Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 15 ta' Jannar 2019 - StrasburguVerżjoni finali
L-istabbiliment tal-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri ***I
 Konklużjoni tal-ftehim ta' status bejn l-UE u l-Albanija dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta l-Albanija ***
 Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kirgiżistan (adeżjoni tal-Kroazja) ***
 Ftehim komprensiv bejn l-UE u l-Kirgiżistan
 Is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew
 L-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I
 L-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet konklużi bejn l-UE u ċerti pajjiżi terzi ***I
 L-istabbiliment tal-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana ***I
 Emenda tal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment *
 L-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew
 L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
 Valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku
 Il-linji gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE
 L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE

L-istabbiliment tal-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri ***I
PDF 222kWORD 70k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD))(1)
P8_TA(2019)0001A8-0460/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  L-2140 uffiċċju doganali2 li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea jridu jkunu mgħammra kif xieraq sabiex ikun żgurat li l-Unjoni Doganali taħdem sew. Hemm ħtieġa urġenti li jkun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti mhux biss minħabba l-funzjoni tradizzjonali tad-dwana li tiġbor id-dħul, iżda dejjem iktar ukoll minħabba l-ħtieġa li jissaħħaħ b'mod sinifikanti l-kontroll tal-oġġetti li jidħlu mill-fruntieri esterni tal-UE u li joħorġu minnhom biex ikunu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li dawn il-kontrolli marbutin mal-moviment tal-oġġetti fil-fruntieri esterni ma jfixklux il-kummerċ leġittimu mal-pajjiżi terzi, iżda jiffaċilitawh.
(1)  L-2140 uffiċċju doganali2 li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea jridu jkunu mgħammra kif xieraq sabiex ikun żgurat li l-Unjoni Doganali taħdem b'mod effiċjenti u effettiv. Hemm ħtieġa urġenti ta' kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti mhux biss minħabba l-funzjoni tradizzjonali tad-dwana li tiġbor id-dħul, iżda dejjem iktar ukoll minħabba l-ħtieġa li jissaħħaħ b'mod sinifikanti l-kontroll tal-oġġetti li jidħlu mill-fruntieri esterni tal-UE u li joħorġu minnhom biex ikunu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li dawn il-kontrolli marbutin mal-moviment tal-oġġetti fil-fruntieri esterni ma jfixklux il-kummerċ leġittimu mal-pajjiżi terzi, iżda jiffaċilitawh, f'konformità mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà u tas-sikurezza.
__________________
__________________
2 L-Anness tar-Rapport annwali tal-2016 dwar il-prestazzjoni tal-Unjoni Doganali, li jinsab fis-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/info/publications/annual-activity-report-2016-taxation-and-customs-union_mt.
2 L-Anness tar-Rapport annwali tal-2016 dwar il-prestazzjoni tal-Unjoni Doganali, li jinsab fis-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/info/publications/annual-activity-report-2016-taxation-and-customs-union_mt.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  L-Unjoni Doganali hija waħda mill-elementi fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li hija waħda mill-akbar blokki kummerċjali fid-dinja, u hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 20182a, il-Parlament Ewropew esprima tħassib partikolari rigward il-frodi doganali, li ħolqot telf sinifikanti ta' introjtu għall-baġit tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew tenna li Ewropa aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss billi tingħata mezzi finanzjarji msaħħa u appella, għalhekk, biex tingħata għajnuna kontinwa lill-politiki eżistenti, jiżdiedu r-riżorsi għall-programmi ewlenin tal-Unjoni, u biex ir-responsabbiltajiet addizzjonali jiġu jikkorrispondu ma' mezzi finanzjarji addizzjonali.
__________________
2a P8_TA(2018)0075 : Il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ ġej kemm mid-differenzi ġeografiċi ta' bejniethom u kemm mid-differenzi fil-kapaċitajiet u fir-riżorsi rispettivi tagħhom. Il-ħila tal-Istati Membri li jwieġbu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà ta' tagħmir ta' kontroll doganali modern u affidabbli. Għalhekk, biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti għall-kontrolli doganali. Dan se jtejjeb l-ekwivalenza tat-twettiq tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri u b'hekk jevita li l-flussi tal-oġġetti jintbagħtu lejn l-iktar punti dgħajfa.
(2)  Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ ġej kemm mid-differenzi ġeografiċi ta' bejniethom u kemm mid-differenzi fil-kapaċitajiet u fir-riżorsi rispettivi tagħhom, kif ukoll minn nuqqas ta' kontrolli doganali standardizzati. Il-ħila tal-Istati Membri li jwieġbu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà u l-funzjonament xieraq ta' tagħmir ta' kontroll doganali modern u affidabbli. Sfidi oħrajn, bħaż-żieda f'daqqa tal-kummerċ elettroniku, id-diġitalizzazzjoni tar-rekords tal-kontrolli u tal-ispezzjonijiet, ir-reżiljenza għall-attakki ċibernetiċi, is-sabotaġġ, l-ispjunaġġ industrijali u l-użu ħażin tad-data, ukoll se jżidu d-domanda għal funzjonament aħjar tal-proċeduri doganali. Għalhekk, biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti għall-kontrolli doganali. Dan se jtejjeb l-ekwivalenza tat-twettiq tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri u b'hekk jevita li l-flussi tal-oġġetti jintbagħtu lejn l-iktar punti dgħajfa. L-oġġetti kollha li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kontrolli bir-reqqa sabiex jiġi evitat "xiri minn port għall-ieħor" minn dawk li jwettqu l-frodi doganali. Sabiex jiġi żgurat li tiżdied is-saħħa ġenerali kif ukoll il-konverġenza fil-prestazzjoni tal-kontroll doganali mill-Istati Membri, hija meħtieġa strateġija ċara relatata mal-aktar punti dgħajfa.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-Istati Membri kemm-il darba tennew li għandhom bżonn ta' appoġġ finanzjarju u talbu li ssir analiżi fil-fond tat-tagħmir meħtieġ. Fil-konklużjonijiet tiegħu3 tat-23 ta' Marzu 2017 dwar il-finanzjament doganali, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni “tevalwa l-possibbiltà tal-finanzjament tal-ħtiġijiet ta' tagħmir tekniku minn programmi finanzjarji futuri tal-Kummissjoni; (...) [u] ittejjeb il-koordinazzjoni, u (...) il-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Doganali u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi għal skopijiet ta' finanzjament”.
(3)  Għadd ta' Stati Membri kemm-il darba tennew li għandhom bżonn ta' appoġġ finanzjarju u talbu li ssir analiżi fil-fond tat-tagħmir meħtieġ. Fil-konklużjonijiet tiegħu3 tat-23 ta' Marzu 2017 dwar il-finanzjament doganali, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni "tevalwa l-possibbiltà tal-finanzjament tal-ħtiġijiet ta' tagħmir tekniku minn programmi finanzjarji futuri tal-Kummissjoni; (...) [u] ittejjeb il-koordinazzjoni, u (...) il-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Doganali u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi għal skopijiet ta' finanzjament".
___________________
___________________
3.https://www.consilium.europa.eu/media/22301/st09581en17-vf.pdf
and http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-7586-2017-INIT/en/pdf.
3.https://www.consilium.europa.eu/media/22301/st09581en17-vf.pdf
and http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-7586-2017-INIT/en/pdf.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit strument ġdid ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali.
(6)  Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit strument ġdid ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali li jenħtieġ li jiżgura d-detezzjoni ta' prattiki, bħal pereżempju oġġetti ffalsifikati u prattiki oħra kummerċjali illegali. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati formuli ta' appoġġ finanzjarju li jeżistu diġà.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Minħabba li l-għadd ta' responsabbiltajiet li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed jieħdu fuqhom qiegħed dejjem jiżdied, u ħafna drabi dawk ir-responsabbiltajiet jestendu għall-qasam tas-sigurtà u għandhom x'jaqsmu ma' kompiti li jitwettqu fil-fruntieri esterni, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kontrolli doganali u l-kontrolli ta' mal-fruntiera jitwettqu b'mod ekwivalenti fil-fruntieri esterni billi l-Istati Membri jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat min-naħa tal-Unjoni. Huwa daqstantieħor importanti li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-fruntieri tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli tal-oġġetti u tal-persuni fost l-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħrajn li jitwettqu mal-fruntieri.
(7)  Minħabba li l-għadd ta' responsabbiltajiet li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed jieħdu fuqhom qiegħed dejjem jiżdied, u ħafna drabi dawk ir-responsabbiltajiet jestendu għall-qasam tas-sigurtà u għandhom x'jaqsmu ma' kompiti li jitwettqu fil-fruntieri esterni, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kontrolli doganali u l-kontrolli ta' mal-fruntiera jitwettqu b'mod ekwivalenti fil-fruntieri esterni billi l-Istati Membri jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat min-naħa tal-Unjoni. Huwa daqstant ieħor importanti li tiġi promossa l-kooperazzjoni, filwaqt li titqies iċ-ċibersigurtà, bejn l-aġenziji fil-fruntieri tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli tal-oġġetti u tal-persuni fost l-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħrajn li jitwettqu mal-fruntieri.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal dan l-istrument, li se jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba6, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
(11)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal dan l-istrument, li se jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba6, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Sabiex tiġi żgurata dixxiplina baġitarja, il-kondizzjonijet dwar kif l-għotjiet se jingħataw prijorità jenħtieġ li jkunu ċari, definiti u bbażati fuq il-ħtiġijiet li jkunu ġew identifikati għall-kompiti li jitwettqu mill-punti doganali.
__________________
__________________
6 Il-Ftehim interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).
6 Il-Ftehim interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jissodisfa l-ogħla standards tas-sikurezza, inklużi dawk taċ-ċibersigurtà, tas-sigurtà, ambjentali u tas-saħħa.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 13b (ġdida)
(13b)  Id-data li tiġi prodotta mit-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li tiġi aċċessata u pproċessata biss mill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet, u jenħtieġ li tkun protetta b'mod adegwat kontra l-aċċess jew il-komunikazzjoni mhux awtorizzati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom kontroll sħiħ ta' din id-data.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 13c (ġdida)
(13c)  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-forniment tal-ogħla livell ta' ġestjoni tar-riskju doganali.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 13d (ġdida)
(13d)  Meta jkunu qed jissostitwixxu tagħmir ta' kontroll doganali qadim permezz ta' dan l-Istrument, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli għar-rimi ekoloġiku ta' tagħmir ta' kontroll doganali qadim.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Recital 15
(15)  Ħafna mit-tagħmir ta' kontroll doganali jista' jintuża bl-istess mod jew b'kumbinazzjoni wkoll għall-kontrolli tal-konformità ma' leġiżlazzjoni oħra, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri nħaseb bħala żewġ strumenti kumplimentari li għandhom kamp ta' applikazzjoni differenti iżda koerenti b'rabta max-xiri tat-tagħmir. Minn naħa, l-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi stabbilit bir-Regolament [2018/XXX]10 se jeskludi t-tagħmir li jista' jintuża kemm għall-ġestjoni tal-fruntieri u kemm għall-kontroll doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali stabbilit b'dan ir-Regolament mhux biss se jagħti appoġġ finanzjarju lit-tagħmir li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jintuża għall-kontrolli doganali, iżda se jippermetti wkoll li dan jintuża wkoll għal skopijiet oħrajn bħall-kontrolli mal-fruntiera u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli se trawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent ta' approċ ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/162411, u b'hekk jippermetti lil awtoritajiet doganali u tal-fruntiera biex jaħdmu flimkien u jimmassimmizzaw l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz ta' kondiviżjoni u interoperabbiltà tat-tagħmir ta' kontroll.
(15)  Ħafna mit-tagħmir ta' kontroll doganali jista' jintuża bl-istess mod jew b'kumbinazzjoni wkoll għall-kontrolli tal-konformità ma' leġiżlazzjoni oħra, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri nħaseb bħala żewġ strumenti kumplimentari li għandhom kamp ta' applikazzjoni differenti iżda koerenti b'rabta max-xiri tat-tagħmir. Minn naħa, l-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi stabbilit bir-Regolament [2018/XXX]10 se jeskludi t-tagħmir li jista' jintuża kemm għall-ġestjoni tal-fruntieri u kemm għall-kontroll doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali stabbilit b'dan ir-Regolament mhux biss se jagħti appoġġ finanzjarju lit-tagħmir li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jintuża għall-kontrolli doganali, iżda se jippermetti wkoll li dan jintuża wkoll għal skopijiet oħrajn relatati bħall-kontrolli mal-fruntiera, is-sikurezza u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli se jrawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent ta' approċ ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/162411, u b'hekk jippermetti lil awtoritajiet doganali u tal-fruntiera biex jaħdmu flimkien u jimmassimmizzaw l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz ta' kondiviżjoni u interoperabbiltà tat-tagħmir ta' kontroll. Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe strument jew tagħmir iffinanzjat mill-fond ikun fil-kustodja permanenti tal-punt doganali magħżul li jkun is-sid tat-tagħmir, jenħtieġ li titħejja definizzjoni ċara tal-qsim konġunt u tal-interoperabbiltà bejn l-awtoritajiet doganali u dawk tal-fruntieri bħala li mhux sistematiku u mhux regolari.
__________________
__________________
10 COM(2018)0473.
10 COM(2018)0473.
11 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).
11 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  B'deroga mir-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li azzjoni tkun tista' tiġi ffinanzjata minn diversi programmi jew strumenti tal-Unjoni biex ikun jista' jkun hemm il-kooperazzjoni u l-interoperabbiltà bejn oqsma differenti u sabiex din il-kooperazzjoni u din l-interoperabbiltà jkunu jistgħu jiġu appoġġati meta dan ikun xieraq. Madankollu, fit-tali każijiet, il-kontribuzzjonijiet ma jistgħux ikopru l-istess kostijiet, skont il-prinċipju tal-projbizzjoni tal-finanzjament doppju stabbilit fir-Regolament Finanzjarju.
(16)  B'deroga mir-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li azzjoni tkun tista' tiġi ffinanzjata minn diversi programmi jew strumenti tal-Unjoni biex ikun jista' jkun hemm il-kooperazzjoni u l-interoperabbiltà bejn oqsma differenti u sabiex din il-kooperazzjoni u din l-interoperabbiltà jkunu jistgħu jiġu appoġġati meta dan ikun xieraq. Madankollu, fit-tali każijiet, il-kontribuzzjonijiet ma jistgħux ikopru l-istess kostijiet, skont il-prinċipju tal-projbizzjoni tal-finanzjament doppju stabbilit fir-Regolament Finanzjarju. Jekk Stat Membru jkun diġà ngħata jew irċieva kontribuzzjonijiet minn programm ieħor tal-Unjoni jew appoġġ minn fond tal-Unjoni biex jakkwista l-istess tagħmir, dik il-kontribuzzjoni jew dak l-appoġġ jenħtieġ li jiġi elenkat fl-applikazzjoni.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
(16a)   Il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tinċentiva l-akkwist konġunt u l-ittestjar tat-tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Minħabba l-evoluzzjoni rapida tal-prijoritajiet doganali, tat-theddid fil-qasam doganali u tat-teknoloġiji, jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma ma jitħejjewx għal perjodi twal taż-żmien. Fl-istess ħin, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti programmi annwali ta' ħidma żżid il-piż amministrattiv kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Istati Membri, mingħajr ma dan ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li, fil-prinċipju, il-programmi ta' ħidma jkunu jkopru iktar minn sena finanzjarja waħda.
(17)  Minħabba l-evoluzzjoni rapida tal-prijoritajiet doganali, tat-theddid fil-qasam doganali u tat-teknoloġiji, jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma ma jitħejjewx għal perjodi twal taż-żmien. Fl-istess ħin, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti programmi annwali ta' ħidma żżid il-piż amministrattiv kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Istati Membri, mingħajr ma dan ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li, fil-prinċipju, il-programmi ta' ħidma jkunu jkopru iktar minn sena finanzjarja waħda. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li tinżamm l-integrità tal-interessi strateġiċi tal-Unjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jqisu bir-reqqa ċ-ċibersigurtà u r-riskji għall-esponiment potenzjali ta' data sensittiva barra mill-Unjoni meta jkunu qed iressqu offerti għal tagħmir ta' kontroll doganali ġdid.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12.
imħassar
__________________
12 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Għalkemm l-implimentazzjoni ċentrali hija essenzjali biex jintlaħaq l-għan speċifiku li jiġu żgurati kontrolli doganali ekwivalenti, minħabba n-natura teknika ta' dan l-Istrument, hemm bżonn ta' ħidma preparatorja fil-livell tekniku. Għalhekk jenħtieġ li l-implimentazzjoni tiġi appoġġata minn valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet li jkunu jiddependu fuq l-għarfien espert u l-esperjenza fil-livell nazzjonali permezz tal-involviment tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jissejsu fuq metodoloġija ċara li tkun tinkludi għadd minimu ta' passi li jiżguraw li tinġabar l-informazzjoni meħtieġa.
(19)  Għalkemm l-implimentazzjoni ċentrali hija essenzjali biex jintlaħaq l-għan speċifiku li jiġu żgurati kontrolli doganali ekwivalenti, minħabba n-natura teknika ta' dan l-Istrument, hemm bżonn ta' ħidma preparatorja fil-livell tekniku. Għalhekk jenħtieġ li l-implimentazzjoni tiġi appoġġata minn valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet individwali li jkunu jiddependu fuq l-għarfien espert u l-esperjenza fil-livell nazzjonali permezz tal-involviment tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jissejsu fuq metodoloġija ċara li tkun tinkludi għadd minimu ta' passi li jiżguraw li tinġabar l-informazzjoni rilevanti meħtieġa.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Sabiex ikunu żgurati monitoraġġ u rapportar regolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati li jinkisbu permezz tal-Istrument u tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tiegħu. Jenħtieġ li t-tali monitoraġġ u r-rapportar jissejsu fuq indikaturi li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tal-Istrument. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-rapportar ikunu jinkludu xi informazzjoni dwar it-tagħmir ta' kontroll doganali li jkun jaqbeż ċertu limitu tal-kostijiet.
(20)  Sabiex ikunu żgurati monitoraġġ u rapportar regolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati li jinkisbu permezz tal-Istrument u tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tiegħu. Jenħtieġ li t-tali monitoraġġ u r-rapportar jissejsu fuq indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tal-Istrument. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw proċedura ta' akkwist trasparenti u ċara. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-rapportar ikunu jinkludu informazzjoni dettaljata dwar it-tagħmir ta' kontroll doganali u l-proċedura ta' akkwist li jkun jaqbeż ċertu limitu, u ġustifikazzjoni tal-infiq.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-iskopijiet tal-kontrolli doganali għall-azzjonijiet li huma eliġibbli skont l-Istrument u tal-emendar tal-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għanijiet speċifiċi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(22)  Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dan ir-Regolament sabiex jiġu adottati programmi ta' ħidma, tal-emendar tal-iskopijiet tal-kontrolli doganali għall-azzjonijiet li huma eliġibbli skont l-Istrument u tal-emendar tal-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għanijiet speċifiċi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u kompletament trasparenti, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu, b'mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE għandhom x'jaqsmu wkoll mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati b'rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE.
(24)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu, b'mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE għandhom x'jaqsmu wkoll mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati b'rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE. Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jingħażlu abbażi tal-ħila tagħhom li jiksbu l-għan speċifiku tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità li mistenni jkun hemm. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom f'daqqa, ta' rati fissi u ta' kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(25)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jingħażlu abbażi tal-ħila tagħhom li jiksbu l-għan speċifiku tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità li mistenni jkun hemm. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom f'daqqa, ta' rati fissi u ta' kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq jenħtieġ li jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrument, filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-Unjoni Doganali u lill-awtoritajiet doganali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u sabiex l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali u inġust filwaqt li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet kummerċjali leġittimi.
1.  Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u bl-għan fit-tul li l-kontrolli doganali kollha fl-Unjoni jiġu standardizzati, l-Istrument għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-Unjoni Doganali u lill-awtoritajiet doganali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-fruntieri tal-Unjoni fir-rigward tal-kontroll tal-oġġetti u l-persuni, jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u sabiex l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali u inġust filwaqt li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet kummerċjali leġittimi.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  L-Istrument għandu l-għan speċifiku li jikkontribwixxi biex ikun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti permezz tax-xiri, tal-manutenzjoni u tal-aġġornament ta' tagħmir ta' kontroll doganali li jkun rilevanti, modern u affidabbli.
2.  L-Istrument għandu l-għan speċifiku li jikkontribwixxi biex ikun hemm kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti permezz tax-xiri kompletament trasparenti, tal-manutenzjoni u tal-aġġornament ta' tagħmir ta' kontroll doganali li jkun rilevanti, modern, sikur, reżiljenti għaċ-ċibernetika, sigur, ekoloġiku u affidabbli. Għan addizzjonali huwa li titjieb il-kwalità tal-kontrolli doganali fl-Istati Membri sabiex l-oġġetti ma jintbagħtux lejn punti aktar dgħajfa fl-Unjoni.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-istrument għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri billi jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, il-qsim konġunt u l-interoperabbiltà ta' tagħmir ġdid akkwistat permezz tal-Istrument.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 1 300 000 000 fi prezzijiet kurrenti.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-Implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 1 149 175 000 fi prezzijiet tal-2018 [EUR 1 300 000 000 fi prezzijiet kurrenti].
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll l-ispejjeż ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk, dan jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Istrument, kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.
2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll l-ispejjeż leġittimi u verifikati ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu u tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk, dan jista' jkopri bl-istess mod l-ispejjeż leġittimi u verifikati relatati mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, mal-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri involuti sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet speċifiċi tal-Istrument insostenn tal-objettiv ġenerali, kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi l-akkwist jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri ta' salvagwardja u ta' kontinġenza adegwati li jiżguraw li t-tagħmir kollu akkwistat bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni jintuża mill-awtoritajiet doganali rilevanti fil-każijiet rilevanti kollha.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi x-xiri jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li jiżgura l-effiċjenza tat-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni u l-interoperabbiltà tat-tali tagħmir.
3.  Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi x-xiri jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li jiżgura l-effiċjenza u l-interoperabbiltà bejn it-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni, li għandu jippermetti l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jinkludi l-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Meta l-azzjoni appoġġata tkun tinvolvi l-akkwist jew l-aġġornament tat-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri ta' salvagwardja u ta' kontinġenza adegwati li jiżguraw li t-tagħmir kollu akkwistat bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni jissodisfaw l-istandards miftiehma dwar il-manutenzjoni regolari.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  B'deroga mill-paragrafu 1, f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, l-azzjonijiet jistgħu jkopru wkoll ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta' kontroll doganali għall-ittestjar ta' unitajiet individwali ġodda tat-tagħmir jew ta' funzjonalitajiet ġodda f'kundizzjonijiet operattivi.
2.  B'deroga mill-paragrafu 1, f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, l-azzjonijiet jistgħu jkopru wkoll ix-xiri kompletament trasparenti, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta' kontroll doganali għall-ittestjar ta' unitajiet individwali ġodda tat-tagħmir jew ta' funzjonalitajiet ġodda f'kundizzjonijiet operattivi.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-iskopijiet tal-kontrolli doganali stabbiliti fil-paragrafu 1(b), kif ukoll l-Anness 1, meta t-tali reviżjoni titqies li tkun meħtieġa.
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-iskopijiet tal-kontrolli doganali stabbiliti fil-paragrafu 1(b), kif ukoll l-Anness 1, meta t-tali reviżjoni titqies li tkun meħtieġa u biex tibqa' aġġornata mal-iżviluppi teknoloġiċi, mal-mudelli li dejjem jinbidlu fil-kuntrabandu tal-merkanzija u ma' soluzzjonijiet ġodda, intelliġenti u innovattivi għal skopijiet ta' kontroll doganali.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 6 − paragrafu 4
4.  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat skont dan l-Istrument jista' jintuża għal skopijiet oħrajn minbarra l-kontrolli doganali, fosthom għall-kontroll tal-persuni biex jingħataw appoġġ l-awtoritajiet nazzjonali li jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-fruntieri, u għall-investigazzjonijiet.
4.  It-tagħmir ta' kontroll doganali ffinanzjat skont dan l-Istrument għandu primarjament jintuża għall-kontrolli doganali, imma jista' jintuża għal skopijiet oħrajn minbarra l-kontrolli doganali, fosthom għall-kontroll tal-persuni biex jingħataw appoġġ l-awtoritajiet nazzjonali li jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-fruntieri, u għall-investigazzjonijiet bil-għan li jkun hemm konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Istrument deskritti fl-Artikolu 3.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinċentiva l-akkwist konġunt u l-ittestjar tat-tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-finanzjament li jaqbeż dak il-limitu jista' jingħata f'każ ta' akkwist konġunt u ta' ttestjar tat-tagħmir ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.   Iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu x-xiri ta' tagħmir ġdid ta' kontroll doganali u l-konsenja tiegħu fil-ġabra ta' tagħmir tekniku tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-ammissibilità tat-tagħmir ta' kontroll doganali għall-ġabra ta' tagħmir tekniku għandha tiġi aċċertata f'konformità mal-Artikolu 5(3).
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-kostijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament skont l-Istrument:
Il-kostijiet kollha relatati mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt l-Istrument, bl-eċċezzjoni ta':
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  il-kostijiet relatati mat-taħriġ jew mal-aġġornament tal-ħiliet meħtieġa biex jintuża t-tagħmir;
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c
(c)  il-kostijiet marbutin mas-sistemi elettroniċi, ħlief għas-softwer li huwa meħtieġ b'mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta' kontroll doganali;
(c)  il-kostijiet marbutin mas-sistemi elettroniċi, ħlief għas-softwer u l-aġġornamenti tas-softwer li huwa meħtieġ b'mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta' kontroll doganali u ħlief għas-softwer elettroniku u għall-ipprogrammar li huwa meħtieġ biex is-softwer eżistenti jintrabat mat-tagħmir ta' kontroll doganali;
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d
(d)  il-kostijiet tan-netwerks, bħall-mezzi ta' komunikazzjoni sikuri u mhux, jew tal-abbonamenti;
(d)  il-kostijiet tan-netwerks, bħall-mezzi ta' komunikazzjoni sikuri u mhux, jew tal-abbonamenti, ħlief għan-netwerks jew l-abbonamenti li huma meħtieġa b'mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta' kontroll doganali;
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15.
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14, billi temenda l-Anness 2a biex tistabbilixxi programmi ta' ħidma.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
It-tħejjija tal-programmi ta' ħidma msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn valutazzjoni tal-ħtiġijiet li għandha tkun magħmula tal-inqas mill-affarijiet li ġejjin:
It-tħejjija tal-programmi ta' ħidma msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn valutazzjoni individwali tal-ħtiġijiet li għandha tkun magħmula mill-affarijiet li ġejjin:
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  inventarju eżawrjenti tat-tagħmir ta' kontroll doganali disponibbli;
(b)  inventarju eżawrjenti tat-tagħmir ta' kontroll doganali disponibbli u funzjonali;
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  definizzjoni komuni ta' standard minimu u tal-aqwa standard għat-tagħmir tal-kontroll doganali b'referenza għall-kategorija tal-punti tal-qsim tal-fruntiera; u
(c)  definizzjoni komuni ta' standard tekniku minimu għat-tagħmir tal-kontroll doganali b'referenza għall-kategorija tal-punti tal-qsim tal-fruntiera;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  valutazzjoni tal-ogħla standard għat-tagħmir ta' kontroll doganali b'referenza għall-kategorija tal-punti tal-qsim tal-fruntiera; kif ukoll
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  stima ddettaljata tal-ħtiġijiet finanzjarji.
(d)  stima ddettaljata tal-ħtiġijiet finanzjarji li tiddependi fuq id-daqs tal-operazzjonijiet doganali u fuq l-ammont ta' xogħol relattiv.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness 2.
1.  F'konformità mar-rekwiżit ta' rapportar tagħha skont il-punt (e)(i) tal-Artikolu 38(3)tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Programm. Ir-rapportar tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni għandu jinkludi informazzjoni kemm dwar il-progress kif ukoll dwar in-nuqqasijiet.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  Sabiex ikun żgurat li jiġi vvalutat b'mod effettiv il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness 2 biex tirrevedi l-indikaturi jew biex tikkumplimentahom, meta dan jitqies li jkun meħtieġ, u biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni.
2.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness 2. Sabiex ikun żgurat li jiġi vvalutat b'mod effettiv il-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness 2 biex tirrevedi l-indikaturi jew biex tikkumplimentahom, meta dan jitqies li jkun meħtieġ, u biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jingħataw informazzjoni aġġornata, kemm kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva, dwar il-prestazzjoni tal-Programm.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Istrument tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati tar-rapportar fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni.
3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Istrument tkun komparabbli u kompleta kif ukoll li tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati tar-rapportar fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni affidabbli dwar il-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni użata.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)
(ca)   il-preżenza u l-kondizzjoni ħames snin wara l-ikkummissjonar ta' oġġetti ta' tagħmir iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt cb (ġdid)
(cb)   l-informazzjoni dwar l-istanzi ta' manutenzjoni ta' tagħmir ta' kontroll doganali;
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt cc (ġdid)
(cc)   informazzjoni dwar il-proċedura tal-akkwist;
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt cd (ġdid)
(cd)   ġustifikazzjoni tal-infiq.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
1.  L-evalwazzjonijiet ta' azzjonijiet iffinanzjati taħt l-Istrument u msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jivvalutaw ir-riżultati, l-impatt u l-effikaċja tal-Istrument, u għandhom jitwettqu f'waqthom biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tagħhom fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Istrument.
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Istrument.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-evalwazzjoni interim għandha tippreżenta s-sejbiet meħtieġa sabiex tittieħed deċiżjoni dwar segwitu għall-Programm u l-għanijiet tiegħu lil hinn mill-2017.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3
3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.
3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u l-lezzjonijiet miksuba, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-Kummissjoni għandha tinkludi evalwazzjonijiet parzjali annwali fir-rapport tagħha intitolat "Il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Il-ġlieda kontra l-frodi".
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(3) u 12(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(3), 11(2) u 12(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(3) u 12(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(3), 11(2) u 12(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 14 - paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(3) u 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(3), 11(2) u 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espress oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 15
Artikolu 15
imħassar
Proċedura ta' kumitat
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-"Kumitat tal-Programm Dwana" imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) [2018/XXX]23.
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
__________________
23 COM(2018)0442.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  Dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku, u b'hekk juru l-valur miżjud tal-Unjoni u jgħinu fl-isforzi marbuta mal-ġbir tad-data min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Istrument, u mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 3.
2.  Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tipprovdi regolarment informazzjoni lill-pubbliku dwar l-Istrument, l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu, filwaqt li tirreferi, inter alia, għall-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 11.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Anness I – kolonna 3 – ringiela 1
Għall-kontejners, għat-trakkijiet u għall-vaguni tal-ferrovija
Għall-kontejners, għat-trakkijiet, għall-vaguni tal-ferrovija u għall-vetturi
Emenda 66
Proposta għal regolament
Anness I – kolonna 3 – ringiela 3a (ġdida)
Għall-vetturi
Emenda 67
Proposta għal regolament
Anness I – kolonna 2 – ringiela 5
Portal tar-retrodiffużjoni tar-raġġi X
Portal tar-retrodiffużjoni ibbażat fuq ir-raġġi X
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness 2 – kolonna 2 – ringiela 6a (ġdida)
Skanner tas-sikurezza bbażat fuq mewġ millimetriku
Emenda 69
Proposta għal regolament
Anness 2 – punt 1a (ġdid)
1a.  Sikurezza u Sigurtà
(a)  Grad ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha, inkluża ċ-ċibersigurtà
(b)  Grad ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha
Emenda 70
Proposta għal regolament
Anness 2 – punt 1b (ġdid)
1b.  Is-Saħħa u l-Ambjent
(a)  Grad ta' konformità mal-istandards tas-saħħa tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha
(b)  Grad ta' konformità mal-istandards ambjentali tat-tagħmir ta' kontroll doganali fil-Punti tal-Qsim tal-Fruntiera kollha
Emenda 71
Proposta għal regolament
Anness 2a (ġdid)
Anness 2a
Programmi ta' ħidma
Emenda 72
Proposta għal regolament
Anness 2b (ġdid)
Anness 2b
Ċirkostanzi eċċezzjonali għal finanzjament eċċessiv

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0460/2018).


Konklużjoni tal-ftehim ta' status bejn l-UE u l-Albanija dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta l-Albanija ***
PDF 117kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Albanija (10302/2018 – C8-0433/2018 – 2018/0241(NLE))
P8_TA(2019)0002A8-0463/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10302/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar l-Istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Albanija (10290/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 77(2)(b) u (d), l-Artikolu 79(2)(c) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0433/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0463/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Albanija.


Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kirgiżistan (adeżjoni tal-Kroazja) ***
PDF 119kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12564/2017 – C8-0033/2018 – 2017/0185(NLE))
P8_TA(2019)0003A8-0443/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12564/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12659/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207, 209 u 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0033/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0443/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Kirgiża.


Ftehim komprensiv bejn l-UE u l-Kirgiżistan
PDF 165kWORD 55k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim komprensiv bejn l-UE u r-Repubblika Kirgiża (2018/2118(INI))
P8_TA(2019)0004A8-0450/2018

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/… tad-9 ta' Ottubru 2017 li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jiftħu negozjati dwar, u jinnegozjaw, f'isem l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni ta' Ftehim Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra (11436/1/17 REV 1),

—  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2017, li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tiftaħ negozjati dwar, u tinnegozja, f'isem l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet li jaqgħu fil-kompetenzi tal-Istati Membri ta' Ftehim Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra (11438/1/17 REV 1),

—  wara li kkunsidra l-bażijiet legali proposti għall-ftehim komprensiv il-ġdid li huma l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Artikoli 91, 100(2), 207 u 209 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

—  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) eżistenti bejn l-UE u r-Repubblika Kirgiża li daħal fis-seħħ fl-1999,

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali(1), u tat-13 ta' April 2016 dwar implimentazzjoni u rieżami tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali(2),

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kirgiżistan, inklużi dawk tal-15 ta' Jannar 2015(3), tat-8 ta' Lulju 2010(4) u tas-6 ta' Mejju 2010(5),

—  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ dwar l-elezzjonijiet presidenzjali fir-Repubblika Kirgiża tas-16 ta' Ottubru 2017,

—  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet dwar l-elezzjonijiet presidenzjali tal-Parlament Ewropew, tal-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni Elettorali (IEOM), tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR),

—  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni adottata fit-3 ta' Mejju 2018 mit-13-il Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni UE-Kirgiżistan,

—  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta' Frar 2016 li tagħti status ta' arranġament ta' inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba lir-Repubblika Kirgiża,

—  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika Kirgiża(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0450/2018),

A.  billi f'Diċembru 2017, l-UE u l-Kirgiżistan varaw negozjati dwar ftehim komprensiv, li se jissostitwixxi l-FSK attwali UE-Kirgiżistan, bil-għan li tissaħħaħ u tiġi approfondita l-kooperazzjoni f'oqsma ta' interess reċiproku, ibbażat fuq il-valuri kondiviżi tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, fi ħdan qafas legali ġdid;

B.  billi l-ftehim komprensiv jirrikjedi l-kunsens tal-Parlament sabiex jidħol fis-seħħ;

1.  Jirrakkomanda dan li ġej lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà li:

Prinċipji ġenerali

Djalogu politiku u kooperazzjoni internazzjonali

Dispożizzjonijiet istituzzjonali

Tħassib u interessi komuni relatati mal-oqsma ta' kooperazzjoni indirizzati mill-ftehim

   (a) jiġi nnegozjat u konkluż ftehim ambizzjuż, komprensiv u bbilanċjat bejn l-UE u l-Kirgiżistan li se jissostitwixxi l-FSK tal-1999 u jipprovdi l-bażi għal relazzjonijiet b'saħħithom u dejjiema u l-iżvilupp stabbli, sigur u sostenibbli għaż-żewġ partijiet;
   (b) jiġu identifikati prospetti strateġiċi fuq medda qasira u twila ta' żmien fil-ftehim komprensiv u jiġi stabbilit għadd ta' miri identifikati tajjeb u strutturati għall-kooperazzjoni mal-Kirgiżistan; isiru sforzi addizzjonali u tissaħħaħ ir-relazzjoni sabiex l-UE ssir aktar viżibbli u aktar effettiva fil-pajjiż u fir-reġjun;
   (c) titrawwem l-ekonomija orjentata lejn is-suq billi jingħataw benefiċċji soċjali u ekonomiċi tanġibbli liċ-ċittadini taż-żewġ naħat; jiġu rrispettati r-regoli tal-kompetizzjoni u ċ-ċertezza tad-dritt, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet indipendenti u trasparenti;
   (d) jiġi żgurat impenn sod miż-żewġ naħat sabiex jirrispettaw u jippromwovu l-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt b'rispett sħiħ tal-kriterji meħtieġa għall-istatus GSP+ mogħti lir-Repubblika Kirgiża, inkluża r-ratifika tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti u l-implimentazzjoni effettiva tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti stabbiliti taħt dawk il-konvenzjonijiet; jiġi ffaċilitat u jsir djalogu regolari u orjentat lejn ir-riżultati dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li jinteressaw liż-żewġ naħat u li għandhom jinkludu lill-awtoritajiet u lis-soċjetà ċivili, bl-għan li jissaħħu l-qafas istituzzjonali u l-politiki pubbliċi; tiġi enfasizzata s-sħubija kostruttiva tal-Kirgiżistan fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU matul il-perjodu 2016-2018 u jiġi mħeġġeġ l-involviment internazzjonali ulterjuri tiegħu;
   (e) jingħata kontribut lit-tisħiħ tal-multilateraliżmu u l-kooperazzjoni internazzjonali u lill-iżvilupp ta' approċċi komuni lejn il-kooperazzjoni ma' sħab Kirgiżi sabiex tiġi promossa s-sigurtà internazzjonali u jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi globali bħat-terroriżmu, it-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni u l-kriminalità organizzata, u jingħata kontribut lill-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Istrateġija Nazzjonali l-ġdida għall-Iżvilupp 2018-2040; u, b'mod aktar ġenerali, jingħata kontribut lill-istabbilizzazzjoni u t-tkabbir tal-Asja Ċentrali;
   (f) jissaħħu d-djalogu politiku u l-kooperazzjoni settorjali; jiġi pprovdut djalogu regolari u sinifikanti dwar il-kwistjonijiet kollha ta' rilevanza, li jibni fuq formati eżistenti;
   (g) tiżdied il-kooperazzjoni fil-ġestjoni ta' kriżijiet, il-prevenzjoni ta' konflitti, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti u l-kriminalità transfruntiera, u l-ġestjoni integrata tal-fruntieri, b'rispett sħiħ għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u f'konformità mal-emendi għall-Kodiċi Kriminali; u jiġi żgurat li l-Liġi nazzjonali Nru 150 tal-2005 dwar il-Ġlieda kontra l-Attività tal-Estremisti tkun kompletament konformi mal-istandards nazzjonali;
   (h) jittejbu d-dispożizzjonijiet relatati mar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi, li jtejbu l-klima tal-investiment u jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija Kirgiża, u jservu ta' vantaġġ reċiproku u jsaħħu ċ-ċertezza tad-dritt u t-trasparenza regolatorja; jingħata appoġġ għal governanza tajba, ġudikatura li tiffunzjona u titnaqqas il-burokrazija żejda, u jintużaw il-miżuri kollha disponibbli għall-promozzjoni ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli fl-interess tal-konsolidazzjoni u l-iżvilupp ta' sistema kummerċjali multilaterali u bbażata fuq ir-regoli; jingħata kontribut lill-appoġġ tal-istabbiliment u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju; jittejbu aktar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-Kirgiżistan fir-rigward tal-istatus GSP+, u l-Kirgiżistan jitħeġġeġ jimplimenta l-impenji internazzjonali li joħorġu minn dan l-istatus, sabiex jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż;
   (i) tittejjeb il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa; jiġu inklużi taqsimiet speċifiċi li jiddeskrivu l-impenji u l-miżuri ċari u qawwija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-suriet kollha tagħha, u jiġu implimentati standards internazzjonali u konvenzjonijiet multilaterali kontra l-korruzzjoni; jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa kif ukoll standards ta' trasparenza li jaffermaw mill-ġdid l-impenn tal-partijiet li jimplimentaw standards internazzjonali fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;
   (j) jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sħubija Kirgiża fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ permezz ta' riformi adegwati dwar l-investiment barrani, l-awtoritajiet doganali u l-aċċess għas-swieq internazzjonali;
   (k) tittejjeb il-koordinazzjoni bejn il-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Kirgiżistan f'fora internazzjonali;
   (l) jiżdied id-djalogu interparlamentari bejn il-Kirgiżistan u l-Parlament Ewropew;
   (m) tiġi żgurata attenzjoni kbira fil-ftehim dwar it-tibdil fil-klima, il-ġestjoni tal-ilma u l-prevenzjoni tar-riskju ta' diżastri u t-tħejjija minħabba r-riskju għoli ta' diżastri naturali, inklużi terremoti; jingħata appoġġ lill-Kirgiżistan fl-isforzi tiegħu biex jipproteġi l-ambjent u l-isforzi qawwija tiegħu lejn l-iżvilupp sostenibbli;
   (n) tiġi żgurata t-trażmissjoni tad-direttivi ta' negozjati lill-Parlament Ewropew, soġġetta għar-regoli ta' kunfidenzjalità, sabiex ikun jista' jsir skrutinju xieraq mill-Parlament tal-proċess ta' negozjar, u biex jiġu ssodisfati b'mod konsistenti l-obbligi interistituzzjonali li jirriżultaw mill-Artikolu 218(10) tat-TFUE, li skonthom il-Parlament jeħtieġlu jkun infurmat minnufih u bis-sħiħ f'kull stadju tal-proċedura;
   (o) jiġu kondiviżi d-dokumenti kollha relatati man-negozjati, bħall-minuti, u l-abbozzi tat-testi negozjati, kif ukoll li l-Parlament jiġi infurmat b'mod perjodiku;
   (p) jiġi żgurat ir-rispett, fil-livelli kollha, għall-prattika stabbilita li l-ftehim il-ġdid ma jiġix applikat proviżorjament sakemm il-Parlament ma jkunx ta l-approvazzjoni tiegħu;
   (q) tissaħħaħ u tiġi estiża l-kooperazzjoni eżistenti minquxa fil-FSK attwali, li kien diġà stabbilixxa l-korpi li ġejjin għall-kooperazzjoni u d-djalogu:
   il-Kunsill ta' Koperazzjoni fil-livell ministerjali;
   il-Kumitat ta' Kooperazzjoni fil-livell ta' uffiċjali għolja, u Sottokumitati dwar il-Kummerċ u l-Investiment u dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp;
   il-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni;
   (r) jissaħħaħ l-iskrutinju interparlamentari fi ħdan Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni b'aktar setgħa li se jiġi elaborat fil-ftehim il-ġdid, b'mod partikolari fl-oqsma tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
   (s) jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà ċivili kemm waqt in-negozjati kif ukoll fil-fażi ta' implimentazzjoni tal-ftehim;
   (t) tkun żgurata l-inklużjoni ta' termini dwar is-sospensjoni potenzjali tal-kooperazzjoni f'każ ta' ksur ta' elementi essenzjali minn xi parti, inkluż il-konsultazzjoni tal-Parlament f'każijiet bħal dawn;
   (u) jiġu allokati riżorsi adegwati kemm fil-livell tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-ftehim komprensiv, biex tiġi żgurata l-kisba tal-objettivi ambizzjużi kollha stabbiliti waqt in-negozjati;
   (v) jitqies ir-rwol tal-Kirgiżistan bħala wieħed mill-ftit pajjiżi demokratiċi li għadhom jibdew fir-reġjun, li jeħtieġu l-appoġġ politiku, diplomatiku, finanzjarju u tekniku tal-UE fuq żmien twil;
   (w) jitkomplew l-isforzi biex tiġi kkonsolidata demokrazija parlamentari li tiffunzjona b'sistema multipartitika reali u kontrolli u bilanċi kostituzzjonali, kif ukoll biex tiġi żgurata s-sorveljanza parlamentari tal-fergħa eżekuttiva, bħala wieħed mill-pajjiżi pilota għall-appoġġ għad-demokrazija mill-UE; jitressaq it-tħassib tiegħu dwar l-emendi kostituzzjonali tal-2016, b'mod partikolari tisħiħ sostanzjali tas-setgħat tal-prim ministru, is-supremazija tad-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali fuq it-Trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u t-telf tal-indipendenza tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema; jiġi mħeġġeġ l-involviment tal-NGOs fl-iżvilupp u r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-pajjiż, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe strument jew mekkaniżmu li jaffettwa direttament l-azzjoni ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
   (x) tiġi affermata mill-ġdid l-importanza tal-ħidma sistematika għall-promozzjoni tal-valuri tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda u l-indipendenza tal-ġudikatura;
   (y) jiġi inkoraġġit ambjent favorevoli għall-ġurnalisti u għall-midja indipendenti; jiġi żgurat li l-Kirgiżistan jippermetti attivisti u ġurnalisti barranin fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem ipprojbiti biex jidħlu fil-pajjiż u jkomplu xogħolhom mingħajr tfixkil;
   (z) jiġi rikonoxxut il-progress li sar b'rabta mal-imġiba paċifika u t-trasparenza mtejba fl-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali, u li tiġi mħeġġa l-implimentazzjoni kontinwa tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-missjonijiet internazzjonali ta' osservazzjoni elettorali;
   (aa) il-Kirgiżistan jiġi mħeġġeġ ireġġa' lura x-xejriet awtoritarji negattivi kollha bħall-istrumentalizzazzjoni politika tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, il-pieni ġudizzjarji inġusti, il-proċessi inġusti u mhux trasparenti, l-interferenza fil-libertà tal-midja, l-impunità ta' aġenti tal-infurzar tal-liġi u l-allegat trattament ħażin u tortura tal-priġunieri, l-estradizzjonijiet lejn pajjiżi fejn il-persuni jiffaċċjaw riskju ta' tortura jew trattament ħażin, kif ukoll id-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi u l-limitazzjonijiet fuq il-libertà ta' għaqda u ta' espressjoni, u l-Kirgiżistan jiġi mħeġġeġ jinvestiga bir-reqqa kull allegazzjoni ta' tqegħid ta' evidenza, estorsjoni, tortura u trattament ħażin; jiġi espress it-tħassib li l-mexxejja politiċi kif ukoll kandidati presidenzjali potenzjali jkunu ntbagħtu l-ħabs fuq akkużi allegati ta' korruzzjoni;
   (ab) jiġi espress in-nuqqas ta' sodisfazzjoni, f'dan il-kuntest, dwar iż-żamma tas-sentenza ta' għomor il-ħabs mogħtija lill-attivist tad-drittijiet tal-bniedem Azimjon Askarov, li ddokumenta l-vjolenza interetnika fl-2010, u jintalab il-ħelsien immedjat tiegħu, tiġi annullata l-kundanna tiegħu, jiġi riabilitat u jingħatalu kumpens għad-danni;
   (ac) jiġi mfakkar li l-korruzzjoni ddgħajjef id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza, il-kummerċ u l-kompetizzjoni ġusta u tgerrex l-investiment barrani, u b'hekk tfixkel it-tkabbir ekonomiku, filwaqt li tnaqqas ukoll il-fiduċja u l-kunfidenza taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-gvern;
   (ad) jitħeġġeġ impenn b'saħħtu għal progress soċjali, governanza tajba, demokrazija u relazzjonijiet tajbin interetniċi u interreliġjużi, taħriġ u edukazzjoni, anke bħala mezz tat-tisħiħ tal-pedamenti tal-istabbiltà u s-sigurtà; jitkompla l-appoġġ tal-miżuri għall-bini tal-paċi u s-sigurtà, kif ukoll jiżdiedu l-isforzi biex il-minoranzi jiġu integrati b'mod sħiħ, wara l-ġlied etniku fil-Kirgiżistan fl-2010, sabiex jiġu evitati kunflitti futuri;
   (ae) tingħata għajnuna biex jiġu megħluba l-problemi u l-ostakli soċjoekonomiċi tat-tip imsemmija fir-Rakkomandazzjoni 202 tal-ILO; f'dan il-kuntest tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ bil-promozzjoni ta' skambji akkademiċi, taż-żgħażagħ u kulturali; tingħata attenzjoni partikolari għall-iżvilupp reġjonali b'enfasi speċjali fuq l-inugwaljanzi bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar;
   (af) tiġi appoġġata, promossa u ffaċilitata aktar il-kooperazzjoni fl-Asja Ċentrali, li huwa wieħed mir-reġjuni l-inqas integrati fid-dinja, skont id-dinamika pożittiva attwali, fost l-oħrajn bl-għan li jissaħħu l-istabbiltà u l-iżvilupp tal-Asja Ċentrali kollha kemm hi; jiġi rikonoxxut l-involviment tal-pajjiż fi programmi tal-UE mmirati f'din id-direzzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE u l-Asja Ċentrali fl-oqsma tal-enerġija, tal-ġestjoni tal-ilma u tal-isfidi ambjentali, u fi djalogi regolari mal-UE dwar il-politika u d-drittijiet tal-bniedem;
   (ag) jiġi żgurat li s-sħubija tal-Kirgiżistan fl-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika (EAEU) ma taffettwax it-tisħiħ tar-relazzjonijiet tagħha mal-UE, kif ippruvat mill-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni rratifikat dan l-aħħar bejn l-UE u l-Każakistan;
   (ah) jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Kirgiżistan maċ-Ċina u mar-Russja; il-Kirgiżistan jiġi mħeġġeġ jiddiversifika l-ekonomija tiegħu bl-għan li jnaqqas id-dipendenza politika tiegħu fuq dawn iż-żewġ atturi esterni; jitqies l-iżvilupp ta' dawn ir-relazzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-istrateġija taċ-Ċina ta' One Belt One Road (OBOR); jiġi żgurat li l-ġlieda kontra t-tixrid tal-propaganda mill-midja Russa fil-pajjiż titjieb b'mod sinifikanti;
   (ai) jingħata kontribut biex jissokta t-tnaqqis tat-tensjonijiet diplomatiċi u ekonomiċi riċenti fir-reġjun, inkluż bejn il-Każakistan u l-Kirgiżistan;
   (aj) jiġi appoġġjat it-titjib li jinsab għaddej fir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Użbekistan, kif ukoll djalogu kostruttiv dwar il-ġestjoni tar-riżorsi skarsi tal-ilma fir-reġjun;
   (ak) jiġi rikonoxxut it-tħassib dwar is-sigurtà tal-Kirgiżistan b'rabta mas-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tiddeterjora fl-Afganistan u b'reazzjoni għaż-żieda tar-radikalizzazzjoni fir-reġjun tal-Asja Ċentrali; tingħata assistenza b'rabta mar-ripatrijazzjoni tal-ġellieda barranin Iżlamisti u tal-membri tal-familja tagħhom minn barra l-pajjiż; tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali b'rabta mal-ġlieda kontra l-movimenti ġiħadisti u l-kriminalità transnazzjonali, permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kontroll tal-fruntieri legali, istituzzjonali u prattiki relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu u miżuri preventivi kontra ż-żieda fir-radikalizzazzjoni vjolenti reliġjuża;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Kirgiża.

(1) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 91.
(2) ĠU C 58, 15.2.2018, p. 119.
(3) ĠU C 300, 18.2.2016, p. 10.
(4) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 92.
(5) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 80.
(6) ĠU C 208, 10.6.2016, p. 177.


Is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew
PDF 186kWORD 64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew (2018/2089(INI))
P8_TA(2019)0005A8-0425/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2018 bit-titolu "Fi triqitna lejn il-mobbiltà awtomatizzata: Strateġija tal-UE għall-mobbiltà tal-futur" (COM(2018)0283),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2016 dwar Strateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi: l-ewwel pass importanti lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata (COM(2016)0766),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 dwar Strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0425/2018),

A.  billi l-istrateġija tal-UE dwar il-mobilità konnessa u awtomatizzata hija marbuta mill-qrib mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, b'mod partikolari dawk tal-aġendi tagħha għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, ir-riċerka u innovazzjoni, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, il-mobilità u trasport nodfa u sikuri, is-sikurezza fit-toroq u d-dekonġestjoni tat-traffiku, is-suq uniku diġitali u l-Unjoni tal-Enerġija;

B.  billi l-pass mgħaġġel tal-iżvilupp teknoloġiku, kemm fl-industrija tat-trasport kif ukoll fis-settur tar-robotika u l-intelliġenza artifiċjali, għandu impatt sinifikanti fuq l-ekonomija u s-soċjetà; billi l-vetturi awtonomi ser ibiddlu b'mod sinifikanti l-ħajja ta' kuljum tagħna, jiddeterminaw il-futur tat-trasport bit-triq fid-dinja kollha, inaqqsu l-ispejjeż tat-trasport, itejbu s-sikurezza fit-toroq, iżidu l-mobbiltà u jnaqqsu l-impatti ambjentali. billi s-settur tat-trasport bit-triq jista' jiftaħ il-bieb għal servizzi u modi ġodda ta' trasport, u b'hekk jissodisfa d-domanda dejjem tikber għall-mobbiltà individwali u għat-trasport tal-merkanzija, u jista' anki jgħin fir-revoluzzjoni tal-ippjanar urban;

C.  billi l-Kummissjoni għandha l-għan li sal-2020 tnaqqas bin-nofs l-għadd annwali ta' mwiet fit-toroq tal-UE meta mqabbla mal-2010, f'konformità mal-għanijiet ta' Viżjoni Żero; billi l-progress fit-tnaqqis tal-għadd totali ta' mwiet u korrimenti donnu staġna dan l-aħħar, meta jitqies il-fatt li fl-2016 aktar minn 25 000 ruħ tilfu ħajjithom fit-toroq tal-UE filwaqt li 135 000 oħra weġġgħu serjament; billi l-ibliet tagħna qed jiffaċċjaw problemi kbar relatati mal-mobilità li qed jiġu aggravati mit-tniġġis u mit-tibdil fil-klima;

D.   billi s-sistemi avvanzati ta' għajnuna lis-sewwieq bħat-twissija ta' ħruġ mil-karreġġata u l-brejkijiet ta' emerġenza awtomatiċi diġà wrew li jikkontribwixxu għas-sikurezza fit-toroq u jnaqqsu l-għadd ta' inċidenti gravi;

E.  billi l-maġġoranza l-kbira tal-inċidenti tat-traffiku jseħħu minħabba żbalji tal-bniedem u, bħala tali, hemm bżonn imperattiv li jitnaqqsu l-possibbiltajiet għal tali inċidenti, billi jkun meħtieġ l-użu ta' sistemi tal-vetturi avvanzati li jtejbu s-sikurezza filwaqt li tinżamm il-mobilità personali;

F.  billi kien hemm tnaqqis fir-ritmu tax-xejra pożittiva fis-sikurezza fit-toroq li l-UE esperjenzat matul l-aħħar deċennju; billi t-trasport bit-triq għadu responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-emissjonijiet mit-trasport, f'termini ta' gassijiet serra u sustanzi li jniġġsu l-arja;

G.  billi l-ħtiġijiet tat-trasport, kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija, qed jiżdiedu madwar id-dinja kollha, f'kuntest ta' sensibilizzazzjoni akbar dwar il-limiti tar-riżorsi tal-pjaneta tagħna, u billi għalhekk l-effiċjenza tat-trasport se ssir kwistjoni dejjem aktar kruċjali;

H.  billi l-UE għandha tinkoraġġixxi u tiżviluppa aktar it-teknoloġiji diġitali għal mobilità awtomatizzata biex jibbilanċjaw l-effetti tal-imġiba illeċita umana u jnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku u l-fatalitajiet fit-toroq;

I.  billi l-awtomatizzazzjoni u l-varar ta' teknoloġija ġdida se jżidu s-sikurezza tat-trasport u tas-sistemi tat-trasport u jeliminaw uħud mill-fatturi umani involuti; billi b'mod parallel mal-awtomatizzazzjoni għandhom jitqiesu kemm id-diversità kif ukoll il-kundizzjoni tas-sistemi tat-trasport fi Stati Membri differenti; billi jeħtieġ li jinbnew sistemi tat-trasport ġodda u kemm is-sistemi tat-trasport ġodda kif ukoll dawk eżistenti jeħtieġ li jiġu mgħammra b'karatteristiċi tas-sikurezza xierqa qabel ma tkun tista' tiġi introdotta l-awtomatizzazzjoni;

J.  billi jeżistu livelli ta' awtomatizzazzjoni, filwaqt li l-livelli 1 u 2 diġà jinsabu fis-suq, iżda l-livelli ta' awtomatizzazzjoni kondizzjonali, għolja u sħiħa (meta vettura ssir awtonoma) huma mistennija li jsiru disponibbli biss fl-2020-2030, u billi s-sistemi ta' għajnuna lis-sewwieq huma għalhekk importanti bħala teknoloġija abilitanti fil-perkors lejn awtomatizzazzjoni sħiħa;

K.  billi jeħtieġ li jsir investiment kemm fl-istadju tar-riċerka kif ukoll fl-istadju ta' żvilupp sussegwenti sabiex jittejbu t-teknoloġiji disponibbli u tiġi implimentata infrastruttura tat-trasport sikura u intelliġenti;

L.  billi bosta pajjiżi madwar id-dinja (eż. l-Istati Uniti, l-Awstralja, il-Ġappun, il-Korea u ċ-Ċina) mexjin b'pass mgħaġġel biex jagħmlu kemm il-mobilità konnessa, kif ukoll dik awtomatizzata, disponibbli fis-suq; billi l-Ewropa teħtieġ li tirrispondi b'mod ferm aktar proattiv għall-iżviluppi mgħaġġla f'dan is-settur, biex tħeġġeġ inizjattivi u tippromwovi rekwiżiti tas-sikurezza strinġenti għall-parteċipanti kollha tat-traffiku li jivvjaġġaw bil-baħar, minn passaġġi fuq l-ilma interni, bit-triq, bl-ajru jew bil-ferrovija u li jużaw modi ta' trasport imħallta;

M.  billi l-Kummissjoni tistenna li s-suq il-ġdid għall-vetturi awtomatizzati u konnessi jikber b'mod esponenzjali, bi dħul stmat li jaqbeż EUR 620 biljun sal-2025 għall-industrija tal-karozzi tal-UE u EUR 180 biljun għas-settur tal-elettronika tal-UE;

N.  billi d-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam (2016) tiddeskrivi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-industrija fil-qasam tas-sewqan konness u awtomatizzat;

O.  billi t-trasport awtonomu jkopri kull forma ta' mezzi ppilotati mill-bogħod, awtomatizzati u awtonomi tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar u fl-ilmijiet navigabbli interni;

P.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "fi triqitna lejn il-mobbiltà awtomatizzata" tikkostitwixxi stadju importanti fl-istrateġija tal-UE għal mobilità konnessa u awtomatizzata;

Q.  billi trid issir enfasi fuq il-mobilità awtonoma, minħabba li vetturi kompletament awtonomi se jġibu benefiċċji tas-sikurezza fit-toroq notevoli u se jkunu jistgħu joperaw mingħajr funzjonalitajiet konnessi; billi l-kapaċitajiet u s-servizzi anċillari xorta waħda jistgħu jirrikjedu komunikazzjoni diġitali;

R.  billi l-introduzzjoni ta' vetturi awtonomi, mistennija fl-2020, se ġġib benefiċċji konsiderevoli, iżda tinvolvi wkoll varjetà ta' riskji ġodda, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza tat-traffiku fit-toroq, ir-responsabbiltà ċivili u l-assigurazzjoni, iċ-ċibersigurtà, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tad-data u kwistjonijiet ta' aċċess għad-data, l-infrastruttura teknika, l-istandardizzazzjoni u l-impjieg; billi huwa impossibbli li tiġi prevista l-firxa sħiħa tal-impatt fuq terminu twil tal-mobbiltà awtonoma fuq l-impjiegi u fuq l-ambjent; billi huwa ta' importanza kruċjali li jiġi żgurat li l-qafas ġuridiku tal-UE jkun adatt biex iwieġeb b'mod xieraq għal dawk l-isfidi u jżid is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u l-aċċettazzjoni tal-vetturi awtonomi;

S.  billi l-kwistjonijiet etiċi dwar l-użu ta' dawn it-teknoloġiji jeħtieġu l-iżvilupp ta' linji gwida għall-użu tal-intelliġenza artifiċjali, flimkien ma' sistemi li jiżguraw li dawn il-kwistjonijiet etiċi jiġu indirizzati b'mod koerenti;

Prinċipji ġenerali

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "fi triqitna lejn il-mobbiltà awtomatizzata", li tistabbilixxi approċċ biex l-UE ssir il-mexxejja dinjija fl-użu ta' sistemi sikuri għall-mobilità awtomatizzata, biex jiżdiedu s-sikurezza u l-effiċjenza tat-toroq, tiġi miġġielda l-konġestjoni, jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet mit-trasport, u gradwalment jiġu eliminati l-karburanti fossili;

2.  Jagħraf il-passi inizjali meħuda mill-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar mobilità awtomatizzata tal-futur u jirrikonoxxi l-inizjattivi leġiżlattivi rigward id-Direttiva ITS(3) u r-reviżjonijiet proposti tad-direttiva dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq(4) u s-sikurezza ġenerali tar-regolamentazzjoni tal-vetturi motorizzati(5);

3.  Jafferma r-rwol importanti tas-sistemi kooperattivi ta' trasport intelliġenti (C-ITS) biex jipprovdu konnettività għall-vetturi awtomatizzati/awtonomi tal-livelli 2, 3 u possibbilment 4 tal-Għaqda tal-Inġiniera Awtomobilistiċi (SAE); iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-industrija biex ikomplu jimplimentaw is-C-ITS, u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri u lill-industrija fil-varar tas-servizzi tas-C-ITS, b'mod partikolari permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programm InvestEU;

4.  Jenfasizza l-potenzjal tal-innovazzjoni tal-mezzi awtonomi kollha tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru; jissottolinja l-ħtieġa għall-atturi Ewropej li jgħaqqdu l-forzi sabiex jilħqu u jżommu pożizzjoni ta' mexxejja globali fit-trasport awtonomu; jinnota li l-avvanzi fil-mobilità awtonoma, b'mod partikolari fit-trasport bit-triq, jirrikjedu l-kooperazzjoni sinerġistika ta' bosta setturi tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-manifattura tal-vettura u s-setturi diġitali;

5.  Jirrikonoxxi l-potenzjal sinifikanti tal-mobilità awtomatizzata għal bosta setturi, billi toffri opportunitajiet ġodda ta' negozju għan-negozji ġodda, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u l-industrija u l-intrapriżi fl-intier tagħhom, b'mod partikolari f'termini tal-ħolqien ta' servizzi tal-mobilità u possibbiltajiet ta' impjiegi ġodda;

6.  Jissottolinja l-ħtieġa għall-iżvilupp ta' vetturi awtonomi li huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u b'mobbiltà mnaqqsa (PRMS);

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta strateġija, b'mod partikolari rigward il-protezzjoni tad-data, l-aċċess għad-data u ċ-ċibersigurtà, skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' Marzu 2018 dwar strateġija Ewropea dwar C-ITS, filwaqt li tiżgura approċċ teknoloġikament newtrali, miftuħ u lest għas-suq; jirrikonoxxi l-opportunitajiet ippreżentati mir-rakkomandazzjonijiet li jmiss tal-Kummissjoni dwar l-aċċess tad-data fil-vettura u l-aċċess għar-riżorsi;

8.  Jafferma l-ħtieġa li jiġu esplorati azzjonijiet leġiżlattivi sabiex jiġi żgurat aċċess ġust, sikur, f'ħin reali u teknoloġikament newtrali għad-data fil-vettura għal xi entitajiet ta' parti terza; jemmen li tali aċċess għandu jippermetti lill-utenti finali u lill-partijiet terzi jibbenefikaw mid-diġitalizzazzjoni u jippromwovi kundizzjonijiet ekwi u sigurtà fir-rigward tal-ħżin tad-data fil-vettura;

9.  Jinnota li mistoqsijiet simili b'rabta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta' użu korrispondenti se jirriżultaw fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali għall-iskop ta' mobbiltà awtonoma bħal f'oqsma oħra, bħalma huma d-drittijiet ta' proprjetà jew użu għall-kodiċi, id-data u l-invenzjonijiet maħluqa mill-intelliġenza artifiċjali nnifisha; iqis, madankollu, li għal dawn il-mistoqsijiet għandhom jinstabu soluzzjonijiet li jkunu ġenerali kemm jista' jkun;

10.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li fl-abbozzar tal-qafas leġiżlattiv ġdid dwar ir-regolamentazzjoni tal-mobilità awtonoma, jiġi żgurat li kwalunkwe ostakolu għall-avvanz tal-progress teknoloġiku, ir-riċerka u l-innovazzjoni jkun jista' jingħeleb;

11.  Jirrimarka li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "fi triqitna lejn il-mobilità awtomatizzata" m'għandhiex analiżi u proposti għal vetturi awtonomi fil-modi kollha tat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura analiżijiet u strateġiji speċifiċi għall-modi, inkluż fl-oqsma tat-trasport intermodali u tal-mobilità;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwessgħu l-politika tagħhom dwar is-sewqan awtonomu b'tali mod li jinkludi wkoll it-trasport kollettiv kif ukoll li jestendu l-ideat tagħhom lejn il-modi kollha ta' trasport;

13.  Jilqa' l-ħidma li saret fil-Laqgħat ta' Livell Għoli tal-Kunsill dwar is-sewqan awtonomu u jixtieq jara dak x-xogħol estiż ukoll biex jindirizza modi ta' trasport minbarra t-trasport bit-triq;

14.  Jissottolinja li għandhom jiġu żviluppati u allinjati f'livell internazzjonali, tal-UE u nazzjonali, standards tekniċi għall-vetturi u l-infrastruttura (eż. sinjali tat-traffiku, marki fit-toroq, sistemi ta' sinjalazzjoni u C-ITS) li jibbażaw fuq il-ħidma u l-forums eżistenti biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, abbażi tal-prinċipji ta' approċċ miftuħ, trasparenti u teknoloġikament newtrali u li jżidu s-sikurezza fit-toroq, filwaqt li jiżguraw interoperabbiltà transkonfinali uniformi;

15.  Jinnota li data fil-vetturi u tar-rotot affidabbli hija element fundamentali għall-kisba kemm ta' sewqan awtonomu u konness f'żona unika Ewropea tat-trasport kif ukoll ta' servizzi kompetittivi għall-utenti aħħarin; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tiżgura li jitneħħew l-ostakoli għall-użu ta' tali data u tiġi stabbilita sistema regolatorja b'saħħitha f'dan ir-rigward qabel l-1 ta' Jannar 2020, filwaqt li tiżgura l-istess kwalità u disponibbiltà tad-data madwar l-Istati Membri;

16.  Jinnota l-urġenza li tingħata ċertezza legali kemm għall-utenti kif ukoll għall-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-konformità tal-vetturi awtonomi mal-leġiżlazzjoni ewlenija eżistenti, b'referenza partikolari għal-leġiżlazzjoni dwar il-Privatezza Elettronika u għar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(6); jistieden lill-Kummissjoni tispeċifika liema kategoriji ta' informazzjoni ġġenerati mill-vetturi awtonomi għandhom jiġu ttrattati bħala data miftuħa u jsiru disponibbli f'ħin reali, u liema għandhom jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali;

17.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-utenti jkollhom kontroll kemm fuq id-data personali kif ukoll fuq id-data fil-vetturi prodotti, miġbura u kkomunikati minn vetturi awtonomi u jkollhom aċċess għalihom; jenfasizza li l-konsumaturi jeħtiġilhom jiġu offruti l-ogħla livell ta' protezzjoni ċibernetika;

18.  Jenfasizza ż-żieda massiva mistennija fid-data prodotta, miġbura u trażmessa minn vetturi awtonomi, u jissottolinja l-ħtieġa li din id-data tintuża, b'mod partikolari d-data mhux personali u dik anonimizzata, biex tiffaċilita l-varar ta' vetturi awtonomi u biex tkompli tiżviluppa l-innovazzjonijiet fil-qafas ta' soluzzjonijiet ġodda ta' mobilità; jirrimarka li l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data sensittiva ġġenerata minn vetturi awtonomi trid tkun prijorità assoluta;

19.  Jissottolinja li vetturi kompletament awtonomi jew awtomatizzati ħafna se jkunu disponibbli kummerċjalment fis-snin li ġejjin u li jeħtieġ li jkun hemm fis-seħħ kemm jista' jkun malajr oqfsa regolatorji xierqa li jiżguraw l-operat sikur tagħhom u jipprevedu reġim ċar li jirregola l-obbligu ta' rendikont, sabiex jindirizzaw il-bidliet li jirriżultaw, inkluża l-interazzjoni bejn vetturi u infrastrutturi awtonomi u utenti oħrajn;

20.  Jinnota li r-regoli eżistenti dwar l-obbligu ta' rendikont, bħad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi(7) (id-Direttiva dwar l-Obbligu ta' Rendikont għall-Prodotti) u d-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà(8) (id-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur), ma ġewx żviluppati biex jindirizzaw l-isfidi imposti mill-użu ta' vetturi awtonomi u jenfasizza li hemm evidenza dejjem akbar li l-qafas regolatorju attwali, speċjalment fir-rigward tal-obbligu ta' rendikont, l-assigurazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tad-data personali, mhux se jibqa' suffiċjenti jew xieraq meta jiġi affaċċjat bir-riskji ġodda li qed jirriżultaw mill-awtomatizzazzjoni, il-konnettività u l-kumplessità tal-vetturi;

21.  Huwa tal-opinjoni li, fid-dawl tal-bidliet teknoloġiċi dinamiċi fis-settur, teżisti l-ħtieġa li jiġi ċċarat min għandu jġorr id-dannu fil-każ ta' inċidenti kkawżati minn vetturi għalkollox awtonomi, u meta l-livell ta' awtonomija jkun tali li l-vettura tkun tista' topera jew b'mod għalkollox awtonomu jew misjuqa minn sewwieq irid jiġi stabbilit mingħajr ebda dubju min tkun il-parti responsabbli f'kull xenarju speċifiku; teżisti l-ħtieġa partikolari li jiġi eżaminat jekk il-fehma li proporzjon żgħir ħafna tal-inċidenti s'issa kien attribwibbli għal fatturi tekniċi tiġġustifikax il-qlib tar-responsabbiltà għal fuq il-manifattur li, bħala fattur ta' riskju li huwa indipendenti min-negliġenza, jista' jintrabat sempliċiment mar-riskju kkawżat mit-tqegħid fis-suq ta' vettura awtonoma; jisħaq ukoll li teżisti ħtieġa ulterjuri li jiġi eżaminat jekk obbligi tas-sikurezza tat-triq speċifiċi min-naħa tas-sid tal-vettura u obbligi ta' istruzzjoni applikabbli għas-sewwieq f'kull każ jistgħux jikkumpensaw għal dan il-qlib ta' responsabbiltà b'mod adegwat; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni bir-reqqa, biex tadatta l-qafas ġuridiku attwali tal-UE u tintroduċi, jekk meħtieġ, regoli ġodda li abbażi tagħhom jiġi determinat min hu responsabbli; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta u timmonitorja l-possibbiltà li jiġu introdotti strumenti tal-UE addizzjonali li jżommu l-pass mal-iżviluppi fl-intelliġenza artifiċjali;

22.  Isostni li t-teknoloġiji bbażati fuq is-sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita (GNSS) u l-proġett Galileo għandhom parti importanti x'jaqdu biex itejbu l-interazzjoni u l-interoperabbiltà ta' sistemi diġitali abbord u tan-netwerk; jitlob il-finalizzazzjoni u t-tnedija, malajr kemm jista' jkun, tas-satelliti li jifdal, sabiex is-sistema Ewropea ta' pożizzjonament Galileo tkun tista' tintuża bħala s-sistema ta' pożizzjonament awtomatika fil-vetturi awtomatizzati;

23.  Jinnota li l-aċċess universali għal teknoloġiji b'mobilità awtomatizzata mhux se jkun possibbli mingħajr aċċess għall-internet b'veloċità għolja u netwerks 5G; jiddispjaċih li hemm reġjuni fejn l-implimentazzjoni tal-ġenerazzjoni attwali tan-netwerks 4G għadha lura, speċjalment f'żoni rurali;

Trasport bit-triq

24.  Ifakkar fir-regoli l-ġodda ta' sikurezza li jinsabu fil-prinċipji ta' gwida għall-interfaċċja bniedem-magna proposta fir-rapport finali GEAR 2030;

25.  Jissottolinja l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza fit-toroq fil-livell tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), tal-UE u dak nazzjonali titħejja biex tappoġġja l-innovazzjonijiet teknoloġiċi u s-sewqan awtonomu malajr kemm jista' jkun, sabiex jitnaqqsu l-iżbalji umani, l-inċidenti tat-traffiku u l-imwiet fit-toroq;

26.  Jissottolinja l-importanza li jiġi adottat Regolament ġdid u ambizzjuż dwar is-Sikurezza Ġenerali għall-vetturi bil-mutur, minħabba l-potenzjal ta' salvataġġ għal perjodu qasir ta' installazzjoni obbligatorja ta' teknoloġiji ġodda għas-sikurezza tal-vetturi, li barra minn hekk se jintużaw ukoll għall-varar ta' vetturi konnessi u awtomatizzati (CAVs) fil-futur;

27.  Ifakkar li l-iżvilupp tas-CAVs kien immexxi primarjament mill-ispinta teknoloġika; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu studjati u rikonoxxuti l-aspetti tal-bniedem u tas-soċjetà fir-rigward tal-iżvilupp tas-CAV u jiġi żgurat li l-użu tagħhom jirrispetta bis-sħiħ il-valuri u l-għanijiet tas-soċjetà, tal-bnedmin u tal-ambjent;

28.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fid-dawl tal-importanza tal-mobilità fl-UE, biex jilħqu pożizzjoni komuni u jikkooperaw biex l-UE taqdi u żżomm rwol ewlieni fl-armonizzazzjoni teknika internazzjonali ta' vetturi awtomatizzati fil-qafas tal-UNECE u l-Konvenzjoni ta' Vjenna, b'mod partikolari fid-diskussjonijiet kollha tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-UNECE (Grupp ta' Ħidma 29) u tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Vetturi Awtomatizzati/Awtonomi u Konnessi (GRVA);

29.  Jissottolinja li l-proċeduri tas-sorveljanza tas-suq relatati mal-vetturi awtomatizzati tul il-ħajja tagħhom għandhom ikunu standardizzati, trasparenti u verifikabbli kemm jista' jkun, inkluż ittestjar transfruntier imwettaq f'toroq miftuħa u f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali kif ukoll testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali;

30.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni ċara, li tiġi rieżaminata b'mod regolari, aġġornata fejn meħtieġ, u armonizzata, li tirrikjedi l-installazzjoni ta' reġistraturi tad-data tal-avvenimenti f'konformità mar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali rivedut sabiex ittejjeb l-investigazzjonijiet ta' inċidenti kif ukoll tiċċara u tippermetti l-indirizzar, kemm jista' jkun malajr, ta' kwistjonijiet relatati mal-obbligu ta' rendikont; jinnota li dawn ir-reġistraturi tad-data tal-avvenimenti huma meħtieġa biex jiġu ddeterminati r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti f'każ ta' inċident;

31.  Jenfasizza l-ħtieġa li sa mill-fażi tat-tranżizzjoni jiġu inkorporati sistemi ta' salvagwardja, li matulha l-vetturi awtomatizzati se jeżistu flimkien ma' vetturi b'żero konnettività u żero awtomatizzazzjoni; jenfasizza l-importanza tas-sistemi ta' għajnuna lis-sewwieq bħala pass 'il quddiem biex is-sewqan jiġi kompletament awtomatizzat, sabiex minn issa jiġu evitati l-inċidenti bit-triq permezz ta' sistemi tas-sikurezza attivi jew titnaqqas il-gravità tal-inċidenti permezz ta' sistemi tas-sikurezza passivi;

32.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu infrastruttura tat-toroq sikura, ta' kwalità għolja, li se tiffaċilita l-użu ta' vetturi awtomatizzati u awtonomi;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi kollha li jinkludu informazzjoni dwar it-traffiku fit-toroq ikkomunikata b'mod diġitali jkunu interoperabbli;

34.  Jenfasizza t-tħassib li qed jitfaċċa dwar il-kompjaċenza tal-utenti meta jużaw vetturi li jirrikjedu grad ta' intervent tas-sewwieq; jitlob li tingħata kjarifika aħjar tad-definizzjoni u tad-differenzjazzjoni tar-rekwiżiti ta' "vetturi b'sistemi avvanzati ta' għajnuna għas-sewwieq" (livelli 1 sa 3 tal-SAE) meta mqabbla ma' "vetturi awtomatizzati" (livelli 4 sa 5 tal-SAE) fil-leġiżlazzjoni relatata mas-sikurezza fit-toroq u li jsiru aktar studji dwar il-fattibbiltà u s-sikurezza tal-vetturi awtomatizzati ta' livell 3, speċjalment fir-rigward tal-kwistjoni li tiġi indikata l-ħtieġa għal intervent lis-sewwieq u l-perikli li jistgħu jinqalgħu minħabba dewmien fl-intervent;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi linji gwida etiċi ċari għal sistemi ta' intelliġenza artifiċjali;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji ta' responsabbiltà u sistemi ta' salvagwardja għall-protezzjoni tal-persuni, sabiex tipprovdi approċċ koerenti għall-kwistjonijiet etiċi dwar is-sistemi awtonomi għall-vetturi awtomatizzati;

37.  Jenfasizza li l-leġiżlatur għandu jindirizza u jsolvi l-aspetti etiċi tal-vetturi mingħajr sewwieq qabel ma dawn il-vetturi jkunu jistgħu jiġu aċċettati għal kollox u jkunu disponibbli f'sitwazzjonijiet tat-traffiku; jenfasizza għalhekk li l-vetturi awtomatizzati jeħtieġ li ssirilhom valutazzjoni minn qabel biex jiġu indirizzati dawn l-aspetti etiċi;

38.  Jenfasizza l-isfidi ta' konġestjoni għall-mobilità urbana li huma mistennija li jirriżultaw minn użu mifrux tal-vetturi awtonomi; iqis li l-vetturi awtonomi u soluzzjonijiet bħal car sharing u ride hailing għandhom jikkontribwixxu għall-indirizzar ta' dawn l-isfidi; jistieden lill-awtoritajiet jiżviluppaw politiki biex jiżguraw li l-vetturi awtonomi jtejbu l-għażliet tal-ivvjaġġar, inkluż it-trasport pubbliku u soluzzjonijiet oħra, għaċ-ċittadini kollha;

39.  Jenfasizza li l-platooning għandu futur promettenti, peress li dan jiffranka l-fjuwil u l-enerġija u jtejjeb is-sikurezza fit-toroq, u jistieden għalhekk lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-industrija sabiex jimplimentaw il-miżuri stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas regolatorju biex tippromwovi konnettività "vehicle-to-everything" (V2X) għal vetturi awtomatizzati ħafna u kompletament awtomatizzati (pereżempju platooning), speċjalment fit-trasport bit-triq fit-tul;

40.  Isostni li kemm il-karatteristiċi tas-sikurezza passivi kif ukoll attivi f'vetturi awtonomi jaqdu rwol importanti fit-tnaqqis tal-għadd tal-ħabtiet, u tal-korrimenti u tal-imwiet li jirriżultaw mill-ħabtiet, peress li l-ħabtiet xorta jistgħu jibqgħu jseħħu, speċjalment matul l-istadju tat-traffiku mħallat intermedju; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu s-sikurezza fit-toroq;

41.  Jissottolinja r-riskji li marbuta ma' xejra dejjem akbar ta' traffiku mħallat ta' vetturi tradizzjonali u awtonomi, u li għaldaqstant titlob aktar testijiet fuq il-post sabiex jiġu appoġġati riċerka u żvilupp reżistenti għall-futur min-naħa ta' intrapriżi u korpi pubbliċi u privati, iżda wkoll biex tingħata data konkreta li tgħin biex jiġu adattati kif xieraq ir-regoli tar-responsabbiltà ċivili;

42.  Jissottolinja li soluzzjoni possibbli biex jiġu indirizzati l-lakuni u n-nuqqasijiet eżistenti tista' tkun l-istabbiliment ta' qafas ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà oġġettiva għal ħsara li tirriżulta minn vetturi awtonomi;

43.  Jisħaq fuq il-punt li, skont ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar regoli ta' dritt ċivili dwar ir-robotika(9), mhux se jkun hemm limitazzjoni fuq ir-responsabbiltà fir-rigward tan-natura u l-firxa tad-dannu li jrid jiġi kkumpensat sabiex tiġi ggarantita protezzjoni tal-vittmi adegwata;

Trasport bl-ajru

44.  Jenfasizza r-Regolament tal-EASA adottat reċentement(10) dwar ir-regoli aġġornati ta' sikurezza tal-avjazzjoni li jinkludu, fost affarijiet oħra, dispożizzjonijiet li joffru bażi ġuridika soda għall-ewwel sett ta' regoli komprensivi tal-UE għal kull tip ta' drone ċivili; ifakkar f'kemm kienet meħtieġa l-adozzjoni tar-Regolament tal-EASA, minħabba li teknoloġiji ġodda, bħall-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs), qed jitfaċċaw ukoll fl-ajru Ewropew, u li kellu bżonn l-adattament tal-qafas regolatorju attwali tal-UE u regoli nazzjonali diverġenti;

45.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta wkoll, mingħajr dewmien, regoli ddettaljati għal inġenji tal-ajru awtomatizzati, li jirrikjedu speċifikazzjonijiet speċifiċi u mfassla apposta, minħabba li approċċ uniku tal-UAV u operazzjonali mhuwiex adattat biex jiżgura l-integrazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru awtomatizzati fi spazju tal-ajru kondiviż ma' inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ; ifakkar li l-UAVs se jkollhom bżonn sistemi ta' intelliġenza sikuri, u fejn xieraq, iċċertifikati, kif ukoll ambjent speċifiku għall-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru; jenfasizza li tali regoli applikabbli għall-UAVs għandhom iqisu n-natura u r-riskju tal-operazzjoni jew tal-attività, il-karatteristiċi operazzjonali tal-inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ ikkonċernat u l-karatteristiċi taż-żona tal-operazzjonijiet bħad-densità tal-popolazzjoni, il-karatteristiċi tal-wiċċ, u l-eżistenza ta' bini u infrastrutturi sensittivi oħra;

46.  Itenni l-importanza li tiġi protetta d-data personali f'każ li jintużaw mezzi ta' sewqan awtomatiku fis-settur tal-ajru;

47.  Ifakkar fid-Dikjarazzjoni ta' Varsavja tal-2016 dwar Drones bħala lieva għall-impjiegi u l-opportunitajiet ta' negozju ġodda; itenni l-importanza tal-azzjonijiet ippjanati biex tiġi żviluppata l-ekosistema tad-drones tal-UE, li huma mistennija li jidħlu fis-seħħ sal-2019, u biex jibnu fuq il-prinċipji gwida tad-Dikjarazzjoni ta' Riga;

48.  Jindika l-importanza ta' żvilupp ikkoordinat ta' teknoloġiji u ta' kunċetti li joperaw li se jippermettu lill-inġenji tal-ajru jiġu integrat b'mod sikur għall-finijiet tas-servizzi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'konformità mal-għanijiet ta' U-Space, programm immexxi mill-Impriża Konġunta SESAR (SESAR JU); jirrikonoxxi l-attivitajiet li twettqu s'issa minn SESAR JU, li għandhom ikomplu jiġu appoġġjati;

49.  Ifakkar li l-finanzjament għall-programmi attwali ta' riċerka u esperimentazzjoni li jikkonċernaw l-UAVs, bħal U-Space, se jkollu jiżdied fil-perjodi ta' bbaġitjar futuri; jinnota li dawn l-esperimenti, li llum jagħmluha possibbli li jiġi ttestjat f'kundizzjonijiet reali l-iskjerament ta' flotta kbira ta' UAVs, filwaqt li jiggarantixxu sigurtà massima fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-kundizzjonijiet tas-sigurtà tiegħu, jistgħu jservu bħala eżempju għal sperimentazzjoni b'vetturi awtonomi fuq l-art;

50.  Jinnota li huwa meħtieġ li jinħolqu żoni tat-test adattati għal teknoloġiji tal-inġenji tal-ajru awtonomi, inkluż droni, sabiex jipprovdu kundizzjonijiet sikuri għas-simulazzjoni ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda qabel l-implimentazzjoni finali tagħhom;

It-trasport bil-baħar jew fl-ilmijiet navigabbli interni

51.  Jissottolinja l-potenzjal u l-valur miżjud tal-vapuri awtonomi, speċjalment fl-ilmijiet navigabbli interni u fit-trasport marittimu fuq distanzi qosra, li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-għadd ta' inċidenti fuq il-baħar u fuq il-passaġġi tal-ilma, li l-biċċa l-kbira tagħhom iseħħu minħabba żball uman;

52.  Jissottolinja l-potenzjal tal-awtomatizzazzjoni li telimina porzjon tal-iżbalji umani u tagħti lill-persunal fuq il-pont aktar żmien għal osservazzjoni ottika speċjalment fir-rotot tal-baħar u fiż-żoni tal-portijiet dojoq; jenfasizza, madankollu, li l-iskambju ta' informazzjoni u l-komunikazzjoni huma imperattivi għas-sikurezza, speċjalment fi prossimità mill-qrib ma' vapuri oħra, u għalhekk il-pontijiet jeħtieġ li jibqgħu jkunu mgħammra bil-persunal;

53.  Jilqa' l-ħidma tal-grupp ta' ħidma PIANC dwar tbaħħir intelliġenti u n-Netwerk Internazzjonali għal Vapuri Awtonomi;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddeskrivi u tiddefinixxi l-livelli ta' awtomatizzazzjoni kemm għan-navigazzjoni interna kif ukoll bil-baħar u standards komuni, inkluż għall-portijiet, sabiex tarmonizza u tistimula l-użu ta' bastimenti awtonomi f'interazzjoni ma' utenti u infrastruttura awtomatizzati u mhux awtomatizzati;

55.  Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati u estiżi l-hubs diġitali u l-kurituri Netwerks Transewropej tat-Trasport (TEN-T) interkonnessi permezz ta' faċilitajiet terminali aġġornati u sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku elettroniċi effiċjenti bħas-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar u s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Portijiet tar-Renu (RPIS), sabiex tinkiseb sistema tat-trasport awtonoma multimodali sħiħa;

56.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija komprensiva bil-għan li tistimola l-awtomatizzazzjoni ulterjuri fit-tbaħħir intern, l-infrastruttura tiegħu, il-ġestjoni tal-passaġġi navigabbli u tat-traffiku, filwaqt li tqis il-pożizzjoni tal-portijiet interni bħala hubs multimodali meta tħejji ż-Żona Diġitali ta' Passaġġi fuq l-Ilma Interni (DINA);

57.  Jitlob li jingħata aktar appoġġ u jiġu promossi aktar iż-żoni tat-test transkonfinali kif ukoll li jkun hemm aktar proġetti bħan-NOVIMAR u bħan-Navigazzjoni Marittima Mingħajr Ekwipaġġ permezz ta' Intelliġenza fin-Netwerks (MUNIN), kofinanzjati mill-UE taħt is-Seba' Programm Kwadru tagħha u Orizzont 2020 biex tiġi żviluppata aktar it-teknoloġija tat-tbaħħir awtonomu u tal-infrastruttura awtomatizzata fl-UE;

58.  Jenfasizza li l-istandards applikabbli għall-bastimenti jridu jiġu żviluppati u allinjati mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali sabiex jiġi stabbilit qafas legali internazzjonali għall-operat sikur tal-vapuri;

Trasport bil-ferrovija

59.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni u f'koordinazzjoni mal-industrija u ma' partijiet ikkonċernati oħra, biex toħloq protokolli u standards komuni li jippermettu sistemi tal-ferrovija u ferrovjarji ħfief awtonomi;

60.  Jitlob li jsir titjib fil-kundizzjonijiet qafas għall-vetturi awtonomi fit-trasport bil-ferrovija u li tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn settur ferrovjarju diġitali; jinnota li s-Sistema Ewropea ta' Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) isservi bħala l-bażi għal awtomatizzazzjoni fis-settur ferrovjarju, li tinkiseb billi l-ETCS tingħaqad mal-operazzjoni awtomatika tal-ferroviji (ATO); iħeġġeġ lill-Kummissjoni taċċellera u tipprijoritizza l-varar tal-ETCS fl-iskemi ta' finanzjament tal-UE eżistenti u futuri;

61.  Jenfasizza l-importanza tal-lokkjaturi diġitali bħala stadju importanti ġdid għat-trawwim tad-diġitalizzazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jappoġġjaw dan il-varar;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-programm Shift2Rail bil-għan li tipprovdi żviluppi ulterjuri lejn netwerk ferrovjarju diġitali u tħaddim tal-ferroviji kompletament awtomatizzat, inkluż l-iżvilupp ta' standard ta' ATO fuq l-ETCS kif ukoll iċ-ċibersigurtà;

63.  Jenfasizza l-isfidi dejjem jikbru għall-mobilità urbana marbuta mal-konġestjoni, kif ukoll l-opportunitajiet offruti minn sistemi ta' trasport pubbliku awtomatizzati bbażati fuq il-ferrovija biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu u jappoġġjaw proġetti li jindirizzaw dawn l-isfidi permezz ta' innovazzjonijiet fit-trasport pubbliku awtomatizzat ibbażat fuq il-ferrovija;

Drittijiet tal-konsumaturi u kundizzjonijiet kompetittivi

64.  Jistieden lill-Kummissjoni toħloq regoli komprensivi li jistabbilixxu r-responsabbiltajiet u d-drittijiet tal-manifatturi, tas-sewwieqa u l-operaturi f'kull livell ta' awtomatizzazzjoni fil-modi kollha ta' trasport; jissottolinja li dawk ir-responsabbiltajiet jeħtieġ li jiġu kkomunikati lis-sewwieqa jew lill-operaturi b'mod ċar u mingħajr il-bżonn ta' spjegazzjoni permezz ta' ttikkettar kummerċjali jew forom oħra ta' komunikazzjoni; iqis li huwa essenzjali li jiġu żgurati s-sikurezza tal-vetturi u l-manutenzjoni regolari tagħhom tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jirrimarka r-rwol abilitanti ta' aċċess għas-suq ġust fir-rigward tad-data u r-riżorsi fil-vetturi għal partijiet ikkonċernati rilevanti f'dan ir-rigward;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistemi kollha f'vetturi awtonomi jitfasslu b'tali mod li jippermetti lis-sidien jew lill-utenti tal-vetturi jagħżlu b'mod liberu bejn fornituri tas-servizz kompetituri, mingħajr ma jiddependu unikament fuq is-servizzi offruti mill-manifattur tal-vettura;

66.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ggarantit aċċess ġust għas-suq għall-fornituri tas-servizzi awtomobilistiċi fiż-żona tal-manutenzjoni u t-tiswija tal-vetturi awtonomi; ifakkar li entitajiet ta' dan it-tip, b'mod partikolari l-manifatturi tal-partijiet u workshops żgħar u ċentri ta' servizz, huma element kompetittiv importanti fis-suq awtomobilistiku u għandhom impatt pożittiv fuq id-disponibbiltà u l-prezzijiet ta' dawn is-servizzi;

67.  Jinnota li f'suq diġitalizzat tas-servizzi awtomobilistiċi, l-aċċess dirett u f'waqtu għal data u funzjonijiet fil-vettura se jiddetermina jekk is-suq għal servizzi ta' mobilità awtomatizzata u kkombinata hux se jkun soġġett għal kompetizzjoni ġusta; ifakkar li l-operaturi indipendenti għandhom rwol importanti ħafna tul il-katina tal-provvista tal-karozzi;

68.  Ibassar li l-kompetizzjoni fis-suq uniku fl-industrija tas-servizzjar tal-vetturi awtonomi tista' titpoġġa f'riskju jekk il-manifatturi jagħmluha diffiċli għal sewwejja indipendenti biex jaċċessaw is-sistemi installati f'dawn il-vetturi; jenfasizza li dan is-segment tas-suq għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010(11);

69.  Jenfasizza li l-konsumaturi għandhom jiġu infurmati minn qabel dwar il-vetturi li jixtru u s-servizzi ta' tiswija li jistgħu jaċċessaw;

70.  Huwa tal-fehma li l-bidla għal vetturi awtomatizzati, minbarra l-impatt pożittiv tagħha fuq is-sikurezza fit-toroq, il-konsum tal-fjuwil, l-ambjent u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda fis-setturi tat-telekomunikazzjoni u dak tal-karozzi, tista' twassal ukoll għal telf ta' impjiegi fis-settur tat-trasport kif ukoll ikollha konsegwenzi negattivi fuq is-settur tal-assigurazzjoni, li jridu jiġu indirizzati malajr kemm jista' jkun biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel;

Riċerka u bżonnijiet edukattivi

71.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati teknoloġiji awtonomi ewlenin (eż. formalizzazzjoni u simulazzjonijiet tal-moħħ u l-konjizzjoni umana waqt is-sewqan, sistemi ta' perċezzjoni ambjentali u intelliġenza artifiċjali) fl-UE biex jinżamm il-pass tal-kompetizzjoni globali u jinħolqu impjiegi ġodda;

72.  Jenfasizza l-fatt li ladarba jkunu disponibbli fis-suq, il-vetturi awtomatizzati se jkollhom impatt kbir fuq id-distribuzzjoni u l-konsum tal-oġġetti; iqis għalhekk li hemm bżonn urġenti li jiġi vvalutat dan l-impatt u jiġu żgurati miżuri biex jappoġġjaw lis-setturi u lill-persuni affettwati;

73.  Jitlob biex ikun hemm inizjattivi li jidentifikaw u jindirizzaw il-kwistjonijiet ta' bidliet fil-provvista u fid-domanda tal-impjiegi fid-dawl tal-ħtieġa għal ħiliet ġodda u speċjalizzati kemm fil-produzzjoni tal-vetturi kif ukoll fl-użu professjonali permezz ta' rikonverżjoni edukattiva (pereżempju korsijiet, sessjonijiet ta' taħriġ), bil-għan li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn forom ġodda ta' mobilità;

74.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, biex tipproponi inizjattivi li jippromwovu l-ħiliet u l-edukazzjoni u t-taħriġ meħtieġa biex l-UE tinżamm fuq quddiem nett tas-settur tat-trasport awtonomu; jenfasizza li huwa importanti għall-Istati Membri li jqisu dawn ix-xejriet li qed jirriżultaw dan l-aħħar fil-programmi edukattivi tagħhom sabiex jirrispondu għall-ħtieġa ta' forza tax-xogħol bi kwalifiki u ħiliet għolja fis-setturi ta' trasport differenti;

75.  Ifakkar l-EUR 300 miljun iddedikati taħt Orizzont 2020 għal programmi ta' riċerka u innovazzjoni dwar vetturi awtomatizzati mill-2014 sal-2020 u jirrakkomanda li dawn il-programmi jitkomplew u jiġu estiżi għall-modi kollha tat-trasport fil-perjodu finanzjarju pluriennali li jmiss għall-2021-2027 (Orizzont Ewropa);

76.  Jenfasizza r-rwol importanti ta' riċerka kollaborattiva biex jiġi żgurat avvanz mgħaġġel tal-awtomatizzazzjoni tat-trasport bl-involviment tal-ekosistema tal-innovazzjoni sħiħa;

77.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Impriża Konġunta simili għal Shift2Rail għat-trasport ferrovjarju u CleanSky għall-industrija ajrunawtika, sabiex toħloq inizjattiva strateġika xprunata mill-industrija fir-rigward tat-trasport awtonomu, li għandha tkun ta' interess għaċ-ċittadini tal-UE, tagħmel sens kummerċjali sinifikanti, tingrana l-potenzjal ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-UE abbażi tal-kollaborazzjoni wiesgħa tal-isferi industrijali, pubbliċi u akkademiċi, u trawwem l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji b'mod armonizzat u interoperabbli, sabiex tinħoloq sistema tat-trasport multimodali globalment skalabbli għat-trasport awtonomu;

78.  Jenfasizza l-ħtieġa għal siti tal-ittestjar reali madwar l-UE sabiex jiġu ttestjati u żviluppati bir-reqqa teknoloġiji ġodda; iħeġġeġ lil kull wieħed mill-Istati Membri biex jinnomina, sal-2020, żoni urbani u ekstraurbani fejn vetturi ta' riċerka awtonomi jkunu jistgħu jiġu ttestjati f'kundizzjonijiet ta' traffiku reali, filwaqt li tiġi ssalvagwardjata s-sikurezza fit-toroq f'dawk iż-żoni u biex jiżgura l-ħolqien ta' oqfsa ta' ttestjar transkonfinali u interoperabbli tal-UE;

79.  Jirrimarka li ċerti ċittadini tal-UE esprimew nuqqas ta' fiduċja fil-mobilità awtomatizzata; jenfasizza għalhekk li l-leġiżlaturi jeħtiġilhom jindirizzaw id-dimensjoni teknika sabiex itejbu l-aċċettazzjoni pubblika f'dan ir-rigward; jitlob li jsir investiment f'riċerka estensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u dwar dimensjonijiet oħra tal-mobilità awtomatizzata;

80.  Jitlob li ssir riċerka estensiva dwar l-effetti fit-tul ta' trasport awtonomu fuq kwistjonijiet bħall-adattament tal-konsumatur, l-aċċettazzjoni mis-soċjetà, ir-reazzjonijiet fiżjoloġiċi, ir-rispons fiżiku u l-mobilità soċjali, it-tnaqqis tal-inċidenti u t-titjib tat-trasport inġenerali;

81.  Iħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-manifatturi tal-vetturi, il-fornituri tal-komponenti u s-servizzi tas-softwer u tad-disinn, kif ukoll l-Istati Membri u l-awtoritajiet involuti, biex jikkooperaw fit-trawwim tal-innovazzjoni, jiżguraw investiment f'infrastruttura adatta għal mobbiltà awtomatizzata, kemm fuq l-awtostradi u kemm fit-toroq tal-bliet, u jiffaċilitaw l-ittestjar transfruntier; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-investiment fl-aġġustament tal-infrastruttura tal-lum, fil-bini ta' infrastruttura ġdida u fit-titjib tal-konnettività tat-toroq Ewropej; jirrimarka li jista' jiġi osservat nuqqas ta' fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fis-sewqan awtomatizzat u li jeħtieġ li tiġi implimentata kampanja ta' sensibilizzazzjoni li tqawwi l-fiduċja tagħhom; jitlob li jsir investiment f'riċerka estensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u dwar id-dimensjoni etika ta' trasport awtonomu u konness;

o
o   o

82.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 307, 30.8.2018, p. 144.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0063.
(3) ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.
(4) COM(2018)0274.
(5) COM(2018)0286.
(6) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(7) ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29.
(8) ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.
(9) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 239.
(10) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(11) ĠU L 129, 28.5.2010, p. 52.


L-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I
PDF 170kWORD 56k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (COM(2017)0282 – C8-0172/2017 – 2017/0113(COD))
P8_TA(2019)0006A8-0193/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0282),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0172/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta' Diċembru 2017(1)

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0193/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.(3)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  L-użu ta' vetturi mikrija jista' jnaqqas l-ispejjeż ta' impriżi li jittrasportaw merkanzija f'isimhom jew f'isem ħaddieħor, u fl-istess ħin iżid il-flessibbiltà operattiva. Għalhekk, dan jista' jagħti kontribut għal żieda fil-produttività u fil-kompetittività tal-impriżi kkonċernati. Barra minn hekk, peress li hemm it-tendenza li l-vetturi mikrija jkunu inqas antiki mill-flotta medja, dawn ukoll ikunu aktar sikuri u jniġġsu inqas.
(2)  Dan l-użu ta' vetturi mikrija jista' jnaqqas l-ispejjeż ta' impriżi li jittrasportaw merkanzija f'isimhom jew f'isem ħaddieħor, u fl-istess ħin iżid il-flessibbiltà operattiva. Dan l-użu ta' vetturi mikrija jista' għaldaqstant jagħti kontribut għal żieda fil-produttività u fil-kompetittività tal-impriżi kkonċernati. Barra minn hekk, peress li hemm it-tendenza li l-vetturi mikrija jkunu inqas antiki mill-flotta medja, jista' jkun li dawn ikunu aktar sikuri u jniġġsu inqas.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Id-Direttiva 2006/1/KE ma tippermettix li l-impriżi jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi li jġib miegħu l-użu ta' vetturi mikrija. Dik id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jirrestrinġu l-użu mill-impriżi tagħhom ta' vetturi mikrija b'piż mgħobbi permissibbli massimu ta' mhux aktar minn sitt tunnellati għal operazzjonijiet tat-trasport f'isimhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jippermettu l-użu ta' vettura mikrija fuq it-territorji rispettivi tagħhom jekk il-vettura tkun ġiet irreġistrata jew tkun iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura.
(3)  Id-Direttiva 2006/1/KE ma tippermettix li l-impriżi jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi li jġib miegħu l-użu ta' vetturi mikrija. Dik id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jirrestrinġu l-użu, mill-impriżi stabbiliti fit-territorji tagħhom, ta' vetturi mikrija b'piż mgħobbi permissibbli massimu ta' mhux aktar minn sitt tunnellati għal operazzjonijiet tat-trasport f'isimhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri mhumiex obbligati jippermettu l-użu ta' vettura mikrija fit-territorji rispettivi tagħhom li tkun ġiet irreġistrata jew tkun iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jitħallewx jillimitaw, fit-territorji rispettivi tagħhom, l-użu ta' vettura mikrija minn impriża stabbilita b'mod dovut fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, dment li l-vettura tkun reġistrata u konformi mal-istandards tal-operat u r-rekwiżiti tas-sikurezza, jew tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru u awtorizzata topera mill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża responsabbli.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Il-livell ta' tassazzjoni fuq it-trasport bit-triq għadu jvarja b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri tal-Unjoni. Għaldaqstant, ċerti restrizzjonijiet, li jaffettwaw ukoll b'mod indirett il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-kiri ta' vetturi, jibqgħu ġustifikati sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fiskali. Bħala riżultat ta' dan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jillimitaw it-tul ta' żmien li fih vettura mikrija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża tista' tintuża fit-territorji rispettivi tagħhom.
(5)  Il-livell ta' tassazzjoni fuq it-trasport bit-triq għadu jvarja b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri tal-Unjoni. Għaldaqstant, ċerti restrizzjonijiet, li jaffettwaw ukoll b'mod indirett il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-kiri ta' vetturi, jibqgħu ġustifikati bl-iskop li jiġu evitati distorsjonijiet fiskali. Bħala riżultat ta' dan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jillimitaw, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u fit-territorji rispettivi tagħhom, it-tul ta' żmien li impriża stabbilita tista' tuża vettura mikrija rreġistrata jew imdaħħla fiċ-ċirkolazzjoni f'xi Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li dawn jitħallew jillimitaw ukoll l-għadd ta' tali vetturi li jkunu qegħdin jinkrew minn impriża stabbilita fit-territorji tagħhom.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Sabiex jiġu infurzati dawn il-miżuri, l-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura mikrija jenħtieġ li titniżżel fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment li qegħdin jiġu infurmati dwar l-użu ta' vettura li l-operatur ikun kera u li tkun irreġistrata jew iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru partikolari. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) għal dan il-għan.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)   Sabiex jinżammu l-istandards operattivi, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sikurezza u jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għas-sewwieqa, huwa importanti li t-trasportaturi jkollhom aċċess garantit għall-assi u infrastruttura ta' appoġġ dirett fil-pajjiż li fih iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni u tiddokumentahom f'rapport. Jenħtieġ li kull azzjoni futura f'dan il-qasam tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' dak ir-rapport.
(7)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni, u hija tiddokumentahom f'rapport mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li r-rapport iqis b'mod dovut l-impatt fuq is-sikurezza fit-toroq, fuq id-dħul mit-taxxa u fuq l-ambjent. Jenħtieġ li r-rapport jivvaluta wkoll kull ksur ta' din id-Direttiva, inklużi l-każijiet ta' ksur transkonfinali. Jenħtieġ li l-bżonn ta' azzjoni futura f'dan il-qasam jiġi kkunsidrat fid-dawl ta' dak ir-rapport.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt ii
Direttiva 2006/1/KE
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-vettura tkun irreġistrata jew tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet ta' Stat Membru;";
(a)  il-vettura tkun irreġistrata jew tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru, inklużi l-istandards operatorji u r-rekwiżiti tas-sikurezza;
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2006/1/KE
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b)  jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
imħassar
'1a. Meta l-vettura ma tkunx irreġistrata jew ma tiddaħħalx fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet tal-Istat Membru li fih tkun ġiet stabbilita l-impriża li tikri l-vettura, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw iż-żmien tal-użu ta' vettura mikrija fit-territorji rispettivi tagħhom. Madankollu, f'każijiet bħal dawn l-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-vettura għal mill-inqas erba' xhur fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari. ’
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2006/1/KE
Artikolu 3 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impriżi tagħhom ikunu jistgħu jużaw vetturi mikrija għat-trasport tal-merkanzija bit-triq taħt l-istess kundizzjonijiet applikabbli għall-vetturi li jkunu proprjetà tagħhom, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.
1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impriżi stabbiliti fit-territorji tagħhom ikunu jistgħu jużaw vetturi mikrija għat-trasport tal-merkanzija bit-triq taħt l-istess kundizzjonijiet applikabbli għall-vetturi li jkunu proprjetà tagħhom, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2006/1/KE
Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Meta l-vettura tkun irreġistrata jew titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-impriża jista':
(a)  jillimita ż-żmien ta' użu tal-vettura mikrija fit-territorju rispettiv tiegħu dment li jippermetti li l-vettura mikrija tintuża tal-inqas erba' xhur konsekuttivi fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari; f'dan il-każ jista' jiġi stipulat li l-kuntratt tal-kiri ma jdumx aktar mil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Istat Membru;
(b)  jillimita n-numru ta' vetturi mikrija li jistgħu jintużaw minn kwalunkwe impriża, dment li dawn jippermettu l-użu ta' tal-inqas għadd ta' vetturi li jikkorrispondi għal 25 % tal-flotta ġenerali tal-vetturi għat-trasport tal-merkanzija li jkunu proprjetà tal-impriża fil-31 ta' Diċembru tas-sena qabel it-talba għal awtorizzazzjoni; f'dan il-każ impriża li jkollha flotta ġenerali ta' aktar minn vettura waħda u inqas minn erba' vetturi, għandha tkun tista' tuża tal-inqas waħda minn dawn il-vetturi mikrija."
Emendi 28 u 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2006/1/KE
Artikolu 3 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  L-Istati Membri jistgħu jeskludu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 l-operazzjonijiet tat-trasport proprji li jsiru minn vetturi ta' piż mgħobbi totali permissibbli ta' aktar minn 6 tunnellati.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2006/1/KE
Artikolu 3a (ġdid)
(2 a)  jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej
"Artikolu 3a
1.  L-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni ta' vettura mikrija għandha titniżżel fir-reġistru elettroniku nazzjonali kif definit fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) 1071/2009*.
2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment ta' operatur li jiġu informati dwar l-użu ta' vettura li l-operatur ikun kera u li tkun irreġistrata jew iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru ieħor għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru partikolari.
3.  Il-kooperazzjoni amministrattiva prevista fil-paragrafu 2 għandha ssir permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012**.
__________________
* B'riferiment għall-Artikolu 16 tar-Regolament (Nru) 1071/2009 b'kont meħud tal-estensjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata kif propost mill-Kummissjoni.
** ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1."
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2006/1/KE
Artikolu 5a – paragrafu 1
Sa mhux aktar tard minn [OP: please insert the date calculated 5 years after the deadline for transposition of the Directive], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-użu tal-vetturi mikrija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali.
Sa mhux aktar tard minn [tliet snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-użu tal-vetturi mikrija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura. Ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-impatt fuq is-sikurezza fit-toroq u fuq id-dħul mit-taxxa, inklużi d-distorsjonijiet fiskali, u fuq l-infurzar tar-regoli tal-kabotaġġ f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1072/2009. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [OP: please insert the date calculated 18 months following the entry into force]. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet minnufih.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva sa ... [20 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet minnufih.

(1) ĠU C 129, 11.4.2018, p. 71.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta’ Ġunju 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0264).
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2019.


L-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet konklużi bejn l-UE u ċerti pajjiżi terzi ***I
PDF 136kWORD 57k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi (COM(2018)0206 – C8-0158/2018 – 2018/0101(COD))
P8_TA(2019)0007A8-0330/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0206),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0158/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-5 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0330/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tkun ippubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta klawżoli ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/287.)

ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUMMISSJONI

Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jaqblu dwar l-importanza ta' kooperazzjoni mill-qrib dwar l-implementazzjoni tal-Ftehimiet elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Frar 2019(1) li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, huma jaqblu li meta l-Parlament Ewropew jadotta rakkomandazzjoni biex jibda investigazzjoni ta' salvagwardja, il-Kummissjoni se teżamina bir-reqqa jekk ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet skont ir-Regolament għal inizjazzjoni ex officio. F'każ li l-Kummissjoni tqis li dawk il-kondizzjonijiet ma ġewx sodisfatti, hi ser tippreżenta rapport lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew li jkun jinkludi spjegazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti għall-inizjazzjoni ta' tali investigazzjoni.

(1) ĠU L 53, 22.2.2019, p. 1.


L-istabbiliment tal-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana ***I
PDF 227kWORD 70k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (COM(2018)0442 – C8-0261/2018 – 2018/0232(COD))(1)
P8_TA(2019)0008A8-0464/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Il-programm Dwana 2020 stabbilit taħt ir-Regolament (UE) Nru 1294/201318 u l-predeċessuri tiegħu, ikkontribwew b'mod sinifikanti biex jiffaċilitaw u jtejbu l-kooperazzjoni doganali. Bosta mill-attivitajiet fil-qasam doganali huma ta' natura transfruntiera, jinvolvu u jaffettwaw lill-Istati Membri kollha, u għalhekk ma jistgħux jitwettqu b'mod effettiv u effiċjenti mill-Istati Membri individwali. Programm Dwana fil-livell tal-Unjoni, implimentat mill-Kummissjoni, joffri lill-Istati Membri qafas tal-Unjoni biex jiżviluppaw dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, li jkun aktar kosteffiċjenti milli kieku kull Stat Membru kellu jistabbilixxi oqfsa ta' kooperazzjoni individwali fuq bażi bilaterali jew multilaterali. Għaldaqstant jixraq li tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam, jiġifieri l-programm Dwana.
(1)  Il-programm Dwana 2020, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1294/201318, u l-predeċessuri tiegħu, ikkontribwew b'mod sinifikanti biex jiffaċilitaw u jsaħħu l-kooperazzjoni doganali. Bosta mill-attivitajiet doganali huma ta' natura transfruntiera, jinvolvu u jaffettwaw lill-Istati Membri kollha, u għalhekk ma jistgħux jiġu implimentati b'mod effettiv u effiċjenti minn kull Stat Membru waħdu. Programm doganali għall-Unjoni kollha, implimentat mill-Kummissjoni, jipprovdi lill-Istati Membri qafas fil-livell tal-Unjoni biex jiżviluppaw dawn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, li jkun aktar kosteffikaċi milli kieku kull Stat Membru kellu jistabbilixxi l-qafas ta' kooperazzjoni individwali tiegħu fuq bażi bilaterali jew multilaterali. Il-programm doganali għandu wkoll rwol essenzjali fis-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri billi jiżgura l-ġbir effettiv tad-dazji doganali u b'hekk jirrappreżenta sors importanti ta' dħul għall-baġits tal-Unjoni u dawk nazzjonali, ukoll billi jiffoka fuq il-bini tal-kapaċità tal-IT u żieda fil-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana. Barra minn hekk, kontrolli armonizzati u standardizzati huma neċessarji sabiex jiġu segwiti l-flussi transfruntiera illegali tal-oġġetti u tiġi miġġielda l-frodi. Għaldaqstant ikun xieraq u fl-interess tal-effiċjenza li tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam, jiġifieri l-programm "Dwana" ("il-Programm").
__________________
__________________
18 Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209.
18 Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  L-unjoni doganali, li ġiet implimentata mill-awtoritajiet doganali nazzjonali, ilha 50 sena sservi bħala pedament tal-Unjoni, waħda mill-akbar blokok kummerċjali fid-dinja. L-unjoni doganali hija eżempju sinifikanti ta' integrazzjoni ta' suċċess tal-Unjoni u hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 intitolata "Il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020", esprima tħassib partikolari rigward il-frodi doganali. Unjoni aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss jekk tiġi pprovduta b'mezzi finanzjarji msaħħa, b'appoġġ kontinwu għall-politiki eżistenti, u b'aktar riżorsi.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  L-unjoni doganali evolviet b'mod konsiderevoli fl-aħħar ħamsin sena u l-amministrazzjonijiet doganali issa jwettqu b'suċċess varjetà wiesgħa ta' kompiti fil-fruntieri. Filwaqt li jaġixxu flimkien, huma jaħdmu biex jiffaċilitaw il-kummerċ u jnaqqsu l-burokrazija żejda, jiġbru d-dħul għall-baġits nazzjonali u tal-Unjoni u jipproteġu lill-pubbliku kontra theddid terroristiku, tas-saħħa, ambjentali u theddid ieħor. B'mod partikolari, bl-introduzzjoni ta' Qafas Komuni ta' Ġestjoni tar-Riskju fl-UE kollha u kontrolli doganali tal-movimenti ta' ammonti kbar ta' flus kontanti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, id-dwana tkun minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Minħabba dak il-mandat wiesa', id-dwana issa hija b'mod effettiv l-awtorità ewlenija għall-kontroll tal-oġġetti fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. F'dan l-isfond, jenħtieġ li Programm Dwana ma jkoprix biss il-kooperazzjoni doganali iżda jestendi l-appoġġ tiegħu għall-missjoni tal-awtoritajiet doganali ġenerali, kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jiġifieri, is-superviżjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tas-suq intern, tal-politika kummerċjali komuni u ta' politiki komuni oħra tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, kif ukoll is-sigurtà fil-katina tal-provvista. Għaldaqstant, il-bażi ġuridika se tkopri l-kooperazzjoni doganali (Artikolu 33 tat-TFUE), is-suq intern (Artikolu 114 tat-TFUE) u l-politika kummerċjali (Artikolu 207 tat-TFUE).
(2)  L-unjoni doganali evolviet b'mod konsiderevoli fl-aħħar ħamsin sena, u l-amministrazzjonijiet doganali issa qegħdin iwettqu b'suċċess firxa wiesgħa ta' kompiti fil-fruntieri. Filwaqt li jaħdmu flimkien, huma jistinkaw biex jiffaċilitaw il-kummerċ etiku u ġust u jnaqqsu l-burokrazija, jiġbru d-dħul għall-baġits nazzjonali u tal-Unjoni, u jgħinu jipproteġu lill-popolazzjoni kontra theddid terroristiku, tas-saħħa u ambjentali, kif ukoll theddid ieħor. B'mod partikolari, bl-introduzzjoni ta' qafas komuni19 għall-ġestjoni tar-riskju doganali fil-livell tal-Unjoni u bil-kontroll fuq ammonti kbar ta' flussi ta' flus għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-awtoritajiet doganali huma minn ta' quddiem nett fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-kompetizzjoni inġusta. Minħabba l-mandat estensiv tagħhom, l-awtoritajiet doganali issa huma tassew l-awtoritajiet prinċipali għall-kontroll tal-merkanzija fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-programm Dwana ma jkoprix biss il-kooperazzjoni doganali iżda jagħti wkoll appoġġ għall-missjoni doganali usa' prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jiġifieri s-sorveljanza tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tas-suq intern, tal-politika kummerċjali komuni u ta' politiki komuni oħra tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, kif ukoll is-sigurtà fil-katina tal-provvista. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-bażi ġuridika ta' dan ir-Regolament tkopri l-kooperazzjoni doganali (Artikolu 33 tat-TFUE), is-suq intern (Artikolu 114 tat-TFUE) u l-politika kummerċjali (Artikolu 207 tat-TFUE).
__________________
__________________
19 https://ec.europa.eu/taxation_customs/general-information-customs/customs-risk-management/measures-customs-risk-management-framework-crmf_en
19 https://ec.europa.eu/taxation_customs/general-information-customs/customs-risk-management/measures-customs-risk-management-framework-crmf_en
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Fl-isforz biex jipprovdi qafas għall-azzjonijiet li għandu l-għan li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali, jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi biex jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha; jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali filwaqt li jappoġġa attività kummerċjali leġittima; jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza tal-Unjoni u tar-residenti tagħha; u jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, sabiex in-negozji u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal sħiħ tas-suq intern u tal-kummerċ globali.
(3)  Il-Programm jenħtieġ li, bħala objettiv ġenerali, jassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni billi jipprovdi qafas għall-azzjonijiet li għandu l-għan li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali bl-objettiv fit-tul li l-amministrazzjonijiet doganali kollha fl-Unjoni jaħdmu flimkien kemm jista' jkun mill-qrib; jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali filwaqt li jappoġġa attività kummerċjali leġittima; jipproteġi lill-Unjoni minn prattiki kummerċjali illegali, filwaqt li jħeġġeġ lill-attivitajiet ta' negozju leġittimi, jiggarantixxi s-sigurtà u s-sikurezza tal-Unjoni u tar-residenti tagħha u b'hekk itejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur; u jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, sabiex in-negozji u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal sħiħ tas-suq intern u tal-kummerċ dinji.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Kif sar evidenti li xi wħud mis-sistemi msemmija fl-Artikolu 278 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jistgħu jintużaw biss parzjalment sal-31 ta' Diċembru 2020, u dan jimplika li s-sistemi mhux elettroniċi se jkomplu jintużaw wara dik id-data, u fin-nuqqas ta' emendi leġiżlattivi li jestendu dik l-iskadenza, il-kumpaniji u l-awtoritajiet doganali mhux se jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet u l-obbligi legali tagħhom fir-rigward tal-operazzjonijiet doganali, wieħed mill-objettivi speċifiċi ewlenin tal-Programm jenħtieġ li jkun li jassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu tali sistemi elettroniċi.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  Il-ġestjoni u l-kontroll doganali huma qasam politiku dinamiku, li qed jiffaċċja sfidi ġodda ġġenerati minn mudelli ta' negozju u ktajjen ta' provvista globali li qed jevolvu b'mod kostanti, kif ukoll minn xejriet tal-konsum li qed jinbidlu u d-diġitalizzazzjoni, bħall-kummerċ elettroniku, inkluż l-internet tal-oġġetti, l-analitika tad-data, l-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġija blockchain. Il-Programm għandu jappoġġa l-ġestjoni doganali f'sitwazzjonijiet bħal dawn u jippermetti l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi. Sfidi bħal dawn ikomplu jenfasizzaw il-ħtieġa li tiġi infurzata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-ħtieġa għal interpretazzjoni u implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali. Meta l-finanzi pubbliċi jkunu taħt pressjoni, il-volum taż-żidiet fil-kummerċ dinji u l-frodi u l-kuntrabandu joħolqu tħassib dejjem akbar; Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiġu indirizzati dawk l-isfidi.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 3c (ġdida)
(3c)  Sabiex tiġi żgurata l-ogħla effiċjenza u jiġu evitati duplikazzjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkoordina l-implimentazzjoni tal-Programm ma' programmi u fondi relatati tal-Unjoni. Dawn jinkludu, b'mod partikolari, il-Programm Fiscalis, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi u l-Programm tas-Suq Uniku, kif ukoll il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, il-Programm ta' Appoġġ għar-Riformi, il-Programm Ewropa Diġitali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-regolamenti u l-miżuri ta' implimentazzjoni.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 3d (ġdida)
(3d)  Fir-rigward tal-ħruġ potenzjali tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-pakkett finanzjarju ta' dan il-Programm ma jqisx il-kostijiet li jirriżultaw mill-iffirmar tal-ftehim dwar il-ħruġ imminenti tar-Renju Unit mill-Unjoni u r-relazzjoni futura potenzjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni. L-iffirmar ta' dak il-ftehim, id-diżimpenn tar-Renju Unit mis-sistemi doganali kollha u minn kull forma ta' kooperazzjoni doganali eżistenti, u l-iskadenza tal-obbligi legali f'dan il-qasam, jistgħu jwasslu għal kostijiet addizzjonali li ma jistgħux ikunu stmati bl-eżatt dakinhar li jinħoloq dan il-Programm. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li tirriżerva biżżejjed riżorsi biex tħejji għal dawk il-kostijiet potenzjali. Madankollu, jenħtieġ li dawk il-kostijiet ma jkunux koperti mill-pakkett tal-Programm, peress li l-baġit previst fil-Programm se jkun biżżejjed biss biex ikopri l-kostijiet li jistgħu jkunu previsti realistikament dakinhar li jinħoloq il-Programm.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Sabiex jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni u ta' assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni kemm tal-pajjiżi aderenti u tal-pajjiżi kandidati kif ukoll tal-kandidati potenzjali u tal-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Jista' jkun miftuħ ukoll għal pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi li jkopru l-parteċipazzjoni tagħhom għal kwalunkwe programm tal-Unjoni.
(5)  Sabiex jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni u ta' assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni kemm tal-pajjiżi aderenti u tal-pajjiżi kandidati kif ukoll tal-kandidati potenzjali u tal-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Jista' jkun miftuħ ukoll għal pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet previsti fi ftehimiet speċifiċi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi kkonċernati dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, jekk tali parteċipazzjoni tkun fl-interess tal-Unjoni u jkollha impatt pożittiv fuq is-suq intern mingħajr ma taffettwa l-ħarsien tal-konsumatur.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) [2018/XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju") japplika għal dan l-Istrument. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u rimborżi ta' esperti esterni.
(6)  Jenħtieġ li l-Programm ikun kopert mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju"). Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u rimborżi ta' esperti esterni.
__________________
__________________
21 COM(2016) 605 final
21 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Dwana 2020 wrew li kienu adegwati u għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu. Sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti. Jenħtieġ li l-programm Dwana jippromwovi u jappoġġa wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tad-dwana, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.
(7)  L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Dwana 2020 u li wrew li kienu adegwati għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu, filwaqt li oħrajn li wrew li ma kinux adegwati jenħtieġ li jitwaqqfu. Sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti. Jenħtieġ li l-Programm jippromwovi u jappoġġa wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tad-dwana, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Ir-Regolament [2018/XXX] jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, Strument għat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali22 ("Strument CCE"). Sabiex tiġi ppreservata l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni kollha relatati mad-dwana u mat-tagħmir ta' kontroll doganali, jixraq li dawn kollha jiġu implimentati taħt att legali u sett ta' regoli wieħed, jiġifieri dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istrument CCE jappoġġa biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli filwaqt li dan il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet relatati l-oħra kollha, bħal azzjonijiet ta' kooperazzjoni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tat-tagħmir jew, fejn ikun xieraq, taħriġ fir-rigward tat-tagħmir mixtri.
(8)  Ir-Regolament [2018/XXX] jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, Strument għat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali22 ("Strument CCE"). Sabiex tiġi ppreservata l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni kollha relatati mad-dwana u mat-tagħmir ta' kontroll doganali, jixraq li dawn kollha jiġu implimentati taħt att legali u sett ta' regoli wieħed, liema att u regoli jkunu dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istrument CCE jappoġġa biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli, filwaqt li dan il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet relatati l-oħra kollha, bħal azzjonijiet ta' kooperazzjoni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tat-tagħmir jew, fejn ikun xieraq, taħriġ fir-rigward tat-tagħmir mixtri.
_________________
_________________
22 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tistabbilixxi l-istrument għal appoġġ finanzjarju għat-tagħmir tal-kontroll doganali
22 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tistabbilixxi l-istrument għal appoġġ finanzjarju għat-tagħmir tal-kontroll doganali
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Meta titqies l-importanza tal-globalizzazzjoni, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Dawk l-esperti esterni jenħtieġ li jkunu prinċipalment rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke minn pajjiżi terzi mhux assoċjati, kif ukoll rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, tal-operaturi ekonomiċi jew tas-soċjetà ċivili.
(10)  Meta titqies l-importanza tal-globalizzazzjoni, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprevedi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Dawk l-esperti esterni jenħtieġ li jkunu prinċipalment rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke minn pajjiżi terzi mhux assoċjati, kif ukoll akkademiċi u rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, tal-operaturi ekonomiċi jew tas-soċjetà ċivili.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  B'konformità mal-impenn tal-Kummissjoni biex tiżgura l-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta' finanzjament, stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE23", jenħtieġ li r-riżorsi jinqasmu ma' strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni jekk l-azzjonijiet previsti taħt il-Programm ikollhom għanijiet li huma komuni għal diversi strumenti ta' finanzjament, bl-esklużjoni tal-finanzjament doppju. Jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt il-Programm jiżguraw il-koerenza fl-użu tar-riżorsi tal-Unjoni li jappoġġaw l-unjoni doganali u l-awtoritajiet doganali.
(11)  B'konformità mal-impenn tal-Kummissjoni biex tiżgura l-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta' finanzjament, stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE23, jenħtieġ li r-riżorsi jinqasmu ma' strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni jekk l-azzjonijiet previsti taħt il-Programm ikollhom għanijiet li huma komuni għal diversi strumenti ta' finanzjament, fid-dawl tal-fatt li l-ammont allokat għal dan il-programm huwa kkalkulat mingħajr ma jitqiesu l-ispejjeż mhux mistennija, bl-esklużjoni tal-finanzjament doppju. Jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt il-Programm jiżguraw il-koerenza fl-użu tar-riżorsi tal-Unjoni li jappoġġaw l-unjoni doganali u l-awtoritajiet doganali.
__________________
__________________
23 COM(2010)700 final
23 COM(2010)700 final
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)   Ix-xiri ta' softwer li jkun meħtieġ biex jitwettqu kontrolli stretti fuq il-fruntiera jenħtieġ li jkun eliġibbli għal finanzjament skont dan il-Programm; Barra minn hekk, jenħtieġ li jitħeġġeġ softwer li jkun jista' jintuża fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw il-biċċa l-kbira tal-baġit taħt il-Programm. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.
(12)  L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw il-biċċa l-kbira tal-baġit taħt il-Programm. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-koordinazzjoni ta' azzjonijiet ta' bini tal-kapaċitajiet tal-IT, il-Programm jipprevedi li l-Kummissjoni tiżviluppa u taġġorna Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana ("MASP-C"), bl-għan li jinħoloq ambjent elettroniku li jiżgura l-konsistenza u l-interoperabbiltà tas-sistemi doganali fl-Unjoni.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  F'konformità mas-sejbiet li jinsabu fiż-żewġ rapporti speċjali adottati riċentement mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-qasam tad-dwana, jiġifieri r-rapport speċjali Nru 19/2017 tal-5 ta' Diċembru 2017 bit-titolu "Proċeduri ta' importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE", u r-rapport speċjali Nru 26/2018 tal-10 ta' Ottubru 2018 bit-titolu "Bosta dewmien fis-Sistemi tal-IT doganali: x'mar ħażin?", l-azzjonijiet imwettqa fi ħdan il-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana jenħtieġ li jkollhom l-għan li jindirizzaw in-nuqqasijiet indikati.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 14b (ġdida)
(14b)  Fl-4 ta' Ottubru 2018, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi doganali u l-protezzjoni tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Il-konklużjonijiet li jinsabu f'dik ir-riżoluzzjoni jenħtieġ li jitqiesu matul l-azzjonijiet implimentati fil-qafas tal-Programm.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jilħqu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom sħaħ, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(20)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jilħqu l-aqwa riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom sħaħ, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali , jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza fi ħdan l-Unjoni u jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali, filwaqt li jiffaċilita attività kummerċjali leġittima.
1.  Bil-għan li jintlaħaq l-għan fit-tul li l-amministrazzjonijiet doganali kollha fl-Unjoni jaħdmu flimkien kemm jista' jkun mill-qrib, u sabiex jiggarantixxu s-sigurtà u s-sikurezza tal-Istati Membri u jipproteġu l-Unjoni kontra l-frodi, il-prattiki kummerċjali inġusti u illegali, u fl-istess ħin, jippromwovu attivitajiet kummerċjali leġittimi u livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  Il-Programm għandu l-għan speċifiku li jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni u tal-politika doganali kif ukoll il-kooperazzjoni doganali u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza umana, u l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej.
2.  Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
(1)   li jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni u tal-politika doganali kif ukoll il-kooperazzjoni doganali;
(2)  li jassisti fil-bini tal-kapaċità tal-IT, li jikkonsisti fl-iżvilupp, iż-żamma u l-operat tas-sistemi elettroniċi kif imsemmi fl-Artikolu 278 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, u jippermetti tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn ambjent u kummerċ mingħajr karti skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;
(3)  li jiffinanzja azzjonijiet konġunti, li jikkonsistu f'mekkaniżmi ta' kooperazzjoni li jippermettu lill-uffiċjali jwettqu attivitajiet operattivi konġunti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet ewlenin tagħhom, jaqsmu l-esperjenza u jgħaqqdu l-isforzi biex iwasslu politika doganali;
(4)  li jsaħħaħ il-kompetenzi umani, jappoġġa l-ħiliet professjonali tal-uffiċjali tad-dwana u jingħataw is-setgħa li jwettqu r-rwol tagħhom fuq bażi uniformi;
(5)  li jappoġġa l-innovazzjoni fil-qasam tal-politika doganali.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-programm għandu jkun konsistenti ma' programmi ta' azzjoni u fondi oħra tal-Unjoni b'għanijiet simili f'oqsma relatati u jisfrutta kwalunkwe sinerġija magħhom.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  L-implimentazzjoni tal-Programm għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2c (ġdid)
2c.  Il-Programm għandu jappoġġa wkoll l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali bl-għan li jidentifika nuqqasijiet u titjib possibbli.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 950 000 000 fi prezzijiet kurrenti.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 842 844 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 950 000 000 fi prezzijiet kurrenti).
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm.
2.  Fejn ikun meħtieġ u ġġustifikat b'mod xieraq, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu u tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni indirizzati lill-Istati Membri u lill-operaturi ekonomiċi min-naħa tal-Kummissjoni, sa fejn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm, dment li tali attivitajiet jkunu meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-Programm.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-programm ma għandux jintuża biex ikopri l-kostijiet relatati mal-ħruġ potenzjali tar-Renju Unit mill-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tirriżerva, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha stess, riżorsi sabiex tkopri l-kostijiet relatati mad-diżimpenn tar-Renju Unit mis-sistemi doganali u l-kooperazzjoni kollha tal-Unjoni, u l-iskadenza tal-obbligi legali tagħha f'dan il-qasam.
Qabel ma tirriżerva dawk ir-riżorsi, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-kostijiet potenzjali, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew ladarba d-data rilevanti għal dik l-istima tkun disponibbli.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja
(c)  pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – inċiż 2
–  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu [21(5)] tar-Regolament [2018/XXX] [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid];
–  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  L-azzjonijiet li jikkomplementaw jew li jappoġġaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [2018/XXX] [strument CCE] għandhom ikunu wkoll eliġibbli għal finanzjament taħt dan il-Programm.
2.  L-azzjonijiet li jikkomplementaw jew li jappoġġaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [2018/XXX] [strument CCE] u/jew li jikkomplementaw jew jappoġġaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) [2018/XXX] [Programm Kontra l-Frodi] għandhom ikunu wkoll eliġibbli għal finanzjament taħt dan il-Programm.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  kollaborazzjoni strutturata bbażata fuq il-proġetti;
(b)  kollaborazzjoni strutturata bbażata fuq il-proġetti, bħall-iżvilupp kollaborattiv tal-IT minn grupp ta' Stati Membri;
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  azzjonijiet ta' bini tal-kompetenza u tal-kapaċità umana;
(d)  azzjonijiet ta' bini tal-kompetenza u tal-kapaċità umana, fosthom taħriġ u skambju tal-aħjar prattiki;
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e – punt 3a (ġdid)
(3a)   attivitajiet ta' monitoraġġ; 
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4
4.  L-azzjonijiet li jikkonsistu fl-iżvilupp u l-operat ta' adattamenti jew ta' estensjonijiet tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament meta jkunu ta' interess għall-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa, li jistgħu jipprevedu għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-partijiet terzi kkonċernati minn dawn l-azzjonijiet.
4.  L-azzjonijiet li jikkonsistu fl-iżvilupp, l-iskjerament, iż-żamma u l-operat ta' adattamenti jew ta' estensjonijiet tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament meta jkunu ta' interess għall-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa, li jistgħu jipprevedu għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-partijiet terzi kkonċernati minn dawn l-azzjonijiet.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Jekk ikunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke dawk minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm skont l-Artikolu 5, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' organizzazzjonijiet oħra rilevanti, tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili, jistgħu jieħdu sehem bħala esperti esterni għall-azzjonijiet organizzati taħt il-Programm.
1.  Jekk ikunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke dawk minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm skont l-Artikolu 5, l-akkademiċi u r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' organizzazzjonijiet oħra rilevanti, tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili, jistgħu jieħdu sehem bħala esperti esterni għall-azzjonijiet organizzati taħt il-Programm.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien rilevanti tagħhom għall-azzjoni speċifika, u b'tali mod li jiġi evitat kull kunflitt ta' interess.
3.  L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni abbażi tal-kompetenza, l-esperjenza fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-għarfien rilevanti tagħhom fir-rigward tal-azzjoni speċifika li tkun qed tittieħed, u b'tali mod li jiġi evitat kull kunflitt ta' interess. Fl-għażla għandu jintlaħaq bilanċ bejn rappreżentanti tan-negozju u esperti oħra tas-soċjetà ċivili, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-lista tal-esperti esterni għandha tiġi ppubblikata u aġġornata regolarment.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  L-għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
1.  L-għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju, u speċifikament skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza, il-proporzjonalità, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament indaqs.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  B'deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, il-Programm jista' jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli ta' azzjoni.
1.  B'deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, il-Programm jista' jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli ta' azzjoni, skont ir-rilevanza tal-azzjoni u l-impatt stmat.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-operat, inkluż it-tfassil, l-ispeċifikazzjoni, l-ittestjar tal-konformità, l-użu, iż-żamma, l-evoluzzjoni, is-sigurtà, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità tas-sistemi elettroniċi Ewropej elenkati fil-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fl-Artikolu 12.
1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej elenkati fil-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fl-Artikolu 12, inkluż it-tfassil tagħha, l-ispeċifikazzjoni, l-ittestjar tal-konformità, l-użu, iż-żamma, l-evoluzzjoni, il-modernizzazzjoni tas-sigurtà, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-koordinazzjoni ġenerali tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb tal-operabbiltà, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu u l-implimentazzjoni sinkronizzata tagħhom;
(b)  il-koordinazzjoni ġenerali tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb tal-operabbiltà, iċ-ċiberreżiljenza, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu u l-implimentazzjoni sinkronizzata tagħhom;
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – pun ea (ġdid)
(ea)   komunikazzjoni effiċjenti u rapida mal-Istati Membri u bejniethom, bl-għan li tiġi simplifikata l-governanza tas-sistemi elettroniċi tal-Unjoni;
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)
(eb)   komunikazzjoni f'waqtha u trasparenti mal-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT fil-livelli tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari dwar dewmien fl-implimentazzjoni u l-infiq tal-komponenti tal-Unjoni u dawk nazzjonali. 
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt d
(d)  il-provvista regolari ta' informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex l-awtoritajiet jew l-operaturi ekonomiċi rispettivi tagħhom ikunu jistgħu jużaw bis-sħiħ is-sistemi elettroniċi Ewropej;
(d)  l-għoti ta' informazzjoni regolari lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex l-awtoritajiet jew l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ u effikaċi mis-sistemi elettroniċi Ewropej;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana li jelenka l-kompiti kollha rilevanti għall-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej u tikklassifika kull sistema jew parti minnha, bħala:
1.  Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna Pjan Strateġiku Pluriennali għall-qasam tad-dwana li jelenka l-kompiti kollha rilevanti għall-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej u jikklassifika kull sistema jew parti minnha bħala:
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a
(a)  komponent komuni: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell tal-Unjoni, li huwa disponibbli għall-Istati Membri kollha jew identifikat bħala komuni mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' effiċjenza, sigurtà u razzjonalizzazzjoni;
a)  komponent komuni: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell tal-Unjoni, li huwa disponibbli għall-Istati Membri kollha jew identifikat bħala komuni mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' effiċjenza, sigurtà tar-razzjonalizzazzjoni u affidabbiltà;
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b
(b)  komponent nazzjonali: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell nazzjonali, li huwa disponibbli fl-Istat Membru li ħoloq dan il-komponent jew li kkontribwixxa għall-ħolqien konġunt tiegħu;
(b)  komponent nazzjonali: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell nazzjonali, li huwa disponibbli fl-Istat Membru li ħoloq dan il-komponent jew li kkontribwixxa għall-ħolqien konġunt tiegħu, bħal pereżempju fi proġett ta' żvilupp kollaborattiv tal-IT minn grupp ta' Stati Membri;
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull darba li jlestu kompitu allokat lilhom taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fil-paragrafu 1. Dawn għandhom ukoll jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-kompiti tagħhom.
3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull darba li jlestu kompitu allokat lilhom taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar id-Dwana msemmi fil-paragrafu 1. Dawn għandhom ukoll jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-kompiti tagħhom u, fejn ikun applikabbli, dwar dewmien previst fl-implimentazzjoni tagħhom.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
5.  Abbażi tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 4 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport konsolidat li jivvaluta l-progress magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 u tippubblika dak ir-rapport.
5.  Abbażi tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 4 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport konsolidat li jivvaluta l-progress magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li jinkludi informazzjoni dwar l-adattamenti meħtieġa jew dewmien tal-pjan, u tippubblika dak ir-rapport.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju.
1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma b'mod partikolari għandhom jistabbilixxu l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta' finanzjament. Huma għandhom jistabbilixxu wkoll fid-dettall deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda taż-żmien indikattiva tal-implimentazzjoni. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew fejn applikabbli.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).
2.  Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni u jiġu komunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jibni fuq it-tagħlimiet miksuba mill-programmi preċedenti.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, huma stabbiliti fl-Anness 2.
1.  F'konformità mar-rekwiżit ta' rapportar tagħha skont il-punt (h) tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Programm. Ir-rapportar dwar il-prestazzjoni għandu jinkludi informazzjoni kemm dwar kemm il-progress kif ukoll dwar in-nuqqasijiet.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ħalli temenda l-Anness 2, biex fejn jitqies meħtieġ jiġu riveduti jew ikkumplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.
2.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-prestazzjoni tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness 2. Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ħalli temenda l-Anness 2, biex fejn jitqies meħtieġ jiġu riveduti jew ikkumplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jingħataw informazzjoni aġġornata, kemm kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva, dwar il-prestazzjoni tal-Programm.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.
3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Programm ikunu komparabbli u kompluti kif ukoll miġbura b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat u rilevanti fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni affidabbli dwar il-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni użata.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq malli jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   L-evalwazzjoni interim għandha tippreżenta s-sejbiet meħtieġa sabiex tittieħed deċiżjoni dwar segwitu għall-Programm lil hinn mill-2027 u l-għanijiet tiegħu.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.
3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Programm.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 15 − paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta u tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u l-lezzjonijiet miksuba, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm b'deċiżjoni taħt il-ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm b'deċiżjoni taħt il-ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF u l-UPPE, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/19391b dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)1b.
__________________
1a Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
1b Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà massima tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-Programm, l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u r-riżultati miksuba mill-azzjonijiet iffinanzjati. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni istituzzjonali dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0464/2018).


Emenda tal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment *
PDF 114kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018 – C8-0464/2018 – 2018/0811(CNS))
P8_TA(2019)0009A8-0476/2018

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Kunsill biex jemenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0464/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0476/2018),

1.  Japprova l-proposta;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-parlamenti nazzjonali.


L-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew
PDF 188kWORD 67k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew (2018/2162(INI))
P8_TA(2019)0010A8-0429/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jistabbilixxu l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi bħala valur ewlieni tal-Unjoni,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li fiha dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prinċipju orizzontali tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-Artikolu 6 tat-TUE jirrikonoxxi li l-Karta għandha l-istess valur ġuridiku tat-Trattati;

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tal-1979,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) tal-11 ta' Mejju 2011,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2016 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa(1),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, id-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing +5 (2000), Beijing +10 (2005) u Beijing +15 (2010) u d-dokument ta' eżitu tal-konferenza ta' rieżami Beijing +20,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009(2), tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2010(3), tat-13 ta' Marzu 2012 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2011(4), u tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013(5), u tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea 2014-2015(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2003 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza tal-ġeneri fil-Parlament Ewropew(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2007 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fix-xogħol tal-Kumitati(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2009 dwar l-appoġġ integrat għat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-qafas tal-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-relazzjonijiet barranin tal-UE u fil-konsolidazzjoni tal-paċi u tal-istrutturi tal-Istat(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2012 dwar in-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2016 dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tal-Parlament Ewropew(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar miżuri biex jiġu evitati u miġġielda l-mobbing u l-fastidju sesswali fil-post tax-xogħol, fl-ispazji pubbliċi, u fil-ħajja politika fl-UE(16),

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68(17),

–  wara li kkunsidra l-fuljett dwar in-Nisa fil-Parlament Ewropew tal-2018,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2017 dwar ir-Riżorsi Umani tal-Parlament Ewropew, ippubblikat f'Awwissu 2018,

–  wara li kkunsidra il-linji gwida dwar l-użu ta' lingwa newtrali fir-rigward tas-sessi fil-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' Dimitrios Papadimoulis, Viċi President tal-Parlament Ewropew u President tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità, lill-Bureau tal-Parlament Ewropew bit-titlu "L-Ugwaljanza bejn is-Sessi fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew - il-qagħda attwali u l-prospetti 2017-2019", adottat fil-laqgħa tal-Bureau tas-16 ta' Jannar 2017,

–  wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali 2017-2019 għall-implimentazzjoni tar-rapport bit-titlu "L-Ugwaljanza bejn is-Sessi fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew - il-qagħda attwali u l-prospetti 2017-2019",

–  wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diversità fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew għall-perjodu 2014-2019,

–  wara li kkunsidra l-mandat tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tiegħu dwar l-ugwaljanza għall-membri tal-bord ta' għażla,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2017 bit-titlu "Ambjent ta' xogħol aqwa għal kulħadd: minn opportunitajiet indaqs lejn id-diversità u l-inklużjoni "(C(2017)5300)(18) u l-Karta dwar id-Diversità u l-Inklużjoni tagħha(19),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titlu "Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019" (SWD(2015)0278)(20),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Kunsill tal-Ewropa għall-2018-2023(21),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2013 dwar l-integrazzjoni tas-sessi, annessa mar-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 mehmuża mal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)(22),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Unjoni Interparlamentari tal-2011 bit-titolu "Gender-sensitive Parliaments: A Global Review for Good Practice" (Parlamenti Sensittivi għall-Perspettiva tal-Ġeneri: Rieżami Globali ta' Prattika Tajba), ippubblikat fl-2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0429/2018),

A.  billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi huwa valur fundamentali tal-UE, u huwa minqux fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jiddikjara li l-Unjoni Ewropea għandha, permezz tal-attivitajiet kollha tagħha, tfittex li telimina l-inugwaljanzi, tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiġġieled id-diskriminazzjoni meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha;

B.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'mod ġenerali, tikkostitwixxi element ċentrali tll-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-funzjonament tad-demokrazija, l-osservanza tal-istat tad-dritt, it-tkabbir ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u s-sostenibbiltà, u l-integrazzjoni ta' dimensjoni tal-ġeneru hija rilevanti għall-oqsma kollha ta' politika ta' kompetenza tal-UE;

C.  billi d-dritt għall-ugwaljanza u l-garanzija tan-nondiskriminazzjoni huma prinċipji fundamentali li jirdfu l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tfisser li jiġu indirizzati d-drittijiet, il-perspettivi u l-benesseri tan-nisa, tal-bniet, tal-persuni LGBTIQ u persuni ta' kull identità tal-ġeneru;

D.  billi l-progress biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE mhuwiex biss staġnat fl-Unjoni kollha, iżda qed iġarrab ukoll rigressi sinifikanti f'xi Stati Membri;

E.  billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul tenfasizza l-importanza li jinbidlu l-mentalitajiet u l-attitudnijiet sabiex noħorġu mill-perpetwità tal-forom kollha ta' vjolenza sessista; billi l-edukazzjoni fil-livelli kollha, u għall-persuni tal-etajiet kollha, dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, dwar ir-rwoli tas-sessi mhux sterjotipati u dwar ir-rispett għall-integrità personali, hija għalhekk meħtieġa f'dan ir-rigward;

F.  billi mhux qed jiġu allokati biżżejjed fondi u riżorsi umani biex jiġi żgurat progress reali fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki, il-programmi, l-inizjattivi u l-azzjonijiet tal-Parlament;

G.  billi l-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija komposta minn nisa u irġiel f'proporzjonijiet ugwali, iżda l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew turi rappreżentanza baxxa tan-nisa minħabba li 36,1 % biss tal-Membri tal-PE huma nisa; billi dan id-distakk huwa enfasizzat aktar mill-kompożizzjoni tal-Bureau tal-Parlament, li huwa kompost minn 7 nisa u 13-il raġel; billi r-rappreżentanza bbilanċjata bejn is-sessi u d-diversità fil-korpi tal-Parlament jikkontribwixxu biex jitkissru l-isterjotipi, titnaqqas id-diskriminazzjoni u jiżdied il-livell ta' rappreżentanza demokratika taċ-ċittadini tal-UE u l-leġittimità tad-deċiżjonijiet tal-Parlament;

H.  billi, mill-ħatriet fil-maniġment superjuri tal-Parlament (Diretturi Ġenerali u Diretturi), fl-2016 in-nisa kienu biss 11 % u fl-2017 33 %;

I.  billi l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG)  5 jaspira li "tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet kollha" sal-2030 u huwa objettiv trasversali tas-17-il SDG kollha; billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija għodda għal żvilupp effikaċi, dejjiemi u sostenibbli b'impatt pożittiv f'termini tal-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis tal-faqar; billi, madankollu, il-progress u l-bidla li seħħew fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi kienu limitati ħafna f'ħafna pajjiżi madwar id-dinja(23), inkluż fl-Ewropa; billi l-implimentazzjoni tal-SDG 5 kellha riżultati mħallta fl-Istati Membri tal-UE u bejnhom u billi l-proporzjon tan-nisa fil-parlamenti nazzjonali u f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet xorta għadu 'l bogħod milli jkun bħal dak tal-irġiel(24);

J.  billi l-valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward tas-sessi huma meħtieġa biex tiġi evalwata u identifikata l-probabbiltà li kwalunkwe deċiżjoni partikolari jkollha konsegwenzi negattivi għall-istat tal-ugwaljanza bejn is-sessi ; billi huwa konsegwentement essenzjali li l-baġits jiġu analizzati minn perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-effetti differenti li kwalunkwe allokazzjoni u distribuzzjoni tal-baġit jista' jkollhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u sabiex tiżdied it-trasparenza u r-responsabbiltà;

K.  billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija meqjusa bħala strateġija effettiva u globalment aċċettata mmirata biex tikseb l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiġġieled id-diskriminazzjoni billi torganizza mill-ġdid, ittejjeb, tiżviluppa u tevalwa l-proċessi ta' politika sabiex il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi tkun inkorporata fil-politiki, miżuri regolatorji u programmi ta' nfiq kollha, u fil-livelli u l-istadji kollha mill-atturi involuti fit-tfassil tal-politika; billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tipprovdi għodod ewlenin għall-kunsiderazzjoni sistematika tad-differenzi bejn il-kundizzjonijiet, is-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet tal-politiki u l-azzjonijiet kollha, u l-avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-promozzjoni ta' drittijiet ugwali u ta' rappreżentanza bbilanċjata bejn is-sessi f'livelli amministrattivi, politiċi, soċjali u ekonomiċi differenti u fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

L.  billi hija meħtieġa aktar kooperazzjoni interistituzzjonali dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-perspettivi tal-ġeneri jkunu jistgħu jiġu introdotti fil-fażijiet kollha tal-baġit, tal-politiki, tal-programmi u tal-inizjattivi tal-Unjoni, li jkun jiffaċilita l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tal-Parlament stess;

M.  billi l-emendi għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri adottati mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u mressqa għall-adozzjoni f'kumitati oħrajn huma għodda effettiva biex jiġi żgurat li l-ugwaljanza bejn is-sessi tingħata kunsiderazzjoni xierqa fir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament;

N.  billi l-ibbaġitjar sensittiv għall-ġeneri fil-forma ta' ppjanar u pprogrammar jikkontribwixxi għall-avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi u t-twettiq tad-drittijiet tan-nisa u huwa waħda mill-għodod ewlenin li jintużaw minn dawk li jfasslu l-politika biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda minkejja dan l-ebda istituzzjoni tal-UE m'hi qed tapplikah b'mod sistematiku;

O.  billi, skont l-aħħar data disponibbli(25), in-nisa jikkostitwixxu 59 % tal-persunal tal-Parlament iżda għadhom sottorappreżentati fil-livelli kollha tal-maniġment; billi l-għadd ta' nisa fil-maniġment superjuri saħansitra naqas minn Ġunju 2017 u l-għadd ta' nisa fi rwoli tal-maniġment intermedju żdied biss bi ftit;

P.  billi r-rapport tal-2017 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi mill-Viċi-President tal-Parlament Dimitrios Papadimoulis stabbilixxa tliet miri għar-rappreżentanza tan-nisa fil-maniġment medju u għoli, li għandhom jintlaħqu sal-2019: 30 % fil-livell ta' Direttur Ġenerali, 35 % fil-livell ta' Direttur u 40 % fil-livell ta' Kap tal-Unità, u billi l-pjan direzzjonali sussegwenti jiddeskrivi kif se jinkisbu dawn il-miri;

Q.  billi sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fix-xogħol tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet tal-Parlament, jinħatar Membru responsabbli għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi f'kull kumitat u fil-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet, li jaqsam l-esperjenzi u l-aħjar prattika fin-Netwerk tal-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

R.  billi l-iżgurar tal-koerenza bejn il-politiki interni tagħhom fil-qasam tar-riżorsi umani u l-azzjonijiet esterni tagħhom fil-qasam tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-LGBTIQ huwa essenzjali għall-kredibbiltà tal-Parlament u tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE;

S.  billi, mill-2014, ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament stipulaw li d-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat parlamentari u li ma għandux ikun permissibbli li jkun hemm bureau li jkun kompost minn irġiel biss jew minn nisa biss;

T.  billi karigi maniġerjali għolja fil-Parlament huma attribwiti biss mill-Bureau tal-Parlament Ewropew;

U.  billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tal-Parlament Ewropew trid tagħti l-attenzjoni dovuta għad-drittijiet, il-perspettivi u l-benesseri tal-persuni LGBTIQ u persuni ta' kull identità tal-ġeneru; billi għalkemm il-Parlament jagħti importanza akbar lil kwistjonijiet LGBTIQ, l-attivisti LGBTIQ għandhom viżibilità relattivament baxxa u vuċi dgħajfa;

V.  billi hemm bżonn li jiġi rikonoxxut il-valur soċjali u politiku tal-organizzazzjonijiet tan-nisa u l-ispazji tan-nisa, tal-istorja u l-ħidma tagħhom, u tar-rwol ewlieni tagħhom fil-prevenzjoni tal-vjolenza sessista u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-awtodeterminazzjoni tan-nisa u d-djalogu interkulturali; billi ma hemm l-ebda integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri konxja mingħajr ma jkun hemm postijiet li jistgħu jiffavorixxu l-awtodeterminazzjoni u l-awtorità tan-nisa u li jiġġieldu kontra l-vjolenza fuq in-nisa;

W.  billi l-leġittimità tan-nisa fl-isfera politika għadha xi kultant tiġi sfidata, u billi n-nisa huma vittmi ta' sterjotipi, li jiskoraġġuhom milli jinvolvu ruħhom fil-politika, fenomenu li huwa partikolarment kospikwu kull fejn in-nisa fil-politika jkunu inqas rappreżentati;

X.  billi n-nisa fl-UE għandhom l-istess drittijiet ċivili u politiċi bħall-irġiel, iżda madankollu sikwit jiffaċċjaw inugwaljanzi soċjali, soċjetali jew ekonomiċi;

Y.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi tikkontribwixxi għal dibattitu aktar komprensiv u teħid ta' deċiżjonijiet aħjar peress li tippermetti li jkun rrappreżentati l-perspettivi inklużivi kollha;

Z.  billi l-istituzzjonijiet jinħtiġilhom ikunu responsabbli li jevitaw is-segregazzjoni vertikali u orizzontali tas-sessi;

AA.  billi l-Parlament ilu snin twal b'impenn favur il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u billi l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi għandu r-responsabbiltà li jimplimenta u jiżviluppa aktar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fis-setturi kollha tal-politika;

AB.  billi l-Parlament jeħtieġ li jkompli jiġġieled il-fastidju sesswali u jimplimenta l-miżuri miftiehma;

AC.  billi l-Parlament għandu għadd ta' korpi differenti inkarigati mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diversità, kemm fil-livell politiku kif ukoll f'dak amministrattiv, bħall-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, in-Netwerk għall-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi, l-Unità tal-Ugwaljanza u d-Diversità, il-Kumitat għall-Opportunitajiet Indaqs u d-Diversità (COPEC), l-égalité, l-assoċjazzjoni tal-membri tal-persunal LGBTI+ tal-istituzzjonijiet tal-UE, il-Kumitat Konsultattiv għall-prevenzjoni u l-protezzjoni fuq il-post tax-xogħol u l-Grupp ta' Koordinaturi dwar l-Ugwaljanza u d-Diversità; billi, madankollu, m'hemmx koordinazzjoni ċara jew koerenza bejn dawn il-korpi;

AD.  billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija proċess li jeħtieġ ħiliet u għarfien speċifiċi, kif ukoll impenn, u bħala tali hija effettiva biss jekk tkun akkumpanjata minn attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' bini ta' kapaċità fl-istituzzjonijiet u fost il-persunal;

AE.  billi l-Parlament diġà impenja ruħu fl-2003 li jadotta u jimplimenta pjan ta' politika għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri bil-prijorità li jintegra l-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet, b'għodod konkreti għall-promozzjoni, sensibilizzazzjoni akbar u implimentazzjoni tal-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tagħhom ta' kuljum;

Rimarki ġenerali

1.  Jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kontenut tal-politiki, inizjattivi u programmi tal-UE u fil-livelli politiċi, baġitarji, amministrattivi u eċekuttivi tal-Unjoni;

2.  Jappella sabiqx il-QFP l-ġdid, bħall-aħħar QFP, ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill, li fiha jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li l-proċeduri baġitarji annwali applikati għall-QFP jintegraw, kif xieraq, elementi sensittivi għal kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, u dan fil-kuntest ta' kif il-qafas finanzjarju ġenerali tal-Unjoni jikkontribwixxi għall-objettiv li tinkiseb l-ugwaljanza u jiżgura l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

3.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta Strateġija ta' Ugwaljanza Ewropea ġenwina fil-forma ta' komunikazzjoni li jkun fiha objettivi ċari u, sa fejn ikun possibbli, kwantifikabbli, u li din tiġi tradotta fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE sabiex jiġu żgurati distribuzzjoni u fehim akbar għaċ-ċittadini u l-atturi soċjali u ekonomiċi;

4.  Iqis li l-Parlament għandu joħloq u jrawwem kultura ta' diversità u inklużjoni u ambjent ta' xogħol sikur għal kulħadd, u li miżuri trasversali biex jiġi żgurat il-benesseri tal-persunal kollu u tal-Membri tal-PE għandhom jimxu id f'id ma' miżuri mmirati biex tinkiseb rappreżentanza bbilanċjata bejn is-sessi kemm fil-livell amministrattiv kif ukoll f'dak politiku;

5.  Jinsisti li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tista' tfisser ukoll l-introduzzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi mmirati lejn in-nisa jew l-irġiel biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi persistenti jew li l-politiki ta' integrazzjoni jinbidlu biex jakkomodaw id-diversità taċ-ċirkostanzi għall-individwi jew il-gruppi;

6.  Ifaħħar il-mudelli eżemplari rġiel u nisa għall-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll l-inizjattivi kemm fl-amministrazzjoni tal-Parlament kif ukoll fil-livell politiku li jikkontribwixxu b'mod attiv għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs; jinkoraġġixxi aktar il-promozzjoni ta' mudelli ta' rwol differenti biex jingħelbu t-tipi kollha ta' stereotipi tas-sessi;

7.  Jenfasizza li l-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi mhijiex kwistjoni tan-nisa, iżda waħda li għandha tinvolvi s-soċjetà kollha kemm hi;

8.  Jiddispjaċih tal-fatt li l-komunikazzjoni viżiva tal-Parlament xi drabi tuża l-isterjotipi tas-sessi kif ukoll l-isterjotipi bbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru; ifakkar, f'dan ir-rigward, l-importanza li tiġi rappreżentata u promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-materjali ta' komunikazzjoni fis-setturi kollha tal-politika;

9.  Ifakkar li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tkopri l-għażliet ta' politika, il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet, il-proċeduri u l-prattiki kif ukoll l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; jenfasizza, għalhekk, li sabiex tiġi vvalutata b'mod komprensiv is-sitwazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-Parlament, għandu jitqies mhux biss il-kontenut ta' politika, iżda anki r-rappreżentanza tas-sessi fl-amministrazzjoni u fil-proċess deċiżjonali;

10.  Jesprimi tħassib li r-rappreżentanza tan-nisa fil-pożizzjonijiet deċiżjonali ewlenin tal-Parlament fil-livelli politiċi u amministrattivi għadha baxxa u li l-Parlament jeħtieġ jiżgura li l-allokazzjoni tal-pożizzjonijiet deċiżjonali tinfirex b'mod ugwali bejn is-sessi;

11.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' koerenza u koordinazzjoni bejn id-diversi entitajiet li jaħdmu fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diversità fil-Parlament; itenni l-appell tiegħu biex titjieb il-koordinazzjoni interna sabiex jintlaħaq grad ogħla ta' integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, inkluż fir-reklutaġġ tal-persunal, l-organizzazzjoni tax-xogħol, id-deċiżjonijiet ta' ħidma u l-proċeduri;

12.  Ifaħħar id-deċiżjoni tal-Parlament li jonora lil Simone Veil, l-ewwel President mara ta' istituzzjoni tal-UE u promotura kbira tad-drittijiet tan-nisa, l-aktar id-drittijiet fil-qasam tar-riproduzzjoni u tal-abort legali, billi attribwixxa isimha għall-Premju tal-Ugwaljanza u d-Diversità, biex b'hekk jenfasizza u jirrikonoxxi prattika tajba u mudelli eżemplari fil-qasam tal-opportunitajiet indaqs fi ħdan is-Segretarjat tal-Parlament Ewropew; jirrakkomanda li tiżdied il-viżibbiltà u li tiġi żgurata sensibilizzazzjoni akbar ta' dan il-premju importanti;

13.  Jenfasizza l-importanza ta' djalogu mal-partijiet interessati esterni bħalma huma l-organizzazzjonijiet tan-nisa tas-soċjetà ċivili, il-gruppi fil-livell lokali li jiddefendu d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-movimenti tan-nisa, l-istituzzjonijiet internazzjonali, l-akkademja u l-parlamenti nazzjonali fl-iżvilupp ta' għodod u fil-ġbir ta' data; ifakkar li l-mobilizzazzjoni tagħhom hija importanti għat-titjib tal-proċessi tal-UE għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u fit-trawwim ta' skambji reċiproċi għall-promozzjoni tal-aħjar prattika;

Għodod għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri

14.  Jitlob miżuri effettivi biex tiġi żgurata ugwaljanza ġenwina bejn l-irġiel u n-nisa fil-Parlament Ewropew; jenfasizza f'dan il-kuntest li, fuq kollox, il-miżuri biex jiġi miġġieled il-fastidju sesswali huma tal-akbar importanza; jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa ta' miżuri ta' sensibilizzazzjoni u ta' taħriġ;

15.  Jilqa' l-linji gwida riveduti dwar lingwa newtrali fir-rigward tas-sessi fil-Parlament Ewropew, ippubblikati f'Lulju 2018, li issa jirriflettu aħjar l-iżviluppi kulturali u lingwistiċi u jipprovdu pariri prattiċi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE dwar l-użu ta' lingwaġġ ġust u inklużiv. ifakkar li l-Parlament Ewropew kien wieħed mill-ewwel organizzazzjonijiet internazzjonali li adotta linji gwida multilingwi dwar lingwa newtrali fl-2018. ifakkar fl-importanza li tinħoloq aċċettazzjoni pubblika wiesgħa tal-linji gwida u jistieden lill-Membri kollha tal-Parlament Ewropew, kif ukoll l-uffiċjali, jippromwovu u japplikaw dawn il-linji gwida b'mod konsistenti f'xogħolhom;

16.  Jirrikonoxxi x-xogħol tan-netwerk tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, jilqa' l-inklużjoni tar-rappreżentanti tal-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet fin-netwerk tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u jappella biex dan in-netwerk jiġi żviluppat aktar;

17.  Jilqa' l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-kumitati parlamentari adottaw pjanijiet ta' azzjoni dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-ħidma tagħhom u li ħafna minnhom diġà ppreżentawhom lin-Netwerk tal-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi; jappella, għalhekk, lill-ftit kumitati li fadal biex jagħmlu l-istess; jinnota, madankollu, l-eteroġeneità ta' dawn il-pjanijiet u n-nuqqas ta' implimentazzjoni tagħhom; jappella għall-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni komuni dwar il-ġeneri għall-Parlament Ewropew li għandu, tal-inqas, jinkludi dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza ugwali tal-ġeneri fil-ħidma parlamentari u l-korpi kollha tal-Parlament, l-introduzzjoni ta' perspettiva tal-ġeneri fl-attivitajiet ta' politika kollha tiegħu u fl-organizzazzjoni tax-xogħol tiegħu u l-użu ta' lingwa li tuża ġens newtrali f'kull dokument; jitlob li r-Regoli ta' Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ,

18.  Jiddispjaċih li fl-aħħar riforma tar-Regoli ta' Proċedura, il-proċeduri biex tiġi implimentata l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ma ġewx inklużi;

19.  Jilqa' l-progress li sar matul dawn l-aħħar snin fl-adozzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-maġġoranza tal-kumitati tal-Parlament;

20.  Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib fost il-kumitati parlamentari bil-għan li tinkiseb dimensjoni reali tal-ġeneri fir-rapporti tagħhom u jenfasizza l-importanza għall-kumitati parlamentari kollha li juru rispett għall-kompetenzi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, kemm billi jaċċettaw l-emendi għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mressqa mill-Kumitat u billi jaħdmu flimkien biex jevitaw il-kunflitti ta' kompetenzi;

21.  Itenni l-importanza tal-applikazzjoni ta' bbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju; jiddeplora n-nuqqas ta' mekkaniżmi ta' bbaġitjar skont il-ġeneru fl-istituzzjonijiet tal-UE, minkejja impenn qawwi favurihom; iħeġġeġ lill-korpi responsabbli tal-Parlament jinkorporaw il-perspettiva tal-ġeneri u jużaw l-indikaturi tal-ġeneru meta jabbozzaw u jadottaw l-estimi tal-Parlament, u matul il-proċess ta' kwittanza;

22.  Jilqa' r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE; jenfasizza li l-fastidju sesswali huwa delitt serju li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma jiġix irrappurtat, u jikkostitwixxi forma estrema ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u huwa wieħed mill-akbar ostakli għall-ugwaljanza bejn is-sessi; jilqa' d-deċiżjoni tal-Bureau tat-2 ta' Lulju 2018 li tirrevedi l-funzjonament tal-Kumitat Konsultattiv li jittratta dwar ilmenti ta' fastidju fir-rigward tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-proċeduri tiegħu għat-trattament tal-ilmenti, filwaqt li b'saħħa japprova l-Artikolu 6 li jiddikjara li żewġ konsulenti esperti – uffiċjal mediku mis-Servizz Mediku u membru tas-Servizz Legali – għandhom jinħatru mis-Segretarju Ġenerali, kif ukoll iż-żieda tal-Artikolu 34a għall-Miżuri ta' Implimentazzjoni għall-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' każ ippruvat ta' fastidju ta' assistent parlamentari akkreditat (APA);

23.  Jilqa' l-miżuri l-ġodda, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-26 ta' Ottubru 2017, kontra l-fastidju meħud mill-Parlament, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2018, jiġifieri:

   (a) li l-Kumitat Konsultattiv jiġi pprovdut b'Segretarjat dedikat u permanenti, marbut mas-Segretarjat tal-Bureau u l-Kwesturi, li jkollu aktar membri tal-persunal u li jkunu speċjalizzati u mħarrġin b'mod regolari, u li jittrattaw b'mod esklużiv kwistjonijiet ta' fastidju;
   (b) li t-tieni rappreżentant tal-APA jitħalla jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat, bħala membru sħiħ, sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-kworum restrittiv u l-ammont ta' xogħol tar-rappreżentant tal-APA;
   (c) li jiġi żgurat li r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (l-Artikoli 11 u 166) jinkludu penali ġodda għall-fastidju kif ukoll "Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fl-Eżerċizzji dwar id-Dmirijiet Tagħhom", li tiġi żviluppata u ffirmata dikjarazzjoni minn kull Membru meta jibda l-mandat tiegħu u li tiġi ppreżentata lill-President, li kull Membru jaqra l-Kodiċi u jikkonferma li huwa se jirrispetta l-prinċipji tiegħu, u li d-dikjarazzjonijiet kollha (iffirmati jew mhux iffirmati) jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Parlament;
   (d) li tingħata informazzjoni aħjar lill-assistenti parlamentari akkreditati dwar il-possibbiltà li jkollhom l-ispejjeż legali kollha tagħhom koperti mill-Parlament u li jiġu appoġġjati tul il-proċess kollu;

24.  Madankollu jiddispjaċih ħafna dwar il-progress bil-mod u mhux adegwat fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fir-riżoluzzjoni tal-Parlament; jitlob li tingħata attenzjoni sħiħa u assoluta mill-President u l-amministrazzjoni tal-Parlament lill-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri mitluba kollha, b'mod partikolari permezz tal-pjan direzzjonali 2017-2019 dwar "miżuri preventivi u ta' appoġġ preliminari biex jiġu indirizzati l-kunflitt u l-fastidju bejn il-Membri u l-APAs, l-apprendisti jew persunal ieħor", li għandu jiġi rivedut kemm jista' jkun malajr biex jiġu inklużi kix xieraq tal-anqas ir-rikjesti segwenti tar-riżoluzzjoni, bi skadenza ċara għall-implimentazzjoni tagħhom:

   (a) li jingħata taħriġ obbligatorju għall-Membri tal-PE u l-persunal;
   (b) li titwaqqaf task force ta' esperti esterni u indipendenti inkarigati biex jeżaminaw is-sitwazzjoni tal-fastidju sesswali fil-Parlament Ewropew u l-funzjonament taż-żewġ kumitati tiegħu kompetenti fil-każijiet ta' fastidju;
   (c) li jissaħħu l-kumitati kontra l-fastidju billi jingħaqqdu f'kumitat wieħed b'kompożizzjoni varjabbli skont il-każ li jkun qiegħed jiġi eżaminat u bl-inklużjoni ta' esperti bħal avukati u tobba bħala membri permanenti tal-kumitat;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, timmonitorja ukoll l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni regolari tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(26), li tipprovdi għal bidla tal-oneru tal-prova f'każijiet ta' diskriminazzjoni bejn is-sessi;

26.  Jerġa' jtenni l-appell tiegħu lis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew biex iwettaq riċerka kwalitattiva u kwantitattiva dettaljata b'mod regolari dwar il-progress tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-Parlament u l-funzjonament tal-istruttura organizzattiva ddedikati għalih, kif ukoll biex jiżviluppa valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-ġeneru u analiżijiet ibbażati fuq il-ġeneru; jappella għal ġbir akbar, sistematiku u perjodiku ta' data u statistika diżaggregata skont il-ġeneru fil-politika u fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-programmi kif ukoll fil-proċess tat-tfassil tal-politika sabiex jiġi analizzat l-avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi, tingħata mappa preċiża tad-disparitajiet bejn is-sessi, jiġu vvalutati l-kisbiet jew ir-rigressjoni u jiġi infurmat it-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza;

27.  Itenni t-talba tiegħu għal taħriġ obbligatorju dwar ir-rispett u d-dinjità li għandu jiġi organizzat għall-Membri tal-PE u għall-persunal kollu u fi kwalunkwe każ fil-bidu tal-mandat il-ġdid;

28.  Ifakkar fl-importanza tal-bini ta' kapaċità għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE billi jiġi żgurat li t-taħriġ ipprovdut ikun sensittiv għall-ġeneru u billi jiġu previsti programmi ta' taħriġ speċifiċi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-setturi kollha tal-politika; jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-iżvilupp immirat u regolari ta' taħriġ dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, u għal programmi ta' taħriġ speċifiċi għan-nisa b'potenzjal ta' tmexxija; iħeġġeġ lid-Direttorat Ġenerali għall-Persunal jipprovdi taħriġ dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għall-Membri, l-assistenti u l-persunal tal-Parlament Ewropew, u sabiex il-gruppi politiċi tal-Parlament jipprovdu taħriġ għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri lill-persunal tagħhom;

29.  Jilqa' l-Għodda għal Parlamenti Sensittivi għal Kwistjonijiet tal-Ġeneru, żviluppata mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex tassisti lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali jevalwaw u jtejbu s-sensittività tagħhom għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi; jistieden lill-amministrazzjoni u lill-gruppi politiċi tal-Parlament jiżguraw segwitu adegwat tar-riżultati tal-valutazzjoni u l-evalwazzjoni;

30.  Jistieden lill-EIGE jippreżenta informazzjoni b'mod regolari lill-kumitati parlamentari u lill-Kummissjoni sabiex il-perspettiva tal-ġeneri tiġi enfasizzata f'kull qasam tat-tfassil ta' politiki u biex jagħmel id-data u l-għodod li żviluppa disponibbli, inkluż dwar l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru kif imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pjattaforma għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, bħala parti minn eżerċizzju usa' ta' bini ta' kapaċitajiet indirizzat ukoll għall-persunal u l-assistenti parlamentari;

Il-livell politiku

31.  Ifaħħar il-ħatra fl-2016 tar-rapporteur permanenti dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-Parlament Ewropew u l-involviment attiv tar-rapporteur permanenti fil-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Parlament iżomm din il-pożizzjoni għal-leġislatura 2019-2024;

32.  Jemmen li relazzjonijiet interistituzzjonali aktar b'saħħithom fil-qasam tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jistgħu jgħinu biex jiġu żviluppati politiki tal-UE sensittivi għall-ġeneri; jiddispjaċih li għadha ma ġiet stabbilita l-ebda kooperazzjoni strutturata dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ma' sħab istituzzjonali oħra, bħall-Kummissjoni, il-Kunsill u l-EIGE;

33.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li tiżdied il-preżenza tal-ġeneru sottorappreżentat, ta' spiss in-nisa, fuq il-listi elettorali; iħeġġeġ bil-qawwa lill-partiti politiċi Ewropej u lill-membri tal-partit tagħhom jiżguraw rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn is-sessi ta' kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2019 permezz ta' zipped lists jew metodi oħrajn bħal listi ta' parità; jimpenja ruħu li jibbilanċja bejn l-irġiel u n-nisa fil-livelli kollha;

34.  Jistieden lill-gruppi politiċi tal-Parlament sabiex, għal-leġiżlatura 2019-2024, jiżguraw kompożizzjoni bbilanċjata bejn is-sessi fil-korpi governattivi tal-Parlament Ewropew u jirrakkomandalhom iressqu kemm Membri rġiel kif ukoll nisa bħala kandidati għall-pożizzjonijiet ta' President, Viċi President u Membru tal-Bureau, u għall-Presidenti tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet, bil-ħsieb li jintlaħaq dan l-għan;

35.  Jirrakkomanda li, għal-leġiżlatura parlamentari 2019-2024, kull wieħed mill-gruppi politiċi tal-Parlament jaħtar żewġ Membri, raġel u mara, għall-kariga ta' koPresident tal-grupp;

36.  Iħeġġeġ lill-gruppi politiċi tal-Parlament sabiex, għal-leġiżlatura 2019-2024, iqisu l-għan li tintlaħaq rappreżentanza ugwali bejn il-ġeneri meta jkunu qed jinnominaw il-Membri għall-kumitati u d-delegazzjonijiet kollha, u speċjalment biex jinnominaw l-istess numru ta' membri rġiel u nisa kemm bħala membri kif ukoll sostituti tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, sabiex jinkoraġġixxu l-involviment tal-irġiel fil-politika ta' ugwaljanza bejn is-sessi;

37.  Jissuġġerixxi li jiġu esplorati modi biex jiġi stabbilit netwerk tan-nisa fil-Parlament, li jintegra n-netwerks nazzjonali, peress li n-netwerks formali jew informali mhux biss itejbu l-proċessi tal-ħidma iżda huma wkoll element ewlieni fl-għoti ta' informazzjoni, appoġġ reċiproku u coaching, kif ukoll jipprovdu mudelli eżemplari;

38.  Iħeġġeġ lill-gruppi politiċi tal-Parlament jadottaw strateġija għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri biex jiġi żgurat li l-proposti tagħhom iqisu l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi;

39.  Jistieden lis-Segretarju-Ġenerali u lill-Bureau japplikaw l-istess prinċipju għall-attribuzzjoni ta' karigi maniġerjali superjuri bħall-attribuzzjoni tal-kariga ta' Kap ta' Unità, jiġifieri li jagħmluha obbligatorja li l-listi mqassra jinkludu tliet kandidati xierqa b'mill-inqas kandidat wieħed ta' kull sess, filwaqt li jiġi ddikjarat li, jekk il-bqija tkun ugwali (eż. kwalifiki, esperjenza), is-sess sottorappreżentat għandu jkun preferut; jinnota li jekk dawn ir-rekwiżiti ma jiġux issodisfati, il-post għandu jerġa' jiġi rreklamat;

40.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-lingwaġġ misoġinistiku użat f'diversi okkażjonijiet fil-kamra plenarja; jilqa' s-sanzjonijiet imposti mill-President tal-Parlament Ewropew u kkonfermati mill-Bureau kontra Membru tal-Parlament Ewropew għal rimarki li saru waqt is-sessjoni plenarja tal-1 ta' Marzu 2017 li mminaw id-dinjità tan-nisa; jinsab imħasseb dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-31 ta' Mejju 2018 li tannulla d-deċiżjoni tal-President u tal-Bureau, abbażi kemm fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regoli ta' Proċedura kif ukoll fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-Artikolu 10 tal-KEDB (libertà tal-kelma); iħeġġeġ lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex, għal kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-Regoli ta' Proċedura, jirrevedi r-regoli applikabbli bil-ħsieb li jiġu żgurati r-rispett u d-dinjità fil-kamra plenarja f'kull mument u, b'mod partikolari, iżid klawsola li tirrikjedi li l-Membri f'dibattiti parlamentari jżommu lura milli jadottaw lingwa li tinċita mibegħda jew tiddiskrimina fuq bażi ta' sess, razza, kulur, nazzjonalità, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija f'minoranza nazzjonali, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, u biex jimponi sanzjonijiet eżemplari f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' din il-klawżola;

41.  Jilqa' d-disponibbiltà ta' korsijiet ta' taħriġ professjonali dwar preġudizzju u fastidju inkonxju, jenfasizza li tali korsijiet ta' taħriġ għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-ugwaljanza bejn is-sessi u lil kwistjonijiet LGBTIQ u jsiru obbligatorji għall-maniġers u l-membri tal-bord tal-għażla, u jiġu mħeġġa b'mod qawwi għall-persunal l-ieħor kollu;

42.  Ifaħħar l-Istrateġija dwar id-Diversità u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni, ippubblikata fl-2017; iħeġġeġ lill-Parlament juża dan l-eżempju tajjeb, biex iħaddan bis-sħiħ il-ġestjoni tad-diversità u biex jirrikonoxxi, jagħti valur u jinkludi persunal ta' orjentazzjonijiet sesswali differenti jew ta' identitajiet tal-ġeneru;

Livell ammistrattiv

43.  Jilqa' r-rapport ta' Dimitrios Papadimoulis bit-titlu "L-Ugwaljanza bejn is-Sessi fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew - il-qagħda attwali u l-prospetti 2017-2019" u l-pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tar-rapport; ifaħħar il-progress dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet konkreti tal-pjan direzzjonali u l-kalendarju ta' żmien ċar tiegħu għal miżuri speċifiċi fir-rigward tal-ġestjoni, it-taħriġ professjonali, is-sensibilizzazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-monitoraġġ regolari tal-bilanċ bejn is-sessi permezz tal-istatistika; Jappella għal progress aktar rapidu biex jintlaħqu l-miri tal-ugwaljanza bejn is-sessi stabbiliti għall-2019;

44.  Iħeġġeġ lill-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità biex kull sentejn iwettaq valutazzjoni strutturali tal-implimentazzjoni ta' kull punt tal-pjan direzzjonali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, ibbażat fuq preżentazzjoni mid-DĠ PERS;

45.  Huwa mħasseb li minkejja dikjarazzjonijiet istituzzjonali u politiċi b'saħħithom, l-objettivi tal-ugwaljanza bejn is-sessi mhumiex espliċitament iddikjarati fid-dokumenti tal-baġit tal-Parlament u lanqas ma jitqiesu fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju;

46.  Jissuġġerixxi li d-DĠ PERS jipproduċi kwestjonarju li għandu jimtela min-nisa, speċjalment dawk fil-maniġment intermedju, fuq bażi volontarja, li jistħarreġ dwar il-motivazzjoni, l-ostakli u l-opportunitajiet professjonali tagħhom bil-ħsieb li jiftiehmu aħjar l-ostakli għall-applikazzjoni għal karigi ta' maniġment superjuri;

47.  Jilqa' r-rapport annwali dwar ir-riżorsi umani mfassal mill-Parlament;

48.  Ifakkar li, għal dak li jikkonċerna l-użu ta' miżuri biex jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, għandha tiġi inkoraġġuta b'mod speċifiku l-aċċettazzjoni ta' tali miżuri mill-maniġers u, jekk rilevanti, l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri b'mod ugwali miż-żewġ sħab; jinnota li s-sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fil-Parlament għandha titqajjem aktar permezz ta' sessjonijiet ta' ħidma, korsijiet ta' taħriġ u pubblikazzjonijiet; jindirizza l-fatt li l-Membri u l-persunal għandhom ikunu infurmati sew li l-miżuri għat-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, bħal liv tal-maternità/paternità, liv tal-ġenituri, liv għall-persuni li jindukraw u arranġamenti tax-xogħol flessibbli, jgħinu biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-Parlament, jinkoraġġixxu li jinqasmu aħjar ir-responsabbiltajiet ta' indukrar bejn in-nisa u l-irġiel, itejbu l-kwalità tal-impjiegi tan-nisa u l-benesseri tagħhom, u jkollhom impatti fit-tul fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku;

49.  Jirrakkomanda li d-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Parlament jinkludi perspettiva tal-ġeneri aktar b'saħħitha u aktar attiva fir-rappurtar tiegħu fit-tfassil tal-politika tal-Parlament u speċjalment fit-tħejjijiet għall-kampanja għall-elezzjonijiet Ewropej fl-2019;

50.  Ifaħħar il-progress li sar fis-Segretarjat tal-Parlament dwar it-titjib tal-ugwaljanza bejn is-sessi f'pożizzjonijiet ta' maniġment għoli u medju, iżda jinnota li minkejja l-fatt li l-maġġoranza tal-uffiċjali tal-Parlament huma nisa, ir-rappreżentanza tagħhom f'pożizzjonijiet maniġerjali f'livell għoli jew medju għadha baxxa ħafna: fi tmiem l-2017, 15,4 % tad-Diretturi Ġenerali, 30,4 % tad-Diretturi u 36,2 % tal-Kapijiet ta' Unità fis-Segretarjat tal-Parlament kienu nisa; ifakkar, għalhekk, li l-għażla bejn applikanti bl-istess profil (esperjenza, kwalifiki, eċċ.), il-ġeneru l-anqas rappreżentat għandu jkun ippreferut;

51.  Jitlob li l-għarfien jew l-esperjenza dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jitqiesu bħala vantaġġ fis-sejħiet għall-persunal u fl-għażla tal-persunal;

52.  Jistieden lis-segretarjati tal-kumitati tal-Parlament jassistu lill-Membri tagħhom biex jiżguraw kompożizzjoni bbilanċjata bejn is-sessi tal-kelliema fis-seduti ta' smigħ tal-kumitati billi jipproponu lista ta' esperti bbilanċjata mil-lat tas-sessi;

53.  Jenfasizza li, sabiex jinkiseb progress reali fit-titjib tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-Segretarjat u fil-gruppi politiċi tal-Parlament, hemm bżonn ta' bidla kulturali biex jinbidlu l-attitudnijiet kunċettwali u ta' imġiba, bl-iżvilupp ulterjuri ta' kultura ta' ugwaljanza fis-Segretarjat;

o
o   o

54.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 224, 27.6.2018, p. 96.
(2) ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 35.
(3) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 65.
(4) ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 1.
(5) ĠU C 316, 30.8.2016, p. 2.
(6) ĠU C 263, 25.7.2018, p. 49.
(7) ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 384.
(8) ĠU C 244 E, 18.10.2007, p. 225.
(9) ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 18.
(10) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 32.
(11) ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 11.
(12) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 2.
(13) ĠU C 35, 31.1.2018, p. 35.
(14) ĠU C 50, 9.2.2018, p. 15.
(15) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 192.
(16) Testi adottati, P8_TA(2018)0331.
(17) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
(18) https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/communication-equal-opportunities-diversity-inclusion-2017.pdf
(19) https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/diversity-inclusion-charter-2017-07-19-en.pdf
(20) https://ec.europa.eu/anti-trafficking/sites/antitrafficking/files/151203_strategic_engagement_en.pdf
(21) https://rm.coe.int/prems-093618-gbr-gender-equality-strategy-2023-web-a5/16808b47e1
(22) Testi adottati, P7_TA(2013)0455.
(23) "The Global Gender Gap Report 2016", Forum Ekonomiku Dinji, 2016, http://reports.weforum.org/global-gender-gap-report-2016/
(24) "Sustainable development in the European Union – monitoring report on progress towards the SDGs in an EU context" ( L-iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni Ewropea – Rapport ta' monitoraġġ dwar il-progress biex jintlaħqu l-SDGs fil-kuntest tal-UE), Eurostat, 2018, https://ec.europa.eu/eurostat/documents/3217494/9237449/KS-01-18-656-EN-N.pdf/2b2a096b-3bd6-4939-8ef3-11cfc14b9329
(25) Rapport bit-titolu "In-nisa fil-Parlament Ewropew", Parlament Ewropew, 8 ta' Marzu 2018, http://www.europarl.europa.eu/RegData/publications/2018/0001/P8_PUB%282018%290001_MT.pdf
(26) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.


L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
PDF 129kWORD 50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (2018/2222(INI))
P8_TA(2019)0011A8-0393/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2007/198/Euratom li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha l-vantaġġi (COM(2018)0445),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri tat-13 ta' Novembru 2017 dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummisssjoni tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-kontribuzzjoni tal-UE lejn il-proġett ITER riformat (COM(2017)0319),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0393/2018),

A.  billi l-fużjoni jista' jkollha rwol ewlieni fix-xenarju tal-enerġija Ewropew u globali futur bħala sors potenzjali ta' enerġija ineżawribbli, sikur, favur il-klima, ambjentalment responsabbli u ekonomikament kompetittiv;

B.  billi l-fużjoni diġà qed tagħti opportunitajiet konkreti lill-industrija u qed ikollha effett pożittiv fuq l-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni, b'impatt pożittiv lil hinn mill-oqsma tal-fużjoni u l-enerġija;

C.  billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni tikkoordina l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp xjentifiċi u teknoloġiċi fil-qasam tal-fużjoni;

D.  billi sa mill-bidu l-Ewropa kellha rwol ewlieni fil-proġett ITER, żviluppat f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-firmatarji mhux Ewropej għall-Ftehim ITER (l-Istati Uniti, ir-Russja, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Korea t'Isfel u l-Indja), u billi l-kontribuzzjoni Ewropea, indirizzata permezz tal-Impriża Konġunta, tirrappreżenta 45 % tal-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-proġett;

E.  billi l-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom għandha l-għan li tiżgura l-finanzjament għal parteċipazzjoni kontinwa Ewropea fil-proġett ITER għat-tul kollu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss sabiex tiggarantixxi kontinwità għall-proġett immirat lejn skoperti xjentifiċi rivoluzzjonarji fl-iżvilupp tal-fużjoni għall-użu ċivili, li fl-aħħar mill-aħħar għandu jiffaċilita l-produzzjoni ta' enerġija sikura u vijabbli li tissodisfa l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi;

1.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2007/198/Euratom billi tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi, li se jipprovdi l-bażi għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta għall-perjodu 2021-2027 skont it-Trattat Euratom;

2.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kunsill ma kkonsultax mal-Parlament dwar l-approvazzjoni ta' dik il-proposta u jilqa' l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni bħala parti mill-Istat tal-Unjoni 2018 li tikkunsidra "għażliet għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata msaħħa u għal riforma possibbli tat-Trattat Euratom"; jistenna li riforma bħal din neċessarjament se twassal għal setgħat koleġiżlattivi għall-Parlament;

3.  Ifakkar fid-dewmien fil-kostruzzjoni tar-reattur sperimentali, minħabba li oriġinarjament kien ippjanat li l-ITER għandu jinbena sal-2020, iżda fl-2016 il-Kunsill tal-ITER approva skeda ġdida ta' żmien biex l-istadju tal-Ewwel Plażma jintlaħaq f'Diċembru 2025, l-aktar data bikrija teknikament possibbli għall-kostruzzjoni tal-ITER;

4.  Jenfasizza li l-kontribuzzjoni tal-Euratom lill-Impriża Konġunta għall-perjodu 2021-2027 m'għandhiex tinqabeż;

5.  Jenfasizza li sabiex jiġu evitati reviżjonijiet suċċessivi 'l fuq tal-ispiża prevista tal-proġett, jiġi evitat dewmien fid-dati mistennija tal-istadji operazzjonali importanti u jiġi żgurat l-ogħla grad possibbli ta' affidabbiltà tal-iskeda, l-Organizzazzjoni ITER għandha tinkludi dispożizzjonijiet ta' kontinġenza raġonevoli fi kwalunkwe skeda riveduta; jappoġġa, f'dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet ta' kontinġenza sa 24 xahar f'termini ta' skeda u ta' 10-20 % f'termini ta' baġit propost mill-Kummissjoni;

6.  Jilqa' l-approċċ il-ġdid għall-ġestjoni tar-riskju meħud mill-Organizzazzjoni ITER u jinkoraġġixxi lill-Kunsill tal-ITER biex ikompli jnaqqas l-għadd ta' sottokumitati, jissimplifika l-funzjoni tagħhom u jelimina t-trikkib;

7.  Jistieden lill-Kunsill japprova l-proposta tal-Kummissjoni filwaqt li jintroduċi l-modifiki li ġejjin:

   jindika l-kontribuzzjoni tal-Euratom fl-Impriża Konġunta kemm fi prezzijiet kostanti kif ukoll f'dawk attwali,
   juża, għal finijiet ta' ċarezza, il-kelma "Euratom" minflok "Komunità" tul it-test kollu,
   jinkludi dispożizzjonijiet ċari rigward il-kumitati li jassistu lill-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta, b'mod partikolari l-Kumitat Amministrattiv u ta' Ġestjoni, il-Kumitat dwar l-Akkwisti u l-Kuntratti, u l-Bord Konsultattiv Tekniku, fir-rigward tal-kompożizzjoni tagħhom, l-istatus permanenti jew temporanju, in-numru ta' laqgħat u l-metodu ta' remunerazzjoni tal-membri tagħhom,
   jevalwa u jelimina responsabbiltajiet li jikkoinċidu bejn il-Kumitat Amministrattiv u ta' Ġestjoni u l-Bord Konsultattiv Tekniku fir-rigward ta' pjanijiet ta' proġetti u programmi ta' ħidma,
   jintroduċi dispożizzjonijiet rigward il-kontribuzzjonijiet tal-Istat ospitanti tal-ITER,
   jinkludu fl-Anness III ("Regolament Finanzjarju: Prinċipji Ġenerali") rekwiżit li jistipula, fir-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta, regoli u proċeduri għall-evalwazzjoni ta' kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji,
   jinkludi dispożizzjonijiet fl-Artikolu 5 u fl-Anness II li jippermettu lill-Impriża Konġunta tirċievi finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji b'rabta mal-operazzjonijiet ta' taħlit implimentati f'konformità mal-Programm InvestEU futur,
   jikkjarifika r-rwol u l-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fid-dawl tal-istatus tagħha fil-Euratom, b'mod partikolari fir-rigward ta' parteċipazzjoni potenzjali fl-ITER,
   jinkludu dispożizzjonijiet dwar sinerġiji u kooperazzjoni bejn l-ITER u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom għall-perjodu 2021-2025,
   jikkunsidra kooperazzjoni ma' atturi xekkiela privati żgħar u ta' daqs medju, bħal negozji ġodda li jesperimentaw b'approċċi u teknoloġiji ġodda, fil-programm ta' riċerka u n-netwerk tal-organizzazzjonijiet innominati fil-qasam tar-riċerka tal-fużjoni xjentifika u teknoloġika,
   jiċċara d-dispożizzjonijiet dwar ir-rapporti u l-valutazzjonijiet annwali mfassla mill-Impriża Konġunta,
   jinkludi fil-proposta rakkomandazzjoni biex jiġi investigat l-użu ulterjuri possibbli tal-materjali li attwalment qegħdin jintużaw fil-proġett ITER;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.


Valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku
PDF 131kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku (2018/2086(INI))
P8_TA(2019)0012A8-0378/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-istudju intitolat "Public Sector Reform: How the EU budget is used to encourage it" (Riforma tas-Settur Pubbliku: kif jintuża l-baġit tal-UE biex jinkoraġġiha) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni fl-2016(1),

–  wara li kkunsidra l-istrateġija Ewropa 2020,

–  wara li kkunsidra l-perjodu ta' finanzjament attwali tal-UE (2014-2020) u l-proposta tal-Kummissjoni għal qafas finanzjarju pluriennali ġdid (2021-2028),

–  wara li kkunsidra l-ftehim li laħqu l-koleġiżlaturi f'Lulju 2018 biex jiżdied il-baġit tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 197 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0378/2018),

A.  billi fl-Istati Membri l-amministrazzjoni pubblika hija fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u meta taħdem b'mod effikaċi tista' tgħin ħalli jinħolqu sistemi moderni kapaċi jtejbu l-prosperità u l-benesseri fl-UE;

B.  billi l-proposta dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) il-ġdid ma tinkludix, fil-verżjoni attwali tagħha, objettiv speċifiku għall-amministrazzjoni pubblika;

1.  Josserva li l-amministrazzjoni pubblika u l-kompetenzi huma mqassma fuq id-diversi servizzi tal-Kummissjoni, u dan jikkomplika l-koordinament effikaċi tas-servizzi kompetenti, kif ukoll l-inizjattivi u l-programmi ffinanzjati mill-UE; jitlob li jkun hemm koordinament akbar tal-programmi kollha ta' assistenza teknika bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' miżuri kif ukoll in-nuqqas ta' effikaċja tagħhom, li jxejnu l-isforzi kollha tal-Kummissjoni għall-promozzjoni ta' koordinament tal-fondi fid-dawl tal-isfruttament tas-sinerġiji; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sistemi tagħha għall-iskambju tal-prattiki t-tajba biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw l-aħjar prattiki, iżda mingħajr ma timponi politiki orjentati lejn l-iżvalutazzjoni tal-pagi u riformi soċjalment insostenibbli;

2.  Jistieden lill-President tal-Kummissjoni li jmiss jassenja lil Kummissarju r-responsabilità tal-kwistjonijiet marbuta mat-titjib tal-amministrazzjoni pubblika u l-governanza;

3.  Huwa tal-fehma li riforma effikaċi tas-settur pubbliku hija essenzjali biex tgħin lill-Istati Membri jadattaw ruħhom għall-evoluzzjoni taċ-ċirkostanzi, iżidu r-reżiljenza biex ikunu evitati kriżijiet futuri, jespandu l-amministrazzjoni pubblika online (eGovernment) u jtejbu l-forniment ta' servizzi fl-UE kollha, speċjalment fir-rigward tat-teknoloġiji l-ġodda u tas-sistemi informatiċi l-ġodda, u li din tkun tassisti notevolment fit-tnaqqis tal-ħela, tal-espożizzjoni għall-ħela u tat-telf jew tal-użu frawdolenti tal-fondi tal-Unjoni; jitlob, għalhekk, li anki fil-perjodi ta' programmazzjoni futuri jkun previst il-finanzjament ta' interventi biex ixerrdu l-amministrazzjoni elettronika online b'mod konsistenti mal-prinċipji u mal-prijoritajiet stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-eGovernment;

4.  Jinnota li bħal ma jiġri ta' spiss, b'mod partikolari fir-reġjuni anqas żviluppati, hemm diffikultajiet ta' aċċess għall-finanzjamenti jew ta' użu tagħhom, minħabba l-burokrazija żejda, il-kwistjonijiet ta' kapaċità amministrattiva jew irregolaritajiet; jittama għaldaqstant li jiġu promossi fi ħdan l-Istati Membri riformi li jagħmlu aktar konkreta l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u jħaffu l-proċedimenti ġudizzjarji;

5.  Josserva li l-baġit tal-UE jipprevedi madwar EUR 9 biljun f'appoġġ lill-Istati Membri tal-UE għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tgħaqqad dan l-appoġġ finanzjarju mal-kondiviżjoni mmirata tal-għarfien, tal-esperjenzi u tal-prattiki t-tajba fost l-Istati Membri;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-kooperazzjoni mal-Istati Membri bil-għan li ssostni lir-reġjuni anqas żviluppati, iżżid il-kapaċità u l-governanza amministrattiva;

7.  Jitlob li jittieħed miżuri maħsuba biex iħeġġu l-implimentazzjoni tal-programmi li jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tar-riżorsi umani, pereżempju permezz ta' skambji tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri, anki bl-involviment ta' diriġenti u ta' persuni f'karigi għoljin oħrajn;

8.  Jindika li spiss instabu sovrapożizzjonijiet, fir-rigward ta' bosta aspetti, bejn programmi operattivi speċifiċi u riżorsi finanzjarji oħrajn tal-UE u jitlob li jitressqu proposti f'dan ir-rigward; jittama għaldaqstant li jkun hemm titjib tal-assistenza, b'mod li jinkisbu koordinament, komplementarjetà u semplifikazzjoni;

9.  Jissottolinja l-importanza li jkun żgurat li l-programmi operattivi jiġu implimentati bil-mod l-aktar effikaċi u faċli possibbli; iqis essenzjali li l-Istati Membri jastjenu milli jżidu regoli li jikkomplikaw l-użu tal-fondi għall-benefiċjarju;

10.  Josserva li l-Kummissjoni la għandha l-qafas ta' valutazzjoni tagħha għall-amministrazzjoni pubblika u lanqas metodu ta' ġbir sistematiku tad-data; josserva bi tħassib li, minħabba n-nuqqas ta' dawn l-istrumenti, il-Kummissjoni tipproduċi analiżijiet inkompluti tal-kwistjonijiet fir-rigward tal-Istati Membri kollha; jipproponi r-reintroduzzjoni ta' kapitolu ddedikat għall-amministrazzjoni pubblika u l-governanza fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta minn qabel il-kapaċità ammministrattiva tal-istrutturi responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politiki ta' żvilupp, u, għall-proġetti ta' importanza strateġika partikolari, tinkoraġġixxi l-użu ta' korpi u aġenziji nazzjonali li għandhom il-kapaċità li jsaħħu l-programmi u l-azzjonijiet individwali ħalli titħaffef l-implimentazzjoni tagħhom;

12.  Jemmen li l-QFP għandu jintuża biex jinċentiva programmi li jtejbu l-amministrazzjoni pubblika u l-governanza, partikolarment biex jgħinu lill-Istati Membri fi żminijiet ta' reċessjoni ekonomika, u biex jirrikonoxxi li, f'ċirkostanzi bħal dawn, ir-riformi fil-qasam tas-sistemi tal-amministrazzjoni pubblika jistgħu jgħinu lill-Istati Membri milquta;

13.  Jilqa' pożittivament il-fatt li tressqu proposti fil-kuntest tal-QFP li jmiss bl-iskop li jiġu evitati sovrapożizzjonijiet ta' programmi u jinkoraġġixxu semplifikazzjoni akbar;

14.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, qafas ta' valutazzjoni speċifiku li jkopri l-aspetti kwantitattivi u kwalitattivi ta' amministrazzjoni pubblika ta' kwalità għolja u toħloq il-kapaċità analitika proprja tiegħu; jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jiġu ddeterminati l-punti dgħajfa ta' kull Stat Membru u, bis-saħħa tar-riżorsi disponibbli, jiġu promossi miżuri li jegħlbu l-problemi billi jsir aktar strett il-kriterju tal-kundizzjonalità ex ante u jiġu ffissati objettivi;

15.  Jipproponi li l-Kummissjoni ssaħħaħ id-djalogu politiku mal-Istati Membri billi tiżgura l-ħolqien ta' forum speċifiku;

16.  Jipproponi li fil-kalendarju parlamentari jiġi ffissat djalogu strutturat mal-parlamenti nazzjonali dwar il-kwistjonijiet marbuta mat-titjib tal-amministrazzjoni pubblika fl-UE kollha; jistieden lill-UE ttejjeb il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) fl-ambitu tal-objettiv tematiku 11, bl-inklużjoni ta' indikaturi speċifiċi li għandhom l-għan li jivvalutaw il-progress li jkun sar biex jinkisbu l-objettivi u l-prijoritajiet tal-UE għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika;

17.  Jilqa' pożittivament l-iżvilupp ta' parametru ta' riferiment li jippermetti li ssir valutazzjoni tal-kapaċità tal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-UE biex jerfgħu r-responsabilitajiet tal-adeżjoni mal-UE; jittama li jiġu promossi fi ħdan l-Istati Membri riformi li jagħmlu aktar konkreta l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba;

18.  Josserva li l-Premju Ewropew għas-Settur Pubbliku (European Public Sector Award, EPSA) huwa kofinanzjat mill-Kummissjoni u minn xi Stati Membri, li jgħaqqad lill-pajjiżi li ġabru l-aħjar riżultati, dawk l-aktar innovattivi u l-aktar effiċjenti fis-settur pubbliku Ewropew; huwa tal-fehma li jkun tajjeb li l-Kummissjoni tiggarantixxi skambju aħjar ta' informazzjoni u ta' tagħlim u timmira lejn dimensjoni usa' fl-Ewropa kollha;

19.  Iqis li għandhom ikunu promossi, fi ħdan l-amministrazzjonijiet pubbliċi, proċessi innovattivi li jiffavorixxu konnettività aħjar u diġitalizzazzjoni u servizzi diġitali ta' kwalità għaċ-ċittadini, għall-impriżi u għall-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jinżamm kontinwament il-pass mal-iżvilupp rapidu tat-teknoloġiji l-ġodda fl-oqsma kkonċernati; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proposta l-ġdida għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) tforni lill-benefiċjarji futuri l-informazzjoni neċessarja biex tippermettilhom jużaw is-sistemi kemm jista' jkun malajr;

20.  Jirrikonoxxi li l-impenn tal-amministrazzjoni lokali huwa prerekwiżit biex jinkisbu objettivi fil-livell tal-UE f'dan is-settur; jiġbed l-attenzjoni fuq il-proposta tad-Dikjarazzjoni ta' Tallinn biex "jissaħħu l-istrutturi komuni ta' governanza mal-awtoritajiet lokali u reġjonali" fil-livell nazzjonali(2);

21.  Jilqa' favorevolment in-netwerks eżistenti(3) li jlaqqgħu lir-rappreżentanti tal-Istati Membri, partikolarment dawk li jirċievu finanzjamenti tal-UE, bil-għan li titjieb l-amministrazzjoni pubblika permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku;

22.  Huwa tal-fehma li n-netwerks eżistenti jafu jtejbu konsiderevolment il-prestazzjoni tagħhom billi jiffissaw objettivi aktar ambizzjużi u jiżviluppaw approċċi aktar proattivi, bħat-tagħlim komparattiv, li jgħaqqad l-awtovalutazzjoni tal-Istati Membri ma' sistema avvanzata ta' valutazzjoni bejn il-pari;

23.  Jemmen li amministrazzjoni pubblika ta' kwalità għolja hija prekundizzjoni essenzjali biex jinkisbu l-objettivi politiċi tal-UE fl-ambitu tal-QFP u f'oqsma oħra; jisħaq fuq l-importanza ta' komunikazzjoni tajba u sensibilizzazzjoni politika biex tinħoloq klima ta' fiduċja u jkunu stimolati azzjonijiet u programmi ta' riforma pożittiva;

24.  Jemmen li hemm bżonn ta' valutazzjoni kontinwa biex jiġi aċċertat jekk il-politiki ta' koeżjoni jirrispettawx il-prinċipju ta' addizzjonalità u ta' komplementarjetà fir-rigward tal-interventi ffinanzjati bir-riżorsi ordinarji, anki biex ikun evitat li l-politiki ta' koeżjoni jsiru sostituti tal-politiki ordinarji nazzjonali;

25.  Josserva li, minkejja r-riżorsi tal-Fond SIE għall-pjan ta' implimentazzjoni reġjonali (PIR) żdiedu mil-lat kwantitattiv fl-aħħar perjodu ta' programmazzjoni, il-monitoraġġ jista' jitjieb għal finijiet ta' valutazzjoni tal-impatt ta' dan il-finanzjament fuq il-PIR;

26.  Jitlob it-tkomplija tal-attivitajiet tal-Gruppi ta' Ħidma tal-Kummissjoni responsabbli biex jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri biex jimplimentaw aħjar il-fondi tal-politika ta' koeżjoni f'dawk l-Istati Membri li għadhom lura f'termini ta' assorbiment tar-riżorsi tal-Fond SIE;

27.  Jisħaq fuq l-importanza tal-programm ta' appoġġ għar-riforma u jittama li dan jissaħħaħ fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, billi jiġi definit sew ir-rwol tiegħu ta' faċilitatur aktar milli ta' għajn ta' assistenza teknika, u jittejjeb f'termini ta' effikaċja u effiċjenza, mingħajr ma jitnaqqas il-baġit tal-koeżjoni bl-ammonti proposti attwalment mill-Kummissjoni fil-QFP 2021-2027.

28.  Josserva li l-UE, minkejja li ma għandhiex kompetenzi ġuridiċi diretti fis-settur amministrattiv, tħalli impatt pożittiv fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri u b'mod partikolari tiżvolġi rwol indirett permezz tad-definizzjoni ta' standards amministrattivi fl-acquis communautaire, l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-Unjoni kollha, kif ukoll bis-saħħa ta' strumenti tal-baġit li jsostnu u jinċentivaw ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika billi jsaħħu l-kapaċità amministtrativa, l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet u jrawmu l-innovazzjoni tas-settur pubbliku;

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Studju – "Public Sector Reform: How the EU budget is used to encourage it", Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku D – Affarijiet Baġitarji, 2016.
(2) https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/ministerial-declaration-egovernment-tallinn-declaration
(3) In-Netwerk tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea (EUPAN); in-Netwerk Tematiku għall-Amministrazzjoni Pubblika u l-Governanza (PAG), kif ukoll pjattaformi u netwerks oħrajn, b'attenzjoni partikolari fuq il-ġustizzja, il-korruzzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-akkwist pubbliku, eċċ.


Il-linji gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE
PDF 174kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-Linji Gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE (2018/2155(INI))
P8_TA(2019)0013A8-0449/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-protezzjoni legali internazzjonali tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, ta' reliġjon jew ta' twemmin iggarantita mill-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) tal-1948, l-Artikolu 18 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966, id-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Intolleranza u ta' Diskriminazzjoni tal-1981 abbażi tar-Reliġjon jew tat-Twemmin, l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikoli 10, 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Kumment Nru 22 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tat-30 ta' Lulju 1993 dwar l-Artikolu 18 tal-UDHR tal-1948 u r-Riżoluzzjoni 16/18 tiegħu tat-12 ta' April 2011 dwar il-ġlieda kontra l-intolleranza, l-isterjotipar negattiv u l-istigmatizzazzjoni ta' persuni bbażati fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, u d-diskriminazzjoni, l-inċitament għall-vjolenza u l-vjolenza kontrihom,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2011 dwar l-intolleranza, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza abbażi tar-reliġjon jew it-twemmin,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, adottat fil-25 ta' Ġunju 2012 mill-Kunsill, u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE 2015-2019 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE tal-24 ta' Ġunju 2013 dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' Linji gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-20 ta' Jannar 2011 dwar is-sitwazzjoni tal-Insara fil-kuntest tal-libertà ta' reliġjon(2), tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejħa "ISIS/Da'esh"(3) u tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar is-sitwazzjoni tar-Rohingya(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-approċċ il-ġdid tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija – evalwazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) mindu ġie stabbilit(5), u b'mod partikolari l-paragrafi 27 u 28 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2016(6) u tat-23 ta' Novembru 2017(7), rispettivament dwar ir-Rapporti Annwali għall-2015 u l-2016 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, b'mod partikolari l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni tal-2016 fir-rigward tal-2016, u b'mod partikolari l-paragrafu 8 tar-riżoluzzjoni tal-2017 fir-rigward tal-2016,

–  wara li kkunsidra l-"Pjan ta' Azzjoni tar-Rabat" ippubblikat fil-5 ta' Ottubru 2012 mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) dwar il-projbizzjoni ta' promozzjoni ta' mibgħeda nazzjonali, razzjali jew reliġjuża li tikkostitwixxi inċitament għad-diskriminazzjoni, l-ostilità jew il-vjolenza,

–  wara li kkunsidra l-mandat tal-Mibgħut Speċjali dwar il-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon barra l-UE,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja(8),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2014 dwar approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem kollha, u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2014 bit-titolu "Tool-box – A rights-based approach encompassing all human rights for EU development cooperation" (Sett ta' għodod - Approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem kollha għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE) (SWD(2014)0152),

–  wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew lill-blogger u attivista Sawdi Raif Badawi fl-2015 għall-isforzi notevoli tiegħu biex irawwem diskussjoni miftuħa dwar ir-reliġjon u l-politika f'pajjiżu; wara li kkunsidra d-detenzjoni kontinwa tiegħu wara l-kundanna ta' 10 snin ħabs, elf frostata u multa kbira li ngħatatlu talli allegatament "insulta l-Islam",

–  wara li kkunsidra l-każ tal-Pakistana Nisranija Asia Bibi, li ntbagħtet il-ħabs u ngħatat il-piena tal-mewt minħabba blasfemija, u l-ħelsien riċenti tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0449/2018),

A.  billi l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin, kif imsejħa normalment fil-qafas tal-UE u f'din ir-riżoluzzjoni, id-dritt għal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin (FoRB) hija dritt tal-bniedem inerenti għall-bnedmin kollha u dritt fundamentali tal-individwi bħal kwalunkwe persuna oħra, li jenħtieġ li ma jkun soġġett għall-ebda diskriminazzjoni, kif stabbilit fit-testi kostituttivi internazzjonali u Ewropej, inklużi d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; billi kulħadd għandu d-dritt għar-rispett tad-drittijiet kollha tal-bniedem imnaqqxa fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, mingħajr diskriminazzjoni minħabba razza, etniċità, abilità, sess, orjentazzjoni sesswali, twemmin reliġjuż jew nuqqas ta' twemmin reliġjuż; billi, skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-azzjonijiet tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien tagħha; billi, skont l-Artikolu 2 tat-Trattat, l-Unjoni hija bbażata fuq soċjetajiet li fihom jipprevalu l-pluraliżmu u t-tolleranza;

B.  billi l-prinċipju tas-separazzjoni tal-Knisja mill-Istat huwa prinċipju kostituzzjonali ewlieni madwar id-dinja u fl-Ewropa;

C.  billi l-Parlament Ewropew iddefinixxa s-sekulariżmu bħala separazzjoni stretta bejn awtorità reliġjuża u politika, li jimplika r-rifjut ta' kwalunkwe interferenza reliġjuża fil-funzjonament ta' istituzzjonijiet pubbliċi u ta' kwalunkwe interferenza pubblika fl-affarijiet reliġjużi, ħlief biex jiġu rrispettati r-regoli li jirregolaw il-preservazzjoni tas-sigurtà pubblika u l-ordni (inkluż ir-rispett tal-libertà tal-oħrajn) u biex tiġi żgurata l-istess libertà tal-kuxjenza għal kulħadd, kemm jekk wieħed jemmen, jekk huwa anjostiku jew ateu;

D.  billi l-FoRB timplika d-dritt tal-individwu li jagħżel dak li jrid jemmen jew ma jemminx, id-dritt li wieħed jibdel jew jabbanduna r-reliġjon u l-konvinzjonijiet tiegħu mingħajr l-ebda restrizzjoni, u d-dritt li wieħed jipprattika u jimmanifesta l-ħsieb, il-kuxjenza, ir-reliġjon u t-twemmin tal-għażla tiegħu, sew jekk individwalment jew f'komunità u sew jekk fil-privat jew fil-pubbliku; billi l-manifestazzjoni tal-ħsieb, tal-kuxjenza tar-reliġjon jew tat-twemmin tista' tiġi espressa permezz ta' qima, osservanza, prattika u tagħlim; billi l-FoRB tinvolvi d-dritt tal-komunitajiet tal-persuni li jemmnu u li ma jemmnux li jippreservaw jew jabbandunaw l-etos tagħhom u li jaġixxu f'konformità miegħu, u l-intitolament għall-organizzazzjonijiet reliġjużi, sekulari u mhux konfessjonali tagħhom li jkollhom personalità legali rikonoxxuta; billi l-protezzjoni ta' individwi li jaderixxu ma' xi reliġjon jew mal-ebda reliġjon u li l-indirizzar effettiv tal-ksur tal-FoRB, bħad-diskriminazzjoni jew ir-restrizzjonijiet legali bbażati fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, huma kundizzjonijiet primordjali sabiex jiġi żgurat li l-individwi jkunu jistgħu jgawdu mill-FoRB fuq bażi ugwali;

E.  billli twemminiet teistiċi, non-teistiċi u atei, kif ukoll id-dritt li wieħed ma jkollu l-ebda reliġjon jew twemmin huma protetti wkoll taħt l-Artikolu 18 tal-ICCPR; billi li wieħed iħaddan jew ma jħaddanx reliġjon jew twemmin huwa dritt assolut u ma jistax jiġi limitat taħt l-ebda ċirkostanza;

F.  billi d-drittijiet kollha tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati; billi l-FoRB tinkludi u tiddependi fuq elementi ta' bosta drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali oħra, bħal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda u tal-assoċjazzjoni, u flimkien għandhom rwol importanti fil-ġlieda kontra kull forma ta' intolleranza u diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin;

G.  billi l-libertà tar-reliġjon trid tieqaf fil-punt fejn il-prattika tagħha tkun tikser id-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn, u billi l-prattika ta' reliġjon jew insegwiment ta' konvinzjoni qatt ma jistgħu, bl-ebda mod, jiġġustifikaw estremiżmu vjolenti jew mutilazzjoni, u lanqas ma jistgħu jagħtu lil xi ħadd il-libertà li jaġixxi b'mod li huma ta' detriment għad-dinjità inerenti tal-individwu;

H.  billi r-rispett lejn il-FoRB jikkontribwixxi direttament għad-demokrazija, l-iżvilupp, l-istat tad-dritt, il-paċi u l-istabbiltà; billi l-ksur tal-FoRB qed jinfirex, jaffettwa lin-nies fil-partijiet kollha tad-dinja, jaffettwa d-dinjità tal-ħajja tal-bniedem, u jista' jikkawża jew iżid l-intolleranza, u spiss huwa indikatur bikri ta' vjolenza u kunflitti potenzjali; billi l-istati jeħtiġilhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta sabiex jipprevjenu, jinvestigaw u jikkastigaw atti ta' vjolenza, jew it-theddida tagħhom, kontra persuni minħabba r-reliġjon jew it-twemmin tagħhom, kif ukoll jiżguraw l-obbligu ta' rendikont jekk iseħħ tali ksur;

I.  billi, skont l-Artikolu 21 tat-TUE, l-UE tippromwovi u tiddefendi l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u tirrispetta d-dinjità tal-bniedem bħala parti mill-prinċipji ta' gwida tal-politika estera tagħha;

J.  billi r-restrizzjonijiet reliġjużi u l-antagoniżmi, iġġenerati mill-gvernijiet jew mis-soċjetajiet, għadhom jippersistu f'ħafna pajjiżi; billi ċerti minoranzi reliġjużi ffaċċjaw żieda fit-theddid u l-persekuzzjoni minn atturi statali u mhux statali; billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja li jiġġieldu għall-FoRB qed ikunu dejjem aktar mhedda u attakkati;

K.  billi, fid-dawl tal-objettiv li tiġi promossa l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon permezz tal-politika estera tal-UE, f'Ġunju 2013, il-Kunsill adotta l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, u f'Mejju 2016 il-Kummissjoni ħatret l-ewwel Mibgħut Speċjali għall-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon barra l-UE, għal mandat ta' sena li minn dakinhar iġġedded darbtejn fuq bażi annwali;

L.  billi l-UE ppromwoviet il-FoRB, fil-livell internazzjonali u permezz ta' fora multilaterali, b'mod partikolari billi kienet minn ta' quddiem fir-riżoluzzjonijiet tematiċi dwar il-FoRB fl-Assemblea Ġenerali tan-NU (AĠNU) u l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (UNHRC) u billi appoġġjat il-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-FoRB u billi involviet ruħha fih, iżda wkoll permezz ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi li jaħsbuha l-istess;

M.  billi l-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, inkluż permezz tal-appoġġ tas-soċjetà ċivili għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' dawk li jemmnu u li ma jemmnux u dawk tal-individwi li jappartjenu b'mod partikolari għall-minoranzi reliġjużi u ta' twemmin, l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, u l-promozzjoni tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż, tirrappreżenta prijorità ta' finanzjament skont l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) 2014-2020; billi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u l-istrumenti finanzjarji tal-UE bħall-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI), l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) appoġġjaw ukoll proġetti li jwasslu għal titjib fl-ambjent tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon;

1.  Jenfasizza li l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin, kif imsejħa normalment fil-qafas tal-UE u f'din ir-riżoluzzjoni, il-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin (FoRB), hija dritt universali tal-bniedem, valur tal-UE u pilastru importanti u innegabbli tad-dinjità, li għandu impatt kbir fuq l-individwi, l-identità personali u l-iżvilupp tagħhom u fuq is-soċjetajiet; jenfasizza li l-individwi jeħtiġilhom jingħataw il-libertà li jorganizzaw il-ħajja personali tagħhom skont il-konvinzjonijiet tagħhom; jenfasizza li d-dritt għall-FoRB jinkludi d-drittijiet li wieħed ma jemminx, li wieħed iħaddan opinjonijiet teistiċi, anjostiċi jew atei u d-dritt għall-apostasija; jafferma li l-FoRB trid tiġi protetta, promossa u ssalvagwardjata mill-atturi kollha kif xieraq kif ukoll imtejba permezz tad-djalogu interreliġjuż u interkulturali, f'konformità mal-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-valuri tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-TUE u fil-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali; jenfasizza d-dmir tal-Istati li jiggarantixxu l-FoRB u li jittrattaw lill-individwi kollha b'mod ugwali, mingħajr ebda diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, sabiex jippreservaw soċjetajiet paċifiċi, demokratiċi u pluralisti li jirrispettaw id-diversità u t-twemmin;

2.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu li s-snin reċenti raw żieda drammatika fil-ksur tal-FoRB madwar id-dinja, u persekuzzjoni ta' dawk li jemmnu u ta' dawk li ma jemmnux; jikkundanna l-istrumentalizzazzjoni ta' kwistjonijiet reliġjużi għal finijiet politiċi, u l-vjolenza, il-fastidju jew il-pressjonijiet soċjali kontra kwalunkwe individwu jew grupp ta' persuni abbażi tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin; jikkundanna l-persekuzzjoni ta' gruppi etniċi u reliġjużi, dawk li ma jemmnux, l-atei u kwalunkwe minoranza oħra u l-attakki kontrihom, u l-persekuzzjoni tan-nisa u tal-bniet, u tal-individwi abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom; jikkundanna l-konverżjonijiet furzati u l-prattiki ta' ħsara bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili, kif ukoll iż-żwieġ furzat u ċerti prattiki oħrajn assoċjati ma' reliġjon jew twemmin jew perċepiti bħala manifestazzjonijiet tagħhom, u jitlob li tittieħed responsabbiltà immedjata għal tali ksur; jenfasizza li l-ksur tal-FoRB spiss ikun ir-raġuni bażi għall-gwerer jew forom oħra ta' kunflitt armat jew ikompli jaggravhom dejjem aktar, li jirriżulta fil-ksur tad-dritt umanitarju, inkluż il-qtil bil-massa jew il-ġenoċidju; jenfasizza li ksur tal-FoRB jimmina d-demokrazija, jimpedixxi l-iżvilupp, u jaffettwa b'mod negattiv it-tgawdija ta' libertajiet u drittijiet fundamentali oħra; jenfasizza li dan jobbliga lill-komunità internazzjonali, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jaffermaw mill-ġdid id-determinazzjoni tagħhom u jsaħħu l-azzjonijiet tagħhom fil-promozzjoni tal-FoRB għal kulħadd;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 21 tat-TUE, l-UE u l-Istati Membri tagħha wiegħdu li jsaħħu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, bħala prinċipju li jiggwida l-politika estera tal-UE; jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-fatt li l-Linji Gwida tal-UE għall-2013 jintegraw il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-FoRB fil-politika estera u l-azzjonijiet esterni tal-UE, u f'dan ir-rigward jitlob li jsiru aktar attivitajiet ta' tisħiħ immirati lejn it-tqajjim tal-kuxjenza u l-implimentazzjoni tal-Linji gwida;

4.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 17 tat-TFUE, l-UE hija impenjata li żżomm djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-knejjes u mal-organizzazzjonijiet reliġjużi, filosofiċi u mhux konfessjonali; jissottolinja l-effetti ta' dawn id-djalogi fir-rigward tar-rispett lejn drittijiet oħrajn tal-bniedem; jenfasizza li tali djalogi interreliġjużi u interkulturali spiss jintlaqgħu b'mod aktar miftuħ minn xi sħab internazzjonali tal-UE u joħolqu punt ta' tluq għall-progress f'oqsma oħra;

5.  Jenfasizza l-importanza li jintlaħqu dawk li ma jemmnux f'pajjiżi fejn ma jistgħux jorganizzaw u ma jistgħux jibbenefikaw mil-libertà tal-għaqda;

Strateġija tal-UE biex tippromwovi u tipproteġi l-FoRB permezz ta' relazzjonijiet u kooperazzjoni internazzjonali

6.  Jilqa' t-tisħiħ tal-promozzjoni tal-FoRB fil-politika estera u l-azzjonijiet esterni tal-UE fis-snin reċenti, b'mod partikolari permezz tal-Istrateġija Globali tal-UE għall-politika estera u ta' sigurtà u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE 2015-2019 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; jilqa' l-fatt li dan it-tisħiħ qed jintlaqa' b'impenn akbar min-naħa ta' ħafna pajjiżi sħab biex jikkonformaw mal-Artikoli 18 tal-UDHR u tal-ICCPR rispettivi;

7.  Jinnota l-ħolqien tal-kariga ta' Mibgħut Speċjali għall-promozzjoni tal-FoRB barra l-UE fl-2016 mill-President tal-Kummissjoni, b'risposta għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta' Frar 2016; iqis il-ħatra tal-Mibgħut Speċjali bħala pass importanti 'l quddiem u rikonoxximent ċar tal-FoRB fl-aġenda tad-drittijiet tal-bniedem tal-politika estera u l-azzjonijiet esterni tal-UE, kemm bilaterali kif ukoll multilaterali, u fi ħdan il-kooperazzjoni għall-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Mibgħut Speċjali sabiex jissokta l-impenn u l-kooperazzjoni kontinwi tiegħu u għall-komplementarjetà tal-azzjonijiet mar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar din il-kwistjoni, inkluża l-promozzjoni tal-Linji Gwida tal-UE; jinnota b'mod pożittiv l-appoġġ attiv tal-Kummissarju għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali u d-DĠ DEVCO għall-Mibgħut Speċjali;

8.  Jenfasizza l-importanza li jingħaqdu l-isforzi biex tiġi promossa l-FoRB u d-djalogi interreliġjużi u interkonfessjonali, interkonvinzjonali, interkulturali u interfilosofiċi mal-prevenzjoni tal-estremiżmu reliġjuż fuq bażi ta' rinfurzar komplementari u reċiproku, bħala mod biex tiġi rrispettata l-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin fid-dinja, b'mod partikolari fi ħdan il-pajjiżi tal-viċinat u pajjiżi oħra li magħhom l-UE għandha relazzjonijiet speċjali; jissottolinja li l-organizzazzjonijiet mhux konfessjonali, umanisti u sekulari wkoll għandhom rwol ewlieni fil-prevenzjoni tal-estremiżmu reliġjuż;

9.  Jitlob aktar kooperazzjoni biex tiġi evitata l-persekuzzjoni tal-minoranzi fuq il-bażi ta' ħsieb, kuxjenza, reliġjon jew twemmin, biex jinħolqu kundizzjonijiet għal koeżistenza paċifika f'soċjetajiet immarkati mid-diversità, u biex jiġi żgurat djalogu kontinwu bejn mexxejja u atturi reliġjużi, studjużi, knejjes u organizzazzjonijiet oħrajn ibbażati fuq il-fidi, gruppi ta' dawk li ma jemmnux, istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u taż-żgħażagħ, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-midja; jistieden lis-SEAE u lid-Delegazzjonijiet tal-UE jidentifikaw mad-diversi interlokuturi tagħhom sett ta' objettivi komuni biex jippromwovu l-FoRB permezz tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem;

10.  Jikkunsidra li l-illitteriżmu reliġjuż, kif ukoll in-nuqqas ta' għarfien u rikonoxximent tar-rwol li r-reliġjonijiet għandhom għal parti kbira tal-umanità, iħeġġu l-preġudizzju u l-isterjotipi li jikkontribwixxu biex jiżdiedu t-tensjonijiet, in-nuqqas ta' fehim u t-trattament nieqes mir-rispett u inġust relatat mal-attitudnijiet u l-imġiba ta' parti kbira mill-popolazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni għall-preservazzjoni u l-bini tal-FoRB fid-dinja kollha u għall-ġlieda kontra l-intolleranza; jistieden lil dawk f'pożizzjonijiet ta' responsabbiltà fil-midja tal-komunikazzjoni u soċjali sabiex jikkontribwixxu b'mod pożittiv u b'rispett għad-dibattiti pubbliċi, filwaqt li jevitaw preġudizzji negattivi u sterjotipi lejn reliġjonijiet u dawk li jemmnu, u sabiex jeżerċitaw il-libertà ta' espressjoni b'mod responsabbli kif meħtieġ mill-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

11.  Jiddeplora l-fatt li xi pajjiżi għandhom liġijiet penali, jinfurzawhom jew ifittxu li jintroduċuhom sabiex jikkastigaw każijiet ta' blasfemija, konverżjoni jew apostasija, inkluża l-piena tal-mewt; jiddeplora l-fatt li dawn il-liġijiet ġeneralment għandhom l-għan li jillimitaw il-FoRB u l-libertà ta' espressjoni u spiss jintużaw bħala forma ta' oppressjoni ta' minoranzi, kif ukoll ta' oppressjoni politika; jiġbed l-attenzjoni wkoll għas-sitwazzjoni ta' xi pajjiżi oħra li jiffaċċjaw jew li jinsabu f'riskju ta' kunflitti li fihom il-kwistjonijiet reliġjużi huma motiv jew huma strumentalizzati; jitlob lill-UE żżid l-impenn politiku tagħha biex tipprijoritizza fil-politika barranija tagħha l-isforzi lejn il-pajjiżi kollha kkonċernati bl-għan li jiġu rrevokati tali liġijiet diskriminatorji u jintemmu r-ripressjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u t-tnaqqis fl-ispazju għas-soċjetà ċivili għal raġunijiet reliġjużi; iħeġġeġ lill-UE biex tinkludi djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem li jkopri r-rispett għall-FoRB fin-negozjati kollha mwettqa biex jiġi konkluż kwalunkwe ftehim ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE;

12.  Jikkundanna d-detenzjoni kontinwa ta' Raif Badawi, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov, wara proċess illegali, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdi sabiex jipproċedu għall-ħelsien immedjat u r-rilaxx bla kundizzjoni tiegħu;

13.  Jistieden lill-awtoritajiet Pakistani jiżguraw is-sigurtà ta' Asia Bibi u tal-familja tagħha;

Mibgħut Speċjali għall-promozzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin barra l-UE

14.  Jilqa' l-fatt li l-Mibgħut Speċjali żviluppa netwerks ta' ħidma effettivi fi ħdan il-Kummissjoni kif ukoll mal-Kunsill, il-Parlament Ewropew u ma' partijiet ikkonċernati oħra; jistieden lill-Mibgħut Speċjali jirrapporta kull sena dwar il-pajjiżi li jkun żar fil-prijoritajiet tematiċi tiegħu;

15.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex iwettqu valutazzjoni trasparenti u komprensiva tal-effikaċja u tal-valur miżjud tal-pożizzjoni tal-Mibgħut Speċjali fil-proċess tat-tiġdid tal-mandat tiegħu; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, jappoġġaw b'mod adegwat il-mandat, il-kapaċità u d-dmirijiet istituzzjonali tal-Mibgħut Speċjali, billi jesploraw il-possibbiltà ta' terminu ta' diversi snin soġġett għal reviżjoni annwali u billi jiżviluppaw netwerks ta' ħidma fl-istituzzjonijiet rilevanti kollha tal-UE;

16.  Jenfasizza li d-dmirijiet tal-Mibgħut Speċjali jenħtieġ li jiffukaw fuq il-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin, u d-drittijiet ta' nuqqas ta' twemmin, tal-apostasija u t-tħaddin ta' opinjonijiet atei, b'attenzjoni wkoll għas-sitwazzjoni ta' dawk li ma jemmnux u huma f'riskju; jirrakkomanda li r-rwol tal-Mibgħut Speċjali jkun jinkludi kompetenzi bħal: tisħiħ tal-viżibbiltà, l-effettività, il-koerenza u l-obbligu ta' rendikont tal-politika tal-FoRB tal-UE barra l-UE; provvista ta' rapport ta' progress annwali u rapport komprensiv dwar il-mandat tal-Mibgħut Speċjali fi tmiemu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà u lill-Kummissjoni; u ħidma f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM);

17.  Ifaħħar il-ħidma li għamel ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż fuq il-FoRB; jenfasizza li meta jiġu żviluppati l-mandati istituzzjonali huwa importanti li tiġi evitata d-duplikazzjoni tad-dmirijiet u l-kompetenzi bejn il-Mibgħut Speċjali u r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem;

18.  Jinnota li għadd ta' Stati Membri reċentement ħolqu postijiet ġodda ta' responsabbiltà għall-FoRB, li r-rwol tagħhom huwa simili għal dak tal-Mandat Speċjali; jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ konsistenti li jinkludi d-drittijiet tal-komunitajiet reliġjużi kollha kif ukoll ta' dawk li ma jemmnux; iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn il-Mibgħut Speċjali u l-uffiċjali nazzjonali inkarigati mill-FoRB barra minn pajjiżhom, kif ukoll mal-COHOM u mal-Parlament Ewropew; jitlob li titjieb il-kooperazzjoni u l-isforz konġunt u reċiproku bejn id-Delegazzjonijiet tal-UE u l-ambaxxati tal-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata vuċi konsistenti u magħquda fil-promozzjoni tal-FoRB barra mill-UE u jingħata appoġġ lill-komunitajiet u lill-individwi li jiffaċċjaw ksur tal-FoRB;

19.  Jirrakkomanda li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jitwaqqaf grupp ta' ħidma ta' konsulenza informali li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-FoRB tal-Istati Membri u istituzzjonijiet rilevanti oħrajn kif ukoll rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u esperti, studjużi u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inklużi knejjes u organizzazzjonijiet oħrajn ibbażati fuq il-fidi kif ukoll organizzazzjonijiet mhux konfessjonali;

20.  Jirrakkomanda li l-Mibgħut Speċjali jkompli jiżviluppa kooperazzjoni mal-kontropartijiet barra l-UE, b'mod partikolari billi jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib u jappoġġa l-ħidma tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-diversi Rapporteurs Speċjali tan-NU u b'mod partikolari r-rapporteur dwar l-FoRB, kif ukoll billi jesplora l-possibbiltà ta' inizjattivi konġunti UE-NU dwar id-diskriminazzjoni kontra l-gruppi u l-minoranzi reliġjużi u dawk li ma jemmnux u persuni li jibdlu r-reliġjon jew jikkritikaw jew iħallu reliġjon, filwaqt li jifformulaw proposti komuni dwar kif għandha tintemm tali diskriminazzjoni; jinnota l-proposta li jiġi stabbilit jum internazzjonali uffiċjali annwali mmexxi min-NU li jikkommemora lill-vittmi u lis-sopravissuti tal-persekuzzjoni reliġjuża;

Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin

21.  Iqis li l-Linji gwida tal-UE jippreżentaw sett ċar ta' linji politiċi, prinċipji, standards u temi għal azzjonijiet ta' prijorità, kif ukoll sett ta' għodod għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni, ir-rapportar u d-démarches minn rappreżentanti tal-UE f'pajjiżi terzi, li jikkostitwixxu approċċ strateġiku solidu għall-UE u l-Istati Membri tagħha biex ikunu jistgħu jeżerċitaw rwol effettiv fil-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon barra l-UE;

22.  Jitlob b'urġenza l-implimentazzjoni effettiva tal-Linji gwida tal-UE dwar il-FoRB sabiex l-UE issir aktar influwenti fil-promozzjoni tal-FoRB madwar id-dinja; jenfasizza li l-fehim ta' kif is-soċjetajiet jistgħu jiġu ffurmati u influwenzati minn ideat, mir-reliġjonijiet u minn forom oħrajn ta' kultura u twemmin, inkluż in-nuqqas ta' twemmin, huwa strumentali biex wieħed jifhem aħjar il-promozzjoni tal-FoRB fil-politika estera tal-UE u l-kooperazzjoni internazzjonali; jitlob li tingħata l-istess attenzjoni lis-sitwazzjoni ta' dawk li ma jemmnux, tal-atei u tal-apostati li jiffaċċjaw il-persekuzzjoni, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza;

23.  Jitlob it-tisħiħ tal-għarfien dwar il-FoRB u jilqa', f'dan ir-rigward, l-isforzi li saru s'issa mis-SEAE u mill-Kummissjoni biex tipprovdi taħriġ fil-qasam tal-litteriżmu u tal-istorja tar-reliġjon u tat-twemmin kif ukoll dwar is-sitwazzjoni ta' minoranzi reliġjużi u dawk li ma jemmnux lill-uffiċjali tal-UE u lid-diplomatiċi nazzjonali, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tal-pluraliżmu u n-newtralità; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa ta' programmi ta' taħriġ aktar wesgħin u aktar sistematiċi li jqajmu sensibilizzazzjoni dwar u jżidu l-użu tal-Linji gwida tal-UE fost l-uffiċjali u d-diplomatiċi tal-UE u tal-Istati Membri u li jsaħħu l-kooperazzjoni mal-Mibgħut Speċjali; jirrakkomanda li l-akkademiċi, il-knejjes u l-komunitajiet u l-assoċjazzjonijiet reliġjużi fid-diversità sħiħa tagħhom, kif ukoll organizzazzjonijiet mhux konfessjonali, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tas-soċjetà ċivili, ikunu involuti f'dan il-proċess ta' taħriġ; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jipprovdu riżorsi adegwati għal tali programmi ta' taħriġ;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE sabiex jiżguraw kapitolu ddedikat għall-FoRB fir-Rapporti Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja, kif ukoll rapporti ta' progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Linji gwida tal-UE, li għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament u lill-Kunsill; jinnota li l-Linji gwida tal-UE jipprevedu evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom minn COHOM wara perjodu ta' tliet snin, li l-ebda tali evalwazzjoni ma ġiet ikkomunikata jew saret disponibbli għall-pubbliku; jitlob li l-evalwazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien; iqis li l-evalwazzjoni jenħtieġ li tenfasizza l-aħjar prattiki, tindentifika oqsma għal titjib, u tipprovdi rakkomandazzjonijiet konkreti dwar l-implimentazzjoni skont perjodu speċifikat u stadji importanti u soġġetti għal evalwazzjoni annwali regolari; jitlob li l-evalwazzjoni tiġi inkluża fir-Rapporti Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja;

25.  Jissottolinja r-responsabbiltajiet issodisfati mill-punti fokali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi b'rabta mal-FoRB, fi ħdan id-Delegazzjonijiet tal-UE u l-Missjonijiet tal-PSDK kollha; jitlob li jiġu allokati riżorsi adegwati lil dawk id-delegazzjonijiet u missjonijiet sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom ta' monitoraġġ, evalwazzjoni u rapportar ta' sitwazzjonijiet ta' tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk relatati mar-rispett għall-FoRB;

26.  Ifakkar l-importanza tal-Istrateġiji tal-Pajjiżi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (HRDCSs), li jadattaw l-azzjoni tal-UE għas-sitwazzjoni u l-bżonnijiet speċifiċi ta' kull pajjiż; jitlob li tingħata attenzjoni adegwata lil kwistjonijiet relatati mal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, filwaqt li jitfasslu linji għall-azzjoni tal-UE sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu indirizzati skont l-HRDCSs kull meta r-rispett lejn il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon jitpoġġa f'riskju; itenni t-talba tiegħu lill-Membri tal-Parlament Ewropew biex jingħataw aċċess għall-kontenut tal-HRDCSs;

Azzjonijiet tal-UE dwar il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon f'fora multilaterali

27.  Jilqa' l-impenn tal-UE li tippromwovi l-FoRB f'fora multilaterali, b'mod partikolari fi ħdan in-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE u mal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika (OIC); jappoġġja, f'dan ir-rigward, il-kooperazzjoni tal-UE mar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem; jirrakkomanda li titkompla l-prattika tal-UE li tkun minn ta' quddiem nett fir-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-FoRB u li tfittex li tibni alleanzi u tiddefendi pożizzjonijiet komuni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali; jistieden lis-SEAE u lill-OIC iqisu li jħejju riżoluzzjoni konġunta dwar il-FoRB fi ħdan il-qafas tan-NU;

Strumenti finanzjarji tal-UE

28.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-FoRB hija identifikata bħala prijorità tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR); jinnota ż-żieda tal-finanzjament tal-EIDHR allokat għall-proġetti relatati mal-FoRB sa mill-adozzjoni tal-Linji gwida tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżguraw li l-ħidma diplomatika tal-UE għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tal-FoRB u l-proġetti ffinanzjati mill-EIDHR ikollha funzjoni ta' rinfurzar reċiproku, u li tirrispetta l-prinċipji tal-pluraliżmu, tan-newtralità u tal-ġustizzja fl-allokazzjoni tal-fondi; jenfasizza li l-FoRB tista' tkun appoġġjata wkoll minn strumenti oħra għajr il-fondi orjentati lejn id-drittijiet tal-bniedem, fost l-oħrajn dawk iddedikati għad-dimensjoni tal-prevenzjoni tal-kunflitt jew għall-edukazzjoni u l-kultura; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżommu finanzjament suffiċjenti għal proġetti relatati mal-FoRB skont l-istrumenti finanzjarji esterni tal-UE, fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027; jitlob li l-EIDHR jingħata l-mezzi sabiex jiffinanzja l-protezzjoni jew l-esfiltrazzjoni tan-nonkonformisti u tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem li huma mhedda jew ippersegwitati fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

29.  Jitlob li jsir sforz sabiex tiġi żgurata trasparenza fl-allokazzjoni tal-finanzjament u sabiex jiġi mmonitorjat l-użu tiegħu minn reliġjonijiet u mill-attivitajiet tagħhom;

30.  Jenfasizza li l-politiki tal-UE fl-oqsma tal-paċi, ta' sigurtà u tal-prevenzjoni tal-kunflitt u l-iżvilupp u l-kooperazzjoni jiffaċċjaw sfidi, li għalihom jistgħu jinstabu soluzzjonijiet bil-parteċipazzjoni, fost l-oħrajn, tal-knejjes, tal-mexxejja reliġjużi, tal-akkademiċi, tal-komunitajiet u tal-assoċjazzjonijiet reliġjużi u ta' twemmin u kemm tal-organizzazzjonijiet ibbażati fuq il-fidi u dawk mhux konfessjonali, li huma parti importanti tas-soċjetà ċivili; jirrikonoxxi l-importanza li wieħed ikun konxju tad-diversità tal-knejjes, tal-komunitajiet u tal-assoċjazzjonijiet reliġjużi u tat-twemmin u tal-organizzazzjonijiet ibbażati fuq il-fidi u mhux konfessjonali li jwettqu ħidma ta' żvilupp u umanitarja effettiva għall-komunitajiet u mal-komunitajiet; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, fejn rilevanti, jinkorporaw objettivi u attivitajiet relatati mal-promozzjoni u l-protezzjoni tal-FoRB fil-programmazzjoni tal-istrumenti ta' finanzjament marbuta ma' dawk il-politiki, jiġifieri l-FEŻ, id-DCI, l-ENI, l-IcSP u l-IPA, kif ukoll kwalunkwe strument ieħor li jista' jiġi stabbilit fl-oqsma rilevanti wara l-2020;

o
o   o

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-SEAE, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1) ĠU C 65, 19.2.2016, p. 174.
(2) ĠU C 136E, 11.5.2012, p. 53.
(3) ĠU C 35, 31.1.2018, p. 77.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0500.
(5) ĠU C 265, 11.8.2017, p. 130..
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0502.
(7) Testi adottati, P8_TA(2017)0494.
(8) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 85.


L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE
PDF 197kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE (2018/2095(INI))
P8_TA(2019)0014A8-0416/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 10, 11, 153 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 23 u 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2016 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (00337/2016),

–  wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu 2011-2020 anness mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2011 (07166/2011),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR) u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u r-rapport tan-NU tal-15 ta' Jannar 2016 bit-titolu "Final study on illicit financial flows, human rights and the 2030 Agenda for Sustainable Development" (L-istudju finali dwar flussi finanzjarji illeċiti, id-drittijiet tal-bniedem u l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli) mill-Espert Indipendenti dwar l-effetti ta' dejn barrani u obbligi finanzjarji internazzjonali relatati oħra tal-istati fuq it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem kollha, b'mod partikolari d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta' Diċembru 1979,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, kif ukoll id-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati waqt is-sessjonijiet speċjali tan-NU Beijing +5 (2000), Beijing +10 (2005), Beijing +15 (2010) u Beijing +20 (2015),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), u l-Artikolu 3 tagħha, li jiddefinixxi t-terminu "ġeneru" bħala "r-rwoli, l-imġibiet, l-attivitajiet u l-attributi mibnija soċjalment li soċjetà partikolari tikkunsidra xierqa għan-nisa u l-irġiel", u l-Konvenzjoni Inter-Amerikana dwar il-Prevenzjoni, l-Ippenalizzar u l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa (il-Konvenzjoni ta' Belem do Pará) tal-1994,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-25 ta' Settembru 2015, bit-titolu "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development" (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli),

–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, inklużi l-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs (Nru 100), il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol) (Nru 111), il-Konvenzjoni dwar il-Ħaddiema b'Responsabbilitajiet tal-Familja (Nru 156) u l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Maternità (Nru 183),

–  wara li kkunsidra s-sottomissjoni konġunta lis-CEDAW ippreżentata miċ-Ċentru għad-Drittijiet Ekonomiċi u Soċjali (CESR), Alliance Sud, il-Global Justice Clinic fil-University School of Law ta' New York, Public Eye u n-Netwerk għall-Ġustizzja Fiskali (Tax Justice Network) bit-titolu "Swiss Responsibility for the Extraterritorial Impacts of Tax Abuse on Women's Rights" (Ir-responsabbiltà Żvizzera għall-Impatti Extraterritorjali tal-Abbuż Fiskali fuq id-Drittijiet tan-Nisa), li tenfasizza l-piż sproporzjonat tat-taxxa fuq in-nisa, b'mod partikolari n-nisa b'introjtu baxx u n-nisa fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, li jirriżulta mit-telf ta' dħul pubbliku minħabba abbuż fiskali transfruntier,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" (Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019) (SWD(2015)0278),

–  wara li kkunsidra l-istrateġija Ewropa 2020 tal-Kummissjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv,

–  wara li kkunsidra r-rapporti għall-pajjiżi tas-Semestru Ewropew 2018 tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu "Taxation Trends in the European Union - Data for the EU Member States, Iceland and Norway, 2018 Edition" (Xejriet ta' Tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Data għall-Istati Membri tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja, Edizzjoni 2018),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2018 dwar l-iżvilupp ta' faċilitajiet ta' indukrar għal tfal żgħar, bl-intenzjoni li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, jinstab bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għal ġenituri li jaħdmu u biex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklussiv fl-Ewropa ("l-objettivi ta' Barċellona") (COM(2018)0273),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2018 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2018)0020),

–  wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tan-NU tal-2015 dwar in-Nisa bit-titolu "Progress of the world's women 2015-2016. Transforming economies, realising rights" (Il-progress tan-nisa fid-dinja 2015-2016. Ekonomiji ta' trasformazzjoni, it-twettiq tad-drittijiet),

–  wara li kkunsidra r-Rapport finali tal-2005 tal-Grupp ta' Speċjalisti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Ibbaġitjar Skont il-Ġeneru, li jiddefinixxi l-ibbaġitjar skont il-ġeneru bħala "valutazzjoni tal-baġits, abbażi tal-ġeneru, li tinkorpora l-perspettiva tal-ġeneru fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju u tirristruttura d-dħul u l-infiq bil-għan li tmexxi 'l quddiem l-ugwaljanza bejn il-ġeneri",

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-2015 tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew bit-titolu "Bringing transparency, coordination and convergence to corporate tax policies in the European Union - I - Assessment of the magnitude of aggressive corporate tax planning" (Inġibu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni Ewropea - I - Valutazzjoni tal-kobor ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa korporattiva),

–  wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat CEDAW dwar l-obbligi extraterritorjali rigward l-impatt, fuq il-ġeneri, tal-flussi finanzjarji illeċiti u l-evitar tat-taxxa korporattiva tal-Iżvizzera fl-2016 u tal-Lussemburgu fl-2018(1),

–  wara li kkunsidra l-briefing tal-politika tal-2016 tal-Institute of Development Studies (Istitut tal-Istudji dwar l-Iżvilupp) bit-titolu "Redistributing Unpaid Care Work – Why Tax Matters for Women's Rights" (It-Tqassim mill-Ġdid ta' Xogħol ta' Indukrar bla Ħlas – Għaliex it-Taxxa hija Kwistjoni Importanti għad-Drittijiet tan-Nisa),

–  wara li kkunsidra l-istudju ta' April 2017 mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament għall-Politiki: tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali bit-titolu "Gender equality and taxation in the European Union" (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea),

–  wara li kkunsidra r-rapport tan-NU dwar in-Nisa ta' April 2018 bit-titolu "Gender, taxation and equality in developing countries" (Ġeneru, tassazzjoni u ugwaljanza fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2012 dwar ir-rwol tan-nisa fl-ekonomija ekoloġika(2),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-OECD dwar l-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-OECD dwar il-Ġeneru (Ġunju 2017) u l-Mudelli għat-Taxxi u l-Benefiċċji tal-2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar il-ħaddiema domestiċi nisa u n-nisa li jaħdmu fis-settur tal-kura fl-UE(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-faqar: perspettiva tas-sessi(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea 2014-2015(6),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0416/2018),

A.  billi l-Artikoli 2 u 3 tat-TUE jirrikonoxxu n-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel bħala tnejn mill-valuri u l-għanijiet essenzjali li fuqhom hija msejsa l-UE; billi l-Artikoli 8 u 10 tat-TFUE jobbligaw lill-Unjoni Ewropea biex timmira li telimina l-inugwaljanzi, tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiġġieled id-diskriminazzjoni meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha; billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fiha drittijiet u prinċipji li jirreferu għall-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni diretta u indiretta (Artikolu 21(1)) u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa (Artikolu 23); billi d-drittijiet stipulati fil-Karta huma direttament rilevanti għall-Istati Membri meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni (Artikolu 51);

B.  billi madwar l-Unjoni Ewropea, in-nisa jibqgħu mhux rappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol bir-rata ġenerali tal-impjiegi tan-nisa għadha aktar baxxa minn dik tal-irġiel kważi bi 12 %; billi fl-UE, 31,5 % tan-nisa li jaħdmu part-time meta mqabbla mat-8,2 % tal-irġiel li jaħdmu;

C.  billi huwa ta' importanza kbira ħafna li tiġi indirizzata d-diskrepanza fl-impjiegi bejn is-sessi u li titnaqqas id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi, li bħala medja, tilħaq kważi l-40 % fl-UE u tirriżulta minn inugwaljanzi akkumulati tul il-ħajja kollha tan-nisa u l-perjodi tal-assenza tagħhom mis-suq tax-xogħol;

D.  billi d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fl-UE tilħaq is-16 %; li jfisser li madwar l-ekonomija kollha, bħala medja n-nisa fl-UE jaqilgħu 16 % inqas fis-siegħa mill-irġiel;

E.  billi l-effett kumulattiv tad-differenzi multipli li jaffettwaw lin-nisa (id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-diskrepanzi relatati mal-impjiegi, pawżi waqt il-karriera u għall-indukrar tat-tfal, u xogħol full time meta mqabbel ma' xogħol part time) jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi u jirriżulta f'riskju ogħla, għan-nisa, ta' esponiment għall-faqar u l-esklużjoni soċjali, bl-impatti negattivi jinfirxu wkoll fuq it-tfal u l-familji tagħhom;

F.  billi l-Pjattaforma għal Azzjoni ta' Beijing tenfasizza l-ħtieġa li jiġu analizzati politiki u programmi differenti mill-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, inklużi dawk relatati mat-tassazzjoni, u li jiġu aġġustati fejn meħtieġ biex jippromwovu distribuzzjoni aktar ekwa tal-assi produttivi, il-ġid, l-opportunitajiet, l-introjtu u s-servizzi;

G.  billi s-CEDAW tirrikjedi li l-familji jkunu bbażati fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza, il-ġustizzja u s-sodisfazzjon individwali ta' kull membru, b'tali mod li n-nisa u l-irġiel jiġu ttrattati b'mod ugwali anke fil-liġijiet dwar it-taxxa, aktar bħala individwi u ċittadini awtonomi milli bħala dipendenti fuq l-irġiel;

H.  billi l-Istati Membri, bħala firmatarji tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, impenjaw ruħhom li jikkonformaw mal-obbligu li jimmobilizzaw ir-riżorsi massimi disponibbli bil-għan li jkollhom fondi disponibbli għat-twettiq progressiv tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali;

I.  billi r-regolamenti dwar it-taxxa fuq l-introjtu personali, li b'mod impliċitu jpoġġu fi żvantaġġ lin-nisa fejn jidħlu l-aċċess għall-impjiegi u l-kundizzjonijiet relatati magħhom jew il-pensjonijiet ipprovduti minn min iħaddem, jista' jkun li jiksru l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/54/KE(8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(9);

J.  billi d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni "Strategic Engagement for Gender Equality (2016-2019)" (Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2016-2019)) jidentifika oqsma ewlenin għall-ugwaljanza bejn is-sessi, inklużi l-politiki tat-tassazzjoni, iżda huwa nieqes minn dispożizzjonijiet vinkolanti jew talba biex isir impenn għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell tal-Istati Membri;

K.  billi l-politiki tat-tassazzjoni jista' jkun li jkollhom preġudizzji espliċiti jew impliċiti relatati mal-ġeneru; billi preġudizzju espliċitu jfisser li provvediment tat-taxxa jkollu fil-mira diretta tiegħu l-irġiel jew in-nisa b'mod distint, filwaqt li preġudizzju impliċitu jfisser li l-provvediment nominalment japplika bl-istess mod għal kulħadd, iżda fir-realtà hemm diskriminazzjoni peress li l-politika tinteraġixxi max-xejriet ta' mġiba/introjtu li għandhom impatt fuq is-sessi b'mod differenti; billi ħafna mill-Istati Membri neħħew ir-regolamenti dwar it-taxxa li b'mod espliċitu jagħmlu distinzjoni bejn l-irġiel u n-nisa iżda l-preġudizzji impliċiti fil-qasam tat-taxxa għadhom prevalenti madwar l-UE peress li r-regolamenti dwar it-taxxa jinteraġixxu mar-realtajiet soċjoekonomiċi;

L.  billi l-għażliet ta' politika biex jiżdied u jiġi mqassam mill-ġdid id-dħul jistgħu jaffettwaw l-introjtu s-sigurtà ekonomika tan-nisa b'mod sproporzjonat u jnaqqsu l-aċċess għal servizzi pubbliċi ta' kwalità, u dan ixekkel il-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom u l-progress lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi;

M.  billi n-nuqqas ta' perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tat-tassazzjoni tal-UE u nazzjonali jsaħħaħ id-disparitajiet attwali bejn is-sessi (impjiegi, introjtu, xogħol mingħajr ħlas, pensjoni, faqar, ġid, eċċ), joħloq diżinċentivi għan-nisa biex jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol, u jirriproduċi r-rwoli u l-isterjotipi tradizzjonali tas-sessi;

N.  billi t-tfassil tal-politiki tat-taxxa huwa karatteristika essenzjali għall-istrateġija Ewropa 2020; billi l-fokus prinċipali tas-Semestru Ewropew jibqa' li tiġi żgurata konformità mall-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u billi l-aspetti relatati mas-sessi għandhom it-tendenza li jiġu injorati fil-prijoritajiet u r-rakkomandazzjonijiet, b'mod partikolari dawk relatati mat-tassazzjoni;

O.  billi bidliet rigressivi fit-tassazzjoni tal-ħaddiema, il-korporazzjonijiet, il-konsum u l-ġid, li jistgħu jiġu osservati f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin fl-Istati Membri kollha, wasslu għal dgħajfien tas-saħħa ridistributtiva tas-sistemi fiskali u kkontribwew għat-tendenza ta' żieda fl-inugwaljanza rigward l-introjtu; billi din il-bidla strutturali fit-tassazzjoni għaddiet il-piż tat-taxxi lejn gruppi b'introjtu baxx, u għalhekk b'mod partikolari n-nisa, minħabba t-tqassim mhux ugwali tal-introjtu bejn in-nisa u l-irġiel, is-sehem żgħir ta' nisa fost dawk li jaqilgħu l-aktar, il-proporzjonijiet ta' konsum li jaqbżu l-medja għan-nisa fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi bażiċi u s-sehem komparattivament għoli ta' introjtu tal-ħaddiema u s-sehem żgħir ta' introjtu kapitali fl-introjtu totali tan-nisa(10);

P.  billi n-nisa b'mod partikolari jistgħu jsofru minn inugwaljanzi ekonomiċi minħabba t-tqassim mhux ugwali tal-introjtu bejn in-nisa u l-irġiel, is-sehem żgħir tan-nisa fost dawk li jaqilgħu l-aktar, u s-sehem komparattivament għoli ta' introjtu tal-ħaddiema u s-sehem żgħir ta' introjtu kapitali fl-introjtu totali tan-nisa(11);

Q.  billi bħala medja r-rati ta' taxxa korporattiva naqsu b'mod drammatiku mis-snin tmenin, minn aktar minn 40 % għal 21,9 % fl-2018, filwaqt li f'kuntrast, ir-rata ta' taxxi fuq il-konsum (li l-VAT hija komponent kbir minnhom) żdiedet mill-2009, u laħqet l-20,6 % fl-2016(12);

R.  billi l-politiki makroekonomiċi għandhom jirriflettu aħjar l-importanza ta' xogħol ta' indukrar u domestiku bla ħlas u billi l-evidenza turi li 80 % tal-kura fl-UE tingħata minn persuni li jagħmlu dan bla ħlas u b'mod informali, li 75 % minnhom huma nisa; billi ċerti politiki tat-tassazzjoni, servizzi pubbliċi mhux iffinanzjati biżżejjed u aċċess għas-servizzi soċjali jaffettwaw b'mod sproporzjonat lill-gruppi b'introjtu baxx, u speċjalment lin-nisa, peress li ħafna drabi jimlew il-vojt fl-għoti tal-kura, l-edukazzjoni u tipi oħra ta' appoġġ għall-familja, ġeneralment mingħajr rimunerazzjoni, u dan jipperpetwa r-responsabbiltà sproporzjonata tan-nisa għall-kura; billi huma n-nisa l-aktar foqra u l-aktar vulnerabbli fl-UE li jiffaċċjaw il-piż doppju ta' xogħol ta' indukrar informali u ta' xogħol prekarju mħallas(13);

S.  billi kważi l-Istati Membri kollha żviluppaw ċertu duwaliżmu fi ħdan is-sistemi fiskali tagħhom fuq l-introjtu billi qed japplikaw rata tat-taxxa marġinali ogħla għall-introjtu tal-persuna li taqla' t-tieni paga u bl-introduzzjoni ta' rati tat-taxxa uniformi għall-parti l-kbira tat-tipi ta' introjtu kapitali; billi l-piż tat-taxxa sproporzjonalment għoli għal dawk li jaqilgħu t-tieni paga fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, bħala riżultat tal-iskedi fiskali direttament progressivi li qed jiġu applikati fuq l-introjtu mix-xogħol, huwa wieħed mid-diżinċentivi ewlenin għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol(14), flimkien ma' dispożizzjonijiet oħra dwar taxxa konġunta u benefiċċji kif ukoll l-ispejjeż u n-nuqqas ta' servizzi universali għall-indukrar tat-tfal;

T.  billi l-livelli tan-nassa tal-inattività (bħalissa 40 %) u ta' dik tal-pagi baxxi, li b'mod sproporzjonat jaffettwaw lin-nisa u jiskoraġġuhom mill-parteċipazzjoni sħiħa fl-impjiegi, huma ddeterminati, sa grad sinifikanti, mid-dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni diretta, minbarra t-telf ta' benefiċċji;

U.  billi f'xi Stati Membri l-familji għadhom jistgħu jgawdu minn tnaqqis tat-taxxa meta jkun hemm konjuġi dipendenti, benefiċċji għall-koppji miżżewġa u/jew krediti ta' taxxa għall-koppji li minnhom persuna waħda biss taqla' l-flus, li jipperpetwaw l-asimmetriji fil-konfront tal-familji b'ġenitur wieħed, il-ġenituri waħedhom li fil-maġġoranza jkunu nisa, u jonqsu li jirrikonoxxu d-diversità tas-sitwazzjonijiet tal-familja li jeżistu fl-UE; billi tali vantaġġi fiskali s-soltu jservu ta' diżinċentiv għall-aċċess tan-nisa miżżewġa għas-suq tax-xogħol u b'mod dirett jew indirett jipprovokaw ir-riallokazzjoni tal-ħin tax-xogħol tan-nisa mix-xogħol imħallas għax-xogħol mhux imħallas;

V.  billi l-impatt tat-tassazzjoni fuq id-disparitajiet bejn is-sessi rigward il-ġid korporattiv, il-ġid personali u l-proprjetà jikkostitwixxi qasam tar-riċerka li għadu mhux żviluppat biżżejjed, u hemm ħtieġa urġenti li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' data diżaggregata skont is-sessi f'dawn l-oqsma;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha tat-tassazzjoni u biex toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri, sabiex jiġu eliminati preġudizzji relatati mal-ġeneru fejn tidħol it-taxxa u biex jiġi żgurat li ma tiġi stabbilita l-ebda taxxa, liġi dwar l-infiq, programm jew prattika ġdida li jżidu d-disparitajiet bejn is-sessi fl-introjtu tas-suq jew wara t-taxxa;

2.  Jenfasizza li, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif definit fl-Artikolu 5(3) tat-TUE, l-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu r-regoli għall-politiki tat-taxxa tagħhom, dment li jikkonformaw mar-regoli tal-UE; jenfasizza, barra minn hekk, li d-deċiżjonijiet tal-UE dwar il-kwistjonijiet tat-taxxa jirrikjedu ftehim unanimu mill-Istati Membri kollha;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi r-ratifika tal-UE tal-Konvenzjoni CEDAW, bħalma għamlet għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u kif qed tagħmel għall-Konvenzjoni ta' Istanbul;

4.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-istatus tal-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi billi tadottah bħala komunikazzjoni(15) u tinkludi objettivi ċari u azzjonijiet ewlenin biex tissaħħaħ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel permezz ta' analiżi settorjali, tal-azzjonijiet kollha tal-UE, inklużi l-aspetti fiskali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tal-UE kontra diskriminazzjoni indiretta u diretta b'rabta mal-ġeneri tkun implimentata kif xieraq u jsir monitoraġġ sistematiku tal-progress tagħha, sabiex jiġi żgurat li l-irġiel u n-nisa jkunu atturi ugwali;

Tassazzjoni diretta

Tassazzjoni fuq l-introjtu personali

5.  Jinnota li l-politiki tat-taxxa għandhom impatti li jvarjaw fuq tipi differenti ta' unitajiet domestiċi (unitajiet domestiċi b'żewġ persuni jaqilgħu l-għajxien, unitajiet domestiċi b'mara jew raġel jaqilgħu l-għajxien waħedhom, eċċ.); jissottolinja l-konsegwenzi negattivi tan-nuqqas ta' inċentivi favur l-impjiegi għan-nisa u l-indipendenza ekonomika tagħhom u jiġbed l-attenzjoni għad-diskrepanza kbira fil-pensjonijiet bejn is-sessi li jirriżultaw mit-tassazzjoni konġunta; jenfasizza li s-sistemi fiskali ma għandhomx jibqgħu bbażati aktar fuq is-suppożizzjoni li l-unitajiet domestiċi jiġbru u jikkondividu l-fondi tagħhom bl-istess mod u li t-tassazzjoni individwali hija strumentali biex tinkiseb ġustizzja fit-taxxa għan-nisa; iqis li huwa essenzjali li l-irġiel u n-nisa jaqilgħu l-flus u jagħtu l-kura f'livell indaqs; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jintroduċu gradwalment it-tassazzjoni individwali filwaqt li jiżguraw preservazzjoni sħiħa tal-benefiċċji finanzjarji kollha u l-benefiċċji l-oħra marbuta mar-rwol ta' ġenituri fis-sistemi ta' tassazzjoni konġunta attwali; jirrikonoxxi li perjodi ta' tranżizzjoni lejn tali sistemi ta' tassazzjoni individwali jistgħu jkunu meħtieġa f'xi Stati Membri; jitlob, matul dawn il-perjodi ta' tranżizzjoni, li jiġu eliminati n-nefqiet tat-taxxa kollha bbażati fuq introjtu konġunt u jinnota l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-benefiċċji tat-taxxa, il-benefiċċji fi flus u s-servizzi tal-gvern in natura kollha jingħataw lill-individwi sabiex tiġi żgurata l-awtonomija finanzjarja u soċjetali tagħhom;

6.  Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2017 bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni 2017-2019 tal-UE – L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa" (COM(2017)0678), li tirrikonoxxi tmien oqsma għall-azzjoni u jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom għall-indirizzar effettiv tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa sabiex titjieb is-sitwazzjoni ekonomika tan-nisa u tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza ekonomika tagħhom;

7.  Jinnota li r-rati medji tat-taxxa personali netti għal dawk li jaqilgħu t-tieni paga b'żewġt itfal kienu ta' 31 % bħala medja għall-membri tal-OECD tal-UE u ta' 28 % għall-pajjiżi kollha tal-OECD fl-2014; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja u ssaħħaħ b'mod kontinwu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali u ta' xogħol ta' valur ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fl-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li l-inugwaljanzi jiġu eliminati kemm fis-settur tas-suq tax-xogħol kif ukoll f'dak tat-tassazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw s-segregazzjoni orizzontali u vertikali fis-suq tax-xogħol billi jeliminaw l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fl-impjiegi b'rabta mal-ġeneru u, b'mod partikolari permezz tal-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni, jinkoraġġixxu lill-bniet u lin-nisa biex iwettqu studji, xogħlijiet u karrieri f'setturi relatati mat-tkabbir innovattiv, fosthom l-ICT u s-suġġetti STEM;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-inċentivi fiskali relatati mal-impjiegi u mal-impjiegi indipendenti ma jiddiskriminawx fuq il-bażi tal-ġeneru u jqisu l-inċentivi fiskali u benefiċċji jew servizzi fiskali oħra għal dawk li jaqilgħu t-tieni paga u l-ġenituri waħedhom; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jħarsu lejn modi differenti biex isolvu l-kwistjoni tal-preżenza insuffiċjenti tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jindirizzaw id-diżinċentivi ekonomiċi potenzjali għal dawk li jaqilgħu t-tieni paga li jkunu deħlin fis-suq tax-xogħol; jinnota li l-preġudizzji relatati mal-ġeneru jistgħu jsiru wkoll fi tnaqqis tat-taxxa jew eżenzjonijiet mit-taxxa relatati max-xogħol, bħal trattament fiskali favorevoli ta' sigħat tax-xogħol żejda, li huma ta' benefiċċju l-aktar għall-professjonijiet li attwalment huma okkupati mill-irġiel;

9.  Jistieden lill-Istati Membri biex ma jnaqqsux in-natura progressiva tas-sistemi tat-taxxa fuq l-introjtu personali tagħhom, pereżempju billi jippruvaw jissimplifikaw it-tassazzjoni fuq l-introjtu personali;

10.  Jitlob biex it-taxxa fuq l-introjtu personali (strutturi ta' rati, eżenzjonijiet, tnaqqis, allowances, krediti, eċċ) titfassal biex tippromwovi b'mod attiv qsim ugwali ta' xogħol bi ħlas u mhux bi ħlas, drittijiet għall-introjtu u għall-pensjoni bejn in-nisa u l-irġiel, u biex jiġu eliminati l-inċentivi li jipperpetwaw rwoli tas-sessi mhux ugwali;

11.  Iqis li, minħabba inugwaljanzi fis-suq tax-xogħol, in-nisa jistgħu jkunu affettwati b'mod sproporzjonat minn ċerti politiki tat-tassazzjoni; jemmen li l-mod adegwat biex tiġi indirizzata din il-problema huwa permezz ta' riforma tal-istrumenti tas-suq tax-xogħol b'mod li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-indipendenza ekonomika tan-nisa; jistieden lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jippromwovu studji dwar l-effetti tad-disparità bejn is-sessi dwar il-pensjonijiet u l-indipendenza finanzjarja tan-nisa, fid-dawl ta' kwistjonijiet bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni, id-differenzi bejn is-sessi fil-kundizzjonijiet tas-saħħa u l-istennija tal-għomor, il-fatt li l-istrutturi tal-familja nbidlu u l-għadd ta' djar okkupati minn persuna waħda żdied, u d-differenzi fis-sitwazzjonijiet personali tan-nisa;

Tassazzjoni korporattiva

12.  Jitlob lill-Istati Membri identifikati fis-Semestru Ewropew għad-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva biex jemendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom u jagħlqu dawn id-dispożizzjonijiet malajr kemm jista' jkun(16); huwa mħasseb dwar ir-riskju li, filwaqt li jaħdmu fuq il-koordinazzjoni tal-bażijiet għat-taxxa korporattiva tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jsibu dispożizzjonijiet ġodda biex jiffaċilitaw l-ippjanar aggressiv tat-taxxa mill-korporazzjonijiet, fejn iħalluha f'idejn l-Istati Membri biex isibu sorsi oħra ta' tassazzjoni (inklużi t-taxxi fuq il-konsum), li għandhom effett sproporzjonat fuq in-nisa;

13.  Jistieden lill-Istati Membri biex jirrazzjonalizzaw l-inċentivi fiskali jew il-ħelsien mit-taxxa li jagħtu lil dawn il-korporazzjonijiet, biex jiżguraw li dawn l-inċentivi u dan il-ħelsien mit-taxxa jkun l-aktar ta' benefiċċju għall-intrapriżi żgħar u jiffavorixxu innovazzjoni reali, u biex jivvalutaw ex ante u a posteriori l-impatt potenzjali ta' dawn l-inċentivi fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi;

Tassazzjoni fuq il-kapital u l-ġid

14.  Jinnota li t-taxxi korporattivi u fuq il-ġid għandhom rwol kruċjali biex inaqqsu d-disparità permezz tar-ridistribuzzjoni fi ħdan is-sistema fiskali u biex jipprovdu dħul biex jiffinanzjaw il-provvedimenti soċjali u t-trasferimenti soċjali;

15.  Jinnota li l-indisponibbiltà, l-ispejjeż projbittivi u n-nuqqas ta' infrastruttura suffiċjenti li toffri servizzi għall-indukrar tat-tfal ta' kwalità jibqgħu ostaklu sinifikanti, primarjament, għall-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fl-aspetti kollha tas-soċjetà, inkluż l-impjieg; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-politiki tat-taxxa biex itejbu d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' servizzi għall-indukrar tat-tfal affordabbli u ta' kwalità għolja, permezz ta' inċentivi tat-taxxa sabiex inaqqsu l-ostakli għan-nisa biex jaħdmu f'impjieg imħallas u jikkontribwixxu għal distribuzzjoni aktar ugwali ta' xogħol imħallas u mhux imħallas fl-unitajiet domestiċi, u b'hekk jitnaqqsu d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-diskrepanza fil-pensjonijiet; jenfasizza li dawn il-politiki għandhom jippermettu l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u b'mod partikolari jiffokaw fuq familji b'introjtu baxx, familji b'ġenitur wieħed u gruppi żvantaġġati oħra;

16.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, li, fost affarijiet oħra, tindirizza u tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess fil-provvista ta' prodotti u servizzi finanzjarji fl-assigurazzjoni u f'oqsma relatati; jitlob li tinġabar data sabiex tinkiseb informazzjoni preċiża dwar lakuni possibbli fil-proċess ta' implimentazzjoni; jenfasizza li s-sjieda tal-proprjetà hija soġġetta għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u li m'hemm ebda liġi dwar il-proprjetà fl-UE li tiddiskrimina kontra n-nisa jew l-irġiel, peress li d-dritt għall-proprjetà huwa tas-sid;

17.  Jiddeplora l-fatt li, ġeneralment, il-kontribuzzjoni tat-taxxi bbażati fuq il-ġid lejn it-total tad-dħul mit-taxxi baqa' pjuttost limitat, billi laħaq il-5,8 % tad-dħul totali mit-taxxi fl-UE-15 u l-4,3 % fl-UE-28(17);

18.  Jiddeplora l-fatt li s-sehem tat-taxxi fuq il-kapital ilu juri xejra għal tnaqqis mill-2002 b'konsegwenza, inter alia, tat-tendenza ġenerali li għad-dħul minn kapital ma tibqax tiġi applikata l-iskeda regolari li tgħodd għat-taxxa fuq l-introjtu personali, iżda dak id-dħul x'aktarx qed jiġi intaxxat b'rati fissi relattivament moderati li wieħed jista' josservahom f'ħafna Stati Membri(18);

Tassazzjoni indiretta

19.  Jinnota li s-sehem tat-taxxi fuq il-konsum żdied fl-Unjoni bejn l-2009 u l-2016; jinnota li l-VAT ġeneralment tammonta għal bejn żewġ terzi u tliet kwarti tat-taxxi fuq il-konsum fl-Istati Membri u li, bħala medja fl-UE, il-VAT laħqet sehem ta' madwar 20 % tad-dħul totali mit-taxxa(19);

20.  Jinnota li hemm preżenti preġudizzju relatat mal-ġeneru fejn il-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa tiltaqa' mar-relazzjonijiet bejn is-sessi, in-normi u l-imġiba ekonomika; jinnota li l-VAT teżerċita preġudizzju relatat mal-ġeneru minħabba x-xejriet ta' konsum tan-nisa, li huma differenti minn dawk tal-irġiel peress li jixtru aktar prodotti u servizzi bil-għan li jippromwovu s-saħħa, l-edukazzjoni u n-nutrizzjoni(20); huwa mħasseb li dan, flimkien mal-introjtu aktar baxx tan-nisa, jista' jwassal biex jintrefa' piż akbar tal-VAT; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu eżenzjonijiet mill-VAT, rati mnaqqsa u rati tat-taxxa żero għall-prodotti u s-servizzi b'effetti soċjali, tas-saħħa u/jew ambjentali pożittivi, f'konformità mar-reviżjoni li għaddejja tad-Direttiva tal-VAT tal-UE;

21.  Iqis il-faqar relatat mal-pirjid bħala kwistjoni li għaddejja fl-UE, bil-Plan International UK jistma li 1 minn kull 10 ibniet ma tistax taffordja l-prodotti sanitarji; jiddispjaċih li l-prodotti tal-iġjene tan-nisa, u l-prodotti u s-servizzi ta' kura għat-tfal, għall-anzjani jew għall-persuni b'diżabilità, għadhom mhumiex meqjusa bħala prodotti bażiċi fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Istati Membri kollha biex jeliminaw l-hekk imsejħa "taxxa fuq il-kura u t-tampons" billi jużaw il-flessibbiltà introdotta fid-Direttiva tal-VAT u japplikaw eżenzjonijiet jew rati ta' VAT ta' 0 % għal dawn il-prodotti bażiċi essenzjali; jirrikonoxxi li t-tnaqqis fil-prezz bis-saħħa tal-eżenzjoni ta' dawn il-prodotti mill-VAT kien ikun ta' benefiċċju imprezzabbli għan-nisa żgħażagħ; jappoġġja l-movimenti li jsiru għall-promozzjoni tad-disponibbiltà mifruxa ta' provvisti tal-prodotti sanitarji u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jipprovdu provvisti bla ħlas ta' prodotti tal-iġjene tan-nisa f'ċerti spazji (pubbliċi) bħall-iskejjel, l-universitajiet u x-xelters għan-nies bla saqaf, u għan-nisa li ġejjin minn sfond b'introjtu baxx, bil-għan li l-faqar relatat mal-pirjid jinqered għalkollox fit-tojlits pubbliċi tal-UE;

Impatt tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi

22.  Jinnota li l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa huma kontributuri ewlenin għad-disparità bejn is-sessi fl-Unjoni u fuq livell globali jillimitaw ir-riżorsi disponibbli għall-gvernijiet biex iżidu l-ugwaljanza fil-livell nazzjonali u internazzjonali(21);

23.  Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa(22), u dawk minn kumitati speċjali preċedenti (TAX u TAX2) infassla bil-ħsieb li jiġġieldu l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fl-UE; jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw rapportar għal kull pajjiż, BKKTK tal-UE u direttiva riveduta dwar l-imgħax u d-drittijiet dovuti malajr kemm jista' jkun;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu riformi tat-taxxa ugwali għall-ġeneru fil-fora internazzjonali kollha, inklużi l-OECD u n-NU, u jappoġġjaw il-ħolqien ta' korp tat-taxxa intergovernattiv tan-NU bi sħubija universali, drittijiet tal-vot ugwali u parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel; jenfasizza li dan il-korp għandu jkun mgħammar sew biex jiżviluppa għarfien espert speċifiku dwar it-tassazzjoni skont il-ġeneru;

25.  Jinnota li trattati doppji tat-taxxa bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, ġeneralment ma jippromwovux taxxa minn ras il-għajn, u għalhekk huma ta' benefiċċju għall-korporazzjonijiet multinazzjonali għad-detriment tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jinnota li n-nuqqas ta' mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi jipprevjeni servizzi pubbliċi kompletament iffinanzjati bħall-kura tas-saħħa jew l-edukazzjoni f'dawn il-pajjiżi, li jaffettwa b'mod sproporzjonat in-nisa u l-bniet; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu mandat lill-Kummissjoni biex tirrevedi t-trattati eżistenti kontra t-taxxa doppja biex b'hekk jeżaminaw u jindirizzaw dawn il-problemi, u biex jiżguraw li t-trattati futuri kontra t-taxxa doppja jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi flimkien ma' dispożizzjonijiet ġenerali kontra l-abbuż;

26.  Jistieden lill-kumitat speċjali TAX3 jinkludi perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-formulazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

Integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tat-taxxa

27.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt regolari fir-rigward tas-sessi tal-politiki fiskali minn perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, b'fokus fuq l-effett multiplikatur u preġudizzju impliċitu biex jiżguraw li ma jkunx hemm preżenti diskriminazzjoni diretta jew indiretta fl-ebda politika fiskali fl-UE;

28.  Jistieden lill-Istati Membri jikkondividu l-aħjar prattiki rigward id-disinn tas-swieq tax-xogħol u s-sistemi ta' tassazzjoni tagħhom, bil-għan li jgħinu fit-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-diskrepanza fil-pensjonijiet, ħaġa li għalhekk jista' jkun li tippromwovi trattament aktar ġust u ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' taxxa;

29.  Ifakkar lill-Kummissjoni li, minn mindu t-Trattat ta' Lisbona inkorpora fil-liġi primarja l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, hija marbuta bil-liġi biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki u l-azzjonijiet tagħha;

30.  Jirrikonoxxi li ħafna gruppi ta' attivisti u tas-soċjetà ċivili jħossu li qed jitwarrbu mid-diskussjonijiet dwar il-politika tat-tassazzjoni minħabba n-nuqqas ta' għarfien espert u li b'hekk gruppi mill-oqsma tal-industrija u l-finanzi għandhom rappreżentanza żejda fil-proċessi konsultattivi relatati mal-ibbaġitjar f'ħafna Stati Membri; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw din il-kwistjoni billi jipprovdu edukazzjoni dwar il-proċessi baġitarji flimkien ma' opportunitajiet għal konsultazzjoni ġenwina mas-soċjetà ċivili;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni biex taqdi l-obbligu legali tagħha ta' promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi inkluż fil-valutazzjonijiet tagħha tat-tfassil tal-politika tat-taxxa fundamentali ; jissottolinja li r-reviżjonijiet tas-sistemi tat-taxxa tal-Istati Membri fi ħdan is-Semestru Ewropew, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, jirrikjedu analiżijiet bir-reqqa f'dan ir-rigward;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020 biex jingħelbu n-nuqqasijiet strutturali li hawn fl-ekonomija tal-Ewropa, jiġu indirizzati d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-diskrepanza fil-pensjonijiet, jitjiebu l-kompetittività u l-produttività tal-UE u tintrifed ekonomija soċjali tas-suq sostenibbli li tkun ta' benefiċċju għan-nisa u l-irġiel kollha;

33.  Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-proposta għal direttiva dwar ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż(23), li tipproponi miżuri ambizzjużi biex jitjiebu t-trasparenza fiskali u l-iskrutinju pubbliku tal-intrapriżi multinazzjonali, peress li dan jippermetti li l-pubbliku usa' jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar il-profitti li jsiru, is-sussidji meħuda u t-taxxi mħallsa fil-ġurisdizzjonijiet fejn joperaw; jirrakkomanda li l-analiżi komprensiva tal-aspetti relatati mal-ġeneru titqiegħed fil-qofol ta' kull livell eżistenti u futur ta' riċerka u ta' politiki dwar il-ġustizzja fiskali, bil-ħsieb li tintlaħaq aktar trasparenza u obbligu ta' rendikont rigward it-taxxa; iħeġġeġ lill-Kunsill jilħaq ftehim komuni dwar il-proposta biex jidħol f'negozjati mal-istituzzjonijiet l-oħra sabiex jiġi adottat rekwiżit ta' rapportar pubbliku għal kull pajjiż, waħda mill-miżuri ewlenin biex tinstab aktar trasparenza dwar l-informazzjoni dwar it-taxxa ta' kumpaniji għaċ-ċittadini kollha; ifakkar fil-ħtieġa li l-Istati Membri jwettqu analiżi kollaterali regolari tal-impatt materjali ta' dawn il-miżuri, inklużi l-analiżijiet tal-preġudizzji relatati mal-ġeneru tal-politiki tat-taxxa, tal-abbiltà tagħhom li jiġbru d-dħul domestiku għall-iffinanzjar tad-drittijiet tan-nisa, fuq Stati Membri oħra u pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, filwaqt li jirrikonoxxu li xi xogħol seħħ f'dan ir-rigward fil-qafas tal-Pjattaforma dwar Governanza Tajba fil-qasam tat-Taxxa;

34.  Jinnota li l-ugwaljanza bejn is-sessi mhux biss hija dritt fundamentali tal-bniedem, iżda l-kisba tagħha tikkontribwixxi għal tkabbir aktar inklużiv u sostenibbli; jenfasizza li analiżi tal-baġit rigward l-aspett tal-ġeneru tippermetti informazzjoni mtejba dwar l-impatt distribuzzjonali tal-investimenti pubbliċi fuq l-irġiel u n-nisa; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jimplimentaw l-ibbaġitjar skont il-ġeneru b'tali mod li jżomm rendikont espliċitu ta' x'proporzjon tal-fondi pubbliċi huma mmirati lejn in-nisa u jiżgura li l-politiki kollha għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-allokazzjoni tan-nefqa jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi prattiki tajba fuq il-politiki tat-tassazzjoni li jqisu l-impatt fuq il-ġeneru u jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'mod partikolari fejn jidħlu t-tassazzjoni tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi u l-VAT; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi analiżi tal-aspetti relatati mal-ġeneru fir-rapport annwali tagħha dwar ix-Xejriet ta' Tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea;

36.  Ifakkar li, minkejja d-dikjarazzjoni konġunta dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mehmuża mar-Regolament dwar il-QFP 2014-2020, ma sarx progress sinifikanti f'dan l-ambitu u li l-Kummissjoni ma qisitx l-implimentazzjoni tagħha waqt ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP; jitlob li l-proċeduri baġitarji annwali jevalwaw u jintegraw l-impatt tal-politiki tal-UE fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet tal-ġeneru); jistenna impenn imġedded mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni lejn l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-QFP li jmiss, u l-monitoraġġ effettiv tiegħu, inkluż matul ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, billi jitqies il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel minqux fl-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

37.  Jistieden lill-Istati Membri jħarsu l-obbligu legali tagħhom fil-qafas tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni u meta jimplimentaw il-politiki nazzjonali li huma rregolati mid-dritt tal-Unjoni;

38.  Jissottolinja li huma meħtieġa aktar riċerka u ġbir aħjar ta' data diżaggregata skont is-sessi fir-rigward tal-effetti distributtivi u allokattivi differenzjati skont il-ġeneru tas-sistema tat-tassazzjoni; jistieden, b'mod partikolari, lill-Istati Membri biex jiġbru d-data fiskali fuq bażi individwali u mhux biss abbażi tal-unitajiet domestiċi, u biex jeliminaw il-lakuni fid-data li jirrigwardaw il-ġeneru b'rabta mal-mudelli ta' konsum u l-użu minn rati mnaqqsa, mad-distribuzzjoni tal-introjtu intraprenditorjali u l-ħlasijiet tat-taxxa relatati, u mad-distribuzzjoni tal-ġid nett, l-introjtu kapitali u l-ħlasijiet tat-taxxa relatati;

39.  Jiddispjaċih li l-maġġoranza tal-Istati Membri jonqsu milli jiġbru jew jevalwaw data individwalizzata dwar it-taxxa fuq l-introjtu u ħafna Stati Membri għadhom qed jiġbru d-data biss fil-livell tal-unitajiet domestiċi, minħabba dispożizzjonijiet dwar taxxa konġunta;

40.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jfasslu struttura xierqa ta' inċentivi bbażati fuq benefiċċji fiskali li tħaddan il-miżuri politiċi kollha u li tħeġġeġ lin-nisa migranti biex (jerġgħu) jimpenjaw ruħhom fit-taħriġ jew jidħlu għal impjieg;

o
o   o

41.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) CEDAW/C/CHE/CO/4-5, punti 40-43 (L-Iżvizzera 2016); CEDAW/C/LUX/CO/6-7, punti 10, 15, 16 (Il-Lussemburgu 2018).
(2) ĠU C 353E, 3.12.2013, p. 38.
(3) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 2.
(4) ĠU C 66, 21.2.2018, p. 30.
(5) ĠU C 76, 28.2.2018, p. 93.
(6) ĠU C 263, 25.7.2018, p. 49.
(7) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132.
(8) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(9) Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.
(10) Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.
(11) Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.
(12) Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, Taxation Trends in the European Union - Data for the EU Member States, Iceland and Norway - 2018 Edition (Xejriet ta' Tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea - Data għall-Istati Membri tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja - Edizzjoni 2018).
(13) Institute of Development Studies, Redistributing Unpaid Care Work – Why Tax Matters for Women's Rights (Istitut tal-Istudji dwar l-Iżvilupp, It-Tqassim mill-Ġdid ta' Xogħol ta' Indukrar bla Ħlas - Għaliex it-Taxxa hija Kwistjoni Importanti għad-Drittijiet tan-Nisa). Briefing tal-Politika. Ħarġa 109. Jannar 2016.
(14) Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.
(15) Kif imsejjaħ fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tas-16 ta' Ġunju 2016.
(16) Il-Kummissjoni Ewropea, Semestru Ewropew: Rapporti għall-Pajjiżi, 7 ta' Marzu 2018.
(17) Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.
(18) Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.
(19) Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew, Gender equality and taxation in the European Union (L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2017.
(20) La Fiscalidad en España desde una Perspectiva de Género (2016) - Institut per a l’estudi i la transformació d ela vida quotidiana / Ekona Consultoría.
(21) "Final study on illicit financial flows, human rights and the 2030 Agenda for Sustainable Development" (L-istudju finali dwar flussi finanzjarji illeċiti, drittijiet tal-bniedem u l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli) tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Espert Indipendenti dwar l-effetti ta' dejn barrani u obbligi finanzjarji internazzjonali relatati oħra tal-istati fuq it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem kollha, b'mod partikolari d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, 2016.
(22) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132.
(23) Testi adottati, P8_TA(2017)0284.

Avviż legali