Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/3002(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0080/2019

Testi mressqa :

B8-0080/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2019)0099

Testi adottati
PDF 134kWORD 49k
L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: livelli ta 'tqassim ġeografiku
P8_TA-PROV(2019)0099B8-0080/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli ta' tqassim ġeografiku (C(2018)08872 – 2018/3002(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2018)08872),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 28 ta' Jannar 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 2(3) u 10(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; billi t-Trattati mhumiex se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara n-notifika, jiġifieri t-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perjodu;

B.  billi r-Regolament (KE) Nru 184/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani;

C.  billi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni se jkollu l-konsegwenza li r-Renju Unit isir pajjiż terz, u għalhekk, l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani għandha tqis lir-Renju Unit bħala pajjiż terz, aktar milli Stat Membru;

D.  billi l-uniċi modifiki li jipprevedi r-Regolament Delegat C(2018)08872 huma li r-Renju Unit jiġi kklassifikat bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005;

E.  billi l-pubblikazzjoni rapida tar-Regolament Delegat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tippermetti għal aktar ċertezza legali u żmien xieraq għall-implimentazzjoni qabel it-30 ta' Marzu 2019;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għall-abbozz ta' Regolament Delegat C(2018)08872;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Frar 2019Avviż legali