ewropa aktar soċjali li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
(d)  Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e
(e)  Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini bis-saħħa tat-trawwim ta' żvilupp sostenibbli u integrat taż-żoni urbani, rurali u kostali u inizjattivi lokali.
(e)  Ewropa eqreb taċ-ċittadini bis-saħħa tat-trawwim ta' żvilupp sostenibbli u integrat tar-reġjuni, iż-żoni u l-inizjattivi lokali kollha.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi ambjentali u klimatiċi bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq it-tipi ta' intervent għal kull wieħed mill-Fondi. Din il-metodoloġija għandha tikkonsisti mill-assenjar ta' ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut f'livell li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jagħti kontribut għall-objettivi ambjentali u għall-objettivi klimatiċi. Fil-każ tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta' Koeżjoni, għandhom ikunu attribwiti ponderazzjonijiet għad-dimensjonijiet u għall-kodiċijiet għat-tipi ta' interventi stabbiliti fl-Anness I.
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw reżiljenza għat-tibdil fil-klima għall-operazzjonijiet rilevanti permezz tal-proċess tal-ippjanar u implimentazzjoni sħiħ u għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi ambjentali u klimatiċi bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq it-tipi ta' intervent għal kull wieħed mill-Fondi. Din il-metodoloġija għandha tikkonsisti mill-assenjar ta' ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut f'livell li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jagħti kontribut għall-objettivi ambjentali u għall-objettivi klimatiċi. Fil-każ tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta' Koeżjoni, għandhom ikunu attribwiti ponderazzjonijiet għad-dimensjonijiet u għall-kodiċijiet għat-tipi ta' interventi stabbiliti fl-Anness I.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarità u l-koerenza bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni bħall-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma, inklużi l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument għall-Appoġġ Tekniku. Dawn għandhom jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni bejn dawk responsabbli biex tiġi evitata d-duplikazzjoni matul l-ippjanar u l-implimentazzjoni.
4.  F'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u fi qbil mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' governanza f'diversi livelli, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-koerenza bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni bħall-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma, inklużi l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument għall-Appoġġ Tekniku. Dawn għandhom jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni bejn dawk responsabbli sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni matul l-ippjanar u l-implimentazzjoni.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-konformità mar-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni allokat għall-Fondi taħt ġestjoni kondiviża f'konformità mal-Artikolu [63] tar-Regolament (UE, Euratom) [in-numru tar-regolament finanzjarju l-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju").
1.  L-Istati Membri, f'konformità mal-qafas istituzzjonali u ġuridiku tagħhom, u l-Kummissjoni għandhom jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni allokat għall-Fondi taħt ġestjoni kondiviża f'konformità mal-Artikolu [63] tar-Regolament (UE, Euratom) [in-numru tar-regolament finanzjarju l-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju").
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Madankollu, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-ammont ta' appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni trasferit għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ("FNE"), l-Inizjattiva Urbana Ewropea, l-Investimenti Innovattivi Interreġjonali, l-ammont ta' appoġġ trasferit mill-FSE+ għall-kooperazzjoni transnazzjonali, l-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lill-InvestEU37 u l-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skont ġestjoni diretta jew indiretta f'konformità ma' [il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju.
2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni għandha timplimenta l-ammont ta' appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni trasferit għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ("FNE"), l-Inizjattiva Urbana Ewropea, l-Investimenti Innovattivi Interreġjonali, l-ammont ta' appoġġ trasferit mill-FSE+ għall-kooperazzjoni transnazzjonali, l-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lill-InvestEU37 u l-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skont ġestjoni diretta jew indiretta f'konformità ma' [il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju.
_________________
_________________
37 [Ir-Regolament (UE) Nru […] dwar […] (ĠU L […], […], p. […])].
37 [Ir-Regolament (UE) Nru […] dwar […] (ĠU L […], […], p. […])].
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni tista' timplimenta l-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) skont il-ġestjoni indiretta.
3.  Il-Kummissjoni tista', bi qbil mal-Istat Membru u r-reġjun ikkonċernati, timplimenta l-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) skont il-ġestjoni indiretta.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Kull Stat Membru għandu jorganizza sħubija mal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti. Dik is-sħubija għandha tinkludi minn tal-anqas lill-imsieħba li ġejjin:
1.  Għall-Ftehim tas-Sħubija u għal kull programm, kull Stat Membru għandu, f'konformità mal-qafas istituzzjonali u ġuridiku tiegħu, jorganizza sħubija kompluta u effettiva. Dik is-sħubija għandha tinkludi minn tal-anqas lis-sħab li ġejjin:
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-awtoritajiet urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra;
(a)  l-awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra;
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
(c)  il-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, l-imsieħba ambjentali, u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, tad-drittijiet fundamentali, tad-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni.
(c)  il-korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, bħas-sħab ambjentali, organizzazzjonijiet mhux governattivi, u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, tad-drittijiet fundamentali, tad-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)   l-istituzzjonijiet ta' riċerka u l-universitajiet, meta jkun xieraq.
Emendi 78 u 459
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  F'konformità mal-approċċ tal-governanza f'diversi livelli, l-Istat Membru għandu jinvolvi lil dawk l-imsieħba fit-tħejjija tal-Ftehimiet ta' Sħubija u tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-kumitati ta' monitoraġġ f'konformità mal-Artikolu 34.
2.  F'konformità mal-approċċ tal-governanza f'diversi livelli u waqt li jiġi segwit approċċ minn isfel għal fuq, l-Istat Membru għandu jinvolvi lil dawk is-sħab fit-tħejjija tal-Ftehimiet ta' Sħubija u tul it-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-kumitati ta' monitoraġġ f'konformità mal-Artikolu 34. F'dak il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jallokaw perċentwali xieraq tar-riżorsi li jiġu mill-Fondi għall-bini tal-kapaċità amministrattiva tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għall-programmi transfruntiera, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinkludu sħab mill-Istati Membri parteċipanti kollha.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sħubija għandha ssir f'konformità mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/201438 .
3.  L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sħubija għandha ssir f'konformità mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/201438 . Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 107, fir-rigward tal-emendi għar-Regolament Delegat (UE) 240/2014 sabiex dak ir-Regolament Delegat jiġi adattat għal dan ir-Regolament.
_________________
_________________
38 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).
38 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4
4.  Minn tal-anqas darba f'sena, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-imsieħba fil-livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi.
4.  Minn tal-anqas darba f'sena, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-sħab fil-livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
Prinċipji orizzontali
1.  Fl-implimentazzjoni tal-Fondi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, l-integrazzjoni tal-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi jiġu meqjusa u promossi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni.
3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' ġeneru, ta' oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, ta' diżabbiltà, ta' età jew ta' orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni tal-programmi. B'mod partikolari, matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, għandha titqies l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà.
4.  L-objettivi tal-Fondi għandhom jiġu segwiti f'konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u mal-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan tal-preservazzjoni, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġeż iħallas, kif stabbilit fl-Artikoli 191(1) u (2) tat-TFUE.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, il-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", it-tranżizzjoni lejn enerġija soċjalment ġusta, il-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, ir-reżiljenza għal diżastri, u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju jiġu promossi fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi. Huma għandu jkollhom l-għan li jevitaw investimenti relatati mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħżin jew il-kombustjoni tal-karburanti fossili.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jħejji Ftehim ta' Sħubija li jistabbilixxi arranġamenti għall-użu tal-Fondi b'mod effettiv u effiċjenti għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
1.  Kull Stat Membru għandu jħejji Ftehim ta' Sħubija li jistabbilixxi arranġamenti għall-użu tal-Fondi b'mod effettiv u effiċjenti għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027. Tali Ftehim ta' Sħubija għandu jitħejja f'konformità mal-kodiċi ta' kondotta stabbilit mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  L-Istat Membru għandu jippreżenta l-Ftehim ta' Sħubija lill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel programm jew fl-istess waqt.
2.  L-Istat Membru għandu jippreżenta l-Ftehim ta' Sħubija lill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel programm jew fl-istess waqt, u mhux aktar tard mit-30 ta' April 2021.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  Il-Ftehim ta' Sħubija jista' jkun ippreżentat flimkien mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma annwali rilevanti.
3.  Il-Ftehim ta' Sħubija jista' jkun ippreżentat flimkien mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma annwali rilevanti u mal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-objettivi ta' politika magħżula li jindikaw liema huma l-Fondi u l-programmi li bihom se jinkisbu u ġustifikazzjoni għalihom, u meta rilevanti, ġustifikazzjoni għall-użu tal-modalità għat-twettiq InvestEU, filwaqt li jitqiesu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi;
(a)  l-objettivi ta' politika magħżula li jindikaw liema huma l-Fondi u l-programmi li bihom se jinkisbu u ġustifikazzjoni għalihom, filwaqt li jitqiesu u jiġu elenkati r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti, kif ukoll l-isfidi reġjonali;
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt i
(i)  sommarju tal-għażliet ta' politika u r-riżultati ewlenin mistennija għal kull wieħed mill-Fondi, inklużi meta rilevanti, bis-saħħa tal-użu ta' InvestEU;
(i)  sommarju tal-għażliet ta' politika u r-riżultati ewlenin mistennija għal kull wieħed mill-Fondi;
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt ii
(ii)  koordinazzjoni, delimitazzjoni u komplementaritajiet bejn il-Fondi u, meta xieraq, koordinazzjoni bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali;
(ii)  koordinazzjoni, delimitazzjoni u komplementarjetajiet bejn il-Fondi u, meta xieraq, koordinazzjoni bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fir-Regolament (UE) [...] (ir-"Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK");
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt iii
(iii)  komplementaritajiet bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni, inklużi l-proġetti strateġiċi integrati LIFE u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura;
(iii)  komplementarjetajiet u sinerġiji bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni, inklużi l-proġetti strateġiċi integrati LIFE u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura, u, meta jkun xieraq, proġetti ffinanzjati taħt Orizzont Ewropa;
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt iii a (ġdid)
(iii a)   l-ilħuq ta' riżultati skont il-miri, il-politiki u l-miżuri taħt il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima;
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c
(c)  l-allokazzjoni finanzjarja preliminari minn kull wieħed mill-Fondi skont l-objettiv ta' politika fil-livell nazzjonali, filwaqt li jitħarsu r-regoli speċifiċi għall-Fondi dwar il-konċentrazzjoni tematika;
(c)  l-allokazzjoni finanzjarja preliminari minn kull wieħed mill-Fondi skont l-objettiv ta' politika fil-livell nazzjonali u meta jkun xieraq fil-livell reġjonali, filwaqt li jitħarsu r-regoli speċifiċi għall-Fondi dwar il-konċentrazzjoni tematika;
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d
(d)  meta rilevanti, it-tqassim tar-riżorsi finanzjarji skont il-kategorija tar-reġjuni, magħmul f'konformità mal-Artikolu 102(2) u l-ammonti ta' allokazzjonijiet proposti li jridu jiġu trasferiti bejn il-kategoriji tar-reġjuni skont l-Artikolu 105;
(d)  it-tqassim tar-riżorsi finanzjarji skont il-kategorija tar-reġjuni, magħmul f'konformità mal-Artikolu 102(2) u l-ammonti ta' allokazzjonijiet proposti li jridu jiġu trasferiti bejn il-kategoriji tar-reġjuni skont l-Artikolu 105;
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt e
(e)  l-ammonti li jridu jingħataw f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU skont il-Fond u skont il-kategorija tar-reġjuni;
imħassar
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt g
(g)  sommarju tal-azzjonijiet li għandu jieħu l-Istat Membru kkonċernati biex isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Fondi.
(g)  sommarju tal-azzjonijiet li għandu jieħu l-Istat Membru kkonċernat biex isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Fondi u tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll tiegħu.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
(ga)   meta jkun xieraq, approċċ integrat biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi u/jew il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni u ż-żoni;
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)
(gb)   strateġija ta' komunikazzjoni u viżibbiltà.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-BEI jista', fuq talba tal-Istati Membri, jipparteċipa fit-tħejjija tal-Ftehim ta' Sħubija, kif ukoll f'attivitajiet relatati mat-tħejjija tal-operazzjonijiet, strumenti finanzjarji u PPPs.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
Fir-rigward tal-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), il-Ftehim ta' Sħubija għandu jkun fih biss il-lista tal-programmi ppjanati.
Fir-rigward tal-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), il-Ftehim ta' Sħubija għandu jkun fih biss il-lista tal-programmi ppjanati u l-ħtiġijiet ta' investiment transfruntier fl-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Ftehim ta' Sħubija u l-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha għandha, b'mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Ftehim ta' Sħubija u l-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha, għandha tqis id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 6, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti, kif ukoll il-miżuri marbuta mal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-mod kif jiġu indirizzati.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija mill-Istat Membru.
2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kummenti fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija mill-Istat Membru.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-Ftehim ta' Sħubija filwaqt li jqis l-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.
3.  L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-Ftehim ta' Sħubija filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tal-preżentazzjoni tagħhom.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-Ftehim ta' Sħubija mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-data tal-preżentazzjoni ta' dak il-Ftehim ta' Sħubija mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Ftehim ta' Sħubija ma għandux jiġi emendat.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-Ftehim ta' Sħubija mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-data tal-ewwel preżentazzjoni ta' dak il-Ftehim ta' Sħubija mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Ftehim ta' Sħubija ma għandux jiġi emendat.
Emenda 428
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri jistgħu jallokaw, fil-Ftehim ta' Sħubija jew fit-talba għal emenda ta' programm, l-ammont tal-FEŻR, tal-FSE+, tal-Fond ta' Koeżjoni u tal-FEMS li jrid jingħata f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU u mwettaq bis-saħħa tal-garanziji baġitarji. L-ammont li jrid jingħata f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU ma għandux jaqbeż il-5 % tal-allokazzjoni totali ta' kull Fond, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati. Tali kontribuzzjonijiet ma għandhomx jikkostittwixxu trasferimenti tar-riżorsi skont l-Artikolu 21.
1.  Sa mill-1 ta' Jannar 2023, l-Istati Membri, permezz tal-ftehim tal-awtoritajiet ta' ġestjoni kkonċernati, jistgħu jallokaw, fit-talba għal emenda ta' programm, sa 2 % tal-ammont tal-FEŻR, tal-FSE+, tal-Fond ta' Koeżjoni u tal-FEMS li jrid jingħata f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU u mwettaq bis-saħħa tal-garanziji baġitarji. Sa 3 % tal-allokazzjoni totali ta' kull Fond jistgħu jiġu allokati ulterjorment lil InvestEU skont ir-rieżami ta' nofs it-terminu. Tali kontribuzzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għal investimenti f'konformità mal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni u fl-istess kategorija ta' reġjuni fil-mira mill-Fondi ta' oriġini. Kull meta ammont mill-FEŻR, mill-FSE+, mill-Fond ta' Koeżjoni jkun ikkontribwit lil InvestEU, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet abilitanti kif deskritt fl-Artikolu 11 fl-Annessi III u IV ta' dan ir-Regolament. Jistgħu jiġu allokati biss riżorsi ta' snin kalendarji futuri.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.   Għall-Ftehim ta' Sħubija, jistgħu jiġu allokati riżorsi tas-snin kalendarji attwali u tal-futur. Għat-talba għal emenda ta' programm, jistgħu jiġu allokati biss riżorsi ta' snin kalendarji tal-futur.
imħassar
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għall-proviżjonament tal-parti tal-garanzija tal-UE skont il-kompartiment tal-Istat Membru.
3.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għall-proviżjonament tal-parti tal-garanzija tal-UE skont il-kompartiment rispettiv tal-Istat Membru.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta' kontribuzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2021, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1 allokat fil-Ftehim tas-Sħubija, l-Istat Membru għandu jippreżenta talba għal emenda ta' programm jew programmi biex jintuża l-ammont korrispondenti.
Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta' kontribuzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2023, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jippreżenta talba għal emenda ta' programm jew programmi biex jintuża l-ammont korrispondenti.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-ftehim ta' kontribuzzjoni għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1 allokat fit-talba għal emenda ta' programm għandu jiġi konkluż fl-istess waqt tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li temenda l-programm.
Il-ftehim ta' kontribuzzjoni għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1 allokat fit-talba għal emenda ta' programm għandu jiġi konkluż, jew emendat skont il-każ, fl-istess waqt tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li temenda l-programm.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5
5.  Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta' garanzija, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], fi żmien disa' xhur mill-approvazzjoni tal-ftehim ta' kontribuzzjoni, l-ammonti rispettivi mħallsa fil-fond ta' proviżjonament komuni bħala proviżjonament għandhom ikunu trasferiti lura lejn programm jew programmi u l-Istat Membru għandu jippreżenta talba korrispondenti għal emenda tal-programm.
5.  Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta' garanzija, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], fi żmien disa' xhur mill-approvazzjoni tal-ftehim ta' kontribuzzjoni, l-ammonti rispettivi mħallsa fil-fond ta' proviżjonament komuni bħala proviżjonament għandhom ikunu trasferiti lura lejn il-programm jew il-programmi oriġinali u l-Istat Membru għandu jippreżenta talba korrispondenti għal emenda tal-programm. F'dan il-każ partikolari, ir-riżorsi ta' snin kalendarji preċedenti jistgħu jiġu modifikati, dment li l-impenji jkunu għadhom ma ġewx implimentati.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 7
7.  Ir-riżorsi ġġenerati mill-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU jew attribwibbli lilhom u miksuba permezz ta' garanziji baġitarji għandhom jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Istat Membru u għandhom jintużaw għall-appoġġ taħt l-istess objettiv jew objettivi fl-għamla ta' strumenti finanzjarji.
7.  Ir-riżorsi ġġenerati mill-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU jew attribwibbli lilhom u miksuba permezz ta' garanziji baġitarji għandhom jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Istat Membru u tal-awtorità lokali jew reġjonali kkonċernata mill-kontribuzzjoni u għandhom jintużaw għall-appoġġ taħt l-istess objettiv jew objettivi fl-għamla ta' strumenti finanzjarji.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Għal kull objettiv speċifiku, f'dan ir-Regolament huma stipulati prekundizzjonijiet għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tagħhom ("kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni").
Għal kull objettiv speċifiku, f'dan ir-Regolament huma stipulati prekundizzjonijiet għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tagħhom ("kundizzjonijiet abilitanti"). Il-kundizzjonijiet abilitanti għandhom japplikaw safejn jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programm.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  L-Istat Membru, meta jħejji programm jew jintroduċi objettiv speċifiku ġdid bħala parti minn emenda ta' programm, għandu jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni marbuta mal-objettiv speċifiku magħżul humiex issodisfati. Kundizzjoni ta' abilitazzjoni tkun issodisfata meta jkunu ssodisfati l-kriterji kollha relatati. L-Istat Membru għandu jidentifika f'kull programm jew fl-emenda tal-programm, il-kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni ssodisfati u mhux issodisfati u fejn iqis li kundizzjoni ta' abilitazzjoni tkun issodisfata, għandu jipprovdi ġustifikazzjoni.
2.  L-Istat Membru, meta jħejji programm jew jintroduċi objettiv speċifiku ġdid bħala parti minn emenda ta' programm, għandu jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet abilitanti marbuta mal-objettiv speċifiku magħżul humiex issodisfati. L-Istat Membru għandu jidentifika f'kull programm jew fl-emenda tal-programm, il-kundizzjonijiet abilitanti ssodisfati u mhux issodisfati u fejn iqis li kundizzjoni abilitanti tkun issodisfata, għandu jipprovdi ġustifikazzjoni. Fuq talba ta' Stat Membru, il-BEI jista' jikkontribwixxi għall-valutazzjonijiet ta' azzjonijiet meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet abilitanti rilevanti.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru meta taqbel mal-issodisfar.
Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru meta taqbel mal-issodisfar.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Meta ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar dan u tagħtih l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahar.
Meta ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar dan u tagħtih l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien mhux aktar minn xahrejn.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
In-nefqa relatata mal-operazzjonijiet marbuta mal-objettiv speċifiku ma tistax tkun inkluża fit-talbiet għall-pagament sakemm il-Kummissjoni tkun għarrfet lill-Istat Membru rigward l-issodisfar tal-kundizzjoni ta' abilitazzjoni skont il-paragrafu 4.
In-nefqa relatata mal-operazzjonijiet marbuta mal-objettiv speċifiku tista' tiġi inkluża fit-talbiet għall-pagament qabel ma l-Kummissjoni tkun għarrfet lill-Istat Membru rigward l-issodisfar tal-kundizzjoni abilitanti skont il-paragrafu 4, mingħajr preġudizzju għas-sospensjoni tar-rimborż innifsu sa meta l-kundizzjoni tiġi ssodisfata.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istat Membru għandu jistabbilixxi qafas tal-prestazzjoni li għandu jagħti lok għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm kif ukoll għar-rappurtar dwarha matul l-implimentazzjoni tiegħu, u jikkontribwixxi sabiex titkejjel il-prestazzjoni kumplessiva tal-Fondi.
L-Istat Membru, meta jkun xieraq, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, għandu jistabbilixxi qafas tal-prestazzjoni li għandu jagħti lok għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm kif ukoll għar-rapportar dwarha matul l-implimentazzjoni tiegħu, u jikkontribwixxi sabiex titkejjel il-prestazzjoni komplessiva tal-Fondi.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  L-istadji importanti u l-miri għandhom jiġu stabbilit f'rabta ma' kull objettiv speċifiku fl-ambitu ta' programm, ħlief għall-assistenza teknika u għall-objettiv speċifiku li jindirizza privazzjoni materjali stabbilit fl-Artikolu [4(c)(vii)] tar-Regolament FSE+.
2.  L-istadji importanti u l-miri għandhom jiġu stabbiliti f'rabta ma' kull objettiv speċifiku fl-ambitu ta' programm, ħlief għall-assistenza teknika u għall-objettiv speċifiku li jindirizza privazzjoni materjali stabbilit fl-Artikolu [4(1)(xi)] tar-Regolament FSE+.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni, l-Istat Membru għandu jagħmel rieżami ta' kull programm, filwaqt li jqis l-elementi li ġejjin:
1.  Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni, l-Istat Membru u l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti għandhom jagħmlu rieżami ta' kull programm, filwaqt li jqisu l-elementi li ġejjin:
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati fl-2024;
(a)  sfidi ġodda identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati fl-2024 u l-miri identifikati fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima, jekk rilevanti;
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-qagħda soċjoekonomika tal-Istat Membru jew tar-reġjun ikkonċernat;
(b)  il-qagħda soċjoekonomika tal-Istat Membru jew tar-reġjun ikkonċernat, inklużi l-istat tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-ħtiġijiet territorjali bil-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet, kif ukoll l-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali;
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  kwalunkwe żvilupp finanzjarju, ekonomiku jew soċjali negattiv maġġuri li jirrikjedi aġġustament tal-programmi, inkluż bħala konsegwenza ta' xokkijiet simetriċi jew asimetriċi fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
L-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni talba għall-emendar ta' kull programm sal-31 ta' Marzu 2025 f'konformità mal-Artikolu 19(1). L-Istat Membru għandu jiġġustifika l-emendar fuq il-bażi tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 1.
F'konformità mal-eżitu tar-rieżami, l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni talba għall-emendar ta' kull programm sal-31 ta' Marzu 2025 f'konformità mal-Artikolu 19(1) jew jiddikjara li ma hu mitlub l-ebda emendar. L-Istat Membru għandu jiġġustifika l-emendar fuq il-bażi tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 1 jew, kif xieraq, jagħti raġunijiet għaliex ma talabx l-emendar ta' programm.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  l-allokazzjonijet tar-riżorsi finanzjarji skont il-prijorità inklużi l-ammonti għas-snin 2026 u 2027;
(a)  l-allokazzjonijet inizjali riveduti tar-riżorsi finanzjarji skont il-prijorità inklużi l-ammonti għas-snin 2026 u 2027;
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt ba (ġdid)
(b a)   l-ammonti li jridu jiġu kontribwiti lil InvestEU skont il-Fond u skont il-kategorija ta' reġjun, fejn xieraq;
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2026, tadotta rapport li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tar-rieżami msemmi fil-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-rapporti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Emendi 425/rev, 444/rev, 448 u 469
Proposta għal regolament
Artikolu 15
15 [...]
imħassar
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom iħejju l-programmi biex jimplimentaw il-Fondi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
1.  L-Istati Membri, b'kooperazzjoni mas-sħab imsemmija fl-Artikolu 6, għandhom iħejju l-programmi biex jimplimentaw il-Fondi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Programm għandu jkun magħmul minn prijoritajiet. Kull prijorità għandha tikkorrispondi għal objettiv uniku ta' politika jew għal assistenza teknika. Prijorità li tikkorrispondi għal objettiv ta' politika għandha tkun magħmula minn objettiv speċifiku wieħed jew aktar. Aktar minn prijorità waħda tista' tikkorrispondi għall-istess objettiv ta' politika.
Programm għandu jkun magħmul minn prijoritajiet. Kull prijorità għandha tikkorrispondi għal objettiv ta' politika wieħed, għal għadd ta' objettivi ta' politika jew għall-assistenza teknika. Prijorità li tikkorrispondi għal objettiv ta' politika għandha tkun magħmula minn objettiv speċifiku wieħed jew aktar. Aktar minn prijorità waħda tista' tikkorrispondi għall-istess objettiv ta' politika.
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt i
(i)  l-inugwaljanzi ekonomiċi, soċjali u territorjali, ħlief għal programmi appoġġati mill-FEMS;
(i)  id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali kif ukoll l-inugwaljanzi, ħlief għall-programmi appoġġati mill-FEMS;
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt ii
(ii)  il-fallimenti tas-suq, il-ħtiġijiet ta' investiment u l-komplementarità ma' forom oħra ta' appoġġ;
(ii)  il-fallimenti tas-suq, il-ħtiġijiet ta' investiment u l-komplementarjetà u s-sinerġiji ma' forom oħra ta' appoġġ;
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt iii
(iii)  l-isfidi identifikati f'rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi u rakkomandazzjonijiet rilevanti oħra tal-Unjoni indirizzati lill-Istat Membru;
(iii)  l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi;
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt iv
(iv)  l-isfidi marbuta mal-governanza u l-kapaċità amministrattiva;
(iv)  l-isfidi marbuta mal-kapaċità amministrattiva u l-governanza u l-miżuri ta' simplifikazzjoni;
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt iva (ġdid)
(iva)   approċċ integrat sabiex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, fejn rilevanti;
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt via (ġdid)
(via)   l-isfidi u l-objettivi relatati identifikati fi ħdan il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt vii
(vii)  għall-programmi appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-acquis rilevanti tal-Unjoni;
(vii)  għall-programmi appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u tal-acquis rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll in-nuqqasijiet identifikati;
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt i
(i)  it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għal dawk l-objettivi speċifiċi u għall-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;
(i)  it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista indikattiva u skeda ta' żmien ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribut mistenni tagħhom għal dawk l-objettivi speċifiċi u għall-istrateġiji makroreġjonali u għall-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt iiia (ġdid)
(iiia)   l-azzjonijiet li jissalvagwardjaw l-ugwaljanza, l-inklużjoni u n-nondiskriminazzjoni;
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt v
(v)  l-azzjonijiet interreġjonali u transnazzjonali ma' benefiċjarji li jinsabu f'minn tal-anqas Stat Membru ieħor;
(v)  l-azzjonijiet interreġjonali, transfruntiera u transnazzjonali ma' benefiċjarji li jinsabu f'minn tal-anqas Stat Membru wieħed ieħor;
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt va (ġdid)
(va ) is-sostenibbiltà tal-investimenti;
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt viia (ġdid)
(viia)   deskrizzjoni ta' kif il-komplementarjetajiet u s-sinerġiji ma' Fondi u strumenti oħra għandhom jiġu segwiti;
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt i
(i)  l-approċċ previst għall-komunikazzjoni u l-viżibilità tal-programm billi jiġu definiti l-objettivi, l-udjenzi fil-mira, il-kanali ta' komunikazzjoni, l-ilħuq tal-midja soċjali, il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti tiegħu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;
(i)  l-approċċ previst għall-komunikazzjoni u l-viżibilità tal-programm billi jiġu definiti l-objettivi, l-udjenzi fil-mira, il-kanali ta' komunikazzjoni, fejn xieraq l-ilħuq tal-midja soċjali, kif ukoll il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti tiegħu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt j
(j)  l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità tal-awditjar u l-korp li jirċievi l-pagamenti mill-Kummissjoni.
(j)  l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità tal-awditjar, il-korp responsabbli għall-funzjoni kontabilistika skont l-Artikolu 70, u l-korp li jirċievi l-pagamenti mill-Kummissjoni.
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Il-punti (c) u (d) ta' dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu [4(c)(vii)] tar-Regolament FSE+.
Il-punti (c) u (d) ta' dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu [4(1)(xi)] tar-Regolament FSE+.
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)
mal-programm għandu jiġi anness rapport ambjentali li jkun fih informazzjoni rilevanti dwar l-effetti fuq l-ambjent skont id-Direttiva 2001/42/KE , filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 6
6.  Għall-programmi tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta' Koeżjoni ppreżentati f'konformità mal-Artikolu 16, it-tabella msemmija fil-paragrafu (3)(f)(ii) għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2025 biss.
6.  Għall-programmi tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta' Koeżjoni ppreżentati f'konformità mal-Artikolu 16, it-tabella msemmija fil-paragrafu (3)(f)(ii) għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2027.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm u l-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, kif ukoll il-konsistenza tiegħu mal-Ftehim ta' Sħubija. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha għandha, b'mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm u l-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, kif ukoll il-konsistenza tiegħu mal-Ftehim ta' Sħubija. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi, kif ukoll l-isfidi rilevanti identifikati fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u l-Klima u fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-mod kif jiġu indirizzati.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru.
2.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel l-osservazzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 3
3.  L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.
3.  L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mit-tressiq tagħhom.
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-programm mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tal-preżentazzjoni ta' dan il-programm mill-Istat Membru.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-programm mhux aktar tard minn ħames xhur wara d-data tal-ewwel preżentazzjoni ta' dan il-programm mill-Istat Membru.
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-emenda u l-konformità tagħha ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, inklużi r-rekwiżiti fil-livell nazzjonali, u tista' tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-programm emendat.
2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-emenda u l-konformità tagħha ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, inklużi r-rekwiżiti fil-livell nazzjonali, u tista' tagħmel il-kummenti fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tal-programm emendat.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
3.  L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm emendat u jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.
3.  L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm emendat u jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mit-tressiq tagħhom.
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendar ta' programm mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.
4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendar ta' programm mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
Matul il-perjodu ta' programmazzjoni, l-Istat Membru jista' jittrasferixxi ammont sa massimu ta' 5 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 3 % tal-baġit tal-programm lil prijorità oħra tal-istess Fond tal-istess programm. Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR u mill-FSE+, it-trasferiment għandu jikkonċerna biss l-allokazzjonijiet għall-istess kategorija ta' reġjuni.
Matul il-perjodu ta' programmazzjoni, l-Istat Membru jista' jittrasferixxi ammont sa massimu ta' 7 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 5 % tal-baġit tal-programm lil prijorità oħra tal-istess Fond tal-istess programm. Huwa u jagħmel dan, l-Istat Membru għandu jirrispetta l-kodiċi ta' kondotta stabbilit mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014. Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR u mill-FSE+, it-trasferiment għandu jikkonċerna biss l-allokazzjonijiet għall-istess kategorija ta' reġjun.
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 6
6.  L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta' natura purament klerikali jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjon tal-programm. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'tali korrezzjonijiet.
6.  L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta' natura purament klerikali, teknika jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjon tal-programm. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'tali korrezzjonijiet.
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2
2.  Il-FEŻR u l-FSE+ jistgħu jiffinanzjaw, b'mod komplementari u soġġett għal limitu ta' 10 % ta' appoġġ minn dawk il-Fondi għal kull prijorità ta' programm, l-operazzjoni kollha jew parti minnha li l-kostijiet tagħha jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond l-ieħor fuq il-bażi tar-regoli ta' eliġibbiltà applikati għal dak il-Fond, dment li tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni.
2.  Il-FEŻR u l-FSE+ jistgħu jiffinanzjaw, b'mod komplementari u soġġett għal limitu ta' 15 % ta' appoġġ minn dawk il-Fondi għal kull prijorità ta' programm, l-operazzjoni kollha jew parti minnha li l-kostijiet tagħha jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond l-ieħor fuq il-bażi tar-regoli ta' eliġibbiltà applikati għal dak il-Fond, dment li tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni.
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu t-trasferiment sa massimu ta' 5 % tal-allokazzjonijiet finanzjarji tal-programm minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi lejn Fond ieħor taħt ġestjoni kondiviża jew lejn kwalunkwe strument taħt ġestjoni diretta jew indiretta.
1.  Għall-fini li jiżguraw il-flessibbiltà, l-Istati Membri jistgħu jitolbu, jekk ikun hemm qbil min-naħa tal-kumitat ta' monitoraġġ tal-programm, it-trasferiment sa massimu ta' 5% tal-allokazzjonijiet finanzjarji tal-programm minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, jew il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.
Emendi 171 u 434
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
2.  Ir-riżorsi trasferiti għandhom jiġu implimentati f'konformità mar-regoli tal-Fond jew tal-istrument li fih dawn ir-riżorsi jiġu trasferiti u, fil-każ ta' trasferimenti lejn strumenti taħt ġestjoni diretta jew indiretta, għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
2.  Ir-riżorsi trasferiti għandhom jiġu implimentati skont ir-regoli tal-Fond jew l-istrument li għalih jiġu trasferiti r-riżorsi.
Emendi 172, 433 u 434
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3
3.  It-talbiet skont il-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-ammont totali trasferit għal kull sena skont il-Fond u skont il-kategorija ta' reġjun, meta rilevanti, għandhom ikunu debitament ġustifikati u għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm(i) rivedut(i), li r-riżorsi għandhom ikunu trasferiti minnu/hom f'konformità mal-Artikolu 19, bl-indikazzjoni ta' liema Fond jew strument ieħor huwa l-benefiċjarju tal-ammonti trasferiti.
3.  It-talbiet skont il-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-ammont totali trasferit għal kull sena skont il-Fond u skont il-kategorija ta' reġjun, meta rilevanti, għandhom ikunu debitament ġustifikati bil-ħsieb tal-kumplementarjetajiet u l-impatt li jridu jinkisbu, u għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm(i) rivedut(i), li r-riżorsi għandhom ikunu trasferiti minnu/hom f'konformità mal-Artikolu 19, bl-indikazzjoni ta' liema Fond jew strument ieħor huwa l-benefiċjarju tal-ammonti trasferiti.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Titolu 3 – kapitolu 1a (ġdid)
KAPITOLU Ia - Proġetti maġġuri
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 21a (ġdid)
Artikolu 21a
Kontenut
Bħala parti minn programm jew programmi, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jappoġġaw operazzjoni li tinkludi sensiela ta' xogħlijiet, attivitajiet jew servizzi maħsuba sabiex hi stess twettaq kompitu indiviżibbli ta' natura ekonomika jew teknika preċiża, li jkollu għanijiet identifikati b'mod ċar u li għalih l-ispiża totali taqbeż EUR 100 000 000 miljun (il-"proġett maġġuri"). L-istrumenti finanzjarji m'għandhomx jiġu kkunsidrati li huma proġetti maġġuri.
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 21b (ġdid)
Artikolu 21b
Informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni ta' proġett maġġuri
Qabel ma jiġi approvat proġett maġġuri, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
(a)  dettalji li jikkonċernaw il-korp li se jkun responsabbli għall-implementazzjoni tal-proġett maġġuri u l-kapaċità tiegħu;
(b)  deskrizzjoni tal-investiment u l-lokalità tiegħu;
(c)  il-kost totali u l-kost totali eliġibbli
(d)  l-istudji tal-fattibilità mwettqa, inkluża l-analiżi tal-għażliet, u r-riżultati;
(e)  analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjez, inkluża analiżi ekonomika u finanzjarja, u valutazzjoni tar-riskju;
(f)  analiżi tal-impatt ambjentali filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u r-reżistenza għad-diżastri;
(g)  spjegazzjoni dwar kif il-proġett maġġuri jkun konsistenti mal-prijoritajiet rilevanti tal-programm jew il-programmi kkonċernati, u l-kontribuzzjoni mistennija tiegħu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta' dawk il-prijoritajiet u l-kontribuzzjoni mistennija għall-iżvilupp soċjoekonomiku;
(h)  il-pjan ta' finanzjament li juri r-riżorsi finanzjarji totali ppjanati u s-sostenn ippjanat mill-Fondi, il-BEI, u s-sorsi l-oħra kollha ta' finanzjament, flimkien mal-indikaturi fiżiċi u finanzjarji għall-monitoraġġ tal-progress, filwaqt li jitqiesu r-riskji identifikati;
(i)  skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-proġett maġġuri u, fejn il-perjodu ta' implimentazzjoni huwa mistenni li jkun itwal mill-perjodu ta' programmazzjoni, il-fażijiet li għalihom huwa mitlub sostenn mill-Fondi matul il-perjodu ta' programmazzjoni.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 21c (ġdid)
Artikolu 21c
Deċiżjoni dwar proġett maġġuri
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-proġett maġġuri abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21b sabiex tiddetermina jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba għall-proġett maġġuri magħżul mill-awtorità ta' ġestjoni hijiex iġġustifikata. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett maġġuri magħżul, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21b.
2.  L-approvazzjoni mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 għandha tkun kondizzjonali fuq il-fatt li l-kuntratt tal-ewwel xogħlijiet jiġi konkluż, jew fil-każ ta' operazzjonijiet implimentati taħt strutturi ta' sħubija pubblika-privata (PPP), fuq l-iffirmar tal-kuntratt tal-PPP bejn il-korp pubbliku u l-korp tas-settur privat, fi żmien tliet snin mid-data tal-approvazzjoni.
3.  Fejn il-Kummissjoni ma tapprovax il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett maġġuri magħżul, hija għandha tagħti fid-deċiżjoni tagħha r-raġunijiet għar-rifjut tagħha.
4.  Proġetti maġġuri ppreżentati għal approvazzjoni skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu inklużi fil-lista ta' proġetti maġġuri fi programm.
5.  In-nefqa relatata ma' proġett maġġuri tista' tkun inkluża f'applikazzjoni għal pagament wara l-preżentazzjoni għal approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Fejn il-Kummissjoni ma tapprovax il-proġett maġġuri magħżul mill-awtorità ta' ġestjoni, id-dikjarazzjoni tan-nefqa wara l-irtirar tal-applikazzjoni mill-Istat Membru jew l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi rettifikata bix-xieraq.
(Din l-emenda se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali għall-Anness V)..
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt c
(c)  għodda territorjali oħra li tappoġġa inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati għall-FEŻR skont l-objettiv ta' politika msemmi fl-Artikolu 4(1)(e).
(c)  għodda territorjali oħra li tappoġġa inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati skont l-objettiv ta' politika msemmi fl-Artikolu 4(1)(e).
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)
L-Istat Membru għandu jiżgura l-koerenza u koordinazzjoni meta l-istrateġiji għall-iżvilupp lokali jiġu ffinanzjati minn aktar minn Fond wieħed.
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  iż-żona ġeografika koperta mill-istrateġija;
(a)  iż-żona ġeografika koperta mill-istrateġija, inklużi l-interkonnessjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali;
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  deskrizzjoni tal-involviment tal-imsieħba f'konformità mal-Artikolu 6 fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija.
(d)  deskrizzjoni tal-involviment tas-sħab taħt l-Artikolu 6 fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija.
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2
2.  L-istrateġiji territorjali għandhom jitfasslu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell urban, lokali jew f'livell territorjali ieħor.
2.  L-istrateġiji territorjali għandhom jiġu mħejjija u approvati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet rilevanti fil-livell reġjonali, dak lokali u f'livell pubbliku ieħor. Dokumenti strateġiċi preeżistenti li jikkonċernaw iż-żoni koperti jistgħu jiġu aġġornati u użati għall-istrateġiji territorjali.
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell urban, lokali jew f'livell territorjali ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet.
Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell reġjonali, lokali jew f'livell territorjali ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet.
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Meta jkunu qed iħejju strateġiji territorjali, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti, sabiex jiġi ddeterminat l-ambitu tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati taħt il-programm rilevanti.
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4
4.  Fil-każijiet fejn awtorità jew korp fil-livell urban, lokali jew f'livell territorjali ieħor iwettqu kompiti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni bl-eċċezzjoni tal-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità għandha tiġi tidentifika bħala korp intermedjarju mill-awtorità ta' ġestjoni.
4.  Fil-każijiet fejn awtorità jew korp ieħor fil-livell reġjonali, lokali jew f'livell pubbliku ieħor ieħor iwettqu kompiti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni bl-eċċezzjoni tal-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità għandha tiġi tidentifika bħala korp intermedjarju mill-awtorità ta' ġestjoni.
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-operazzjonijiet magħżula jistgħu jiġu appoġġati taħt aktar minn prijorità waħda tal-istess programm.
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1
1.  Meta strateġija implimentata f'konformità mal-Artikolu 23 tinvolvi investimenti li jirċievu appoġġ minn Fond wieħed jew aktar, minn aktar minn programm wieħed jew minn aktar minn prijorità waħda tal-istess programm, l-azzjonijiet jistgħu jiġu eżegwiti bħala investiment territorjali integrat ("ITI").
1.  Meta strateġija implimentata f'konformità mal-Artikolu 23 tinvolvi investimenti li jirċievu appoġġ minn Fond wieħed jew minn aktar minn wieħed, minn aktar minn programm wieħed jew minn aktar minn prijorità waħda tal-istess programm, l-azzjonijiet jistgħu jiġu eżegwiti bħala investiment territorjali integrat ("ITI"). Fejn xieraq, kull ITI jista' jiġi kkumplementat b'appoġġ finanzjarju mill-FAEŻR.
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell reġjonali, lokali jew f'livell pubbliku ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet.
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1
1.  Il-FEŻR, il-FSE+ u l-FEMS jistgħu jappoġġaw żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.
1.  Il-FEŻR, il-FSE+, l-FEMS u l-FAEŻR, jistgħu jappoġġaw l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità. Fil-kuntest tal-FAEŻR, dan l-iżvilupp għandu jiġi ddeżinjat bħala żvilupp lokali LEADER.
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt b
(b)  immexxi minn gruppi ta' azzjoni lokali magħmula minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, li fihom, l-ebda grupp ta' interess waħdu ma jkollu kontroll tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
(b)  immexxi minn gruppi ta' azzjoni lokali magħmula minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, li fihom l-ebda grupp ta' interess wieħed waħdu, inkluż is-settur pubbliku, ma jkollu kontroll tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt d
(d)  ta' appoġġ għal fatturi innovattivi u ta' netwerking fil-kuntest lokali u, meta xieraq, għall-kooperazzjoni ma' atturi territorjali oħra.
(d)  ta' appoġġ għan-netwerking, għall-approċċi minn isfel għal fuq, għall-accessibbiltà, għall-karatteristiċi innovattivi fil-kuntest lokali u, meta xieraq, għall-kooperazzjoni ma' atturi territorjali oħra.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 4
4.  Meta l-implimentazzjoni ta' strateġija bħal din tinvolvi appoġġ minn Fond wieħed jew aktar, l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti jistgħu jagħżlu wieħed mill-Fondi kkonċernati bħala l-Fond Ewlieni.
4.  Meta l-implimentazzjoni ta' strateġija bħal din tinvolvi appoġġ minn Fond wieħed jew aktar, l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti jistgħu jagħżlu wieħed mill-Fondi kkonċernati bħala l-Fond Ewlieni. Jista' jiġi speċifikat ukoll it-tip ta' miżuri u operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati minn kull Fond affettwat.
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt d
(d)  l-objettivi ta' dik l-istrateġija, inklużi l-isfidi li jistgħu jitkejlu għar-riżultati, u azzjonijiet ippjanati relatati;
(d)  l-objettivi ta' dik l-istrateġija, inklużi l-isfidi li jistgħu jitkejlu għar-riżultati, u azzjonijiet ippjanati relatati bi tweġiba għall-ħtiġijiet lokali kif identifikati mill-komunità lokali;
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt f
(f)  pjan finanzjarju, inkluża l-allokazzjoni ppjanata minn kull Fond u programm ikkonċernat.
(f)  pjan finanzjarju, inkluża l-allokazzjoni ppjanata minn kull Fond, inkluż, fejn xieraq, il-FAEŻR, u kull programm ikkonċernat.
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 4
4.  Id-deċiżjoni li tapprova strateġija għandha tistabbilixxi l-allokazzjoni ta' kull Fond u programm ikkonċernat u tistabbilixxi r-responsabbiltajiet għall-kompiti ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm jew tal-programmi.
4.  Id-deċiżjoni li tapprova strateġija għandha tistabbilixxi l-allokazzjoni ta' kull Fond u programm ikkonċernat u tistabbilixxi r-responsabbiltajiet għall-kompiti ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm jew tal-programmi. Il-kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali korrispondenti għandhom ikunu garantiti bil-quddiem għall-perjodu kollu.
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2
2.  L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiżguraw li l-gruppi ta' azzjoni lokali jew jagħżlu msieħeb wieħed fi ħdan il-grupp bħala msieħeb ewlieni fi kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji, jew jingħaqdu flimkien fi struttura komuni kkostitwita legalment.
2.  L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiżguraw li l-gruppi ta' azzjoni lokali jkunu inklużivi, u li huma jew jagħżlu sieħeb wieħed fi ħdan il-grupp bħala sieħeb ewlieni fi kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji, jew jingħaqdu flimkien fi struttura komuni kkostitwita legalment, sabiex jimplimentaw kompiti relatati mal-istrateġija ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt a
(a)  it-tisħiħ tal-kapaċità ta' atturi lokali biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet;
(a)  it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-atturi lokali biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet;
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 5
5.  Il-grupp ta' azzjoni lokali jista' jkun benefiċjarju u jista' jimplimenta operazzjonijiet f'konformità mal-istrateġija.
5.  Il-grupp ta' azzjoni lokali jista' jkun benefiċjarju u jista' jimplimenta operazzjonijiet f'konformità mal-istrateġija, billi jinkoraġġixxi s-separazzjoni tal-funzjonijiet fi ħdan il-grupp ta' azzjoni lokali.
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-Istat Membru għandu jiżgura li l-appoġġ mill-Fondi għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jkopri:
1.  Bil-ħsieb li jiġu żgurati l-kumplementarjetajiet u s-sinerġiji, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-appoġġ mill-Fondi għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jkopri:
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-bini ta' kapaċità u l-azzjonijiet ta' tħejjija li jservu ta' appoġġ għat-tfassil u għall-implimentazzjoni fil-futur tal-istrateġiji;
(a)  il-bini tal-kapaċità amministrattiva u l-azzjonijiet ta' tħejjija li jservu ta' appoġġ għat-tfassil u għall-implimentazzjoni futura tal-istrateġiji;
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)   l-animazzjoni tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju bejn il-partijiet ikkonċernati, sabiex tingħatalhom l-informazzjoni u sabiex jiġu appoġġati l-benefiċjarji potenzjali fit-tħejjija tagħhom tal-applikazzjonijiet;
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   L-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu b'mod partikolari:
(a)  assistenza għat-tħejjija u l-valutazzjoni tal-proġetti;
(b)  appoġġ għat-tisħiħ istituzzjonali u għall-bini tal-kapaċità amministrattiva għall-ġestjoni effettiva tal-Fondi;
(c)  studji marbuta mar-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-Fondi u r-rapport dwar il-koeżjoni;
(d)  miżuri relatati mal-analiżi, mal-ġestjoni, mal-monitoraġġ, mal-iskambju tal-informazzjoni u mal-implimentazzjoni tal-Fondi, kif ukoll miżuri relatati mal-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll u mal-għajnuna teknika u amministrattiva;
(e)  evalwazzjonijiet, rapporti ta' esperti, statistika u studji, inklużi dawk ta' natura ġenerali, rigward l-operazzjoni kurrenti u futura tal-Fondi;
(f)  azzjonijiet għat-tixrid tal-informazzjoni, għas-sostenn tan-networking, għat-twettiq ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni b'attenzjoni partikolari għar-riżultati u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Fondi, u għas-sensibilizzazzjoni u għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza, inkluż ma' pajjiżi terzi;
(g)  l-installazzjoni, l-operat u l-interkonnessjoni ta' sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-awditu, il-kontroll u l-evalwazzjoni;
(h)  azzjonijiet li jtejbu l-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-prattiki ta' evalwazzjoni;
(i)  azzjonijiet relatati mal-awditjar;
(j)  it-tisħiħ tal-kapaċità nazzjonali u reġjonali rigward l-ippjanar tal-investiment, il-ħtiġijiet ta' finanzjament, it-tħejjija, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji, pjanijiet ta' azzjoni konġunta u proġetti maġġuri.
(k)  it-tixrid ta' prattiki tajba sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jsaħħu l-kapaċità tas-sħab rilevanti msemmija fl-Artikolu 6(1) u l-organizzazzjonijiet umbrella tagħhom;
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.   Il-Kummissjoni għandha tiddedika mill-anqas 15 % tar-riżorsi għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex iġġib effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni mal-pubbliku u sinerġiji iktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni meħuda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, bl-estensjoni tal-bażi tal-għarfien dwar ir-riżultati, b'mod partikolari permezz ta' ġbir u tixrid, evalwazzjonijiet u rappurtar aktar effettivi tad-data, u b'mod speċjali billi jiġi enfasizzat il-kontribut tal-Fondi għat-titjib tal-ħajja taċ-ċittadini, u biż-żieda tal-viżibbiltà tal-appoġġ mill-Fondi kif ukoll bis-sensibilizzazzjoni dwar ir-riżultati u l-valur miżjud ta' tali appoġġ. Fejn adatt, il-miżuri ta' informazzjoni, ta' komunikazzjoni u ta' viżibbiltà dwar ir-riżultati u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Fondi, b'fokus partikolari fuq l-operazzjonijiet, għandhom jitkomplew wara l-għeluq tal-programmi. Dawn il-miżuri għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament.
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2
2.  Tali azzjonijiet jistgħu jkopru perjodu ta' programmazzjoni tal-futur u preċedenti.
2.  Tali azzjonijiet jistgħu jkopru perjodu ta' programmazzjoni preċedenti u tal-futur.
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn jiġu sospiżi l-pagamenti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri u r-reġjuni li jiffaċċjaw tħassib dwar il-konformità minħabba nuqqas ta' kapaċità amministrattiva jirċievu assistenza teknika adegwata biex itejbu dik il-kapaċità amministrattiva.
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
1.  Fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru, il-Fondi jistgħu jappoġġaw azzjonijiet, li jistgħu jikkonċernaw perjodi ta' programmazzjoni preċedenti u sussegwenti, meħtieġa għall-użu u l-amministrazzjoni b'mod effettiv ta' dawk il-Fondi.
1.  Fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru, il-Fondi jistgħu jappoġġaw azzjonijiet, li jistgħu jikkonċernaw perjodi ta' programmazzjoni preċedenti u sussegwenti, meħtieġa għall-użu u l-amministrazzjoni b'mod effettiv ta' dawk il-Fondi, għall-bini tal-kapaċità tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 6, kif ukoll biex jiġu żgurati funzjonijiet bħalma huma t-tħejjija, it-taħriġ, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-viżibbiltà u l-komunikazzjoni.
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 3
3.  Fl-ambitu ta' kull programm, l-assistenza teknika għandu jkollha l-għamla ta' prijorità relatata ma' Fond wieħed biss.
3.  Fl-ambitu ta' kull programm, l-assistenza teknika għandu jkollha l-għamla ta' prijorità relatata jew ma' Fond wieħed biss jew ma' għadd ta' Fondi.
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Il-persentaġġ tal-Fondi rimborżati għall-assistenza teknika għandu jkun dan li ġej:
2.  Abbażi ta' ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u filwaqt li jitqies il-pjan finanzjarju tal-programmi, il-persentaġġ tal-Fondi rimborżati għall-assistenza teknika jista' jkun ta' mhux aktar minn:
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt a
(a)  għall-appoġġ tal-FEŻR taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, u għall-appoġġ tal-Fond ta' Koeżjoni: 2,5 %;
(a)  għall-appoġġ tal-FEŻR taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, u għall-appoġġ tal-Fond ta' Koeżjoni: 3 %;
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt b
(b)  għall-appoġġ tal-FSE+: 4% u għall-programmi skont l-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+: 5 %;
(b)  għall-appoġġ tal-FSE+: % u għall-programmi skont l-Artikolu 4(1)(xi) tar-Regolament FSE+: 6 %;
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt d
(d)  għall-appoġġ tal-AMIF, tal-ISF u tal-BMVI: 6 %.
(d)  għall-appoġġ tal-AMIF, tal-ISF u tal-BMVI: 7 %.
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Għar-reġjuni ultraperiferiċi, għal (a), (b), (c) il-persentaġġ għandu jkun sa 1 % ogħla.
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1
Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31, l-Istat Membru jista' jipproponi li jieħu azzjonijiet addizzjonali ta' azzjoni teknika sabiex isaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istat Membru, tal-benefiċjarji u tal-imsieħba rilevanti, meħtieġa għall-użu u l-amministrazzjoni b'mod effettiv tal-Fondi.
Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31, l-Istat Membru jista' jipproponi li jieħu azzjonijiet addizzjonali ta' assistenza teknika sabiex isaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-awtoritajiet u s-servizzi pubbliċi, tal-benefiċjarji u tas-sħab rilevanti meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-użu effikaċi tal-Fondi.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2
L-appoġġ għal azzjonijiet bħal dawn għandu jiġi implimentat permezz ta' finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet f'konformità mal-Artikolu 89.
L-appoġġ għal azzjonijiet bħal dawn għandu jiġi implimentat permezz ta' finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet f'konformità mal-Artikolu 89. L-assistenza teknika fil-forma ta' programm speċifiku fakultattiv tista' tiġi implimentata jew permezz ta' finanzjament li mhux marbut mal-kostijiet għall-assistenza teknika jew permezz tar-rimborż tal-kostijiet diretti.
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm ("kumitat ta' monitoraġġ") fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istat Membru kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tapprova l-programm.
L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm ("kumitat ta' monitoraġġ"), wara konsultazzjoni mal-awtorità ta' ġestjoni, fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istat Membru kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tapprova l-programm.
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2
2.  Kull kumitat ta' monitoraġġ għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
2.  Kull kumitat ta' monitoraġġ għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, filwaqt li jqis il-ħtieġa ta' trasparenza sħiħa.
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 5
5.  Il-paragrafi minn 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għall-programmi skont l-Artikolu [4(c)(vi)] tar-Regolament FSE+ u għall-assistenza teknika relatata.
5.  Il-paragrafi minn 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għall-programmi skont l-Artikolu [4(1)(xi)] tar-Regolament FSE+ u għall-assistenza teknika relatata.
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istat Membru għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ u għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet u tal-korpi intermedji rilevanti tal-Istat Membru, kif ukoll tar-rappreżentanti tal-imsieħba msemmija fl-Artikolu 6.
L-Istat Membru għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ u għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet u tal-korpi intermedji rilevanti tal-Istat Membru, kif ukoll tar-rappreżentanti tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 6 permezz ta' proċess trasparenti.
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2
2.  Għandhom jipparteċipaw rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
2.  Fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw f'kapaċità ta' monitoraġġ u f'kapaċità konsultattiva. Fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ rappreżentanti tal-BEI jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw f'kapaċità konsultattiva, fejn xieraq.
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Għall-AMIF, l-ISF u l-BMVI, l-aġenziji deċentralizzati rilevanti għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)   proposti għal miżuri possibbli ta' simplifikazzjoni għall-benefiċjarji;
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt b
(b)  kull kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri meħuda biex dawn il-kwistjonijiet ikunu trattati;
(b)  kull kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri meħuda biex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati, inkluża wkoll kwalunkwe irregolarità;
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt i
(i)  il-progress fil-bini ta' kapaċità amministrattiva għall-istituzzjonijiet pubbliċi u għall-benefiċjarji, meta rilevanti.
(i)  il-progress fil-bini tal-kapaċità amministrattiva għall-istituzzjonijiet pubbliċi, għas-sħab u għall-benefiċjarji, meta rilevanti.
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2 – punt b
(b)  ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMF, mill-ISF u mill-BMVI, u r-rapport finali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni;
(b)  ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, u r-rapport finali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni;
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da)   bidliet fil-lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 17(3);
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jipproponi lill-awtorità ta' ġestjoni aktar funzjonijiet ta' intervent.
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Għandha tiġi organizzata laqgħa annwali ta' rieżami bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru biex tiġi analizzata l-prestazzjoni ta' kull programm.
Għandha tiġi organizzata laqgħa annwali ta' rieżami bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru biex tiġi analizzata l-prestazzjoni ta' kull programm. L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom ikunu involuti kif dovut f'dan il-proċess.
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 6
6.  Għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMF, mill-ISF u mill-BMVI, l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni f'konformità mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.
6.  Għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni f'konformità mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.
Emenda 229
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-ewwel trażmissjoni għandha tkun dovuta sal-31 ta' Jannar 2022 u l-aħħar waħda sal-31 ta' Jannar 2030.
L-ewwel trażmissjoni għandha tkun dovuta sat-28 ta' Frar 2022 u l-aħħar waħda sat-28 ta' Frar 2030.
Emenda 230
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Għall-programmi taħt l-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+, id-data għandha tkun trażmessa annwalment sat-30 ta' Novembru.
Għall-programmi taħt l-Artikolu 4(1)(xi) tar-Regolament FSE+, id-data għandha tkun trażmessa annwalment sat-30 ta' Novembru.
Emenda 231
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt a
(a)  l-għadd ta' operazzjonijiet magħżula, il-kost totali eliġibbli tagħhom, il-kontribuzzjoni mill-Fondi u n-nefqa totali eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta' ġestjoni, kollha mqassma skont it-tip ta' intervent;
(a)  fit-trażmizzjonijiet tad-data dovuti sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Marzu, il-31 ta' Mejju, il-31 ta' Lulju, it-30 ta' Settembru u t-30 ta' Novembru ta' kull sena, l-għadd ta' operazzjonijiet magħżula, il-kost totali eliġibbli tagħhom, il-kontribuzzjoni mill-Fondi u n-nefqa totali eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta' ġestjoni, kollha mqassma skont it-tip ta' intervent;
Emenda 232
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-operazzjonijiet magħżula u l-valuri miksuba skont l-operaturi.
(b)  fit-trażmizzjonijiet tad-data dovuti sal-31 ta' Mejju u t-30 ta' Novembru ta' kull sena biss, il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-operazzjonijiet magħżula u l-valuri miksuba skont l-operaturi.
Emenda 233
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet tal-programm. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud Ewropew bil-għan li titjib il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi.
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet tal-programm. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-inklużività, in-natura nondiskriminatorja, l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, il-viżibbiltà u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi.
Emenda 234
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi evalwazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku u l-ħtiġijiet ta' finanzjament taħt l-objettivi ta' politika msemmija fl-Artikolu 4(1), fi ħdan u fost il-programmi b'fokus fuq Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u Ewropa aktar konnessa permezz tat-tisħiħ tal-mobilità, inklużi l-mobilità intelliġenti u sostenibbli u l-konnettività reġjonali tal-ICT. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-evalwazzjoni fuq is-sit web tagħha u tikkomunika dawk ir-riżultati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Emenda 235
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  imsieħba u korpi rilevanti oħra.
(b)  sħab u korpi rilevanti oħra, inklużi awtoritajiet reġjonali, lokali u awtoritajiet pubbliċi oħra, u sħab ekonomiċi u soċjali.
Emenda 236
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li, fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm, ikun hemm sit web fejn tkun disponibbli informazzjoni dwar programmi li hija responsabbli għalihom, li tkopri l-objettivi, l-attivitajiet, l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli u l-kisbiet tal-programm.
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li, fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm, ikun hemm sit web fejn tkun disponibbli informazzjoni dwar il-programmi li hija responsabbli għalihom, li tkopri l-objettivi, l-attivitajiet, skeda ta' żmien indikattiva għas-sejħiet għall-proposti, l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli u l-kisbiet tal-programm.
Emenda 237
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi, isem il-benefiċjarju;
(a)  fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi, isem il-benefiċjarju u isem il-kuntrattur;
Emenda 240
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jipprovdi fuq il-websajt professjonali jew is-siti tal-midja soċjali tal-benefiċjarju, fejn tali siti jeżistu, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni, proporzjonata għal-livell tal-appoġġ, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni;
(a)  jipprovdi fuq il-websajt professjonali u s-siti tal-midja soċjali tal-benefiċjarju, fejn tali siti jeżistu, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni, proporzjonata għal-livell tal-appoġġ, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni;
Emenda 241
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja
(c)  jesponu plakkek u billboards hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjonijiet li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, fir-rigward tas-segwenti:
(c)  jesponu b'mod permanenti plakkek u billboards li jkunu viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjonijiet li jinvolvu investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, fir-rigward tas-segwenti:
Emenda 243
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt d
(d)  għal operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punt (c), jesponu pubblikament almenu displej stampat jew elettroniku ta'daqs minimu A3 bl-informazzjoni dwar l-operazzjoni li jissottolinja l-appoġġ mill-Fondi;
(d)  għal operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punt (c), jesponu pubblikament f'post li jkun viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku almenu displej stampat jew elettroniku ta' daqs minimu ta' A3 bl-informazzjoni dwar l-operazzjoni li jissottolinja l-appoġġ mill-Fondi;
Emenda 244
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)   jesponu pubblikament u b'mod permanenti, mill-mument tal-implimentazzjoni fiżika, l-emblema tal-Unjoni b'tali mod li tkun viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku u skont il-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness VIII;
Emenda 245
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Għal operazzjonijiet appoġġati bl-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+, dan ir-rekwiżit ma japplikax.
Għal operazzjonijiet appoġġati bl-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(xi) tar-Regolament FSE+, dan ir-rekwiżit ma japplikax.
Emenda 246
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jużaw il-kontribuzzjoni mill-Fondi biex jipprovdu appoġġ lill-benefiċjarji fil-forma ta' għotjiet, strumenti finanzjarji jew premijiet jew taħlita ta' dawn il-miżuri.
L-Istati Membri għandhom jużaw il-kontribuzzjoni mill-Fondi biex jipprovdu appoġġ lill-benefiċjarji fil-forma ta' għotjiet, użu limitat ta' strumenti finanzjarji jew premijiet jew taħlita ta' dawn il-miżuri.
Emenda 247
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt c
(c)  rata fissa sa massimu ta' 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, sakemm din ir-rata tkun ikkalkulata skont l-Artikolu 48(2)(a).
(c)  rata fissa sa massimu ta' 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, sakemm din ir-rata tkun ikkalkulata skont l-Artikolu 48(2)(a) jew 48(2)(c).
Emenda 248
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt a
(a)  billi niddividu l-kostijiet annwali gross l-aktar riċenti dokumentati tal-kostijiet tal-impjegatur b'1720 siegħa għall-persuni li jaħdmu full-time, jew b'siegħat prorata korrispondenti minn 1720 siegħa, għal persuni li jaħdmu part-time;
(a)  billi niddividu l-kostijiet annwali gross l-aktar riċenti dokumentati tal-impjiegi, bil-kostijiet addizzjonali mistennija sabiex inqisu fatturi bħalma huma żidiet fit-tariffi jew promozzjonijiet tal-persunal, b'1720 siegħa għall-persuni li jaħdmu full-time, jew b'siegħat prorata korrispondenti minn 1720 siegħa, għall-persuni li jaħdmu part-time;
Emenda 249
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt b
(b)  billi niddividu l-kostijiet mensili gross tal-impjiegi dokumentati riċentament bil-ħin tax-xogħol tal-persuna kkonċernata għal dak ix-xahar skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli msemmija fil-kuntratt ta' impjieg.
(b)  billi niddividu l-kostijiet mensili gross l-aktar riċenti dokumentati tal-impjiegi, bil-kostijiet addizzjonali mistennija sabiex inqisu fatturi bħalma huma żiediet fit-tariffi jew promozzjonijiet tal-persunal, bil-ħin tax-xogħol tal-persuna kkonċernata għal dak ix-xahar skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli msemmija fil-kuntratt ta' impjieg.
Emenda 250
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 2
2.  L-istrumenti finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ lir-riċevituri finali għall-investimenti ġodda biss li huma mistennija li jkunu finanzjarjament vijabbli, bħal pereżempju fil-ġenerazzjoni ta' dħul jew iffrankar, u li ma jsibux finanzjament suffiċjenti mis-sorsi tas-suq.
2.  L-istrumenti finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ lir-riċevituri finali għall-investimenti ġodda biss li huma mistennija li jkunu finanzjarjament vijabbli, bħal pereżempju fil-ġenerazzjoni ta' dħul jew iffrankar, u li ma jsibux finanzjament suffiċjenti mis-sorsi tas-suq. Tali appoġġ jista' jkun immirat lejn investimenti f'assi kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli kif ukoll kapital operatorju, f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
Emenda 251
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  l-ammont propost ta' kontribuzzjoni tal-programm għal strument finanzjarju u l-effett ta' ingranaġġ mistenni;
(a)  l-ammont propost ta' kontribuzzjoni tal-programm għal strument finanzjarju u l-effett ta' ingranaġġ mistenni, akkumpanjat mill-valutazzjonijiet rilevanti;
Emenda 252
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 5
5.  Strumenti finanzjarji jistgħu jkunu kombinati ma' appoġġ anċillari tal-programmi fil-forma ta' għotjiet bħala operazzjoni unika ta' strument finanzjarju, fi ftehim uniku ta' finanzjament, fejn iż-żewġ forom distinti ta' appoġġ għandhom ikunu provduti mill-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju. F'tali każ għandhom japplikaw l-istrumenti finanzjarji applikabbli għal dik l-operazzjoni unika tal-istrument finanzjarju.
5.  Strumenti finanzjarji jistgħu jkunu kombinati ma' appoġġ anċillari tal-programmi fil-forma ta' għotjiet bħala operazzjoni unika ta' strument finanzjarju, fi ftehim uniku ta' finanzjament, fejn iż-żewġ forom distinti ta' appoġġ għandhom ikunu provduti mill-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju. Fejn l-ammont tal-appoġġ għall-programm fil-forma ta' għotja huwa inqas mill-ammont ta' appoġġ għall-programm fil-forma ta' strument finanzjarju, għandhom japplikaw ir-regoli applikabbli għall-istrumenti finanzjarji .
Emenda 253
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħżel il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju.
L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħżel il-korp li jimplimenta strument finanzjarju jew permezz tal-għoti dirett ta' kuntratt jew inkella permezz tal-għoti indirett ta' kuntratt.
Emenda 254
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
L-awtorità ta' ġestjoni tista' tafda kompiti ta' implimentazzjoni permezz ta' għotja diretta lil:
(a)  il-BEI;
(b)  istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist;
(c)  bank jew istituzzjoni bi sjieda pubblika, stabbiliti bħala entità ġuridika u li jwettqu attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali.
Emenda 255
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 7
7.  L-awtorità ta' ġestjoni, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 2 jew il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 3, għandhom iżommu kontijiet separati jew ikollhom kodiċi kontabilistika għal kull prijorità u għal kull kategorija ta' reġjun għal kull kontribuzzjoni tal-programm u separatament għar-riżorsi msemmija fl-Artikoli 54 u 56 rispettivament.
7.  L-awtorità ta' ġestjoni, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 2 jew il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 3, għandhom iżommu kontijiet separati jew ikollhom kodiċi kontabilistika għal kull prijorità u għal kull kategorija ta' reġjun, jew skont it-tip ta' intervent għall-FAEŻR, għal kull kontribuzzjoni tal-programm u separatament għar-riżorsi msemmija fl-Artikoli 54 u 56 rispettivament.
Emenda 256
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.   Ir-rekwiżiti ta' rappurtar dwar l-użu tal-istrument finanzjarju għall-finijiet maħsuba għandhom ikunu limitati għall-awtoritajiet ta' ġestjoni u għall-intermedjarji finanzjarji.
Emenda 257
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 2
2.  L-imgħax u dħul ieħor li jista' jiġi attribwit lill-appoġġ mill-Fondi mħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jintuża għall-istess objettiv jew objettivi ta' appoġġ inizjali mill-Fondi, jew fl-istess strument finanzjarju; jew, sussegwentament għall-għeluq tal-istrumenti finanzjarju, fi strumenti finanzjarji oħrajn jew forom oħra ta' appoġġ, sa tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà.
2.  L-imgħax u dħul ieħor li jista' jiġi attribwit lill-appoġġ mill-Fondi mħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jintuża għall-istess objettiv jew objettivi ta' appoġġ inizjali mill-Fondi, jew fl-istess strument finanzjarju; jew, sussegwentement għall-għeluq tal-istrument finanzjarju, fi strumenti finanzjarji oħra jew forom oħra ta' appoġġ għal investimenti ulterjuri f'riċevituri finali; jew, fejn applikabbli, sabiex jiġi kopert it-telf fl-ammont nominali tal-kontribuzzjoni tal-Fondi għall-istrument finanzjarju liema telf jirriżulta mill-imgħax negattiv, jekk tali telf iseħħ minkejja ġestjoni attiva tat-teżorerija mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji; sa tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà.
Emenda 258
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1
1.  Appoġġ mill-Fondi lill-istrumenti finanzjarji investiti f'riċevituri finali kif ukoll kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat minn dawk l-investimenti, li huwa attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, jista' jintuża għall-trattament differenzjat ta' investituri li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija orjentata lejn is-suq permezz ta' kondiviżjoni xierqa tar-riski u tal-profitti.
1.  Appoġġ mill-Fondi lill-istrumenti finanzjarji investiti f'riċevituri finali kif ukoll kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat minn dawk l-investimenti, li huwa attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, jista' jintuża għat-trattament differenzjat tal-investituri li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija orjentata lejn is-suq, jew għal forom oħra ta' appoġġ mill-Unjoni, permezz ta' kondiviżjoni xierqa tar-riskji u tal-profitti filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
Emenda 259
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 2
2.  Il-livell ta' tali trattament differenzjat ma għandux jaqbeż dak li hu neċessarju biex joħloq inċentivi biex jattiraw riżorsi privati, stabbiliti minn proċess kompetittiv jew valutazzjoni indipendenti.
2.  Il-livell ta' tali trattament differenzjat ma għandux jaqbeż dak li hu neċessarju biex jinħolqu inċentivi biex jattiraw riżorsi privati, stabbiliti jew bi proċess kompetittiv jew b'valutazzjoni ex ante mwettqa f'konformità mal-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 260
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 1
1.  Riżorsi mħallsa lura, qabel tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà, lil strumenti finanzjarji minn investimenti f'riċevituri finali jew mir-rilaxx ta' riżorsi mwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija, inklużi pagamenti lura ta' kapital u kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat li huwa attibwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, għandu jintuża mill-ġdid fl-istess strumenti finanzjarji jew f'oħrajn għal investiment ulterjuri fir-riċevituri finali, skont l-istess objettiv speċifiku u għal kwalunkwe kostijiet u tariffi ta' ġestjoni assoċjati ma' tali investiment ulterjuri.
1.  Riżorsi mħallsa lura, qabel tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà, lil strumenti finanzjarji minn investimenti f'riċevituri finali jew mir-rilaxx ta' riżorsi mwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija, inklużi pagamenti lura ta' kapital u kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat li huwa attibwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, għandu jintuża mill-ġdid fl-istess strumenti finanzjarji jew f'oħrajn għal investimenti ulterjuri f'riċevituri finali, skont l-istess objettiv speċifiku jew objettivi speċifiċi u għal kwalunkwe kostijiet u tariffi ta' ġestjoni assoċjati ma' tali investimenti ulterjuri, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
Emenda 261
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-iffrankar permezz ta' operazzjonijiet aktar effiċjenti m'għandux jitqies li jikkostitwixxi dħul iġġenerat għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu. B'mod partikolari, l-iffrankar tal-kostijiet li jirriżulta minn miżuri għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija m'għandux jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fis-sussidji tal-operat.
Emenda 262
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi jekk tkun saret minn benefiċjarju jew mill-imsieħeb privat f'każ ta' operazzjoni PPP u tħallset fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni jew mill-1 ta' Jannar 2021, skont liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta' Diċembru 2029.
In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi jekk tkun saret minn benefiċjarju jew mis-sieħeb privat f'każ ta' operazzjoni PPP u tħallset fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni jew mill-1 ta' Jannar 2021, skont liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta' Diċembru 2030.
Emenda 263
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 4
4.  Operazzjoni sħiħa jew parti minnha jistgħu jiġu implimentati barra minn Stat Membru, anki barra mill-Unjoni, sakemm dik l-operazzjoni tikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm.
4.  Operazzjoni sħiħa jew parti minnha taħt il-FEŻR, il-FSE+ jew il-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jiġu implimentati barra minn Stat Membru, anki barra mill-Unjoni, sakemm dik l-operazzjoni taqa' taħt wieħed mill-ħames komponenti tal-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [...] ("ir-Regolament KTE") u tikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm.
Emenda 264
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 6
6.  L-operazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħżula għall-appoġġ mill-Fondi fejn ikunu tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma ssir l-applikazzjoni għall-finanzjament skont il-programm lill-awtorità ta' ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagamenti relatati kollha jkunux saru.
6.  L-operazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħżula għall-appoġġ mill-Fondi fejn ikunu tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma ssir l-applikazzjoni għall-finanzjament skont il-programm lill-awtorità ta' ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagamenti relatati kollha jkunux saru. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-kumpens tal-FEMS għall-kostijiet addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi jew in-nefqa ffinanzjata permezz ta' allokazzjonijiet supplimentari speċifiċi tal-FEŻR u l-FSE + għar-reġjuni ultraperiferiċi.
Emenda 265
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  interessi fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta' għotjiet mogħtija fil-forma ta' sussidju għal rata tal-interess jew sussidju ta' tariffa għal garanzija;
(a)  interessi fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta' għotjiet mogħtija fil-forma ta' sussidju għal rata tal-interess jew sussidju ta' tariffa għal garanzija jew fir-rigward ta' kontribuzzjoni għal strumenti finanzjarji li tirriżulta minn interess negattiv;
Emenda 266
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c)   taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), għajr għal operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom huwa inqas minn EUR 5 000 000.
imħassar
Emenda 267
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
L-eliġibbiltà għall-operazzjonijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") għandha tiġi determinata fuq approċċ ta' kull każ għalih, ħlief għall-operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom huwa ta' inqas minn EUR 5 000 000, u għall-investimenti u l-infiq mir-riċevituri finali.
Emenda 268
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-Istat Membru jista' jnaqqas il-limitu ta' żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu għal tliet snin fil-każ taż-żamma ta' investimenti jew impjiegi maħluqa minn SMEs.
L-Istat Membru jista' jnaqqas il-limitu ta' żmien mogħti fl-ewwel subparagrafu għal tliet snin fil-każijiet iġġustifikati kif dovut imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) rigward iż-żamma tal-impjiegi maħluqa minn SMEs.
Emenda 269
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 3
3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal ebda operazzjoni li tgħaddi minn waqfien ta' attività produttiva minħabba falliment mhux frawdolenti.
3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjonijiet tal-programm lil strumenti finanzjarji jew mingħandhom u lanqas għal kwalunkwe operazzjoni li tgħaddi minn waqfien ta' attività produttiva minħabba falliment mhux frawdolenti.
Emenda 270
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Għall-punt (d) tal-paragrafu 1, it-tariffi ta' ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni. Jekk korpi li jimplimentaw fond ta' parteċipazzjoni u / jew fondi speċifiċi, skont l-Artikolu 53(3), jintgħażlu permezz ta' għotja diretta ta' kuntratt, l-ammont ta' kostijiet u tariffi ta' ġestjoni mħallsa lil dawk il-korpi li jista' jkun ddikjarat bħala nefqa eliġibbli għandu jkun soġġett għal limitu sa massimu ta' 5 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm żborżati lir-riċevituri finali f'self, investiment ta' ekwità u kważi ekwità jew imwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija.
Għall-punt (d) tal-paragrafu 1, it-tariffi ta' ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni. Għall-ewwel tnax-il xahar ta' implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, ir-remunerazzjoni ta' bażi għall-kostijiet u t-tariffi ta' ġestjoni għandha tkun eliġibbli. Jekk korpi li jimplimentaw fond ta' parteċipazzjoni u / jew fondi speċifiċi, skont l-Artikolu 53(2), jintgħażlu permezz ta' għotja diretta ta' kuntratt, l-ammont ta' kostijiet u tariffi ta' ġestjoni mħallsa lil dawk il-korpi li jista' jkun ddikjarat bħala nefqa eliġibbli għandu jkun soġġett għal limitu sa massimu ta' 5 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm żborżati lir-riċevituri finali f'self, investiment ta' ekwità u kważi ekwità jew imwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija.
Emenda 271
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Dan il-limitu mhuwiex applikabbli meta l-għażla tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji ssir permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva skont il-liġi applikabbli u s-sejħa għall-offerti kompetittiva tistabbilixxi l-ħtieġa għal livell ogħla ta' kostijiet u tariffi ta' ġestjoni.
Meta l-għażla tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji ssir permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva skont il-liġi applikabbli u s-sejħa għall-offerti kompetittiva tistabbilixxi l-ħtieġa ta' livell ogħla ta' kostijiet u tariffi ta' ġestjoni li għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni.
Emenda 272
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet preżentati lill-Kummissjoni u għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jipprevjenu, jaqbdu, jikkoreġu u jirrapportaw irregolaritajiet inkluż frodi.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet preżentati lill-Kummissjoni u għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jipprevjenu, jaqbdu, jikkoreġu u jirrapportaw irregolaritajiet inkluż frodi. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-OLAF.
Emenda 273
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u tad-data dwar l-indikaturi.
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità, l-indipendenza u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u tad-data dwar l-indikaturi.
Emenda 274
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw l-eżami effettiva tal-ilementi rigward il-fondi. L-Istati Membri, b'talba tal-Kummissjoni, għandhom jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni li huma fl-ambitu tal-programmi tagħhom u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dawk l-eżamijiet.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw l-eżami effettiv tal-ilmenti rigward il-fondi. Il-kamp ta' applikazzjoni, ir-regoli u l-proċeduri li jikkonċernaw dawk l-arranġamenti għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tagħhom. L-Istati Membri, b'talba tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 64(4a), għandhom jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni li huma fl-ambitu tal-programmi tagħhom u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dawk l-eżamijiet.
Emenda 275
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskambji ta' informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet tal-programm jitwettqu permezz ta' sistemi ta' skambju elettroniku ta' data skont l-Anness XII.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskambji ta' informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet tal-programm jitwettqu permezz ta' sistemi ta' skambju elettroniku ta' data li jkunu faċli għall-utenti skont l-Anness XII.
Emenda 276
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 7 – subparagrafu 2
Għal programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2023.
Għal programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022.
Emenda 277
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 7 – subparagrafu 3
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-programmi skont l-Artikolu [4(1)(c)(vii)] tar-Regolament FSE+.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-programmi skont l-Artikolu [4(1)(xi)] tar-Regolament FSE+.
Emenda 278
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 11
11.  Il-Kummisjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistipula l-format li għandu jintuża għar-rapportar ta' irregolaritajiet f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 109(2) sabiex tiżgura l-uniformità tal-kundizzjonijiet fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
11.  Il-Kummisjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistipula l-format li għandu jintuża għar-rapportar ta' irregolaritajiet f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 109(2) sabiex tiżgura l-uniformità tal-kundizzjonijiet u r-regoli fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Emenda 279
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tissodisfa lilha nnifisha li l-Istat Membru jkollu sistemi ta' ġestjoni u kontroll li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u li dawn is-sistemi jiffunzjonaw b'mod effettiv matul l-implimentazzjoni tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha tfassal strateġija ta' awditjar u pjan ta' awditjar li għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju.
Il-Kummissjoni għandha tissodisfa lilha nnifisha li l-Istat Membru jkollu sistemi ta' ġestjoni u kontroll li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u li dawk is-sistemi jiffunzjonaw b'mod effettiv u effiċjenti matul l-implimentazzjoni tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha tfassal għall-Istati Membri strateġija ta' awditjar u pjan ta' awditjar li għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju.
Emenda 280
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 2
2.  Awditi tal-Kummissjoni għandhom isiru sa tliet snin kalendarji wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet li fihom tkun inkluża n-nefqa kkonċernata. Dan il-perjodu għandu japplika għal operazzjonijiet fejn ikun hemm suspett ta' frodi.
2.  Awditi tal-Kummissjoni għandhom isiru sa sentejn kalendarji wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet li fihom tkun inkluża n-nefqa kkonċernata. Dan il-perjodu għandu japplika għal operazzjonijiet fejn ikun hemm suspett ta' frodi.
Emenda 281
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 - punt a
(a)  il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtorità kompetenti tal-programm mill-inqas 12 jum ta' ħidma għall-awditu, għajr f'każijiet urġenti. Uffiċjali jew rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f'dan l-awditjar.
(a)  il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtorità kompetenti tal-programm mill-inqas 15-il jum tax-xogħol għall-awditu, għajr f'każijiet urġenti. Uffiċjali jew rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f'dan l-awditjar.
Emenda 282
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-konklużjonijiet preliminari tal-awditu, f'mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-aħħar jum tal-awditu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
(c)  il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-konklużjonijiet preliminari tal-awditu, f'mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn xahrejn wara l-aħħar jum tal-awditu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
Emenda 283
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport tal-awditur, f'mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha tirċievi risposta komplta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet preliminari tal-awditu.
(d)  il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport tal-awditur, f'mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn xahrejn mid-data li fiha tirċievi risposta kompluta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet preliminari tal-awditu. It-tweġiba tal-Istat Membru għandha titqies bħala kompluta jekk il-Kummissjoni ma tkunx irrapportat dwar l-eżistenza ta' dokumentazzjoni pendenti fi żmien xahrejn.
Emenda 284
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni tista' testendi l-limiti ta' żmien imsemmija fil-punti (c) u (d) bi tliet xhur addizzjonali.
Il-Kummissjoni tista', f'każijiet debitament iġġustifikati, testendi l-limiti ta' żmien imsemmija fil-punti (c) u (d) b'xahrejn addizzjonali.
Emenda 285
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Mingħajr ħsara għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 63, il-Kummissjoni għandha tipprevedi sistema ta' indirizzar tal-ilmenti li għandha tkun aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati.
Emenda 286
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 2
2.  L-awtorità tal-awditjar għandha tkun awtorità pubblika, funzjonalment indipendenti minn dawk li jkunu awditjati.
2.  L-awtorità tal-awditjar għandha tkun awtorità pubblika jew privata, funzjonalment indipendenti mill-Awtorità ta' Ġestjoni u l-korpi jew l-entitajiet li jkunu ġew fdati b'funzjonijiet jew li dawn ikunu ddelegati lilhom.
Emenda 287
Proposta għal regolament
Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt e
(e)  tirreġista u taħżen id-data neċessarja għal kull operazzjoni f'sistema elettronika għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifiki u l-awditi, u għandha tiżgura s-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data u l-awtentikazzjoni tal-utenti.
(e)  tirreġistra u taħżen f'sistemi elettroniċi d-data għal kull operazzjoni neċessarja għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifiki u l-awditi, u għandha tiżgura s-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data u l-awtentikazzjoni tal-utenti.
Emenda 288
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Għall-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tistabbilixxi u tapplika kriterji u proċeduri li mhumiex diskriminatorji, li huma trasparenti, jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent skont l-Artikoli 11 u 191(1) TFUE.
Għall-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tistabbilixxi u tapplika kriterji u proċeduri li mhumiex diskriminatorji, li huma trasparenti, jiżguraw l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà, l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent skont l-Artikoli 11 u 191(1) TFUE.
Emenda 289
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt a
(a)  tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jikkonformaw mal-programm u tipprovdi kontribuzzjoni effettiva biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tiegħu;
(a)  tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jkunu sostenibbli, jikkonformaw mal-programm, kif ukoll mal-istrateġiji territorjali, u jipprovdu kontribuzzjoni effettiva biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tiegħu;
Emenda 290
Proposta għal regolament
Artikolu 67, paragrafu 3, punt c
(c)  tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jippreżentaw l-aħjar relazzjoni bejn l-ammont ta' appoġġ, l-attivitajiet imwettqa u l-kisba tal-objettivi;
(c)  tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jippreżentaw relazzjoni xierqa bejn l-ammont ta' appoġġ, l-attivitajiet imwettqa u l-kisba tal-objettivi;
Emenda 291
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt e
(e)  tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48 ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew proċedura ta' skrinjar fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49;
(e)  tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48 ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew proċedura ta' skrinjar u li l-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet alternattivi kif ukoll il-konsultazzjoni pubblika komprensiva jitqiesu debitament, fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49;
_________________
_________________
48 Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
48 Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
49 Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).
49 Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).
Emenda 292
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt f
(f)  tivverifika li fejn l-operazzjonijiet ikunu bdew qabel il-preżentazzjonijoni ta' applikazzjoni għall-finanzjament lill-awtorità ta' ġestjoni, il-liġi applikabbli tkun ġiet osservata;
(f)  tiżgura li fejn l-operazzjonijiet ikunu bdew qabel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-finanzjament lill-awtorità ta' ġestjoni, il-liġi applikabbli tkun ġiet osservata;
Emenda 293
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt j
(j)  tiżgura r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tal-investimenti fl-infrastruttura li mistennija jkollhom ħajja ta' mill-inqas ħames snin.
(j)  tiżgura, qabel jittieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tal-investimenti fl-infrastruttura li mistennija jkollhom ħajja ta' mill-inqas ħames snin, kif ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel".
Emenda 294
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   L-awtorità ta' ġestjoni tista' tiddeċiedi wkoll, f'każijiet debitament ġustifikati, li tikkontribwixxi sa 5 % tal-allokazzjoni finanzjarja ta' programm taħt il-FEŻR u l-FSE+ għal proġetti speċifiċi fl-Istat Membru eliġibbli taħt Orizzont Ewropa, inklużi dawk magħżula fit-tieni fażi, sakemm dawk il-proġetti speċifiċi jikkontribwixxu għall-objettivi tal-programm f'dak l-Istat Membru.
Emenda 295
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 6
6.  Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tagħżel operazzjoni ta' importanza strateġika, hija għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Kummissjoni dwar din l-operazzjoni.
6.  Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tagħżel operazzjoni ta' importanza strateġika, hija għandha tinforma fi żmien xahar lill-Kummissjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Kummissjoni dwar dik l-operazzjoni, inkluża analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji.
Emenda 296
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  tiżgura, soġġett għad-disponibbiltà ta' finanzjament, li benefiċjarju jirċievi l-ammont dovut kollu kemm hu u mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-pagament mill-benefiċjarju;
(b)  tiżgura, għall-prefinanzjament u l-pagamenti interim, li benefiċjarju jirċievi l-ammont dovut kollu kemm hu għal nefqa verifikata u mhux aktar tard minn 60 jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-pagament mill-benefiċjarju;
Emenda 297
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt a
(a)  tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni talbiet għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86;
(a)  tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni talbiet għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 u tqis l-awditi mwettqa mill-awtorità tal-awditjar, jew li jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħha;
Emenda 298
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt b
(b)  tfassal il-kontijiet f'konformità mal-Artikolu 92 u ż-żamma tar-rekords tal-elementi kollha tal-kontijiet f'sistema elettronika;
(b)  tfassal u tippreżenta l-kontijiet, tikkonferma l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-korrettezza f'konformità mal-Artikolu 92 u żżomm rekords tal-elementi kollha tal-kontijiet f'sistema elettronika;
Emenda 299
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   L-awditu għandu jsir b'referenza għall-istandard applikabbli fiż-żmien tal-konvenzjoni tal-operazzjoni awditjata, ħlief meta l-istandards il-ġodda jkunu aktar favorevoli għall-benefiċjarju.
Emenda 300
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6b (ġdid)
6b.   Is-sejba ta' irregolarità, bħala parti mill-awditu ta' operazzjoni li twassal għal penali finanzjarja, ma tistax twassal għall-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll jew għal korrezzjonijiet finanzjarji lil hinn min-nefqa koperta mis-sena fiskali tan-nefqa awditjata.
Emenda 301
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 1
1.  L-awtorità ta' awditjar għandha tħejji strateġija tal-awditjar fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, waqt li tikkunsidra d-deskrizzjoni tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll prevista fl-Artikolu 63(9), li tkopri awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet. L-istrateġija tal-awditjar għandha tinkludi awditi tas-sistema ta' awtoritajiet ta' ġestjoni identifikati ġodda u ta' awtoritajiet responsabbli għall-funzjoni kontabilistika fi żmien disa' xhur wara l-ewwel sena ta' funzjonament tagħhom. L-istrateġija tal-awditjar għandha titħejja skont il-mudell stabbilit fl-Anness XVIII, u għandha tkun aġġornata kull sena wara l-ewwel rapport annwali ta' kontroll u l-opinjoni tal-awditjar ipprovduti lill-Kummissjoni. Hija tista' tkopri wieħed jew aktar mill-programmi.
1.  Wara li tikkonsulta l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità ta' awditjar għandha tħejji strateġija tal-awditjar fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, waqt li tikkunsidra d-deskrizzjoni tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll prevista fl-Artikolu 63(9), li tkopri awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet. L-istrateġija tal-awditjar għandha tinkludi awditi tas-sistema ta' awtoritajiet ta' ġestjoni identifikati ġodda u ta' awtoritajiet responsabbli għall-funzjoni kontabilistika. L-awditu għandu jitwettaq fi żmien disa' xhur wara l-ewwel sena ta' funzjonament tagħhom. L-istrateġija tal-awditjar għandha titħejja skont il-mudell stabbilit fl-Anness XVIII, u għandha tkun aġġornata kull sena wara l-ewwel rapport annwali ta' kontroll u l-opinjoni tal-awditjar ipprovduti lill-Kummissjoni. Hija tista' tkopri wieħed jew aktar mill-programmi. Fl-istrateġija tal-awditjar, l-awtorità ta' awditjar tista' tiddetermina limitu għal awditi tal-kontijiet uniċi.
Emenda 302
Proposta għal regolament
Artikolu 73 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-Kummissjoni u Stat Membru dwar is-sejbiet ta' awditu, għandha tiġi stabbilita proċedura tas-saldu.
Emenda 303
Proposta għal regolament
Artikolu 74 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-awditjar għandhom l-ewwel jużaw l-informazzjoni u r-rekords kollha disponibbli fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 66(1)(e), inklużi r-riżultati ta' verifiki ta' ġestjoni u jitolbu u jiksbu d-dokumenti addizzjonali u evidenza għall-awditjar mingħand il-benefiċjarji konċernati biss meta, fuq il-bażi tal-ġudizzju professjonali tagħhom, din hija meħtieġa biex tappoġġa konklużjonijiet tal-awditjar robusti.
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-awditjar għandhom l-ewwel jużaw l-informazzjoni u r-rekords kollha disponibbli fis-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 66(1)(e), inklużi r-riżultati ta' verifiki ta' ġestjoni u jitolbu u jiksbu d-dokumenti addizzjonali u evidenza għall-awditjar mingħand il-benefiċjarji konċernati biss meta, fuq il-bażi tal-ġudizzju professjonali tagħhom, din hija meħtieġa biex tappoġġa konklużjonijiet tal-awditjar robusti.
Emenda 304
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 1
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħmel verifiki ta' ġestjoni fil-post skont l-Artikolu 68(1) fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju biss u, fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, fil-livell ta' korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti.
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħmel verifiki ta' ġestjoni fil-post skont l-Artikolu 68(1) fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju biss u, fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, fil-livell ta' korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, jekk l-istrument finanzjarju jipprovdi rapporti ta' kontroll li jappoġġaw l-applikazzjoni tal-pagament, l-awtorità ta' ġestjoni tista' tiddeċiedi li ma twettaqx verifiki tal-ġestjoni fuq il-post.
Emenda 305
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Madankollu, il-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu rapporti ta' kontroll li jappoġġaw it-talba għall-pagament lill-awtorità ta' ġestjoni.
Madankollu, il-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu rapporti ta' kontroll li jappoġġaw l-applikazzjonijiet għal pagament lill-awtorità ta' ġestjoni.
Emenda 306
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 3
3.  L-awtorità tal-awditjar għandha tagħmel awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet skont l-Artikoli 71, 73 jew 77 fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju u, fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, fil-livell ta' korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti.
3.  L-awtorità tal-awditjar għandha tagħmel awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet skont l-Artikoli 71, 73 jew 77 fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju u, fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, fil-livell ta' korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, jekk l-istrument finanzjarju jipprovdi lill-awtorità tal-awditjar b'rapport annwali tal-awditjar imfassal mill-awdituri esterni tagħhom sal-aħħar ta' kull sena kalendarja li jkopri l-elementi inklużi fl-Anness XVII, l-awtorità tal-awditjar tista' tiddeċiedi li ma twettaqx awditi ulterjuri.
Emenda 307
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, il-korpi responsabbli għall-awditjar tal-programmi jistgħu jwettqu verifiki jew awditi tal-korpi li jipprovdu biss self sottostanti ġdid fil-każ li sseħħ waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)  dokumenti ta' appoġġ, li jipprovdu evidenza tal-appoġġ mill-istrument finanzjarju lir-reċipjenti finali, li ma jkunux disponibbli fil-livell tal-awtorità ta' ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji;
(b)  ikun hemm evidenza li d-dokumenti disponibbli fil-livell tal-awtorità ta' ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji ma jirrappreżentawx rekord veru u preċiż tal-appoġġ provdut.
Emenda 308
Proposta għal regolament
Artikolu 76 – paragrafu 1
1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li d-dokumenti ta' prova kollha marbuta ma' operazzjoni appoġġata mill-Fondi jinżammu fil-livell xieraq għal perjodu ta' ħames snin mill-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha jkun sar l-aħħar pagament mill-awtorità ta' ġestjoni lill-benefiċjarju.
1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li d-dokumenti ta' prova kollha marbuta ma' operazzjoni appoġġata mill-Fondi jinżammu fil-livell xieraq għal perjodu ta' tliet snin mill-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha jkun sar l-aħħar pagament mill-awtorità ta' ġestjoni lill-benefiċjarju.
Emenda 309
Proposta għal regolament
Artikolu 76 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-perjodu ta' żamma tad-dokumenti jista' jitnaqqas, b'mod proporzjonali għall-profil tar-riskju u d-daqs tal-benefiċjarji, b'deċiżjoni tal-awtorità ta' ġestjoni.
Emenda 310
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-prefinanzjament għal kull Fond għandu jitħallas b'pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena, soġġett għad-disponibbiltà ta' fondi, kif ġej:
Il-prefinanzjament għal kull Fond għandu jitħallas b'pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena, kif ġej:
Emenda 311
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  2022: 0.5 %;
(b)  2022: 0,7 %;
Emenda 312
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  2023: 0.5 %;
(c)  2023: 1 %;
Emenda 313
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  2024: 0.5 %;
(d)  2024: 1,5 %;
Emenda 314
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
(e)  2025: 0.5 %;
(e)  2025: 2 %;
Emenda 315
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f
(f)  2026: 0.5
(f)  2026: 2 %
Emenda 316
Proposta għal regolament
Artikolu 85 – paragrafu 3 – punt b
(b)  l-ammont ta' assistenza teknika kkalkolata skont l-Artikolu 31(2);
(b)  l-ammont ta' assistenza teknika kkalkolata skont l-Artikolu 31;
Emenda 317
Proposta għal regolament
Artikolu 85 - paragrafu 4 - punt ca (ġdid)
(ca)   fil-każ tal-għajnuna mill-istat, l-applikazzjoni tal-pagament tista' tinkludi pagamenti bil-quddiem imħallsa lill-benefiċjarju mill-korp li jagħti l-għajnuna taħt il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: dawn ikunu soġġetti għal bank jew għal garanzija ekwivalenti, ma jaqbżux l-40 % tal-ammont totali tal-għajnuna li għandha tingħata lil benefiċjarju għal operazzjoni partikolari u jkunu koperti minn nefqa mħallsa mill-benefiċjarji u appoġġata minn fatturi b'riċevuta fi żmien 3 snin.
Emenda 318
Proposta għal regolament
Artikolu 86 – paragrafu 1
1.  Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f'konformità mal-Artikolu 53(2), l-applikazzjonijiet għal pagament sottomessi skont l-Anness XIX għandhom jinkludu l-ammonti totali mħallsa jew, fil-każ ta' garanziji, l-ammonti mwarrba kif miftiehem f'kuntratti ta' garanzija, mill-awtorità ta' ġestjoni għal riċevituri finali kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 62(1).
1.  Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f'konformità mal-Artikolu 53(1), l-applikazzjonijiet għal pagament sottomessi skont l-Anness XIX għandhom jinkludu l-ammonti totali mħallsa jew, fil-każ ta' garanziji, l-ammonti mwarrba kif miftiehem f'kuntratti ta' garanzija, mill-awtorità ta' ġestjoni għal riċevituri finali kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 62(1).
Emenda 319
Proposta għal regolament
Artikolu 86 - paragrafu 2 - parti introduttorja
2.  Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f'konformità mal-Artikolu 53(3), l-applikazzjonijiet għal pagament li tinkludi nefqa għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu sottomessi skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
2.  Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f'konformità mal-Artikolu 53(2), l-applikazzjonijiet għal pagament li jinkludu nefqa għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu sottomessi skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 320
Proposta għal regolament
Artikolu 87 – paragrafu 1
1.  Soġġett għall-finanzjament disponibbli, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim sa mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data li fiha applikazzjoni għal pagament tkun ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni.
1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim sa mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data li fiha applikazzjoni għal pagament tkun ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni.
Emenda 321
Proposta għal regolament
Artikolu 90 – paragrafu 1 – punt a
(a)  Ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi nuqqas serju u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi;
(a)  ikun hemm evidenza ta' nuqqas serju u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi;
Emenda 322
Proposta għal regolament
Artikolu 91 – paragrafu 1 – punt e
(e)  l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 15(6).
imħassar
Emenda 323
Proposta għal regolament
Artikolu 99 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja kwalunkwe ammont fi programm li ma kienx intuża għal prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 84 jew li għalih ma ġietx ippreżentata applikazzjoni għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 sas-26 ta' Diċembru tat-tieni sena kalendarja wara dik tal-impenji tal-baġit għas-snin 2021 sa 2026.
1.  Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja kwalunkwe ammont fi programm li ma kienx intuża għal prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 84 jew li għalih ma ġietx ippreżentata applikazzjoni għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 sal-31 ta' Diċembru tat-tielet sena kalendarja wara dik tal-impenji tal-baġit għas-snin 2021 sa 2026.
Emenda 324
Proposta għal regolament
Artikolu 99 – paragrafu 2
2.   L-ammont li għandu jiġi kopert mill-prefinanzjament jew l-applikazzjonijiet ta' pagament sal-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-baġit 2021 għandu jkun ta' 60 % ta' dak l-impenn. Għaxra fil-mija (10 %) tal-impenn tal-baġit tal-2021 għandu jiżdied ma' kull impenn tal-baġit għas-snin 2022 sa 2025 għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu koperti.
imħassar
Emenda 325
Proposta għal regolament
Artikolu 99 – paragrafu 3
3.  Din il-parti tal-impenji li tkunu għadha miftuħa fil-31 ta' Diċembru 2029 għandha tiġi diżimpenjata jekk il-pakkett tal-assigurazzjoni u r-rapport finali tal-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FSE, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni sat-terminu perentorju stabbilit fl-Artikolu 38(1).
3.  Din il-parti tal-impenji li tkun għadha miftuħa fil-31 ta' Diċembru 2030 għandha tiġi diżimpenjata jekk il-pakkett tal-assigurazzjoni u r-rapport finali tal-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FSE+, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni sat-terminu perentorju stabbilit fl-Artikolu 38(1).
Emenda 326
Proposta għal regolament
Artikolu 100 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(b a)  ma kienx possibbli li ssir applikazzjoni f'waqtha tal-pagament minħabba dewmien fil-livell tal-Unjoni għat-twaqqif tal-qafas legali u amministrattiv għall-fondi għall-perjodu 2017-2027.
Emenda 327
Proposta għal regolament
Artikolu 101 – paragrafu 2
2.  L-Istat Membru għandu jkollu xahrejn biex jaqbel mal-ammont li għandu jiġi diżimpenjat jew biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 328
Proposta għal regolament
Artikolu 102 – paragrafu 1
1.  Il-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni għandhom isostnu l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kollha li jikkorrispondu għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni "NUTS livell 2") stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/2014.
1.  Il-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għandhom isostnu l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kollha li jikkorrispondu għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni "NUTS livell 2") stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2016/2066.
Emenda 329
Proposta għal regolament
Artikolu 103 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenji tal-baġit għall-perjodu 2021-2027 għandhom ikunu EUR 330 624 388 630 fi prezzijiet tal-2018.
Ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenji tal-baġit għall-perjodu 2021-2027 għandhom ikunu EUR 378 097 000 000 fi prezzijiet tal-2018.
(Din l-emenda għandha l-għan li terġa' ddaħħal ammont ekwivalenti għal dak disponibbli għall-perjodu 2014-2020, biż-żidiet meħtieġa, f'konformità mal-pożizzjoni tal-PE dwar il-proposta tal-QFP għall-2021-2027. Se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali għall-kalkoli fl-Anness XXII.)
Emenda 330
Proposta għal regolament
Artikolu 103 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru fil-qafas tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi, għal kull kategorija ta' reġjuni, flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness XXII.
Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru fil-qafas tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi, għal kull kategorija ta' reġjuni, flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness XXII. L-allokazzjoni globali minima mill-Fondi, fil-livell nazzjonali, għandha tkun ugwali għal 76 % tal-baġit allokat lil kull Stat Membru jew reġjun matul il-perjodu 2014-2020.
Emenda 429
Proposta għal regolament
Artikolu 103 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)
Mingħajr preġudizzju għall-allokazzjonijiet nazzjonali għall-Istati Membri, il-finanzjament għar-reġjuni, li huma deklassifikati fil-kategorija għall-perjodu 2021-2027, għandhom jinżammu fil-livell tal-allokazzjonijiet għall-2014–2020.
Emenda 331
Proposta għal regolament
Artikolu 103 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 b (ġdid)
Minħabba l-importanza partikolari tal-finanzjament ta' koeżjoni għall-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali, u għar-reġjuni ultraperiferiċi, il-kriterji ta' eliġibbiltà għal tali finanzjament ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk fil-perjodu 2014-2020, u għandhom jiżguraw kontinwità massima mal-programmi eżistenti.
(Din l-emenda se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali għall-kalkoli fl-Anness XXII.)
Emenda 332
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Ir-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 97.5 % tar-riżorsi globali (jiġifieri, total ta' EUR 322 194 388 630) u għandhom jiġu allokati kif ġej:
1.  Ir-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 97% tar-riżorsi globali, jiġifieri, total ta' EUR 366 754 000 000 (fi prezzijiet tal-2018). Minn dan l-ammont, EUR 5 900 000 000 għandhom jiġu allokati lill-Garanzija għat-Tfal mir-riżorsi taħt l-FSE+. Il-pakkett li jibqa' ta' EUR 360 854 000 000 (fi prezzijiet tal-2018) għandu jiġi allokat kif ġej:
Emenda 333
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt a
(a)  61,6 % (jiġifieri, total ta' EUR 198 621 593 157) għar-reġjuni anqas żviluppati;
(a)  61,6 % (jiġifieri, total ta' EUR 222 453 894 000) għar-reġjuni inqas żviluppati;
Emenda 334
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt b
(b)  14,3 % (jiġifieri, total ta' EUR 45 934 516 595) għar-reġjuni fi tranżizzjoni;
(b)  14,3 % (jiġifieri, total ta' EUR 51 446 129 000) għar-reġjuni fi tranżizzjoni;
Emenda 335
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt c
(c)  10,8 % (jiġifieri, total ta' EUR 34 842 689 000) għar-reġjuni aktar żviluppati;
(c)  10,8 % (jiġifieri, total ta' EUR 39 023 410 000) għar-reġjuni aktar żviluppati;
Emenda 336
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt d
(d)  12,8 % (jiġifieri, total ta' EUR 41 348 556 877) għall-Istati Membri appoġġati mill-Fond ta' Koeżjoni;
(d)  12,8 % (jiġifieri, total ta' EUR 46 309 907 000) għall-Istati Membri appoġġati mill-Fond ta' Koeżjoni;
Emenda 337
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt e
(e)  0.4 % (jiġifieri, total ta' EUR 1 447 034 001) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349 tat-Trattat u reġjuni tal-livell 2 NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.
(e)  0.4 % (jiġifieri, total ta' EUR 1 620 660 000) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349 tat-Trattat u reġjuni tal-livell 2 NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.
Emenda 338
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
L-ammont ta' riżorsi disponibbli għall-FSE+ taħt il-mira Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandu jkun ta' EUR 88 646 194 590.
Ir-riżorsi disponibbli għall-FSE+ għandhom jammontaw għal 28,8 % tar-riżorsi taħt il-mira "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" (jiġifieri EUR 105 686 000 000 fi prezzijiet tal-2018). Dan ma jinkludix il-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali jew il-fergħa tas-Saħħa.
Emenda 339
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-ammont ta' finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fil-punt (e) fil-paragrafu 1 allokati lill-FSE+ għandu jkun ta' EUR 376 928 934.
L-ammont ta' finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fil-punt (e) fil-paragrafu 1 allokati lill-FSE+ għandu jikkorrispondi għal 0,4 % tar-riżorsi msemmija fl-ewwel subparagrafu (jiġifieri EUR 424 296 054 fi prezzijiet tal-2018).
Emenda 340
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
L-ammont ta' sostenn mill-Fond ta' Koeżjoni li għandu jiġi ttrasferit għall-FNE għandu jkun ta' EUR 10 000 000 000. Huwa għandu jintefaq fuq proġetti ta' infrastruttura tat-trasport billi jitnedew sejħiet speċifiċi f'konformità mar-Regolament (UE) [numru tar-Regolament CEF il-ġdid] esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni.
L-ammont ta' sostenn mill-Fond ta' Koeżjoni li għandu jiġi ttrasferit għall-FNE għandu jkun ta' EUR 4 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018. Huwa għandu jintefaq fuq proġetti ta' infrastruttura tat-trasport, filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet tal-infrastruttura ta' investiment tal-Istati Membri u r-reġjuni, billi jitnedew sejħiet speċifiċi f'konformità mar-Regolament (UE) [numru tar-Regolament CEF il-ġdid] esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni.
Emenda 341
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 4 – subparagrafu 5
Tletin fil-mija (30 %) tar-riżorsi trasferiti għall-FNE għandhom ikunu disponibbli immedjatament wara t-trasferiment lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond ta' Koeżjoni biex jiġu ffinanzjati proġetti tal-infrastruttura tat-trasport f'konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid].
imħassar
Emenda 342
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 4 – subparagrafu 6
Ir-regoli applikabbli għas-settur tat-trasport skont ir-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid] għandhom japplikaw għas-sejħiet speċifiċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu. Sal-31 ta' Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward ta' 70 % tar-riżorsi trasferiti għall-FNE.
Ir-regoli applikabbli għas-settur tat-trasport skont ir-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid] għandhom japplikaw għas-sejħiet speċifiċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu. Sal-31 ta' Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta' Koeżjoni.
Emenda 343
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 5
5.  Il-EUR 500 000 000 tar-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal tal-Inizjattiva Urbana Ewropea taħt ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni.
5.  EUR 560 000 000 fi prezzijiet tal-2018 tar-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal tal-Inizjattiva Urbana Ewropea taħt ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni.
Emenda 344
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 6
6.  Il-EUR 175 000 000 tar-riżorsi ESF+ għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal kooperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi taħt ġestjoni diretta jew indiretta.
6.  EUR 196 000 000 fi prezzijiet tal-2018 tar-riżorsi FSE+ għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal kooperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi taħt ġestjoni diretta jew indiretta.
Emenda 345
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 7
7.  Ir-riżorsi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal 2.5 % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2021-2027 (jiġifieri total ta' EUR 8 430 000 000).
7.  Ir-riżorsi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal 3 % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2021-2027 (jiġifieri total ta' EUR 11 343 000 000 fi prezzijiet tal-2018).
Emenda 346
Proposta għal regolament
Artikolu 105 – paragrafu 1 – punt a
(a)  ta' mhux aktar minn 15 % tal-allokazzjonijiet totali għar-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni ta' tranżizzjoni jew reġjuni aktar żviluppati u reġjuni ta' tranżizzjoni għal reġjuni aktar żviluppati;
(a)  ta' mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjonijiet totali għar-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni ta' tranżizzjoni jew reġjuni aktar żviluppati u reġjuni ta' tranżizzjoni għal reġjuni aktar żviluppati;
Emenda 347
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 - punt a
(a)  70 % għar-reġjuni anqas żviluppati;
(a)  85 % għar-reġjuni inqas żviluppati;
Emenda 348
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  55 % għar-reġjuni ta' transizzjoni;
(b)  65 % għar-reġjuni ta' tranżizzjoni;
Emendi 349 u 447
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  40 % għar-reġjuni aktar żviluppati.
(c)  50 % għar-reġjuni aktar żviluppati.
Emenda 350
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Ir-rati ta' kofinanzjament stabbiliti skont il-punt (a), għandhom japplikaw ukoll għal reġjuni l-aktar imbiegħda.
Ir-rati ta' kofinanzjament stabbiliti skont il-punt (a), għandhom japplikaw ukoll għal reġjuni ultraperiferiċi u għall-allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi.
Emenda 351
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Ir-rata ta' kofinanzjament għall-Fond ta' Koeżjoni fil-livell ta' kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn 70 %.
Ir-rata ta' kofinanzjament għall-Fond ta' Koeżjoni fil-livell ta' kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn 85 %.
Emenda 352
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
Ir-Regolament ESF+ jista' jistabbilixxi rati ta' kofinanzjament ogħla għal azzjonijiet innovattivi li jappoġġaw skont l-Artikolu [14] ta' dak ir-Regolament.
Ir-Regolament FSE+ jista', f'każijiet debitament iġġustifikati, jistabbilixxi rati ta' kofinanzjament ogħla sa massimu ta' 90 % għal prijoritajiet li jappoġġaw azzjonijiet innovattivi skont l-Artikolu [13] u l-Artikolu [4(1)(x)] u [(xi)] ta' dak ir-Regolament, kif ukoll għal programmi li jindirizzaw il-privazzjoni materjali skont l-Artikolu [9], il-qgħad fost iż-żgħażagħ skont l-Artikolu [10], l-appoġġ tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal skont l-Artikolu [10a] u l-kooperazzjoni transnazzjonali skont l-Artikolu [11b].
Emenda 353
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Ir-rata ta' kofinanzjament għal programmi Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70 %.
Ir-rata ta' kofinanzjament għal programmi Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 85 %.
Emenda 453
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  L-Istati Membri jistgħu, f'każ debitament ġustifikat, jagħmlu talba għal aktar flessibbiltà fil-qafas kurrenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti, appoġġata mill-amministrazzjoni pubblika permezz tal-kofinanzjament ta' investimenti bħala parti mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bir-reqqa t-talba rispettiva meta tkun qed tiddefinixxi l-aġġustament fiskali taħt jew il-parti preventiva jew dik korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir b'mod li jkun jirrifletti l-importanza strateġika tal-investimenti.
Emenda 354
Proposta għal regolament
Artikolu 107 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 108 biex temenda l-Annessi għal dan ir-Regolament sabiex tadatta għal bidliet li jseħħu matul il-perjodu ta' programmazzjoni għal elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, ħlief għall-Annessi III, IV, X u XXII.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 108 biex temenda l-Annessi għal dan ir-Regolament sabiex tadatta għal bidliet li jseħħu matul il-perjodu ta' programmazzjoni għal elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, ħlief għall-Annessi III, IV, X u XXII. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 108 sabiex temenda u tadatta r-Regolament ta' Delega (UE) 204/2014, imsemmi fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament.
Emenda 355
Proposta għal regolament
Artikolu 108 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 63(10), fl-Artikolu 73(4), fl-Artikolu 88(4), fl-Artikolu 89(4) u fl-Artikolu 107 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3), fl-Artikolu 63(10), fl-Artikolu 73(4), fl-Artikolu 88(4), fl-Artikolu 89(4) u fl-Artikolu 107 għandha tingħata lill-Kummissjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 356
Proposta għal regolament
Artikolu 108 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4) u l-Artikolu 89(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(3), l-Artikolu 63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4),l-Artikolu 89(4) u l-Artikolu 107 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
Emenda 357
Proposta għal regolament
Artikolu 108 – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4) u l-Artikolu 89(4) u 107 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jkun estiż b'[xahrejn] bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4) u l-Artikolu 89(4) u 107 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 359
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – ringiela 001 – kolonna 1
001 Investiment f'assi fissi f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni
001 Investiment f'assi fissi f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività
Emenda 360
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – ringiela 002 – kolonna 1
002 Investiment f'assi fissi f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni
002 Investiment f'assi fissi f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività
Emenda 361
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – ringiela 004 – kolonna 1
004 Investiment f'assi intanġibbli f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni
004 Investiment f'assi intanġibbli f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività
Emenda 362
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – ringiela 005 – kolonna 1
005 Investiment f'assi intanġibbli f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni
005 Investiment f'assi intanġibbli f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività
Emenda 363
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 035 – kolonna 1
035 Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: għargħar (inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri)
035 Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: għargħar u wqigħ tal-art (inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri)
Emenda 364
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 043

Test propost mill-Kummissjoni

043

Il-ġestjoni tal-iskart domestiku: it-trattament bijoloġiku mekkaniku, it-trattament termali

0%

100%

Emenda

 

imħassar

 

 

Emenda 365
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 056 – kolonna 1
056 Awtostradi u toroq mibnija ġodda - in-netwerk ewlieni TEN-T
056 Awtostradi, pontijiet u toroq mibnija ġodda - in-netwerk ewlieni TEN-T
Emenda 366
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 057 – kolonna 1
057 Awtostradi u toroq mibnija ġodda - in-netwerk komprensiv TEN-T
057 Awtostradi, pontijiet u toroq mibnija ġodda - in-netwerk komprensiv TEN-T
Emenda 367
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 060 – kolonna 1
060 Awtostradi u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba - in-netwerk ewlieni TEN-T
060 Awtostradi, pontijiet u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba - in-netwerk ewlieni TEN-T
Emenda 368
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 061 – kolonna 1
061 Awtostradi u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba - in-netwerk komprensiv TEN-T
061 Awtostradi, pontijiet u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba - in-netwerk komprensiv TEN-T
Emenda 369
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 5 – ringiela 128 – kolonna 1
128 Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi tat-turiżmu pubbliku u s-servizzi tat-turiżmu relatati
128 Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi tat-turiżmu pubbliku u s-servizzi tat-turiżmu
Emenda 370
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 5 – ringiela 130 – kolonna 1
130 Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-wirt naturali u tal-ekoturiżmu
130 Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-wirt naturali u tal-ekoturiżmu minbarra s-siti Natura 2000
Emenda 371
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 3 – ringiela 12 – kolonna: Investiment territorjali integrat (ITI)
Bliet, rħula u subborgi
Bliet, bliet żgħar, subborgi u żoni rurali konnessi
Emenda 372
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 3 – ringiela 16 – kolonna: Investiment territorjali integrat (ITI)
Żoni skarsament popolati
Żoni rurali u skarsament popolati
Emenda 373
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 3 – ringiela 22 – kolonna: Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità (Community led local development, CLLD)
Bliet, rħula u subborgi
Bliet, bliet żgħar, subborgi u żoni rurali konnessi
Emenda 374
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 3 – ringiela 26 – kolonna: Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità (Community led local development, CLLD)
Żoni skarsament popolati
Żoni rurali u skarsament popolati
Emenda 375
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 3 – ringiela 32 – kolonna: Tip ieħor ta' għodda territorjali taħt l-Objettiv ta' Politika 5
Bliet, rħula u subborgi
Bliet, bliet żgħar, subborgi u żoni rurali konnessi
Emenda 376
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 3 – ringiela 36 – kolonna: Tip ieħor ta' għodda territorjali taħt l-Objettiv ta' Politika 5
Żoni skarsament popolati
Żoni rurali u skarsament popolati
Emenda 377
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 4− ringiela 17
17 Attivitajiet ta' akkomodazzjoni u ta' servizzi tal-ikel
17 Attivitajiet ta' turiżmu, ta' akkomodazzjoni u ta' servizzi tal-ikel
Emenda 378
Proposta għal regolament
Anness III – Kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni orizzontali – ringiela 6 – kolonna 2
Hemm fis-seħħ qafas nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD, li jinkludi:
Hemm fis-seħħ qafas nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD, li jinkludi:
1.  Objettivi b'għanijiet li jistgħu jitkejlu, il-ġbir tad-data u mekkaniżmu ta' monitoraġġ.
1.  Objettivi b'għanijiet li jistgħu jitkejlu, il-ġbir tad-data u mekkaniżmu ta' monitoraġġ, applikabbli fl-objettivi kollha ta' politika
2.  Arranġamenti biex jiġi żgurat li l-politika ta' aċċessibbiltà, il-leġiżlazzjoni u l-istandards huma riflessi kif xieraq fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi.
2.  Arranġamenti biex jiġi żgurat li l-politika ta' aċċessibbiltà, il-leġiżlazzjoni u l-istandards ikunu riflessi kif xieraq fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD u inklużi fil-kriterji u l-obbligi tal-għażla tal-proġetti.
2a.  Arranġamenti ta' rappurtar lill-kumitat ta' monitoraġġ dwar il-konformità mal-operazzjonijiet appoġġati
Emenda 379
Proposta għal regolament
Anness III – Kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni orizzontali – ringiela 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-implimentazzjoni tal-prinċipji u d-drittijiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jikkontribwixxu għal konverġenza u koeżjoni reali fl-Unjoni Ewropea.

Arranġamenti fil-livell nazzjonali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jikkontribwixxu għaż-żieda ta' konverġenza u koeżjoni soċjali fl-UE, speċjalment il-prinċipji li jipprevjenu kompetizzjoni inġusta fis-suq intern.

Emenda 380
Proposta għal regolament
Anness III – Kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni orizzontali – ringiela 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni effettiva tal-prinċipju tas-sħubija

Jinsab fis-seħħ qafas biex is-sħab kollha jkollhom rwol sħiħ fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi, li jinkludu

 

1.  Arranġamenti biex jiġu żgurati proċeduri trasparenti għall-involviment tas-sħab

 

2.  Arranġament għad-disseminazzjoni u l-iżvelar ta' informazzjoni rilevanti għas-sħab biex iħejju u jsegwu l-laqgħat

 

3.  Appoġġ biex tingħata setgħa lis-sħab u tinbena l-kapaċità

Emenda 381
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 2 – kolonna 4
Ikun adottat Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima u jkun jinkludi:
Ikun adottat Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima li jikkonforma mal-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi li jillimita t-tisħin globali għal 1,5°C, u jkun jinkludi:
1.  L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell fl-Anness I tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija
1.  L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell fl-Anness I tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija
2.  Deskrizzjoni indikattiva tar-riżorsi u tal-mekkaniżmi ta' finanzjament previsti għal miżuri li jippromwovu l-użu ta' enerġija b'livell baxx ta' karbonju
2.  Deskrizzjoni tar-riżorsi u tal-mekkaniżmi ta' finanzjament previsti għal miżuri li jippromwovu l-użu ta' enerġija b'livell baxx ta' karbonju
Emenda 382
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 4 – kolonna 2
Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni:
Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni:
2.4  Il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskju u r-reżiljenza għad-diżastri
2.4  Il-promozzjoni tal-adattament għal tibdil fil-klima u tibdil strutturali, il-prevenzjoni tar-riskji u r-reżiljenza għad-diżastri
Emenda 383
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 7 – kolonna 4
Hemm fis-seħħ qafas ta' azzjoni ta' prijorità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE u jinkludi:
Hemm fis-seħħ qafas ta' azzjoni ta' prijorità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE u jinkludi:
1.  L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell għall-qafas ta' azzjoni ta' prijorità għall-2027-2021 miftiehem mill-Kummissjoni u l-Istati Membri
1.  L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell għall-qafas ta' azzjoni ta' prijorità għall-2021-2027 miftiehem mill-Kummissjoni u l-Istati Membri inklużi l-miżuri ta' prijorità u stima tal-ħtiġijiet ta' finanzjament
2.  L-identifikazzjoni tal-miżuri ta' prijorità u stima tal-ħtiġijiet ta' finanzjament
Emenda 384
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – punt 3.2 – kolonna 2
3.2  L-iżvilupp ta' TEN-T sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, intelliġenti, sikur u intermodali
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 385
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – punt 3.2 – kolonna 4 – punt 1a (ġdid)
-1a.  Jirrikjedi li tiġi żgurata koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u, aktar minn hekk, it-tlestija ta' links neqsin u t-tneħħija ta' ostakli fin-netwerk TEN-T, li jfisser ukoll investiment fl-infrastruttura materjali
Emenda 386
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – punt 3.2 – kolonna 4 – punt 1
1.  Jinkludi ġustifikazzjoni ekonomika tal-investimenti ppjanati, mibnija fuq analiżi soda dwar id-domanda u l-immudellar tat-traffiku, li għandhom iqisu l-impatt antiċipat ta' liberalizzazzjoni tat-trasport ferrovjarju
1.  Jinkludi ġustifikazzjoni ekonomika tal-investimenti ppjanati, mibnija fuq analiżi soda dwar id-domanda u l-immudellar tat-traffiku, li għandhom iqisu l-impatt antiċipat tal-ftuħ tas-swieq tas-servizzi ferrovjarji
Emenda 387
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 2 – kolonna 4 – punt 2
2.  Jirrifletti l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, filwaqt li b'mod partikolari jittieħdu inkonsiderazzjoni l-pjanijiet ta' dekarbonizzazzjoni nazzjonali
2.  Jirrifletti l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, filwaqt li b'mod partikolari jittieħdu inkonsiderazzjoni l-istrateġiji nazzjonali ta' tnaqqis fl-emissjonijiet għas-settur tat-trasport
Emenda 388
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 2 – kolonna 4 – punt 3
3.  Jinkludi l-investimenti f'faxex tan-Netwerk tat-TEN-T ewlieni, kif definit bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, skont il-pjanijiet ta' ħidma rispettivi tat-TEN-T
3.  Jinkludi investimenti fil-kurituri tan-netwerk ewlieni TEN-T, kif definit bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, skont il-pjanijiet ta' ħidma rispettivi tat-TEN-T, kif ukoll f'taqsimiet identifikati minn qabel fin-netwerk kollu kemm hu
Emenda 389
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 2 – kolonna 4 – punt 4
4.  Jiżgura għal investimenti barra t-TEN-T ewlieni l-kumplimentarjetà billi jipprovdi biżżejjed konnettività tar-reġjuni u tal-komunitajiet lokali mat-TEN-T ewlieni u n-nodi tiegħu
4.  Għal investimenti barra t-TEN-T ewlieni, jiżgura l-kumplimentarjetà billi jipprovdi biżżejjed konnettività tan-netwerks urbani, tar-reġjuni u tal-komunitajiet lokali mat-TEN-T ewlieni u n-nodi tiegħu
Emenda 390
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – punt 2 – kolonna 4 – punt 9a (ġdid)
9a.  Jippromwovi inizjattivi tat-turiżmu reġjonali u transfruntiera sostenibbli li jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' benefiċċju għal kulħadd kemm għat-turisti kif ukoll għall-abitanti, bħall-interkonnessjoni tan-netwerk EuroVelo man-netwerk Ferrovjarju Ewropew TRAN
Emenda 391
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 1 – kolonna 2 – punt FSE
FSE:
FSE:
4.1.1  It-titjib tal-aċċess għal impjieg ta' kull min qed ifittex xogħol, inklużi ż-żgħażagħ u l-persuni inattivi, u tal-promozzjoni ta'dawk li jaħdmu għal rashom u tal-ekonomija soċjali;
4.1.1  It-titjib tal-aċċess għal impjieg ta' kull min qed ifittex xogħol, b'mod partikolari ż-żgħażagħ u l-persuni qiegħda fit-tul, u tal-persuni inattivi, u l-promozzjoni ta' dawk li jaħdmu għal rashom u tal-ekonomija soċjali;
4.1.2  L-immodernizzar tal-istituzzjonijiet u tas-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu żgurati l-assistenza u l-appoġġ f'waqthom u mfasslin apposta għall-adattament, għat-tranżizzjonijiet u għall-mobbiltà fis-suq tax-xogħol;
4.1.2  L-immodernizzar tal-istituzzjonijiet u tas-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħiliet u l-bżonnijiet u żgurati l-assistenza u l-appoġġ f'waqthom u mfasslin apposta għall-adattament, għat-tranżizzjonijiet u għall-mobbiltà fis-suq tax-xogħol;
Emenda 392
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 2 – kolonna 2 – punt FSE
FSE
FSE
4.1.3  Il-promozzjoni ta' bilanċ aħjar bejn ħajja u xogħol, inkluż l-aċċess għall-kura tat-tfal, għal ambjent tax-xogħol san u adattat li jindirizza r-riskji għas-saħħa, l-adattament tal-ħaddiema għall-bidla u t-tixjiħ san u attiv;
4.1.3  Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, ta' bilanċ aħjar bejn ħajja u xogħol, inkluż l-aċċess għall-kura tat-tfal, għal ambjent tax-xogħol san u adattat tajjeb li jindirizza r-riskji għas-saħħa, l-adattament tal-ħaddiema, l-intrapriżi u l-intraprendituri għall-bidla u t-tixjiħ san u attiv;
Emenda 393
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 2 – kolonna 4 – punt 2
2.  Miżuri biex jiġu indirizzati d-differenzi bejn is-sessi fl-impjiegi, fil-pagi u fil-pensjonijiet, u biex jiġi promoss bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, anki permezz ta' titjib fl-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, b'miri
2.  Miżuri biex jiġu indirizzati d-differenzi bejn is-sessi fl-impjiegi, fil-pagi, fis-sigurtà soċjali u fil-pensjonijiet, u biex jiġi promoss bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, anki permezz ta' titjib fl-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, b'miri
Emenda 394
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 3 – kolonna 2 – punt FSE
FSE:
FSE:
4.2.1  It-titjib tal-kwalità, l-effikaċja u r-rilevanza tas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
4.2.1  It-titjib tal-kwalità, l-inklużività u l-effikaċja u r-rilevanza tas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ħalli jappoġġaw il-kisba ta' kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet diġitali u ħalli jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-istudju għax-xogħol;
4.2.2  Il-promozzjoni ta' opportunitajiet għal titjib fil-ħiliet u għal taħriġ mill-ġdid għal kulħadd, inkluż billi jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet fil-karriera billi tiġi promossa l-mobbiltà professjonali
4.2.2  Il-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, b'mod partikolari opportunitajiet għal titjib fil-ħiliet u għal taħriġ mill-ġdid għal kulħadd, kif ukoll tagħlim informali u mhux formali, inkluż billi jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet fil-karriera billi tiġi promossa l-mobbiltà professjonali
4.2.3  Il-promozzjoni ta' aċċess ekwu, b'mod partikolari għal gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni ta' kwalità u edukazzjoni u taħriġ, fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal permezz ta' edukazzjoni u taħriġ ġenerali u vokazzjonali u għal-livell terzjarju;
4.2.3  Il-promozzjoni ta' aċċess ekwu għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużiv, u t-tlestija tagħhom, b'mod partikolari għal gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużiv, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal permezz ta' edukazzjoni u taħriġ ġenerali u vokazzjonali u sal-livell terzjarju, kif ukoll l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, inkluż l-iffaċilitar tal-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd;
Emenda 395
Proposta għal regolament
Anness IV – ringiela 4.2 - kolonna 4: Kriterji ta' twettiq għall-kundizzjoni ta' abilitazzjoni – punt 1
1.  Sistemi bbażati fuq l-evidenza għall-antiċipazzjoni u l-previżjoni tal-ħiliet kif ukoll mekkaniżmi għal stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati u għal servizzi biex l-studenti ta' kull età jkollhom gwida ta' kwalità u effettiva
1.  Sistemi bbażati fuq l-evidenza għall-antiċipazzjoni u l-previżjoni tal-ħiliet kif ukoll mekkaniżmi u servizzi ta' segwitu għal stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati biex l-istudenti ta' kull età jkollhom gwida ta' kwalità u effettiva, inklużi approċċi ffukati fuq l-istudenti
Emenda 396
Proposta għal regolament
Anness IV – ringiela 4.2 - kolonna 4: Kriterji ta' twettiq għall-kundizzjoni ta' abilitazzjoni – punt 2
2.  Miżuri li jiżguraw aċċess ugwali, parteċipazzjoni u t-tkomplija ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità, rilevanti u inklużiva kif ukoll l-akkwist ta' kompetenzi ewlenin fil-livelli kollha, inkluża l-edukazzjoni għolja
2.  Miżuri li jiżguraw aċċess ugwali għal, parteċipazzjoni fi, u tlestija ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità, affordabbli, rilevanti, mhux segregati u inklużivi kif ukoll l-akkwist ta' kompetenzi ewlenin fil-livelli kollha, inkluża l-edukazzjoni terzjarja
Emenda 397
Proposta għal regolament
Anness IV – ringiela 4.2 - kolonna 4: Kriterji ta' twettiq għall-kundizzjoni ta' abilitazzjoni – punt 3
3.  Mekkaniżmu ta' koordinazzjoni fil-livelli kollha ta' edukazzjoni u taħriġ, inkluża l-edukazzjoni terzjarja, u allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn il-korpi nazzjonali u / jew reġjonali relevanti
3.  Mekkaniżmu ta' koordinazzjoni fil-livelli kollha ta' edukazzjoni u taħriġ, inkluża l-edukazzjoni terzjarja, u fornituri tat-tagħlim mhux formali u informali, u allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn il-korpi nazzjonali u/jew reġjonali rilevanti
Emenda 398
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 4 – kolonna 2 – punt 4.3
FEŻR:
FEŻR:
4.3  żieda fl-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati, tal-migranti u tal-gruppi żvantaġġati, permezz ta' miżuri integrati li jinkludu servizzi ta' akkomodazzjoni u servizzi soċjali
4.3  żieda fl-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati, tar-refuġjati u l-migranti taħt protezzjoni internazzjonali u tal-gruppi żvantaġġati, permezz ta' miżuri integrati li jinkludu servizzi ta' akkomodazzjoni u servizzi soċjali
Emenda 399
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 4 – kolonna 2 – punt 4.3.1
FSE:
FSE:
4.3.1  Il-promozzjoni tal-inklużjoni attiva, inkluż bil-ħsieb li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva u t-titjib tal-impjegabbiltà;
4.3.1  It-trawwim tal-inklużjoni attiva, inkluż bil-ħsieb li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva u t-titjib tal-impjegabbiltà;
Emenda 400
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 4 – kolonna 2 – punt 4.3.1a (ġdid)
4.3.1a.   Il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali ta' persuni f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali, inklużi dawk l-aktar fil-bżonn u t-tfal
Emenda 401
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 4 – kolonna 4
Hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġiku nazzjonali għall-inklużjoni soċjali u għat-tnaqqis tal-faqar li jinkludi:
Hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġiku nazzjonali u pjan ta' azzjoni għall-inklużjoni soċjali u għat-tnaqqis tal-faqar li jinkludi:
1.  Analiżi bbażata fuq l-evidenza ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali inkluż il-faqar fost it-tfal, il-persuni mingħajr dar, is-segregazzjoni spazjali u edukattiva, l-aċċess limitat għal servizzi u għal infrastruttura essenzjali, u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' persuni vulnerabbli
1.  Analiżi bbażata fuq l-evidenza ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali inkluż il-faqar fost it-tfal, il-persuni mingħajr dar, is-segregazzjoni spazjali u edukattiva, l-aċċess limitat għal servizzi u għal infrastruttura essenzjali, u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' persuni vulnerabbli
2.  Il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni fl-oqsma kollha, inkluż permezz tal-għoti ta' appoġġ għal introjtu adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità għal persuni vulnerabbli, inklużi l-migranti
2.  Il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni fl-oqsma kollha, inkluż permezz tal-għoti ta' appoġġ għal introjtu adegwat, protezzjoni soċjali, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità għal persuni vulnerabbli, inklużi l-migranti u r-refuġjati
3.  Miżuri għal tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal waħda bbażata fuq il-komunità
3.  Miżuri għal tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal waħda bbażata fuq il-familja u l-komunità abbażi ta' strateġija ta' deistituzzjonalizzazzjoni nazzjonali u pjan ta' azzjoni
4.  Arranġamenti biex jiġi żgurat li t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tiegħu jitmexxew f'kooperazzjoni mill-qrib, mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili relevanti
4.  Arranġamenti biex jiġi żgurat li t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tiegħu jitmexxew f'kooperazzjoni mill-qrib, mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti
Emenda 402
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 5 – kolonna 2
FSE:
FSE:
4.3.2  Il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom;
4.3.2  Il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini minn pajjiżi terzi u ta' komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom;
Emenda 403
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 6 – kolonna 2
FSE:
FSE:
4.3.4  It-tisħiħ tal-aċċess f'waqtu u ugwali għal servizzi ta' kwalità, sostenibbli u għall-but ta' kulħadd; it-titjib tal-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa; it-titjib tal-aċċess għal servizzi ta' kura fit-tul
4.3.4  It-tisħiħ tal-aċċess f'waqtu u ugwali għal servizzi ta' kwalità, sostenibbli u għall-but ta' kulħadd; il-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali, inkluża l-promozzjoni tal-aċċess għall-protezzjoni soċjali; it-titjib tal-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa; it-titjib tal-aċċess għal servizzi ta' kura fit-tul
Emenda 404
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 6 – kolonna 4 – punti 2, 3 u 3a (ġdid)
Hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġiku nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li jinkludi:
Hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġiku nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li jinkludi:
1.  L-immappjar ta' ħtiġijiet ta' kura tas-saħħa u ta' kura fit-tul, inkluż f'termini ta' persunal mediku, sabiex jiġu żgurati miżuri sostenibbli u kkoordinati
1.  L-immappjar ta' ħtiġijiet ta' kura tas-saħħa u ta' kura fit-tul, inkluż f'termini ta' persunal mediku, sabiex jiġu żgurati miżuri sostenibbli u kkoordinati
2.  Miżuri sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi għas-saħħa u tal-kura fit-tul, inkluż iffukar speċifiku fuq individwi esklużi mis-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul
2.  Miżuri sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi għas-saħħa u tal-kura fit-tul, inkluż iffukar speċifiku fuq individwi esklużi mis-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul u dawk li huma l-itqal biex jintlaħqu
3.  Miżuri għall-promozzjoni ta' servizzi bbażati fil-komunità, inklużi l-prevenzjoni u l-kura primarja, is-servizzi ta' kura fid-djar u bbażati fil-komunità
3.  Miżuri għall-promozzjoni ta' servizzi bbażati fil-komunità, inklużi l-prevenzjoni u l-kura primarja, is-servizzi ta' kura fid-djar u dawk ibbażati fil-komunità, u t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal dik ibbażata fuq il-familja u l-komunità
3a.   Miżuri li jiżguraw l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali
Emenda 405
Proposta għal regolament
Anness V – punt 2 – Tabella 1T - Struttura tal-programm

 

Test propost mill-Kummissjoni

ID

Titolu [300]

AT

Il-bażi għall-kalkolu

Fond

Kategorija tar-reġjun appoġġat

Objettiv Speċifiku magħżul

1

Prijorità 1

Le

 

FEŻR

Aktar żviluppat

OS 1

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 2

Ultraperiferiku u skarsament popolat

Aktar

OS 3

2

Prijorità 2

Le

 

FSE+

Aktar

OS 4

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 5

Ultraperiferiċi

3

Prijorità 3

Le

 

FK

Mhux Applikabbli

 

3

Assistenza Teknika Prijoritarja

Iva

 

 

 

Mhux applikabbli

..

Prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għas-CSRs

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għal Azzjonijiet Innovattivi

Le

 

FSE+

 

OS 8

 

Prijorità spċifika għall-Privazzjoni Materjali

Le

 

FSE+

 

OS 9

 

Emenda

ID

Titolu [300]

AT

Il-bażi għall-kalkolu

Fond

Kategorija tar-reġjun appoġġat

Objettiv Speċifiku magħżul

1

Prijorità 1

Le

 

FEŻR

Aktar żviluppat

OS 1

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 2

Ultraperiferiku u skarsament popolat

Aktar żviluppat

OS 3

2

Prijorità 2

Le

 

FSE+

Aktar żviluppat

OS 4

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 5

Ultraperiferiċi

3

Prijorità 3

Le

 

FK

Mhux Applikabbli

 

3

Assistenza Teknika Prijoritarja

Iva

 

 

 

Mhux applikabbli

..

Prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

Le

 

FSE+

 

 

 

Prijorità speċifika għall-Garanzija għat-Tfal

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għas-CSRs

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għal Azzjonijiet Innovattivi

Le

 

FSE+

 

OS 8

 

Prijorità speċifika għall-Privazzjoni Materjali

Le

 

FSE+

 

OS 9

Emenda 406
Proposta għal regolament
Anness V – punt 2.1 – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

[ ]Din hija prijorità speċifika għal rakkomandazzjoni relevanti speċifika għall-pajjiż

[ ]Din hija prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

[ ]Din hija prijorità speċifika għall-azzjonijiet innovattivi

[ ]Din hija prijorità biex tindirizza b'mod speċifiku l-privazzjoni materjali

Emenda

[ ]Din hija prijorità speċifika għal rakkomandazzjoni rilevanti speċifika għall-pajjiż

[ ]Din hija prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

[ ]Din hija prijorità speċifika għall-Garanzija għat-Tfal

[ ]Din hija prijorità speċifika għall-azzjonijiet innovattivi

[ ]Din hija prijorità biex tindirizza b'mod speċifiku l-privazzjoni materjali

Emenda 407
Proposta għal regolament
Anness V – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – punt 2.1.1 – parti introduttorja
2.1.1.  Objettiv speċifiku54 (L-għan tal-Impjiegi u t-tkabbir ekonomiku) jew il-Qasam ta' appoġġ (FEMS) – ripetuti għal kull objettiv speċifiku magħżul jew il-qasam ta' appoġġ, għal prijoritajiet oħra minbarra dawk ta' assistenza teknika
2.1.1.  Objettiv speċifiku54 (L-għan tal-Impjiegi u t-tkabbir ekonomiku) jew il-Qasam ta' appoġġ (FEMS) – ripetuti għal kull objettiv speċifiku magħżul jew il-qasam ta' appoġġ, għal prijoritajiet oħra minbarra dawk ta' assistenza teknika
__________________
__________________
54 Ħlief għal objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+.
54 Ħlief għal objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(xi) tar-Regolament FSE+.
Emenda 408
Proposta għal regolament
Anness V – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – punt 2.1.1 – punt 2.1.1.2 – parti introduttorja
2.1.1.2  Indikaturi55
2.1.1.2  Indikaturi
_________________
55 Qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2025 tal-FEŻR, il-FSE+ u l-FK, it-tqassim għas-snin mill-2021 sal-2025 biss.
Emenda 409
Proposta għal regolament
Anness V – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – punt 2.1.1 – punt 2.1.1.3 – parti introduttorja
2.1.1.3  Tqassim indikattiv tar-riżorsi tal-programm (UE) skont it-tip ta' intervent56 (mhux applikabbli għall-FEMS)
2.1.1.3  Tqassim indikattiv tar-riżorsi tal-programm (UE) skont it-tip ta' intervent (mhux applikabbli għall-FEMS)
_________________
56 Qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2025 tal-FEŻR, il-FSE+ u l-FK, it-tqassim għas-snin mill-2021 sal-2025 biss.
Emenda 410
Proposta għal regolament
Anness V – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – punt 2.1.2 – paragrafu 8
Kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet57
Kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet57
__________________
__________________
57 Għall-programmi limitati għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+
57 Għall-programmi limitati għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(xi) tar-Regolament FSE+
Emenda 411
Proposta għal regolament
Anness V – punt 3 – tabella 16
[...]
imħassar
Emenda 412
Proposta għal regolament
Anness V – punt 3 – punt 3.2 – parti introduttorja
3.2  Approprjazzjonijiet finanzjarji totali skont il-fond u l-kofinanzjament nazzjonali59
3.2  Approprjazzjonijiet finanzjarji totali skont il-fond u l-kofinanzjament nazzjonali
_________________
59 Qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2025 tal-FEŻR, il-FSE+ u l-FK, l-approprjazzjonijiet finanzjarji għas-snin mill-2021 sal-2025 biss.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0043/2019).

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Frar 2019Avviż legali