Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019 - StrasburguVerżjoni finali
Għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għas-sena finanzjarja 2016
 Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju (Riżoluzzjoni)
 Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju ***
 Ftehim bejn l-UE u ċ-Ċina f'rabta mal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492 tad-WTO - Miżuri li jaffettwaw il-konċessjonijiet tariffarji għal ċerti prodotti tal-laħam tal-pollam ***
 Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ***I
 Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) ***I
 Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) ***I
 It-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
 Il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi
 L-istabbiliment ta' programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv *
 Rapport ta' implimentazzjoni dwar il-pilastru kummerċjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Amerika Ċentrali
 L-istabbiliment tal-Programm InvestEU***I
 Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE *
 Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2021-2025 *
 Rapport Annwali 2017 tal-Bank Ċentrali Ewropew
 Unjoni Bankarja - Rapport annwali 2018
 Implimentazzjoni tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Kolombja u l-Perù
 Is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2017

Għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għas-sena finanzjarja 2016
PDF 123kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016 (2018/2938(RSP))
P8_TA(2019)0015B8-0052/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8‑0087/2018),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018(3) li jipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2016, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2018(4) li ma jagħtix kwittanza għas-sena finanzjarja 2016 lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(6), b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(2)(a) tal-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 79.
(2) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 79.
(3) Testi adottati, P8_TA(2018)0140.
(4) Testi adottati, P8_TA(2018)0406.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42


Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju (Riżoluzzjoni)
PDF 151kWORD 53k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (10593/2018 – C8-0463/2018 – 2018/0256M(NLE))
P8_TA(2019)0016A8-0478/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10593/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0463/2018),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni fir-rigward tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tas-sajd, magħruf ukoll bħala l-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Kawża T-512/12) tal-10 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) (Kawża C-104/16 P) tal-21 ta' Diċembru 2016,

–  wara l-kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal SWD(2018)0346 tal-11 ta' Ġunju 2018, li jakkumpanja l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati tal-23 ta' Mejju 1969 u l-Artikoli 34 u 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar is-sitwazzjoni rigward is-Saħara tal-Punent lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (S/2018/277),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 2414(2018) dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna s-Saħara tal-Punent (S/RES/2414 (2018)),

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-Artikolu 73 fil-Kapitolu XI tagħha dwar it-Territorji mhux Awtonomi,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 21 fil-Kapitolu 1, Titolu V tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2019(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, kif ukoll il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0478/2018),

A.  billi l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk igawdu minn relazzjonijiet storiċi u jżommu kooperazzjoni mill-qrib żviluppata permezz ta' sħubija wiesgħa li tkopri aspetti politiċi, ekonomiċi u soċjali, kif imsaħħa mill-istatus avvanzat u mir-rieda taż-żewġ partijiet li jkomplu jiżviluppawha;

B.  billi l-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni bejn l-UE u l-Marokk daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013; billi fid-19 ta' Novembru 2012 il-Front Polisario rrefera l-ftehim quddiem il-QtĠ-UE minħabba ksur tad-dritt internazzjonali kif applikat għat-territorju tas-Saħara tal-Punent;

C.  billi fl-10 ta' Diċembru 2015 il-Qorti tal-ewwel istanza irrevokat id-deċiżjoni tal-Kunsill li jikkonkludi l-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni; billi l-Kunsill unanimament appella din is-sentenza fid-19 ta' Frar 2016;

D.  billi l-Qorti Ġenerali tal-QtĠ-UE, fis-sentenza tagħha tal-21 ta' Diċembru 2016, stabbiliet li l-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni ma kienx joffri bażi legali għall-inklużjoni tas-Saħara tal-Punent, u għalhekk ma setax japplika għal dan it-territorju;

E.  billi l-paragrafu 106 tas-sentenza jiddikjara li l-popli tas-Saħara tal-Punent għandhom jiġu kkunsidrati bħala "parti terza" għall-ftehim – skont it-tifsira tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati – u li għalhekk iridu japprovaw il-ftehim biex dan jiġi implimentat f'dan it-territorju; billi, għaldaqstant, dan il-ftehim ma setax jestendi l-applikazzjoni tiegħu għat-territorju tas-Saħara tal-Punent fin-nuqqas ta' ftehim ulterjuri;

F.  billi l-operaturi għadhom jistgħu jesportaw lejn l-Unjoni Ewropea mis-Saħara tal-Punent, iżda sa mill-21 ta' Diċembru 2016 il-preferenzi tariffarji għal prodotti li joriġinaw minn dan it-territorju m'għadhomx japplikaw;

G.  billi l-informazzjoni disponibbli mhijiex suffiċjenti biex tippermetti lill-awtoritajiet doganali tal-UE jistabbilixxu jekk il-prodotti esportati mill-Marokk joriġinawx mis-Saħara tal-Punent, u b'hekk tipprevjeni l-konformità mas-sentenza tal-QtĠ-UE;

H.  billi, wara s-sentenza tal-QtĠ-UE, il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni biex timmodifika l-protokolli 1 u 4 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju sabiex ikunu jistgħu jiġu inklużi l-prodotti mis-Saħara tal-Punent; billi l-inklużjoni tagħhom minnha nfisha tirrikjedi xi forma ta' traċċabilità għall-identifikazzjoni ta' dawn il-prodotti;

I.  billi huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-Ftehim ikun konformi mas-sentenza tal-QtĠ-UE tal-21 ta' Diċembru 2016 fil-Kawża C-104/16 P,

J.  billi l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ikkonsultaw, fi Brussell u f'Rabat, ma' uffiċjali eletti u ma' diversi rappreżentanti u assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mit-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent;

K.  billi l-Parlament qies li kien jeħtieġ li huwa stess imur u jivvaluta s-sitwazzjoni direttament u jifhem il-fehmiet differenti tan-nies; billi fakkar fil-konklużjonijiet tal-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) fit-territorju fit-2 u t-3 ta' Settembru 2018;

L.  billi l-modifika tal-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni, qed issir f'kuntest politiku u ġeopolitiku usa';

M.  billi, wara tmiem il-kolonizzazzjoni Spanjola tas-Saħara tal-Punent, il-kunflitt fiż-żona ilu għaddej aktar minn erbgħin sena;

N.  billi s-Saħara tal-Punent titqies min-Nazzjonijiet Uniti bħala territorju mhux dekolonizzat;

O.  billi r-riżoluzzjoni 2440 (2018) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti estendiet il-mandat tal-MINURSO għal perjodu addizzjonali ta' sitt xhur;

P.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha ma jirrikonoxxux is-sovranità tal-Marokk fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent; billi n-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Afrikana jirrikonoxxu lill-Front Polisario bħala r-rappreżentant tal-poplu tas-Saħara tal-Punent;

Q.  billi n-Nazzjonijiet Uniti jelenkaw is-Saħara tal-Punent bħala Territorju mhux Awtonomu għall-finijiet tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU;

1.  Ifakkar li l-Marokk huwa sieħeb privileġġjat tal-UE fil-Viċinat tan-Nofsinhar, li miegħu l-UE bniet sħubija b'saħħitha, strateġika u dejjiema li tkopri aspetti politiċi, ekonomiċi u soċjali, kif ukoll is-sigurtà u l-migrazzjoni; jenfasizza li l-Marokk ingħata status avvanzat fi ħdan il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV);

2.  Jisħaq fuq l-importanza li dan il-ftehim jagħti garanziji rigward ir-rispett tad-dritt internazzjonali, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, u jikkonforma mad-deċiżjoni rilevanti tal-QtĠ-UE;

3.  Ifakkar fl-obbligu skont l-Artikolu 21 tat-TUE li l-UE u l-Istati Membri tagħha jirrispettaw il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-Artikolu 1(2) tal-Karta tan-NU jinkludi r-rispett tal-prinċipju tal-awtodeterminazzjoni tal-popli;

4.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 21 tat-TUE, l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali;

5.  Jenfasizza li dan il-ftehim ma jimplika l-ebda forma ta' rikonoxximent għas-sovranità tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent, li bħalissa hija elenkat min-Nazzjonijiet Uniti bħala territorju mhux awtonomu, li partijiet kbar minnha bħalissa huma amministrati mir-Renju tal-Marokk, u jinsisti li l-pożizzjoni tal-UE tibqa' dik li tappoġġja l-isforzi tan-NU biex tiżgura soluzzjoni ġusta, dejjiema u reċiprokament aċċettabbli għall-kunflitt fis-Saħara tal-Punent li se tipprovdi l-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, skont id-dritt internazzjonali, il-Karta tan-NU u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU; itenni għalhekk, l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-Mibgħut Personali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għas-Saħara tal-Punent, is-Sur Horst Köhler, biex jgħin ħalli jġib lill-partijiet madwar il-mejda tan-negozjati tan-NU sabiex jiksbu din is-soluzzjoni; jistieden lill-partijiet jerġgħu jibdew dawn in-negozjati mingħajr prekundizzjonijiet u in bona fide; jenfasizza li r-ratifika tal-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni emendat bejn l-UE u l-Marokk trid tkun strettament mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-proċess ta' paċi dwar is-Saħara tal-Punent;

6.  Jirrimarka li fil-bidu ta' Diċembru f'Ġinevra saret għandha ssir laqgħa tal-partijiet involuti fil-kunflitt fuq l-inizjattiva tan-NU u bil-parteċipazzjoni tal-Alġerija u tal-Mauritania, u jittama li din il-laqgħa tgħin biex il-proċess ta' paċi jaqbad sewwa;

7.  Jirrikonoxxi ż-żewġ kondizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza tal-QtĠ-UE, jiġifieri li s-Saħara tal-Punent tissemma' b'mod espliċitu fit-test tal-Ftehim u li jinkiseb il-kunsens tal-poplu, flimkien mat-tielet kriterju li ġie miżjud mill-Kunsill, jiġifieri l-bżonn li jiġi żgurat li l-ftehim ikun ta' benefiċċju għall-popolazzjoni lokali;

8.  Jenfasizza, kif jiddikjara r-rapport tal-Kummissjoni, li ttieħdu l-passi raġonevoli u fattibbli kollha biex isir stħarriġ dwar il-kunsens tal-popolazzjoni kkonċernata, permezz ta' dawn il-konsultazzjonijiet inklussivi;

9.  Jissottolinja li, matul il-proċess ta' konsultazzjoni, il-Kummissjoni u s-SEAE żammew kuntatt regolari mat-tim tal-Mibgħut Personali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għas-Saħara tal-Punent;

10.  Jieħu nota tal-interessi leġittimi tan-nies fit-territorju, u jemmen li hemm bżonn li soluzzjoni rispettata u aċċettata tal-kunflitt li għadu għaddej hija meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku tat-territorju; huwa konvint, fl-istess waqt, li l-poplu Saħrawi għandu d-dritt li jiżviluppa huwa u jistenna soluzzjoni politika;

11.  Jinnota li, f'taħditiet ma' diversi atturi ekonomiċi lokali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, xi partijiet jesprimu l-approvazzjoni tagħhom għall-ftehim billi jiddefendu d-dritt tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku, filwaqt li oħrajn jikkunsidraw li s-soluzzjoni tal-kunflitt politiku għandha tasal qabel l-għoti tal-preferenzi kummerċjali; jinnota li, matul konsultazzjonijiet inklussivi mmexxija mill-Kummissjoni u mis-SEAE ma' firxa ta' organizzazzjonijiet tas-Saħara tal-Punent u ma' organizzazzjonijiet u korpi oħra, il-maġġoranza tal-partijiet li ħadu sehem esprimew appoġġ għall-benefiċċji soċjoekonomiċi li l-preferenzi tariffarji proposti jġibu magħhom;

12.  Ifakkar li, fis-sentenza tagħha, il-QtĠ-UE ma speċifikatx b'liema mod għandha tiġi espressa l-approvazzjoni tal-poplu, u għalhekk iqis li għad fadal xi ftit inċertezza rigward dan il-kriterju;

13.  Jirrikonoxxi li l-ftehim jista' jwassal għall-promozzjoni ta' żvilupp soċjali u sostenibbli li jagħti kontribut ewlieni għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali kurrenti u għall-ħolqien potenzjali ta' opportunitajiet ta' impjieg lokali kemm għal persuni b'livell baxx ta' ħiliet u kemm għal dawk b'ħiliet ta' livell għoli; jinnota li huwa stmat li madwar 59 000 impjieg huma dipendenti fuq l-esportazzjonijiet, li jikkorrispondu għal madwar 10 % tal-popolazzjoni li tgħix fit-territorju;

14.  Jemmen li l-preferenzi tariffarji tal-UE kellhom impatt pożittiv fuq is-setturi tal-prodotti agrikoli u tas-sajd u fuq il-livelli ta' esportazzjoni tagħhom fit-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent; jitlob kawtela, madankollu, biex jiġi vverifikat li dawn jipproduċu valur miżjud lokali, jiġu investiti mill-ġdid lokalment, u jipprovdu opportunitajiet ta' xogħol deċenti għall-popolazzjoni lokali;

15.  Huwa konvint, li minkejja l-eżitu tal-proċess ta' paċi, il-popolazzjoni lokali se tgawdi mill-iżvilupp ekonomiku u mill-effetti sekondarji ġġenerati f'termini ta' investiment fl-infrastruttura, fl-impjiegi, fis-saħħa u fl-edukazzjoni;

16.  Jirrikonoxxi l-investiment eżistenti f'diversi setturi, kif ukoll l-isforzi biex jiġu żviluppati teknoloġiji ekoloġiċi bħalma huma s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-impjant ta' desalinizzazzjoni tal-ilma baħar, iżda jinsisti li hemm bżonn aktar sforzi biex tiġi żgurata inklużjoni akbar f'kull parti tal-ekonomija lokali;

17.  Jirrikonoxxi l-inizjattivi ta' negozju min-naħa ta' nies Saħrawi, speċjalment dawk minn żgħażagħ Saħrawi, li ħafna minnhom huma nisa, u jirrileva l-bżonn tagħhom għal opportunitajiet ta' esportazzjoni estiżi u ta' ċertezza legali li jippermettu aktar investiment f'setturi b'domanda kbira għal ħaddiema, bħalma huma l-agrikoltura, is-sajd u l-infrastruttura;

18.  Jirrikonoxxi l-potenzjal strateġiku tas-Saħara tal-Punent bħala ċentru ta' investiment għall-bqija tal-kontinent Afrikan;

19.  Iwissi dwar l-effetti negattivi ta' nuqqas ta' applikazzjoni tal-preferenzi tariffarji fuq prodotti mit-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent, u dwar il-messaġġ li dan jibgħat lill-ġenerazzjoni żagħżugħa li tinvesti fit-territorju jew li hija lesta tinvesti fih u lill-potenzjal li din għandha biex tiżviluppa t-territorju; jissottolinja r-riskju li l-attivitajiet jiġu rilokati lejn reġjuni fil-Marokk fejn jibbenefikaw mill-preferenzi; jinnota li, skont il-Kummissjoni, in-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' preferenzi tariffarji jista' jgħarraq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-popolazzjoni lokali fit-territorji kkonċernati;

20.  Huwa konvint li preżenza tal-UE permezz tal-kummerċ u l-investiment, fost l-oħrajn, hija preferibbli mill-irtirar f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħidma ta' promozzjoni u monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet individwali, u jitlob valutazzjoni u djalogu rigorużi mal-parti Marokkina dwar dawn il-kwistjonijiet;

21.  Ifakkar li partijiet oħra tad-dinja li għandhom approċċ anqas ambizzjuż rigward l-iżvilupp sostenibbli, standards tax-xogħol u soċjali għoljin u d-drittijiet tal-bniedem qed iħabbtu l-bieb għal opportunitajiet kummerċjali ġodda u se jiksbu aktar influwenza kull fejn l-UE tirtira;

22.  Jirrileva li l-impenn kontinwu tal-UE fit-territorju se jkollu effett ta' lieva pożittiv fuq l-iżvilupp sostenibbli tiegħu;

23.  Jissottolinja li ċ-ċertezza legali hija essenzjali biex tattira investiment sostenibbli u fit-tul fit-territorju u għaldaqstant għad-dinamiżmu u d-diversifikazzjoni tal-ekonomija lokali;

24.  Ifakkar li, mis-sentenza tal-QtĠ-UE 'l hawn, l-Istati Membri ma jistgħux legalment japplikaw preferenzi kummerċjali għal prodotti mit-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent, u li l-inċertezza legali li taffettwa lill-operaturi ekonomiċi trid tispiċċa;

25.  Huwa konxju mill-fatt, u mħasseb ħafna dwaru, li sal-lum kien diffiċli għall-aħħar li dak li jkun jidentifika liema prodotti huma esportati mit-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent;

26.  Jenfasizza li kriterju ewlieni għall-Parlament qabel ma jagħti l-kunsens tiegħu għall-ftehim huwa li jkun żgurat li mekkaniżmu jiġi implimentat biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom aċċess għal informazzjoni affidabbli dwar prodotti li joriġinaw fis-Saħara tal-Punent u li jiġu importati fl-UE, b'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE; jenfasizza li tali mekkaniżmu se jagħmel disponibbli data statistika dettaljata u diżaggregata li tkun ipprovduta f'waqtha dwar tali esportazzjonijiet; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni u l-Marokk ħadu żmien twil biex jaqblu dwar tali mekkaniżmu; jitlob li l-Kummissjoni tuża kull miżura korrettiva disponibbli f'każ li l-implimentazzjoni tal-ftehim ma tkunx sodisfaċenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament valutazzjoni annwali tal-konformità ta' dan il-mekkaniżmu mal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE;

27.  Jirrileva li, mingħajr dan il-ftehim fis-seħħ, inkluż il-mekkaniżmu li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodotti, se jkun impossibbli li wieħed ikun jaf jekk prodotti li joriġinaw fit-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent jkunux qed jidħlu fis-suq Ewropew, u f'liema kwantità jkunu qed jidħlu fih;

28.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni maqbula bejn l-UE u l-Marokk dwar l-iskambju annwali reċiproku ta' informazzjoni u statistika dwar prodotti koperti mill-Iskambju ta' Ittri hija meħtieġa biex l-ambitu tal-Ftehim u l-impatt tiegħu fuq l-iżvilupp u l-popolazzjonijiet lokali jiġu evalwati;

29.  Jitlob li l-Kummissjoni u s-SEAE jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni u r-riżultat tal-ftehim u jirrapportaw il-konstatazzjonijiet tagħhom lill-Parlament b'mod regolari;

30.  Jitlob li l-Kummissjoni tesplora modi kif il-preferenzi kummerċjali jistgħu jingħataw b’mod effikaċi fil-futur lil dawk kollha li jgħixu fis-Saħara tal-Punent;

31.  Jirrimarka li l-UE u l-Marokk, kif kien previst fil-ftehim inizjali tal-2012, innegozjaw ftehim ambizzjuż u komprensiv dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, li jipprevedi l-protezzjoni mill-Marokk tal-lista sħiħa tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni; jirrimarka wkoll, barra minn hekk, li l-proċedura għall-konklużjoni tal-ftehim, li bdiet fl-2015, kienet ġiet sospiża wara s-sentenza tal-Qorti tal-21 ta' Diċembru 2016; jistieden lill-UE u lill-Marokk biex jissoktaw il-proċedura immedjatament u jerġgħu lura malajr għan-negozjati tad-DCFTA;

32.  Jenfasizza li t-trattament preferenzjali mogħti għal ċerti esportazzjonijiet ta' frott u ħaxix mill-Marokk lejn l-UE fl-ambitu tal-ftehim tat-8 ta' Marzu 2012 dwar il-miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproka fuq prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati, ħut u prodotti tas-sajd huwa kwistjoni partikolarment sensittiva għall-industrija tal-ortikultura Ewropea;

33.  Jenfasizza li l-aċċess għas-suq intern tal-UE mill-pajjiżi terzi kollha għandu jkun konformi mar-regoli u mal-istandards tal-UE dwar is-saħħa, is-saħħa tal-pjanti, it-traċċabbiltà u l-ambjent;

34.  Jitlob li l-Kummissjoni tippromwovi ekwivalenza tal-miżuri u l-kontrolli bejn il-Marokk u l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-istandards dwar is-saħħa, is-saħħa tal-pjanti, it-traċċabbiltà u l-ambjent, kif ukoll ir-regoli dwar it-tikkettar tal-oriġini, sabiex tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta bejn iż-żewġ swieq;

35.  Ifakkar li l-ftehim aġġornat ma jbiddilx il-kwoti tar-rata tariffarja u r-reġim ta' importazzjoni preferenzjali li kien ġie stabbilit qabel, u li lill-produtturi Ewropej jipprovdilhom biss kjarifika dwar l-ambitu ġeografiku tal-ftehim;

36.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li parti mill-frott u l-ħxejjex esportati bi preferenzi lejn l-Unjoni fl-ambitu tal-ftehim inkwistjoni (fosthom it-tadam u l-bettieħ) ġejja mit-territorju tas-Saħara tal-Punent, u jirrimarka li tfasslu proġetti ambizzjużi biex ikomplu jiżviluppaw din il-produzzjoni u dawn l-esportazzjonijiet;

37.  Jieħu nota, madankollu, tal-kjarifika li ġab miegħu dan il-ftehim il-ġdid, u jittama li minn hawn 'il quddiem ikun jista' jipprovdi qafas ċar u stabbli bejn il-partijiet f'dan il-ftehim u għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran;

38.  Jinnota li l-monitoraġġ ta' prodotti agrikoli sensittivi u l-applikazzjoni stretta tal-kwoti huma fundamentali għall-funzjonament ibbilanċjat tal-ftehim; jirrimarka li, fl-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 1 tal-Ftehim tal-2012, hemm klawsola ta' salvagwardja li tagħmilha possibbli li jittieħdu miżuri xierqa meta importazzjonijiet ta' kwantitajiet kbar ta' prodotti agrikoli sensittivi bis-saħħa tal-ftehim iwasslu għal taqlib serju tas-suq u/jew dannu serju lill-industrija kkonċernata; jittama li l-importazzjonijiet bi preferenzi ta' prodotti agrikoli sensittivi fl-UE mill-Marokk u mis-Saħara tal-Punent fl-Unjoni jkunu soġġetti għal monitoraġġ f'loku u wiesgħa mill-Kummissjoni, u li din tal-aħħar tibqa' tibqa' lesta li tattiva l-klawsola msemmija fejn tqum ħtieġa stabbilita;

39.  Jinnota l-fatt li l-bastimenti tas-sajd tal-UE li joperaw fl-ibħra kkonċernati huma obbligati legalment li jkollhom Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u li huwa obbligatorju li l-pożizzjoni ta' bastiment tiġi trażmessa lill-awtoritajiet Marokkini, li jagħmilha totalment possibbli li bastimenti jiġu ttraċċati u li jiġi rreġistrat fejn l-attivitajiet tas-sajd tagħhom ikunu saru;

40.  Jitlob li l-UE tintensifika l-isforzi biex trawwem il-kooperazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi tal-Magreb, li jista' jkollha biss implikazzjonijiet pożittivi enormi għar-reġjun u lil hinn minnu;

41.  Jirrimarka l-ħtieġa strateġika li l-UE taħdem ruħha aktar mill-qrib mal-pajjiżi tar-reġjun tal-Magreb u tiżviluppa r-rabtiet tagħha magħhom; iqis l-estensjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni f'dan il-kuntest bħala komponent loġiku ta' din l-istrateġija;

42.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(1) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0017.


Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju ***
PDF 121kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (10593/2018 – C8-0463/2018– 2018/0256(NLE))
P8_TA(2019)0017A8-0471/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10593/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (10597/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0463/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2019(1) dwar l-abbozz għal deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0471/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Marrokk.

(1) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA-PROV(2019)0016.


Ftehim bejn l-UE u ċ-Ċina f'rabta mal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492 tad-WTO - Miżuri li jaffettwaw il-konċessjonijiet tariffarji għal ċerti prodotti tal-laħam tal-pollam ***
PDF 118kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f'rabta ma' DS492: Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam (10882/2018 – C8-0496/2018 – 2018/0281(NLE))
P8_TA(2019)0018A8-0472/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10882/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: Unjoni Ewropea – Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam (10883/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0496/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0472/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.


Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ***I
PDF 331kWORD 91k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) (COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD)
P8_TA(2019)0019A8-0445/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0380),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 175(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0231/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2018 (1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta’ Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0445/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari fis-16 ta’ Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għat-Tranżizzjoni (FET) [Em. 1 Din l-emenda tapplika għat-test kollu]

P8_TC1-COD(2018)0202


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Fl-implimentazzjoni tal-Fondi jenħtieġ li jiġu rispettati l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu fl-Artikoli 9 u  10 tat-TFUEtat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), inklużi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-Artikolu 8 tat-TFUE, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u tal-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. [Em. 2]

(2)  Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(6) ġie pproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala rispons għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Filwaqt li jitqiesu r-realtajiet li qed jinbidlu tad-dinja tax-xogħol, jenħtieġ li l-Unjoni tkun lesta għall-isfidi attwali u futuri tal-globalizzazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni, billi tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u billi ttejjeb il-politiki tal-impjieg u dawk soċjali. L-għoxrin prinċipju ewlieni tal-Pilastru huma strutturati fuq tliet kategoriji: opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol; kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti; protezzjoni u inklużjoni soċjali. Jenħtieġ li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jaġixxi bħala qafas gwida ġenerali tal-Fond Ewropew għat-Tranżizzjoni (FET), li jippermetti lill-Unjoni tistabbilixxi l-prinċipji fil-prattika fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar.

(3)  Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill approva t-tweġiba tal-Unjoni(7) għall-“Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU”(8) - futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-kisba tal-iżvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b’mod bilanċjat u integrat. Huwa essenzjali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fil-qasam ta’ politika tal-Unjoni, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi globali. Il-Kunsill laqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli” tat-22 ta’ Novembru 2016 bħala l-ewwel pass fl-integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u fl-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament tagħha.

(4)  Fi Frar 2018, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020”(9). Il-Komunikazzjoni tenfasizza li jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni jappoġġa l-ekonomija soċjali tas-suq unika tal-Ewropa. Għalhekk, se jkun importanti ħafna li jitjiebu l-opportunitajiet ta’ xogħol u li jiġu indirizzati l-isfidi tal-ħiliet, speċjalment dawk marbutin mad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u t-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, filwaqt li jiġi rispettat bis-sħiħ il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2015 wara l-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. Il-flessibbiltà baġitarja jenħtieġ li tkun prinċipju ewlieni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Il-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sabiex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi aktar malajr għal avvenimenti mhux previsti, u sabiex jiżguraw li r-riżorsi baġitarji jintużaw fejn ikun hemm l-aktar bżonn urġenti. [Em. 3]

(5)  Fil-“White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa”(10), il-Kummissjoni tesprimi tħassib dwar il-movimenti ta’ iżolazzjoni, dubji li jkomplu jikbru dwar il-benefiċċji tal-kummerċ miftuħ u l-ekonomija soċjali tas-suq tal-Unjoni b’mod ġenerali.

(6)  Fid-“Dokument ta’ riflessjoni dwar l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni”(11), il-Kummissjoni tidentifika l-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ flimkien mal-bidla teknoloġika bħala l-ixprunaturi ewlenin għaż-żieda fid-domanda għal ħiliet speċjalizzati u għat-tnaqqis fin-numru ta’ impjiegi li jeħtieġu livell aktar baxx ta’ kwalifiki. Minkejja l-vantaġġi kbar ġenerali ta’ kummerċ aktar miftuħ u aktar integrazzjoni tal-ekonomiji dinjija, dawn Filwaqt li wieħed jirrikonoxxi l-vantaġġi ta' kummerċ aktar miftuħ, hemm bżonn mezzi adegwati biex jiġu indirizzati l-effetti negattivi jenħtieġ li jiġu indirizzati. Peress li l-benefiċċji attwali tal-globalizzazzjoni diġà mhumiex imqassma b’mod ugwali fost in-nies u r-reġjuni, li jikkawża impatt sinifikanti fuq dawk li huma affettwati ħażin, hemm il-periklu li l-avvanzi l-bidliet teknoloġiċi li qed jevolvu b’ritmu rapidu se u ambjentali jkomplu jħeġġu dawn l-effetti. Għalhekk, b’konformità mal-prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ sostenibbiltà, se jkun jenħtieġ li jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jiġu kondiviżi b’mod aktar ġust. billi l-ftuħ Kwalunkwe effett negattiv simultanju tal-globalizzazzjoni u tat-tranżizzjonijiet teknoloġiċi u ambjentali għandu jiġi antiċipat b'mod aktar wiesa' mill-Fondi Strutturali rilevanti tal-Unjoni, bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), sabiex id-dinja tan-negozju u l-forza tax-xogħol jadattaw ruħhom aħjar billi t-tkabbir ekonomiku u l-avvanz teknoloġiku jiġu rrikonċiljati mal-protezzjoni ma' protezzjoni soċjali adegwata u appoġġ attiv għall-aċċess għal opportunitajiet ta' xogħol u impjieg indipendenti. [Em. 4]

(7)  Fid-“Dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE”(12), il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi u soċjali bejn l-Istati membri u fihom. Għalhekk, il-prijorità ewlenija hija li jsir investiment fl-iżvilupp sostenibbli, fl-ugwaljanza, fl-inklużjoni soċjali, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ kif ukoll fis-saħħa. [Em. 5]

(8)  fl-iżvilupp sostenibbli, il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika aktarx se jkomplu jżidu l-interkonnettività u l-interdipendenza tal-ekonomiji tad-dinja. Ir-riallokazzjoni tax-xogħol hija parti integrali u inevitabbli ta’ minn tali bidla ekonomika. Jekk Biex il-benefiċċji tal-bidla jkunu jistgħu jitqassmu b’mod ġust, l-għoti ta’ assistenza lil ħaddiema spostati u lil dawk mhedda bl-ispostament huwa ta’ importanza kbira. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-FSE+, li huwa maħsub biex joffri assistenza b'mod antiċipatorju, u l-FET, li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta' avvenimenti ta' ristrutturar kbar b'mod reattiv. Il-“Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar”(13), huwa l-istrument ta’ politika tal-UE li jistabbilixxi l-qafas tal-aħjar prattiki biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Dan joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta’ aġġustament ekonomiku u ta’ ristrutturar u l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjieg tagħhom jenħtieġ li jiġu indirizzati b’mezzi ta’ politika adegwati. Dan jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw finanzjament tal-UE u nazzjonali b’tali mod li jiżguraw li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjieg, ikunu jistgħu jittaffew b’mod aktar effettiv. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), li huwa maħsub biex joffri assistenza b’mod antiċipatorju, u l-FEG li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar mhux mistennija b’mod reattiv. [Em. 6]

(9)  Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) għall-qafas finanzjarju pluriennali mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013. L-FEG ġie stabbilit biex jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema li tilfu l-impjiegi tagħhom b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni.

(10)  Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ġie estiż fl-2009 bir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) bħala parti mill-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku biex jinkludi l-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom bħala konsegwenza diretta tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(11)  Għat-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), estenda l-kamp ta’ applikazzjoni biex ma jkoprix biss l-ispostamenti tal-impjiegi li jirriżultaw minn taqlib ekonomiku serju kkawżat minn kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, iżda wkoll minn kwalunkwe kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida.

(11a)  Jenħtieġ li l-programm tal-FET ikun viżibbli u jirrikjedi aktar data u data ta' kwalità aħjar, sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni xjentifika xierqa tal-FET u jiġu evitati restrizzjonijiet amministrattivi fit-tħaddim tal-programm ta' assistenza għall-aġġustament tal-kummerċ. [Em. 7]

(12)  Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-FEG biex tivvaluta kif u kemm il-FEG jilħaq l-objettivi tiegħu. Il-FEG wera li huwa effettiv, u jilħaq rata ta’ riintegrazzjoni ogħla ta’ ħaddiema spostati milli fil-perjodu ta’ programmar preċedenti. L-evalwazzjoni sabet ukoll li l-FEG iġġenera valur miżjud Ewropew. Dan huwa partikolarment minnu fit-termini tal-effetti tal-volum tiegħu, li jfisser li l-assistenza mill-FEG mhux biss iżid in-numru u l-varjetà ta’ servizzi offruti, iżda anki l-livell ta’ intensità tagħhom. Barra minn hekk, interventi tal-FEG ikollhom viżibbiltà għolja u juru l-valur miżjud tal-UE tal-intervent direttament lill-pubbliku ġenerali. Madankollu, ġew identifikati diversi sfidi. Min-naħa l-waħda, il-proċedura tal-mobilizzazzjoni ġiet meqjusa bħala twila wisq. Barra minn hekk, ħafna Stati Membri rrappurtaw problemi biex jiġbru l-analiżi estensiva tal-kuntest li fih seħħ l-avveniment li wassal għas-sensji. Ir-raġuni prinċipali li żżomm lill-Istati Membri li kieku kien ikollhom każ potenzjali tal-FEG milli japplikaw huma problemi finanzjarji u ta’ kapaċità istituzzjonali. Minn banda, dan jista’ jkun biss nuqqas ta’ ħaddiema — bħalissa l-Istati Membri jistgħu jitolbu għal assistenza teknika biss jekk dawn jimplimentaw każ tal-FEG. Billi s-sensji jistgħu jseħħu bla mistenni, ikun importanti li l-Istati Membri jkunu lesti biex jirreaġixxu immedjatament u jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni mingħajr ebda dewmien. Barra minn hekk, f’ċerti Stati Membri, jidher li jenħtieġu sforzi iktar pronfondi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-każijiet tal-FEG. Il-limitu ta’ 500 impjieg spostat kien ġie kkritikat bħala għoli wisq, speċjalment f’reġjuni inqas popolati(17).

(13)  Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza kontinwa tar-rwol tal-FEG tal-FET bħala fond flessibbli li jappoġġa lill-ħaddiema li jitilfu l-impjiegi tagħhom f’avvenimenti ta’ ristrutturar fuq skala kbira u li jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista’ jkun. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tipprovdi, appoġġ speċifiku ta’ darba biex tkun iffaċilitata r-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol f'impjiegi sostenibbli u ta' kwalità tal-ħaddiema spostati f’oqsma, f’setturi, f’territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk ta’ taqlib ekonomiku serju. Meta titqies l-interazzjoni u l-effetti reċiproċi tal-kummerċ miftuħ, tal-bidla teknoloġika, tad-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni jew fatturi oħra bħall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jew bħat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju, u għalhekk meta jitqies il-fatt li qed isir dejjem aktar diffiċli biex jiġi individwat fattur speċifiku li jikkawża l-ispostamenti tal-impjiegi, fil-futur jenħtieġ li l-mobilizzazzjoni tal-FEG tal-FET tkun ibbażata biss fuq l-impatt sinifikanti ta’ avveniment ta’ ristrutturar. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li jipprovdi appoġġ f’sitwazzjonijiet urġenti u f’ċirkostanzi mhux mistennija, filwaqt li jikkumplimenta assistenza iktar antiċipatorja offruta mill-FSE+, jenħtieġ li l-FEG l-FET jibqa’ strument flessibbli u speċjali barra mil-limiti massimi baġitarji tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. “Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027” u l-anness(18) tiegħurelattiv. [Em. 8 u 97]

(13a)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji, il-Parlament Ewropew reġa' kkonferma l-pożizzjoni soda tiegħu dwar il-livell ta' finanzjament meħtieġ għall-politiki ewlenin tal-Unjoni fil-QFP 2021-2027, sabiex dawn ikunu jistgħu jissodisfaw il-missjoni u l-objettivi tagħhom. Huwa saħaq b'mod partikolari fuq l-appell biex il-finanzjament speċifiku tal-QFP għall-SMEs jiġi rdoppjat u biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ; laqa' diversi proposti li jtejbu d-dispożizzjonijiet attwali, b'mod partikolari ż-żieda fl-allokazzjonijiet ta' strumenti speċjali; u stqarr l-intenzjoni tiegħu li jinnegozja titjib addizzjonali fejn ikun hemm bżonn. [Em. 9]

(14)  Kif intqal, sabiex tinżamm in-natura Ewropea tal-FEG FET, jenħtieġ li tiskatta applikazzjoni għal appoġġ meta avveniment ta’ ristrutturar kbir jikkawża impatt sinifikanti fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali. Tali impatt jenħtieġ li jiġi ddefinit b’numru minimu ta’ spostamenti tal-impjiegi f’perjodu speċifiku ta’ referenza. Filwaqt li jitqiesu s-sejbiet tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, jenħtieġ li l-limitu jiġi stabbilit għal 250 200 spostament ta’ impjieg fi żmien perjodu fil-perjodi ta’ referenza ta’ erba’ xhur (jew 6 xhur f’każijiet settorjali). rispettivi. Filwaqt li jitqies il-fatt li l-mewġ l-mewġiet ta’ sensji f’setturi differenti, iżda fl-istess reġjun ikollhom impatt sinifikanti fuq is-suq tax-xogħol lokali, jenħtieġ li jkunu possibbli wkoll applikazzjonijiet reġjonali. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni remoti, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi kif imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-applikazzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiġu sottomessi applikazzjonijiet fil-każ ta’ numru inqas iżgħar ta’ spostamenti tal-impjiegi. [Em. 10]

(14a)  Filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u filwaqt li titqies il-ħtieġa ta' impatt sinifikanti min-naħa tal-avveniment ta' ristrutturar bħala limitu minimu għal applikazzjoni fil-qafas tal-FET, jenħtieġ li l-Fond jagħmel ħiltu biex tintwera solidarjetà mal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja minn kull tip ta' intrapriża, irrispettivament mid-daqs tagħha. [Em. 11]

(14b)  Jenħtieġ li l-FET jibqa' strument speċjali tal-Unjoni li jirreaġixxi għal sitwazzjonijiet li jikkawżaw avvenimenti ta' ristrutturar importanti fis-suq tax-xogħol Ewropew. Madankollu, jenħtieġ li l-Unjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex issib modi aktar sostenibbli kif tittratta l-bidla strutturali u l-isfidi li jaffettwaw is-swieq tax-xogħol u jwasslu għal avvenimenti bħal dawn fl-Istati Membri. [Em. 12]

(15)  Sabiex tintwera s-solidarjetà tal-Unjoni mal-ħaddiema spostati u mal-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, jenħtieġ li r-rata ta’ kofinanzjament tal-ispiża tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati u l-implimentazzjoni tiegħu tkun daqs dik tal-FSE+ fl-Istat Membru rispettiv ikkonċernat.

(16)  Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall-FET tiġi implimentata mill-Kummissjoni permezz ta’ ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) [number of the new Financial Regulation] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) (“ir-Regolament Finanzjarju”). Għaldaqstant, meta jimplimentaw l-FET b’ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħal ġestjoni finanzjarja soda, trasparenza u nondiskriminazzjoni.

(17)  Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Bidla, li huwa bbażat fil-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) f’Dublin, jagħti assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’analiżijiet kwalitattivi u kwantitattivi sabiex jgħin fil-valutazzjoni tat-tendenzital-globalizzazzjoni, tar-ristrutturar u tal-użu tal-FEG, bħal fil-globalizzazzjoni, il-bidliet teknoloġiċi u ambjentali, ir-ristrutturar u l-użu tal-FET. Jenħtieġ li dawn l-analiżijiet jinkludu data diżaggregata suffiċjenti, partikolarment mill-perspettiva tas-sessi, sabiex l-inugwaljanzi bejn is-sessi jiġu miġġielda b'mod aktar effiċjenti.. [Em. 13]

(17a)  L-Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar (ERM) tal-Eurofound josserva f'ħin reali r-rapportar ta' avvenimenti ta' ristrutturar fuq skala kbira madwar l-Unjoni, abbażi ta' netwerk ta' korrispondenti nazzjonali. L-ERM huwa rilevanti ħafna għall-FET u jenħtieġ li jassisti l-operat tiegħu partikolarment billi jgħin fl-identifikazzjoni ta' każijiet ta' intervent potenzjali fi stadju bikri. [Em. 14]

(18)  Il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtiep jenħtieġ li jkollhom aċċess ugwali għall-FEGgħall-FET, ikun xi jkun it-tip ta’ kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg tagħhom. Għalhekk, ħaddiema il-ħaddiema spostati, irrispettivament mit-tip u t-tul tar-relazzjoni tal-impjieg tagħhom, kif ukoll il-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jitqiesu bħala benefiċjarji tal-FEG possibbli possibbli tal-FET għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. [Em. 15]

(19)  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG mill-FET jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati u servizzi personalizzati mmirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f’impjieg sostenibbli u ta' kwalità f'settur orjentat lejn il-futur, fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu, iżda jenħtieġ li jfittxu wkoll li jippromwovu l-impjieg indipendenti u l-ħolqien ta' intrapriżi, inkluż bit-twaqqif ta' kooperattivi. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet mistennija prospettivi fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali, u fuq il-ġlieda kontra l-istereotipi tas-sessi fl-impjieg, jekk ikun il-każ. L-inklużjoni ta’ allowances ta’ flus f’pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta. Il-kumpaniji jistgħu Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jikkomplementa – u mhux jissostitwixxi – kwalunkwe miżura li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri jew tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew skont ftehimiet kollettivi. Jenħtieġ li l-kumpaniji jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri li huma appoġġati mill-FEG. mill-FET.[Em. 16]

(19a)  Fl-implimentazzjoni u t-tfassil ta' pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, immirat biex tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira, jenħtieġ li l-Istati Membri jisfruttaw u jimmiraw aħjar għall-objettivi tal-Aġenda Diġitali u l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali bil-ħsieb li tiġi indirizzata d-disparità serja bejn is-sessi fis-setturi tal-ICT u tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) permezz tal-promozzjoni tat-taħriġ mill-ġdid u r-rikwalifikazzjoni tan-nisa f'dawn is-setturi. Barra minn hekk, fl-implimentazzjoni u t-tfassil ta' pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, jenħtieġ li l-Istati Membri jevitaw li jipperpetwaw id-dominazzjoni ta' sess wieħed f'dawk l-industriji u s-setturi li fihom tradizzjonalment kien jiġri hekk. Iż-żieda fir-rappreżentanza tal-inqas sess rappreżentat f'setturi differenti, bħall-finanzi, l-ICT u l-iSTEM, tikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-differenza bejn is-sessi fl-ambitu tal-paga u l-pensjonijiet. [Em. 17]

(20)  Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pakkett ikkoordinat tal-miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol, jenħtieġ li l-Istati Membri jiffavorixxu miżuri li jkunu se jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħabirku għar-riintegrazzjoni f’impjieg sostenibbli tal-akbar numru possibbli ta’ benefiċjarji u ta' kwalità tal-benefiċjarji kollha li jkunu qed jipparteċipaw f’dawn il-miżuri mill-aktar fis possibbli fil-perjodu ta’ sitt xhur qabel ma jkun dovut ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Jenħtieġ li t-tfassil tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati jqis ir-raġunijiet sottostanti għas-sensji – meta rilevanti – u jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet meħtieġa fis-suq tax-xogħol fil-futur. Jenħtieġ li l-pakkett koordinat ikun kompatibbli bis-sħiħ mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u li ma tagħmilx ħsara lill-klima. [Em. 18]

(21)  Jenħtieġ Meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi ż-żgħażagħ l-persuni b'diżabilità, il-persuni li għandhom qraba dipendenti, iż-żgħażagħ qiegħda u dawk li huma aktar kbar fl-età kif ukoll dawk li jinsabu f’riskju ta’ faqar, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta’ miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħolil-persuni b'livell baxx ta' kwalifiki, il-persuni li ġejjin minn kuntest migratorju kif ukoll il-persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat l-FEGl-FET. [Em. 19]

(21a)  Fil-perjodu bejn Marzu 2007 u Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet 148 applikazzjoni għal kofinanzjament mill-FEG minn 21 Stat Membru, għal total ta' kważi EUR 600 miljun biex jiġu megħjuna 138 888 ħaddiem spostat u 2 944 persuna barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEET). [Em. 20]

(22)  Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b’mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu b'urġenza applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEGmill-FET u li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħmlu l-almu tagħhom biex jivvalutawhom rapidament. F’każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien. [Em. 21]

(22a)  Biex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tingħata aktar pubbliċità lill-FET u l-possibbiltajiet tiegħu, b'mod partikolari fil-livell ta’ l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri. [Em. 22]

(22b)  Biex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tingħata aktar pubbliċità lill-FET u l-possibbiltajiet tiegħu, b'mod partikolari fil-livell ta’ l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri. [Em. 23]

(23)  Fl-interess tal-benefiċjarji u tal-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri, jenħtieġ li l-Istati Membri applikanti jżommu lill-atturi kollha li huma involuti fil-proċess tal-applikazzjoni mgħarrfa bil-progress tal-applikazzjoni u jinvolvuhom kontinwament matul il-proċess tal-implimentazzjoni. [Em. 24]

(24)  F’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijietil-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG FET ma jissostitwixxux il-miżuri jistgħux jissostitwixxu l-miżuri ta’ appoġġ li huma disponibbli għall-benefiċjarji fi ħdan il-fondi tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni iżda fejn hu possibbli jenħtieġ li jikkomplementawhom. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-FET lanqas ma tista' tieħu post miżuri nazzjonali jew miżuri li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kumpaniji li jagħtu s-sensja skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi u, minflok, jenħtieġ li toħloq valur Ewropew miżjud reali. [Em. 25]

(25)  Fid-dawl tal-prinċipju tal-ugwaljanza, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw aċċess effettiv għall-informazzjoni dwar il-FET fit-territorju tagħhom kollu, inkluż fiż-żoni rurali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi, b'mod partikolari, it-tixrid tal-aħjar prattiki eżistenti, tippubbliċizza l-kriterji ta' eliġibbiltà u l-proċeduri tal-applikazzjoni tal-FET u tinforma liċ-ċittadini tal-Unjoni – partikolarment lill-ħaddiema – dwar il-Fond. Jenħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq każijiet tal-FEGtal-FET u r-riżultati tagħhom. [Em. 26]

(26)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li n-nefqa tkun eliġibbli jew mid-data li fiha Stat Membru jibda jipprovdi servizzi personalizzati jew mid-data li fiha Stat Membru jġarrab nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FET.

(27)  Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu b’mod speċjali matul l-ewwel xhur ta’ kull sena, fejn il-possibilitajiet għal trasferimenti minn linji baġitarji oħra jkunu partikolarment diffiċli, jenħtieġ li jkun disponibbli ammont adegwat ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-linja baġitarja tal-FETfil-proċedura baġitarja annwali.

(27a)  Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu b'mod speċjali matul l-ewwel xhur ta' kull sena, meta l-għażliet fir-rigward ta' trasferimenti minn linji baġitarji oħra jkunu partikolarment limitati, jenħtieġ li, fil-proċedura baġitarja annwali, jitqiegħed għad-dispożizzjoni ammont adegwat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-linja baġitarja tal-FET. [Em. 27]

(28)  [Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ta’ [future date] dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet tal-baġit u dwar ġestjoni finanzjarja soda(20)(“il-Ftehim Interistituzzjonali”) jiddeterminaw il-qafas baġitarju tal-FET].

(29)  Fl-interess tal-benefiċjarji, jenħtieġ li l-assistenza ssir disponibbli malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG FETjenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni rapida u bla xkiel tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEGFET. Għalhekk, fil-futur jenħtieġ li l-Awtorità Baġitarja tiddeċiedi fuq it-talbiet għal trasferiment sottomessi mill-Kummissjoni, li ma jeħtieġx Proposta tal-Kummissjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG. [Vot Separat]

(30)  Fil-każ li xi intrapriża tagħlaq, il-ħaddiema spostati jistgħu jiġu megħjuna jieħdu f’idejhom xi wħud mill-attivitajiet jew l-attivitajiet kollha ta’ min kien iħaddimhom qabel qabel u l-Istat Membru fejn tinsab l-intrapriża jista' jantiċipa l-fondi li jkunu meħtieġa b'urġenza biex dan ikun jista' jsir. [Em. 29]

(31)  Sabiex jippermettu skrutinju politiku mill-Parlament Ewropew u monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-assistenza tal-FEGtal-FET, jenħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEGtal-FET li jenħtieġ li jirreaġixxi għal rekwiżiti ċari ta' monitoraġġ u jinkludi segwitu tal-benefiċjarji u valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi. [Em. 30]

(32)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja u għall-ġestjoni u l-kontroll tal-azzjonijiet appoġġati mill-finanzjament tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament Finanzjarju”)(21), jew ir-Regolament suċċessur. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġġustifikaw l-użu li jkun sar mill-kontribuzzjoni finanzjarja li jkunu rċevew mill-FET. Minħabba l-perjodu ta’ implimentazzjoni qasir tal-operazzjonijiet tal-FET, jenħtieġ li l-obbligi ta’ rapportar jirriflettu n-natura partikolari tal-interventi tal-FET.

(32a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jassiguraw attivitajiet ta' komunikazzjoni effikaċi biex jippromwovu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FET, jenfasizzaw li l-finanzjament oriġina mill-Unjoni u jtejbu l-viżibbiltà tal-attivitajiet finanzjarji tal-Unjoni fl-ambitu tal-Fond. [Em. 31]

(33)  Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jipprevjenu, jidentifikaw u jindirizzaw b’mod effettiv kwalunkwe irregolarità, inkluż frodi mwettqa mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013(22) u r-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2988/95(23) u Nru 2185/96(24), l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939(25), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26) dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), lill-l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar is-sejba ta’ irregolaritajiet inkluża l-frodi, u dwar is-segwitu tagħhom kif ukoll dwar is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF.

(34)  Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1], ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95[2], ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[3] u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939[4], l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(35)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz tal-għotjiet, l-akkwist, il-premju, l-implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(36)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(27) , hemm il-ħtieġa li dan il-programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Fejn xieraq, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.

(37)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tappoġġa l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-fond, se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu. [Em. 32]

(38)  Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(39)  Meta jitqies il-fatt li t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tirrikjedi ċertu livell ta’ kompetenza diġitali tal-forza tax-xogħol, it-tixrid tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali jenħtieġ li jkun element orizzontali obbligatorju ta’ kwalunkwe pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati offruti offruti u jenħtieġ li jinkorpora l-objettiv li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-professjonijiet STEM, [Em. 33]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew għat-Tranżizzjoni (FET).

Jistipula l-objettivi tal-FEG FET, il-forom tal-finanzjament tal-Unjoni u r-regoli u l-kriterji għall-għoti ta’ tali finanzjament, inklużi l-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG FET għal miżuri mmirati lejn il-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 7. [Em. 34]

Artikolu 2

Missjoni

L-FEG L-objettiv tal-FET għandu jikkontribwixxi għal distribuzzjoni aħjar tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jkun li jappoġġa trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni u tal-avvanz teknoloġiku l-bidliet teknoloġiċi u ambjentali billi jgħin lill-ħaddiema spostati permezz tal-promozzjoni ta' impjieg alternattiv u sostenibbli. Il-FET għandu jkun fond ta' emerġenza li jopera b'mod reattiv u jikkontribwixxi jadattaw għal bidla strutturali tranżizzjoni ġusta. Bħala tali, l-FEG il-FET għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ddefiniti skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika fost ir-reġjuni u l-Istati Membri. [Em. 35]

Artikolu 3

Objettivi

1.  L-objettiv ġenerali tal-FEG tal-programm huwa li juri solidarjetà mal-ħaddiema spostati u l-persuni irrispettivament mit-tip jew it-tul tar-relazzjoni tal-impjieg tagħhom, kif ukoll mal-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet waqt avvenimenti ta’ ristrutturar kbar mhux mistennija, imsemmija fl-Artikolu fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu  5, u joffrilhom joffri appoġġ finanzjarju għal miżuri biex dawn jerġgħu jsibu impjieg. [Em. 36]

2.  L-objettiv speċifiku tal-FEG tal-FET huwa li joffri assistenza f’avvenimenti u appoġġ lill-ħaddiema fir-rigward tar-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol fil-każ ta' avvenimenti ta’ ristrutturar kbar mhux mistennija, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, it-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni. Għandu jkun hemm il-bidla teknoloġika. Għandha ssir enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati u fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi. [Em. 37 u 98]

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

(a)  “ħaddiem spostat” tfisser ħaddiem, irrispettivament mit-tip jew it-tul tar-relazzjoni tal-impjieg tiegħu, li l-impjieg tiegħu jintemm qabel iż-żmien minħabba l-għoti tas-sensja, jew li l-kuntratt tiegħu ma jiġġeddidx, minħabba raġunijiet ekonomiċi; [Em. 38]

(b)  “persuna li taħdem għal rasha” tfisser persuna li impjegat anqas minn 10 ħaddiema;

(c)  “benefiċjarju” tfisser persuna li tipparteċipa f’miżuri kofinanzjati tal-FET.

(d)  “irregolarità” tfisser kwalunkwe ksur tal-liġi applikabbli, li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku involut fl-implimentazzjoni tal-FET, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni billi jimposta nefqa mhux ġustifikata f’dan il-baġit.

Artikolu 5

Kriterji ta’ intervent

1.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FETgħal miżuri mmirati lejn il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Kontribuzzjoni finanzjarja mill-FETgħandha tiġi pprovduta f’avvenimenti ta’ ristrutturar kbar li jirriżultaw f’dan li ġej:

(a)  il-waqfien ta’ attività tal-attività ta’ aktar minn 250 mill-inqas 200 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ sitt xhur, f’intrapriża fi Stat Membru, inkluż fejn dak il-waqfien japplika fil-fornituri tagħha jew fil-produtturi downstream; [Em. 39]

(b)  il-waqfien ta’ attività tal-attività ta’ aktar minn 250 mill-inqas 200 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta’ referenza ta’ sitt disa' xhur, partikolarment fl-SMEs, fejn kollha kemm huma joperaw fl-istess settur ekonomiku ddefinit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkun jinsab f’reġjun wieħed jew f’żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 jew f’aktar minn żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 sakemm ikun hemm aktar minn 250 mill-inqas 200 ħaddiem jew persuni li jaħdmu għal rashom milqutin fi tnejn mir-reġjuni kombinati; [Em. 40]

(c)  il-waqfien ta’ attività tal-attività ta’ aktar minn 250 mill-inqas 200 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta’ referenza ta’ erba’ disa' xhur, partikolarment fl-SMEs, li joperaw fl-istess setturi ekonomiċi jew f’setturi differenti ddefiniti fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkunu jinsabu fl-istess reġjun iddefinit fil-livell NUTS 2. [Em. 41]

3.  Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ li jinkludu applikazzjonijiet li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru applikant, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu tista’ tiġi kkunsidrata ammissibbli anke jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi il-livelli tal-impjieg u fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali jew nazzjonali. L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 mhumiex issodisfati bis-sħiħ. L-ammont aggregat tal-kontribuzzjonijiet f’ċirkostanzi eċċezzjonali ma jistax jaqbeż il-15 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG FET. [Em. 42]

4.  Il-FET ma jistax jiġi mmobilizzat meta l-ħaddiema jingħataw is-sensja bħala riżultat ta’ tnaqqis fil-baġit li jittieħed minn Stat Membru, li jaffettwa lis-setturi li jiddependu primarjament mill-finanzjament pubbliku. [Em. 43]

Artikolu 6

Kalkolu tal-ispostamenti u tal-waqfien ta’ attività

1.  L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika l-metodu użat għall-kalkolu tan-numru ta’ ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom iddefinit fl-Artikolu 4, għall-fini tal-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 5. [Em. 44]

2.  L-Istat Membru applikant għandu jikkalkula n-numru msemmi fil-paragrafu 1 kif inhu, f’waħda mid-dati li ġejjin:

(a)  id-data meta l-impjegatur, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE (28), jgħarraf bil-miktub lill-awtorità pubblika kompetenti bis-sensji kollettivi pproġettati;

(b)  id-data tan-notifika individwali tal-impjegatur ta’ tkeċċija mix-xogħol jew ta’ tmiem tal-kuntratt tax-xogħol tal-ħaddiem;

(c)  id-data ta’ meta jintemm de facto l-kuntratt tax-xogħol jew tal-iskadenza tiegħu;

(d)  tmiem id-delega mal-impriża utenti; jew

(e)  għal persuna li taħdem għal rasha, id-data tal-waqfien tal-attivitajiet kif iddeterminat skont il-liġi nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a), l-Istat Membru applikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni addizzjonali dwar in-numru reali ta’ sensji li ngħataw skont l-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, qabel ma titlesta l-valutazzjoni mill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Benefiċjarji eliġibbli

L-Istat Membru applikant jista’ jipprovdi pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati skont l-Artikolu 8 kofinanzjat mill-FETlill-benefiċjari eliġibbli, li jistgħu jinkludu:

(a)  ħaddiema spostati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, ikkalkolati skont l-Artikolu 6, fil-perjodi ta’ referenza previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 fl-Artikolu 5; [Em. 45]

(b)  ħaddiema spostati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, ikkalkolati skont l-Artikolu 6, barra l-perjodu ta’ referenza previst fl-Artikolu 5; jiġifieri 6 xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza jew bejn it-tmiem tal-perjodu ta’ referenza u l-aħħar jum qabel id-data meta titlesta l-valutazzjoni mill-Kummissjoni.

Il-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu eliġibbli diment li tkun tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-avveniment li jkun skatta s-sensji waqt il-perjodu ta’ referenza.

B'deroga mill-Artikolu 5, l-Istati Membri applikanti jistgħu jipprovdu servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FET lil għadd ta' NEETs (barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ) taħt il-25 sena jew – jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk – taħt it-30 sena, fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, li jkun ugwali għall-għadd ta' benefiċjarji fil-mira, bħala prijorità lil persuni li jkunu ngħataw is-sensja jew li l-attività tagħhom tkun waqfet, dment li tal-inqas xi wħud mis-sensji jkunu seħħew f'reġjuni tal-livell NUTS 2. [Em. 46]

Artikolu 8

Miżuri eliġibbli

1.  Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-FET għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati, bl-involviment tal-organizzazzjonijiet trejdjunjonistiċi u/jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema, imfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati u, b’mod partikolari, dawk l-aktar żvantaġġati fost il-ħaddiema spostati, f’impjieg jew f’impjieg indipendenti sostenibbli u ta' kwalità. [Em. 47]

Id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u f'ekonomija effiċjenti fir-riżorsi hija element orizzontali obbligatorju ta’ kwalunkwe pakkett ta’ taħriġ u/jew servizzi personalizzati offruti. Il-livell ta’ taħriġ għandu jiġi adattat għall-kwalifiki, , il-ħiliet u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-benefiċjarju rispettiv. [Em. 48]

Il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati jista’ partikolarment jinkludi:

(a)  taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfasslin apposta, inkluż f’ħiliet ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u f’ħiliet oħrajn meħtieġa fl-era diġitali, iċ-ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba, assistenza personalizzata għat-tfittix ta’ impjieg, gwida okkupazzjonali, servizzi konsultattivi, mentoraġġ, assistenza għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, assistenza għal impjieg indipendenti, gћall-ftuħ ta’ negozji u ta’ teħid ta’ kontroll mill-impjegati, u attivitajiet ta’ kooperazzjoni; [Em. 49]

(b)  miżuri speċjali b’limitu ta’ żmien, bħal allowances għat-tfittix ta’ impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ tal-impjegaturi allowances għall-indukrar tat-tfal, allowances għall-mobbiltà, allowances għat-taħriġ jew għas-sussistenza, inklużi allowances għall-persuni li jindukraw u inċentivi għar-reklutaġġ, fosthom inċentivi biex min iħaddem jipprovdi arranġamenti flessibbli tax-xogħol għall-ħaddiema spostati. [Em. 50]

L-ispejjeż tal-miżuri msemmija fil-punt (b) ma għandhomx jaqbżu l-35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett għall-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati elenkati f’dan il-paragrafu. [Em. 51]

L-investimenti għal impjieg indipendenti, il-bidu ta’ negozju – li jista' jkun kooperattiva – jew it-teħid ta’ kontroll mill-impjegati ma għandhomx jaqbżu l-EUR 20 000 25 000 għal kull ħaddiem spostat. [Em. 52]

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi sostenibbli u sostenibbli effiċjenti fir-riżorsi, u għandu jiffoka wkoll fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u jqis id-domanda fis-suq tax-xogħol lokali kif ukoll il-possibbiltà li l-ħaddiema jiġu riintegrati fis-settur okkupazzjonali tal-impjieg preċedenti tagħhom, meta avveniment ta' ristrutturar kbir ikun ħoloq ħtieġa ta' ħiliet ġodda jew supplementari u l-ħiliet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod effiċjenti. [Em. 53]

2.  Dawn il-miżuri li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FET:

(a)  miżuri speċjali b’limitu ta’ żmien imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, li mhumiex kundizzjonali fuq il-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati f’attivitajiet ta’ tfittxija tax-xogħol jew ta’ taħriġ;

(b)  miżuri li huma r-responsabbiltà ta’ intrapriżi skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

(ba)  miżuri li jistimulaw partikolarment lill-ħaddiema żvantaġġati, lil dawk li qegħdin f'riskju ogħla ta' faqar jew lill-ħaddiema ta' età akbar biex jibqgħu jew jidħlu lura fis-suq tax-xogħol; [Em. 54]

(bb)  miżuri li huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi. [Em. 55]

Il-miżuri appoġġati mill-FEG mill-FET ma għandhomx għandhom – taħt l-ebda ċirkostanza – jissostitwixxu l-miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali passivi.’ [Em. 56]

3.  Il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi għandu jitfassal b’konsultazzjoni mal-benefiċjarji speċifikati jew mar-rappreżentanti tagħhom, jew u/jew mas-sħab soċjali. [Em. 57]

4.  Fuq inizjattiva tal-Istat Membru applikant, tista’ ssir kontribuzzjoni finanzjarja mill-FETgħall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar.

Artikolu 9

Applikazzjonijiet

1.  L-Istat Membru applikant għandu jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien 12-il ġimgħa mid-data meta jkunu ġew issodisfati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(2) jew (3).

2.  Fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, jew, fejn applikabbli, mid-data li fiha l-Kummissjoni jkollha f’idejha t-traduzzjoni tal-applikazzjoni, tkun liema tkun l-aħħar waħda li tasal, il-Kummissjoni għandha tikkonferma li rċeviet l-applikazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollha bżonn sabiex tivvaluta l-applikazzjoni. [Em. 58]

3.  Fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika fl-istadji bikrija tal-proċedura. Fejn tali informazzjoni addizzjonali tkun rikjesta mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data tat-talba. Din l-iskadenza għandha tiġi estiża mill-Kummissjoni b’għaxart ijiem ta’ xogħol, fuq talba debitament ġustifikata tal-Istat Membru kkonċernat. [Em. 59]

4.  Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet rekwiżiti biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja, fi żmien 60 40 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta jew, fejn applikabbli mit-traduzzjoni tal-applikazzjoni. Fejn Jekk il-Kummissjoni, ma tkunx tista’ tirrispetta din l-iskadenza, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'20 jum dment li l-Kummissjoni, għandha tagħti spjegazzjoni minn qabel bil-miktub fejn tagħti li fiha tiġġustifika r-raġunijiet tad-dewmien għad-dewmien tagħha u tibgħat dik l-ispjegazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat. [Em. 60]

5.  Applikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)  valutazzjoni tan-numru ta’ sensji skont l-Artikolu 6, inkluż il-metodu ta’ kalkolu;

(b)  il-konferma li, fejn meta l-intrapriża li tat is-sensji kompliet għaddejja bl-attivitajiet tagħha wara li tkun tat is-sensji, hija tkun irrispettat l-obbligi ġuridiċi kollha tagħha li jirregolaw is-sensjar u tkun ipprovdiet għall-ħaddiema tagħha skont dawn l-obbligi; [Em. 61]

(ba)   indikazzjoni ċara tal-attivitajiet diġà mwettqa mill-Istati Membri għall-assistenza tal-ħaddiema spostati u tan-natura komplementari tal-fondi mitluba mill-FET minħabba nuqqas ta' riżorsi għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali; [Em. 62]

(bb)   ħarsa ġenerali lejn il-fondi tal-Unjoni li diġà bbenefikat minnhom l-intrapriża li tkun tat is-sensji fil-ħames snin ta' qabel is-sensji kollettivi; [Em. 63]

(c)  deskrizzjoni qasira tal-avvenimenti li wasslu għall-ispostament tal-ħaddiema;

(d)  l-identifikazzjoni, fejn applikabbli, tal-intrapriżi li taw is-sensji, il-fornituri jew il-produtturi downstream, is-setturi, u l-kategoriji ta’ benefiċjarji speċifikati mqassma skont is-sess, il-grupp ta’ età u l-livell tal-edukazzjoni;

(e)  l-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija u l-impjiegi fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali nazzjonali jew, fejn xieraq, dak transfruntier; [Em. 64]

(f)  deskrizzjoni ddettaljata tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati u n-nefqa relatata, inkluż, b’mod partikolari, kwalunkwe miżura li tkun b’appoġġ għall-inizjattivi ta’ impjiegi għall-benefiċjarji żvantaġġati, , bi ftit ħiliet, ta’ età akbar u żgħażagħ u minn żoni żvantaġġati; [Em. 65]

(g)  spjegazzjoni dwar kemm tqiesu r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta’ Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u tar-ristrutturar, u kif il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati jikkomplementa l-azzjonijiet iffinanzjati minn fondi oħrajn nazzjonali jew tal-Unjoni, inkluż informazzjoni dwar miżuri li huma obbligatorji għall-intrapriżi li taw is-sensji kkonċernati skont il-liġi nazzjonali jew b’konformità mal-ftehimiet kollettivi;

(h)  il-baġit stmat għal kull wieħed mill-komponenti tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati b’appoġġ għall-benefiċjarji speċifikati u għal kwalunkwe attività ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar;

(i)  għall-finijiet ta’ evalwazzjoni, miri speċifiċi għall-każ indikattivi ddefiniti mill-Istat Membru fir-rigward tar-rata ta’ impjieg mill-ġdid tal-benefiċjarji 6 xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni;

(j)  id-dati li fihom inbdew jew għad iridu jinbdew is-servizzi personalizzati għall-benefiċjarji speċifikati u l-attivitajiet biex jiġi implimentat l-FET, kif stabbilit fl-Artikolu 8;

(k)  il-proċeduri li ttieħdu biex jiġu kkonsultati l-benefiċjarji speċifikati jew ir-rappreżentanti tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra kif applikabbli;

(l)  stqarrija ta’ konformità tal-appoġġ mitlub mill-FETbir-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll stqarrija li tiddeskrivi r-raġuni għaliex il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati ma jiħux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

(m)  is-sorsi ta’ prefinanzjament jew ta’ kofinanzjament nazzjonali u kofinanzjament ieħor jekk applikabbli;

(ma)   dikjarazzjoni li l-azzjonijiet proposti se jkunu komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u li se jiġi evitat kwalunkwe finanzjament doppju. [Em. 66]

Artikolu 10

Komplementarjetà, konformità u koordinazzjoni

1.  Kontribuzzjoni finanzjarja mill-FETma għandhiex tieħu post miżuri li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

2.  L-appoġġ għall-benefiċjarji speċifikati għandu jikkomplementa l-miżuri tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali lokali u, fejn xieraq, transfruntier inklużi dawk kofinanzjati mill-fondi u l-programmi tal-Unjoni, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta’ Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u tar-ristrutturar. [Em. 67]

3.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEGFET għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tintwera solidarjetà, u tipprovdi appoġġ ta’ darba, b’mod temporanju, għall-benefiċjarji , lill-benefiċjarji speċifikati. Il-miżuri appoġġati mill-FEGFET għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat. [Em. 68]

4.  Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikant għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-assistenza mill-fondi tal-Unjoni.

5.  L-Istat Membru applikant għandu jiżgura li l-miżuri speċifiċi li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FET ma jirċivux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra u l-programmi tal-Unjoni. [Em. 69]

Artikolu 11

Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u n-nondiskriminazzjoni

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji xierqa kollha tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-FET u jiġu promossi matulha. [Em. 70]

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni msejsa fuq sess, identità sesswali, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali fl-aċċess għall-FETu matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja.

Artikolu 12

Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni

1.  Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, perċentwal ta’ mhux aktar minn 0.5 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG tal-FET jista’ jintuża għall-assistenza biex jiffinanzja l-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tiegħu, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ ġbir ta' data, ta' kontroll, ta’ awditjar u evalwazzjoni, inkluż is-sistemi corporate tas-sistemi inklużi s-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, attivitajiet ta’ komunikazzjoni u dawk li jsaħħu l-viżibbiltà tal-FEG tal-FET u miżuri amministrattivi oħrajn u ta’ assistenza teknika. Is-sinerġiji ma' sistemi ta' monitoraġġ stabbiliti, bħall-ERM, għandhom jissaħħu. Tali miżuri jistgħu jkopru perjodi ta’ programmar futuri u preċedenti. [Em. 71]

2.  Suġġett għal-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti talba biex l-approprjazzjonijiet għall-assistenza teknika jiġi ttrasferiti għal-linji baġitarji rilevanti b’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

3.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza teknika fuq inizjattiva tagħha stess taħt ġestjoni diretta jew indiretta skont il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Jekk timplimenta l-assistenza teknika b'ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasparenza tal-proċedura għall-għażla tal-parti terza inkarigata mit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha u għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati kollha tal-FET, fosthom il-Parlament Ewropew, dwar is-sottokuntrattur magħżul għal dak l-iskop. [Em. 72]

4.  L-assistenza teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-għoti ta’ informazzjoni u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-FEG tal-FET, inkluż il-ħolqien ta' helpdesk. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll informazzjoni flimkien ma’ gwida ċara dwar l-użu tal-FEG tal-FET lis-sħab soċjali Ewropej u nazzjonali. Il-miżuri ta’ gwida jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta’ task forces f’każijiet ta’ taqlib ekonomiku sever fi Stat Membru. [Em. 73]

Artikolu 13

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.  L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil udjenzi multipli, inklużi informazzjoni mmirata lill-benefiċjarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, il-midja u l-pubbliku. . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir enfasi fuq il-valur miżjud tal-Unjoni fuq il-finanzjament u għandhom jassistu fl-isforzi tal-Kummissjoni fil-ġbir tad-data sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja. [Em. 74]

L-Istati Membri għandhom jużaw l-emblema tal-UE skont l-[Anness VIII tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni] flimkien ma’ dikjarazzjoni sempliċi tal-finanzjament (“iffinanzjat/kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea”).

2.  Il-Kummissjoni għandha żżomm preżenza online u taġġornaha regolarment, li tkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar l-FEG il-FET, gwida dwar is-sottomissjoni tal- applikazzjonijiet u dwar l-azzjonijiet eliġibbli, lista ta' kuntatti fl-Istati Membri aġġornata regolarment, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja. [Em. 75]

3.  Il-Kummissjoni għandha tippromwovi t-tixrid tal-aħjar prattiki eżistenti fil-qasam tal-komunikazzjoni,timplimenta attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-każijiet tal-FEG tal-FET u r-riżultati tagħhom abbażi ta’ esperjenzi bl-iskop li ttejjeb ttejjeb il-viżibbiltà tal-FET, tippubbliċizza l-kriterji ta' eliġibbiltà u l-proċeduri ta' applikazzjoni tiegħu, ittejjeb l-effikaċja tal-FEG tiegħu u tiżgura li ċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-Unjoni jkunu jafu bil-FEG bil-FET, inklużi ċ-ċittadini u l-ħaddiema f'żoni rurali li jkollhom diffikultajiet fl-aċċess għall-informazzjoni. [Em. 76]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà jkun disponibbli fuq talba għall-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tal-Unjoni, u l-Unjoni tingħata liċenzja mingħajr dritt dovut għall-użu ta' proprjetà, mhux esklussiva u irrevokabbli biex tuża dan il-materjal u kwalunkwe dritt preeżistenti marbut magħha. Il-liċenzja jagħti d-drittijiet li ġejjin lill-Unjoni:

–  użu intern, jiġifieri d-dritt li tirriproduċi, tikkopja u tagħmel disponibbli materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà għall-UE u għall-istituzzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE u l-aġenziji u l-impjegati tagħhom;

–  ir-riproduzzjoni ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà b’kull mezz u f’kull forma, bis-sħiħ jew parzjalment;

–  il-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà bl-użu ta’ kwalunkwe u kull mezz ta’ komunikazzjoni;

–  id-distribuzzjoni lill-pubbliku ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà (jew kopji tiegħu) fi kwalunkwe u f’kull forma;

–  il-ħżin u l-arkivjar ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà

–  is-subliċenzjar tad-drittijiet ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà lil partijiet terzi

Jistgħu jingħataw drittijiet addizzjonali lill-Unjoni.

4.  Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll sabiex tiġi koperta l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm ikunu relatati mal-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 14

Determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.  Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9 u b’mod partikolari wara li tikkunsidra n-numru ta’ benefiċjarji speċifikati, il-miżuri proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis possibbli l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, jekk teżisti, li jista’ jsir fil-limiti tar-riżorsi disponibbli.

2.  Ir-rata ta’ kofinanzjament tal-FETgħall-miżuri offruti għandha tkun allinjata mal-ogħla rata ta’ kofinanzjament tal-FSE+ fl-Istat Membru rispettiv.

3.  Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati, hija għandha tagħti bidu minnufih għall-proċedura spjegata fl-Artikolu 16 u għandha tinnotifika lill-Istat Membru applikant. [Em. 78]

4.  Fejn, abbażi tal-valutazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja ma jkunux ġew issodisfati taħt dan ir-Regolament, hija għandha immedjatament tinnotifika lill-Istat Membru applikant u lill-partijiet ikkonċernati l-oħra, fosthom il-Parlament Ewropew. [Em. 79]

Artikolu 15

Perjodu ta ' eliġibbiltà

1.  In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FETmid-dati stabbiliti fl-applikazzjoni skont il-punt (j) tal-Artikolu 9(5) li fihom l-Istat Membru kkonċernat jibda, jew huwa mistenni li jibda jipprovdi s-servizzi personalizzati għall-benefiċjarji speċifikati jew iġarrab in-nefqa amministrattiva sabiex jiġi implimentat l-FET, skont l-Artikolu 8 (1) u (4).

2.  L-Istat Membru għandu jwettaq il-miżuri eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 8 mill-aktar fis possibbli. u Ikun xi jkun il-każ, dawn għandhom jiġu implimentati sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja u mwettqa mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja. [Em. 80]

3.  Il-perjodu ta’ implimentazzjoni huwa l-perjodu mid-dati stabbiliti fl-applikazzjoni skont il-punt (j) tal-Artikolu 9(5) li fih l-Istat Membru kkonċernat jibda s-servizzi personalizzati għall-benefiċjarji speċifikati u l-attivitajiet biex jiġi implimentat l-FET, kif stabbilit fl-Artikolu 8, u jintemm 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja.

4.  Fejn benefiċjarju jidħol għal kors edukattiv jew ta’ taħriġ li jdum sentejn jew aktar, in-nefqa għal tali kors għandha tkun eliġibbli għall-kofinanzjament tal-FETsad-data meta mistenni joħroġ ir-rapport finali msemmi fl-Artikolu 20(1), kemm-il darba n-nefqa rilevanti tkun iġġarrbet qabel dik id-data.

5.  In-nefqa skont l-Artikolu 8(4) għandha tkun eliġibbli sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali skont l-Artikolu 20(1).

Artikolu 16

Proċedura baġitarja u implimentazzjoni

1.  Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-FET ikunu ġew issodisfati, din għandha tissottometti talba proposta biex timmobilizzaha. Id-deċiżjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FET għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-proposta. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħames voti mitfugħa.

Fl-istess waqt li tippreżenta l-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FET, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil, għandha tinbeda proċedura ta' trilogu. It-trasferimenti relatati mal-FET għandhom isiru skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 81]

2.  It-talba ta’ trasferiment jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn sommarju tal-eżaminazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikazzjoni. [Em. 82]

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Kummissjoni tiġi nnotifikata bl-approvazzjoni tat-trasferiment baġitarju mill-Parlament l-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Din l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.biex jiġi mobilizzat il-FET. [Em. 83]

3a.  Proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FET skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)  valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9(4), flimkien ma' sommarju tal-informazzjoni li fuqha tkun ibbażata dik il-valutazzjoni;

(b)  evidenza li l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 5 u 10 jkunu ġew issodisfati; u

(c)  ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-ammonti proposti. [Em. 84]

Artikolu 16a

Każijiet eċċezzjonali

F'każijiet eċċezzjonali u jekk ir-riżorsi finanzjarji li jkunu għadhom disponibbli fil-Fond fis-sena tal-okkorrenza tal-avveniment ta' ristrutturar kbir ma jkunux biżżejjed sabiex ikopru l-ammont ta' assistenza meqjus neċessarju mill-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni tista' tipproponi li d-differenza tiġi ffinanzjata mill-Fond tas-sena ta' wara. Il-limitu massimu annwali baġitarju tal-Fond fis-sena tal-okkorrenza tal-avveniment ta' ristrutturar kbir u fis-sena ta' wara għandu jiġi rispettat f'kull ċirkostanza. [Em. 85]

Artikolu 17

Il-pagament u l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.  Wara d-dħul fis-seħħ ta’ deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat f’pagament uniku ta’ prefinanzjament ta’ 100 %, fil-prinċipju fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol. Il-prefinanzjament għandu jiġi approvat ladarba l-Istat Membru jissottometti d-dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa skont l-Artikolu 20(1). L-ammont li ma jintefaqx għandu jiġi rimborżat lill-Kummissjoni.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi implimentata skont ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju.

3.  It-termini tekniċi ddettaljati tal-finanzjament għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 16(3).

4.  Meta jwettaq il-miżuri li jinsabu fil-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jissottometti proposta lill-Kummissjoni sabiex jemenda l-azzjonijiet inklużi biż-żieda ta’ miżuri eliġibbli oħrajn elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 8(1), sakemm dawk l-emendi jkunu debitament ġustifikati u ma jaqbżux il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 16(3). Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-emendi proposti u, jekk taqbel magħhom, għandha temenda d-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja skont dan.

5.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jkollu l-flessibbiltà li jalloka mill-ġdid l-ammonti bejn il-partiti tal-baġit stabbiliti fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 16(3). F’każ li riallokazzjoni taqbeż iż-żieda ta’ 20 % għal partita waħda jew aktar mill-partiti speċifikati, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni minn qabel.

Artikolu 18

Użu tal-euro

L-applikazzjonijiet, id-deċiżjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe dokument relatat ieħor, għandu jesprimi l-ammonti kollha f’euro.

Artikolu 19

Indikaturi

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness.

2.  Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati għall-Istati Membri.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 25 biex temenda l-indikaturi fl-Anness fejn jitqies neċessarju biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-użu tal-fond.

Artikolu 19a

Mudell għall-istħarriġ tal-benefiċjarju

L-istħarriġ tal-benefiċjarju msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 20(1) għandu jkun ibbażat fuq il-mudell stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak l-att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2) biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. [Em. 86]

Artikolu 20

Ir-rapport finali u l-għeluq

1.  Sa mhux aktar tard mit-tmiem tas-seba’ xahar wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta rapport finali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż informazzjoni dwar:

(a)  it-tip ta’ miżuri u r-riżultati prinċipali miksuba, li jispjegaw l-isfidi, it-tagħlimiet meħuda, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma’ fondi oħra tal-UE, partikolarment il-FSE+, u li tindika, fejn ikun possibbli, il-komplementarjetà tal-miżuri ma’ dawk iffinanzjati minn programmi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni f’konformità mal-Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar; [Em. 87]

(b)  l-ismijiet tal-korpi li jwettqu l-pakkett ta’ miżuri fl-Istat Membru,

(c)  l-indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 19;

(d)  ir-riżultati ta’ stħarriġ tal-benefiċjarju mwettaq sitt xhur wara t-tmiem mit-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni, li għandu jkopri l-bidla perċepita fl-impjegabbiltà tal-benefiċjarji, jew għal dawk li diġà sabu impjieg, aktar informazzjoni dwar il-kwalità it-tip u l-kwalità tal-impjieg li jkun instab, bħall-bidla fis-sigħat tax-xogħol, il-livell ta’ responsabbiltà jew il-bidla fil-livell tas-salarju meta mqabbel mal-impjieg preċedenti, u s-settur li fih il-persuna tkun sabet impjieg u t-tqassim ta’ din l-informazzjoni skont is-sess, il-grupp ta’ età u l-livell tal-edukazzjoni; [Em. 88]

(e)  jekk l-impriża li tat is-sensji, bl-eċċezzjoni tal-mikrointrapriżi tal-istart-ups, il-mikrointrapriżi u l-SMEs, kienet kinitx benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat jew ta’ finanzjament preċedenti mill-fondi ta’ koeżjoni jew strutturali tal-Unjoni fil-ħames snin ta’ qabel; [Em. 89]

(f)  dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa.

2.  Sa mhux aktar tard mit-tmiem tad-dsatax-il xahar wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti s-sett tad-data sempliċi, komplut u verifikat kif xieraq, li jinforma l-indikatur tar-riżultati fuq żmien itwal speċifikat fil-punt (3) tal-Anness. [Em. 90]

3.  Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafu 1, għandha tagħlaq il-kontribuzzjoni finanzjarja billi tiddetermina l-ammont finali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FETu, jekk ikun hemm, il-bilanċ li għandu jitħallas mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 24. L-għeluq għandu jkun jiddependi mill-provvdiment tal-indikatur tar-riżultati fuq żmien itwal skont il-paragrafu 2.

Artikolu 21

Rapport biennali

1.  Sal-1 ta’ Awwissu 2021 u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 li saru fis-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG FET u b’mod partikolari għandu jkun fih informazzjoni li għandha x’taqsam mal-applikazzjonijiet sottomessi, mad-deċiżjonijiet ir-rapidità tal-ipproċessar tagħhom u n-nuqqasijiet li jista' jkun hemm fir-regoli fis-seħħ, id-deċiżjonijiet adottati, mal-miżuri il-miżuri ffinanzjati, inkluża l-istatistika dwar l-indikaturi stabbiliti fl-Anness, u l-komplementarjetà ta’ tali miżuri ma’ miżuri ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-FSE+, u informazzjoni relatata mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru u għandu jiddokumenta wkoll dawk l-applikazzjoniijet l-applikazzjonijiet li jkunu ġew irrifjutati jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta’ approprjazzjonijiet suffiċjenti jew in-nuqqas ta’ eliġibbiltà. [Em. 91]

2.  Ir-rapport għandu jiġi trasmess għall-informazzjoni lill-Istati Membri, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali. [Em. 92]

Artikolu 22

Evalwazzjoni

1.  Kull erba’ snin, fuq inizjattiva tagħha stess u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FEG tal-FET, inkluża valutazzjoni tal-impatt sussegwenti tal-applikazzjoni tiegħu fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.

Għall-fini tal-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiġbru d-data kollha disponibbli dwar il-każijiet tal-FET u l-ħaddiema megħjuna. [Em. 93]

2.  Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu trażmessi, għall-informazzjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet għandhom jitqiesu għat-tfassil ta’ programmi ġodda fil-qasam tal-impjiegi u tal-affarijiet soċjali jew l-iżvilupp ulterjuri ta’ programmi eżistenti.

3.  L-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu statistika rilevanti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjari finanzjarji, imqassma skont is-settur u l-Istat Membru. [Em. 94]

4.  Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-FETbiex jikseb l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 biex temenda l-Anness biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies neċessarju u biex tissuplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.

Artikolu 23

Ġestjoni u kontroll finanzjarju

1.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni biex timplimenta l-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-miżuri appoġġati mill-FETu l-kontroll finanzjarju tal-miżuri. Il-passi li jieħdu għandhom jinkludu:

(a)  il-verifika li ġew stabbiliti l-ftehimiet tal-ġestjoni u l-kontroll u li qed jiġu implimentati b’tali mod li jiżguraw li l-fondi tal-Unjoni qed jintużaw b’mod effiċjenti u korrett, b’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;

(b)  l-iżgurar li t-twassil tad-data tal-monitoraġġ huwa rekwiżit obbligatorju f’kuntratti mal-korpi li jwettqu l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati;

(c)  il-verifika li l-miżuri ffinanzjati twettqu kif xieraq;

(d)  l-iżgurar li l-infiq iffinanzjat huwa bbażat fuq dokumenti ta’ ġustifikazzjoni verifikabbli, u huwa legali u regolari;

(e)  il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet inkluż il-frodi u l-irkupru ta’ ammonti li tħallsu mingħajr ma kienu dovuti flimkien mal-interessi fuq pagamenti tard fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-irregolaritajiet, inkluż il-frodi lill-Kummissjoni.

2.  Għall-għanijiet tal-Artikolu [63(3)?] tar-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-korpi responsabbli mill-ġestjoni u l-kontroll tal-miżuri appoġġati mill-FET. Dawk il-korpi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni stabbilita fl-[Artikolu 63(5), (6) u (7) ?] tar-Regolament Finanzjarju dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja meta jissottomettu r-rapport finali msemmi fl-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn l-awtoritajiet maħtura skont ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jkunu pprovdew biżżejjed garanziji li l-pagamenti huma legali u regolari, u kkontabilizzati kif xieraq, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni li dawn l-awtoritajiet huma kkonfermati skont dan ir-Regolament. F’dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika liema awtoritajiet huma kkonfermati u li l-funzjoni tagħhom.

3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa fejn tkun aċċertata irregolarità. Il-korrezzjonijiet magħmula mill-Istati Membri għandhom jikkonsistu fit-tħassir ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja jew tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha. Fejn jirriżulta li kien hemm irregolarità l-Istati Membri għandhom jirkupraw kull ammont li tħallas indebitament, iħallsu lura lill-Kummissjoni u, meta l-ammont ma jitħallasx f’waqtu fil-limitu ta’ żmien mogħti mill-Istat Membru involut, għandu jitħallas l-imgħax.

4.  Il-Kummissjoni, fir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru applikant biex jiżgura li għandu sistemi ta’ maniġment u ta’ kontroll li qed jaħdmu tajjeb. Il-Kummissjoni għandha tivverifika hija stess l-eżistenza ta’ dawn is-sistemi.

Għal dak l-iskop, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Qorti tal-Awdituri jew għall-verifiki magħmulin mill-Istat Membru skont il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, l-uffiċjali jew impjegati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki fil-post, inklużi verifiki rappreżentattivi, dwar il-miżuri ffinanzjati mill-FETb’avviż li jintbagħat fiż-żmien minimu ta’ jum ta’ xogħol. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru applikant bl-iskop li takkwista l-assistenza neċessarja meħtieġa. Uffiċjali jew impjegati tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-verifiki.

5.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 biex tissupplimenta l-paragrafu 1(e) billi tistabbilixxi il-kriterji għad-determinazzjoni tal-każijiet ta’ irregolarità li jridu jiġu rrappurtati u d-data li trid tiġi pprovduta.

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format li għandu jintuża għar-rappurtar tal-irregolaritajiet skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2) sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni li jirrigwardaw in-nefqa magħmula jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għal perjodu ta’ tliet snin wara l-għeluq ta’ kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta mill-FET.

Artikolu 24

Irkupru tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.  F’każijiet fejn l-ispiża attwali tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tkun inqas mill-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha tirkupra l-ammont korrispondenti wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

2.  Jekk, wara li jkunu tlestew il-verifiki meħtieġa, il-Kummissjoni tikkonkludi li Stat Membru jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi ddikjarati fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja jew ma jkunx konformi mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 23(1), hija għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu. Jekk ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni biex tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa billi tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha tal-FETgħall-miżura inkwistjoni jew parti minnha. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien 12-il xahar wara li jkunu waslu l-osservazzjonijiet tal-Istat Membru. Fejn jirriżulta li kien hemm irregolarità l-Istat Membru kkonċernat għandu jirkupra kull ammont li tħallas indebitament, meta l-Istat Membru applikant ma jħallasx l-ammont fil-limitu ta’ żmien mogħti, għandu jitħallas l-imgħax moratorju.

Artikolu 25

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(3) u fl-Artikolu 23(5) għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 23(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 23(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 26

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 27

Dispożizzjoni tranżitorja

Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 għandu jibqa’ japplika għall-applikazzjonijiet sottomessi sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dan għandu japplika sal-għeluq tal-każijiet rispettivi.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-applikazzjonijiet sottomessi mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsillil

Il-President Il-President

ANNESS

Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati għall-applikazzjonijiet tal-FET

Id-data personali(30) kollha għandha titqassam skont is-sess (mara, raġel, mhux binajru).

(1)  Indikaturi komuni tal-output dwar il-benefiċjarji

–  persuni qiegħda*,

–  persuni inattivi*,

–  persuni impjegati*,

–  persuni li jaħdmu għal rashom*,

–  persuni iżgħar minn 30 sena*,

–  persuni akbar minn 54 sena*,

–  persuni b’edukazzjoni sekondarja baxxa jew inqas (ISCED 0-2)*,

–  persuni b’edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew b’edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4)*,

–  persuni b’edukazzjoni terzjarja (ISCED 5-8)*,

–  persuni b'esperjenza professjonali ta' inqas minn sentejn,

–  persuni b'esperjenza professjonali ta' bejn sentejn u 10 snin,

–  persuni b'esperjenza professjonali ta' aktar minn 10 snin. [Em. 95]

It-total ta’ benefiċjarji għandu jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi komuni tal-output relatati mal-istatus tal-impjieg(31) .

Din id-data dwar il-benefiċjarji li jipparteċipaw f’miżuri kofinanzjati mill-FETse tiġi pprovduta fir-rapport finali kif speċifikat fl-Artikolu 20(1).

(2)  Indikaturi komuni tar-riżultat dwar il-benefiċjarji

–  il-perċentwal tal-benefiċjarji tal-FETf’impjieg (maqsuma skont it-tip ta’ kuntratt ta’ impjieg: full time/part time, fuq terminu fiss jew indefinit) u li jaħdmu għal rashom, 6 xhur wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni*,

–  il-perċentwal tal-benefiċjarji tal-FETli jiksbu kwalifika 6 xhur wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni*,

–  il-perċentwal tal-benefiċjarji tal-FETfl-edukazzjoni jew taħriġ 6 xhur wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni*.

Din id-data għandha tiġi pprovduta fir-rapport finali kif speċifikat fl-Artikolu 20(1) u għandha tinġabar permezz ta’ data pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kif ukoll minn stħarriġiet tal-benefiċjarji (kif speċifikat fl-Artikolu 20(1)d). Dik id-data għandha tkopri t-total ikkalkulat tal-benefiċjarji kif irrapportat skont l-indikaturi komuni tal-output (1). Għalhekk, il-perċentwali għandhom jirrelataw ukoll ma’ dan it-total ikkalkulat.

(3)  Indikaturi tar-riżultati komuni għall-benefiċjarji fuq żmien itwal

–  il-perċentwal tal-benefiċjarji tal-FETf’impjieg, inkluż persuni li jaħdmu għal rashom, 18-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni speċifikat fid-deċiżjoni ta’ finanzjament*.

Din id-data għandha tkun disponibbli sa tmiem id-dsatax-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. Id-data għandha tkopri t-total ikkalkulat tal-benefiċjarji kif irrapportat skont l-indikaturi komuni tal-output (1). Għalhekk, il-perċentwali għandhom jirrelataw ukoll ma’ dan it-total ikkalkulat. Għal każijiet akbar, li jkopru aktar minn 1 000 benefiċjarju, id-data tista’ tinġabar ukoll abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv tat-total ta’ benefiċjarji kif irrapportat bħala indikatur tal-output (1).

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3)OJ C ...
(4)OJ C ...
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2019.
(6)http://ec.europa.eu/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/towards-european-pillar-social-rights_mt.
(7)http://eu-un.europa.eu/eu-response-2030-agenda-sustainable-development-sustainable-european-future/.
(8)https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld.
(9)https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1527774253584&uri=CELEX%3A52018DC0098
(10)https://ec.europa.eu/commission/white-paper-future-europe-reflections-and-scenarios-eu27_mt.
(11)https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-harnessing-globalisation_mt.
(12)https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-future-eu-finances_mt.
(13)Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Wwropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar, (COM(2013)882 final, 13.12.2013)
(14)Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ aġġustament għall-globalizzazzjoni (ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1)
(15)Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).
(16)Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).
(17)COM (2018) 297 final u SWD (2018) 192 final li jakkumpanjah.
(18)SWD (2018) 171 final tal-Kummissjoni u l-anness tiegħu COM (2018) 321 final.
(19)ĠU L […], […], p. […].
(20)Ir-referenza trid tiġi aġġornata.
(21)Ir-referenza trid tiġi aġġornata.
(22)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(23)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(24)Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(25)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p1).
(26)Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(27) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(28)Ir-referenza għandha tiġi verifikata/aġġornata: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16).
(29) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(30) L-awtoritajiet maniġerjali għandhom jistabbilixxu sistema li tirreġistra u taħżen id-data tal-parteċipanti individwali f'forma kompjuterizzata. L-arranġamenti għall-ipproċessar tad-data stabbiliti mill-Istati Membri għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, tal-4.5.2016, p.1), b’mod partikolari l-Artikoli 4, 6 u 9 tiegħu. Id-data rrappurtata skont l-indikaturi mmarkati b’* hija data personali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar tagħha huwa meħtieġ għall-konformità mal-obbligu legali li għalih huwa suġġett il-kontrollur (l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679).
(31) Persuna qiegħda, persuna inattiva, impjegata, persuna li taħdem għal rasha.


Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) ***I
PDF 468kWORD 139k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (COM(2018)0382 – C8-0232/2018 – 2018/0206(COD))(1)
P8_TA(2019)0020A8-0461/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa -1 (ġdida)
(-1)  Skont l-Artikolu 3 tat-TUE, bit-twaqqif ta' Suq Intern, l-Unjoni qed taħdem favur ekonomija tas-suq soċjali ferm kompetittiva, bil-għan li tikseb impjiegi sħiħ u progress soċjali; tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal; kif ukoll tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni. Bi qbil mal-Artikolu 9 tat-TFUE, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta, fost l-oħrajn, mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Fis-17 ta' Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie pproklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala risposta għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Dawn l-għoxrin prinċipju ewlieni huma strutturati madwar tliet kategoriji: l-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għas-suq tax-xogħol; il-kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol; u il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali. L-għoxrin prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenħtieġ jiggwidaw l-azzjonijiet permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+). Biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-FSE+ jenħtieġ jappoġġa l-investimenti fin-nies u s-sistemi fl-oqsma ta' politika tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, u b'hekk jappoġġa l-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali skont l-Artikolu 174 tat-TFUE.
(1)  Fis-17 ta' Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie pproklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala risposta għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Dawn l-għoxrin prinċipju ewlieni huma strutturati madwar tliet kategoriji: l-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għas-suq tax-xogħol; il-kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol; u l-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali. L-għoxrin prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenħtieġ li jiggwidaw l-azzjonijiet permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+). Biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa l-investimenti fin-nies u s-sistemi fl-oqsma ta' politika tal-impjiegi, tas-servizzi pubbliċi, tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, u b'hekk jappoġġa l-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali skont l-Artikoli 174 u 175 tat-TFUE. L-azzjonijiet kollha skont l-FSE+ jenħtieġ li jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u jqisu l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità li tagħha l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha huma partijiet.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika hu l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet nazzjonali ta' riforma u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investimenti multiannwali nazzjonali tagħhom stess ħalli jappoġġaw dawn il-prijoritajiet ta' riforma. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn iservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b'mod koerenti u biex jimmassimizza l-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jasal b'mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, iċ-Ċentru Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Funzjoni u InvestEU, meta rilevanti.
(2)  Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika hu l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet nazzjonali ta' riforma u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investimenti multiannwali nazzjonali tagħhom stess ħalli jappoġġaw dawn il-prijoritajiet ta' riforma. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu żviluppati bi sħubija bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluża perpsettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn iservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b'mod koerenti u biex jimmassimizza l-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jasal b'mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, iċ-Ċentru Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Funzjoni u InvestEU, meta rilevanti.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Il-Kunsill ta' […] adotta linji gwida riveduti għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri biex it-test jiġi allinjat mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, bil-ħsieb li titjieb il-kompetittività tal-Ewropa u ssir post aħjar għall-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi u t-trawwim tal-koeżjoni soċjali. Biex jiżgura l-allinjament sħiħ tal-FSE+ mal-għanijiet ta' dawn il-linji gwida, b'mod partikolari fir-rigward tal-impjiegi, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, il-faqar u d-diskriminazzjoni, l-FSE+ jenħtieġ jappoġġa lill-Istati Membri, filwaqt li jqis il-Linji Gwida Integrati u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u l-Artikolu 148(4) tat-TFUE u, meta xieraq, fil-livell nazzjonali, mal-programmi nazzjonali ta' riforma mirfuda bi strateġiji nazzjonali. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi wkoll għall-aspetti rilevanti tal-implimentazzjoni ta' inizjattivi u attivitajiet ewlenin tal-Unjoni, b'mod partikolari "l-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa" u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti u inizjattivi oħra bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-Perkors ta' Titjib tal-Ħiliet u dwar l-Integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul.
(3)  Il-Linji Gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri adottati mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 148(2) tat-TFUE, jiġifieri: l-għoti ta' spinta lid-domanda għax-xogħol; it-tisħiħ tal-provvista tal-ħaddiema: l-aċċess għall-impjiegi, il-ħiliet u l-kompetenzi; it-tisħiħ tal-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u l-effettività tad-djalogu soċjali u l-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs għal kulħadd, it-trawwim tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inklużi servizzi pubbliċi mtejba fil-qasam tas-saħħa u f'oqsma oħrajn, flimkien mal-linji gwidi ekonomiċi wiesgħa adottati f'konformità mal-Artikolu 121(2) TFUE jifformaw parti mil-Linji Gwida Integrati li jsostnu l-istrateġija Ewropa 2020. Il-Kunsill ta' […] adotta linji gwida riveduti għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri biex jiġu allinjati mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, bil-ħsieb li jistimolaw il-ħolqien tal-impjiegi u jrawmu l-koeżjoni soċjali, sabiex b'hekk titjieb il-kompetittività tal-Ewropa u l-Unjoni ssir post aħjar għall-investiment. Biex jiżguraw l-allinjament sħiħ tal-FSE+ mal-għanijiet tal-Linji Gwida għall-politiki dwar l-impjiegi, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprogrammaw l-appoġġ skont l-FSE+ li jkun rilevanti għalihom, filwaqt li jqisu dawk il-Linji Gwida, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 148(4) u l-Artikolu 121(2) tat-TFUE u, fil-livell nazzjonali, mal-aspetti tal-impjieg u soċjali tal-programmi nazzjonali ta' riforma mirfuda bi strateġiji nazzjonali. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi wkoll għall-aspetti rilevanti tal-implimentazzjoni ta' inizjattivi u attivitajiet ewlenin tal-Unjoni, b'mod partikolari "l-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa" u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti oħrajn u inizjattivi oħra bħal L-Investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ, il-Perkors ta' Titjib tal-Ħiliet, dwar l-Integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul, Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships u l-Apprendistati u l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Fl-20 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill approva r-risposta tal-Unjoni għall-"Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU" – futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza li jinkiseb żvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b'mod bilanċjat u integrat. Hu vitali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fl-oqsma ta' politika interna u esterna tal-Unjoni kollha, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi dinjin. Il-Kunsill laqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli" tat-22 ta' Novembru 2016 bħala l-ewwel pass għall-integrazzjoni tal-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju ta' gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż bl-istrumenti finanzjarji tagħha.
(4)  Fl-20 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill approva r-risposta tal-Unjoni għall-"Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU" – futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza li jinkiseb żvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b'mod bilanċjat u integrat. Hu vitali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fl-oqsma ta' politika interna u esterna tal-Unjoni kollha, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi dinjin. Il-Kunsill laqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli" tat-22 ta' Novembru 2016 bħala l-ewwel pass għall-integrazzjoni tal-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju ta' gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż bl-istrumenti finanzjarji tagħha. L-FSE+ jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli billi, fost l-oħrajn, jeqred il-forom estremi ta' faqar (għan 1); jippromwovi edukazzjoni ta' kwalità u inklużiva (għan 4); jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi (għan 5); jippromwovi tkabbir ekonomiku kontinwu, inklużiv u sostenibbli, impjieg sħiħ u produttiv u xogħol diċenti għal kulħadd (għan 8); u jnaqqas l-inugwaljanza (għan 10).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  B'kont meħud tal-Karta Soċjali Ewropea ffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961, jenħtieġ li fl-għanijiet tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkollhom il-promozzjoni tal-impjiegi, kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol imtejba, bil-għan li jkun hemm livelli għolja ta' impjieg fit-tul u li tiġi miġġielda l-esklużjoni, f'konformità mal-Artikolu 151 tat-TFUE.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 4b (ġdida)
(4b)  Għad hemm bosta sfidi soċjali fis-soċjetà Ewropea. Aktar minn 100 miljun persuna qed jgħixu fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali, il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa aktar mid-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad u tinħtieġ integrazzjoni aħjar taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Dawn l-isfidi mhux biss jipperikolaw il-benesseri taċ-ċittadini milquta direttament, iżda jpoġġu pressjoni ekonomika u soċjali fuq is-soċjetà Ewropea kollha kemm hi.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  L-Unjoni qed tiffaċċja sfidi strutturali minħabba l-globalizzazzjoni ekonomika, il-ġestjoni tal-flussi migratorji, iż-żieda fit-theddid tas-sigurtà, it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, il-bidla teknoloġika, it-tixjiħ dejjem iżjed tal-forza tax-xogħol, u n-nuqqas dejjem aktar ta' ħiliet u ħaddiema f'xi setturi u reġjuni, imġarrba l-iżjed mill-SMEs. Filwaqt li tikkunsidra r-realtajiet li qed jinbidlu fid-dinja tax-xogħol, jenħtieġ li l-Unjoni tkun ippreparata għall-isfidi attwali u futuri billi tinvesti fil-ħiliet rilevanti, tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u ttejjeb il-politiki dwar l-impjiegi u dawk soċjali, inkluż fid-dawl tal-mobbiltà tal-ħaddiema.
(5)  L-Unjoni qed tiffaċċja sfidi strutturali minħabba l-globalizzazzjoni ekonomika, l-inugwaljanzi soċjali, il-ġestjoni tal-flussi migratorji u l-isfidi ta' integrazzjoni relatati, it-tranżizzjoni ġusta lejn enerġija nadifa, il-bidla teknoloġika, it-tnaqqis demografiku, il-qgħad b'mod ġenerali u l-qgħad fost iż-żgħażagħ, it-tixjiħ dejjem iżjed tas-soċjetà u tal-forza tax-xogħol, u n-nuqqas dejjem aktar ta' ħiliet u ta' ħaddiema f'xi setturi u reġjuni, imġarrba l-iżjed mill-SMEs. Filwaqt li tikkunsidra r-realtajiet li qed jinbidlu fid-dinja tax-xogħol, jenħtieġ li l-Unjoni tkun ippreparata għall-isfidi attwali u futuri billi tinvesti fil-ħiliet rilevanti, l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja, tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u ttejjeb il-kompetenzi u l-għarfien, il-politiki dwar l-impjiegi u dawk soċjali, inkluż fid-dawl tal-mobbiltà professjonali taċ-ċittadini tal-Unjoni u tindirizza ż-żieda fl-inugwaljanzi tas-saħħa bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Ir-Regolament (UE) Nru […] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF), u jistabbilixxi b'mod partikolari l-għanijiet ta' politika u r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-Unjoni implimentati b'ġestjoni kondiviża. Għalhekk hemm bżonn jiġu speċifikati l-għanijiet ġenerali tal-FSE+, u jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tip ta' attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FSE+.
(6)  Ir-Regolament (UE) Nru […] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF), u jistabbilixxi b'mod partikolari l-għanijiet ta' politika u r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-Unjoni implimentati b'ġestjoni kondiviża. Għalhekk hemm bżonn jiġu speċifikati l-għanijiet ġenerali tal-FSE+ u l-koordinazzjoni tiegħu ma' fondi oħrajn, u jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tip ta' attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FSE+.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist, l-implimentazzjoni indiretta, l-assistenza finanzjarja, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji. Biex tkun żgurata koerenza fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni, ir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ jiġi applikat għall-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b'ġestjoni diretta jew indiretta permezz tal-FSE+.
(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist, l-implimentazzjoni indiretta, l-assistenza finanzjarja, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji u s-sinerġiji bejn l-istrumenti finanzjarji. Biex tkun żgurata koerenza fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni, ir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ jiġi applikat għall-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b'ġestjoni diretta jew indiretta permezz tal-FSE+. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-objettivi operattivi u jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-azzjonijiet eliġibbli li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FSE+ fi ħdan ġestjoni diretta u indiretta.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni permezz tar-Regolament jenħtieġ jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jilħqu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Għall-għotjiet, dan jenħtieġ iqis l-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju Biex jiġu implimentati miżuri marbuta mal-integrazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, u skont l-Artikolu 88 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, il-Kummissjoni tista' tirrimborża lill-Istati Membri li jużaw alternattivi ssimplifikati tal-ispejjeż, inkluż l-użu ta' somom f'daqqa.
(8)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni permezz tar-Regolament jenħtieġ jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jilħqu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Għall-għotjiet, dan jenħtieġ iqis l-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju Biex jiġu implimentati miżuri marbuta mal-inklużjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, u skont l-Artikolu 88 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, il-Kummissjoni tista' tirrimborża lill-Istati Membri li jużaw alternattivi ssimplifikati tal-ispejjeż, inkluż l-użu ta' somom f'daqqa.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Biex jiġi razzjonalizzat u ssimplifikat ix-xenarju ta' finanzjament u jinħolqu opportunitajiet addizzjonali għal sinerġiji permezz ta' approċċi ta' finanzjament integrati, l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn ("FEAD"), mill-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea u mill-Programm għall-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa jenħtieġ jiġu integrati fl-FSE+. Għalhekk jenħtieġ li l-FSE+ ikun jinkludi tliet fergħat: il-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+, il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa. Dan jenħtieġ jikkontribwixxi għal tnaqqis fil-piż finanzjarju marbut mal-ġestjoni ta' fondi differenti, b'mod partikolari għall-Istati Membri, filwaqt li jżomm regoli aktar sempliċi għal operazzjonijiet aktar sempliċi bħad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika.
(9)  Biex jiġi razzjonalizzat u ssimplifikat ix-xenarju ta' finanzjament u jinħolqu opportunitajiet addizzjonali għal sinerġiji permezz ta' approċċi ta' finanzjament integrati, l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn ("FEAD"), mill-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea u mill-Programm għall-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa jenħtieġ jiġu integrati fl-FSE+. Għalhekk jenħtieġ li l-FSE+ ikun jinkludi tliet fergħat: il-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+, il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa taħt ġestjoni diretta u indiretta. Dan jenħtieġ jikkontribwixxi għal tnaqqis fil-piż finanzjarju marbut mal-ġestjoni ta' fondi differenti, b'mod partikolari għall-Istati Membri u l-benefiċjarji, filwaqt li jżomm regoli aktar sempliċi għal operazzjonijiet aktar sempliċi bħad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Fid-dawl ta' dan il-kamp ta' applikazzjoni usa' tal-FSE+, jixraq jiġi previst li l-għanijiet biex titjieb l-effikaċja tas-swieq tax-xogħol u jkun promoss aċċess għal impjiegi ta' kwalità, biex jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ u jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u s-saħħa, u biex jonqos l-faqar, ma jkunux implimentati biss b'ġestjoni kondiviża, iżda anki b'ġestjoni diretta u indiretta permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għall-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-Unjoni.
(10)  L-Unjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri billi tħeġġeġ il-kooperazzjoni u billi tikkomplementa l-azzjoni tagħhom. Fid-dawl ta' dan il-kamp ta' applikazzjoni usa' tal-FSE+, jixraq jiġi previst li l-għanijiet biex tittejjeb l-effikaċja tas-swieq tax-xogħol inklużivi, miftuħa u ġusti għall-ġeneri kollhau jkun promoss aċċess għal impjiegi ta' kwalità, biex jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ, tiġi megħjuna r-riintegrazzjoni fis-sistemi edukattivi u jitħeġġeġ it-tagħlim tul il-ħajja, u jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u s-saħħa, u biex jinqered il-faqar ikomplu jiġu implimentati prinċipalment b'ġestjoni kondiviża, u fejn xieraq, jiġu kkomplementati b'ġestjoni diretta u indiretta permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għall-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  L-integrazzjoni tal-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa mal-FSE+ se toħloq ukoll sinerġiji bejn l-iżviluppi u l-ittestjar ta' inizjattivi u politiki li jtejbu l-effikaċja, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa żviluppati mill-fergħa tas-Saħħa tal-Programm tal-FSE+ u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri bl-għodod provduti mill-fergħat l-oħra tar-Regolament dwar l-FSE+.
(11)  L-integrazzjoni tal-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa mal-FSE+ se toħloq ukoll sinerġiji bejn l-iżviluppi u l-ittestjar ta' inizjattivi u politiki li jtejbu l-effikaċja, l-aċċessibbiltà, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa żviluppati mill-fergħa tas-Saħħa tal-Programm tal-FSE+ u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali bl-għodod provduti mill-fergħat l-oħra tar-Regolament dwar l-FSE+.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-FSE+. Jenħtieġ li partijiet minn dan il-pakkett finanzjarju jintużaw għal azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b'ġestjoni diretta u indiretta permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa.
(12)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-FSE+. Dan għandu jispeċifika l-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża u l-allokazzjonijiet għal azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b'ġestjoni diretta u indiretta.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Jenħtieġ li l-FSE+ ikollu l-għan li jippromwovi l-impjiegi b'interventi attivi li jippermettu r-(ri)integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, speċjalment għaż-żgħażagħ, il-persuni qiegħda fit-tul u l-persuni inattivi, kif ukoll permezz ta' promozzjoni tal-impjiegi indipendenti u l-ekonomija soċjali. Il-FSE+ jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tas-swieq tax-xogħol billi jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi ħalli jitjiebu l-kapaċitajiet tagħhom li jipprovdu pariri u gwida mmirati u intensifikati waqt it-tiftix tal-impjiegi u t-tranżizzjoni għax-xogħol u biex titjieb il-mobbiltà tal-ħaddiema. Il-FSE+ jenħtieġ jippromwovi s-sehem tan-nisa fis-suq tax-xogħol permezz ta' miżuri bil-għan li jiżguraw, fost l-oħrajn, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja u l-aċċess għall-indukrar tat-tfal. L-FSE+ jenħtieġ ukoll li jkollu l-għan li jipprovdi ambjent lavorattiv san u adattat sew biex iwieġeb għar-riskji tas-saħħa relatati ma' forom tax-xogħol li qed jinbidlu u l-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol li qed tixjieħ.
(13)  Jenħtieġ li l-FSE+, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, ikollu l-għan li jippromwovi l-impjiegi b'interventi attivi li jippermettu l-integrazzjoni u r-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol, speċjalment għaż-żgħażagħ, il-persuni qiegħda fit-tul, il-persuna li jipprovdu kura, u l-kategoriji ekonomikament inattivi u żvantaġġati, kif ukoll permezz tal-promozzjoni tal-impjiegi indipendenti, tal-imprenditorjat, u l-ekonomija soċjali. Il-FSE+ jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb il-politiki dwar l-impjiegi u l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol billi jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi ħalli jitjiebu l-kapaċitajiet tagħhom li jipprovdu pariri u gwida mmirati, intensifikati u personalizzati, fejn ikun xieraq, waqt it-tiftix tal-impjiegi u t-tranżizzjoni għax-xogħol, b'attenzjoni speċjali għall-kategoriji żvantaġġati u biex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-ħaddiema, u biex jipprovdu s-servizz tagħhom b'mod mhux diskriminatorju. Il-FSE+ jenħtieġ jippromwovi s-sehem tan-nisa fis-suq tax-xogħol permezz ta' miżuri bil-għan li jiżguraw, fost l-oħrajn, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja u l-aċċess faċli għall-indukrar tat-tfal, għall-kura tal-anzjani u għal servizzi oħra ta' kura ta' kwalità affordabbli jew bla ħlas jew appoġġ ta' kwalità għolja. L-FSE+ jenħtieġ ukoll li jkollu l-għan li jipprovdi ambjent tax-xogħol sikur, san u adattat sew biex iwieġeb għar-riskji tas-saħħa relatati max-xogħol kif ukoll ma' forom tax-xogħol li qed jinbidlu u l-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol li qed tixjieħ. L-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa wkoll miżuri li għandhom l-għan li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għall-impjieg.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Sabiex jappoġġa u jiġi sfruttat il-potenzjal għall-ħolqien tal-impjiegi fl-ekonomija soċjali, l-FSE+ jenħtieġ li jgħin biex itejjeb l-integrazzjoni tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fi pjanijiet nazzjonali għall-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali, kif ukoll il-programmi ta' riforma nazzjonali tiegħu. Id-definizzjoni ta' intrapriża tal-ekonomija soċjali jenħtieġ li ssegwi d-definizzjonijiet fil-liġijiet dwar l-ekonomija soċjali tal-Istati Membri kif ukoll fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali bħala mutur ewlieni ta' żvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Jenħtieġ li l-FSE+ jipprovdi appoġġ biex jitjiebu l-kwalità, l-effikaċja u r-rilevanza fis-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex tiġi ffaċilitata l-kisba ta' kompetenzi ewlenin, l-aktar b'rabta mal-ħiliet diġitali li kull individwu jeħtieġ għas-sodisfazzjon u l-iżvilupp personali, l-impjieg, l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva. L-FSE+ jenħtieġ jgħin fil-progressjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fit-tranżizzjoni għax-xogħol, jappoġġa t-tagħlim tul il-ħajja u l-impjegabbiltà, u jikkontribwixxi għall-kompetittività u l-innovazzjoni ekonomika u soċjetali billi jappoġġa inizjattivi skalabbli u sostenibbli f'dawn l-oqsma. Dan jista' jinkiseb pereżempju permezz ta' tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u apprendistati, iggwidar tul il-ħajja, antiċipazzjoni tal-ħiliet b'koperazzjoni mal-industrija, materjali aġġornati tat-taħriġ, previżjonijiet u monitoraġġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati, taħriġ tal-edukaturi, validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, u rikonoxximent tal-kwalifiki.
(14)  Billi l-ESF+ huwa l-istrument ewlieni tal-Unjoni ddedikat għall-impjieg u l-ħiliet, u l-inklużjoni soċjali, huwa essenzjali li jkun jista' jikkontribwixxi għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, madwar l-Unjoni kollha. Għal dak il-għan, jenħtieġ li huwa jipprovdi appoġġ biex jitjiebu l-kwalità, in-natura mhux diskriminatorja, l-aċċessibbiltà, l-inklużività, l-effikaċja u r-rilevanza fis-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex tiġi ffaċilitata l-kisba ta' kompetenzi ewlenin, l-aktar b'rabta mal-ħiliet lingwistiċi, ta' intraprenditorija u diġitali, inklużi ħiliet dwar il-protezzjoni tad-data u l-governanza tal-informazzjoni, li kull individwu jeħtieġ għas-sodisfazzjon u l-iżvilupp personali, l-impjieg, l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva. Fil-każ ta' persuni qiegħda fit-tul u ta' persuni bi sfond soċjali żvantaġġat, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali sabiex dawn jingħataw is-setgħa. L-FSE+ jenħtieġ li jgħin fil-progressjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fit-tranżizzjoni għax-xogħol u r-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol, jappoġġa t-tagħlim tul il-ħajja u l-impjegabbiltà ta' kulħadd, u jikkontribwixxi għall-inklużività, il-kompetittività, it-tnaqqis tas-segregazzjoni orizzontali u vertikali u l-innovazzjoni ekonomika u soċjetali billi jappoġġa inizjattivi skalabbli u sostenibbli f'dawn l-oqsma. Dan jista' jinkiseb pereżempju permezz ta' investimenti fl-edukazzjoni vokazzjonali, tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u apprendistati, b'enfasi partikolari fuq is-sistema duwali ppruvata b'suċċess li tikkombina t-tagħlim mal-esperjenza tax-xogħol, l-iggwidar tul il-ħajja, l-antiċipazzjoni tal-ħiliet b'koperazzjoni mas-sħab soċjali, materjali aġġornati tat-taħriġ, previżjonijiet u monitoraġġ tal-perkorsi tal-gradwati, taħriġ tal-edukaturi, appoġġ għat-tagħlim formali u informali, validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, u rikonoxximent tal-kwalifiki. L-FSE+ jenħtieġ li jippromwovi wkoll l-aċċess tal-minoranzi għall-professjoni tal-għalliema, filwaqt li jimmira lejn integrazzjoni aħjar tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma, il-minoranzi u l-migranti.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  L-FSE+ jenħtieġ li jipprovdi appoġġ għall-miżuri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom l-għan li jeradikaw il-faqar enerġetiku u li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika tal-bini fost unitajiet domestiċi vulnerabbli, inklużi dawk affettwati mill-faqar enerġetiku u, fejn xieraq, fl-akkomodazzjoni soċjali, f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali" u f'konformità mar-Regolament (XX/XX) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Unjoni tal-Enerġija fil-Governanza u d-Direttiva (XX/XX) tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 14b (ġdida)
(14b)  Fil-ġejjieni jenħtieġ li l-fondi mill-FSE+ lill-Istati Membri jkunu marbuta mal-għoti ta' prova ta' parteċipazzjoni effikaċi fi proġetti relatati mal-introduzzjoni jew mat-tisħiħ, fil-kuntest tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, tas-sistema duwali ta' tagħlim li tikkombina t-tagħlim mal-esperjenza tax-xogħol.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  L-appoġġ permezz tal-FSE+ jenħtieġ jintuża biex jippromwovi l-aċċess indaqs għal kulħadd, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità, inklużivi u mhux segregati, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija sal-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali u li jibqa' sejjer sal-livell terzjarju u l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, biex titrawwem il-permeabbiltà bejn is-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ikun evitat it-tluq bikri mill-iskola, jitjieb il-litteriżmu dwar is-saħħa, jissaħħu r-rabtiet mat-tagħlim mhux formali u informali, u tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd. F'dan il-kuntest jenħtieġ jiġu appoppati s-sinerġiji mal-programm Erasmus, l-aktar biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' studenti żvantaġġati fil-mobilità tat-tagħlim.
(15)  L-appoġġ permezz tal-FSE+ jenħtieġ jintuża biex jippromwovi l-aċċess indaqs għal kulħadd, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità, inklużivi u mhux segregati, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija, b'attenzjoni speċjali għat-tfal bi sfond soċjali żvantaġġat, bħat-tfal f'kura istituzzjonali u t-tfal bla dar, sal-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali u li jibqa' sejjer sal-livell terzjarju u r-riintegrazzjoni fis-sistema edukattiva u l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, biex jiġi evitat li l-faqar jiġi trażmess minn ġenerazzjoni għall-oħra, biex titrawwem il-permeabbiltà bejn is-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jitnaqqas u jkun evitat it-tluq bikri mill-iskola u l-esklużjoni soċjali, jitjieb il-litteriżmu dwar is-saħħa, jissaħħu r-rabtiet mat-tagħlim mhux formali u informali, u tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd. Jenħtieġ li dawk il-forom ta' tagħlim informali ma jeħdux post l-aċċess għall-edukazzjoni regolari, b'mod partikolari l-edukazzjoni preprimarja u primarja. F'dan il-kuntest jenħtieġ li jiġu stabbiliti s-sinerġiji, il-komplementarjetà u l-koerenza tal-politiki mal-programm Erasmus sabiex l-istudenti żvantaġġati jkunu jistgħu jintlaħqu u jitħejjew b'mod xieraq u attiv għal esperjenzi ta' mobbiltà f'pajjiżi barranin u tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-mobilità tat-tagħlim transfruntiera.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)   L-appoġġ skont il-prijorità ta' investiment "żvilupp lokali mmexxi mill-komunità" jikkontribwixxi għall-objettivi kif stabbilit f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-istrateġiji ta' żvilupp lokali mmexxija mill-komunità bl-appoġġ tal-FSE+ ikunu inklużivi fir-rigward ta' persuni żvantaġġati preżenti fit-territorju, kemm f'termini ta' governanza tal-grupp ta' azzjoni lokali u wkoll f'termini ta' kontenut tal-istrateġija. L-FSE jenħteiġ li jkun jista' jagħti appoġġ lill-istrateġiji ta' żvilupp lokali mmexxija mill-komunità fiż-żoni urbani u rurali, kif ukoll lill-investimenti territorjali integrati (ITI).
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 15b (ġdida)
(15b)  Il-valur miżjud tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni jinsab partikolarment fl-approċċ ta' dimensjoni territorjali bbażata fuq il-post, fil-governanza f'diversi livelli, fl-ippjanar pluriennali u fl-għanijiet kondiviżi u li jistgħu jitkejlu, fl-approċċ ta' żvilupp integrat u fil-konverġenza lejn l-istandards Ewropej fil-kapaċitajiet amministrattivi.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 15c (ġdida)
(15c)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija prinċipju vinkolanti fil-fażijiet kollha ta' programmazzjoni, mit-tfassil tal-prijoritajiet tal-programmi operazzjonali sal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u li l-azzjonijiet ewlenin għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jirċievu appoġġ.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 15d (ġdida)
(15d)   Il-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa skemi edukattivi li joffru lill-adulti livell baxx ta' ħiliet il-possibbiltà li jiksbu livell minimu ta' litteriżmu, numeriżmu u kompetenza diġitali f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti1a.
__________________
1a ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  L-FSE+ jenħtieġ jippromwovi opportunitajiet flessibbli ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd, l-aktar tal-ħiliet diġitali u teknoloġiji abilitanti ewlenin, biex il-persuni jiksbu l-ħiliet adattati għad-diġitalizzazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u l-bidla soċjali u ekonomika, jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet u l-mobbiltà tal-karrieri, u jiġu appoġġati b'mod partikolari l-adulti b'livell baxx ta' ħiliet u/jew b'livell baxx ta' kwalifiki, b'konformità mal-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa.
(16)  L-FSE+ jenħtieġ jippromwovi opportunitajiet flessibbli ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd, filwaqt li jqis l-isfidi ta' gruppi soċjali żvantaġġati differenti, l-aktar tal-ħiliet intraprenditorjali u diġitali u teknoloġiji abilitanti ewlenin, biex il-persuni u l-komunitajiet lokali jiksbu l-ħiliet, il-kompetenzi u l-għarfien adattati għad-diġitalizzazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u l-bidla soċjali u ekonomika, bħal dawk ikkawżati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, jiġu ffaċilitati t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg u l-mobbiltà, u jiġu appoġġati b'mod partikolari l-persuni b'livell baxx ta' ħiliet, il-persuni b'diżabilità u/jew l-adulti b'livell baxx ta' kwalifiki, b'konformità mal-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa u f'koordinazzjoni u komplementarjetà mal-Programm Ewropa Diġitali.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Is-sinerġiji mal-programm Orizzont Ewropa jenħtieġ jiżguraw li l-FSE+ jkun jista' jintegra u jsaħħaħ il-kurrikuli innovattivi appoġġati mill-Orizzont Ewropa ħalli n-nies jingħataw il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi tal-futur.
(17)  Is-sinerġiji mal-programm Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li l-FSE+ jkun jista' jintegra u jsaħħaħ il-kurrikuli innovattivi appoġġati mill-Orizzont Ewropa ħalli n-nies jingħataw il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-iżvilupp personali u professjonali tagħhom u għall-impjiegi tal-futur u ħalli jiġu indirizzati l-isfidi attwali u futuri tas-soċjetà. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura sinerġiji bejn il-Fergħa tas-Saħħa u l-programm Orizzont Ewropa sabiex tingħata spinta lir-riżultati miksuba fil-qasam tal-protezzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)   Is-sinerġiji mal-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jenħtieġ li jiżguraw li l-FSE+ ikun jista' jintegra u jintensifika l-azzjonijiet biex jiġu evitati u miġġielda d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-anti-Semitiżmu u l-iżlamofobija u forom oħra ta' intolleranza, kif ukoll li jiddedika azzjonijiet speċifiċi biex jiġu evitati l-mibegħda, is-segregazzjoni u l-istigmatizzazzjoni, inklużi l-bullying, il-fastidju u t-trattament intolleranti.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 17b (ġdida)
(17b)   Is-sinerġiji maħluqa bis-saħħa tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, anke f'livell reġjonali u transfruntier, ħolqu wkoll proġetti ta' kooperazzjoni għat-titjib tal-impjiegi, l-inklużjoni tas-sezzjonijiet l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni, l-isfidi demografiċi, is-saħħa u l-edukazzjoni, mhux biss fl-Unjoni iżda wkoll ma' pajjiżi li jinsabu fil-fażi ta' qabel l-adeżjoni u pajjiżi ġirien, fejn il-kooperazzjoni tal-Unjoni tagħti valur miżjud. L-FSE+ għandu jtejjeb il-finanzjament ta' dan it-tip ta' proġetti kif ukoll jiżgura t-trasferiment tal-għarfien bejniethom u l-proċess leġiżlattiv biex itejjeb il-qafas regolatorju Ewropew kif ukoll l-iskambju ta' prattiki tajbin bejn it-territorji tal-Unjoni.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-faqar ħalli jkissru ċ-ċiklu ta' żvantaġġi minn ġenerazzjoni għal oħra, u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jiżguraw opportunitajiet indaqs għal kulħadd, jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jindirizzaw l-inugwaljanzi tas-saħħa. Dan ifisser li tiġi mobilizzata firxa ta' politiki mmirati għall-aktar persuni fil-bżonn tkun xi tkun l-età tagħhom, fosthom it-tfal, il-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma, u l-ħaddiema foqra. Jenħtieġ li l-FSE+ jippromwovi l-inklużjoni attiva tal-persuni li mhumiex fis-suq tax-xogħol ħalli tkun żgurata l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom. Jenħtieġ li l-FSE+ jintuża wkoll biex jitjieb l-aċċess fil-ħin u indaqs għal servizzi affordabbli, sostenibbli u ta' kwalità għolja bħall-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, b'mod partikolari s-servizzi tal-kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali b'mod partikolari biex tiġi promossa l-aċċessibbiltà tagħhom.
(18)  Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri fil-livelli kollha tal-gvern inkluż fil-livell reġjonali u lokali biex jeqirdu l-faqar, inkluż il-faqar enerġetiku kif previst fir-regoli l-ġodda miftiehma dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija [issostitwixxi n-numru tar-Regolament ladarba jiġi ppubblikat], ħalli jkissru ċ-ċiklu ta' żvantaġġi minn ġenerazzjoni għal oħra, u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jiżguraw opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inaqqsu l-ostakoli, jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jindirizzaw l-inugwaljanzi soċjali u tas-saħħa. Dan ifisser ukoll, iżda mhux biss, li tiġi mobilizzata firxa ta' politikiu strateġiji proattivi u reattivi mmirati għall-aktar persuni fil-bżonn tkun xi tkun l-età tagħhom, fosthom it-tfal, il-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma, il-persuni b'diżabbiltà, il-persuni bla dar, iċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, inklużi l-migranti u l-ħaddiema foqra. Jenħtieġ li l-FSE+ jippromwovi l-inklużjoni attiva tal-persuni li mhumiex fis-suq tax-xogħol ħalli tkun żgurata l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom, inkluż permezz ta' appoġġ immirat għall-ekonomija soċjali. L-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu l-azzjonijiet tal-FSE+ li jikkomplementaw miżuri nazzjonali f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol1a, inklużi miżuri ta' għajnuna għal introjtu adegwat. Jenħtieġ li l-FSE+ jintuża wkoll biex itejjeb l-aċċess fil-ħin u indaqs għal servizzi affordabbli, sostenibbli u ta' kwalità għolja bħall-kura tas-saħħa ffukata fuq il-persuni, il-kura relatata u l-kura fit-tul, b'mod partikolari s-servizzi tal-kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità u s-servizzi li jiggwidaw l-aċċess għal servizzi ta' akkomodazzjoni soċjali adegwata u affordabbli. Dan jinkludi servizzi ta' promozzjoni tas-saħħa u ta' prevenzjoni tal-mard bħala parti mis-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali b'mod partikolari biex tiġi promossa l-aċċessibbiltà, l-inklużività u l-effettività tagħhom fl-indirizzar tar-realtajiet li qed jinbidlu fid-dinja tax-xogħol. L-FSE jenħtieġ li jindirizza wkoll il-faqar rurali li jirriżulta mill-iżvantaġġi speċifiċi taż-żoni rurali, bħal sitwazzjoni demografika mhux favorevoli, suq tax-xogħol dgħajjef, aċċess limitat għas-servizzi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jew servizzi tal-kura tas-saħħa u soċjali.
______________
1a Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11).
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi biex jonqos il-faqar billi jappoġġa l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ li għandhom l-għan li jtaffu l-privazzjoni alimentari u materjali u jippromwovu l-integrazzjoni soċjali tal-persuni fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali u dawk l-aktar fil-bżonn. Bil-ħsieb li mill-inqas 4 % tar-riżorsi tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ fil-livell tal-Unjoni jappoġġaw lill-aktar persuni fil-bżonn, l-Istati Membri jenħtieġ jallokaw għall-inqas 2 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jindirizzaw il-forom tal-faqar estrem bl-akbar impatt tal-esklużjoni soċjali, bħan-nuqqas ta' akkomodazzjoni, il-faqar tat-tfal u l-privazzjoni alimentari. Minħabba n-natura tal-operazzjonijiet u t-tip ta' riċevituri finali, jenħtieġ jiġu applikat regoli aktar sempliċi għall-appoġġ li jindirizzata l-privazzjoni materjali tal-aktar persuni fil-bżonn.
(19)  Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi biex jinqered il-faqar billi jappoġġa l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ li għandhom l-għan li jtaffu l-privazzjoni alimentari u materjali u jippromwovu l-integrazzjoni soċjali tal-persuni foqra jew fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali u dawk l-aktar fil-bżonn. L-Istati Membri jenħtieġ jallokaw għall-inqas 3 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jiġġieldu l-forom tal-faqar estrem bl-akbar impatt tal-esklużjoni soċjali, bħan-nuqqas ta' akkomodazzjoni, il-faqar tat-tfal, il-faqar fix-xjuħija u l-privazzjoni alimentari. Minħabba n-natura tal-operazzjonijiet u t-tip ta' riċevituri finali, jenħtieġ jiġu applikati l-aktar regoli sempliċi possibbli għall-appoġġ li jindirizza l-privazzjoni materjali tal-aktar persuni fil-bżonn.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
(19a)   L-FSE+ jenħtieġ li jkollu l-għan li jindirizza l-faqar fost in-nisa anzjani madwar l-Unjoni, filwaqt li jqis li d-diskrepanza fil-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa, li hija ta' 40 %, tikkostitwixxi riskju akut għal-livelli li qed jiħżienu tal-faqar fost in-nisa anzjani, speċjalment dawk li jgħixu mingħajr sieħeb, u b'hekk qed issegwi l-impenji li saru fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2015 dwar "Opportunitajiet ta' dħul ugwali għan-nisa u l-irġiel: Intemmu d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u l-irġiel"1a. Il-faqar fost in-nisa anzjani huwa aggravat ukoll mill-ispejjeż li qed jiżdiedu għall-kura tas-saħħa u l-mediċini li l-pazjenti anzjani jkollhom iħallsu minn buthom, speċjalment nisa li jqattgħu proporzjon matul il-ħajja tagħhom morda akbar mill-irġiel l-aktar minħabba stennija tal-għomor itwal.
_________________
1a http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9302-2015-INIT/mt/pdf
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 19b (ġdida)
(19b)  Biex jiġġieled kontra l-faqar u sabiex itejjeb l-inklużjoni soċjali, l-FSE+ jenħtieġ li jippromwovi l-parteċipazzjoni attiva tal-NGOs speċjalizzati, kif ukoll ta' organizzazzjonijiet ta' persuni li jgħixu fil-faqar, kemm fit-tħejjija kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Fid-dawl tal-ħtieġa persistenti li jiżdiedu l-isforzi li jindirizzaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji fl-Unjoni kollha kemm hi u biex ikun żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għall-isforzi ta' solidarjetà u ta' qsim tar-responsabbiltà, l-FSE+ jenħtieġ jipprovdi appoġġ li jippromwovi l-integrazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi b'mod kumplimentarju għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil.
(20)  Fid-dawl tal-ħtieġa persistenti li jiżdiedu l-isforzi li jindirizzaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji fl-Unjoni kollha kemm hi u biex ikun żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għall-isforzi ta' solidarjetà u ta' qsim ġust tar-responsabbiltà, l-FSE+ jenħtieġ jipprovdi appoġġ li jippromwovi l-integrazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, inklużi migranti, li jista' jinkludi inizjattivi fil-livell lokali, b'mod kumplimentarju għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dawk il-fondi li jista' jkollhom effett pożittiv fuq l-inklużjoni taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
(20a)   L-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni tal-FSE+ jenħtieġ li jikkoordinaw mal-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri biex jimmaniġġjaw l-interventi tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil sabiex jippromwovu l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-livelli kollha bl-aħjar mod possibbli permezz ta' strateġiji implimentati l-aktar mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi u bl-aktar miżuri xierqa mfassla għas-sitwazzjoni partikolari taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' integrazzjoni jenħtieġ li jiffoka fuq ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru jew fejn ikun xieraq fil-proċess ta' akkwist ta' residenza legali fi Stat Membru, inklużi benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa riformi tal-politiki u tas-sistemi fl-oqsma tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, il-kura tas-saħħa u fit-tul, u l-edukazzjoni u t-taħriġ. Biex jissaħħaħ l-allinjament mas-Semestru Ewropew, l-Istati Membri jenħtieġ jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi relatati mal-isfidi strutturali li jixraq jiġu indirizzati b'investimenti multiannwali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw koerenza, koordinazzjoni u kumplimentarjetà bejn il-fergħat b'ġestjoni kondiviża u tas-Saħħa tal-FSE+ u l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku. B'mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ jiżguraw li f'kull stadju tal-proċess issir koordinazzjoni effettiva ħalli jkunu żgurati l-konsistenza, il-koerenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija fost is-sorsi tal-finanzjament, inkluż l-assistenza teknika tagħha.
(21)  Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa riformi tal-politiki u tas-sistemi fl-oqsma tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, il-qerda tal-faqar, il-kura tas-saħħa u fit-tul, u l-edukazzjoni u t-taħriġ. Biex jissaħħaħ l-allinjament mas-Semestru Ewropew, l-Istati Membri jenħtieġ jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi relatati mal-isfidi strutturali, li jixraq jiġu indirizzati b'investimenti multiannwali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiżguraw koerenza, koordinazzjoni u kumplimentarjetà bejn il-fergħat b'ġestjoni kondiviża u tas-Saħħa tal-FSE+ u l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku. B'mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ jiżguraw li f'kull stadju tal-proċess issir koordinazzjoni effettiva ħalli jkunu żgurati l-konsistenza, il-koerenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija fost is-sorsi tal-finanzjament, inkluż l-assistenza teknika tagħha, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali skont is-Semestru Ewropew, l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO, u l-ispeċifiċitajiet reġjonali biex b'hekk jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-TFUE fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)  B'kunsiderazzjoni tad-diversità tal-livell ta' żvilupp fir-reġjuni u r-realtajiet soċjali differenti madwar l-Unjoni, il-grad ta' flessibbiltà tal-FSE+ jenħtieġ li jkun biżżejjed biex iqis l-ispeċifiċitajiet reġjonali u territorjali.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Biex ikun żgurat li d-dimensjoni soċjali tal-Ewropa kif stabbilita fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tingħata spinta 'l quddiem kif xieraq u li ammont minimu tar-riżorsi jkun immirat għall-aktar persuni fil-bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jallokaw mill-inqas 25 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex irawmu l-inklużjoni soċjali.
(22)  Biex ikun żgurat li d-dimensjoni soċjali tal-Ewropa kif stabbilita fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tingħata spinta 'l quddiem kif xieraq u li ammont minimu tar-riżorsi jkun immirat għall-aktar persuni fil-bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jallokaw mill-inqas 27 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex irawmu l-inklużjoni soċjali u l-qerda tal-faqar. Dak il-perċentwal jenħtieġ li jkun komplementarji għar-riżorsi nazzjonali biex jiġi indirizzat il-faqar estrem.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)  L-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC), li tikkostitwixxi l-istandard fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. Il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal hija objettiv espliċitu tal-politiki tal-Unjoni (Artikolu 3 tat-Trattat ta' Lisbona), u l-Karta tirrikjedi li l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-ewwel kunsiderazzjoni fl-azzjonijiet kollha tal-Unjoni. L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu xieraq tal-FSE+ biex jiksru ċ-ċiklu ta' żvantaġġ għat-tfal li jgħixu fil-faqar u f'esklużjoni soċjali, kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2013 dwar l-Investiment fit-Tfal. L-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet li jippromwovu interventi effettivi li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni tad-drittijiet tat-tfal.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 22b (ġdida)
(22b)  Fid-dawl tal-livell persistentement għoli ta' faqar tat-tfal u tal-esklużjoni soċjali fl-Unjoni (26,4 % fl-2017), u tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jiddikjara li t-tfal għandhom id-dritt għal protezzjoni mill-faqar, u t-tfal bi sfond żvantaġġat għandhom id-dritt għal miżuri speċifiċi li jsaħħu l-opportunitajiet indaqs, l-Istati Membri jenħtieġ li jallokaw mill-inqas 5 % tar-riżorsi b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ lill-iskema Garanzija Ewropea għat-Tfal sabiex jikkontribwixxu għall-aċċess ugwali tat-tfal għall-kura tas-saħħa mingħajr ħlas, edukazzjoni mingħajr ħlas, kura tat-tfal mingħajr ħlas, akkomadazzjoni diċenti u nutrizzjoni adegwata, għall-qerda tal-faqar tat-tfal u tal-esklużjoni soċjali. L-investiment bikri fit-tfal iwassal għal riżultati sinifikanti għat-tfal u s-soċjetà kollha kemm hi u huwa kruċjali biex jikser iċ-ċiklu ta' żvantaġġ fis-snin bikrija. L-għoti ta' appoġġ lit-tfal biex jiżviluppaw il-ħiliet u l-kapaċitajiet jippermettilhom jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, filwaqt li jġibilhom l-aqwa eżiti edukattivi u tas-saħħa, u jgħinhom isiru membri attivi tas-soċjetà u sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol bħala żgħażagħ.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Fid-dawl tal-livelli persistentement għoljin tal-qgħad u l-inattività fost iż-żgħażagħ f'għadd ta' Stati Membri u reġjuni, b'mod partikolari li jolqtu liż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ, hemm bżonn li l-Istati Membri jkomplu jinvestu biżżejjed riżorsi tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ f'azzjonijiet li jippromwovu l-impjiegi taż-żgħażagħ, inkluż bl-implimentazzjoni ta' skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Filwaqt li jsejsu fuq l-azzjonijiet appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 immirati għal persuni individwali, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu aktar il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol u tal-edukazzjoni u miżuri ta' kuntatt maż-żgħażagħ billi meta rilevanti jagħtu prijorità liż-żgħażagħ qiegħda, inattivi u żvantaġġati fit-tul, inkluż b'ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. L-Istati Membri jenħtieġ jinvestu wkoll f'miżuri mmirati li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol kif ukoll li jirriformaw u jadattaw is-servizzi tal-impjiegi ħalli jipprovdu appoġġ personalizzat liż-żgħażagħ. Għalhekk l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ jallokaw mill-inqas 10 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jappoġġaw l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ.
(23)  Fid-dawl tal-livelli persistentement għoljin tal-qgħad u l-inattività fost iż-żgħażagħ f'għadd ta' Stati Membri u reġjuni, b'mod partikolari li jolqtu liż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), liema livelli huma saħansitra ogħla fil-każ ta' żgħażagħ bi sfond soċjali żvantaġġat, hemm bżonn li l-Istati Membri jkomplu jinvestu riżorsi adegwati tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ f'azzjonijiet li jippromwovu l-impjiegi taż-żgħażagħ, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni ta' skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Filwaqt li jsejsu fuq l-azzjonijiet appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 immirati għal persuni individwali, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu aktar il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol u tal-edukazzjoni ta' kwalità għolja u miżuri effettivi ta' kuntatt maż-żgħażagħ billi meta rilevanti jagħtu prijorità liż-żgħażagħ qiegħda fit-tul, inattivi u żvantaġġati, żgħażagħ li huma l-aktar diffiċli li jintlaħqu u żgħażagħ f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż b'ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. L-Istati Membri jenħtieġ jinvestu wkoll f'miżuri mmirati li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol kif ukoll li jirriformaw u jadattaw is-servizzi tal-impjiegi ħalli jipprovdu appoġġ personalizzat liż-żgħażagħ u jipprovdu s-servizz tagħhom mingħajr l-ebda forma ta' diskriminazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jallokaw mill-inqas 3 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ biex jappoġġjaw politiki fil-qasam tal-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni kontinwata, l-impjiegi ta' kwalità, l-apprendistati u t-traineeships. L-Istati Membri b'rata tan-NEETs ogħla mill-medja tal-Unjoni, jew ta' aktar minn 15 %, jenħtieġ li jallokaw tal-inqas 15 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-FSE+ biex jappoġġaw politiki f'dan il-qasam, li jaġixxu fil-livell territorjali xieraq.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
(23a)  Billi d-disparitajiet fuq livell subreġjonali qed jiżdiedu, inkluż fir-reġjuni l-aktar għonja li għandhom żoni żgħar ta' faqar.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 23b (ġdida)
(23b)   Minħabba l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+, il-kompiti supplimentari jenħtieġ li jiġu akkoppjati b'baġit akbar sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm. Jinħtieġ aktar finanzjament sabiex jiġu miġġielda l-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-faqar u għall-appoġġ tal-iżvilupp professjonali u t-taħriġ, speċjalment fil-post tax-xogħol diġitali, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 23c (ġdida)
(23c)  Il-EURES jenħtieġ li jissaħħaħ fuq bażi fit-tul, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp komprensiv tal-pjattaforma tal-internet u tal-parteċipazzjoni attiva tal-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu aktar effiċjenti mill-mudell eżistenti u jippubblikaw il-postijiet battala kollha li jkollhom fis-sistema tal-EURES.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati minn dawn il-Fondi.
(24)  Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà u jisfruttaw is-sinerġijai bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-FSE+ u mill-programmi u l-istrumenti l-oħrajn tal-Unjoni bħall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, l-Erasmus, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, Orizzont Ewropa, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Programm Ewropa Diġitali, u l-programmi InvestUE u Ewropa Kreattiva jew il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  B'konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994, ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tat-Tramuntana b'popolazzjoni baxxa huma intitolati għal miżuri speċifiċi skont politiki komuni u programmi tal-UE. Minħabba l-limitazzjonijiet permanenti, dawn ir-reġjuni jeħtieġu appoġġ speċifiku.
(25)  B'konformità mal-Artikoli 349 u 174 tat-TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994, ir-reġjuni ultraperiferiċi, ir-reġjuni tat-Tramuntana b'popolazzjoni baxxa u l-gżejjer huma intitolati għal miżuri speċifiċi skont politiki komuni u programmi tal-UE. Minħabba li jsofru minn żvantaġġi naturali gravi u permanenti, dawn ir-reġjuni jeħtieġu appoġġ speċifiku.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Skont l-Artikolu 174 tat-TFUE, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki speċifiċi li jindirizzaw ir-restrizzjonijiet u d-diffikultajiet esperjenzati mir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi demografiċi gravi u permanenti, bħar-reġjuni depopolati u r-reġjuni b'popolazzjoni baxxa.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Għal implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-azzjonijiet appoġġati mill-FSE+ hemm bżonn governanza tajba u sħubija bejn l-atturi kollha fil-livelli territorjali rilevanti u l-atturi soċjoekonomiċi, b'mod partikolari s-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili. Għalhekk hu essenzjali li l-Istati Membri jħeġġu l-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-ferħga b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+.
(26)  Għal implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-azzjonijiet appoġġati mill-FSE+ hemm bżonn governanza tajba u sħubija bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u l-atturi soċjoekonomiċi, b'mod partikolari s-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili. Għalhekk hu essenzjali li l-Istati Membri, fi sħubija mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, jiżguraw parteċipazzjoni sinifikanti tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet, il-korpi responsabbli mill-ugwaljanza, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u organizzazzjonijiet rilevanti jew rappreżentattivi oħrajn fil-programmazzjoni u t-twettiq tal-FSE+, mit-tfassil tal-prijoritajiet għall-programmi operazzjonali sal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati u l-impatt, f'konformità mal-Kodiċi tal-Kondotta Ewropew fil-qafas tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej stabbilit mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/20141a. Barra minn hekk, sabiex jiġu ssalvagwardjati n-nondiskriminazzjoni u l-opportunitajiet indaqs, il-korpi tal-ugwaljanza u l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jenħtieġ li jkunu involuti wkoll f'kull stadju.
____________
1a Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)  Governanza tajba u sħubija bejn l-awtoritajiet ta' ġestjoni u s-sħab jirrikjedu l-użu effettiv u effiċjenti tal-bini ta' kapaċità għall-partijiet ikkonċernati, li l-Istati Membri jenħtieġ li jallokaw lilhom ammont xieraq ta' riżorsi tal-FSE+. Peress li l-investiment fil-kapaċità istituzzjonali u fl-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali bil-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u governanza tajba, ma baqax inkluż bħala għan operazzjonali tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża, iżda ġie inkluż fil-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali, jeħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn iż-żewġ strumenti.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Biex il-politiki jkunu kapaċi aktar iwieġbu għall-bidla fis-soċjetà u biex jitħeġġu u jkunu appoġġati s-soluzzjonijiet innovattivi, l-appoġġ għall-innovazzjoni soċjali hu kruċjali. B'mod partikolari, l-ittestjar u l-evalwazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi qabel ma jiġu estiżi huma strumentali biex tittejjeb l-effiċjenza tal-politiki u b'hekk ikun iġġustifikat appoġġ speċifiku mill-FSE+.
(27)  Biex il-politiki jkunu kapaċi aktar iwieġbu għall-bidla fis-soċjetà u biex jitħeġġu u jkunu appoġġati s-soluzzjonijiet innovattivi, inkluż fil-livell lokali, l-appoġġ għall-innovazzjoni soċjali u għall-ekonomija soċjali hu kruċjali. B'mod partikolari, l-ittestjar u l-evalwazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi qabel ma jiġu estiżi huma strumentali biex tittejjeb l-effiċjenza tal-politiki u b'hekk ikun iġġustifikat appoġġ speċifiku mill-FSE+.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
(27a)  Bil-għan li jisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta' kooperazzjoni transsettorjali, u jittejbu s-sinerġiji u l-koerenza ma' oqsma ta' politika oħrajn biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tiegħu, l-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet innovattivi li jużaw l-isport, l-attività fiżika u l-kultura biex jippromwovu l-inklużjoni soċjali, jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, itejbu l-inklużjoni soċjali ta' gruppi marġinalizzati u jippromwovu s-saħħa tajba u l-prevenzjoni tal-mard.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ jiżguraw li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa b'konformità mal-Artikolu 8 tat-TFUE biex titrawwem l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inkluż fejn jidħlu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi u l-progressjoni tal-karriera. Jenħtieġ jiżguraw ukoll li l-FSE+ jippromwovi opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni b'konformità mal-Artikolu 10 tat-TFUE u jippromwovi l-inklużjoni tal-persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà b'mod ugwali bħall-oħrajn u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà. Jenħtieġ li dawn il-prinċipji jitqiesu fid-dimensjonijiet kollha u fl-istadji kollha tat-tħejjija, il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi, fil-ħin u b'mod konsistenti filwaqt li jkun żgurat li jittieħdu azzjonijiet speċifiċi li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs. L-FSE+ jenħtieġ ukoll jippromwovi t-tranżizzjoni mill-kura residenzjali/istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità, b'mod partikolari għal dawk li jġarrbu diskriminazzjoni multipla. Jenħtieġ li l-FSE+ ma jappoġġax azzjonijiet li jikkontribwixxu għal segregazzjoni jew esklużjoni soċjali. Ir-Regolament (UE) Nru [CPR futur] jistipula li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa jridu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, b'ċerti eċċezzjonijiet li għalihom jeħtieġ jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+.
(28)  L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ jiżguraw li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa b'konformità mal-Artikolu 8 tat-TFUE biex titrawwem l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inkluż fejn jidħlu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi u l-progressjoni tal-karriera. L-aspetti tal-ġeneru jenħtieġ li jiġu kkunsidrati fil-programmi kollha implimentati, tul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom. Barra minn hekk , l-FSE+ jenħtieġ li b'mod partikolari jikkonforma mal-Artikolu 21 tal-Karta li jistipula li għandha tkun ipprojbita kull diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi bħall-ġeneru, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali; barra minn hekk, kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq il-karatteristiċi tas-sess jew l-identità tal-ġeneru u fuq il-bażi tan-nazzjonalità jenħtieġ li tkun ipprojbita wkoll. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-FSE+ jippromwovi l-inklużjoni tal-persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà b'mod ugwali bħall-oħrajn u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà, fir-rigward, fost l-oħrajn, tal-edukazzjoni, ix-xogħol, l-impjieg u l-aċċessibilità universali. Jenħtieġ li dawn il-prinċipji jitqiesu fid-dimensjonijiet kollha u fl-istadji kollha tat-tħejjija, il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi, fil-ħin u b'mod konsistenti filwaqt li jkun żgurat li jittieħdu azzjonijiet speċifiċi li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs. L-FSE+ jenħtieġ ukoll jippromwovi t-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità, b'mod partikolari għal dawk li jġarrbu diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali. Jenħtieġ li l-FSE+ ma jappoġġax azzjonijiet li jikkontribwixxu għal segregazzjoni jew esklużjoni soċjali. Ir-Regolament (UE) Nru [CPR futur] jistipula li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa jridu jkunu konformi mal-Karta u jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, b'ċerti eċċezzjonijiet li għalihom jeħtieġ jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
(28a)  L-użu ta' indikaturi reġjonali għandu jiġi kkunsidrat sabiex id-differenzi subreġjonali jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati aħjar.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Premessa 28b (ġdida)
(28b)   L-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa l-istudju tal-lingwi fit-trawwim ta' fehim reċiproku u għall-bini ta' soċjetà inklużiva, anke permezz ta' adozzjoni usa' mill-Istati Membri tas-sett ta' għodod għal appoġġ lingwistiku għar-rifuġjati żviluppat mill-Kunsill tal-Ewropa.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Biex jonqos il-piż amministrattiv tal-ġbir tad-data, l-Istati Membri jenħtieġ li meta din id-data tkun disponibbli fir-reġistri, l-awtoritajiet ta' ġestjoni jkunu jistgħu jiġbru d-data mir-reġistri.
(29)  Biex jonqos il-piż amministrattiv tal-ġbir tad-data, meta din id-data, possibilment maqsuma skont is-sess, tkun disponibbli fir-reġistri, l-Istati Membri jenħtieġ li jħallu lill-awtoritajiet ta' ġestjoni jiġbru d-data mir-reġistri filwaqt li jirrispettaw il-protezzjoni tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Huwa rakkomandabbli li tkun inċentivizzata l-kontinqazzjoni tat-trażmissjoni elettronika tad-data minħabba li tgħin biex jonqos il-piż amministrattiv.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 56
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  L-esperimentazzjoni soċjali hi ttestjar ta' proġett fuq skala żgħira li jippermetti l-ġbir ta' evidenza dwar il-fattibbiltà tal-innovazzjonijiet soċjali. Jenħtieġ ikun possibbli li l-ideat fattibbli jitwettqu fuq skala usa' jew f'kuntesti oħra b'appoġġ finanzjarju mill-FSE+, kif ukoll minn sorsi oħrajn.
(31)  L-esperimentazzjoni soċjali hi ttestjar ta' proġett fuq skala żgħira li jippermetti l-ġbir ta' evidenza dwar il-fattibbiltà tal-innovazzjonijiet soċjali. Jenħtieġ ikun possibbli u jitħeġġeġ li l-ideat jiġu ttestjati fil-livell lokali u li dawk l-ideat li jkunu fattibbli jitwettqu fuq skala usa' - fejn ikun xieraq - jew jiġu ttrasferiti lejn kuntesti oħra f'reġjuni jew Stati Membri differenti b'appoġġ finanzjarju mill-FSE+ jew f'kombinazzjoni ma' sorsi oħrajn.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  L-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet maħsuba biex jiksbu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema b'mod nondiskriminatorja billi jiżguraw il-koperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi ċentrali tal-impjiegi tal-Istati Membri u mal-Kummissjoni. In-netwerk Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi jenħtieġ jippromwovi funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol billi jiffaċilita l-mobbiltà transfruntiera tal-ħaddiema u aktar trasparenza tal-informazzjoni fis-swieq tax-xogħol. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+ jinkludi wkoll l-iżvilupp ta' skemi mmirati tal-mobbiltà, u l-appoġġ għalihom, ħalli jimtlew il-postijiet battala meta jiġu identifikati skarsezzi fis-suq tax-xogħol.
(32)  L-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet maħsuba biex jiksbu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema b'mod nondiskriminatorja billi jiżguraw il-koperazzjoni mill-qrib tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tas-sħab soċjali. In-netwerk Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi, bl-involviment tas-sħab soċjali, jenħtieġ jippromwovi funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol billi jiffaċilita l-mobbiltà transfruntiera tal-ħaddiema taħt kundizzjonijiet ġusti u aktar trasparenza tal-informazzjoni fis-swieq tax-xogħol. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+ jinkludi wkoll l-iżvilupp ta' skemi mmirati tal-mobbiltà, u l-appoġġ għalihom, ħalli jimtlew il-postijiet battala meta jiġu identifikati skarsezzi fis-suq tax-xogħol. L-FSE+ ikopri s-sħubiji transfruntiera bejn is-sevizzi pubbliċi tal-impjiegi reġjonali u s-sħab soċjali u l-attivitajiet tagħhom biex jippromwovu l-mobbiltà, kif ukoll trasparenza u integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol transfruntiera permezz ta' informazzjoni, pariri u kollokament. F'ħafna reġjuni periferiċi huma għandhom rwol importanti x'jaqdu fl-iżvilupp ta' suq tax-xogħol Ewropew ġenwin.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  In-nuqqas ta' aċċess għal finanzi għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-intrapriżi soċjali hu wieħed mill-ostakli ewlenin għall-ftuħ tan-negozji, speċjalment fost l-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol. Ir-Regolament dwar l-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet biex tinħoloq ekosistema tas-suq ħalli tiżdied il-provvista tal-finanzi u l-aċċess għalihom għall-intrapriżi spċjali u biex titwieġeb id-domanda ta' dawk li l-aktar jeħtiġuhom, u b'mod partikolari l-persuni qiegħda, in-nisa u l-persuni vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża. Dan l-għan se jiġi indirizzat ukoll bi strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja permezz tat-tieqa ta' politika tal-investiment soċjali u l-ħiliet tal-Fond InvestEU.
(33)  In-nuqqas ta' aċċess għal finanzi għall-mikrointrapriżi, l-ekonomija soċjali u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali hu wieħed mill-ostakli ewlenin għall-ftuħ tan-negozji, speċjalment fost l-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol. Ir-Regolament dwar l-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet biex tinħoloq ekosistema tas-suq ħalli tiżdied il-provvista tal-finanzi u tas-servizzi ta' appoġġ, u l-aċċess għalihom, għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, inkluż fis-settur kulturali u kreattiv, u biex titwieġeb id-domanda ta' dawk li l-aktar jeħtiġuhom, u b'mod partikolari l-persuni qiegħda, in-nisa u l-gruppi żvantaġġati li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża. Dan l-għan se jiġi indirizzat ukoll bi strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja permezz tat-tieqa ta' politika tal-investiment soċjali u l-ħiliet tal-Fond InvestEU.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Premessa 33a (ġdida)
(33a)  Jistiednu lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tintroduċi "tikketta tal-ekonomija soċjali Ewropea" fil-livell tal-Unjoni, applikabbli għall-intrapriżi soċjali u solidali u msejsa fuq kriterji ċari mfassla biex tenfasizza l-karatteristiċi speċifiċi ta' dawn l-intrapriżi u l-impatt soċjali tagħhom, iżżid il-viżibilità tagħhom, tħeġġeġ l-investiment, tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament u għas-suq uniku għal dawk li jixtiequ jespandu fil-livell nazzjonali jew fi Stati Membri oħra, u fl-istess ħin tirrispetta l-varjetà ta' forom ġuridiċi u oqfsa eżistenti fis-settur u fl-Istati Membri;
Emenda 60
Proposta għal regolament
Premessa 34
(34)  L-atturi tas-suq tal-investiment soċjali, inkluż l-atturi filantropiċi, jistgħu jaqdu rwol ewlieni biex jintlaħqu diversi għanijiet tal-FSE+, għax dawn joffru finanzjament u approċċi innovattivi u kumplimentari għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, biex jonqos il-qgħad u jingħata kontribut għall-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU. Għaldaqstant jenħtieġ li l-atturi filantropiċi bħall-fondazzjonijiet u d-donaturi jkunu involuti kif xieraq f'azzjonijiet tal-FSE+ b'mod partikolari dawk immirati biex jiżviluppaw l-ekosistema tas-suq tal-investiment soċjali.
(34)  L-atturi tas-suq tal-investiment soċjali, inkluż l-atturi filantropiċi, jistgħu jaqdu rwol ewlieni biex jintlaħqu diversi għanijiet tal-FSE+, għax dawn joffru finanzjament u approċċi innovattivi u kumplimentari għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, biex jonqos il-qgħad u jingħata kontribut għall-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU. Għaldaqstant jenħtieġ li l-atturi filantropiċi bħall-fondazzjonijiet u d-donaturi jkunu involuti kif xieraq u sakemm ma jkollhomx aġenda politika jew soċjali konfliġġenti mal-ideali tal-Unjoni, f'azzjonijiet tal-FSE+ b'mod partikolari dawk immirati biex jiżviluppaw l-ekosistema tas-suq tal-investiment soċjali.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Premessa 34a (ġdida)
(34a)  Il-kooperazzjoni transnazzjonali għandha valur miżjud sinifikanti u għalhekk jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni ta' każijiet iġġustifikati kif xieraq filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. Jeħtieġ ukoll li jissaħħaħ ir-rwol tal-Kummissjoni fl-iffaċilitar ta' skambji ta' esperjenza u fil-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni ta' inizjattivi rilevanti.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Premessa 35a (ġdida)
(35a)   Il-Kummissjoni jenħtieġ li żżid il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet mhux irrappreżentati biżżejjed billi tnaqqas kemm jista' jkun l-ostakli għall-parteċipazzjoni, inkluż il-piż amministrattiv biex japplikaw għall-finanzjament u biex jirċevuh.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Premessa 35b (ġdida)
(35b)   Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni huwa li ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa billi tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura tal-pazjent billi tiżviluppa sistema ta' informazzjoni tas-saħħa sostenibbli kif ukoll billi tappoġġa l-proċessi nazzjonali ta' riforma għal sistemi ta' saħħa aktar effettivi, aċċessibbli u reżiljenti.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Jekk in-nies jinżammu f'saħħithom u attivi aktar fit-tul u jitħeġġu biex jieħdu rwol attiv fit-tmexxija ta' saħħithom, dan iħalli effetti pożittivi fuq is-saħħa, l-inugwaljanzi fis-saħħa, il-kwalità tal-ħajja, il-produttività, il-kompetittività u l-inklużività, filwaqt li jonqsu l-pressjonijiet fuq il-baġits nazzjonali. Il-Kummissjoni ilha impenjata li tgħin lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom tal-iżvilupp sostenibbli (SDG), b'mod partikolari l-SDG 3 "Jiġu żgurati ħajjiet f'saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f'kull età".17
(36)  Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 168 tat-TFUE jinħtieġ sforz kontinwu. Jekk in-nies kollha jinżammu f'saħħithom u attivi b'mod mhux diskriminatorju u jitħeġġu biex jieħdu rwol attiv fit-tmexxija ta' saħħithom, dan iħalli effetti pożittivi fuq is-saħħa, l-inugwaljanzi fis-saħħa, il-kwalità tal-ħajja, il-produttività, il-kompetittività u l-inklużività, filwaqt li jonqsu l-pressjonijiet fuq il-baġits nazzjonali. L-appoġġ favur l-innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni soċjali, li għandha impatt fuq is-saħħa, u r-rikonoxximent tagħha, jgħin biex tiġi ffaċċjata l-isfida tas-sostenibbiltà fis-settur tas-saħħa fil-kuntest tal-indirizzar tal-isfidi tal-bidla demografika. Barra minn hekk, l-azzjoni biex jonqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa hija importanti għall-fini għan li jinkiseb "tkabbir inklużiv". Il-Kummissjoni ilha impenjata li tgħin lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom tal-iżvilupp sostenibbli (SDG), b'mod partikolari l-SDG 3 "Jiġu żgurati ħajjiet f'saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f'kull età".17
_________________
_________________
17 COM(2016)0739
17 COM(2016)0739
Emenda 65
Proposta għal regolament
Premessa 36a (ġdida)
(36a)  Skont id-definizzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), "Is-saħħa hija stat ta' benesseri fiżiku, mentali u soċjali sħiħ u mhux sempliċiment in-nuqqas ta' mard jew infermità". Biex saħħet il-popolazzjoni fl-Unjoni titjieb, huwa fundamentali li tingħata attenzjoni mhux biss lis-saħħa fiżika u lill-benesseri soċjali. Skont id-WHO, il-problemi tas-saħħa mentali jammontaw għal kważi 40 % tas-snin ta' ħajja b'diżabbiltà. Il-problemi ta' saħħa mentali huma wkoll varjati, idumu fit-tul u huma sors ta' diskriminazzjoni, u jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-inugwaljanzi fis-saħħa. Barra minn hekk, il-kriżi ekonomika taffettwa fatturi li jiddeterminaw is-saħħa mentali, peress li l-fatturi protettivi jiddgħajfu u l-fatturi ta' riskju jiżdiedu.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  Jenħtieġ li l-evidenza kif ukoll il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 2006 jappoġġaw il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-ippjanar u l-ġestjoni ta' sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u reżiljenti, għal promozzjoni ta' għodod li jiżguraw aċċess universali għal kura tas-saħħa ta' kwalità, u għal implimentazzjoni volontarja fuq skala usa' tal-aqwa prattiki.
(37)  Jenħtieġ li l-evidenza kif ukoll il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 2006 jappoġġaw il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-ippjanar u l-ġestjoni ta' sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u reżiljenti, għal promozzjoni ta' għodod li jiżguraw aċċess universali għal kura tas-saħħa ffukata fuq il-persuna u kura relatata ta' kwalità, u għal implimentazzjoni volontarja fuq skala usa' tal-aqwa prattiki. Dan jinkludi servizzi ta' promozzjoni tas-saħħa u ta' prevenzjoni tal-mard bħala parti mis-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Premessa 37a (ġdida)
(37a)  Il-programmi preċedenti ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) u fil-qasam tas-saħħa (2008-2013 u 2014-2020), stabbiliti rispettivament bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE1a u d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE1b u bir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c ("il-programmi tas-saħħa preċedenti"), ġew ivvalutati b'mod pożittiv fis-sens li wasslu għal għadd ta' żviluppi u titjib importanti. Jenħtieġ li l-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ tibni fuq ir-riżultati miksuba mill-programm tas-saħħa preċedenti.
____________________
1a Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1).
1b Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13), ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.
1c Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).
Emenda 68
Proposta għal regolament
Premessa 37b (ġdida)
(37b)   Il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ jenħtieġ li tkun mezz biex jiġu promossi azzjonijiet f'oqsma fejn hemm valur miżjud tal-Unjoni li jista' jintwera fuq il-bażi ta' dan li ġej: l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri u bejn ir-reġjuni; l-appoġġ ta' netwerks għall-kondiviżjoni tal-għarfien jew it-tagħlim reċiproku; l-appoġġ tal-kwalifiki tal-professjonisti tas-saħħa; l-indirizzar tat-theddid transfruntier biex jitnaqqsu r-riskji tagħhom u jittaffew il-konsegwenzi tagħhom; l-indirizzar ta' ċerti kwistjonijiet relatati mas-suq intern fejn l-Unjoni għandha leġittimità sostanzjali sabiex tiżgura soluzzjonijiet ta' kwalità għolja fl-Istati Membri; l-isfruttament tal-potenzjal tal-innovazzjoni fis-saħħa; azzjonijiet li jistgħu jwasslu għal sistema għall-valutazzjoni komparattiva sabiex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet informati fil-livell tal-Unjoni; it-titjib tal-effiċjenza billi tiġi evitata ħela ta' riżorsi minħabba d-duplikazzjoni, u l-ottimizzazzjoni tal-użu ta' riżorsi finanzjarji.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  Jenħtieġ li l-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard tul il-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-promozzjoni tas-saħħa billi jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju għas-saħħa fosthom l-użu tat-tabakk u t-tipjip passiv, l-użu dannuż tal-alkoħol, il-konsum ta' drogi illeċiti u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa relatata mad-drogi, id-drawwiet ta' dieta ħażina għas-saħħa u n-nuqqas ta' attività fiżika u t-trawwim ta' ambjenti li jappoġġaw stili ta' ħajja tajbin biex tikkumplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri b'konformità mal-istrateġiji rilevanti. Il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ jenħtieġ tintegra mudelli effettivi tal-prevenzjoni, teknoloġiji innovattivi, u mudelli u soluzzjonijiet ġodda tan-negozju biex tikkontribwixxi għal sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u sostenibbli tal-Istati Membri u tiffaċilita l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini Ewropej.
(38)  Jenħtieġ li l-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard, għad-dijanjożi bikrija tul il-ħajja tal-persuni li jgħixu fl-Unjoni u għall-promozzjoni tas-saħħa billi jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju għas-saħħa fosthom l-użu tat-tabakk, it-tipjip u t-tipjip passiv, l-użu dannuż tal-alkoħol, il-fatturi ta' riskju ambjentali, il-konsum ta' drogi illeċiti u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa relatata mad-drogi, l-obeżità u d-drawwiet ta' dieta ħażina għas-saħħa, anki relatati mal-faqar u n-nuqqas ta' attività fiżika u t-trawwim ta' ambjenti li jappoġġaw stili ta' ħajja tajbin, sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika dwar il-fattur ta' riskju, interventi ta' saħħa pubblika mfassla tajjeb biex jonqsu l-piż u l-impatt tal-infezzjonijiet u tal-mard infettiv li jista' jiġi evitat permezz ta' tilqim, fis-saħħa ġenerali matul il-ħajja kollha biex tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri b'konformità mal-istrateġiji rilevanti. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni tas-saħħa peress li din tgħin lill-individwi u lill-komunitajiet itejbu s-saħħa tagħhom, iżidu l-għarfien tagħhom u jinfluwenzaw l-attitudnijiet tagħhom. L-isfidi tas-saħħa attwali jistgħu jiġu indirizzati b'mod effikaċi biss permezz ta' kollaborazzjoni fil-livell tal-Unjoni u ta' azzjoni kontinwa tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa. Il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ jenħtieġ tappoġġa l-implimentazzjoni tal-liġi rilevanti tal-Unjoni, ixxerred mudelli effettivi tal-prevenzjoni u tas-sensibilizzazzjoni, teknoloġiji innovattivi, u mudelli u soluzzjonijiet ġodda tan-negozju biex tikkontribwixxi għal sistemi tas-saħħa innovattivi, aċċessibbli, effiċjenti u sostenibbli tal-Istati Membri u tiffaċilita l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għall-persuni li jgħixu fl-Unjoni kemm f'żoni urbani kif ukoll f'dawk rurali.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Premessa 38a (ġdida)
(38a)   Sabiex jiġu implimentati l-azzjonijiet fil-fergħa tas-Saħħa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa l-ħolqien ta' Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi modi u metodoloġiji biex l-attivitajiet relatati mas-saħħa jiġu allinjati mal-proċess tas-Semestru Ewropew, li issa huwa awtorizzat jirrakkomanda riformi għas-sistemi tas-saħħa (u fil-fatt fatturi determinanti soċjali oħra tas-saħħa) lejn aktar aċċessibbiltà u sostenibbiltà tad-dispożizzjonijiet tal-kura tas-saħħa u tal-protezzjoni soċjali fl-Istati Membri.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Premessa 39
(39)  Il-mard mhux komunikabbli jikkawża aktar minn 80 % tal-mortalità prematura fl-Unjoni, u l-prevenzjoni effettiva tinvolvi diversi dimensjonijiet transfruntieri. B'mod parallel, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill enfasizzaw il-ħtieġa li jonqsu kemm jista' jkun il-konsegwenzi tat-theddid transfruntier serju tas-saħħa pubblika, bħall-mard komunikabbli u theddid bijoloġiku, kimiku, ambjentali u mhux magħruf ieħor, billi jiġi sostnut it-tiswir tal-kapaċitajiet fit-tħejjija u r-rispons.
(39)  Il-mard mhux komunikabbli jikkawża aktar minn 80 % tal-mortalità prematura fl-Unjoni, u l-prevenzjoni effettiva tinvolvi diversi azzjonijiet transsettorjali u dimensjonijiet transfruntieri. B'mod parallel, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill enfasizzaw il-ħtieġa li jonqsu kemm jista' jkun il-konsegwenzi tat-theddid transfruntier serju tas-saħħa pubblika, bħall-emissjonijiet u t-tniġġis ambjentali f'daqqa u kumulattivi, il-mard komunikabbli u theddid bijoloġiku, kimiku, ambjentali u mhux magħruf ieħor, billi jiġi sostnut it-tiswir tal-kapaċitajiet fit-tħejjija u r-rispons.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Premessa 39a (ġdida)
(39a)   Investimenti kontinwi f'approċċi innovattivi bbażati fuq il-komunità sabiex jiġi indirizzat il-mard transfruntier bħall-epidemiji tal-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite virali huma vitali peress li d-dimensjoni soċjali tal-mard hija fattur ewlieni li jaffettwa l-abbiltà biex dawn jiġu indirizzati bħala epidemiji fl-Unjoni u fil-pajjiżi ġirien. Biex jintlaħqu l-objettivi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli dwar dan il-mard se tkun strumentali tmexxija politika aktar ambizzjuża u mezzi tekniċi u finanzjarji adegwati biex jiġi pprovdut rispons reġjonali sostenibbli għall-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite fl-Ewropa.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  Għall-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u għas-saħħa taċ-ċittadini hi essenzjali li jonqos il-piż tal-infezzjonijiet reżistenti u l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u tkun żgurata d-disponibbiltà ta' antimikrobjali effettivi.
(40)  Għall-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u għas-saħħa taċ-ċittadini hi essenzjali li jonqos il-piż tal-infezzjonijiet reżistenti u l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u tkun żgurata d-disponibbiltà ta' antimikrobjali effettivi, filwaqt li madankollu jonqos l-użu tagħhom sabiex tkun tista' tiġi indirizzata r-reżistenza antimikrobjali.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Premessa 42
(42)  Minħabba n-natura speċifika ta' wħud mill-għanijiet koperti mill-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ u mit-tip ta' azzjonijiet permezz ta' dik il-fergħa, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet relatati. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet, maħtura mill-Istati Membri nfushom, jiġu kkunsidrati bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu [195] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid] u l-għotjiet jingħataw lil dawn l-awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħiet għal proposti.
(42)  Minħabba n-natura speċifika ta' wħud mill-għanijiet koperti mill-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ u mit-tip ta' azzjonijiet permezz ta' dik il-fergħa, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet relatati bl-appoġġ attiv tas-soċjetà ċivili. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet, maħtura mill-Istati Membri nfushom, u barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif xieraq, jiġu kkunsidrati bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu [195] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid] u l-għotjiet jingħataw lil dawn l-awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħiet għal proposti.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Premessa 42a (ġdida)
(42a)   Sabiex tiżdied il-prestazzjoni tal-ineffiċjenzi u l-inadegwatezzi fil-monitoraġġ tal-programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li timplimenta u tuża l-indikaturi ta' monitoraġġ speċifiċi għall-programmi u għall-azzjonijiet sabiex tiżgura li jintlaħqu l-objettivi tal-programm.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Premessa 42b (ġdida)
(42b)   Il-programm FSE+ jenħtieġ li jindirizza l-ostakli eżistenti għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, pereżempju permezz tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' applikazzjoni, il-faċilitazzjoni tal-kriterji finanzjarji billi f'xi każijiet jiġi rinunzjat il-perċentwal ta' kofinanzjament, iżda wkoll permezz tal-bini ta' kapaċità tal-pazjenti, l-organizzazzjonijiet tagħhom u partijiet ikkonċernati oħra permezz tat-taħriġ u l-edukazzjoni. Il-programm għandu jkollu wkoll l-għan li jippermetti l-funzjonament tan-netwerks u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tiegħu, inklużi l-organizzazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Premessa 42c (ġdida)
(42c)   L-implimentazzjoni tal-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ jenħtieġ li tkun tali li jkunu rrispettati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, għad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom u għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u tal-kura medika. Filwaqt li jirrispettaw l-obbligi tat-Trattat u r-rwol tal-Istati Membri bħala l-interlokutur primarju fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti fil-livell subnazzjonali jenħtieġ li jkunu involuti sabiex jiżguraw impatt effettiv u dejjiemi tal-politika tas-saħħa tal-Unjoni permezz tal-integrazzjoni tagħhom mal-politiki soċjali fil-prattika.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Premessa 44
(44)  Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tħalli impatt immedjat fuq ħajjet iċ-ċittadini, fuq l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-qafas regolatorju għall-prodotti u t-teknoloġiji mediċi (prodotti mediċinali, tagħmir mediku u sustanzi ta' oriġini umana), kif ukoll dwar il-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera u t-theddid transfruntier serju tas-saħħa hu essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa fl-UE. Ir-Regolament, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu, jenħtieġ jimxu paripassu mal-innovazzjoni u l-avvanzi fir-riċerka u mal-bidliet soċjetali f'dan il-qasam, filwaqt li jitwettqu l-għanijiet tas-saħħa. Għalhekk hemm bżonn żvilupp kontinwu tal-bażi tal-evidenza meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' natura xjentifika bħal din.
(44)  Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tħalli impatt immedjat fuq ħajjet iċ-ċittadini, fuq l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-qafas regolatorju għall-prodotti u t-teknoloġiji mediċi (prodotti mediċinali, tagħmir mediku u sustanzi ta' oriġini umana), kif ukoll dwar il-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera u t-theddid transfruntier serju tas-saħħa hu essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa fl-UE. Barra minn hekk, ħafna liġijiet oħra tal-Unjoni għandhom impatti sinifikanti fuq is-saħħa bħal dawk relatati mal-ikel u mat-tikkettar tal-ikel, it-tniġġis tal-arja, l-interferenti endokrinali u l-pestiċidi. F'xi każijiet, l-impatti kumulattivi tal-fatturi ta' riskju ambjentali ma jinftehmux b'mod ċar, filwaqt li potenzjalment iwasslu għal riskju inaċċettabbli għas-saħħa taċ-ċittadini.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Premessa 44a (ġdida)
(44a)   Regolament b'implikazzjonijiet tas-saħħa, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu, jenħtieġ li jimxi pari passu mal-innovazzjoni u l-avvanzi fir-riċerka u mal-bidla soċjetali f'dan il-qasam, filwaqt li jibqgħu sostnuti mill-prinċipju ta' prekawzjoni, kif minqux fit-Trattati tal-UE. Għalhekk huwa meħtieġ żvilupp kontinwu tal-bażi tal-evidenza meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' natura xjentifika bħal din u, sabiex tiġi żgurata l-possibbiltà ta' skrutinju indipendenti sabiex b'hekk terġa' tinkiseb il-fiduċja tal-pubbliku fil-proċessi tal-Unjoni u minħabba li, min-natura tagħha stess il-kondiviżjoni ta' din l-evidenza hija fl-interess pubbliku, jenħtieġ li jiġi ggarantit l-ogħla livell ta' trasparenza.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Premessa 44b (ġdida)
(44b)   L-iffaċċjar tal-isfidi tas-saħħa ma jistax isir mis-settur tas-saħħa biss, peress li s-saħħa hija ddeterminata minn diversi fatturi barra minnha. Għaldaqstant, kif stipulat fit-Trattati ta' Maastricht u ta' Amsterdam, is-saħħa fil-politiki kollha hija importanti biex l-Unjoni tkun tista' tiffaċċja sfidi futuri. Madankollu, is-sensibilizzazzjoni tas-setturi l-oħra dwar l-impatti tas-saħħa tad-deċiżjonijiet tagħhom u l-integrazzjoni tas-saħħa fil-politiki tagħhom jikkostitwixxu waħda mill-akbar sfidi li bħalissa qed jiffaċċja s-settur tas-saħħa Ewropew. S'issa avvanzi importanti fis-saħħa ġew irreġistrati permezz ta' politiki fis-setturi bħall-edukazzjoni, it-traffiku, in-nutrizzjoni, l-agrikoltura, ix-xogħol, jew l-ippjanar. Pereżempju, is-saħħa tal-qalb irreġistrat titjib sinifikanti permezz ta' bidliet fil-politiki u fir-regolamenti dwar il-kwalità tal-ikel, iż-żieda fl-attività fiżika u t-tnaqqis fit-tipjip.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Premessa 46
(46)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni li jimplimentaw il-Ftehim ta' Pariġi u l-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan ir-Regolament se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-UE u biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-għanijiet tal-klima. Waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni nofsana.
(46)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan ir-Regolament se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-għanijiet tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. Waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni nofsana.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Premessa 47
(47)  Skont l-Artikolu 94 tad-[Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE19], il-persuni u l-entitatijiet stabbiliti fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej (OCTs) jenħtieġ ikunu eliġibbli għal finanzjament soġġetti għar-regoli u l-għanijiet tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom l-OCTs rilevanti huma marbuta.
(47)  Skont l-Artikolu 94 tad-[Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE19], il-persuni u l-entitatijiet stabbiliti fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej (OCTs) jenħtieġ ikunu eliġibbli għal finanzjament soġġetti għar-regoli u l-għanijiet tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom l-OCTs rilevanti huma marbuta. Il-programm irid jikkunsidra r-restrizzjonijiet partikolari li persuni u entitajiet stabbiliti f'dawn it-territorji qed jiffaċċjaw, sabiex ikollhom aċċess xieraq għall-elementi msemmija hawn fuq.
__________________
__________________
19Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
19Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
Emenda 83
Proposta għal regolament
Premessa 48
(48)  Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-koperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-ŻEE, li jipprovdi għall-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Jenħtieġ tiddaħħal dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
(48)  Soġġetti għal konformità mar-regoli u r-regolamenti rilevanti, il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-ŻEE, li jipprovdi għall-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Jenħtieġ tiddaħħal dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Premessa 50a (ġdida)
(50a)   Huwa importanti li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda u ġusta tal-Fond sabiex tiġi ggarantita l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod ċar, effettiv u faċli għall-utent possibbli, filwaqt li jiġu żgurati ċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċessibbiltà tal-parteċipanti kollha għalih. Peress li l-attivitajiet tal-FSE+ jitwettqu b'ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu lura milli jżidu regoli addizzjonali jew jemendaw ir-regoli maż-żmien, għaliex dan kieku jikkomplika l-użu tal-fondi għall-benefiċjarji u jista' joħloq dewmien fil-ħlas tal-fatturi.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Premessa 51
(51)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li titjieb l-effikaċja tas-swieq tax-xogħol u jiġi promoss aċċess għal impjiegi ta' kwalità, jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u tas-saħħa u jonqos il-faqar kif ukoll l-azzjonijiet permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir- Regolament ma jmurx lil hinn minn huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.
(51)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jittejbu l-effikaċja u l-ekwità tas-swieq tax-xogħol u jiġi promoss aċċess għal impjiegi ta' kwalità, jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-indukrar, jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u s-saħħa u jinqered il-faqar kif ukoll l-azzjonijiet permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir- Regolament ma jmurx lil hinn minn huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 1
Artikolu 1
Artikolu 1
Suġġett
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) Il-FSE+ jikkonsisti fi tliet fergħat: il-fergħa b'ġestjoni kondiviża , il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa.
Jistabbilixxi l-għanijiet tal-FSE+, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-metodi tal-implimentazzjoni, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan il-finanzjament.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet tal-FSE+, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-metodi tal-implimentazzjoni, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan il-finanzjament, u jikkomplementa r-regoli ġenerali li japplikaw għall-FSE+ skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 2
Artikolu 2
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Definizzjonijiet
1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)  “miżuri ta' akkumpanjament” tfisser attivitajiet mogħtija flimkien mad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew ta' assistenza materjali bażika bil-għan li tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali, pereżempju r-referenzjar għal servizzi soċjali jew pariri dwar il-ġestjoni tal-baġit tal-familja, u l-għoti tagħhom;
(1)  "miżuri ta' akkumpanjament" tfisser attivitajiet mogħtija flimkien mad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew ta' assistenza materjali bażika bil-għan li tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali u jinqered il-faqar, pereżempju r-referenzjar għal servizzi soċjali u appoġġ psikoloġiku jew li tiġi provduta informazzjoni rilevanti dwar is-servizzi pubbliċi jew pariri dwar il-ġestjoni tal-baġit tal-familja;
(2)  “pajjiż assoċjat” tfisser pajjiż terz li hu parti għal ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa tal-FSE+ skont l-Artikolu 30;
(2)  "pajjiż assoċjat" tfisser pajjiż terz li hu parti għal ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa tal-FSE+ skont l-Artikolu 30;
(3)  “assistenza materjali bażika” tfisser oġġetti li jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuna għal ħajja dinjituża, bħal ħwejjeġ, prodotti iġjeniċi u materjal tal-iskola;
(3)  "assistenza materjali bażika" tfisser oġġetti li jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuna għal ħajja dinjituża, bħal ħwejjeġ, prodotti iġjeniċi, inklużi prodotti tal-iġjene tan-nisa, u materjal tal-iskola;
(4)  “operazzjoni ta' taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk fi ħdan il-faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkumbinaw forom ta' appoġġ li mhux rimborżabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma' forom ta' appoġġ rimborżabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;
(4)  "operazzjoni ta' taħlit" tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk fi ħdan il-faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkumbinaw forom ta' appoġġ li mhux rimborżabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma' forom ta' appoġġ rimborżabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;
(5)  “indikaturi komuni tar-riżultati immedjati” tfisser indikaturi komuni tar-riżultati li jaqbdu l-effetti fi żmien erba' ġimgħat mill-jum meta l-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni (id-data tal-ħruġ);
(5)  "indikaturi komuni tar-riżultati immedjati" tfisser indikaturi komuni tar-riżultati li jaqbdu l-effetti fi żmien erba' ġimgħat mill-jum meta l-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni (id-data tal-ħruġ);
(6)  “indikaturi komuni ta' riżultati aktar fit-tul” tfisser indikaturi komuni tar-riżultati li jaqbdu l-effetti wara sitt xhur mill-jum meta l-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni;
(6)  "indikaturi komuni ta' riżultati aktar fit-tul" tfisser indikaturi komuni tar-riżultati li jaqbdu l-effetti wara sitt xhur u tnax-il xhar mill-jum meta l-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni;
(7)  “spejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika” tfisser l-ispejjeż effettivi marbuta max-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika mill-benefiċjarju u mhux limitati għall-prezz tal-ikel u/jew tal-assistenza materjali bażika;
(7)  "spejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika" tfisser l-ispejjeż effettivi marbuta max-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika mill-benefiċjarju u mhux limitati għall-prezz tal-ikel u/jew tal-assistenza materjali bażika;
(7a)  "sħubijiet transfruntieri" fil-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tfisser strutturi permanenti ta' kooperazzjoni bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, is-soċjetà ċivili jew is-sħab soċjali li jinsabu f'tal-inqas żewġ Stati Membri;
(8)  “riċevitur finali” tfisser l-aktar persuna jew persuni fil-bżonn li jirċievu l-appoġġ kif stabbilit fil-punt (xi) tal-Artikolu 4(1);
(8)  "riċevitur finali" tfisser l-aktar persuna jew persuni fil-bżonn li jirċievu l-appoġġ kif stabbilit fil-punt (xi) tal-Artikolu 4(1);
(9)  “kriżi tas-saħħa” tfisser kwalunkwe kriżi li ġeneralment titqies bħala theddida, li għandha dimensjoni tas-saħħa u li teħtieġ azzjoni urġenti min-naħa tal-awtoritajiet f'kundizzjonijiet ta' inċertezza;
(9)  "kriżi tas-saħħa" tfisser kwalunkwe kriżi li ġeneralment titqies bħala theddida, li għandha dimensjoni tas-saħħa u li teħtieġ azzjoni urġenti min-naħa tal-awtoritajiet f'kundizzjonijiet ta' inċertezza;
(10)  “entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali mil-liġi nazzjonali, mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li, meta taġixxi f'isimha stess, tista' teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi;
(10)  "entità ġuridika" tfisser kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali mil-liġi nazzjonali, mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li, meta taġixxi f'isimha stess, tista' teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi;
(11)  “mikrofinanzjament” tinkludi garanziji, mikrokreditu, ekwità u kważi ekwità, akkoppjati ma' servizzi tal-żvilupp kummerċjali ta' akkumpanjament bħalma huma dawk fil-forma ta' konsulenza individwali, taħriġ u mentoraġġ, estiżi għal persuni u mikrointrapriżi li jsibu diffikultajiet biex jaċċessaw il-kreditu għall-finijiet ta' attivitajiet professjonali u/jew li jiġġeneraw dħul;
(11)  "mikrofinanzjament" tinkludi garanziji, mikrokreditu, ekwità u kważi ekwità, akkoppjati ma' servizzi tal-żvilupp kummerċjali ta' akkumpanjament bħalma huma dawk fil-forma ta' konsulenza individwali, taħriġ u mentoraġġ, estiżi għal persuni u mikrointrapriżi li jsibu diffikultajiet biex jaċċessaw il-kreditu għall-finijiet ta' attivitajiet professjonali u/jew li jiġġeneraw dħul;
(12)  “mikrointrapriża” tfisser intrapriża b'anqas minn 10 impjegati u b'fatturat annwali jew b'karta bilanċjali inqas minn EUR 2 000 000;
(12)  "mikrointrapriża" tfisser intrapriża b'anqas minn 10 impjegati u b'fatturat annwali jew b'karta bilanċjali inqas minn EUR 2 000 000;
(13)  “l-aktar persuni fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi, familji, unitajiet domestiċi jew gruppi magħmula minn persuni bħal dawn, li l-bżonn tagħhom għall-assistenza ġie stabbilit skont il-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta' interess, u li huma approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li jistgħu jinkludu elementi li jippermettu li jiġu mmirati l-aktar persuni fil-bżonn f'ċerti żoni ġeografiċi;
(13)  "l-aktar persuni fil-bżonn" tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi, familji, unitajiet domestiċi jew gruppi magħmula minn persuni bħal dawn, inklużi t-tfal u l-persuni bla dar, li l-bżonn tagħhom għall-assistenza ġie stabbilit skont il-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta' interess, u li huma approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li jistgħu jinkludu elementi li jippermettu li jiġu mmirati l-aktar persuni fil-bżonn f'ċerti żoni ġeografiċi;
(14)  “valur ta' referenza” tfisser valur biex jiġu stabbiliti miri għal indikaturi komuni tar-riżultati u għal indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm, li jkun ibbażat fuq interventi simili eżistenti jew preċedenti;
(14)  "valur ta' referenza" tfisser valur biex jiġu stabbiliti miri għal indikaturi komuni tar-riżultati u għal indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm, li jkun ibbażat fuq interventi simili eżistenti jew preċedenti;
(15)  “intrapriża soċjali” tfisser impriża, irrispettivament mill-forma legali tagħha, jew persuna fiżika li
(15)  "intrapriża soċjali" tfisser impriża tal-ekonomija soċjali, irrispettivament mill-forma legali tagħha, jew persuna fiżika li:
(a)  b'konformità mal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni tagħha, l-Istatuti tagħha u xi dokument legali ieħor li jistgħu jwasslu għal responsabbiltà skont ir-regoli tal-Istat Membri fejn tkun stabbilita, ikollha bħala l-għan soċjali primarju tagħha li tikseb impatti soċjali li jistgħu jitkejlu u pożittivi minflok li tiġġenera qligħ għal finijiet oħrajn, u li tipprovdi servizzi jew oġġetti li jiġġeneraw redditu soċjali, u/jew tuża metodi tal-produzzjoni ta' oġġetti jew servizzi li jinkorporaw għanijiet soċjali;
(a)  b'konformità mal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni tagħha, l-Istatuti tagħha u xi dokument legali ieħor li jistgħu jwasslu għal responsabbiltà skont ir-regoli tal-Istat Membri fejn tkun stabbilita, ikollha bħala l-għan soċjali primarju tagħha li tikseb impatti soċjali, inkluż ambjentali, pożittivi u li jistgħu jitkejlu minflok li tiġġenera qligħ għal finijiet oħrajn, u li tipprovdi servizzi soċjali jew oġġetti li jiġġeneraw redditu soċjali, u/jew tuża metodi tal-produzzjoni ta' oġġetti jew servizzi li jinkorporaw għanijiet soċjali;
(b)  qabelxejn tinvesti l-qligħ tagħha biex tilħaq l-għan soċjali primarju tagħha, u jkollha proċeduri u regoli predefiniti li jkopru kwalunkwe distribuzzjoni tal-qligħ li jiżguraw li din id-distribuzzjoni ma timminax l-għan soċjali primarju;
(b)  qabelxejn tinvesti mill-ġdid il-biċċa l-kbira tal-qligħ tagħha biex tilħaq l-għan soċjali primarju tagħha, u jkollha proċeduri u regoli predefiniti li jkopru kwalunkwe distribuzzjoni tal-qligħ li jiżguraw li din id-distribuzzjoni ma timminax l-għan soċjali primarju;
(c)  tkun ġestita b'mod intraprenditorjali, responsabbli u trasparenti, l-aktar b'involvimen tal-ħaddiema, il-klijenti u l-partijiet konċernati milquta bl-attivitajiet kummerċjali tagħha;
(c)  tkun ġestita b'mod intraprenditorjali, demokratika, parteċipatorja, responsabbli u trasparenti, l-aktar b'involvimen tal-ħaddiema, il-klijenti u l-partijiet konċernati milquta bl-attivitajiet kummerċjali tagħha;
(15a)  "intrapriża tal-ekonomija soċjali" tfisser tipi differenti ta' intrapriżi u entitajiet li jaqgħu fi ħdan l-ekonomija soċjali, bħall-kooperattivi, l-impriżi mutwi, l-assoċjazzjonijiet, il-fondazzjonijiet, l-intrapriżi soċjali u forom oħra ta' intrapriżi rregolati bil-liġijiet tal-Istati Membri individwali u bbażati fuq il-preminenza tal-għanijiet individwali u soċjali fuq il-kapital, il-governanza demokratika, is-solidarjetà u r-reinvestiment tal-biċċa l-kbira tal-qligħ jew tas-surpluses;
(16)  “innovazzjonijiet soċjali” tfisser attivitajiet li huma soċjali kemm għall-finijiet tagħhom kif ukoll għall-mezzi tagħhom, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' ideat ġodda (dwar prodotti, servizzi u mudelli) li fl-istess ħin jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjali u joħolqu relazzjonijiet jew kollaborazzjonijiet soċjali ġodda, biex b'hekk jagħmlu l-ġid fis-soċjetà u jixprunaw il-kapaċità tagħha li taġixxi;
(16)  "innovazzjonijiet soċjali" tfisser attivitajiet, inklużi attivitajiet kollettivi, li huma soċjali kemm għall-finijiet tagħhom kif ukoll għall-mezzi tagħhom, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' ideat ġodda (dwar prodotti, servizzi, prattiki u mudelli) li fl-istess ħin jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjali u joħolqu relazzjonijiet jew kollaborazzjonijiet soċjali ġodda, inkluż bejn il-pubbliku, l-organizzazzjonijiet tas-settur terz bħal organizzazzjonijiet volontarji u komunitarji u intrapriżi tal-ekonomija soċjali, biex b'hekk jagħmlu l-ġid fis-soċjetà u jixprunaw il-kapaċità tagħha li taġixxi;
(17)  “esperimentazzjonijiet soċjali” tfisser interventi politiċi li jagħtu rispons innovattiv għall-ħtiġijiet soċjali, implimentati fuq skala żgħira u f'kundizzjonijiet li jippermettu li l-impatt tagħhom jitkejjel, qabel ma jiġu implimentati f'kuntesti oħra jew fuq skala akbar, jekk ir-riżultati jkunu konvinċenti;
(17)  "esperimentazzjonijiet soċjali" tfisser interventi politiċi li jagħtu rispons innovattiv għall-ħtiġijiet soċjali, implimentati fuq skala żgħira u f'kundizzjonijiet li jippermettu li l-impatt tagħhom jitkejjel, qabel ma jiġu implimentati f'kuntesti oħra, inklużi dawk ġeografiċi u settorjali, jew fuq skala akbar, jekk ir-riżultati jkunu konvinċenti;
(18)  “kompetenzi ewlenin” tfisser l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġ kull individwu, f'kwalunkwe stadju ta' ħajtu, għas-sodisfazzjoni u l-iżvilupp personali, għal impjieg, għall-inklużjoni soċjali u għal ċittadinanza attiva. Il-kompetenzi ewlenin huma: fil-litteriżmu; multilingwi; fil-matematika, fix-xjenza, fit-teknoloġija u fl-inġinerija; diġitali; personali, soċjali u fit-tagħlim dwar kif wieħed jitgħallem; taċ-ċittadinanza; intraprenditorjali; fil-kuxjenza u l-espressjoni kulturali.
(18)  "kompetenzi ewlenin" tfisser l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġ kull individwu, f'kwalunkwe stadju ta' ħajtu, għas-sodisfazzjoni u l-iżvilupp personali, għal impjieg, għall-inklużjoni soċjali u għal ċittadinanza attiva. Il-kompetenzi ewlenin huma: il-litteriżmu; il-multilingwiżmu; il-matematika, ix-xjenza, it-teknoloġija, l-arti u l-inġinerija; il-kompetenza diġitali; il-kompetenza medjatika; il-kompetenza personali u soċjali u t-tagħlim dwar kif wieħed jitgħallem; il-kompetenza ċivika; l-intraprenditorjalità; il-kuxjenza u l-espressjoni (inter)kulturali u l-ħsieb kritiku ;
(19)  “pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhux Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
(19)  "pajjiż terz" tfisser pajjiż li mhux Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
(19a)  "gruppi żvantaġġati" tfisser gruppi mmirati b'livell għoli ta' persuni li qed jesperjenzaw jew huma f'riskju ta' faqar, diskriminazzjoni jew esklużjoni soċjali, inkluż fost oħrajn minoranzi etniċi bħar-Roma, ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi migranti, anzjani, tfal, ġenituri singoli, persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mard kroniku;
(19b)  "tagħlim tul il-ħajja" tfisser tagħlim fil-forom kollha tiegħu (tagħlim formali, mhux formali u informali) li jseħħ fl-istadji kollha tal-ħajja, inklużi edukazzjoni bikrija tat-tfal, edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni għolja u tagħlim għall-adulti, u li jirriżulta f'titjib fl-għarfien, il-ħiliet, il-kompetenzi u l-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni fis-soċjetà;
2.  Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu [2] tas-[CPR futur] għandhom japplikaw għall-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+.
2.  Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu [2] tas-[CPR futur] japplikaw għall-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża.
2a.  Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni1a, japplikaw ukoll għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa fi ħdan ġestjoni diretta u indiretta.
________________
1a Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 3
Artikolu 3
Artikolu 3
L-għanijiet ġenerali u l-metodi tal-implimentazzjoni
L-għanijiet ġenerali u l-metodi tal-implimentazzjoni
L-FSE+ għandu l-għan li tappoġġa lill-Istati Membri biex jiksbu livelli għoljin ta' impjiegi, protezzjoni soċjali ġusta, u forza tax-xogħol tas-sengħa u reżiljenti li tkun lesta għad-dinja futura tax-xogħol, b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li pproklamaw il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fis-17 ta' Novembru 2017.
L-FSE+ għandu jappoġġa lill-Istati Membri, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-Unjoni biex jiksbu soċjetajiet inklużivi, livelli għoljin ta' impjiegi ta' kwalità, il-ħolqien ta' impjiegi, edukazzjoni u taħriġ inklużivi u ta' kwalità, opportunitajiet indaqs, il-qirda tal-faqar, inkluż il-faqar tat-tfal, inklużjoni u lntegrazzjoni soċjali, koeżjoni soċjali, protezzjoni soċjali ġusta, u forza tax-xogħol tas-sengħa u reżiljenti li tkun lesta għad-dinja futura tax-xogħol.
L-FSE + għandu jkun konformi mat-Trattati tal-Unjoni Ewropea u l-Karta, u jimplimenta l-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamati mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-17 ta' Novembru 2017, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali skont l-Artikolu 174 tat-TFUE u l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jiksbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-impenji li saru skont il-Ftehim ta' Pariġi.
L-FSE+ għandu jappoġġa, jikkumplimenta u jżid il-valur tal-politiki tal-Istati Membri li jiżguraw opportunitajiet indaqs, aċċess għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, protezzjoni u inklużjoni soċjali, u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
L-FSE+ għandu jappoġġa, jikkumplimenta u jżid il-valur tal-politiki tal-Istati Membri li jiżguraw opportunitajiet indaqs, aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, tagħlim tul il-ħajja, kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità għolja, protezzjoni soċjali, integrazzjoni u inklużjoni, il-qerda tal-faqar, investiment fit-tfal u fiż-żgħażagħ, in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, aċċess għas-servizzi bażiċi u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
Dan għandu jiġi implimentat:
Dan għandu jiġi implimentat:
a)  b'ġestjoni kondiviża, għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi mal-għanijiet speċifiċi indikati fl-Artikolu 4(1) (“il-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+”), u
a)  b'ġestjoni kondiviża, għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi mal-għanijiet speċifiċi indikati fl-Artikolu 4(1) ("il-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża"), u
b)  b'ġestjoni diretta u indiretta għal dik il-parti mill-assistenza li tikkorrispondi għall-għanijiet indikati fl-Artikoli 4(1) u 23 (“il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali”) u għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi għall-għanijiet indikati fl-Artikoli 4(1) u (3) u 26 (“il-fergħa tas-Saħħa”).
b)  b'ġestjoni diretta u indiretta għal dik il-parti mill-assistenza li tikkorrispondi għall-għanijiet indikati fl-Artikoli 4(1) u 23 ("il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali") u għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi għall-għanijiet indikati fl-Artikoli 4(1) u (3) u 26 (“il-fergħa tas-Saħħa”).
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 4
Artikolu 4
Artikolu 4
L-għanijiet speċifiċi
L-għanijiet speċifiċi
1.  L-FSE+ għandu jappoġġa dawn l-għanijiet speċifiċi li ġejjin fl-oqsma ta; politika tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali u s-saħħa u b'hekk jikkontribwixxi wkoll għall-għan ta' politika ta' “Ewropa aktar soċjali – Implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” kif stabbilit fl-Artikolu [4] tas-[CPR futur]:
1.  L-FSE+ għandu jappoġġa dawn l-għanijiet speċifiċi li ġejjin fl-oqsma ta' politika tal-impjiegi, l-edukazzjoni, il-mobbiltà, l-inklużjoni soċjali, il-qerda tal-faqar u s-saħħa u b'hekk jikkontribwixxi wkoll għall-għan ta' politika ta' "Ewropa aktar soċjali – Implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali" kif stabbilit fl-Artikolu [4] tas-[CPR futur]:
(i)  jitjieb l-aċċess għall-impjiegi għall-persuni kollha li qed ifittxu impjieg, b'mod partikolari ż-żgħażagħ u l-persuni qiegħda fit-tul, u l-persuni inattivi, u jiġu promossi l-impjiegi indipendenti u l-ekonomija soċjali;
(i)  jitjieb l-aċċess għall-impjiegi ta' kwalità u l-miżuri ta' attivazzjoni għall-persuni kollha li qed ifittxu impjieg, b'mod partikolari miżuri speċifiċi għaż-żgħażagħ, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-Garanzija taż-Żgħażagħ, il-persuni qiegħda fit-tul, il-persuni ekonomikament inattivi u l-gruppi żvantaġġati, b'fokus fuq il-persuni l-iktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol u jiġu promossi l-impjieg, l-impjieg indipendenti, l-intraprenditorija u l-ekonomija soċjali;
(ii)  jiġu modernizzati l-istituzzjonijiet u s-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħtiġijiet fil-ħiliet u jkunu żgurati assistenza u appoġġ fil-ħin u personalizzati għal tqabbil, tranżizzjonijiet u mobbiltà fis-suq tax-xogħol;
(ii)  jiġu modernizzati l-istituzzjonijiet u s-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħtiġijiet fil-ħiliet u jkunu żgurati assistenza u appoġġ fil-ħin u personalizzati għal tqabbil, tranżizzjonijiet u mobbiltà fis-suq tax-xogħol;
(iii)  jitħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja, inkluż l-aċċess għall-indukrar tat-tfal, ambjent tax-xogħol san u adattat sew li jindirizza r-riskji tas-saħħa, l-adattament tal-ħaddiema, tal-intrapriżi u tal-intraprendituri għall-bidla, u t-tixjiħ san u attiv;
(iii)  jitħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-avvanz tal-karriera tan-nisa, jiġu promossi l-prinċipju ta' paga ugwali għall-istess xogħol, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja, b'enfasi partikolari fuq il-ġenituri singoli, inkluż l-aċċess għall-indukrar tat-tfal inklużiv, ta' kwalità u għal but ta' kulħadd, l-edukazzjoni bikrija tat-tfal, il-kura tal-anzjani u servizzi oħra ta' kura u appoġġ; u ambjent tax-xogħol san u adattat sew li jindirizza r-riskji tas-saħħa u tal-mard, l-adattament tal-ħaddiema, tar-riorjentazzjoni professjonali, tal-intrapriżi u tal-intraprendituri għall-bidla, u t-tixjiħ san u attiv;
(iv)  jitjiebu l-kwalità, l-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-rilevanza fis-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ħalli jappoġġaw il-kisba tal-kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet diġitali;
(iv)  jitjiebu l-kwalità, l-inklużività, l-effikaċja u r-rilevanza fis-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ħalli jappoġġaw il-kisba tal-kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet intraprenditorjali u diġitali u jiġi rikonoxxut t-tagħlim mhux formali u informali, ħalli tiġi promossa l-inklużjoni diġitali u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mill-istudju għas-sejbien ta' impjieg, ħalli jiġu riflessi r-rekwiżiti soċjali u ekonomiċi;
(v)  jiġu promossi l-aċċess ugwali għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużivi, u t-tlestija tagħhom, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tul l-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali sal-livell terzjarju, kif ukoll l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, inkluż li tiġi faċilitata l-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd;
(v)  jiġu promossi l-aċċess ugwali għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja, għal but ta' kulħadd u inklużivi, u t-tlestija tagħhom, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati u l-persuni li jipprovdu kura, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tul l-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali sal-livell terzjarju, kif ukoll l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, jiġi indirizzat it-tluq bikri mill-iskola, tiġi promossa l-introduzzjoni ta' sistemi ta' taħriġ doppju, apprendistati, il-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd u l-aċċessibbiltàgħall-persuni b'diżabbiltà;
(vi)  jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja, notevolment opportunitajiet flessibbli ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd filwaqtli jitqiesu l-ħiliet diġitali, jiġu antiċipati aħjar it-tibdil u l-ħtiġijiet il-ġodda fil-ħiliet abbażi tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet tal-karrieri u tiġi promossa l-mobbiltà professjonali;
(vi)  jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja, notevolment opportunitajiet flessibbli ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd filwaqt li jitqiesu l-ħiliet intraprenditorjali u diġitali, jiġu antiċipati aħjar it-tibdil u l-ħtiġijiet il-ġodda fil-ħiliet abbażi tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet tal-karrieri u jiġu promossi l-mobbiltà professjonali u l-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;
(vii)  titrawwem l-inklużjoni attiva ħalli jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva, u titjieb l-impjegabbiltà;
(vii)  titrawwem l-inklużjoni attiva ħalli jiġu promossi l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-parteċipazzjoni attiva, u tittejjeb l-impjegabbiltà, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati;
(viii)  titħeġġeġ l-integrazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi u tal-persuni minn komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma;
(viii)  titħeġġeġ l-integrazzjoni soċjoekonomika fit-tul taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi utal-persuni, inklużi l-migranti;
(viiia) tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontra l-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma u titħeġġeġ l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom;
(ix)  jitjieb l-aċċess ugwali u fil-ħin għal servizzi ta' kwalità, sostenibbli u affordabbli; jiġu modernizzati s-sistemi tal-protezzjoni soċjali, inkluż jiġi promoss l-aċċess għall-protezzjoni soċjali; jitjiebu l-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi tal-kura fit-tul;
(ix)  jitjieb l-aċċess ugwali u fil-ħin għal servizzi ta' kwalità, sostenibbli, aċċessibbli u affordabbli, inklużi servizzi għall-aċċess għall-akkomadazzjoni u kura tas-saħħa ċċentrata fuq il-persuna u kura relatata; jiġu modernizzat l-istituzzjonijiet tas-sigurtà, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, is-sistemi tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali u jiġi promoss l-aċċess għall-protezzjoni soċjali ugwali, b'enfasi partikolari fuq it-tfal u l-gruppi żvantaġġati u l-persuni l-aktar fil-bżonn; jitjiebu l-aċċessibbiltà, anki għall-persuni b'diżabbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi tal-kura fit-tul;
(ixa)  tiżdied l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità bil-għan li tittejjeb l-inklużjoni tagħhom fl-impjieg, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ;
(x)  tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali tal-persuni fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali, inkluż l-aktar persuni fil-bżonn u t-tfal;
(x)  tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali tal-persuni li qed jesperjenzaw faqar u/jew esklużjoni soċjali jew jinsabu f'riskju ta' dan, inklużi l-aktar persuni fil-bżonn u t-tfal;
(xi)  tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali permezz ta' ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn, inkluż miżuri ta' akkumpanjament.
(xi)  tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali permezz ta' ikel u assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn, inkluż miżuri ta' akkumpanjament, bl-għan li tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali tagħhom b'enfasi fuq it-tfal f'sitwazzjonijiet vulnerabbli.
2.  Bl-azzjonijiet implimentati permezz tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, l-FSE+ għandu jikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet l-oħra ta' politika msemmija fl-Artikolu [4] tas-[CPR futur], b'mod partikolari dawk marbuta ma':
2.  Bl-azzjonijiet implimentati permezz tal-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, l-FSE+ għandu l-għan li jikkontribwixxi wkoll għal għanijiet oħra ta' politika msemmija fl-Artikolu [4] tas-[CPR futur], b'mod partikolari dawk marbuta ma':
1.  Ewropa aktar intelliġenti bl-iżvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, ħiliet għal teknoloġiji abilitanti essenzjali, tranżizzjoni industrijali, koperazzjoni settorjali b'rabta mal-ħiliet u l-intraprenditorjali, it-taħriġ tar-riċerkaturi, l-attivitajiet ta' netwerking u sħubijiet bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ vokazzjonali u edukattiv (VET), iċ-ċentri tar-riċerka u t-teknoloġija, u l-intrapriżi u l-gruppi, l-appoġġ għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u medji u l-ekonomija soċjali;
1.  Ewropa aktar intelliġenti bl-iżvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, ħiliet għal teknoloġiji abilitanti essenzjali, tranżizzjoni industrijali, kooperazzjoni settorjali b'rabta mal-ħiliet u l-intraprenditorjali, it-taħriġ tar-riċerkaturi, l-attivitajiet ta' netwerking u sħubijiet bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ vokazzjonali u edukattiv (VET), iċ-ċentri tar-riċerka u t-teknoloġija, iċ-ċentri mediċi u tal-kura tas-saħħa u l-intrapriżi u l-gruppi, l-appoġġ għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u medji u l-ekonomija soċjali filwaqt li jitqiesu l-liġijiet u l-oqsfa tal-ekonomija soċjali stabbiliti fl-Istati Membri;
2.  Ewropa aktar ekoloġika, b'sistemi aħjar tal-edukazzjoni u t-taħriġ li hemm bżonn għall-adattament tal-ħiliet u l-kwalifiki, it-titjib tal-ħiliet għal kulħadd, inkluż tal-forza tax-xogħol, il-ħolqien ta' impjiegi ġodda f'setturi relatati mal-ambjent, il-klima u l-enerġija, u l-bijoekonomija.
2.  Ewropa aktar ekoloġika, b'sistemi aħjar tal-edukazzjoni u t-taħriġ li hemm bżonn għall-adattament tal-ħiliet u l-kwalifiki, sensibilizzazzjoni fost il-popolazzjoni dwar żvilupp u stili ta' ħajja sostenibbli, it-titjib tal-ħiliet għal kulħadd, inkluż tal-forza tax-xogħol, il-ħolqien ta' impjiegi ġodda f'setturi relatati mal-ambjent, il-klima u l-enerġija, u l-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija;
2a.  Unjoni eqreb lejn iċ-ċittadini permezz ta' miżuri favur it-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet taż-żoni urbani, rurali u kostali bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi fil-bliet u r-reġjuni.
2b.  fil-qafas tat-Taqsima tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali, l-FSE + għandu jappoġġa l-iżvilupp, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-istrumenti, il-politiki u l-liġi rilevanti tal-Unjoni u jippromwovi t-tfassil ta' politika bbażata fuq l-evidenza, l-innovazzjoni soċjali u l-progress soċjali fi sħubija mas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-korpi pubbliċi u privati (objettiv speċifiku 1); għandu jippromwovi l-mobbiltà ġeografika volontarja tal-ħaddiema fuq bażi ġusta u jagħti spinta lill-opportunitajiet ta' impjieg (l-objettiv speċifiku 2); għandu jippromwovi l-impjieg u l-inklużjoni soċjali billi jżid id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-mikrofinanzjament għall-intrapriżi mikro u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, b'mod partikolari għal persuni vulnerabbli (objettiv speċifiku 3);
3.  Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, l-FSE+ għandu jappoġġa l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, jikkontribwixxi għall-effikaċja, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, jagħmel il-kura tas-saħħa aktar sikura, inaqqas l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, u jħares liċ-ċittadini mit-theddid transfruntier tas-saħħa, u jappoġġa l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa.
3.  permezz tal-fergħa tas-Saħħa, l-FSE+ għandu jikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' prevenzjoni tal-mard, anki permezz tal-promozzjoni tal-attività fiżika u tal-edukazzjoni dwar is-saħħa, jikkontribwixxi għall-effikaċja, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, jagħmel il-kura tas-saħħa aktar sikura, inaqqas l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, iżid l-istennija ta' tul tal-ħajja fit-twelid, iħares liċ-ċittadini mit-theddid transfruntier tas-saħħa, irawwem il-prevenzjoni tal-mard u d-djanjożi bikrija, u l-promozzjoni tas-saħħa tul il-ħajja kif ukoll isaħħaħ u jappoġġa l-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mas-saħħa, anki fil-qasam tas-saħħa ambjentali, u jrawwem is-Saħħa fil-politiki kollha tal-unjoni. Il-politika tas-saħħa tal-Unjoni għandha tkun iggwidata mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni u l-Istati Membri jilħqu l-objettiv tal-SDG 3 "Jiġu żgurati ħajjiet f'saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f'kull età".
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 5
Artikolu 5
Artikolu 5
Baġit
Baġit
1.  Il-pakkett finanzjarju totali għall-FSE+ tul il-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 101 174 000 000 bi prezzijiet attwali.
1.  Il-pakkett finanzjarju totali għall-FSE+ tul il-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 106 781 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 120 457 000 000 bi prezzijiet attwali).
2.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju għall-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ skont il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir għandha tkun EUR 100 000 000 000 bi prezzijiet attwali jew EUR 88 646 194 590 bi prezzijiet tal-2018 li EUR 200 000 000 minnhom bi prezzijiet attwali jew EUR 175 000 000 minnhom bi prezzijiet tal-2018 għandhom jiġu allokati għall-koperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi kif imsemmi fl-Artikolu 23(i) u EUR 400 000 000 bi prezzijiet attwali jew EUR 376 928 934 bi prezzijiet tal-2018 bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.
2.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża skont il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir għandha tkun EUR 105 686 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 119 222 000 000 f'prezzijiet attwali) li EUR 200 000 000 minnhom bi prezzijiet attwali jew EUR 175 000 000 minnhom bi prezzijiet tal-2018 għandhom jiġu allokati għall-koperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi kif imsemmi fl-Artikolu 23(i), EUR 5 900 000 000 għandhom jiġu allokati għall-miżuri li jidħlu fil-Garanzija Ewropea għat-Tfal imsemmija fl-Artikolu 10a, u EUR 400 000 000 bi prezzijiet attwali jew EUR 376 928 934 bi prezzijiet tal-2018 bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.
3.  Il-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u għall-fergħa tas-Saħħa tul il-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 1 174 000 000 bi prezzijiet attwali.
3.  Il-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u għall-fergħa tas-Saħħa tul il-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 1 095 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 234 000 000 bi prezzijiet attwali).
4.  Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 għandha tkun:
4.  Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 għandha tkun:
(a)  EUR 761 000 000 għall-implimentazzjoni tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali;
(a)  EUR 675 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 761 000 000 bi prezzijiet attwali) għall-implimentazzjoni tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali;
(b)  EUR 413 000 000 għall-implimentazzjoni tal-fergħa tas-Saħħa.
(b)  EUR 420 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 473 000 000 bi prezzijiet attwali; jew 0,36 % tal-QFP 2021-2027) għall-implimentazzjoni tal-fergħa tas-Saħħa.
5.  L-ammonti msemmija fil-paragrafu 3 u 4 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programmi, bħall-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni, inkluż sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.
5.  L-ammonti msemmija fil-paragrafu 3 u 4 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programmi, bħall-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni, inkluż sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 6
Artikolu 6
Artikolu 6
Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni
Ugwaljanza bejn is-sessi u opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni
1.  Il-programmi kollha implimenati permezz tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+, u l-operazzjonijiet appoġġati permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nies matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom. Għandhom jippromwovu wkoll opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom.
1.  Il-programmi kollha implimentati fl-ambitu tal-FSE+ għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom. Huma għandhom jappoġġaw ukoll azzjonijiet speċifiċi mmirati biex iżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja tax-xogħol u l-iżvilupp professjonali tagħhom kif ukoll il-konċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja personali, jippromwovu l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' sess, ta' oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, ta' diżabbiltà jew ta' kundizzjoni ta' saħħa, età jew orjentazzjoni sesswali , inkluża l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà anki f'termini tal-ICT, matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom, u b'hekk tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali u jitnaqqsu l-inugwaljanzi .
2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġaw ukoll azzjonijiet immirati speċifiċi li jippromwovu l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 f'xi wieħed mill-għanijiet tal-FSE+, inkluż it-tranżizzjoni minn kura residenzjali/istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità.
2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġaw ukoll azzjonijiet immirati speċifiċi li jippromwovu l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 f'xi wieħed mill-għanijiet tal-FSE+, inkluż it-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità u t-titjieb tal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 7
Artikolu 7
Artikolu 7
Konsistenza u konċentrazzjoni tematika
Konsistenza u konċentrazzjoni tematika
1.  L-Istati Membri għandhom jikkonċentraw ir-riżorsi b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ fuq interventi li jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom, fis-Semestru Ewropew kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u mal-Artikolu 148(4) tat-TFUE, u jqisu l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
1.  L-Istati Membri għandhom jikkonċentraw ir-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża fuq interventi li jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom, fis-Semestru Ewropew kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u mal-Artikolu 148(4) tat-TFUE, u jqisu l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali skont is-Semestru Ewropew u speċifiċitajiet reġjonali u b'hekk jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-TFUE fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jkunu konformi b'mod sħsiħ tal-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU.
L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni, kumplimentarjetà u koerenza bejn l-FSE+ u fondi, programmi u strumenti oħra tal-Unjoni bħal Erasmus, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni. L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni, għandhom itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tkun żgurata l-koperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni, biex jagħmu azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u ssimplifikati.
L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni, kumplimentarjetà u koerenza bejn l-FSE+ u fondi, programmi u strumenti oħra tal-Unjoni bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, InvestEU, l-Ewropa Kreattiva, l-Istrument tad-Drittijiet u l-Valuri, l-Erasmus, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil, il-Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom ta' wara l-2020 u l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni. L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni, għandhom itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tkun żgurata l-koperazzjoni mill-qrib bejn dawk l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni responsabbli għall-implimentazzjoni, biex jagħmlu approċċi integrati u azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u ssimplifikati.
2.  L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u l-Artikolu 148(4) tat-TFUE u fis-Semestru Ewropew li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+ kif stabbilit fl-Artikolu 4.
2.  L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża biex jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u l-Artikolu 148(4) tat-TFUE u fis-Semestru Ewropew li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+ kif stabbilit fl-Artikolu 4.
3.  L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-anqas 25 % tar-riżorsi tagħhom b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għall-għanijiet speċifiċi fil-qasam tal-politika tal-inklużjoni soċjali stabbiliti fil-punti (vii) u (xi) tal-Artikolu 4(1), inkluż il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini minn pajjiżi terzi.
3.  L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-anqas 27% tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għall-għanijiet speċifiċi fil-qasam tal-politika tal-inklużjoni soċjali stabbiliti fil-punti (vii) u (x) tal-Artikolu 4(1), inkluż il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini minn pajjiżi terzi.
3a.  Fil-qafas ta;l-objettivi speċifiċi tal-qasam ta' politika tal-inklużjoni soċjali stabbiliti fil-punti (vii) sa (x) tal-Artikolu 4(1), l-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża biex jimplimentaw il-Garanzija Ewropea għat-Tfal ħalli jgħin sabiex it-tfal jingħataw aċċess ugwali għal kura tas-saħħa, edukazzjoni u indukrar bla ħlas, akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni adegwata.
4.  L-Istati Membri għandhom jallokaw tal-anqas 2 % tar-riżorsi tagħhom b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għall-għan speċifiku li jindirizza l-privazzjoni materjali stabbilit fil-punt (xi) tal-Artikolu 4(1).
4.  Minbarra l-allokazzjoni minima ta' mill-inqas 27 % tar-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (vii) sa (x) tal-Artikolu 4(1), l-Istati Membri għandhom jallokaw tal-anqas 3 % tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għall-objettiv speċifiku li tiġi indirizzata l-inklużjoni soċjali tal-aktar persuni fil-bżonn u/jew il-privazzjoni materjali stabbilit fil-punti (x) u (xi) tal-Artikolu 4(1).
F'każijiet ġustifikati kif xieraq, ir-riżorsi allokati għall-għan speċifiku stabbilit fil-punt (x) tal-Artikolu 4(1) u mmirat għall-aktar persuni fil-bżonn jistgħu jiġu kkunsidrati waqt il-verifika tal-konformità mal-allokazzjoni minima ta' mill-inqas 2 % stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta# dan il-paragrafu.
5.  L-Istati Membri li għandhom rata taż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u d-29 sena barra mill-impjieg, l-edukazzjoni, jew it-taħriġ li taqbeż il-medja tal-Unjoni fl-2019, abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 10 % tar-riżorsi tagħhom b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għas-snin 2021 sa 2025 għal azzjonijiet immirati u riformi strutturali li jappoġġaw l-impjiegi taż-żgħażagħ u t-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ, u l-edukazzjoni kumpensatorja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.
5.  L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 3% tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għal azzjonijiet immirati u riformi strutturali li jappoġġaw l-impjiegi taż-żgħażagħ u t-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ, u l-edukazzjoni kumpensatorja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.
L-Istati Membri li għandhom rata ta' żgħażagħ bejn il-15-il sena u d-29 sena li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) 'l fuq mill-medja tal-Unjoni fl-2019 jew fejn ir-rata tan-NEET hija 'l fuq minn 15 % abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tar-riżorsi tagħhom tal-FSE + b'ġestjoni kondiviża għas-snin 2021 sa 2025 fil-perjodu ta' programmazzjoni għall-azzjonijiet imsemmija hawn fuq u għal miżuri ta' riforma strutturali, filwaqt li jagħti attenzjoni speċjali lil dawk ir-reġjuni aktar affettwati billi jitqiesu d-diverġenzi li jeżistu bejniethom.
Meta jipprogrammaw ir-riżorsi b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għall-2026 u l-2027 f'nofs it-terminu skont l-Artikolu [14] tas-[CPR futur], l-Istati Membri li għandhom rata taż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u d-29 sena barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew it-taħriġ li taqbeż il-medja tal-Unjoni fl-2024, abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 10 % tar-riżorsi tagħhom b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għas-snin 2026 sa 2027 għal dawn l-azzjonijiet.
Meta jipprogrammaw ir-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għall-2026 u l-2027 f'nofs it-terminu skont l-Artikolu [14] tas-[CPR futur], l-Istati Membri li għandhom rata taż-żgħażagħ ta' bejn il-15-il sena u d-29 sena barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew it-taħriġ li taqbeż il-medja tal-Unjoni fl-2024, jew fejn ir-rata tan-NEET hija 'l fuq minn 15 % abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għas-snin 2026 sa 2027 għal dawn l-azzjonijiet jew għal miżuri ta' riforma strutturali.
Ir-reġjuni ultraperiferiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tar-riżorsi b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ fil-programmi tagħhom għall-azzjonijiet immirati stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. Din l-allokazzjoni għandha titqies fil-verifika tal-konformità mal-persentaġġ minimu fil-livell nazzjonali stabbilit fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi.
Ir-reġjuni ultraperiferiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni u fit-tielet subparagrafi għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tar-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża fil-programmi tagħhom għall-azzjonijiet immirati stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. Din l-allokazzjoni għandha titqies fil-verifika tal-konformità mal-persentaġġ minimu fil-livell nazzjonali stabbilit fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi. Dik l-allokazzjoni ma għandhiex tissostitwixxi l-finanzjament meħtieġ għall-infrastruttura u l-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi.
Meta jimplimentaw dawn l-azzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità liż-żgħażagħ inattivi u qiegħda fit-tul u jistabbilixxu miżuri mmirati ta' kuntatt.
Meta jimplimentaw dawn l-azzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità liż-żgħażagħ inattivi u qiegħda fit-tul u jistabbilixxu miżuri mmirati ta' kuntatt.
6.  Il-paragrafi 2 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika li jirċievu r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.
6.  Il-paragrafi 2 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika li jirċievu r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.
7.  Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-assistenza teknika.
7.  Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-assistenza teknika.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali
Fl-implimentazzjoni tal-fondi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-konformità mal-Karta.
Kwalunkwe spiża li ssir għal xi azzjoni li ma tkunx konformi mal-Karta ma għandhiex tkun eliġibbli skont l-Artikolu 58(2) tar-Regolament xx/xx dwar Dispożizzjonijiet Komuni u r-Regolament Delegat (UE) Nru 240/2014.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 8
Artikolu 8
Artikolu 8
Sħubija
Sħubija
1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura parteċipazzjoni xierqa ta' sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-twettiq tal-politiki tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali appoġġati mill-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+.
1.  F'konformità mal-Artikolu 6 tas-[CPR futur] u mar-Regolament Delegat (UE) Nru 240/2014, kull Stat Membru għandu jiżgura, fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali , parteċipazzjoni sinifikanti tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-korpi tal-ugwaljanza, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u organizzazzjonijiet rilevanti jew rappreżentattivi oħra fl-ipprogrammar u t-twettiq tal-politiki tal-impjiegi , l-edukazzjoni , in-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni soċjali u inizjattivi appoġġati mill-fergħa tal-FSE + b'ġestjoni kondiviża. Tali parteċipazzjoni sinifikanti għandha tkun inklużiva u aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.
2.  L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq ta' riżorsi b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ f'kull programm tat-tiswir tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
2.  L-Istati Membri għandhom jallokaw tal-inqas 2 % tar-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għat-tiswir tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni fl-għamla ta' taħriġ, miżuri ta' netwerking, u tisħiħ tad-djalogu soċjali, u għal attivitajiet imwettqa b'mod konġunt mis-sħab soċjali .
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 9
Artikolu 9
Artikolu 9
Nindirizzaw il-privazzjoni materjali
Nindirizzaw il-privazzjoni materjali
Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 7(4) għandhom jiġu pprogrammati fi prijorità jew programm apposta.
Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 7(4) li jirrigwardaw l-inklużjoni soċjali ta' dawk l-aktar fil-bżonn u jew il-provazzjoni materjali għandhom jiġu pprogrammati fi prijorità jew programm speċifiċi. Ir-rata ta' kofinanzjament għal tali prijorità jew programm hija stabbilita għal, tal-inqas, 85 %.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 10
Artikolu 10
Artikolu 10
Appoġġ għall-impjiegi taż-żgħażagħ
Appoġġ għall-impjiegi taż-żgħażagħ
L-appoġġ skont l-Artikolu 7(5) għandu jiġi pprogrammat fi prijorità apposta u din għandha tappoġġa l-għan speċifiku stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 4(1).
L-appoġġ skont l-Artikolu 7(5) għandu jiġi pprogrammat fi prijorità jew programm speċifiċi u din għandha tappoġġa l-għan speċifiku stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 4(1).
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a
Appoġġ lill-Garanzija Ewropea għat-Tfal
F'konformità mal-Artikolu 7(3a), għandu jiġi pprogrammat appoġġ, fil-qafas ta' prijorità jew programm speċifiċi, li jirrifletti r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-2013 dwar l-investiment fit-tfal; Dan għandu jappoġġa l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal fil-kuntest tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (vii) sa (x) tal-Artikolu 4(1).
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 11
Artikolu 11
Artikolu 11
Appoġġ għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi
Appoġġ għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi
L-azzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi u fis-Semestru Ewropew imsemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom jiġu pprogrammati fi prijorità apposta waħda jew bosta.
L-azzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi u fis-Semestru Ewropew imsemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom jiġu pprogrammati fl-ambitu ta' kwalunkwe objettiv speċifiku msemmi fl-artikolu 4(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-komplementarjetà, il-koerenza, il-koordinazzjoni u s-sinerġiji mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
Għandha tiġi żgurata biżżejjed flessibbiltà fil-livell tal-Awtorità ta' Ġestjoni biex jiġu identifikati l-prijoritajiet u l-oqsma għall-investimenti tal-FSE+ bi qbil mal-isfidi lokali u reġjonali speċifiċi.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Żvilupp territorjali integrat
1.  L-FSE+ jista' jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] bi qbil mal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament [is-CPR il-ġdid].
2.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iżvilupp territorjali integrat, appoġġat mill-FSE+, esklussivament permezz tal-formoli msemmija fl-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 11b (ġdid)
Artikolu 11b
Kooperazzjoni transnazzjonali
1.  L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw azzjonijiet ta' kooperazzjoni transnazzjonali fil-qafas ta' prijorità speċifika.
2.  Azzjonijiet ta' kooperazzjoni transnazzjonali jistgħu jiġu pprogrammati fi ħdan kwalunkwe wieħed mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1).
3.  Ir-rata ta' kofinanzjament massima għal din il-prijorità tista' tizdied għall-90 % għall-allokazzjoni ta' massimu ta' 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għal dawn il-prijoritajiet.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 12
Artikolu 12
Artikolu 12
Kamp ta' applikazzjoni
Kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Kapitolu japplika għall-appoġġ tal-FSE+ skont il-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1) meta jiġi implimentat b'ġestjoni kondiviża (“l-appoġġ ġenerali permezz tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+”).
Dan il-Kapitolu japplika għall-appoġġ tal-FSE+ skont il-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1) meta jiġi implimentat b'ġestjoni kondiviża (“l-appoġġ ġenerali permezz tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+”). Barra minn hekk, l-Artikolu 13 japplika wkoll għall-appoġġ tal-FSE+ skont il-punt (xi) tal-Artikolu 4(1).
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 13
Artikolu 13
Artikolu 13
Azzjonijiet innovattivi
Azzjonijiet soċjali innovattivi
1.  L-Istati Membri għandhom jappoġġaw azzjonijiet ta' innovazzjoni soċjali u esperimentazzjonijiet soċjali, jew isaħħu approċċi minn isfel għal fuq ibbażati fuq sħubijiet li jinvolvu awtoritajiet pubbliċi, is-settur privat u s-soċjetà ċivili bħall-Gruppi ta' Azzjoni Lokali li jfasslu u jimplimentaw strateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità.
1.  L-Istati Membri għandhom jappoġġaw azzjonijiet ta' innovazzjoni soċjali u/jew esperimentazzjonijiet soċjali, inklużi dawk b'komponent soċjokulturali, bl-użu ta' approċċi minn isfel għal fuq ibbażati fuq sħubijiet li jinvolvu l-awtoritajiet pubbliċi, is-sħab soċjali, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, is-settur privat u s-soċjetà ċivili.
1a.  L-Istati Membri għandhom jidentifikaw, fil-programmi operazzjonali tagħhom jew fi stadju aktar tard matul l-implimentazzjoni, l-oqsma għall-innovazzjoni soċjali u l-esperimentazzjonijiet soċjali li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri.
2.  L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw it-titjib ta' approċċi innovattivi ttestjati fuq skala żgħira (esperimentazzjonijiet soċjali) żviluppati permezz tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u ta' programmi oħra tal-Unjoni.
2.  L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw it-titjib ta' approċċi innovattivi ttestjati fuq skala żgħira (innovazzjoni soċjali u esperimentazzjonijiet soċjali, inklużi dwak b'komponent soċjokulturali) żviluppati permezz tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u ta' programmi oħra tal-Unjoni.
3.  Azzjonijiet u approċċi innovattivi jistgħu jiġu pprogrammati f'xi wieħed mill-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1).
3.  Azzjonijiet u approċċi innovattivi jistgħu jiġu pprogrammati f'xi wieħed mill-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1).
4.  Kull Stat Membru għandu jiddedika mill-inqas prijorità waħda għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 jew 2 jew tat-tnejn. Ir-rata ta' kofinanzjament massima għal dawn il-prijoritajiet tista' tiġi miżjuda għall-95 % għall-allokazzjoni ta' massimu ta' 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għal dawn il-prijoritajiet.
4.  Kull Stat Membru għandu jiddedika mill-inqas prijorità waħda għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 jew 2 jew tat-tnejn. Ir-rata ta' kofinanzjament massima għal dawn il-prijoritajiet tista' tiġi miżjuda għall-95 % għall-allokazzjoni ta' massimu ta' 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 14
Artikolu 14
Artikolu 14
Eliġibbiltà
Eliġibbiltà
1.  Minbarra l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu [58] tas-[CPR futur], l-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli għall-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+:
1.  Minbarra l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu [58] tas-[CPR futur], l-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli għall-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża :
(a)  ix-xiri ta' art u proprjetà immobbli, u l-forniment ta' infrastruttura, u
(a)  ix-xiri ta' art u proprjetà immobbli, u x-xiri ta' infrastruttura, u
(b)  ix-xiri ta' għamara, tagħmir u vetturi għajr meta x-xiri jkun meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-operazzjoni, jew dawn l-oġġetti jiġu deprezzati għalkollox, jew ix-xiri ta' dawn l-oġġetti jkun l-aktar alternattiva ekonomika.
(b)  ix-xiri ta' għamara, tagħmir u vetturi għajr meta x-xiri jkun assolutament meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-operazzjoni, jew dawn l-oġġetti jiġu deprezzati għalkollox, jew ix-xiri ta' dawn l-oġġetti jkun l-aktar alternattiva ekonomika.
2.  Il-kontribuzzjonijiet in natura fil-forma ta' għotjiet jew salarji żburżati minn parti terza għall-benefiċċju tal-parteċipanti f'operazzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+, diment li dawn il-kontribuzzjonijiet in natura jiġġarrbu skont ir-regoli nazzjonali, inkluż ir-regoli tal-kontabbiltà, u ma jaqbżux l-ispiża mġarrba mill-parti terza.
2.  Il-kontribuzzjonijiet in natura fil-forma ta' għotjiet jew salarji żburżati minn parti terza għall-benefiċċju tal-parteċipanti f'operazzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża, diment li dawn il-kontribuzzjonijiet in natura jiġġarrbu skont ir-regoli nazzjonali, inkluż ir-regoli tal-kontabbiltà, u ma jaqbżux l-ispiża mġarrba mill-parti terza.
3.  L-allokazzjoni addizzjonali speċifika li rċivew ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell tan-NUTS 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994 għandha tintuża biex tappoġġa l-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4.
3.  L-allokazzjoni addizzjonali speċifika li rċivew ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell tan-NUTS 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994 għandha tintuża biex tappoġġa l-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4.
4.  L-ispejjeż diretti tal-persunal għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+, diment li l-livell tagħhom ma jkunx iżjed minn 100% tar-remunerazzjoni abitwali għall-professjoni kkonċernata fl-Istat Membru kif turi d-data tal-Eurostat.
4.  L-ispejjeż diretti tal-persunal għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża. Jekk japplika ftehim kollettiv, dawn għandhom jiġu determinati skont dak il-ftehim. Jekk ma jkun japplika l-ebda ftehim kollettiv, il-livell tagħhom ma għandux ikun ogħla minn 100 % tar-remunerazzjoni abitwali għall-professjoni jew l-għarfien espert speċifiku kkonċernat fl-Istat Membru jew fir-reġjun kif muri mill-ġustifikazzjoni dokumentata rilevanti pprovduta mill-Awtorità ta' Ġestjoni rispettiva u/jew mid-data tal-Eurostat.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 15
Artikolu 15
Artikolu 15
Indikaturi u rappurtar
Indikaturi u rappurtar
1.  Il-programmi li jibbenefikaw mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għandhom jużaw indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, kif stabbilit fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament biex jiġi sorveljat il-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi.
1.  Il-programmi li jibbenefikaw mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għandhom jużaw indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, kif stabbilit fl-Anness 1 jew l-Anness IIa għall-azzjonijiet li jirrigwardaw l-inklużjoni soċjali tal-aktar nies fil-bżonn fil-punt (x) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament biex jiġi sorveljat il-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi u indikaturi speċifiċi għall-azzjonijiet.
2.  Il-linja bażi għall-indikaturi komuni tal-outputs u dawk speċifiċi għal kull programm għandha tiġi ffissata bħala żero. Meta rilevanti għan-natura tal-operazzjonijiet appoġġati, it-tappi kwantifikati kumulattivi u l-valuri ta' mira għal dawk l-indikaturi għandhom jiġu ffissati f'numri assoluti. Il-valuri rrappurtati għall-indikaturi tal-outputs għandhom jiġu espressi f'numri assoluti.
2.  Il-linja bażi għall-indikaturi komuni tal-outputs u dawk speċifiċi għal kull programm għandha tiġi ffissata bħala żero. Meta rilevanti għan-natura tal-operazzjonijiet appoġġati, it-tappi kwantifikati kumulattivi u l-valuri ta' mira għal dawk l-indikaturi għandhom jiġu ffissati f'numri assoluti. Il-valuri rrappurtati għall-indikaturi tal-outputs għandhom jiġu espressi f'numri assoluti.
3.  Il-valur ta' referenza tal-indikaturi komuni tal-output u ta' dawk speċifiċi għal kull programm li għalihom ġew stabbiliti tappi kwantifikati kumulattivi għall-2024 u valuri ta' mira għall-2029, għandu jiġi ffissat skont l-aħħar data disponibbli jew sorsi rilevanti oħra tal-informazzjoni. Il-miri tal-indikaturi komuni tar-riżultati għandhom jiġu ffissati f'numri assoluti jew bħala persentaġġ. L-indikaturi tar-riżultati speċifiċi għal kull programm u l-miri relatati jistgħu jiġu espressi f'termini kwantitattivi jew kwalitattivi. Il-valuri rrappurtati għall-indikaturi komuni tar-riżultati għandhom jiġu espressi f'numri assoluti.
3.  Il-valur ta' referenza tal-indikaturi komuni tal-output u ta' dawk speċifiċi għal kull programm li għalihom ġew stabbiliti tappi kwantifikati kumulattivi għall-2024 u valuri ta' mira għall-2029, għandu jiġi ffissat skont l-aħħar data disponibbli jew sorsi rilevanti oħra tal-informazzjoni. Il-miri tal-indikaturi komuni tar-riżultati għandhom jiġu ffissati f'numri assoluti jew bħala persentaġġ. L-indikaturi tar-riżultati speċifiċi għal kull programm u l-miri relatati jistgħu jiġu espressi f'termini kwantitattivi jew kwalitattivi. Il-valuri rrappurtati għall-indikaturi komuni tar-riżultati għandhom jiġu espressi f'numri assoluti.
4.  Id-data dwar l-indikaturi għall-parteċipanti għandha tintbagħat biss meta tkun disponibbli d-data kollha mitluba fil-punt (1a) tal-Anness 1 relatata ma' dak il-parteċipant.
4.  Id-data dwar l-indikaturi għall-parteċipanti għandha tintbagħat biss meta tkun disponibbli d-data kollha mitluba fil-punt (1a) tal-Anness 1 relatata ma' dak il-parteċipant.
4a.  Id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq is-sessi biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-programmi FSE + fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tkun diżaggregata skont is-sess.
5.  Meta d-data tkun disponibbli fir-reġistri jew f'sorsi ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni u korpi oħra fdati bil-ġbir tad-data meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+, jiksbu din id-data mir-reġistri tad-data jew minn sorsi ekwivalenti, b'konformità mal-punti (c) u (e) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679,
5.  Meta d-data tkun disponibbli fir-reġistri jew f'sorsi ekwivalenti, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni u korpi oħra fdati bil-ġbir tad-data meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża , jiksbu din id-data mir-reġistri tad-data jew minn sorsi ekwivalenti, b'konformità mal-punti (c) u (e) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679,
6.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-indikaturi fl-Anness I, meta jitqies meħtieġ, biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi.
6.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-indikaturi fl-Anness I u l-Anness IIa, meta jitqies meħtieġ, biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 17
Artikolu 17
Artikolu 17
Prinċipji
Prinċipji
1.  L-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali jista' jintuża biss biex jappoġġa t-tqassim tal-ikel u l-prodotti konformi mal-liġi tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur.
1.  L-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali jista' jintuża biss biex jappoġġa t-tqassim tal-ikel u l-prodotti konformi mal-liġi tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur.
2.  L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jagħżlu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika skont kriterji oġġettivi relatati mal-ħtiġijiet tal-aktar persuni fil-bżonn. Il-kriterji tal-għażla għall-prodotti alimentari, u meta xieraq għall-oġġetti, għandhom iqisu wkoll aspetti klimatiċi u ambjentali, b'mod partikolari ħalli jonqos il-ħela tal-ikel. Meta xieraq, l-għażla tat-tip ta' prodotti alimentari li jridu jitqassmu għandha ssir wara li jitqies il-kontribut tagħhom għal dieta bilanċjata tal-aktar persuni fil-bżonn.
2.  L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jagħżlu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika skont kriterji oġġettivi relatati mal-ħtiġijiet tal-aktar persuni fil-bżonn. Il-kriterji tal-għażla għall-prodotti alimentari, u meta xieraq għall-oġġetti, għandhom iqisu wkoll aspetti klimatiċi u ambjentali, b'mod partikolari ħalli jonqos il-ħela tal-ikel u l-plastik li jintuża darba biss. Meta xieraq, l-għażla tat-tip ta' prodotti alimentari li jridu jitqassmu għandha ssir wara li jitqies il-kontribut tagħhom għal dieta bilanċjata tal-aktar persuni fil-bżonn.
L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika jistgħu jingħataw direttament lill-aktar persuni fil-bżonn jew indirettament permezz ta' vawċers jew kards, diment li dawn jissarrfu biss f'ikel u/jew assistenza materjali bażika kif stabbilit fl-Artikolu 2(3).
L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika jistgħu jingħataw direttament lill-aktar persuni fil-bżonn jew indirettament permezz ta' vawċers jew kards, diment li dawn jissarrfu biss f'ikel u/jew assistenza materjali bażika kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) u ma jkunux qed jissostitwixxu xi benefiċċju soċjali eżistenti.
L-ikel mogħti lill-aktar persuni fil-bżonn jista' jinkiseb mill-użu, l-ipproċessar jew il-bejgħ tal-prodotti li jkun sar disponiment minnhom skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, diment li din tkun l-aktar alternattiva favorevoli mil-lat ekonomiku u ma ddewwimx bla bżonn it-twassil tal-prodotti alimentari lill-aktar persuni fil-bżonn.
L-ikel mogħti lill-aktar persuni fil-bżonn jista' jinkiseb mill-użu, l-ipproċessar jew il-bejgħ tal-prodotti li jkun sar disponiment minnhom skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, diment li din tkun l-aktar alternattiva favorevoli mil-lat ekonomiku u ma ddewwimx bla bżonn it-twassil tal-prodotti alimentari lill-aktar persuni fil-bżonn.
Kull ammont derivat minn din it-tranżazzjoni għandu jintuża għall-benefiċċju tal-aktar persuni fil-bżonn, b'żieda mal-ammonti diġà disponibbli għall-programm.
Kull ammont derivat minn din it-tranżazzjoni għandu jintuża għall-benefiċċju tal-aktar persuni fil-bżonn, b'żieda mal-ammonti diġà disponibbli għall-programm.
3.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali tkun tirrispetta d-dinjità u tevita l-istigmatizzazzjoni tal-aktar persuni fil-bżonn.
3.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali tkun tirrispetta d-dinjità u tevita l-istigmatizzazzjoni tal-aktar persuni fil-bżonn.
4.  It-twassil tal-ikel u/jew assistenza materjali jista' jiġi kkumplimentat b'riorjentazzjoni lejn servizzi kompetenti u miżuri ta' akkumpanjament oħra mmirati lejn l-inklużjoni soċjali tal-aktar persuni fil-bżonn.
4.  It-twassil tal-ikel u/jew assistenza materjali għandu jiġi kkomplementat b'riorjentazzjoni lejn servizzi kompetenti u miżuri ta' akkumpanjament oħra mmirati lejn l-inklużjoni soċjali tal-aktar persuni fil-bżonn.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 20
Artikolu 20
Artikolu 20
Eliġibbiltà tan-nefqa
Eliġibbiltà tan-nefqa
1.  L-ispejjeż eliġibbli għall-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali għandhom ikunu:
1.  L-ispejjeż eliġibbli għall-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali għandhom ikunu:
(a)  l-ispejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika, inkluż l-ispejjeż relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lir-riċevituri finali;
(a)  l-ispejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika, inkluż l-ispejjeż relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lir-riċevituri finali;
(b)  meta l-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jqassmuhom lir-riċevituri finali ma jkunx kopert bil-punt (a), l-ispejjeż imġarrba mill-korp tal-akkwisti relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lejn l-imħażen u/jew għand il-benefiċjarji u l-ispejjeż tal-ħażna b'rata fissa ta' 1 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) jew, f'każijiet ġustifikati kif xieraq, l-ispejjeż effettivament imġarrba u mħallsa;
(b)  meta l-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jqassmuhom lir-riċevituri finali ma jkunx kopert bil-punt (a), l-ispejjeż imġarrba mill-korp tal-akkwisti relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lejn l-imħażen u/jew għand il-benefiċjarji u l-ispejjeż tal-ħażna b'rata fissa ta' 1 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) jew, f'każijiet ġustifikati kif xieraq, l-ispejjeż effettivament imġarrba u mħallsa;
(c)  l-ispejjeż amministrattivi, tal-ġarr u tal-ħażna li jġarrbu l-benefiċjarji involuti fit-tqassim tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn b'rata fissa ta' 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a); jew 5 % tal-ispejjeż tal-valur tal-prodotti alimentari li jkun sar disponiment minnhom b'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
(c)  l-ispejjeż amministrattivi, tal-ġarr u tal-ħażna li jġarrbu l-benefiċjarji involuti fit-tqassim tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn b'rata fissa ta' 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a); jew 5 % tal-ispejjeż tal-valur tal-prodotti alimentari li jkun sar disponiment minnhom b'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
(d)  l-ispejjeż għall-ġbir, il-ġarr, il-ħażna u t-tqassim ta' donazzjonijiet tal-ikel u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni direttament relatati;
(d)  l-ispejjeż għall-ġbir, il-ġarr, il-ħażna u t-tqassim ta' donazzjonijiet tal-ikel u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni direttament relatati;
(e)  l-ispejjeż tal-miżuri ta' akkumpanjament imwettqa mill-benefiċjarji jew f'isimhom u ddikjarati mill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn b'rata fissa ta' 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a).
(e)  l-ispejjeż tal-miżuri ta' akkumpanjament imwettqa mill-benefiċjarji jew f'isimhom u ddikjarati mill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn b'rata fissa ta' 5,5% tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a).
2.  It-tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 minħabba nuqqas ta' konformità mal-liġi applikabbli mill-korp responsabbli għax-xiri tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika, ma għandux iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli stabbiliti fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1.
2.  It-tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 minħabba nuqqas ta' konformità mal-liġi applikabbli mill-korp responsabbli għax-xiri tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika, ma għandux iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli stabbiliti fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1.
3.  L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:
3.  L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:
(a)  l-imgħax fuq id-dejn;
(a)  l-imgħax fuq id-dejn;
(b)  il-forniment ta' infrastruttura;
(b)  ix-xiri ta' infrastruttura;
(c)  l-ispejjeż ta' oġġetti użati (second-hand).
(c)  l-ispejjeż ta' oġġetti użati (second-hand) ta' kwalità inferjuri.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 21
Artikolu 21
Artikolu 21
Indikaturi u rappurtar
Indikaturi u rappurtar
1.  Il-prijoritajiet li jindirizzaw il-privazzjoni materjali għandhom jużaw indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, kif stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament biex isegwu l-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi.
1.  Il-prijoritajiet li jindirizzaw il-privazzjoni materjali għandhom jużaw indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, kif stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament biex isegwu l-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi.
2.  Għandhom jiġu stabbiliti l-valuri ta' referenza għall-indikaturi komuni tar-riżultati u għal dawk speċifiċi għal kull programm.
2.  Għandhom jiġu stabbiliti l-valuri ta' referenza għall-indikaturi komuni tar-riżultati u għal dawk speċifiċi għal kull programm. Ir-rekwiżiti tar-rappurtar għandhom jinżammu sempliċi kemm jista' jkun.
3.  Sat-30 ta' Ġunju 2025 u sat-30 ta' Ġunju 2028, l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri finali mwettaq tul is-sena preċedenti. Dan l-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq il-mudell li għandha tistabbilixxi l-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni.
3.  Sat-30 ta' Ġunju 2025 u sat-30 ta' Ġunju 2028, l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-istħarriġ anonimu strutturat dwar ir-riċevituri finali mwettaq tul is-sena preċedenti, filwaqt jiffukaw ukoll fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom u n-natura tad-deprivazzjoni materjali tagħhom. Dan l-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq il-mudell li għandha tistabbilixxi l-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell li għandu jintuża għall-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri finali skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2) biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell li għandu jintuża għall-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri finali skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2) biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
5.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-indikaturi fl-Anness II meta jidhrilha li jkun meħtieġ biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi.
5.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-indikaturi fl-Anness II meta jidhrilha li jkun meħtieġ biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
L-awditjar tal-operazzjonijiet jista' jkopri l-istadji kollha tal-implimentazzjoni tagħhom u l-livelli kollha tal-katina tad-distribuzzjoni, għajr biss għall-kontroll tar-riċevituri finali, diment li valutazzjoni tar-riskju ma tistabbilixxix riskju speċifiku ta' irregolarità jew frodi.
L-awditjar tal-operazzjonijiet jista' jkopri l-istadji kollha tal-implimentazzjoni tagħhom u l-livelli kollha tal-katina tad-distribuzzjoni, għajr biss għall-kontroll tar-riċevituri finali, diment li valutazzjoni tar-riskju ma tistabbilixxix riskju speċifiku ta' irregolarità jew frodi. L-awditjar tal-operazzjonijiet għandu jinkludi aktar kontrolli fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni sabiex fil-każ ta' riskju ta' frodi l-fondi jkunu jistgħu jiġu ridiretti lejn proġetti oħra.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 23
Artikolu 23
Artikolu 23
Għanijiet operazzjonali
Għanijiet operazzjonali
Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali għandha l-għanijiet operazzjonali li:
Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali għandha l-għanijiet operazzjonali li:
a)  tiżviluppa għarfien analitiku komparattiv ta' kwalità għolja ħalli jkun żgurat li l-politiki intiżi biex jilħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Arikolu 4 ikunu bbażati fuq evidenza soda u jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kundizzjonijiet fil-pajjiżi assoċjati;
a)  tiżviluppa għarfien analitiku komparattiv ta' kwalità għolja ħalli jkun żgurat li l-politiki intiżi biex jilħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4 jkunu bbażati fuq evidenza soda u jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kundizzjonijiet fil-pajjiżi assoċjati;
b)  tiffaċilita skambju effettiv u inklużiv tal-informazzjoni, tagħlim reċiproku, evalwazzjonijiet bejn il-pari u djalogu fuq il-politiki fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 biex il-pajjiżi assoċjati jingħataw l-għajnuna ħalli jieħdu l-miżuri ta' politika xierqa;
b)  tiffaċilita skambju effettiv u inklużiv tal-informazzjoni, tagħlim reċiproku, evalwazzjonijiet bejn il-pari u djalogu fuq il-politiki fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 biex il-pajjiżi assoċjati jingħataw l-għajnuna ħalli jieħdu l-miżuri ta' politika xierqa;
c)  tappoġġa l-esperimentazzjonijiet soċjali fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 u ssawwar il-kapaċità tal-partijiet konċernati biex jimplimentaw, jittrasferixxu jew itejbu l-innovazzjonijiet ittestjati tal-politika soċjali;
c)  tappoġġa l-esperimentazzjonijiet soċjali fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 u ssawwar il-kapaċità tal-partijiet konċernati biex iħejju, ifasslu u jimplimentaw, jittrasferixxu jew itejbu l-innovazzjonijiet ittestjati tal-politika soċjali b'enfasi speċjali fuq il-promozzjoni tat-tkabbir ta' proġetti lokali żviluppati mill-bliet, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi soċjoekonomiċi fil-qasam tal-akkoljenza u l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;
d)  tagħti servizzi speċifiċi ta' appoġġ lil dawk li jħaddmu u lil persuni li qed ifittxu impjieg ħalli jiġu żviluppati swieq tax-xogħol Ewropej integrati, li jvarjaw mit-tħejjija ta' qabel ir-reklutaġġ sal-għajnuna għal wara l-kollokament f'impjieg biex jimtlew postijiet battala f'ċerti setturi, professjonijiet, pajjiżi, reġjuni periferiċi jew għal gruppi partikolari (eż. il-persuni vulnerabbli);
d)  tiżviluppa u tagħti servizzi speċifiċi ta' appoġġ lil dawk li jħaddmu u lil persuni li qed ifittxu impjieg ħalli jiġu żviluppati swieq tax-xogħol Ewropej integrati, li jvarjaw mit-tħejjija ta' qabel ir-reklutaġġ sal-għajnuna għal wara l-kollokament f'impjieg biex jimtlew postijiet battala f'ċerti setturi, professjonijiet, pajjiżi, reġjuni tal-fruntiera jew għal gruppi partikolari (eż. il-persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli);
(da)  tappoġġa s-sħubijiet transfruntieri bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, is-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali biex tippromwovi suq tax-xogħol transfruntier u mobbiltà transfruntiera b'kundizzjonijiet adegwati;
(db)  tappoġġa l-provvista ta' servizzi EURES għar-reklutaġġ u l-kollokament ta' ħaddiema f' impjieg ta' kwalità u sostenibbli permezz tal-ikklerjar ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol, anke permezz ta' sħubijiet transfruntieri;
dc)  tiffaċilita l-mobbiltà ġeografika volontarja ta' ħaddiema b'kundizzjonijiet soċjali adegwati u żżid l-opportunitajiet ta' impjieg permezz tal-iżvilupp ta' swieq tax-xogħol ta' kwalità għolja u inklużivi fl-Unjoni, li jkunu miftuħa u aċċessibbli għal kulħadd, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-ħaddiema fl-Unjoni kollha;
e)  tagħti appoġġ għall-iżvilupp tal-ekosistema tas-suq relatata mal-provvista ta' mikrofinanzjament għall-mikrointrapriżi fil-fażijiet tal-bidu u tal-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari lil dawk li jħaddmu persuni vulnerabbli;
e)  tagħti appoġġ għall-iżvilupp tal-ekosistema tas-suq relatata mal-provvista ta' mikrofinanzjament, kif ukoll id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tagħha għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-persuni vulnerabbli fil-fażijiet tal-bidu u tal-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari lil dawk li jħaddmu persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli inklużi l-gruppi żvantaġġati;
f)  tiżviluppa netwerking fil-livell tal-UE u d-djalogu mal-partijiet konċernati rilevanti u bejniethom fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 u tagħti kontribut biex tissawwar il-kapaċità istituzzjonali ta' dawn il-partijiet konċernati, inkluż is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES), l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, l-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u l-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi soċjali u lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali;
f)  tiżviluppa netwerking fil-livell tal-UE u d-djalogu mal-partijiet konċernati rilevanti u bejniethom fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 u tagħti kontribut biex tissawwar il-kapaċità istituzzjonali tal-partijiet konċernati involuti, inkluż is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES), l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, is-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u l-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u lill-ekonomija soċjali;
g)  issostni l-iżvilupp ta' intrapriżi soċjali u l-formazzjoni ta' suq tal-investiment soċjali, filwaqt li tiffaċilita l-interazzjonijiet pubbliċi u privati u l-parteċipazzjoni tal-fondazzjonijiet u tal-atturi filantropiċi f'dak is-suq;
g)  issostni l-iżvilupp ta' intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-formazzjoni ta' suq tal-investiment soċjali, filwaqt li tiffaċilita l-interazzjonijiet pubbliċi u privati u l-parteċipazzjoni tal-fondazzjonijiet u tal-atturi filantropiċi f'dak is-suq;
h)  tipprovdi gwida għall-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali (inkluż djar, indukrar tat-tfal, edukazzjoni u taħriġ, kura tas-saħħa u kura fit-tul) li hemm bżonn għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
h)  tipprovdi gwida għall-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali (inkluż djar, edukazzjoni u indukrar bikrija tat-tfal, kura tal-anzjani, rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u tranżizzjoni mis-servizzi istituzzjonali għal dawk ibbażati fil-familja u l-komunità, inklużi rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà, indukrar tat-tfal, edukazzjoni u taħriġ, kura tas-saħħa u kura fit-tul) li hemm bżonn għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
i)  tappoġġa l-koperazzjoni transfruntiera biex tħaffef it-trasferiment ta' soluzzjonijiet innovattivi u tiffaċilità l-iskalar tagħhom, b'mod partikolari fil-qasam tal-impjiegi, il-ħiliet u l-inklużjoni soċjali, madwar l-Ewropa;
i)  tappoġġa l-koperazzjoni transfruntiera biex tħaffef it-trasferiment ta' soluzzjonijiet innovattivi u tiffaċilita t-tisħiħ tagħhom, b'mod partikolari fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-faqar, l-impjiegi, il-ħiliet u l-inklużjoni soċjali, madwar l-Ewropa;
j)  tappoġġa l-implimentazzjoni ta' standards soċjali u tax-xogħol internazzjonali rilevanti fil-kuntest tal-isfruttar għaqli tal-globalizzazzjoni u d-dimensjoni esterna tal-politiki tal-Unjoni fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4.
j)  tappoġġa l-implimentazzjoni ta' standards soċjali u tax-xogħol internazzjonali rilevanti fil-kuntest tal-isfruttar għaqli tal-globalizzazzjoni u d-dimensjoni esterna tal-politiki tal-Unjoni fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 23a (ġdid)
Artikolu 23a
Konċentrazzjoni tematika u finanzjament
Il-parti tal-pakkett finanzjarju tal-FSE+ għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) għandha tiġi allokata fuq il-perjodu kollu għall-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(2b) skont dawn il-perċentwali indikattivi li ġejjin:
(a)  55 % għall-għan speċifiku 1;
(b)  18% għall-għan speċifiku 2;
(c)  18% għall-għan speċifiku 3.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 24
Artikolu 24
Artikolu 24
Azzjonijiet eliġibbli
Azzjonijiet eliġibbli
1.  Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4.
1.  Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4.
2.  Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tista' tappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:
2.  Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tista' tappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:
(a)  Attivitajiet analitiċi, inkluż b'rabta ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari:
(a)  Attivitajiet analitiċi, inkluż b'rabta ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari:
(i)  stħarriġiet, studji, data statistika, metodoloġiji, klassifikazzjonijiet, mikrosimulazzjonijiet, indikaturi, appoġġ għal osservatorji u punti ta' riferiment fil-livell Ewropew;
(i)  stħarriġiet, studji, data statistika, metodoloġiji, klassifikazzjonijiet, mikrosimulazzjonijiet, indikaturi, appoġġ għal osservatorji u punti ta' riferiment fil-livell Ewropew;
(ii)  esperimentazzjonijiet soċjali li jevalwaw l-innovazzjonijiet soċjali;
(ii)  esperimentazzjonijiet soċjali li jevalwaw l-innovazzjonijiet soċjali;
(iii)  monitoraġġ u valutazzjoni tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;
(iii)  monitoraġġ u valutazzjoni tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;
(b)  L-implimentazzjoni tal-politiki, b'mod partikolari:
(b)  L-implimentazzjoni tal-politiki, b'mod partikolari:
(i)  sħubijiet transfruntieri u servizzi ta' appoġġ f'reġjuni transfruntieri;
(i)  sħubijiet transfruntieri u servizzi ta' appoġġ f'reġjuni transfruntieri;
(ii)  skema ta' mobbiltà mmirata għax-xogħol mifruxa mal-UE kollha biex jimtlew il-postijiet battala meta jkunu ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol;
(ii)  skema ta' mobbiltà mmirata għax-xogħol mifruxa mal-UE kollha biex jimtlew il-postijiet battala meta jkunu ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol;
(iii)  appoġġ għall-mikrofinanzjament u għall-intrapriżi soċjali, inkluż b'operazzjonijiet ta' taħlit bħall-kondiviżjoni tar-riskji asimetrika jew tnaqqis fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, kif ukoll appoġġ għall-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali u tal-ħiliet;
(iii)  appoġġ għall-mikrofinanzjament u għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, inkluż b'operazzjonijiet ta' taħlit bħall-kondiviżjoni tar-riskji asimetrika jew tnaqqis fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, kif ukoll appoġġ għall-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali u tal-ħiliet;
(iv)  appoġġ għall-koperazzjoni u s-sħubijiet transnazzjonali għal trasferiment u titjib tas-soluzzjonijiet innovattivi;
(iv)  appoġġ għall-koperazzjoni u s-sħubijiet transnazzjonali għal trasferiment u titjib tas-soluzzjonijiet innovattivi;
(c)  It-tiswir tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari:
(c)  It-tiswir tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari:
(i)  tan-netwerks fil-livell tal-UE relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);
(i)  tan-netwerks fil-livell tal-UE relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);
(ii)  tal-punti ta' kuntatt nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u assistenza relatati mal-implimentazzjoni tal-fergħa;
(ii)  tal-punti ta' kuntatt nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u assistenza relatati mal-implimentazzjoni tal-fergħa;
(iii)  tal-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi parteċipanti, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u s-servizzi tal-impjiegi responsabbli biex jippromwovu l-mobbiltà tal-ħaddiema, tal-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u tal-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi soċjali u lil atturi oħra tal-investiment soċjali, kif ukoll netwerking;
(iii)  tal-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi parteċipanti, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u s-servizzi tal-impjiegi responsabbli biex jippromwovu l-mobbiltà tal-ħaddiema, tal-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u tal-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u lil atturi oħra tal-investiment soċjali, kif ukoll netwerking;
(iv)  tal-partijiet konċernati fid-dawl tal-koperazzjoni transfruntiera;
(iv)  tas-sħab soċjali u tal-partijiet konċernati fid-dawl tal-koperazzjoni transfruntiera;
(d)  Attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni, b'mod partikolari:
(d)  Attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni, b'mod partikolari:
(i)  tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajba, approċċi innovattivi, riżultati ta' attivitajiet analitiċi, evalwazzjonijiet bejn il-pari, u t-tqegħid ta' punti ta' riferiment;
(i)  tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajba, approċċi innovattivi, riżultati ta' attivitajiet analitiċi, evalwazzjonijiet bejn il-pari, u t-tqegħid ta' punti ta' riferiment;
(ii)  gwidi, rapporti, materjal informattiv u rappurtar fil-midja ta' inizjattivi relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);
(ii)  gwidi, rapporti, materjal informattiv u rappurtar fil-midja ta' inizjattivi relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);
(iii)  sistemi tal-informazzjoni li jqassmu evidenza relatata mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);
(iii)  sistemi tal-informazzjoni li jqassmu evidenza relatata mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);
(iv)  avvenimenti, konferenzi u seminars tal-Presidenza tal-Kunsill.
(iv)  assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma, bħal attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni, inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt b
(b)  Kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;
(b)  Kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew organizzazzjoni internazzjonali rilevanti;
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 25a (ġdid)
Artikolu 25a
Governanza
1.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati fl-Unjoni, partikolarment is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dwar il-programmi ta' ħidma tal-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali, il-prijoritajiet u l-orjentazzjonijiet strateġiċi tagħhom u l-implimentazzjoni tagħhom.
2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rabtiet meħtieġa mal-Kumitat tal-Impjiegi, il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, il-Grupp tad-Diretturi Ġenerali għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema sabiex tiżgura li dawn ikunu informati regolarment u b'mod xieraq fir-rigward tal-progress fl-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lil kumitati oħra li jittrattaw il-politiki, l-istrumenti u l-azzjonijiet dwar ir-rilevanza għall-Fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)
(-a)   Tappoġġa strateġija tal-Unjoni dwar is-saħħa pubblika li jkollha l-għan li:
(i)  tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jipproteġu u jsaħħu s-saħħa pubblika; and
(ii)  isir progress fil-missjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa skont l-Artikolu 168 tat-TFUE, li jistipula li għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja
(a)  Issaħħaħ l-istat ta' tħejjija, il-ġestjoni u r-rispons fl-UE f'każ ta' kriżijiet ħalli ċ-ċittadini jitħarsu mit-theddid transfruntier tas-saħħa.
(a)  Issaħħaħ l-istat ta' tħejjija, il-ġestjoni u r-rispons fl-UE f'każ ta' kriżijiet biex jiġi indirizzat it-theddid transfruntier għas-saħħa.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a – subpunt iva (ġdid)
(iva)   Interventi fis-saħħa pubblika mfassla tajjeb għat-tnaqqis tal-piż u tal-impatt tal-infezzjonijiet u ta' mard infettiv li jista' jiġi evitat
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a – punt ivb (ġdid)
(ivb)   tappoġġa l-iżvilupp ta' ħiliet u għodod għall-komunikazzjoni effettiva tar-riskji
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt i
(i)  tinvesti fil-promozzjoni tas-saħħa u fil-prevenzjoni tal-mard
(i)  tinvesti fil-promozzjoni tas-saħħa u fil-prevenzjoni tal-mard, inkluż permezz tal-litteriżmu fis-saħħa u ta' programmi edukattivi, u permezz tal-promozzjoni tal-attività fiżika
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt ia (ġdid)
(ia)  tinvesti fid-dijanjożi bikrija u fl-iscreening
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt ii
(ii)  tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura
(ii)  tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura li jaqdu l-bżonnijiet u jindirizzaw it-tħassib tal-pazjenti u taċ-ċittadini, b'mod partikolari billi jistabbilixxu rabtiet mal-programmi li jappoġġaw il-litteriżmu medjatiku u l-ħiliet diġitali
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt iia (ġdid)
(iia)   tippromwovi servizzi pubbliċi diġitali f'oqsma bħas-saħħa
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt iib (ġdid)
(iib)   issaħħaħ is-sigurtà u l-kwalità tal-informazzjoni dwar is-saħħa
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt ii
(ii)  tappoġġa l-iżvilupp ta' sistema sostenibbli tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa
(ii)  tappoġġa l-iżvilupp ta' sistema sostenibbli, trasparenti u aċċessibbli tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa, filwaqt li tiżgura l-protezzjoni tad-data privata.
(Fil-proposta COM in-numerazzjoni tal-punti fl-Artikolu 26, punt b mhijiex korretta peress li hemm żewġ punti nnumerati bħala (ii).)
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt iii
(iii)  tappoġġa lill-Istati Membri b'trasferiment ta' għarfien utli għall-proċessi ta' riforma nazzjonali għal aktar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti u biex il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard jiġu indirizzati aħjar, b'mod partikolari l-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew
(iii)  tappoġġa lill-Istati Membri bi trasferiment ta' għarfien u appoġġ għall-implimentazzjoni, utli għall-proċessi ta' riforma nazzjonali għal aktar sistemi tas-saħħa effikaċi, aċċessibbli, reżiljenti, mhux diskriminatorji u ekwi li jindirizzaw l-inugwaljanzi soċjali, u biex il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard jiġu indirizzati aħjar, b'mod partikolari l-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew. Dan jinkludi wkoll l-appoġġ favur reġistri nazzjonali tal-mard ta' kwalità għolja li jfornu wkoll data komparabbli.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt iva (ġdid)
(iva)   tappoġġa t-tranżizzjoni lejn kura ċċentrata fuq il-persuna, servizzi tas-saħħa u soċjali fil-qrib, u kura integrata bbażata fuq il-komunità, b'mod partikolari l-promozzjoni ta' mudelli organizzattivi bbażati fuq xogħol f'tim interprofessjonali u netwerking ta' bosta partijiet ikkonċernati
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt ivb (ġdid)
(ivb)   tiżgura l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fl-azzjonijiet t'hawn fuq, fil-livell tal-Unjoni u/jew nazzjonali kif xieraq
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b – punt ivc (ġdid)
(ivc)   tiżviluppa u timplimenta għodod u strateġiji biex jiġu evitati u indirizzati l-inugwaljanzi tas-saħħa u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, l-awtonomizzazzjoni taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni tal-komunità
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c – punt i
(i)  tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali u t-tagħmir mediku
(i)  tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali, l-aċċess għal tali prodotti fl-Unjoni kollha u t-tagħmir mediku
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c – punt vi
(vi)  tappoġġa lill-kumitati xjentifiċi tal-Kummissjoni dwar "Is-Sikurezza tal-Konsumaturi" u dwar "Ir-Riskji tas-Saħħa, Ambjentali u Emerġenti"
(vi)  tappoġġa l-iżvilupp tas-Saħħa fil-Politiki Kollha u tistabbilixxi proċessi li permezz tagħhom l-implikazzjonijiet tas-saħħa jistgħu jitqiesu fil-politiki kollha
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)   tappoġġa l-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u t-tisħiħ ta' leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni b'implikazzjonijiet tas-saħħa sabiex tgħin biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, inkluż iżda mhux limitat għal dawk relatati ma':
(i)  it-tniġġis tal-arja
(ii)  l-interferenti endokrinali u sustanzi kimiċi oħra bi proprjetajiet dannużi
(iii)  ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel, l-ilma u l-arja
(iv)  l-ikel u t-tikkettar tal-ikel, inklużi l-aċidi tax-xaħam trans, it-tikkettar tal-alkoħol, l-addittivi u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt d – punt ii
(ii)  issostni l-iżvilupp ta' koperazzjoni dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) waqt it-tħejjija ta' regoli armonizzati ġodda
(ii)  issostni l-iżvilupp ta' koperazzjoni u l-bini ta' kapaċità fil-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) waqt it-tħejjija ta' regoli armonizzati ġodda
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt d – punt iiia (ġdid)
(iiia)   tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u tal-aħjar prattiki dwar l-edukazzjoni u l-kampanji tas-saħħa sesswali u riproduttiva għaż-żgħażagħ
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt d – punt iiib (ġdid)
(iiib)   tappoġġa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-qasam tas-saħħa u kwistjonijiet relatati mas-saħħa fil-livell tal-Unjoni
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt d – punt iiic (ġdid)
(iiic)  tappoġġa l-ħolqien ta' Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa, biex jimplimenta l-azzjonijiet fl-ambitu tal-fergħa tas-Saħħa
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
1.  Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 26.
1.  Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet relatati mas-saħħa li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4 u 26.
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a – punt ia (ġdid)
(ia)   attivitajiet imfassla biex jimmonitorjaw l-impatti tas-saħħa kumulattivi ta' fatturi ta' riskju ambjentali, inklużi dawk li jirriżultaw minn kontaminanti fl-ikel, l-ilma, l-arja u sorsi oħra;
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a – punt ib (ġdid)
(ib)   attivitajiet li jimmonitorjaw l-impatti tas-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, bħall-farmakoviġilanza u oħrajn simili;
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 1a (ġdid)
Ir-riżultati ta' attivitajiet analitiċi, ladarba jiġu ffinalizzati, għandhom isiru disponibbli pubblikament.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt b – punt i
(i)  kollaborazzjoni u sħubijiet transfruntieri, inkluż fir-reġjuni transfruntieri;
(i)  kollaborazzjoni u sħubijiet transfruntieri, inkluż fir-reġjuni transfruntieri u inkluż b'rabta mat-tniġġis tal-arja u kontaminazzjoni ambjentali transfruntiera oħra;
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c – punt i
(i)  bi trasferiment, adattament u introduzzjoni tal-aqwa prattiki b'valur miżjud fil-livell tal-UE stabbilit bejn l-Istati Membri;
(i)  bi skambju, trasferiment, adattament u introduzzjoni tal-aqwa prattiki b'valur miżjud fil-livell tal-UE stabbilit bejn l-Istati Membri;
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c – punt ii
(ii)  tan-netwerks fil-livell tal-UE relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 26;
(ii)  tan-netwerks fil-livell tal-UE relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 26, b'mod kontinwu u sostenibbli, filwaqt li tiġi żgurata l-preżenza ta' soċjetà ċivili attiva fil-livell tal-Unjoni;
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c – punt iv
(iv)  tal-punti ta' kuntatt nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u għajnuna relatati mal-implimentazzjoni tal-programm;
(iv)  tal-punti ta' kuntatt reġjonali, subnazzjonali u nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u għajnuna relatati mal-implimentazzjoni tal-programm;
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, tal-Ġestjoni u l-Kontroll tal-Mard li ma jitteħidx jew fi gruppi ta' esperti oħra rilevanti tal-Kummissjoni jew f'entitajiet simili fuq il-pjanijiet ta' ħidma stabbiliti għall-fergħa tas-Saħħa, u dwar il-prijoritajiet u orjentazzjonijiet strateġiċi u l-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll fuq il-perspettiva tal-politika tas-saħħa ta' politiki oħra u mekkaniżmi tal-appoġġ, biex b'hekk jiżdiedu l-koordinazzjoni ġenerali u l-valur miżjud tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, tal-Ġestjoni u l-Kontroll tal-Mard li ma jitteħidx jew fi gruppi ta' esperti oħra rilevanti tal-Kummissjoni jew f'entitajiet simili bħal korpi professjonali fil-qasam tas-saħħa, fuq il-pjanijiet ta' ħidma annwali stabbiliti għall-fergħa tas-Saħħa, u dwar il-prijoritajiet u orjentazzjonijiet strateġiċi u l-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll fuq il-perspettiva tal-politika tas-saħħa ta' politiki oħra u mekkaniżmi tal-appoġġ, biex b'hekk jiżdiedu l-koordinazzjoni ġenerali u l-valur miżjud tagħhom. Tmexxija politika b'saħħitha u struttura ta' governanza adegwata ddedikata għas-saħħa se jiżguraw li l-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa jiġu ggarantiti fil-portafolli kollha tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 168(1) tat-TFUE.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 29a (ġdid)
Artikolu 29a
Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa
1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa ("il-Bord ta' Tmexxija") għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont il-fergħa tas-Saħħa.
2.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiffoka fuq il-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-fergħa tas-Saħħa u programmi oħra fejn dimensjoni tas-saħħa hija integrata, permezz ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni, il-promozzjoni tal-involviment tal-pazjenti u tas-soċjetà, u l-għoti ta' pariri u rakkomandazzjonijiet xjentifiċi. Dawk l-azzjonijiet għandhom jipprovdu valur orjentat lejn l-azzjonijiet tas-saħħa, sostenibbiltà, soluzzjonijiet tas-saħħa aħjar, irawmu aċċess u jnaqqsu l-inugwaljanzi. 
3.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi strateġija komprensiva u tmexxija fl-iżvilupp tal-pjanijiet ta' ħidma skont il-fergħa tas-Saħħa. 
4.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun grupp ta' partijiet ikkonċernati indipendenti, magħmul minn atturi mis-setturi rilevanti fil-qasam tas-saħħa pubblika, tal-benessri u tal-protezzjoni soċjali, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tar-reġjuni u tal-awtoritajiet tas-saħħa lokali, rappreżentanti tal-pazjenti u ċittadini. 
5.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn 15-il individwu sa 20 individwu ta' livell għoli li jkunu ġejjin minn dixxiplini u attivitajiet differenti msemmija fil-paragrafu 4. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara sejħa miftuħa għal nomini jew għal espressjonijiet ta' interess jew it-tnejn li huma. 
6.  Il-President tal-Bord ta' Tmexxija għandu jinħatar mill-Kummissjoni minn fost il-membri tiegħu. 
7.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu: 
(i)  jipprovdi input għal pjanijiet ta' ħidma annwali għall-fergħa tas-Saħħa, wara proposta mill-Kummissjoni;
(ii)  jelabora pjan ta' azzjoni għat-tmexxija tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni bejn il-fergħa tas-Saħħa u programmi oħra fejn tiġi integrata d-dimensjoni tas-saħħa.
Il-pjan ta' azzjoni għandu jiffaċilita l-iżgurar tal-viżibbiltà u tal-koordinazzjoni tal-mekkaniżmi finanzjarji eżistenti kollha rilevanti għas-saħħa, u għandu jgħin fit-tmexxija tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni. 
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 29b (ġdid)
Artikolu 29b
Kooperazzjoni internazzjonali
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħhom, b'mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kif ukoll il-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) biex timplimenta l-fergħa tas-Saħħa, bil-għan li timmassimizza l-effikaċja u l-effiċjenza tal-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali.
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 31
Artikolu 31
Artikolu 31
Forom ta' finanzjament tal-UE u metodi tal-implimentazzjoni
Forom ta' finanzjament tal-UE u metodi tal-implimentazzjoni
1.  Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premjijiet, akkwist u pagamenti volontarji lil Organizzazzjonijiet Internazzjonali li l-Unjoni hi membru tagħhom jew li tieħu sehem fil-ħidma tagħhom.
1.  Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premjijiet, akkwist, kontribuzzjonijiet u pagamenti volontarji lil Organizzazzjonijiet Internazzjonali li l-Unjoni hi membru tagħhom jew li tieħu sehem fil-ħidma tagħhom.
2.  Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiġu implimentati direttament kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju jew indirettament mal-korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.
2.  Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiġu implimentati direttament kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju jew indirettament mal-korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.
Fl-għoti ta' għotjiet, il-kumitat ta' evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu [150] tar-Regolament Finanzjarju jista' jkun kompost minn esperti esterni.
Fl-għoti ta' għotjiet, il-kumitat ta' evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu [150] tar-Regolament Finanzjarju jista' jkun kompost minn esperti esterni.
3.  L-operazzjonijiet ta' taħlit skont il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[Regolament dwar InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
3.  L-operazzjonijiet ta' taħlit skont il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[Regolament dwar InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
4.  Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mingħajr sejħa għal proposti biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet b'valur miżjud tal-Unjoni ċar kofinanzjati mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-saħħa fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, jew minn korpi tas-settur pubbliku u korpi nongovernattivi, li jaġixxu individwalment jew bħala netwerk, bil-mandat ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.
4.  Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mingħajr sejħa għal proposti biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet b'valur miżjud tal-Unjoni ċar kofinanzjati mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-saħħa fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, jew minn korpi tas-settur pubbliku u korpi nongovernattivi, li jaġixxu individwalment jew bħala netwerk, bil-mandat ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.
5.  Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mingħajr sejħa għal proposti lil Netwerks Ewropej ta' Referenza approvati bħala Netwerks mill-Bord tal-Istati Membri tan-Netwerks Ewropej ta' Referenza, skont il-proċedura tal-approvazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE tal-10 ta' Marzu 2014 li tistipula kriterji għall-istabbiliment u l-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta' Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u tal-għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta' Netwerks bħal dawn.
5.  Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mingħajr sejħa għal proposti lil Netwerks Ewropej ta' Referenza approvati bħala Netwerks mill-Bord tal-Istati Membri tan-Netwerks Ewropej ta' Referenza, skont il-proċedura tal-approvazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE tal-10 ta' Marzu 2014 li tistipula kriterji għall-istabbiliment u l-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta' Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u tal-għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta' Netwerks bħal dawn.
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 32
Artikolu 32
Artikolu 32
Programm ta' ħidma u koordinazzjoni
Programm ta' ħidma u koordinazzjoni
Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiġu implimentati bil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu [108] tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, meta applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 sabiex tissupplementa l-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa billi tistabbilixxi programmi ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu [108] tar-Regolament Finanzjarju. Dawk il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, meta applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.
Il-Kummissjoni għandha trawwem sinerġiji u tiżgura koordinazzjoni effettiva bejn il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ u Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.
Il-Kummissjoni għandha trawwem sinerġiji u tiżgura koordinazzjoni effettiva bejn il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ u Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 33
Artikolu 33
Artikolu 33
Monitoraġġ u rappurtar
Monitoraġġ u rappurtar
1.  Għandhom jiġu stabbiliti indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-fergħat biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-għanijiet operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 23 u 26.
1.  Għandhom jiġu stabbiliti indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-fergħat biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-għanijiet operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 23 u 26.
2.  Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-fergħat u r-riżultati jinġabru b'mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti tar-rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-UE u, meta rilevanti, fuq l-Istati Membri.
2.  Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-fergħat u r-riżultati jinġabru b'mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti tar-rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-UE u, meta rilevanti, fuq l-Istati Membri.
3.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 38 biex tissupplimenta jew temenda l-indikaturi fl-Anness III meta jidhrilha li jkun meħtieġ biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-fergħat.
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 biex tissupplementa jew temenda l-indikaturi fl-Annessi IIb u III meta jidhrilha li jkun meħtieġ biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-fergħat.
3a.  Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-fergħat u li jsir kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-politika u l-prijoritajiet ta' finanzjament tagħhom, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' monitoraġġ kwalitattiv u kwantitattiv li jkopri l-ewwel sena, segwit minn tliet rapporti li jkopru perjodi konsekuttivi ta' sentejn u għandha tissottometti dawk ir-rapporti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi wkoll, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rapporti għandhom jinkludu r-riżultati tal-fergħat u l-punt sa fejn il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-integrazzjoni tal-ġeneru ġew applikati kif ukoll kif il-kunsiderazzjonijiet tal-antidiskriminazzjoni, inklużi kwistjonijiet tal-aċċessibbiltà, ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tagħhom. Ir-rapporti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku biex tittejjeb it-trasparenza tal-fergħat.
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 35
Artikolu 35
Artikolu 35
Evalwazzjoni
Evalwazzjoni
1.  L-evalwazzjonijiet għandhom isiru biżżejjed fil-ħin biex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
1.  L-evalwazzjonijiet għandhom isiru biżżejjed fil-ħin biex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
2.  L-evalwazzjoni interim tal-fergħat tista' ssir ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tagħhom, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-fergħat.
2.  Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-fergħat sabiex:
(a)  tivvaluta, fuq bażi kwalitattiva u kwantitattiva, il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet tal-fergħa;
(b)  tindirizza l-ambjent soċjali fl-Unjoni u kwalunkwe bidla maġġuri introdotta mid-dritt tal-Unjoni;
(c)  tiddetermina jekk ir-riżorsi tal-fergħat ġewx użati b'mod effiċjenti u tivvaluta l-valur miżjud tagħhom għall-Unjoni.
Ir-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3.  Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-fergħat.
3.  Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-fergħat.
4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 37
Artikolu 37
Artikolu 37
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni relatati mal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, diment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 23 u 26.
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni relatati mal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, diment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 23 u 26.
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 38
Artikolu 38
Artikolu 38
Eżerċizzju tad-delega
Eżerċizzju tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(6), fl-Artikolu 21(5) u fl-Artikolu 33(3) għal perjodu taż-żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(6), fl-Artikolu 21(5), fl-Artikolu 32 u fl-Artikolu 33(3) għal perjodu taż-żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 15(6), l-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 33(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 15(6), l-Artikolu 21(5), l-Artikolu 32 u l-Artikolu 33(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201628.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201628.
5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikolu 15(6), l-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 33(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikolu 15(6), l-Artikolu 21(5), l-Artikolu 32 u l-Artikolu 33(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
_________________________________
_________________________________
28 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.
28.   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 40
Artikolu 40
Artikolu 40
Kumitat skont l-Artikolu 163 tat-TFUE
Kumitat skont l-Artikolu 163 tat-TFUE
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 163 tat-TFUE ("il-Kumitat tal-FSE+").
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 163 tat-TFUE ("il-Kumitat tal-FSE+").
2.  Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant wieħed tal-gvern, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u supplent wieħed għal kull membru għal perjodu massimu ta' seba' snin. Fl-assenza ta' xi membru, is-supplent għandu jkun intitolat awtomatikament li jieħu sehem fil-proċedimenti.
2.  Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant wieħed tal-gvern, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, rappreżentant wieħed tas-soċjetà ċivili, rappreżentant wieħed tal-korpi tal-ugwaljanza jew istituzzjonijiet oħra indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem b'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 6(1) tas-[CPR futur] u supplent wieħed għal kull membru għal perjodu massimu ta' seba' snin. Fl-assenza ta' xi membru, is-supplent għandu jkun intitolat awtomatikament li jieħu sehem fil-proċedimenti.
3.  Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jinkludi rappreżentant wieħed minn kull organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u lill-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem fil-livell tal-Unjoni.
3.  Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jinkludi rappreżentant wieħed minn kull organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, lill-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-Unjoni.
3a.  Il-Kumitat tal-FSE+ jista' jistieden lir-rappreżentanti tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-Fond Ewropew tal-Investiment.
3b.  Fil-Kumitat FSE+ għandhom jiġu ssalvagwardjati l-bilanċ bejn is-sessi u r-rappreżentanza xierqa tal-minoranzi u ta' gruppi esklużi oħra.
4.  Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jiġi kkonsultat dwar l-użu ppjanat tal-assistenza teknika fil-każ ta' appoġġ mill-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+, kif ukoll fuq kwistjonijiet oħra li jħallu impatt fuq l-implimentazjoni tal-istrateġiji fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-FSE+;
4.  Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jiġi kkonsultat dwar l-użu ppjanat tal-assistenza teknika fil-każ ta' appoġġ mill-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+, kif ukoll fuq kwistjonijiet oħra li jħallu impatt fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġiji fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-FSE+;
5.  Il-Kumitat tal-FSE+ jista' jagħti opinjoni dwar:
5.  Il-Kumitat tal-FSE+ jista' jagħti opinjoni dwar:
(a)  mistoqsijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet tal-FSE+ għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inklużi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u prijoritajiet relatati mas-semestru (programmi nazzjonali ta' riforma, eċċ.);
(a)  mistoqsijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet tal-FSE+ għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inklużi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u prijoritajiet relatati mas-semestru (programmi nazzjonali ta' riforma, eċċ.);
(b)  kwistjonijiet relatati mas-[CPR futur] rilevanti għall-FSE+;
(b)  kwistjonijiet relatati mas-[CPR futur] rilevanti għall-FSE+;
(c)  kwistjonijiet relatati mal-FSE+ riferuti lilu mill-Kummissjoni, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4.
(c)  kwistjonijiet relatati mal-FSE+ riferuti lilu mill-Kummissjoni, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4.
L-opinjonijiet tal-Kumitat tal-FSE+ għandhom jiġu adottati minn maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa b'mod validu, u għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għal informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat tal-FSE+ dwar kif tkun qieset l-opinjonijiet tiegħu.
L-opinjonijiet tal-Kumitat tal-FSE+ għandhom jiġu adottati minn maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa b'mod validu, u għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għal informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat tal-FSE+ bil-miktub dwar kif tkun qieset l-opinjonijiet tiegħu.
6.  Il-Kumitat tal-FSE+ jista' jwaqqaf gruppi ta' ħidma għal kull tal-fergħa differenti tal-FSE+.
6.  Il-Kumitat tal-FSE+ jista' jwaqqaf gruppi ta' ħidma għal kull tal-fergħa differenti tal-FSE+.
Emenda 153
Proposta għal regolament
Anness I
ANNESS 11
ANNESS I1
Indikaturi komuni għall-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+
Indikaturi komuni għall-appoġġ ġenerali tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+
Id-data personali kollha għandha tinqasam skont il-ġeneru (mara, raġel, mhux binarju'). Jekk xi riżultati ma jkunux possibbli, id-data għal dawk ir-riżultati ma għandhiex tinġabar u tiġi rrappurtata.
Id-data personali kollha għandha tinqasam skont il-ġeneru (mara, raġel, "mhux binarju"). Jekk xi riżultati ma jkunux disponibbli, id-data għal dawk ir-riżultati ma għandhiex tinġabar u tiġi rrappurtata. Data personali sensittiva tista' tiġi mistħarrġa b'mod anonimu.
(1)  Indikaturi komuni tal-outputs relatati mal-operazzjonijiet immirati lejn il-persuni:
(1)  Indikaturi komuni tal-outputs relatati mal-operazzjonijiet immirati lejn il-persuni:
(1a)  Indikaturi komuni tal-outputs għall-parteċipanti
(1a)  Indikaturi komuni tal-outputs għall-parteċipanti
–  L-indikaturi komuni tal-outputs għall-parteċipanti huma:
–  L-indikaturi komuni tal-outputs għall-parteċipanti huma:
–  persuni qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul*,
–  persuni qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul*,
–  persuni qiegħda fit-tul*,
–  persuni qiegħda fit-tul*,
–  persuni inattivi*,
–  persuni inattivi*,
–  persuni impjegati, inkluż dawk li jaħdmu għal rashom*,
–  persuni impjegati, inkluż dawk li jaħdmu għal rashom*,
–  persuni barra mill-edukazzjoni jew it-taħriġ (NEET)*,
–  persuni iżgħar minn 30 sena*,
–  tfal taħt l-età ta' 18-il sena*,
–  żgħażagħ bejn it-18-il sena u d-29 sena*,
–  persuni akbar minn 54 sena*,
–  persuni akbar minn 54 sena*,
–  persuni b'edukazzjoni sekondarja baxxa jew inqas (ISCED 0-2)*,
–  persuni b'edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell jew inqas (ISCED 0-2)*,
–  persuni b'edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew b'edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4)*,
–  persuni b'edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew b'edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4)*,
–  persuni b'edukazzjoni terzjarja (ISCED 5 sa 8)*.
–  persuni b'edukazzjoni terzjarja (ISCED 5 sa 8)*.
It-total ta' parteċipanti se jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi komuni tal-outputs relatati mal-istatus tal-impjieg.
It-total ta' parteċipanti se jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi komuni tal-outputs relatati mal-istatus tal-impjieg.
(1b)  Indikaturi komuni oħra tal-outputs
(1b)  Indikaturi komuni oħra tal-outputs
Jekk id-data għal dawn l-indikaturi ma tinġabarx mir-reġistri tad-data, il-valuri ta' dawn l-indikaturi jistgħu jiġu ddeterminati abbażi ta' stima informata mill-benefiċjarju.
Jekk id-data għal dawn l-indikaturi ma tinġabarx mir-reġistri tad-data, il-valuri ta' dawn l-indikaturi jistgħu jiġu ddeterminati abbażi ta' stima informata mill-benefiċjarju. Id-data dejjem tiġi pprovduta mill-parteċipanti fuq bażi volontarja.
–  persuni b'diżabbiltà**,
–  persuni b'diżabbiltà**,
–  persuni taħt l-età ta' 18-il sena*,
–  ċittadini ta' pajjiżi terzi*,
–  ċittadini ta' pajjiżi terzi*,
–  persuni bi sfond barrani*,
–  persuni bi sfond barrani*,
–  minoranzi (inkluż il-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma)**,
–  minoranzi (ħlief mill-komunità Rom)**,
–  persuni mill-komunità Rom**,
–  persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni*,
–  persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni*,
–  persuni minn żoni rurali*.
–  persuni minn żoni rurali*,
–  persuni minn żoni ġeografiċi b'livelli għoljin ta' faqar u esklużjoni soċjali*,
–  persuni li jkunu għaddejjin mit-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għall-kura bbażata fil-familja u l-komunità**,
(2)  Indikaturi komuni tal-outputs għall-entitajiet huma:
(2)  Indikaturi komuni tal-outputs għall-entitajiet huma:
–  l-għadd ta' amministrazzjonijiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi appoġġati fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali,
–  l-għadd ta' amministrazzjonijiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi appoġġati fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali,
–  l-għadd ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji appoġġati (inkluż l-intrapriżi koperattivi u l-intrapriżi soċjali).
–  l-għadd ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji appoġġati (inkluż l-intrapriżi koperattivi u l-intrapriżi soċjali).
(3)  L-indikaturi komuni tar-riżultati immedjati għall-parteċipanti huma:
(3)  L-indikaturi komuni tar-riżultati immedjati għall-parteċipanti huma:
–  parteċipanti li qed ifittxu impjieg wara li telqu*,
–  parteċipanti li qed ifittxu impjieg wara li telqu*,
–  parteċipanti li qed jieħdu edukazzjoni jew taħriġ wara li telqu*,
–  parteċipanti li qed jieħdu edukazzjoni jew taħriġ wara li telqu*,
–  parteċipanti li kisbu kwalifika wara li telqu*,
–  parteċipanti li kisbu kwalifika wara li telqu*,
–  parteċipanti li kisbu kwalifika wara li telqu*,
–  parteċipanti li kisbu kwalifika wara li telqu*,
(4)  Indikaturi komuni tar-riżultati aktar fit-tul għall-parteċipanti:
(4)  Indikaturi komuni tar-riżultati aktar fit-tul għall-parteċipanti:
–  parteċipanti b'impjieg, inkluż għal rashom, fi żmien sitt xhur wara li telqu*,
–  parteċipanti b'impjieg, inkluż għal rashom, fi żmien sitt xhur u tnax-il xahar wara li telqu*,
–  parteċipanti b'sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol aħjar, fi żmien sitt xhur wara li telqu*.
–  parteċipanti b'sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol aħjar, fi żmien sitt xhur u tnax-il xahar wara li telqu*.
Bħala rekwiżit minimu, din id-data għandha tinġabar abbażi ta' kampjun rappreżentattiv ta' parteċipanti f'kull għan speċifiku. Il-validità interna tal-kampjun għandha tiġi żgurata b'tali mod li d-data tkun tista' tiġi ġeneralizzata fil-livell tal-għan speċifiku.
Bħala rekwiżit minimu, din id-data għandha tinġabar abbażi ta' kampjun rappreżentattiv ta' parteċipanti f'kull għan speċifiku. Il-validità interna tal-kampjun għandha tiġi żgurata b'tali mod li d-data tkun tista' tiġi ġeneralizzata fil-livell tal-għan speċifiku.
________________________________
__________________________________
1 Id-data rrappurtata bl-indikaturi mmarkati b'asterisk (*) hi data personali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.
1 Id-data rrappurtata bl-indikaturi mmarkati b'asterisk (*) hi data personali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.
Id-data rrappurtata bl-indikaturi mmarkati b'żewġ asterisks (**) hi kategorija speċjali tad-data skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679.
Id-data rrappurtata bl-indikaturi mmarkati b'żewġ asterisks (**) hi kategorija speċjali tad-data skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Anness II
ANNESS II
ANNESS II
Indikaturi komuni għall-appoġġ tal-FSE+ biex tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali
Indikaturi komuni għall-appoġġ tal-FSE+ biex tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali
(1)  Indikaturi tal-outputs
(1)  Indikaturi tal-outputs
(a)  Il-valur monetarju totali tal-oġġetti u l-ikel imqassma.
(a)  Il-valur monetarju totali tal-oġġetti u l-ikel imqassma.
(i)  il-valur totali tal-għajnuna alimentari;
(i)  il-valur totali tal-għajnuna alimentari;
(ia)  il-valur monetarju totali tal-ikel għat-tfal;
(ia)  il-valur monetarju totali tal-ikel għat-tfal;
(ib)  il-valur monetarju totali tal-ikel għall-persuni bla saqaf;
(ib)  il-valur monetarju totali tal-ikel għall-persuni bla saqaf;
(ic)  il-valur monetarju totali tal-ikel għal gruppi oħra fil-mira.
(ic)  il-valur monetarju totali tal-ikel għal gruppi oħra fil-mira.
(ii)  il-valur tal-oġġetti mqassma
(ii)  il-valur tal-oġġetti mqassma
(iia)  il-valur monetarju totali tal-oġġetti għat-tfal;
(iia)  il-valur monetarju totali tal-oġġetti għat-tfal;
(iib)  il-valur monetarju totali tal-oġġetti għall-persuni bla dar;
(iib)  il-valur monetarju totali tal-oġġetti għall-persuni bla dar;
(iic)  il-valur monetarju totali tal-oġġetti għal gruppi oħra fil-mira.
(iic)  il-valur monetarju totali tal-oġġetti għal gruppi oħra fil-mira.
(b)  Il-kwantità totali ta' għajnuna alimentari mqassma (f'tunnellati).
(b)  Il-kwantità totali ta' għajnuna alimentari mqassma (f'tunnellati).
Li minnhom2:
Li minnhom2:
(a)  is-sehem tal-ikel li għalih tħallsu biss it-trasport, it-tqassim u l-ħżin mill-programm (bħala %);
(a)  is-sehem tal-ikel li għalih tħallsu biss it-trasport, it-tqassim u l-ħżin mill-programm (bħala %);
(b)  il-proporzjon ta' oġġetti tal-ikel kofinanzjati mill-FSE+ fil-volum totali tal-ikel imqassam lill-benefiċjarji (bħala %).
(b)  il-proporzjon ta' oġġetti tal-ikel kofinanzjati mill-FSE+ fil-volum totali tal-ikel imqassam lill-benefiċjarji (bħala %).
(3)  Indikaturi komuni tar-riżultati3
(3)  Indikaturi komuni tar-riżultati3
L-għadd tar-riċevituri aħħarija li jirċievu l-għajnuna alimentari
L-għadd tar-riċevituri aħħarija li jirċievu l-għajnuna alimentari
–  L-għadd ta' tfal taħt it-18-il sena,
–  L-għadd ta' tfal taħt it-18-il sena,
–  L-għadd ta' żgħażagħ bejn it-18 u d-29 sena,
–  L-għadd ta' żgħażagħ bejn it-18 u d-29 sena,
–  L-għadd ta' persuni akbar minn 54 sena,
–  L-għadd ta' persuni akbar minn 54 sena,
–  L-għadd ta' persuni b'diżabbiltà,
–  L-għadd ta' persuni b'diżabbiltà,
–  L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi,
–  L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi,
–  L-għadd ta' persuni bi sfond barrani u l-minoranzi (inkluż il-komunitajiet emarġinati bħar-Roma),
–  L-għadd ta' persuni bi sfond barrani u l-minoranzi (ħlief mill-komunità Rom),
–  persuni mill-komunità Rom,
–  L-għadd persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni.
–  L-għadd ta' persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni,
L-għadd tar-riċevituri aħħarija li jirċievu l-għajnuna materjali
L-għadd ta' persuni li jirċievu l-għajnuna materjali,
–  L-għadd ta' tfal taħt it-18-il sena,
–  L-għadd ta' tfal taħt it-18-il sena,
–  L-għadd ta' żgħażagħ bejn it-18 u d-29 sena,
–  L-għadd ta' żgħażagħ bejn it-18 u d-29 sena,
–  L-għadd ta' persuni akbar minn 54 sena,
–  L-għadd ta' persuni akbar minn 54 sena,
–  L-għadd ta' persuni b'diżabbiltà,
–  L-għadd ta' persuni b'diżabbiltà,
–  L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi,
–  L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi,
–  L-għadd ta' persuni bi sfond barrani u l-minoranzi (inkluż il-komunitajiet emarġinati bħar-Roma),
–  L-għadd ta' persuni bi sfond barrani u l-minoranzi (ħlief mill-komunità Rom),
–  persuni mill-komunità Rom,
–  L-għadd persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni.
–  L-għadd ta' persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni.
_________________________________
_________________________________
2 Il-valuri ta' dawn l-indikaturi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-istima informata mill-benefiċjarji
2 Il-valuri ta' dawn l-indikaturi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-istima informata mill-benefiċjarji
3 Ibid
3 Ibid
Emenda 155
Proposta għal regolament
Anness IIa (ġdid)
ANNESS IIa
Indikaturi komuni għall-appoġġ tal-FSE+ għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali għall-persuni l-aktar fil-bżonn
Indikaturi tal-outputs
(1)  L-għadd totali ta' persuni li jirċievu għajnuna favur l-inklużjoni soċjali.
Li minnhom:
(a)  l-għadd ta' tfal li għandhom 15-il sena jew inqas;
(b)  l-għadd ta' persuni li għandhom 65 sena jew iktar;
(c)  l-għadd ta' nisa;
(d)  l-għadd ta' persuni bi sfond barrani u l-minoranzi (ħlief mill-komunità Rom);
(e)  persuni mill-komunità Rom;
(f)  l-għadd ta' persuni bla dar.
Emenda 156
Proposta għal regolament
Anness IIb (ġdid)
ANNESS IIb
Indikaturi għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali
1.  Il-livell ta' kisba ddikjarata ta' fehim aħjar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
(1)  L-għadd ta' attivitajiet analitiċi,
(2)  L-għadd ta' attivitajiet ta' tagħlim reċiproku, għarfien u disseminazzjoni,
(3)  Appoġġ lill-atturi ewlenin
2.  Il-livell ta' kollaborazzjoni u sħubija attiva bejn l-istituzzjonijiet governattivi tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati
(1)  L-għadd ta' attivitajiet analitiċi,
(2)  L-għadd ta' attivitajiet ta' tagħlim reċiproku, għarfien u disseminazzjoni,
(3)  Appoġġ lill-atturi ewlenin
3.  Użu ddikjarat tal-innovazzjoni fil-politika soċjali għall-implimentazzjoni tas-CSRs soċjali u r-riżultati tal-esperimentazzjoni ta' politiki soċjali għat-tfassil tal-politika
(1)  L-għadd ta' attivitajiet analitiċi,
(2)  L-għadd ta' attivitajiet ta' tagħlim reċiproku, għarfien u disseminazzjoni,
(3)  Appoġġ lill-atturi ewlenin
4.  L-għadd ta' viżitaturi tal-pjattaforma EURES
5.  L-għadd ta' kollokamenti f'impjieg għaż-żgħażagħ miksuba jew appoġġati fl-ambitu tal-Azzjoni Preparatorja "L-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek" (YfEJ) kif ukoll fi ħdan Skemi Partikolari ta' Mobilità
6.  L-għadd ta' kuntatti personali individwali tal-konsulenti tal-EURES mal-persuni li jfittxu impjieg, mal-persuni li jbiddlu l-impjieg u ma' min iħaddem
7.  L-għadd ta' negozji maħluqa jew konsolidati li bbenefikaw mill-appoġġ tal-Unjoni
8.  Il-proporzjon ta' benefiċjarji li ħolqu jew żviluppaw aktar il-kummerċ permezz tal-mikrofinanzjament tal-Unjoni meta mqabbla ma' dawk li huma qiegħda jew li jappartjenu għal gruppi żvantaġġati
Emenda 157
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2
2.  L-għadd ta' valutazzjonijiet kliniċi konġunti tat-teknoloġija tas-saħħa
2.  L-għadd ta' benefiċjarji (professjonisti, ċittadini, pazjenti) affettwati mir-riżultati tal-programm
Emenda 158
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3
3.  L-għadd tal-aqwa prattiki trasferiti
3.  L-għadd ta' valutazzjonijiet kliniċi konġunti tat-teknoloġija tas-saħħa
Emenda 159
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4
4.  Il-grad tal-użu tar-riżultati tal-programm fil-politika nazzjonali tas-saħħa kif imkejjel bil-kwestjonarju ta' "qabel u wara2
4.  L-għadd tal-aqwa prattiki trasferiti
Emenda 160
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4a (ġdid)
4a.   Il-grad tal-użu tar-riżultati tal-programm fil-politiki jew l-għodod reġjonali u nazzjonali tas-saħħa kif imkejjel mill-metodi vvalidati

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0461/2018).


Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) ***I
PDF 336kWORD 99k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD))(1)
P8_TA(2019)0021A8-0470/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti kategoriji ta' reġjuni, fosthom ir-reġjuni transkonfinali elenkati b'mod espliċitu.
(1)  L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa intiż sabiex jgħin jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, iż-żoni rurali, iż-żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, żoni b'densità ta' popolazzjoni baxxa, gżejjer u reġjuni muntanjużi.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Issa huwa meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn Stat Membru wieħed jew aktar jikkoopera minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta' programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll dwar ġestjoni finanzjarja.
(2)  Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Issa huwa meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn Stat Membru wieħed jew aktar u r-reġjuni tagħhom jikkooperaw minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta' programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll dwar ġestjoni finanzjarja.
_________________
_________________
21 [Referenza]
21 [Referenza]
22 [Referenza]
22 [Referenza]
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).
(3)  Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp kooperattiv u armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, u sabiex jitnaqqsu d-diverġenzi eżistenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali, il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Fil-proċess, il-prinċipji dwar il-governanza u s-sħubija f'diversi livelli jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni, u jenħtieġ li jissaħħu l-approċċi bbażati fuq il-post.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Il-komponenti differenti tal-Interreg jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) kif deskritti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata f'Settembru 2015.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE23 ("Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri"). Konsegwentement, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jkun limitat għal kooperazzjoni fil-fruntieri fuq l-art u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-fruntieri marittimi jenħtieġ li tkun integrata fil-komponent transnazzjonali.
(4)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE23 ("Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri"). Għaldaqstant, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jinkludi kooperazzjoni kemm fuq l-art kif ukoll fil-fruntieri marittimi, mingħajr preġudizzju għall-komponent il-ġdid għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi.
__________________
__________________
23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" (COM(2017)0534), 20.9.2017.
23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" (COM(2017)0534), 20.9.2017.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż wieħed jew aktar jew territorji oħra barra l-Unjoni. L-inklużjoni f'dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transfruntiera interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f'simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.
(5)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar jew ir-reġjuni tagħhom, u pajjiż jew reġjun wieħed jew aktar jew territorji oħra barra l-Unjoni. L-inklużjoni f'dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transfruntiera interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f'simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta' azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, u jenħtieġ li jinkludi wkoll il-kooperazzjoni transfruntiera marittima. Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji akbar fuq l-art kontinentali tal-Unjoni, filwaqt li l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li tkopri territorji madwar il-baċiri tal-baħar u tintegra l-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri marittimi matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà massima biex titkompla l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima preċedenti f'qafas ta' kooperazzjoni marittima akbar, b'mod partikolari billi jkunu definiti t-territorju kopert, l-objettivi speċifiċi għal tali kooperazzjoni, ir-rekwiżiti għal proġett ta' sħubija u t-twaqqif ta' sottoprogrammi u kumitati ta' tmexxija speċifiċi.
(6)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta' azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, b'rispett sħiħ tas-sussidjarjetà. Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji transnazzjonali akbar u, fejn xieraq, territorji madwar il-baċiri tal-baħar li ġeografikament jestendu lil hinn minn dawk tal-programmi transfruntiera.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta' kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet tal-programm u għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw mal-pajjiżi tal-viċinat u t-territorji tagħhom bl-aktar mod effettiv u sempliċi.
(7)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta' kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet u għall-benefiċjarji tal-programm, jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw ma' pajjiżi terzi, pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE), jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali bl-aktar mod effettiv u sempliċi li jqis il-karatteristiċi individwali tagħhom.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta' Interreg u n-nuqqas ta' tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiffoka b'mod aktar speċifiku fuq it-tisħiħ tal-effettività tal-politika ta' koeżjoni. Dan il-komponent għalhekk jenħtieġ li jkun limitat għal żewġ programmi, wieħed li jippermetti kull tip ta' esperjenza, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità għal programmi fil-qafas taż-żewġ miri u għall-promozzjoni ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali ("REKT") stabbiliti jew li għad iridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ieħor li jtejjeb l-analiżi tax-xejriet ta' żvilupp. Il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġett fl-Unjoni kollha jenħtieġ li tiġi integrata fil-komponent il-ġdid dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni u marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli"25, b'mod partikolari biex jiġu appoġġati l-pjattaformi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi dwar oqsma bħall-enerġija, l-immodernizzar tal-industrija jew il-qasam agroalimentari. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp territorjali integrat li jiffoka fuq żoni urbani funzjonali jew żoni urbani jenħtieġ li jkun ikkonċentrat fil-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u fi strument wieħed li jakkumpanja, l-"Inizjattiva Urbana Ewropea". Iż-żewġ programmi fil-qafas tal-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi.
(8)  Fuq il-bażi tal-esperjenza pożittiva bil-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta' Interreg minn naħa waħda u n-nuqqas ta' tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 min-naħa l-oħra, il-kooperazzjoni interreġjonali, permezz ta' skambju ta' esperjenzi, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet għall-programmi fil-qafas taż-żewġ għanijiet (il-kooperazzjoni territorjali Ewropea u l-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi) fost il-bliet u r-reġjuni, hija komponent importanti li għandha l-għan li ssib soluzzjonijiet komuni fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni u li tibni sħubiji dejjiema. Jenħtieġ li għaldaqstant jitkomplew il-programmi eżistenti u, b'mod partikolari, il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġetti, inkluża l-promozzjoni ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali ("REKT"), kif ukoll l-istrateġiji makroreġjonali.
__________________
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar Raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).
25 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli" - COM(2017)0376 final, 18.7.2017.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   L-inizjattiva l-ġdida dwar l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, u tintuża biex tappoġġa pjattaformi tematiċi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti f'oqsma bħall-enerġija, il-modernizzazzjoni industrijali, l-ekonomija ċirkolari, l-innovazzjoni soċjali, l-ambjent jew is-settur agroalimentari, u biex tgħin lil dawk involuti fi strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti biex jingħaqdu flimkien, sabiex tiżdied l-innovazzjoni u jinġiebu prodotti, proċessi u ekosistemi innovattivi fis-suq Ewropew. L-evidenza tissuġġerixxi li għad hemm falliment sistemiku persistenti fl-istadju tal-ittestjar u l-validazzjoni tad-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji ġodda (pereżempju, Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti), speċjalment meta l-innovazzjoni tkun riżultat tal-integrazzjoni tal-ispeċjalizzazzjonijiet reġjonali komplementari li joħolqu ktajjen ta' valur innovattivi. Dak il-falliment huwa partikolarment kritiku fil-fażi bejn il-pilotaġġ u l-adozzjoni sħiħa fis-suq. F'xi oqsma teknoloġiċi u industrijali strateġiċi, l-SMEs attwalment ma jistgħux iserrħu fuq infrastruttura ta' dimostrazzjoni pan-Ewropea eċċellenti, miftuħa u konnessa. Il-programmi taħt l-inizjattiva ta' kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni Ewropea kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni tal-PTEE, pajjiżi terzi, ir-reġjuni tagħhom, u organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, inklużi r-reġjuni ġirien l-aktar imbiegħda. Is-sinerġiji bejn l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali u programmi rilevanti oħra tal-UE bħal dawk taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020, is-Suq Diġitali Ewropa u l-programm tas-suq uniku jenħtieġ li jiġu mħeġġa, peress li dawn se jamplifikaw l-impatt tal-investimenti u jipprovdu valur aħjar għaċ-ċittadini.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.
(9)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi komuni għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.
__________________
__________________
26 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.
26 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta' benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, l-IPA27, l-NDICI28 u l-OCTP29, jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-IPA III CBC u lNDICI CBC, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkumplementat b'tal-anqas ammonti ekwivalenti skont l-IPA III CBC u l-NDICI CBC, suġġett għal ammont massimu stabbilit fl-att legali rispettiv, jiġifieri, sa 3 % tal-pakkett finanzjarju skont l-IPA III u sa 4 % tal-pakkett finanzjarju tal-programm ġeografiku tal-Viċinat skont lArtikolu 4(2)(a) tal-NDICI.
(10)  Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta' benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, l-IPA27, l-NDICI28 u l-OCTP29, jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-IPA III CBC u l-NDICI CBC, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkomplementat b'tal-anqas ammonti ekwivalenti skont l-IPA III CBC u l-NDICI CBC, suġġett għal ammont massimu stabbilit fl-att legali rispettiv.
__________________
__________________
27 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).
27 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).
28 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).
28 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).
29 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX dwar l-assoċjazzjoni ta' Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. y).
29 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX dwar l-assoċjazzjoni ta' Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. y).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)   Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil reġjuni li jsiru fruntieri esterni ġodda tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata kontinwità adegwata tal-programmi ta' kooperazzjoni li għaddejjin bħalissa.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.
(11)  L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni kif ukoll l-iżvilupp reġjonali u lokali. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  L-iżvilupp ta' sinerġiji mal-azzjoni esterna u l-programmi ta' żvilupp tal-Unjoni jenħtieġ ukoll li jgħinu biex jiġi żgurat impatt massimu filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp previst fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-kisba tal-koerenza fil-politiki kollha tal-Unjoni hija kruċjali għall-kisba tal-SDGs.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet li skonthom dawk ir-reġjuni jista' jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni mal-viċinat tagħhom, filwaqt li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE"31.
(14)  Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw it-titjib tal-kundizzjonijiet li skonthom dawk ir-reġjuni jista' jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni tagħhom ma' pajjiżi terzi u PTEE, filwaqt li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE"31.
_________________
_________________
31 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE", - COM(2017)0623, 24.10.2017.
31 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE", - COM(2017)0623, 24.10.2017.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-possibbiltà li l-PTEE jipparteċipaw fil-programmi Interreg. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-isfidi tal-PTEE sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u l-parteċipazzjoni effettivi tagħhom.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-komponenti differenti ta' Interreg, inkluż is-sehem ta' kull Stat Membru tal-ammonti globali għall-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali, il-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawn il-komponenti. Meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, is-sehem għall-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jitnaqqas, filwaqt li s-sehem għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jiżdied minħabba l-integrazzjoni tal-kooperazzjoni marittima, u jenħtieġ li jinħoloq komponent ġdid tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi.
(15)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-komponenti differenti ta' Interreg, inkluż is-sehem ta' kull Stat Membru tal-ammonti globali għall-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali, il-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawn il-komponenti. Minħabba l-globalizzazzjoni, il-kooperazzjoni mmirata biex tagħti spinta lill-investimenti f'aktar impjiegi u tkabbir u investimenti konġunti ma' reġjuni oħra jenħtieġ li madankollu tiġi determinata wkoll mill-karatteristiċi u l-ambizzjonijiet komuni tar-reġjuni u mhux neċessarjament mill-fruntieri, u għalhekk jenħtieġ li jkunu disponibbli fondi addizzjonali suffiċjenti għall-inizjattiva l-ġdida dwar investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni biex iwieġbu għall-kundizzjoni tas-suq globali.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Fil-kuntest ta' ċirkostanzi uniċi u speċifiċi fil-gżira tal-Irlanda, u fid-dawl li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, programm transfruntier ġdid "PEACE-PLUS" jenħtieġ li jkompli u jibni fuq il-ħidma ta' programmi preċedenti bejn il-pajjiżi tal-fruntieri tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza prattika tiegħu, hu meħtieġ li jiġi żgurat li, fejn il-programm jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà soċjali, ekonomika u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-programm huwa jenħtieġ li jiġi ġestiti b'mod integrat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fil-programm bħala dħul assenjat estern. Barra minn hekk, ċerti regoli dwar l-għażla ta' operazzjonijiet f'dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplikaw għal dan il-programm b'rabta mal-operazzjonijiet favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni.
(18)  Fil-kuntest ta' ċirkostanzi uniċi u speċifiċi fil-gżira tal-Irlanda, u fid-dawl li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, programm transfruntier ġdid "PEACE-PLUS" għandu jitkompla u jibni fuq il-ħidma ta' programmi preċedenti bejn il-pajjiżi tal-fruntieri tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza prattika tiegħu, hu meħtieġ li jiġi żgurat li, fejn il-programm jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni soċjali, ekonomiċi u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-programm huwa jenħtieġ li jiġi ġestiti b'mod integrat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fil-programm bħala dħul assenjat estern. Barra minn hekk, ċerti regoli dwar l-għażla ta' operazzjonijiet f'dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplikaw għal dan il-programm b'rabta mal-operazzjonijiet favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Il-parti l-kbira tal-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta' objettivi ta' politika sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta' Interreg.
(20)  Il-parti l-kbira tal-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta' objettivi ta' politika sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta' Interreg. Jenħtieġ li jissaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet bejn il-komponenti tal-INTERREG.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emenda tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) [CPR ġdid].
(21)  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emenda tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi jenħtieġ li jinżammu sempliċi u ċari biex tkun evitata regolamentazzjoni żejda u piżijiet amministrattivi addizzjonali għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji għal operazzjonijiet li jridu jitqiesu bħala awtentikament konġunti u kooperattivi, dwar sħubija fil-qafas tal-operazzjoni ta' Interreg u dwar l-obbligi tas-sieħeb ewlieni kif stabbiliti matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 jenħtieġ li jitkomplew. Madankollu, is-sħab ta' Interreg jenħtieġ li jikkooperaw fl-erba' dimensjonijiet kollha (l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra ta' persunal u l-finanzjament) u, fil-qafas tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, fi tlieta minn erbgħa minnhom, billi jenħtieġ li jsir aktar faċli li jkun ikkombinat appoġġ mill-FEŻR u minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fuq il-livell tal-programmi u tal-operazzjonijiet.
(22)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji għal operazzjonijiet li jridu jitqiesu bħala awtentikament konġunti u kooperattivi, dwar sħubija fil-qafas tal-operazzjoni ta' Interreg u dwar l-obbligi tas-sieħeb ewlieni kif stabbiliti matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 jenħtieġ li jitkomplew. Is-sħab ta' Interreg jenħtieġ li jikkooperaw fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni kif ukoll fil-ħatra ta' persunal jew fil-finanzjament, jew it-tnejn li huma, u, fil-qafas tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, fi tlieta minn erbgħa minnhom, billi jenħtieġ li jsir aktar faċli li jkun ikkombinat appoġġ mill-FEŻR u minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fuq il-livell tal-programmi u tal-operazzjonijiet.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)  Strument importanti u ta' suċċess fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera huma l-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira, sabiex jiġu eliminati l-ostakli relatati mal-fruntieri u dawk transfruntiera, jitrawmu l-kuntatti bejn il-persuni lokali u b'hekk ir-reġjuni tal-fruntiera u ċ-ċittadini tagħhom jinġiebu aktar qrib xulxin. Il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira jitwettqu f'bosta oqsma, bħal fost l-oħrajn il-kultura, l-isport, it-turiżmu, l-edukazzjoni ġenerali u t-taħriġ vokazzjonali, l-ekonomija, ix-xjenza, il-ħarsien tal-ambjent u l-ekoloġija, il-kura tas-saħħa, it-trasport u proġetti infrastrutturali fuq skala żgħira, il-kooperazzjoni amministrattiva u r-relazzjonijiet pubbliċi. Kif stabbilit ukoll fl-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni magħrufa bħala "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera"32, il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira għandhom valur miżjud Ewropew għoli u jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-objettiv globali tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera.
__________________
32 Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera" tat-12 ta' Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar li ilhom implimentati mill-ħolqien ta' Interreg, iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi. Kif stabbilit ukoll fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera", dawn il-fondi għal proġetti żgħar għandhom rwol importanti fil-bini ta' fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, joffru valur miżjud kbir Ewropew u jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-objettiv ġenerali tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera billi jegħlbu l-ostakli tal-fruntieri u jintegraw iż-żoni tal-fruntieri u ċ-ċittadini tagħhom. Sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta' proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta' kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta' opzjonijiet simplifikati ta' kostijiet u ta' ammonti f'daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu.
(23)  Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira ilhom mill-ħolqien ta' Interreg jiġu appoġġati permezz ta' fondi ta' proġetti żgħar jew strumenti simili, iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar. Sabiex jiġu ppreservati l-valur miżjud u l-benefiċċji tal-proġetti bejn il-persuni u tal-proġetti fuq skala żgħira, anke fir-rigward tal-iżvilupp lokali u reġjonali, u biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta' proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta' kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta' opzjonijiet simplifikati ta' kostijiet u ta' ammonti f'daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu.
32 Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera" tat-12 ta' Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Minħabba l-involviment ta' iżjed minn Stat Membru wieħed, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f'assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għal spejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, il-programmi Interreg b'appoġġ limitat mill-Unjoni jew minn programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirċievu ċertu ammont minimu għall-assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta' assistenza teknika effettivi.
(24)  Minħabba l-involviment ta' iżjed minn Stat Membru wieħed, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, inkluż għal punti ta' kuntatt reġjonali (jew "antenni"), li huma punti ta' kuntatt importanti għal dawk li jipproponu u jimplimentaw proġetti, u għaldaqstant jiffunzjonaw bħala linja diretta lejn is-segretarjati konġunti jew l-awtoritajiet rilevanti, iżda b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f'assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għal spejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, il-programmi Interreg b'appoġġ limitat mill-Unjoni jew minn programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirċievu ċertu ammont minimu għall-assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta' assistenza teknika effettivi.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Bħala parti mit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni jaħdmu flimkien mill-qrib, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-arranġamenti proporzjonati u msaħħa għas-sistema ta' ġestjoni u kontroll ta' programm Interreg li huma msemmija fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) .../... [CPR ġdid].
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jassenjaw il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni lil REKT jew li jagħmlu raggruppament bħal dan, bħal entitajiet legali transfruntieri oħra, responsabbli għall-ġestjoni ta' sottoprogramm, investiment territorjali integrat jew fond wieħed jew aktar għal proġetti żgħar, jew li jaġixxu bħala sieħeb uniku.
(27)  L-Istati Membri, fejn xieraq, jenħtieġ li jiddelegaw il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni lil REKT ġdid jew, fejn applikabbli, li jeżisti jew li jagħmlu raggruppament bħal dan, bħal entitajiet legali transfruntieri oħra, responsabbli għall-ġestjoni ta' sottoprogramm, investiment territorjali integrat, jew li jaġixxu bħala sieħeb uniku. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lil korpi pubbliċi oħra minn Stati Membri differenti jistabbilixxu tali raggruppamenti ta' kooperazzjoni ma' personalità ġuridika u jenħtieġ li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-funzjonament tagħhom.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Sabiex titkompla l-katina tal-pagament stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jiġifieri mill-Kummissjoni għas-sieħeb prinċipali permezz tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, dik il-katina tal-pagament jenħtieġ li titkompla fil-qafas tal-funzjoni ta' kontabbiltà. L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jitħallas lis-sieħeb prinċipali, sakemm dan ikun jirriżulta f'tariffi doppji għall-konverżjoni f'euro u f'muniti oħra jew vice versa bejn is-sieħeb ewlieni u sħab oħra.
(28)  Sabiex titkompla l-katina tal-pagament stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jiġifieri mill-Kummissjoni għas-sieħeb prinċipali permezz tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, dik il-katina tal-pagament jenħtieġ li titkompla fil-qafas tal-funzjoni ta' kontabbiltà. L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jitħallas lis-sieħeb prinċipali, sakemm dan ikun jirriżulta f'tariffi doppji għall-konverżjoni f'euro u f'muniti oħra jew vice versa bejn is-sieħeb ewlieni u sħab oħra. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, is-sieħeb ewlieni jenħtieġ li jiżgura li s-sħab l-oħrajn jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni mill-fond rispettiv tal-Unjoni bis-sħiħ u fil-limitu ta' żmien maqbul mis-sħab kollha u skont l-istess proċedura applikata fir-rigward tas-sieħeb ewlieni.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Skont l-Artikolu [63(9)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) fir-rigward, b'mod partikolari tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu simplifikat u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed.
(29)  Skont l-Artikolu [63(9)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) fir-rigward, b'mod partikolari tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu simplifikati u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta' irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta' ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, fis-sens li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta' ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fuq il-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, jenħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli, f'każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta' ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll. B'mod partikolari, l-awtorità ta' ġestjoni ma jenħtieġx li titħalla tobbliga lis-sieħeb ewlieni biex iniedi proċedura ġudizzjarja f'pajjiż differenti.
(30)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta' irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta' ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, fis-sens li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta' ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fuq il-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, jeħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli, f'każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta' ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-proċeduri relatati mal-irkupri jiġu stabbiliti u miftiehma mill-kumitat ta' monitoraġġ. Minkejja dan, l-awtorità ta' ġestjoni ma jenħtieġx li titħalla tobbliga lis-sieħeb ewlieni biex iniedi proċedura ġudizzjarja f'pajjiż differenti.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 30a (ġdida)
(30a)   Huwa xieraq li tiġi mħeġġa d-dixxiplina finanzjarja. Fl-istess ħin, arranġamenti għad-diżimpenn tal-impenji baġitarji jenħtieġ li jqisu l-kumplessità tal-programmi Interreg u l-implimentazzjoni tagħhom.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  Għalkemm il-programmi Interreg bil-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jenħtieġ li jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi tista' tiġi implimentata b'ġestjoni indiretta. Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli speċifiċi dwar kif jiġu implimentati dawn il-programmi fl-intier tagħhom jew parzjalment b'ġestjoni indiretta.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 35
(35)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna, fejn applikabbli, jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.
(35)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, fejn applikabbli, il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna, jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 36a (ġdida)
(36a)  Il-promozzjoni tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea hija prijorità ewlenija tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni. L-appoġġ tal-SMEs għall-ispejjeż tal-proġetti ETC diġà huwa eżentat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/20141a (Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER)). Dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-għajnuna reġjonali għall-investimenti li jsiru minn intrapriżi ta' kull daqs huma wkoll inklużi fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-20202a u fit-taqsima dwar l-għajnuna reġjonali tal-GBER. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, l-għajnuna għall-proġetti ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea jenħtieġ li jkollha biss effetti limitati fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u b'hekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tiddikjara li tali għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern u li l-finanzjament ipprovdut bħala appoġġ għall-proġetti tal-ETC jista' jiġi eżentat.
_____________________
1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
2a Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.07.2013, p. 1).
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kontigwi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej ("PTEE") rispettivament.
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni tagħhom u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej ("PTEE"), jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali, rispettivament.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
(4)  "entità legali transfruntiera" tfisser entità legali stabbilita skont il-liġijiet ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg bil-kundizzjoni li din titwaqqaf minn awtoritajiet territorjali jew korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.
(4)  "entità legali transfruntiera" tfisser entità legali, inkluż Ewroreġjun, stabbilita skont il-liġijiet ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg bil-kundizzjoni li din titwaqqaf minn awtoritajiet territorjali jew korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
(4a)  "organizzazzjoni dwar l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni reġjonali" tfisser grupp ta' Stati Membri jew reġjuni fl-istess żona ġeografika li għandhom l-għan li jikkooperaw mill-qrib dwar kwistjonijiet ta' interess komuni.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja
(1)  il-kooperazzjoni transfruntiera bejn reġjuni kontigwi għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali integrat (il-komponent 1):
(1)  il-kooperazzjoni transfruntiera bejn reġjuni kontigwi għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali integrat u armonjuż (il-komponent 1):
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
(a)  il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); or
(a)  il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); or
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – parti introduttorja
(b)  il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(b)  il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
(2)  il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u fi Greenland, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta' integrazzjoni territorjali ("il-komponent 2"; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni transnazzjonali: "il-komponent 2A"; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni marittima: "il-komponent 2B");
(2)  il-kooperazzjoni transnazzjonali fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u f'PTEE, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta' integrazzjoni territorjali;
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3
(3)  il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali tagħhom fil-viċinat tagħhom ("il-komponent 3");
(3)  il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali u l-iżvilupp armonjuż tagħhom fil-viċinat tagħhom ("il-komponent 3");
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt ia (ġdid)
(ia)  l-implimentazzjoni ta' proġetti komuni għall-iżvilupp interreġjonali;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt ib (ġdid)
(ib)  l-iżvilupp ta' kapaċitajiet bejn is-sħab fl-Unjoni b'rabta ma':
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iia (ġdid)
(iia)  l-identifikazzjoni u t-tixrid ta' prattiki tajbin bil-għan li jiġu ttrasferiti l-aktar fi programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir;
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iib (ġdid)
(iib)  l-iskambju ta' esperjenzi dwar l-identifikazzjoni, it-trasferiment u t-tixrid tal-aħjar prattika dwar l-iżvilupp urban sostenibbli, inklużi konnessjonijiet bejn żoni urbani u rurali;
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iiia (ġdid)
(iiia)  it-twaqqif, il-funzjonament u l-użu tal-Mekkaniżmu Transkonfinali Ewropew kif imsemmi fir-Regolament (UE) .../... [il-Mekkaniżmu Transkonfinali Ewropew il-ġdid];
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5
(5)  l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali permezz tal-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda fi proġetti ta' innovazzjoni interreġjonali bil-potenzjal li jħeġġu l-iżvilupp tal-katini ta' valur Ewropej ("il-komponent 5").
imħassar
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri fuq l-art kollha interni u esterni ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab.
1.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri kollha fuq l-art jew fil-baħar interni u esterni ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe aġġustament sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità tal-oqsma tal-programmi ta' kooperazzjoni stabbiliti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  Ir-reġjuni fuq il-fruntieri marittimi li huma konnessi fuq il-baħar b'kollegament fiss għandhom ikunu appoġġati wkoll fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera.
imħassar
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista' tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra u Monaco.
3.  Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista' tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra, Monaco u San Marino.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.
4.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – titolu
5 Kopertura ġeografika għal kooperazzjoni transnazzjonali u kooperazzjoni marittima
Kopertura ġeografika għal kooperazzjoni transnazzjonali
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni li jkopru żoni funzjonali kontigwi, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, l-istrateġiji makroreġjonali jew strateġiji tal-baċiri tal-baħar.
1.  Għall-kooperazzjoni transnazzjonali, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni li jkopru żoni funzjonali kontigwi, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti potenzjali biex jiżguraw il-koerenza u l-kontinwità ta' din il-kooperazzjoni f'oqsma koerenti akbar abbażi tal-perjodu ta' tħejjija ta' programmazzjoni 2014-2020 u filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, l-istrateġiji makroreġjonali jew strateġiji tal-baċiri tal-baħar.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima tal-programmi Interreg tista' tkopri:
Il-kooperazzjoni transnazzjonali tal-programmi Interreg tista' tkopri:
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  Greenland;
(b)  PTEE jibbenefikaw mill-appoġġ ipprovdut mill-programm tal-PTEE;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  Ir-reġjuni, pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti.
3.  Ir-reġjuni, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, jew PTEE elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Il-programmi Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkopru pajjiżi sħab tal-viċinat appoġġati mill-NDICI jew PTEE appoġġati mill-OCTP, jew it-tnejn li huma.
2.  Il-programmi Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkopru pajjiżi sħab tal-viċinat appoġġati mill-NDICI, PTEE appoġġati mill-OCTP, organizzazzjonijiet ta' kooperazzjoni reġjonali, jew kombinazzjoni tat-tnejn jew it-tlieta li huma.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – titolu
Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali u l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni
Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Għal kwalunkwe programm Interreg tal-komponent 4 jew għal investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni skont il-komponent 5, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR.
1.  Għal kwalunkwe programm Interreg tal-komponent 4 it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Il-programmi Interreg tal-komponent 4 jistgħu jkopru kompletament jew parti mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, territorji jew PTEE oħra msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux appoġġati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.
2.  Il-programmi Interreg tal-komponent 4 jistgħu jkopru kompletament jew parti mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, territorji jew PTEE oħra msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux appoġġati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni. Il-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem f'dawk il-programmi, dment li jikkontribwixxu għall-finanzjament fil-forma ta' dħul allokat esternament.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri interni kollha u dawk il-fruntieri esterni koperti mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni kif ukoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta' allokazzjoni skont il-komponent 2B imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(3).
2.  L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri interni kollha u dawk il-fruntieri esterni koperti mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  Ir-reġjuni ta' pajjiżi terzi jew sħab jew territorji barra mill-Unjoni li ma jirċevux appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jissemmew ukoll fil-lista msemmija fil-paragrafu 1.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Ir-riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal EUR 8 430 000 000 tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021- 2027 u stabbiliti fl-Artikolu [102(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].
1.  Ir-riżorsi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal EUR 11 165 000 000 (prezzijiet tal-2018) mir-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 u stabbiliti fl-Artikolu [103(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 9 - paragrafu 2 - parti introduttorja
2.  Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej:
2.  EUR 10 195 910 000 (91,31 %) tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej:
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a
(a)  52,7 % (jiġifieri, total ta' EUR 4 440 000 000) għall-kooperazzjoni transkonfinali;
(a)  EUR 7 500 000 000 (67,16 %) għall-kooperazzjoni transkonfinali (il-komponent 1);
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b
(b)  31,4 % (jiġifieri, total ta' EUR 2 649 900 000) għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima (il-komponent 2);
(b)  EUR 1 973 000 000 (17,68 %) għall-kooperazzjoni transnazzjonali (il-komponent 2);
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c
(c)  3,2 % (jiġifieri, total ta' EUR 270 100 000) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);
(c)  EUR 357 309 120 (3,2 %) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d
(d)  1,2 % (jiġifieri, total ta' EUR 100 000 000) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-komponent 4);
(d)  EUR 365 000 000 (3,27 %) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-komponent 4);
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt e
(e)  11,5 % (jiġifieri, total ta' EUR 970 000 000) għall-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni (il-komponent 5);
imħassar
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 1 u dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 2B elenkati fl-att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2);
(a)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 1 elenkati fl-att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2);
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 għall-komponenti 2A u 3.
(b)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 għall-komponent 2.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 u 3 għall-komponent 3.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  EUR 970 000 000 (8,69 %) tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għall-inizjattiva l-ġdida dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15a (ġdid).
Jekk sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni ma tkunx wettqet ir-riżorsi kollha disponibbli msemmija fil-paragrafu 1 dwar il-proġetti magħżula skont dik l-inizjattiva, il-bilanċi mhux impenjati li jifdal għandhom jiġu allokati mill-ġdid fost il-komponenti 1 sa 4.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi Interreg transfruntieri esterni sakemm ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-IPA III CBC u l-NDICI CBC skont id-dokument ta' programmazzjoni strateġika rilevanti. Dik l-ekwivalenza għandha tkun soġġetta għall-ammont massimu stabbilit fl-att leġiżlattiv tal-IPA III jew l-NDICI.
L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi Interreg transfruntieri esterni sakemm tal-inqas ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-IPA III CBC u l-NDICI CBC skont id-dokument ta' programmazzjoni strateġika rilevanti. Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun soġġetta għall-ammont massimu stabbilit fl-att leġiżlattiv tal-IPA III jew l-NDICI.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  il-programm Interreg ma jkunx jista' jiġi implimentat kif ippjanat minħabba problemi fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti.
(b)  f'każijiet debitament iġġustifikati, meta l-programm Interreg ma jkunx jista' jiġi implimentat kif ippjanat minħabba problemi fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Fir-rigward tal-programm Interreg tal-komponent 2 diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta' pajjiż sieħeb jew ta' Greenland għandha titwaqqaf, jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata.
Fir-rigward tal-programm Interreg tal-komponent 2 diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta' pajjiż sieħeb jew ta' PTEE għandha titwaqqaf, jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  li l-programm Interreg jitwaqqaf totalment, b'mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' Greenland;
(a)  li l-programm Interreg jitwaqqaf totalment, b'mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' PTEE;
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt c
(c)  li l-programm Interreg ikompli mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' Greenland.
(c)  li l-programm Interreg ikompli mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' PTEE.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 6
6.  Jekk pajjiż terz jew pajjiż sieħeb li jikkontribwixxi għal programm Interreg b'riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta' appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.
6.  Jekk pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE li jikkontribwixxi għal programm Interreg b'riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta' appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
Ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70 %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.
Ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 80 %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Minbarra l-objettivi speċifiċi għall-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi skont l-OP 4 kif ġej:
3.  Minbarra l-objettivi speċifiċi għall-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom ukoll jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi skont l-OP 4 kif ġej:
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a – parti introduttorja
(a)  fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u 2B:
(a)  fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u 2:
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a – punt ii
(ii)  it-tisħiħ ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f'reġjuni tal-fruntieri;
(ii)  it-tisħiħ ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini, inklużi l-proġetti bejn il-persuni, l-atturi tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f'reġjuni tal-fruntieri;
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 5
5.  Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta' Interreg estern "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà", b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti.
5.  Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 1, 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta' Interreg estern "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà", b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti, il-protezzjoni ekonomika u soċjali tagħhom u r-rifuġjati taħt protezzjoni internazzjonali.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Ħmistax fil-mija (15 %) addizzjonali tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, għandhom ikunu allokati lill-objettiv speċifiku għal Interreg "governanza aħjar ta' Interreg" jew għall-objettiv speċifiku għal Interreg estern "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà".
2.  Mill-FEŻR u, fejn applikabbli, mill-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, sa 15 % għandhom ikunu allokati lill-objettiv speċifiku għal Interreg "governanza aħjar ta' Interreg" u sa 10 % jistgħu jiġu allokati għall-objettiv speċifiku għal Interreg "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà".
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  Jekk programm Interreg tal-komponent 2A jappoġġa strateġija makroreġjonali, it-total tal-FEŻR u, fejn applikabbli, it-total tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandu jkun programmat fuq l-objettivi ta' dik l-istrateġija.
3.  Jekk programm Interreg tal-komponent 1 jew 2 jappoġġa strateġija makroreġjonali jew strateġija tal-baċiri tal-baħar, tal-inqas 80 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, parti mill-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandha tikkontribwixxi għall-objettivi ta' dik l-istrateġija.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 15 − paragrafu 4
4.  Jekk programm Interreg tal-komponent 2B jappoġġa strateġija makroreġjonali jew strateġija tal-baċiri tal-baħar, tal-anqas 70 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandhom ikunu allokati lill-objettivi ta' dik l-istrateġija.
imħassar
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 15a (ġdid)
Artikolu 15a
Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali
1.  Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 9(5a) (ġdid) għandhom jiġu allokati għal inizjattiva ġdida dwar investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni li hija allokata għal:
(a)  il-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda fi proġetti ta' innovazzjoni komuni li aktarx iħeġġu l-iżvilupp tal-katini ta' valur Ewropej;
(b)  it-tlaqqigħ flimkien ta' riċerkaturi, negozji, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fl-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u ta' innovazzjoni soċjali fil-livell nazzjonali jew reġjonali;
(c)  il-proġetti pilota mmirati lejn l-identifikazzjoni jew l-ittestjar ta' soluzzjonijiet ta' żvilupp ġodda fil-livell reġjonali u lokali li huma bbażati fuq strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; jew
(d)  il-qsim tal-esperjenzi ta' innovazzjoni bil-għan li jibbenefikaw mill-esperjenza miksuba fl-iżvilupp reġjonali jew lokali.
2.  Sabiex jinżamm il-prinċipju ta' koeżjoni territorjali Ewropea, b'sehem indaqs approssimattiv tar-riżorsi finanzjarji, dawk l-investimenti għandhom jiffukaw fuq il-ħolqien ta' rabtiet bejn ir-reġjuni inqas żviluppati ma' dawk fir-reġjuni ewlenin billi jżidu l-kapaċità ta' ekosistemi ta' innovazzjoni reġjonali f'reġjuni anqas żviluppati biex jintegraw u jmexxu l-valur eżistenti jew emerġenti tal-UE kif ukoll il-kapaċità li jipparteċipaw fi sħubiji ma' reġjuni oħra.
3.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk l-investimenti b'ġestjoni diretta jew indiretta. Għandha tkun appoġġata minn grupp ta' esperti fid-definizzjoni ta' programm ta' ħidma fit-tul u sejħiet relatati.
4.  Fir-rigward tal-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR. Il-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem f'dawk l-investimenti, dment li jikkontribwixxu għall-finanzjament fil-forma ta' dħul allokat esternament.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista' jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b'ġestjoni indiretta u tal-komponent 5 li għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta jew indiretta.
1.  Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista' jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b'ġestjoni indiretta wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membriu, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
2.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, PTEE jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
L-Istati Membri parteċipanti għandhom iħejju programm Interreg f'kooperazzjoni mas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].
L-Istati Membri parteċipanti għandhom iħejju programm Interreg f'kooperazzjoni mas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Fit-tħejjija tal-programmi Interreg, li jkopru strateġiji makroreġjonali jew tal-baċiri tal-baħar, l-Istati Membri u s-sħab tal-programm għandhom iqisu l-prijoritajiet tematiċi tal-istrateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar rilevanti u jikkonsultaw lill-atturi rilevanti. L-Istati Membri u s-sħab tal-programmi għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ex ante biex jiżguraw li l-atturi kollha fil-livell makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, l-awtoritajiet tal-programm ETC, ir-reġjuni u l-pajjiżi jinġiebu flimkien fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni biex jiddeċiedu flimkien dwar il-prijoritajiet għal kull programm. Dawk il-prijoritajiet għandhom ikunu allinjati mal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali jew tal-baċiri tal-baħar kull fejn ikun rilevanti.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg lill-Kummissjoni sa [data tad-dħul fis-seħħ plus disa' xhur;] f'isem l-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti.
L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg wieħed jew aktar lill-Kummissjoni sa [data tad-dħul fis-seħħ plus tnax-il xahar;] f'isem l-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonaliparteċipanti.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta' strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar.
Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta' strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3
3.  F'każijiet debitament ġustifikati u bi qbil mal-Kummissjoni, sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm u biex jinkisbu operazzjonijiet fuq skala akbar, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jittrasferixxi lejn il-programmi Interreg sa [x] % tal-ammont tal-FEŻR allokat lill-programm korrispondenti fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-istess reġjun. L-ammont trasferit għandu jikkostitwixxi prijorità separata jew prijoritajiet separati.
3.  Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm u biex jinkisbu operazzjonijiet fuq skala akbar, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jittrasferixxi lejn il-programmi Interreg sa 20 % tal-ammont tal-FEŻR allokat lill-programm korrispondenti fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-istess reġjun. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni minn qabel li beħsiebu jagħmel użu minn din il-possibbiltà ta' trasferiment u għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. L-ammont trasferit għandu jikkostitwixxi prijorità separata jew prijoritajiet separati.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – parti introduttorja
(b)  taqsira tal-isfidi konġunti ewlenin, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni:
(b)  taqsira tal-isfidi konġunti ewlenin, billi jittieħdu partikolarment inkunsiderazzjoni:
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – punt ii
(ii)  il-ħtiġijiet ta' investiment konġunt u l-komplementarjetà ma' forom oħrajn ta' appoġġ;
(ii)  il-ħtiġijiet ta' investiment konġunt u l-komplementarjetà ma' forom oħrajn ta' appoġġ u sinerġiji potenzjali li jridu jinkisbu;
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – sottopunt iii
(iii)  il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat;
(iii)  il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat u kif tqiesu fil-programm;
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt c
(c)  ġustifikazzjoni għall-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi għal Interreg magħżula, il-prijoritajiet korrispondenti, l-objettivi speċifiċi u l-forom ta' appoġġ, li jindirizzaw, fejn xieraq, il-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transfruntiera;
(c)  ġustifikazzjoni għall-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi għal Interreg magħżula, il-prijoritajiet korrispondenti, u, l-indirizzar, fejn xieraq, tal-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transfruntiera;
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt i
(i)  it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom lejn dawk l-objettivi speċifiċi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;
(i)  it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom lejn dawk l-objettivi speċifiċi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq, kif ukoll il-ġabra ta' kriterji u l-kriterji ta' għażla trasparenti korrispondenti għal din l-operazzjoni rispettivament;
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt iii
(iii)  il-gruppi mira ewlenin;
imħassar
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt v
(v)  l-użu ppjanat ta' strumenti finanzjarji;
imħassar
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt a – punt iii
(iii)  għal programmi Interreg tal-komponent 2 appoġġati mill-OCTP li jikkonċerna l-qsim għal kull strument ta' finanzjament ("FEŻR" u "OCTP Greenland");
(iii)  għal programmi Interreg tal-komponent 2 appoġġati mill-OCTP li jikkonċerna l-qsim għal kull strument ta' finanzjament ("FEŻR" u "OCTP");
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt b
(b)  fir-rigward tat-tabella msemmija fil-punt (g)(ii) ta' paragrafu 4, din għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2025 biss.
imħassar
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 7 – punt b
(b)  jispeċifika l-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt;
(b)  jispeċifika l-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt u, fejn applikabbli, ta' strutturi ta' appoġġ maniġerjali fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi;
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u, fil-każ ta' appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokument ta' strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) jew il-qafas ta' pprogrammar strateġiku rilevanti skont l-att bażiku rispettiv ta' wieħed jew aktar minn dawn l-istrumenti.
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bi trasparenza sħiħa kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u, fil-każ ta' appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokument ta' strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament jew il-qafas ta' pprogrammar strateġiku rilevanti skont l-att bażiku rispettiv ta' wieħed jew aktar minn dawn l-istrumenti.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.
3.  L-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab, il-PTEE jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni li japprova kull programm Interreg mhux aktar tard wara d-data ta' preżentazzjoni ta' dak il-programm mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni li japprova kull programm Interreg mhux aktar tard wara tliet xhur wara d-data ta' preżentazzjoni tal-verżjoni riveduta ta' dak il-programm mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jista' jippreżenta talba motivata għal emenda ta' programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta' dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.
1.  Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE).../... [CPR ġdid], l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jista' jippreżenta talba motivata għal emenda ta' programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta' dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-emenda mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u tista' tagħmel kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm li jemenda.
2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-emenda mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u tista' tagħmel kummenti fi żmien xahar mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm li jemenda.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.
3.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab, il-PTEE jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda ta' programm Interreg sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.
4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda ta' programm Interreg sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
L-Istat Membru jista' jittrasferixxi matul il-perjodu ta' programmazzjoni ammont sa 5 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 3 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg.
Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE).../... [CPR ġdid], l-Istat Membru jista' jittrasferixxi matul il-perjodu ta' programmazzjoni ammont sa 10 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 5 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Dak il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jistabbilixxi wieħed jew, b'mod partikolari fil-każ ta' sottoprogrammi, aktar kumitati ta' tmexxija li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għall-għażla tal-operazzjonijiet.
Dak il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jistabbilixxi wieħed jew, b'mod partikolari fil-każ ta' sottoprogrammi, aktar kumitati ta' tmexxija li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għall-għażla tal-operazzjonijiet. Il-Kumitati ta' Tmexxija għandhom japplikaw il-prinċipju tas-sħubija kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE).../... [CPR ġdid] u għandhom jinvolvu sħab mill-Istati Membri parteċipanti kollha.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 3
3.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni u tikkunsidra l-kummenti tagħha qabel l-ewwel preżentazzjoni tal-kriterji tal-għażla lill-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija. L-istess għandu japplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji.
3.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tinnotifika lill-Kummissjoni qabel l-ewwel preżentazzjoni tal-kriterji tal-għażla lill-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija. L-istess għandu japplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4.  Fl-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija għandu:
4.  Qabel ma l-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija jagħżel l-operazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha:
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
Dan id-dokument għandu wkoll jistipula l-obbligi tas-sieħeb ewlieni fir-rigward tal-irkupri skont l-Artikolu 50. Dawn l-obbligi għandhom ikunu definiti mill-kumitat ta' monitoraġġ. Madankollu, sieħeb ewlieni lokalizzat fi Stat Membru, pajjiż terz jew pajjiż imsieħeb jew f'PTEE differenti mis-sieħeb ma għandux ikun obbligat li jirkupra permezz ta' proċedura ġudizzjarja.
Dan id-dokument għandu wkoll jistipula l-obbligi tas-sieħeb ewlieni fir-rigward tal-irkupri skont l-Artikolu 50. Proċeduri relatati mal-irkupri għandhom ikunu definiti u miftiehma mill-kumitat ta' monitoraġġ. Madankollu, sieħeb ewlieni lokalizzat fi Stat Membru, pajjiż terz jew pajjiż sieħeb jew f'PTEE differenti mis-sieħeb ma għandux ikun obbligat li jirkupra permezz ta' proċedura ġudizzjarja.
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-operazzjonijiet magħżula taħt il-komponenti 1, 2 u 3 għandhom jinvolvu atturi tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti, fejn mill-anqas wieħed minnhom għandu jkun benefiċjarju minn Stat Membru.
L-operazzjonijiet magħżula taħt il-komponenti 1, 2 u 3 għandhom jinvolvu atturi tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew PTEE, fejn mill-anqas wieħed minnhom għandu jkun benefiċjarju minn Stat Membru.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2
2.  Operazzjoni Interreg tista' tiġi implimentata f'pajjiż wieħed, dment li l-impatt u l-benefiċċji għaż-żona tal-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni.
2.  Operazzjoni Interreg tista' tiġi implimentata f'pajjiż wieħed jew PTEE, dment li l-impatt u l-benefiċċji għaż-żona tal-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Is-sħab għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra ta' persunal u l-finanzjament ta' operazzjonijiet Interreg.
Is-sħab għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni kif ukoll fil-ħatra ta' persunal u/jew fil-finanzjament ta' operazzjonijiet Interreg. Għandu jsir sforz biex jiġi limitat l-għadd ta' sħab għal kull operazzjoni Interreg sa mhux aktar minn għaxra.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tlieta mill-erba' dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.
Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tnejn mill-erba' dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Entità legali transfruntiera jew REKT jista' jkun l-uniku sieħeb ta' operazzjoni Interreg taħt il-programmi Intereg komponenti 1, 2 u 3, dment li l-membri tiegħu jinvolvu sħab tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti.
Entità legali transfruntiera jew REKT jista' jkun l-uniku sieħeb ta' operazzjoni Interreg taħt il-programmi Intereg komponenti 1, 2 u 3, dment li l-membri tiegħu jinvolvu sħab tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew PTEE.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 7 – subparagrafu 2
Madankollu, l-uniku sieħeb jista' jkun reġistrat fi Stat Membru mhux parteċipanti fil-programm, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 jiġu ssodisfatti.
imħassar
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, għal fond ta' proġett żgħir fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż EUR 20 000 000 jew 15 % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg, tkun liema tkun l-anqas minnhom.
Il-kontribuzzjoni totali mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, għal fondi ta' proġett żgħir wieħed jew aktar fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż 20 % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg u, fil-każ ta' programm Interreg għal kooperazzjoni transfruntiera, għandha tkun għall-inqas 3 % tal-allokazzjoni totali.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2
2.  Il-benefiċjarju ta' fond ta' proġett żgħir għandu jkun entità legali jew REKT transfruntier.
2.  Il-benefiċjarju ta' fond ta' proġett żgħir għandu jkun korp tal-liġi pubblika jew privata, entità b'personalità ġuridika jew mingħajrha jew persuna fiżika, li hija responsabbli biex tibda l-operazzjonijiet jew kemm biex tibdihom kif ukoll biex timplimentahom.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 5
5.  Spejjeż tal-persunal u indiretti ġġenerati fil-livell tal-benefiċjarju għall-ġestjoni ta' fond għal proġett żgħir ma għandhomx jaqbżu 20 % tal-ispiza totali eliġibbli tal-fond għal proġett żgħir rispettiv.
5.  Spejjeż tal-persunal u spejjeż oħra diretti li jikkorrispondu mal-kategoriji tal-ispejjeż fl-Artikoli 39 sa 42, kif ukoll spejjeż indiretti ġġenerati fil-livell tal-benefiċjarju għall-ġestjoni ta' fond jew fondi għal proġett żgħir, ma għandhomx jaqbżu 20 % tal-ispiża totali eliġibbli tal-fond jew fondi għal proġett żgħir rispettiv.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Jekk il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir li ma taqbiżx EUR 100 000, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jieħu l-forma ta' kost unitarju jew somom f'daqqa jew jinkludi rati fissi, minbarra proġetti li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.
Jekk il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir li ma taqbiżx EUR 100 000, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jieħu l-forma ta' kost unitarju jew somom f'daqqa jew jinkludi rati fissi.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)
Meta l-ispejjeż totali ta' kull operazzjoni ma jaqbżux il-EUR 100 000, l-ammont ta' appoġġ għal proġett żgħir wieħed jew aktar jista' jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' abbozz ta' baġit li huwa stabbilit fuq bażi ta' każ b'każ u miftiehem ex ante mill-korp li jagħżel l-operazzjoni.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2
2.  Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti stipulati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, is-sieħeb prinċipali għandu jiżgura li s-sħab l-oħra jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni minn fond rispettiv tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli u b'mod sħiħ. L-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u ma għandha tinġabar l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b'effett ekwivalenti li se tkun qed tnaqqas dak l-ammont għas-sħab l-oħra.
2.  Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti stipulati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, is-sieħeb prinċipali għandu jiżgura li s-sħab l-oħra jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni minn fond rispettiv tal-Unjoni b'mod sħiħ u fiż-żmien miftiehem mis-sħab kollha u wara l-istess proċedura applikata fir-rigward tas-sieħeb ewlieni. L-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u ma għandha tinġabar l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b'effett ekwivalenti li se tkun qed tnaqqas dak l-ammont għas-sħab l-oħra.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Kwalunkwe benefiċjarju fi Stat Membru, f'pajjiż terz, f'pajjiż sieħeb jew f'PTEE parteċipanti fi programm Interreg jista' jinħatar bħala sieħeb ewlieni.
Kwalunkwe benefiċjarju fi Stat Membru parteċipanti fi programm Interreg jista' jinħatar bħala sieħeb ewlieni.
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Madankollu, Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jaqblu li sieħeb li mhux qed jirċievi appoġġ mill-FEŻR jew strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni jista' jintgħażel ukoll bħala s-sieħeb ewlieni.
imħassar
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1
1.  Assistenza teknika għal kull programm Interreg għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa bl-applikazzjoni tal-perċentwali stabbilit fil-paragrafu 2 għal nefqa eliġibbli inkluża f'kull applikazzjoni għal pagament skont il-[punti (a) jew (c) tal-Artikolu 85(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] kif xieraq.
1.  Assistenza teknika għal kull programm Interreg għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa billi jiġu applikati l-perċentwali stabbiliti fil-paragrafu 2 għall-2021 u l-2022 għall-pagamenti fis-sena tal-prefinanzjament skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 49(2) ta' dan ir-Regolament u mbagħad għal nefqa eliġibbli inkluża f'kull applikazzjoni għal pagament skont il-[punti (a) jew (c) tal-Artikolu 85(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] kif xieraq għas-snin sussegwenti.
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a
(a)  għal programmi Interreg ta' kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 6%;
(a)  għal programmi Interreg ta' kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 7%;
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c
(c)  għall-programmi Interreg tal-komponenti 2, 3 u 4, kemm għall-FEŻR u, fejn applikabbli, għal strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni: 7%.
(c)  għall-programmi Interreg tal-komponenti 2, 3 u 4, kemm għall-FEŻR u, fejn applikabbli, għal strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni: 8 %.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti f'dan il-programm għandhom jistabbilixxu, bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv (aktar 'il quddiem il-"kumitat ta' monitoraġġ") fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istati Membri tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm Interreg,
1.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, il-PTEE jew l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti f'dan il-programm għandhom jistabbilixxu, bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv (aktar 'il quddiem il-"kumitat ta' monitoraġġ") fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istati Membri tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm Interreg,
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2
2.  Il-kumitat tal-monitoraġġ għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jew tal-awtorità ta' ġestjoni.
imħassar
Fejn ir-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ jistabbilixxu presidenza b'rotazzjoni, il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jkun ippresedut minn rappreżentant ta' pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, u kopresedut minn rappreżentant tal-Istat Membru jew tal-awtorità ta' ġestjoni, u viċi versa.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 6
6.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika r-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ u d-data u l-informazzjoni kollha kondiviżi mal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).
6.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika r-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ, is-sinteżi tad-data u l-informazzjoni kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha kondiviżi mal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ ta' programm Interreg għandha tkun miftiehma mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, mill-pajjiżi sħab u mill-PTEE parteċipanti f'dak il-programm u tiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet rilevanti, il-korpi intermedji u rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.
Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ ta' programm Interreg tista' tkun miftiehma mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, mill-pajjiżi sħab u mill-PTEE parteċipanti f'dak il-programm u għandha timmira lejn rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet rilevanti, il-korpi intermedji u rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ għandha tikkunsidra n-numru ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fil-programm Interreg ikkonċernat.
imħassar
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Il-Kumitat ta' monitoraġġ għandu jinkludi wkoll rappreżentanti ta' korpi mwaqqfa b'mod konġunt fuq iż-żona kollha tal-programm jew li tkopri parti minnha, inklużi r-REKT.
Il-Kumitat ta' monitoraġġ għandu jinkludi wkoll rappreżentanti ta' reġjuni u gvernijiet lokali kif ukoll korpi mwaqqfa b'mod konġunt fuq iż-żona kollha tal-programm jew li tkopri parti minnha, inklużi r-REKT.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2
2.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika lista tal-membri tal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).
2.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika lista ta' awtoritajiet jew korpi maħtura bħala membri tal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 3
3.  Rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
3.  Rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Rappreżentanti ta' korpi stabbiliti matul il-qasam tal-programm jew li jkopru parti minnu, inklużi r-REKT, jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt g
(g)  il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti.
(g)  il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti u jipproponi kwalunkwe miżura ta' appoġġ jekk meħtieġ.
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt a
(a)  il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kwalunkwe bidla fihom, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(2), mingħajr preġudizzju għall-[punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];
(a)  il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kwalunkwe bidla fihom, wara li jinnotifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(2), mingħajr preġudizzju għall-[punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 30 - paragrafu 2 - parti introduttorja
2.  B'talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta' ġestjoni għandha, fi żmien xahar, tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 29(1):
2.  B'talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta' ġestjoni għandha, fi żmien tliet xhur, tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 29(1):
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data kumulattiva tal-programm Interreg rispettiv sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Marzu, il-31 ta' Mejju, il-31 ta' Lulju, it-30 ta' Settembru u t-30 ta' Novembru ta' kull sena f'konformità mal-mudell fl-Anness [VII] għar-Regolament (UE) [CPR ġdid].
Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data tal-programm Interreg rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Mejju u t-30 ta' Settembru ta' kull sena kif ukoll data skont il-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament darba f'sena f'konformità mal-mudell fl-Anness [VII] għar-Regolament (UE) [CPR ġdid].
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
It-trażmissjoni tad-data għandha ssir permezz tas-sistemi ta' rapportar tad-data eżistenti dment li dawk is-sistemi jkunu taw prova tal-affidabbiltà tagħhom matul il-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti.
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għal operazzjonijiet Interreg magħżula u l-valuri mwettqa minn operazzjonijiet Interreg.
(b)  il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għal operazzjonijiet Interreg magħżula u l-valuri mwettqa minn operazzjonijiet Interreg finalizzati.
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1
1.  L-indikaturi tal-output komuni u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], u, fejn neċessarju, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom ikunu użati f'konformità mal-Artikolu [12(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], u l-punt (d)(ii) tal-Artikolu 17(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament.
1.  L-indikaturi tal-output komuni u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], li jirriżulta li jkunu l-aktar adatti biex ikejlu l-progress lejn l-għanijiet tal-programm tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), għandhom ikunu użati f'konformità mal-Artikolu [12(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], u l-punt (e)(ii) tal-Artikolu 17(4) u l-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament.
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Meta neċessarju u f'każijiet debitament ġustifikati mill-awtorità ta' ġestjoni, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom jintużaw flimkien mal-indikaturi li ntgħażlu f'konformità mal-paragrafu 1.
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta' kull programm Interreg. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta' kull programm Interreg, mhux aktar minn darba fis-sena. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 34 − paragrafu 4
4.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura l-proċeduri neċessarji biex tipproduċi u tiġbor id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.
4.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha l-għan li tiżgura l-proċeduri neċessarji biex tipproduċi u tiġbor id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 3
3.  L-Artikolu [44 minn (2) sa (7)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] dwar ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta' ġestjoni għandu japplika.
3.  L-Artikolu [44 minn (2) sa (6)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] dwar ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta' ġestjoni għandu japplika.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  juri pubblikament billboards jew plakek pubbliċi hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, li l-ispiża totali tiegħu jeċċedi EUR 100 000;
(c)  juri pubblikament billboards jew plakek pubbliċi hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, li l-ispiża totali tiegħu jeċċedi l-EUR 50 000;
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  għall-operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas wiri stampat jew f'forma elettronika ta' daqs minimu ta' A3 b'informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg;
(d)  għall-operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas wiri stampat u, fejn applikabbli, f'forma elettronika ta' daqs minimu ta' A2 b'informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg;
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt e
(e)  għal operazzjonijiet ta' importanza strateġika u operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR 10 000 000 li jorganizzaw avveniment ta' komunikazzjoni u li jinvolvi l-Kummissjoni u l-awtorità ta' ġestjoni responsabbli b'mod f'waqtu.
(e)  għal operazzjonijiet ta' importanza strateġika u operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR 5 000 000 li jorganizzaw avveniment ta' komunikazzjoni u li jinvolvi l-Kummissjoni u l-awtorità ta' ġestjoni responsabbli f'ħin xieraq.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 6
6.  Meta l-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jew il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu japplika korrezzjoni finanzjarja billi jikkanċella sa 5 % tal-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni kkonċernata.
6.  Meta l-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jew il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, jew ma jirrimedjax l-ommissjoni tiegħu f'ħin xieraq, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tapplika korrezzjoni finanzjarja billi tikkanċella sa 5 % tal-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni kkonċernata.
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 3 – punt c
(c)  bħala rata fissa f'konformità mal-Artikolu [50(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].
(c)  L-ispejjeż diretti marbuta mal-persunal ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 20 % tal-ispejjeż diretti minbarra l-ispejjeż marbuta mal-persunal ta' dik l-operazzjoni, mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 5 – punt a
(a)  tiġi diviża l-ispiża gross tal-impjieg ta' kull xahar bil-ħin tax-xogħol ta' kull xahar stabbilit fid-dokument ta' impjieg u espress f'sigħat; or
(a)  jinqasmu l-ispejjeż gross tal-impjieg ta' kull xahar li ġew iddokumentati l-aħħar bil-ħin tax-xogħol ta' kull xahar tal-persuna kkonċernata skont il-liġi applikabbli kif imsemmi fil-kuntratt ta' impjieg u l-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) .../...[CPR ġdid]; or
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 6
6.  L-ispejjeż marbuta mal-persunal relatati ma' individwi li, skont id-dokument ta' impjieg, jaħdmu fuq bażi ta' kull siegħa, ikunu eliġibbli billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni mar-rata fis-siegħa miftiehma fid-dokument ta' impjieg, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol.
6.  L-ispejjeż marbuta mal-persunal relatati ma' individwi li, skont id-dokument ta' impjieg, jaħdmu fuq bażi ta' kull siegħa, ikunu eliġibbli billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni mar-rata fis-siegħa miftiehma fid-dokument ta' impjieg, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol. Jekk ma jkunux għadhom ġew inklużi fir-rata fis-siegħa miftiehma, l-ispejjeż tas-salarji kif imsemmija fl-ambitu tal-punt (b) tal-Artikolu 38(2) jistgħu jiġu miżjuda ma' dik ir-rata fis-siegħa, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-ispejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi għandhom ikunu limitati għall-elementi li ġejjin:
L-ispejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi għandhom ikunu limitati għal 15 % tal-ispejjeż diretti totali ta' operazzjoni u għall-elementi li ġejjin:
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 40 − paragrafu 4
4.  Il-pagament dirett ta' nefqa għal spejjeż skont dan l-Artikolu min-naħa ta' impjegat tal-benefiċjarju għandu jkun appoġġat bi prova ta' rimborż mill-benefiċjarju lil dak l-impjegat.
4.  Il-pagament dirett ta' nefqa għal spejjeż skont dan l-Artikolu min-naħa ta' impjegat tal-benefiċjarju għandu jkun appoġġat bi prova ta' rimborż mill-benefiċjarju lil dak l-impjegat. Dik il-kategorija tal-ispejjeż tista' tintuża għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-persunal tal-operazzjoni u partijiet ikkonċernati oħra għall-fini tal-implimentazzjoni u l-promozzjoni tal-operazzjoni u l-Programm Interreg.
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 5
5.  L-ispejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkommodazzjoni ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 15 % tal-ispejjeż diretti ħlief l-ispejjeż diretti tal-persunal ta' dik l-operazzjoni.
5.  L-ispejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkommodazzjoni ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 15 % tal-ispejjeż diretti ta' dik l-operazzjoni.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni għandhom ikun limitati għas-servizzi u l-għarfien espert li ġejjin, ipprovduti minn xi korp legali pubbliku jew privat jew minn persuna fiżika, ħlief il-benefiċjarju tal-operazzjoni:
L-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni għandhom ikunu magħmula iżda mhux limitati għas-servizzi u l-għarfien espert li ġejjin, ipprovduti minn xi korp legali pubbliku jew privat jew minn persuna fiżika, ħlief il-benefiċjarju tal-operazzjoni, inklużi s-sħab kollha tagħha:
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt o
(o)  l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-esperti esterni, il-kelliema, il-presidenti tal-laqgħat u l-fornituri tas-servizz;
(o)  l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-esperti esterni;
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-ispejjeż tat-tagħmir mixtri, mikri jew imwelli mill-benefiċjarju tal-operazzjoni ħlief dawk koperti bl-Artikolu 39, għandhom ikunu limitati għal li ġejjin:
1.  L-ispejjeż tat-tagħmir mixtri, mikri jew imwelli mill-benefiċjarju tal-operazzjoni ħlief dawk koperti bl-Artikolu 39, għandhom ikunu magħmula iżda mhux limitati għal li ġejjin:
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a
(a)  ix-xiri tal-art f'konformità mal-[punt (c) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];
(a)  ix-xiri tal-art f'konformità mal-[punt (b) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jidentifikaw, għall-finijiet tal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], awtorità ta' ġestjoni unika u awtorità ta' awditjar waħda.
1.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, il-PTEE, u l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti fi programm Interreg għandhom jidentifikaw, għall-finijiet tal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], awtorità ta' ġestjoni unika u awtorità ta' awditjar waħda.
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2
2.  L-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' awditjar għandhom ikunu lokalizzati fl-istess Stat Membru.
2.  L-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' awditjar jistgħu jkunu lokalizzati fl-istess Stat Membru.
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 5
5.  Fir-rigward ta' programm Interreg taħt il-komponent 2B, u taħt il-komponent 1, fejn dan tal-aħħar ikopri fruntieri twal bi sfidi u ħtiġijiet ta' żvilupp eteroġenju, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu oqsma tas-sottoprogramm.
5.  Fir-rigward ta' programm Interreg taħt il-komponent 1, fejn dan tal-aħħar ikopri fruntieri twal bi sfidi u ħtiġijiet ta' żvilupp eteroġenju, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu oqsma tas-sottoprogramm.
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 6
6.  Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tidentifika korp intermedju taħt programm Interreg f'konformità mal-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], il-korp intermedju għandu jwettaq dawk il-kompiti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed jew, fejn applikabbli, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE.
6.  Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tidentifika korp intermedju wieħed jew aktar taħt programm Interreg f'konformità mal-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], il-korp intermedju jew il-korpi kkonċernati għandhom iwettqu dawk il-kompiti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed jew fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, jew, fejn applikabbli, f'aktar minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE wieħed.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   B'deroga mill-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) .../... [CPR ġdid], il-Kummissjoni għandha tirrimborża bħala pagamenti interim 100 % tal-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal ħlas li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament tal-programm għan-nefqa eliġibbli totali jew għall-kontribuzzjoni pubblika, kif xieraq.
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.   Meta l-awtorità ta' ġestjoni ma twettaqx verifika fl-ambitu tal-punt (a) tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) .../... [CPR ġdid] fuq iż-żona kollha tal-programm, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew persuna responsabbli mit-twettiq ta' tali verifika fir-rigward tal-benefiċjarji preżenti fit-territorju tiegħu.
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.   B'deroga mill-Artikolu 92 tar-Regolament (UE).../... [CPR ġdid], il-programmi Interreg mhumiex soġġetti għall-approvazzjoni annwali tal-kontijiet. Il-kontijiet jiġu approvati fi tmiem programm, abbażi tar-rapport finali dwar il-prestazzjoni.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 7
7.  Jekk ir-rata ta' żball globali estrapolata msemmija fil-paragrafu 6 tkun ogħla minn 2 % tan-nefqa totali ddikjarata għall-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tikkalkula r-rata tal-iżball globali residwu, billi tikkunsidra l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg rispettiv għal irregolaritajiet individwali identifikati permezz ta' awditjar ta' operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1.
7.  Jekk ir-rata ta' żball globali estrapolata msemmija fil-paragrafu 6 tkun ogħla minn 3,5 % tan-nefqa totali ddikjarata għall-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tikkalkula r-rata tal-iżball globali residwu, billi tikkunsidra l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg rispettiv għal irregolaritajiet individwali identifikati permezz ta' awditjar ta' operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1.
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 8
8.  Jekk ir-rata tal-iżball residwu globali msemmi fil-paragrafu 7 tkun ogħla minn 2 % tan-nefqa dikjarata tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk hux neċessarju li titlob lill-awtorità tal-awditjar ta' programm Interreg speċifiku jew grupp ta' programmi Interreg l-iżjed milquta biex twettaq xogħol ta' awditjar addizzjonali sabiex tkompli tiġi evalwata r-rata ta' żball u jiġu vvalutati l-miżuri korrettivi meħtieġa għall-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba.
8.  Jekk ir-rata tal-iżball residwu globali msemmi fil-paragrafu 7 tkun ogħla minn 3,5 % tan-nefqa dikjarata tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk hux neċessarju li titlob lill-awtorità tal-awditjar ta' programm Interreg speċifiku jew grupp ta' programmi Interreg l-iżjed milquta biex twettaq xogħol ta' awditjar addizzjonali sabiex tkompli tiġi evalwata r-rata ta' żball u jiġu vvalutati l-miżuri korrettivi meħtieġa għall-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba.
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt a
(a)  2021: 1%;
(a)  2021: 3 %;
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt b
(b)  2022: 1%;
(b)  2022: 2,25%;
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt c
(c)  2023: 1%;
(c)  2023: 2,25%;
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt d
(d)  2024: 1%;
(d)  2024: 2,25%;
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt e
(e)  2025: 1%;
(e)  2025: 2,25%;
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt f
(f)  2026: 1%.
(f)  2026: 2,25%.
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Jekk programmi Intereg transfuntieri esterni jkunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, il-prefinanzjament għal kull fond li jappoġġa tali programm Interreg għandu jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [IPA III] jew [NDICI] jew ta' xi att adottat taħtu.
Jekk programmi Intereg esterni jkunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, il-prefinanzjament għal kull fond li jappoġġa tali programm Interreg għandu jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [IPA III] jew [NDICI] jew ta' xi att adottat taħtu.
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament jiġi rimborsat lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat ebda applikazzjoni għal pagament permezz tal-programm Interreg transfruntier fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont tal-prefinanzjament. Tali rimborż għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programm.
L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament jiġi rimborsat lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat ebda applikazzjoni għal pagament permezz tal-programm Interreg transfruntier fi żmien 36 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont tal-prefinanzjament. Tali rimborż għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programm.
Emenda 186
Proposta għal regolament
Kapitolu 8 – titolu
Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE fi programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża
Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab, PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni jew kooperazzjoni reġjonali fi programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 51 – paragrafu 1
Il-Kapitoli minn I sa VII u l-Kapitolu X għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE fi programmi Interreg soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
Il-Kapitoli minn I sa VII u l-Kapitolu X għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni jew kooperazzjoni reġjonali fi programmi Interreg soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 3
3.  Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jiddelegaw lill-persunal tas-segretarjat konġunt ta' dak il-programm jew għandhom jistabbilixxu fergħa fit-territorju rispettiv tiegħu, jew jagħmlu t-tnejn li huma.
3.  Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddelegaw lill-persunal tas-segretarjat konġunt ta' dak il-programm jew, bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, għandhom jistabbilixxu fergħa tas-Segretarjat Konġunt fit-territorju rispettiv tiegħu, jew jagħmlu t-tnejn li huma.
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 4
4.  L-awtorità nazzjonali jew korp ekwivalenti għall-uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-programm Interreg kif previst fl-Artikolu 35(1), għandha tappoġġa l-awtorità ta' ġestjoni u s-sħab, fil-pajjiż terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-kompiti previsti fl-Artikolu 35 minn (2) sa (7).
4.  L-awtorità nazzjonali jew korp ekwivalenti għall-uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-programm Interreg kif previst fl-Artikolu 35(1), tista' tappoġġa l-awtorità ta' ġestjoni u s-sħab, fil-pajjiż terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-kompiti previsti fl-Artikolu 35 minn (2) sa (7).
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 2
2.  Programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed jew aktar mill-istrument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'xi pajjiżi terzi jew pajjiż sħab parteċipanti jew, f'dak li jirrigwarda l-komponent 3, fi kwalunkwe TPEE li jirċievi jew ma jirċevix appoġġ taħt wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.
2.  Programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed jew aktar mill-istrument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'xi pajjiżi terzi, pajjiż sħab parteċipanti, PTEE parteċipanti jew, f'dak li jirrigwarda l-komponent 3, fi kwalunkwe PTEE li jirċievi jew ma jirċevix appoġġ taħt wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
a)  b'ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'kull pajjiż terz parteċipanti jew PTEE;
a)  b'ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'kull pajjiż terz parteċipanti jew PTEE jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali;
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
b)  b'ġestjoni kondiviża biss fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti fir-rigward ta' nefqa tal-FEŻR barra mill-Unjoni għal operazzjoni waħda jew aktar, mentri l-kontribuzzjonijiet minn wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni huma ġestiti b'ġestjoni indiretta;
b)  b'ġestjoni kondiviża biss fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE, jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali parteċipanti fir-rigward ta' nefqa tal-FEŻR barra mill-Unjoni għal operazzjoni waħda jew aktar, mentri l-kontribuzzjonijiet minn wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni huma ġestiti b'ġestjoni indiretta;
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
c)  b'ġestjoni indiretta kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti;
c)  b'ġestjoni indiretta kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali parteċipanti;
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Jekk it-totalità jew parti minn programm Interreg tal-komponent 3 hija implimentata b'ġestjoni indiretta, għandu japplika l-Artikolu 60.
Jekk it-totalità jew parti minn programm Interreg tal-komponent 3 hija implimentata b'ġestjoni indiretta, hemm bżonn ta' qbil minn qabel bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati u għandu japplika l-Artikolu 60.
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Jistgħu jiġu varati sejħiet konġunti għal proposti li jimmobilizzaw il-fondi minn programmi NDICI u programmi ETC bilaterali jew multinazzjonali jekk l-awtoritajiet ta' ġestjoni rispettivi jiddeċiedu li jagħmlu dan. Il-kontenut tas-sejħa għandu jispeċifika l-ambitu ġeografiku tagħha, u l-kontribuzzjoni mistennija għall-objettivi tal-programmi rispettivi. L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiddeċiedu jekk ir-regoli NDICI jew ETC humiex applikabbli għas-sejħa. Jistgħu jiddeċiedu li jaħtru awtorità ta' ġestjoni ewlenija responsabbli għall-kompiti ta' ġestjoni u ta' kontroll relatati mas-sejħa.
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 3
3.  Jekk l-għażla ta' proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar minn wieħed tkun fuq l-aġenda ta' kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, fil-laqgħa tal-kumitat ta' tmexxija, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti dokument kunċettwali għal proġett bħal dan lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-laqgħa. Id-dokument kunċettwali għandu jkun ta' massimu ta' tliet paġni u għandu jindika l-isem, il-post, il-baġit, is-sieħeb ewlieni u s-sħab kif ukoll l-objettivi ewlenin u r-riżultati tagħhom. Jekk dokument kunċettwali dwar proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar ma jiġix trażmess lill-Kummissjoni sa dik l-iskadenza, il-Kummissjoni tista' titlob li l-president tal-kumitat ta' monitoraġġ jew lill-kumitat ta' tmexxija sabiex jitneħħew il-proġetti kkonċernati minn fuq l-aġenda tal-laqgħa.
3.  Jekk l-għażla ta' proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar minn wieħed tkun fuq l-aġenda ta' kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, fil-laqgħa tal-kumitat ta' tmexxija, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti dokument kunċettwali għal proġett bħal dan lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-laqgħa. Id-dokument kunċettwali għandu jkun ta' massimu ta' ħames paġni u għandu jindika l-isem, il-post, il-baġit, is-sieħeb ewlieni u s-sħab kif ukoll l-objettivi ewlenin u r-riżultati tagħhom, filwaqt li jinkludi wkoll pjan ta' negozju kredibbli li juri li l-proġett jew it-tkomplija tal-proġett huma siguri saħansitra mingħajr id-dispożizzjoni tal-fondi Interreg. Jekk dokument kunċettwali dwar proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar ma jiġix trażmess lill-Kummissjoni sa dik l-iskadenza, il-Kummissjoni tista' titlob li l-president tal-kumitat ta' monitoraġġ jew lill-kumitat ta' tmexxija sabiex jitneħħew il-proġetti kkonċernati minn fuq l-aġenda tal-laqgħa.
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 1
1.  Jekk parti jew it-totalità ta' programm Interreg tal-komponent 3 tkun implimentata taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (b) jew (c), rispettivament, tal-Artikolu 53(3), il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu fdati lil wieħed mill-korpi elenkati fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], b'mod partikolari għal tali korp li jinsab fl-Istat Membru parteċipanti, inkluża l-awtorità ta' ġestjoni ta' programm Interreg ikkonċernat.
1.  Jekk, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, parti jew it-totalità ta' programm Interreg tal-komponent 3 tkun implimentata taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (b) jew (c), rispettivament, tal-Artikolu 53(3) ta' dan ir-Regolament, il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu fdati lil wieħed mill-korpi elenkati fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], b'mod partikolari għal tali korp li jinsab fl-Istat Membru parteċipanti, inkluża l-awtorità ta' ġestjoni ta' programm Interreg ikkonċernat.
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 61
Artikolu 61
imħassar
Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali
B'inizjattiva tal-Kummissjoni, il-FEŻR jista' jappoġġa investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Artikolu 3, li jlaqqgħu flimkien ir-riċerkaturi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fi strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, stabbiliti fil-livell nazzjonali jew reġjonali.
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 61 a (ġdid)
Artikolu 61 a
Deroga mill-obbligu ta' rapportar skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE
Il-Kummissjoni tista' tiddikjara li l-għajnuna favur proġetti sostnuti minn kooperazzjoni territorjali Ewropea tal-UE hija kompatibbli mas-suq intern u mhijiex soġġetta għar-rekwiżiti tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0470/2018).


It-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
PDF 135kWORD 52k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (COM(2018)0312 – C8-0202/2018– 2018/0158(COD))
P8_TA(2019)0022A8-0361/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0312),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0202/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0361/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġislattiv finali;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġislattiv finali;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/216.)

ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jagħti importanza kbira ħafna lill-fatt li jiġi infurmat bis-sħiħ matul it-tħejjija tal-atti delegati u, b'mod partikolari, lill-paragrafu 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, li jiddisponi li, sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-informazzjoni kollha, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni taderixxi bis-sħiħ għall-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar u għall-impenji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Għalhekk, se tagħmel ħilitha biex, mal-ewwel opportunità li jkollha, tressaq proposta leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, bil-għan li tallinja r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 mal-qafas ġuridiku introdott mit-Trattat ta' Lisbona.


Il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi
PDF 236kWORD 85k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (2018/2153(INI))
P8_TA(2019)0023A8-0475/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2018 dwar l-istabbiliment ta' Kumitat Speċjali dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi, kif ukoll dwar ir-responsabbiltajiet, is-saħħa numerika u l-mandat tiegħu(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra s-Seba' Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020(2),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għal Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għal Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE(3) ("ir-Regolament"),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti(8),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 tal-1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi(9),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 tal-1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1056 tad-29 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f'dak li għandu x'jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat(11) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1313 tal-1 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat(12),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' April 2016(14) u tal-24 ta' Ottubru 2017(15) dwar l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-tisħiħ tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ekonomiku fil-ġestjoni futura tal-farms Ewropej(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar soluzzjonijiet teknoloġiċi għal agrikoltura sostenibbli(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti(19),

–  wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea dwar ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u għall-annessi rilevanti tiegħu, kif ippubblikata mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) f'April 2018,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Novembru 2016 fil-Kawża C-442/14 Bayer CropScience SA-NV, Stichting De Bijenstichting vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden(20),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-18 ta' Frar 2016 fil-Kawża 12/2013/MDC dwar il-prattiki tal-Kummissjoni rigward l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (pestiċidi),

–  wara li kkunsidra l-istudju "IARC Monographs Volume 112: evaluation of five organophosphate insecticides and herbicides" (IARC Monographs Volum 112: evalwazzjoni ta' ħames insettiċidi u erbiċidi organofosfati), ippubblikat fl-20 ta' Marzu 2015,

–  wara li kkunsidra "Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance glyphosate" (Konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva glifosat) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)(21), ippubblikata fit-12 ta' Novembru 2015, u l-"Peer review of the pesticide risk assessment of the potential endocrine disrupting properties of glyphosate" (Reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tal-karatteristiċi endokrinali potenzjali ta' tfixkil tal-glifosat) tagħha(22), ippubblikata fis-7 ta' Settembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-15 ta' Marzu 2017 tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) dwar il-klassifikazzjoni tal-glifosat,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni Xjentifika 5/2018 ta' Ġunju 2018 tal-Mekkaniżmu ta' Konsulenza Xjentifika (SAM) dwar il-proċessi ta' awtorizzazzjoni tal-UE għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti(23),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (COM(2017)0109),

–  wara li kkunsidra l-pjan ta' implimentazzjoni biex tiżdied id-disponibbiltà tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx u biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara fl-Istati Membri, imfassal mill-Grupp ta' Esperti dwar il-Protezzjoni Sostenibbli tal-Pjanti u approvat mill-Kunsill fit-28 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar id-Dritt għall-Ikel, tal-24 ta' Jannar 2017, dwar l-użu globali tal-pestiċidi fl-agrikoltura u l-impatt tiegħu fuq id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-TFUE, li jgħid li fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tas-suq intern, jenħtieġ li jitqiesu b'mod sħiħ il-ħtiġijiet tat-trattament xieraq tal-annimali bħala esseri senzjenti,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi(24),

–  wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Ewrobarometru Speċjali Nru 442 ta' Marzu 2016, li jiddikjara li 89 % taċ-ċittadini tal-UE jaqblu li l-Unjoni jenħtieġ li tagħmel aktar biex tippromwovi kuxjenza akbar dwar l-importanza ta' trattament xieraq tal-annimali fuq livell internazzjonali, u 90 % taċ-ċittadini tal-UE jaqblu li huwa importanti li jiġu stabbiliti standards għolja ta' trattament xieraq tal-annimali,

–  wara li kkunsidra l-fatt li l-Parlament jirċievi bosta petizzjonijiet minn ċittadini kkonċernati li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 24 u 227 tat-TFUE u l-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jappellaw għat-tmiem tal-ittestjar fuq l-annimali fl-Ewropa u fid-dinja kollha u għall-istabbiliment ta' standards internazzjonali dwar it-trattament xieraq tal-annimali,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari (COM(2018)0179)(25),

–  wara li kkunsidra l-evalwazzjoni REFIT li għadha għaddejja tal-Kummissjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Speċjali dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (A8-0475/2018),

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

A.  billi l-għan tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ("ir-Regolament") huwa li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent u li jtejjeb it-tħaddim tas-suq intern permezz tal-armonizzazzjoni tar-regoli fuq it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li jtejjeb il-produzzjoni agrikola;

B.  billi l-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-UE għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti hija waħda mill-aktar strinġenti fid-dinja; billi fid-dawl tat-tħassib imqajjem minn bosta partijiet ikkonċernati dwar il-valutazzjoni tal-glifosat, il-Kumitat Speċjali dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (PEST) għandu l-għan li jidentifika oqsma li jistgħu jittejbu aktar fir-rigward tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, billi jipprovdi rakkomandazzjonijiet li huwa jqis bħala neċessarji sabiex jiġi żgurat il-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni kemm għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll tal-ambjent;

C.  billi l-prinċipju ta' prekawzjoni huwa prinċipju ġenerali għall-politika tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE; billi r-Regolament, kif previst fl-Artikolu 1(4) tiegħu, huwa msejjes fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni; billi d-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju, kif previst fl-Artikolu 13(2), trid tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-prinċipju ta' prekawzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; billi l-Artikolu 7(2) tar-Regolament 178/2002 jistipula li l-miżuri adottati abbażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni jridu jkunu proporzjonati;

D.  billi tqajjem tħassib minn bosta partijiet ikkonċernati dwar il-valutazzjoni tal-glifosat, b'mod partikolari dwar jekk twettqitx valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti, jekk il-kriterji ta' klassifikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ġewx applikati kif xieraq, jekk id-dokumenti ta' gwida rilevanti ntużawx kif xieraq u jekk il-kriterji ta' approvazzjoni u l-prinċipju ta' prekawzjoni ġewx applikati kif xieraq;

E.  billi skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament, prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, b'konsegwenza għall-applikazzjoni li hija konsistenti ma' prattika tal-protezzjoni tal-pjanti tajba u meta jitqiesu l-kundizzjonijiet realistiċi għall-użu, fost l-oħrajn, ma jrid ikollu l-ebda effett ta' ħsara immedjata jew ittardjata fuq is-saħħa tal-bniedem, inklużi dawk fuq is-saħħa tal-gruppi vulnerabbli, u ma jrid ikollu l-ebda effett inaċċettabbli fuq l-ambjent;

F.  billi l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament uriet li l-għanijiet ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent mhumiex qed jintlaħqu bis-sħiħ u li jista' jsir titjib sabiex jinkisbu l-għanijiet kollha tar-Regolament;

G.  billi huwa ta' importanza kbira li r-Regolament jiġi implimentat bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha;

H.  billi ħafna drabi x-xogħol tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti fil-proċessi tal-approvazzjoni u tal-awtorizzazzjoni jiddewwem; billi nstab li, f'xi każijiet, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti fil-proċess ta' approvazzjoni u ta' awtorizzazzjoni ma għandhomx biżżejjed persunal u finanzjament; billi, minbarra d-dewmien għall-valutazzjoni tax-xogħol, in-nuqqas ta' riżorsi għandu r-riskju li jkollu impatt fuq il-kwalità tal-valutazzjonijiet, kemm għas-sustanzi attivi kif ukoll għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

I.  billi l-indipendenza tal-valutazzjoni tar-riskju tifforma l-bażi għall-fiduċja fir-Regolament u fil-liġi tal-UE dwar l-ikel;

J.  billi nstab li l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet mhuwiex trasparenti biżżejjed tul il-proċedura, minn nuqqas ta' aċċess pubbliku għall-istudji sħaħ u għad-data mhux ipproċessata, sal-istadju tal-ġestjoni tar-riskju;

K.  billi d-dritt ta' aċċess għal dokumenti miżmuma minn istituzzjonijiet tal-UE, inklużi aġenziji tal-UE, huwa dritt importanti, l-eċċezzjonijiet għalih għandhom jiġu interpretati b'mod strett; jinnota l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li skontha t-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti jikkontribwixxu għal aktar leġittimità tal-aġenziji tal-UE f'għajnejn iċ-ċittadini u biex jiżguraw li l-aġenziji tal-UE jkunu aktar responsabbli fil-konfront taċ-ċittadini f'sistema demokratika(26);

L.  billi r-Regolament tal-Kummissjoni 283/2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi jenħtieġ li jiġi aġġornat regolarment biex jitqies l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali; billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 283/2013 tal-1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi(27) tibqa' l-aktar sors komprensiv ta' dokumenti ta' gwida u linji gwida tat-testijiet, għalkemm bosta mid-dokumenti elenkati setgħu ġew sostitwiti u jenħtieġ li jiġu aġġornati; billi l-metodoloġiji użati għall-valutazzjoni xjentifika ta' sustanzi attivi, fl-għamla ta' gwida użata mill-EFSA u mill-Istati Membri, mhux dejjem jirriflettu l-istat attwali tal-għarfien xjentifiku u tekniku kif meħtieġ mill-Artikolu 4 tar-Regolament; billi jew xi testijiet ewlenin mhumiex inklużi fil-valutazzjoni tar-riskju jew inkella xi metodi xjentifiċi reċenti huma neqsin (bħal fil-każijiet ta' testijiet ekotossikoloġiċi aġġornati għal organiżmi tal-ħamrija u ta' valutazzjoni tal-konċentrazzjoni ambjentali u r-residwi fit-trab, ir-riħ, l-arja u l-ilma);

M.  billi l-gwida aġġornata għan-naħal użata mill-EFSA fir-rieżami reċenti tagħha ta' tliet neonikotinojdi għadha ma ġietx adottata formalment; billi l-gwida dwar l-organiżmi tal-ħamrija li attwalment tintuża mill-EFSA għadha ma ġietx aġġornata mill-2002;

N.  billi l-gwida tittraduċi r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni f'passi prattiċi, fejn tispjega xi jrid isir, filwaqt li l-linji gwida tat-testijiet jispeċifikaw il-protokolli tat-testijiet li jridu jiġu segwiti għall-ġenerazzjoni tad-data, u jispjegaw kif iridu jsiru t-testijiet;

O.  billi l-użu mifrux, u l-użu preventiv fejn mhux xieraq, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jqajjem xi tħassib;

P.  billi l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għad-dessikazzjoni (jiġifieri t-trattament tal-pjanti tal-għelejjel infushom qabel il-ħsad sabiex dawn jimmaturaw aktar malajr u jkun iffaċilitat il-ħsad tagħhom) mhuwiex xieraq;

Q.  billi l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f'żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn gruppi vulnerabbli mhuwiex xieraq;

R.  billi skont id-data miġbura mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU (FAO), fl-2016 l-UE użat 368 588 tunnellata ta' pestiċidi, li jammontaw għal 11.8 % tal-konsum globali;

S.  billi skont il-FAO l-użu tal-pestiċidi fl-UE ilu fuq xejra 'l fuq mill-2009; billi x-xejra hija, madankollu, differenti ħafna fl-Istati Membri kollha, li tvarja minn żieda qawwija f'xi wħud minnhom għal tnaqqis qawwi f'oħrajn; billi l-volum totali ta' sustanzi attivi tal-pestiċidi mibjugħ f'16-il Stat Membru tal-UE żdied b'1.6 % mill-2011 sal-2016;

T.  billi sal-2018, ġew approvati 493 sustanza attiva u bażika;

U.  billi r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 jenfasizza n-nuqqasijiet tal-istatistika dwar l-użu tal-pestiċidi u n-nuqqas ta' għarfien dwar l-użu ta' sustanzi attivi speċifiċi;

V.  billi skont ir-rapport tal-Unjoni Ewropea tal-2016 dwar residwi ta' pestiċidi fl-ikel(28), ippubblikat mill-EFSA fl-2018, 96.2 % tal-kampjuni kienu fil-limiti permessi mil-leġiżlazzjoni tal-UE;

W.  billi hemm nuqqas ta' għarfien pubbliku dwar il-periklu u r-riskju u l-perikli u r-riskji aċċettabbli u inaċċettabbli, u dwar il-livell ta' konformità mal-valuri tal-livell massimu ta' residwi (MRL) madwar l-Ewropa;

X.  billi d-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar sustanzi attivi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti żviluppati riċentement huma dejjem magħmula taħt inċertezza rigward l-impatti fil-ħajja reali; billi hemm nuqqas ta' monitoraġġ wara l-awtorizzazzjoni; billi m'hemmx data dwar il-kwantitajiet eżatti ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti applikat, dwar l-implimentazzjoni u l-effettività tal-miżuri ta' mitigazzjoni, u dwar l-effetti potenzjalment ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent;

Y.  billi n-nuqqas ta' data tikkonċerna l-impatti fil-ħajja reali tas-sustanzi attivi, l-aġenti protettivi, is-sinerġizzanti u l-koformulanti u l-metaboliti tagħhom, kif ukoll il-formulazzjonijiet u t-taħlit ta' prodotti; billi, għalhekk, mhuwiex magħruf kompletament l-impatt sħiħ tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll tal-ambjent;

Z.  billi l-proġett pilota "Il-monitoraġġ ambjentali tal-użu tal-pestiċida permezz tan-naħal tal-għasel" għadu ma ġiex implimentat, minkejja li ġie inkluż fil-baġit tal-Unjoni għas-snin finanzjarji 2017 u 2018;

AA.  billi wieħed mill-għanijiet tas-Seba' Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 huwa li s-sustanzi kimiċi jiġu prodotti u użati b'modi li jwasslu għall-minimizzazzjoni ta' effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u billi għad hemm inċertezza dwar l-impatti sħaħ fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent tal-effetti kkombinati ta' sustanzi kimiċi differenti;

AB.  billi l-Artikolu 4(3) tar-Regolament jipprovdi li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti "m'għandu jkollu l-ebda effett ta' ħsara immedjata jew ittardjata fuq is-saħħa tal-bniedem... meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa fejn il-metodi xjentifiċi aċċettati mill-Awtorità biex issir valutazzjoni ta' effetti bħal dawn ikunu disponibbli"; billi r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jipprovdi li jridu jitqiesu l-"effetti kumulattivi u sinerġiċi magħrufa" "meta l-metodi sabiex jiġu stmati dawn l-effetti huma disponibbli";

AC.  billi dawn il-metodoloġiji issa huma disponibbli u huwa mistenni li sa tmiem l-2019, l-EFSA se tiffinalizza valutazzjoni pilota li tqis l-effett kumulattivi tal-esponiment għall-pestiċidi fl-ikel fuq is-sistema nervuża u s-sistema tat-tirojde tal-bniedem;

AD.  billi attwalment ma hemm ebda obbligu legali biex is-sustanzi attivi jiġu ttestjati għan-newrotossiċità tal-iżvilupp (DNT) tagħhom, li xi eżempji tagħhom jikkawżaw l-awtiżmu, id-disturb tal-iperattività u ta' nuqqas ta' attenzjoni (ADHD) u d-dislessija; billi studji dwar it-tossiċità u n-newrotossiċità fl-iżvilupp huma meħtieġa u jistgħu jwasslu għal studji b'disinn ta' studju ad hoc biex jindirizzaw tħassib speċifiku; billi f'dan il-kuntest, l-EFSA qed taħdem fuq proġett li għadu għaddej biex tiżviluppa alternattivi għall-iskrinjar tal-effetti DNT fejn ma jintużawx annimali;

AE.  billi hemm tħassib li l-implimentazzjoni tar-Regolament, fir-rigward tal-użu tal-annimali fl-ittestjar għall-identifikazzjoni tal-perikli u l-valutazzjoni tar-riskji, mhijiex konformi mal-prinċipju tat-tliet R (replacement, reduction and refinement (sostituzzjoni, tnaqqis u raffinament)) tad-Direttiva 2010/63/UE dwar l-esperimenti fuq l-annimali, billi r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 u (UE) Nru 284/2013, kif ukoll il-gwida korrispondenti, ma ġewx aġġornati mill-adozzjoni tagħhom, minkejja d-disponibbiltà ta' testijiet u teknoloġiji alternattivi validati;

AF.  billi l-ittestjar għall-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem jinvolvi l-użu ta' annimali u għalhekk mhux neċessarjament ibassar ir-reazzjonijiet fuq il-bniedem b'mod preċiż;

AG.  billi hemm il-ħtieġa li jitħaffef l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' metodoloġiji ġodda mhux bl-użu ta' annimali li jipprovdu informazzjoni dwar il-mekkaniżmi sottostanti tat-tossiċità tal-bniedem, inkluż il-perkorsi li jwasslu għal riżultati avversi fil-bnedmin;

AH.  billi ħafna prodotti agrikoli ta' pajjiżi terzi għandhom livell aktar baxx ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; billi hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-livell ta' protezzjoni tal-UE ma jiddgħajjifx mill-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli minn pajjiżi terzi;

AI.  billi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti importati illegalment huma fiċ-ċirkolazzjoni u l-użu fl-UE, u joħolqu theddida potenzjali għas-saħħa pubblika u jikkostitwixxu kompetizzjoni inġusta vis-à-vis prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li huma soġġetti għal proċedura ta' awtorizzazzjoni skont il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE;

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi

AJ.  billi tqajjem tħassib minn bosta partijiet ikkonċernati f'termini tat-trasparenza u l-kunflitti ta' interess dwar id-dritt tal-applikanti li jagħżlu l-Istat Membru Relatur (RMS) mal-ewwel applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' sustanza attiva;

AK.  billi tqajjem tħassib ukoll minn bosta partijiet ikkonċernati f'termini tat-trasparenza u l-kunflitti ta' interess dwar il-fatt li l-RMS li jingħata r-responsabbiltà mill-Kummissjoni għat-tiġdid ta' rapport ta' valutazzjoni jista' jkun l-istess wieħed li jkun fassal l-abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni inizjali;

AL.  billi għal sustanzi attivi ġodda, 11 biss mit-28 Stat Membru ntgħażlu bħala RMSs mill-applikanti minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament, li juri li hemm differenzi sinifikanti fir-rigward tal-għarfien espert u l-għadd ta' persunal;

AM.  billi Franza, in-Netherlands, il-Ġermanja u r-Renju Unit ittrattaw madwar 80 % tad-dossiers kollha; billi Brexit se jkollu impatt sinifikanti fuq l-ammont ta' xogħol ta' Stati Membri oħra;

AN.  billi l-Artikolu 8(1) tar-Regolament jirrikjedi li l-applikant jipprovdi dossier sommarju, li fost l-oħrajn jenħtieġ li jinkludi s-sommarji u r-riżultati tat-testijiet u l-istudji għal kull punt tar-rekwiżiti tad-data, inkluża valutazzjoni tal-informazzjoni kollha ppreżentata;

AO.  billi tqajjem tħassib minn bosta partijiet ikkonċernati rigward l-approċċ għall-evalwazzjoni kif stabbilit mil-liġi, u b'mod partikolari dwar min jenħtieġ li jipproduċi l-istudji xjentifiċi u l-evidenza għall-evalwazzjoni ta' sustanzi attivi, min jenħtieġ li jipprovdi letteratura xjentifika evalwata bejn il-pari u min jenħtieġ li jivvaluta l-istudji;

AP.  billi l‑Artikolu 8(5) tar-Regolament jirrikjedi li, mad-dossier, l-applikant iżid letteratura miftuħa xjentifika, evalwata bejn il-pari dwar is-sustanza attiva u l-metaboliti rilevanti tagħha;

AQ.  billi għal sustanzi attivi ġodda, normalment tkun disponibbli biss data minn studji regolatorji ġġenerata mill-applikant;

AR.  billi l-valutazzjoni tar-riskju trid tkun ibbażata fuq l-evidenza xjentifika rilevanti kollha disponibbli; billi l-letteratura miftuħa xjentifika, evalwata bejn il-pari, tipprovdi informazzjoni komplementari importanti għall-istudji bbażati fuq Prattiki Tajba tal-Laboratorju (GLP) ipprovduti mill-applikanti, u tista' tinkludi sejbiet li jiġbdu l-attenzjoni tal-evalwaturi għal effetti avversi li ma jkunux jidhru fl-ittestjar standard;

AS.  billi l-prinċipji tal-GLP ġew żviluppati mill-OECD biex tiżgura li studju jkun twettaq kif stipulat minn metodu ta' ttestjar partikolari biex jiġu evitati prattiki frawdolenti; billi l-UE adottat dawn il-prinċipji permezz tad-Direttiva 2004/10/KE, li tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-laboratorji li jwettqu studji dwar is-sikurezza ta' prodotti kimiċi jikkonformaw mal-Priniċpji tal-OECD rigward il-GLP u mad-Direttiva 2004/9/KE, li tistabbilixxi l-obbligu tal-Istati Membri li jinnominaw l-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjonijiet ta' GLP fit-territorju tagħhom;

AT.  billi, kif ġie rapportat mill-Kummissjoni fl-2015, l-Istati Membri kollha ttrasponew id-Direttivi tal-GLP u stabbilixxew programmi ta' monitoraġġ tal-konformità mal-GLP nazzjonali funzjonali;

AU.  billi l-linji gwida tat-testijiet tal-OECD jiżguraw li r-riċerka hija riproduċibbli, konsistenti u uniformi u tippermetti lir-regolaturi jivvalutaw il-kwalità u r-rilevanza ta' studju, biex jiżguraw il-validità metodoloġika ta' studju u biex jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni reċiproka tad-data fost l-Istati Membri;

Abbozz ta' valutazzjoni mill-Istat Membru Relatur (RMS)

AV.  billi skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament, "l-Istat Membru relatur għandu jagħmel valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku attwali";

AW.  billi nstab li, meta jaġixxu bħala RMS, Stati Membri differenti jużaw prattiki differenti fir-rigward tar-referenzjar tas-sommarji tal-letteratura evalwata bejn il-pari, li jiġu ppreżentati mill-applikanti; billi hija regola fundamentali li kull xogħol xjentifiku jenħtieġ li jindika b'mod ċar bejn il-virgoletti kwalunkwe dikjarazzjoni li tkun saret minn oħrajn;

AX.  billi l-Parlament jirrikonoxxi d-dibattitu dwar l-analiżi tal-letteratura fir-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju li jikkonċerna l-glifosat, ippubblikat mill-Istitut Federali tal-Ġermanja għall-Valutazzjoni tar-Riskju (BfR); billi tqajjem tħassib minn bosta partijiet ikkonċernati dwar il-fatt li xi elementi importanti għall-valutazzjoni fl-abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni tar-riskju li jikkonċerna l-glifosat ittieħdu mill-applikazzjoni, u dan mingħajr ma kien hemm indikazzjoni ċara li kienu referenzi;

L-opinjoni tal-EFSA dwar l-abbozz ta' rapporti ta' valutazzjoni u l-klassifikazzjoni mill-ECHA ta' sustanzi attivi

AY.  billi l-kredibbiltà tas-sistema ta' awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti tiddependi ħafna fuq il-fiduċja pubblika fl-EFSA, li tipprovdi l-opinjonijiet xjentifiċi li huma l-bażi għal deċiżjonijiet fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel fl-Ewropa; billi hemm tħassib dwar il-fiduċja dejjem tonqos tal-pubbliku fl-EFSA;

AZ.  billi attwalment madwar żewġ terzi mill-esperti nazzjonali li jaħdmu fl-EFSA joriġinaw minn sitt Stati Membri biss;

BA.  billi skont l-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament, il-valutazzjoni tas-sustanza attiva trid l-ewwel tistabbilixxi jekk il-kriterji ta' approvazzjoni mniżżla fil-punti 3.6.2 sa 3.6.4 u 3.7 tal-Anness II humiex sodisfatti (= "kriterji ta' limitu"); billi wieħed minn dawn il-kriterji ta' limitu jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' sustanza bħala karċinoġenu (kategorija 1A jew 1B) skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

BB.  billi l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) ikklassifikat il-glifosat bħala li probabbilment huwa karċinoġeniku għall-bniedem (Grupp 2A) skont in-nomenklatura tagħha (ekwivalenti għall-Kategorija 1B fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008); billi wara li rrevedew l-informazzjoni disponibbli, inkluża l-valutazzjoni tal-IARC, l-EFSA u l-ECHA, l-aġenziji Ewropej responsabbli biex jipprovdu valutazzjonijiet xjentifiċi li jiffurmaw il-bażi għal deċiżjonijiet tal-UE dwar il-ġestjoni tar-riskju, ikkonkludew li ma kinitx iġġustifikata klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

BC.  billi filwaqt li l-IARC ibbażat il-konklużjonijiet tagħha fuq letteratura ppubblikata skont il-prinċipji ta' ħidma tagħha, l-EFSA u l-ECHA użaw ukoll studji mhux ippubblikati ppreżentati mill-applikant skont l-Artikolu 8 tar-Regolament bħala l-bażi ewlenija tal-evalwazzjoni tagħhom u barra minn hekk kellhom aċċess għad-data rilevanti mhux ipproċessata;

BD.  billi bosta awtoritajiet kompetenti oħra madwar id-dinja, inklużi dawk tal-Istati Uniti, tal-Kanada, ta' New Zealand, tal-Awstralja u tal-Ġappun, sussegwentement iffinalizzaw valutazzjonijiet ġodda tal-glifosat u kkonkludew li mhux karċinoġeniku; billi l-glifosat għadu qed jiġi analizzat mill-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti, li l-abbozz ta' valutazzjoni tar-riskju ekoloġiku tagħha jiddikjara b'mod ċar li hemm potenzjal għal effetti fuq l-għasafar, il-mammiferi, u l-pjanti terrestri u akkwatiċi;

BE.  billi, kif jidher minn tqabbil, li twettaq mill-EFSA fl-2017, ta' 54 pestiċida li kienu ġew ivvalutati kemm taħt is-sistema tal-UE kif ukoll dik tal-IARC, f'14-il każ il-klassifikazzjoni tal-UE kienet aktar konservattiva (u għalhekk aktar stretta) minn dik tal-IARC, fi 11-il każ (glifosat u 10 sustanzi attivi oħra) kienet inqas stretta, u f'29 każ kienet ekwivalenti;

BF.  billi kien tqajjem u għadu qed jitqajjem tħassib minn bosta partijiet ikkonċernati dwar l-opinjonijiet tal-EFSA u tal-ECHA rigward il-konklużjonijiet tagħhom favur li l-glifosat ma jiġix ikklassifikat bħala karċinoġeniku;

BG.  billi sfortunatament ma kienx possibbli li din il-kontroversja tissolva fil-Kumitat Speċjali;

BH.  billi f'Ottubru 2017, il-Kummissjoni ddikjarat l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi" ammissibbli; billi aktar minn miljun ċittadin talbu lill-Kummissjoni tipproponi lill-Istati Membri l-introduzzjoni ta' projbizzjoni fuq l-użu tal-glifosat, biex tiġi riformata l-proċedura tal-approvazzjoni għall-pestiċidi u biex jiġu stabbiliti miri għat-tnaqqis obbligatorju fil-livell tal-UE għall-użu tal-pestiċidi;

BI.  billi l-hekk imsejħa Monsanto Papers u s-sentenza riċenti mill-Qorti Superjuri tal-Istat ta' California fil-kawża Dewayne Johnson v Monsanto (kawża Nru CGC-16-550128) u l-appell sussegwenti qajmu tħassib dwar l-indipendenza u l-kunflitti ta' interess fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-glifosat;

Approvazzjoni mill-Kummissjoni tas-sustanzi attivi

BJ.  billi, mill-konklużjonijiet tal-EFSA sal-preżentazzjoni ta' abbozz ta' regolament, ir-Regolament jistabbilixxi skadenza ta' sitt xhur għall-Kummissjoni;

BK.  billi d-deċiżjoni li tiġġedded l-approvazzjoni tal-glifosat ma kinitx tinkludi miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju legalment vinkolanti fil-livell tal-Unjoni; billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tadotta rakkomandazzjoni speċifika fil-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni li l-Istati Membri, meta jagħtu awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat, jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-vertebrati terrestri; billi nstab riskju għoli fit-tul kważi għal kull użu tal-glifosat għal vertebrati terrestri mhux fil-mira, inklużi l-mammiferi u l-għasafar;

BL.  billi l-ECHA kkonkludiet li l-glifosat jikkawża ħsara serja fl-għajnejn u huwa tossiku għall-ħajja akkwatika b'effetti li jdumu;

BM.  billi mhuwiex ċar taħt liema kundizzjonijiet il-Kummissjoni u l-Istati Membri jqisu li riskju jkun inaċċettabbli għall-ambjent;

BN.  billi huwa ta' tħassib il-fatt li l-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Istati Membri, tapprova sustanzi attivi li l-EFSA tkun sabet li jippreżentaw riskji għolja għall-ambjent u għall-bijodiversità, meta jitqies li skont l-Artikolu 4(3)(e) tar-Regolament, prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma jrid ikollu ebda effett inaċċettabbli fuq l-ambjent;

BO.  billi l-Ombudsman Ewropew, fid-deċiżjoni tagħha fil-Kawża 12/2013/MDC tat-18 ta' Frar 2016, iddikjarat li l-preżentazzjoni ta' informazzjoni konfermatorja jenħtieġ li ma tikkonċernax r-rekwiżiti tad-data li kienu jeżistu fi żmien l-applikazzjoni rigward il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa, u li għalihom kienu disponibbli dokumenti ta' gwida adegwati;

BP.  billi d-data konfermatorja ġeneralment ma tkunx soġġetta għall-istess skrutinju xjentifiku jew valutazzjoni bħad-data ppreżentata fl-applikazzjoni oriġinali, billi din ma tkunx soġġetta sistematikament għal evalwazzjoni bejn il-pari mwettqa mill-EFSA; billi l-Ombudsman Ewropew, fid-deċiżjoni tagħha tal-2016, stiednet lill-Kummissjoni biex tqis jekk, minn issa 'l quddiem, l-informazzjoni konfermatorja kollha jenħtieġ li ma tkunx sistematikament soġġetta għal evalwazzjoni bejn il-pari mill-EFSA, u jekk id-dokumenti ta' gwida jenħtieġx li jiġu emendati kif meħtieġ;

BQ.  billi, abbażi tar-rapport ta' segwitu mressaq mill-Kummissjoni fi Frar 2018 fir-rigward ta' għaxar sustanzi attivi eżaminati fil-kuntest tal-inkjesta tal-Ombudsman, il-proċedura tad-data konfermatorja wasslet biex żewġ sustanzi attivi, haloxyfop-P u malatijon, li kieku kienu jiġu ristretti, baqgħu fis-suq għal perjodu estiż ta' żmien;

BR.  billi l-lakuni fid-data fil-każ ta' pestiċidi bijoloġiċi ta' riskju baxx iseħħu primarjament minħabba li r-rekwiżiti tad-data huma ddisinjati għal prodotti kimiċi għall-protezzjoni tal-pjanti, u għalhekk mhumiex adattati għal dawk bijoloġiċi ta' riskju baxx;

BS.  billi minkejja r-riskji identifikati mill-EFSA fil-konklużjonijiet tagħha dwar is-sustanzi attivi, il-Kummissjoni spiss tħalli l-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju f'idejn l-Istati Membri, minkejja l-possibbiltà mogħtija lilha li timponihom fil-livell tal-UE, skont ir-Regolament; billi dan l-approċċ ġie kkundannat mill-Ombudsman Ewropew fid-deċiżjoni tagħha fil-Kawża 12/2013/MDC;

BT.  billi huwa xieraq li l-Istati Membri jiddeċiedu dwar miżuri tal-ġestjoni tar-riskju fir-rigward ta' tħassib li huwa speċifiku għas-sitwazzjoni tagħhom;

BU.  billi hemm nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx; billi minn total ta' kważi 500 sustanza li huma disponibbli fis-suq tal-UE, 10 sustanzi biss huma approvati bħala sustanzi attivi b'riskju baxx; billi n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx jagħmel l-implimentazzjoni u l-iżvilupp integrati tal-ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara aktar diffiċli; billi dan in-nuqqas ta' disponibbiltà huwa kkawżat mill-proċess twil ta' evalwazzjoni, awtorizzazzjoni u reġistrazzjoni;

BV.  billi llum, tekniki avvanzati bħall-biedja ta' preċiżjoni u r-robotika jistgħu jintużaw għall-monitoraġġ preċiż u l-eliminazzjoni ta' ħaxix ħażin jew insetti ta' ħsara fi stadju bikri; billi t-tekniki avvanzati għadhom mhumiex żviluppati biżżejjed fl-Unjoni Ewropea u jirrikjedu l-appoġġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

L-awtorizzazzjoni, mill-Istati Membri, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

BW.  billi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li jiġu vvalutati bir-reqqa skont l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali qabel l-awtorizzazzjoni tagħhom; billi persunal u/jew finanzjament insuffiċjenti jistgħu jirriżultaw f'dipendenza eċċessiva fuq il-valutazzjoni mwettqa għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi fil-kuntest tad-deċiżjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

BX.  billi l-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u b'mod partikolari r-rekwiżiti tad-data għall-valutazzjoni tar-riskju, jenħtieġ li jqisu l-użu reali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

BY.  billi, meta tingħata l-awtorizzazzjoni lil prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jenħtieġ li tibqa' tingħata attenzjoni partikolari għar-riskju għall-"gruppi vulnerabbli"; billi r-Regolament jiddefinixxi gruppi vulnerabbli bħala persuni li għandhom bżonn konsiderazzjoni speċifika meta jiġu vvalutati l-effetti akuti u kroniċi fuq is-saħħa tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; billi dawn jinkludu nisa tqal u li qed ireddgħu, it-trabi fil-ġuf, trabi u tfal, ix-xjuħ, u ħaddiema u residenti soġġetti li jkunu esposti ħafna għall-pestiċidi għal żmien twil;

BZ.  billi l-Artikolu 25 tar-Regolament jirrikjedi li l-aġenti protettivi u s-sinerġizzanti jkunu soġġetti għall-istess proċedura ta' approvazzjoni bħas-sustanzi attivi, għal inklużjoni f'lista pożittiva; billi l-Kummissjoni għadha ma approvat ebda aġent protettiv jew sinerġizzant;

CA.  billi l-Artikolu 27 tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tinkludi, fl-Anness III, lista negattiva ta' koformulanti inaċċettabbli; billi l-Kummissjoni għadha ma adottatx il-lista negattiva ta' koformulanti, iżda ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tagħmel dan sa tmiem l-2018; billi dan id-dewmien mhuwiex aċċettabbli minħabba l-impatt ta' dawn is-sustanzi; billi fin-nuqqas ta' lista bħal din fil-livell tal-Unjoni, ċerti Stati Membri żviluppaw il-listi negattivi tagħhom stess ta' koformulanti;

CB.  billi n-nuqqas ta' dawn il-listi tal-UE jrendi aktar diffiċli valutazzjoni tar-riskju approfondita tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

CC.  billi tqajjem tħassib rigward is-sistema żonali, u b'mod partikolari d-dewmien frekwenti fil-proċedura u r-rievalwazzjonijiet kompluti jew parzjali tal-applikazzjonijiet fil-kuntest tar-rikonoxximent reċiproku, li jirriżultaw mir-rekwiżiti nazzjonali differenti tal-mudelli ta' evalwazzjoni ta' Stati Membri fl-istess żona; billi l-għan tal-proċedura tar-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri kien li jiġu ssimplifikati l-proċeduri u tiżdied il-fiduċja fost l-Istati Membri; billi l-applikazzjoni tal-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku hija meqjusa bħala għodda importanti biex tiżdied il-kondiviżjoni tax-xogħol u tiġi żgurata l-konformità mal-iskadenzi filwaqt li tiġi garantita l-aqwa protezzjoni, u hija importanti għall-funzjonament tas-suq intern;

CD.  billi l-Kummissjoni qed taħdem fuq sistema tal-IT, is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Applikazzjonijiet għal Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (PPPAMS), li se tkun aċċessibbli għall-pubbliku u se tiffaċilita s-sistema ta' rikonoxximent reċiproku;

CE.  billi attwalment ma hemm ebda stampa ġenerali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kollha li huma awtorizzati fl-UE, billi l-Istati Membri mhumiex obbligati jinfurmaw lill-Kummissjoni sistematikament dwar id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni tagħhom;

CF.  billi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 jirrikjedi t-twettiq ta' studji dwar it-tossiċità fit-tul; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 bħalissa jirrikjedi studji tossikoloġiċi dwar l-esponiment tal-operaturi, il-persuni li jkunu fil-qrib u r-residenti kif ukoll fuq il-ħaddiema, diversi studji dwar it-tossikoloġija fit-tul u kronika għall-annimali, u studji dwar id-destin u l-imġiba fil-ħamrija, fl-ilma u fl-arja, li jinkludu r-rotta u d-degradazzjoni fl-arja u l-ġarr permezz tal-arja, iżda mhux dwar it-tossiċità fit-tul tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

CG.  billi l-Istati Membri qed jaħdmu fuq l-istabbiliment ta' valutazzjoni komparattiva tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma' kandidati ta' sostituzzjoni; billi l-għan huwa li tali prodotti jiġu sostitwiti bi prodotti aktar sikuri għall-protezzjoni tal-pjanti u metodi mhux kimiċi bħal dawk definiti fid-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi(29);

CH.  billi r-rapporti riċenti enfasizzaw tnaqqis sinifikanti fil-bijodiversità fir-rigward tal-għasafar u l-insetti, b'mod partikolari n-naħal u dakkara oħra; billi, fl-aħħar 27 sena, ġie osservat tnaqqis ta' aktar minn 75 % fil-bijomassa totali ta' insetti li jtiru f'żoni protetti(30); billi l-intensifikazzjoni agrikola (eż. l-użu tal-pestiċidi, il-ħdim tar-raba' matul is-sena kollha, l-użu akbar tal-fertilizzanti u l-frekwenza tal-miżuri agronomiċi), li ma kinitx inkorporata f'dik l-analiżi, tista' tifforma kawża plawsibbli; billi l-intensifikazzjoni agrikola ġiet assoċjata ma' tnaqqis ġenerali fil-bijodiversità fil-pjanti, l-insetti, l-għasafar u speċijiet oħra; billi l-bijodiversità u l-ekosistemi robusti huma ta' importanza fundamentali, b'mod partikolari n-naħal u insetti oħra li jdakkru, biex jiżguraw settur agrikolu b'saħħtu u sostenibbli;

CI.  billi l-projbizzjoni fuq l-użi kollha ta' barra ta' tliet neonikotinojdi (imidakloprid, klotijanidin u thiamethoxam) hija milqugħa; billi dawn il-projbizzjonijiet jenħtieġ li ma jkunux imdgħajfa b'derogi bla bżonn tal-Artikolu 53;

CJ.  billi prodotti sistemiċi oħra għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li jkunu ristretti kemm jista' jkun, inkluż għat-trattament taż-żerriegħa, jekk joħolqu periklu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent;

CK.  billi fl-UE qed jiżdiedu l-użu u l-każijiet identifikati ta' awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza mogħtija skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament; billi xi Stati Membri jużaw l-Artikolu 53 sinifikattivament aktar minn oħrajn; billi l-evalwazzjoni reċenti mill-EFSA tal-awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza ta' tliet neonikotinojdi kkonkludiet li, f'xi każijiet, dawk l-awtorizzazzjonijiet kienu f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni, filwaqt li f'każijiet oħra dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati;

CL.  billi d-dewmien sistematiku fil-proċessi ta' awtorizzazzjoni jista' jwassal ukoll għal użu dejjem akbar ta' awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza; billi r-rikors għad-derogi tal-Artikolu 53 għal użi minuri biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet speċjali għajr emerġenzi attwali mhuwiex vijabbli jew xieraq; billi l-EFSA jenħtieġ li tinvestiga l-effett tas-sostituzzjoni kif ukoll id-disponibbiltà ta' metodi mhux kimiċi;

CM.  billi jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għal użi minuri, għaliex bħalissa hemm inċentiv ekonomiku baxx biex il-kumpaniji jiżviluppaw prodotti bħal dawn;

CN.  billi minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament, il-Kummissjoni użat darba biss il-possibbiltà li titlob opinjoni mingħand l-EFSA skont l-Artikolu 53(2);

Osservazzjonijiet ġenerali

1.  Iqis li, għalkemm l-UE għandha waħda mis-sistemi l-aktar strinġenti fid-dinja, jeħtieġ li jittejbu kemm ir-Regolament innifsu kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu biex dan jikseb l-għan tiegħu;

2.  Jieħu nota tal-evalwazzjoni REFIT li għadha għaddejja tal-Kummissjoni tar-Regolament;

3.  Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika indipendenti, oġġettiva u trasparenti tas-sustanzi attivi u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jallokaw biżżejjed riżorsi u għarfien espert xieraq għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi u ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u biex jiżguraw valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa u uniformi tal-kriterji ta' limitu bbażati fuq il-periklu għal sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, jew li għandhom karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fir-rwol tagħhom bħala maniġers tar-riskju biex japplikaw kif xieraq il-prinċipju ta' prekawzjoni meta, wara valutazzjoni tal-informazzjoni disponibbli, tiġi identifikata l-possibbiltà ta' effetti ta' ħsara fuq is-saħħa iżda tippersisti l-inċertezza xjentifika, billi jadottaw miżuri provviżorji għall-ġestjoni tar-riskju neċessarji biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkomunika sistematikament dwar kif dan il-prinċipju ġie kkunsidrat u kif ittieħdet id-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju;

8.  Jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Konsulenza Xjentifika li l-Kummissjoni tiffaċilita diskussjoni usa' fis-soċjetà, sabiex tiġi stabbilita viżjoni kondiviża fl-UE kollha għall-produzzjoni sostenibbli tal-ikel, inkluż ir-rwol tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fil-produzzjoni; jemmen li dawn il-kunsiderazzjonijiet jenħtieġ li jqisu, fost l-oħrajn, il-kwalità, is-sikurezza, id-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-ikel għall-konsumaturi, l-introjtu ġust għal, u s-sostenibbiltà fit-tul tal-produzzjoni agrikola, it-tibdil fil-klima, u r-riskji u l-benefiċċji għal żmien qasir u fit-tul għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll għall-ambjent, li huma assoċjati ma' xenarji differenti għall-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi l-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara u xenarju ta' ebda użu;

9.  Iqis li, fis-sistema tal-UE, jenħtieġ li tingħata aktar attenzjoni lill-użu mifrux, u l-użu profilattiku meta mhux xieraq, ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent, kif ukoll għall-bini tar-reżistenza fl-organiżmu fil-mira;

10.  Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2009/128/KE, minħabba r-rabta tagħha mas-sistema ta' awtorizzazzjoni, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet fiha rigward il-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara u t-taħriġ adegwat għall-bdiewa; jirrimarka li x-xogħol li għadu għaddej tal-Parlament dwar din il-kwistjoni jista' jkun li ssir referenza għalih għal aktar dettalji;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw konsistenza fl-iskop bejn l-approvazzjoni ta' sustanzi attivi u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont dan ir-Regolament u l-iskop tad-Direttiva 2009/128/KE;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma japprovawx aktar is-sustanzi attivi jew il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għad-dessikazzjoni;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma jibqgħux jippermettu l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f'żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn gruppi vulnerabbli, kif definit fl-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2009/128/KE;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri speċifiċi għall-protezzjoni effettiva ta' gruppi vulnerabbli fir-Regolament, sabiex, mingħajr dewmien jew deroga, ittemm l-applikazzjoni tal-pestiċidi fuq distanzi twal fil-viċinanzi ta' skejjel, servizz ta' childcare, postijiet fejn jilagħbu t-tfal, sptarijiet, sptarijiet tal-maternità u djar tal-kura;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tiżgura li l-istatistiċi tal-bejgħ dwar il-pestiċidi jkunu disponibbli għall-pubbliku għal kull sustanza attiva u għal kull Stat Membru, u li l-istatistiċi dwar l-użu tal-pestiċidi huma mtejba aktar sabiex jipprovdu informazzjoni sħiħa għall-valutazzjoni tar-riskju ambjentali kif ukoll għall-valutazzjoni komparattiva skont ir-Regolament;

16.  Jitlob li tinħoloq sistema effettiva ta' viġilanza wara t-tqegħid fis-suq biex timmonitorja b'mod sistematiku l-impatti fil-ħajja reali tal-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll fuq l-ambjent fl-intier tiegħu, inkluż fit-tul; jenfasizza li l-viġilanza ta' wara t-tqegħid fis-suq għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li tiżgura l-ġbir u l-komunikazzjoni effettivi tad-data fost il-partijiet ikkonċernati kollha, u tkun trasparenti u aċċessibbli għall-pubbliku; jistieden lill-EFSA u lill-ECHA biex jiżviluppaw linji gwida armonizzati għal viġilanza effettiva ta' wara t-tqegħid fis-suq f'dan il-qasam;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa pjattaforma tal-IT jew bażi ta' data standardizzata għall-UE kollha biex tappoġġja l-kondiviżjoni ta' data ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq, u jqis li d-data ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq u data oħra ta' monitoraġġ li tkun disponibbli jenħtieġ li tintuża fil-proċess tal-awtorizzazzjoni;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tħaffef l-implimentazzjoni tal-proġett pilota "Environmental monitoring of pesticide use through honey bees" (Monitoraġġ ambjentali tal-użu tal-pestiċidi permezz tan-naħal tal-għasel) li, fost oħrajn, se jippermetti l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE f'termini tal-applikazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju epidemjoloġiku dwar l-impatti fil-ħajja reali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq is-saħħa tal-bniedem;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa u timplimenta aktar approċċi biex tindirizza l-effetti kkombinati tas-sustanzi kimiċi billi tippromwovi valutazzjoni integrata u kkoordinata fil-liġijiet rilevanti kollha tal-UE;

21.  Jilqa' l-proġett tal-EFSA li għadu għaddej biex jiġu mmudellati l-effetti DNT, iżda jqis li dan huwa insuffiċjenti sakemm ma jkunx hemm rekwiżit legali biex is-sustanzi attivi u komponenti pestiċidi oħra jiġu vvalutati għall-effetti DNT bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-alternattivi biex tiżgura li sustanzi attivi u komponenti oħra fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jiġu vvalutati għall-effetti tad-DNT, filwaqt li jitqiesu b'mod sħiħ il-metodi mekkaniċi affidabbli ħielsa mill-użu ta' annimali u ffukati fuq il-bniedem għall-valutazzjoni tal-periklu tad-DNT;

22.  Iqis li huwa essenzjali li r-riċerka u l-innovazzjoni jkomplu jiġu żviluppati fl-Unjoni, u għalhekk jitlob lil Orizzont Ewropa, lil strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni u lill-Istati Membri biex jipprovdu biżżejjed finanzjament biex jippromwovu:

   (a) riċerka indipendenti dwar l-effetti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, l-ambjent u l-produzzjoni agrikola;
   (b) riċerka dwar alternattivi għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi metodi mhux kimiċi, u pestiċidi ta' riskju baxx, bil-ħsieb li tippreżenta lill-bdiewa b'soluzzjonijiet ġodda għal agrikoltura sostenibbli, u riċerka f'tekniki agroekoloġiċi u tal-biedja ta' preċiżjoni bil-ħsieb li timminimizza l-input estern u tottimizza l-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara b'mod immirat u sostenibbli;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis l-importanza ta' qafas regolatorju li jinkoraġġixxi l-innovazzjoni u r-riċerka sabiex jiġu żviluppati prodotti u alternattivi għall-protezzjoni tal-pjanti aħjar u aktar sikuri;

24.  Ifakkar li l-aċċess għall-protezzjoni tal-pjanti sikur u effiċjenti huwa essenzjali biex il-bdiewa jkunu jistgħu jevitaw li jseħħu b'mod naturali kontaminanti li jinġarru mill-ikel bħall-mikotossini karċinoġeniċi, li jpoġġu s-sikurezza tal-ikel tagħna f'riskju;

25.  Jirrimarka li l-uċuħ tar-raba' u l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima fl-Istati Membri, u b'mod partikolari fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea, huma differenti ħafna u speċifiċi; jitlob li din id-diversità titqies fil-proċessi ta' awtorizzazzjoni;

26.  Jistieden lill-EFSA u lill-Kummissjoni biex itejbu l-komunikazzjoni tagħhom rigward ir-riskju, sabiex jinfurmaw lill-pubbliku b'mod xieraq, li jinftiehem u aċċessibbli faċilment; iqis li huwa importanti li jittejjeb l-għarfien pubbliku dwar il-periklu u r-riskju u dwar il-perikli u r-riskji aċċettabbli u inaċċettabbli, li titqajjem kuxjenza dwar il-livell ta' konformità mal-valuri MRL madwar l-Ewropa u li jiġu infurmati l-utenti dwar il-miżuri possibbli ta' mitigazzjoni tar-riskju;

27.  Jitlob li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipju tat-tliet R;

28.  Jitlob l-applikazzjoni ta' testijiet u teknoloġiji mhux bl-użu tal-annimali fl-ittestjar ta' sustanzi attivi, aġenti protettivi, sinerġisti, koformulanti oħra u formulazzjonijiet ta' prodotti, u għall-valutazzjoni ta' effetti kumulattivi u ta' taħlita ta' sustanzi attivi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kull fejn testijiet u teknoloġiji bħal dawn huma disponibbli;

29.  Jitlob li r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 u (UE) Nru 284/2013 jiġu aġġornati kull meta jkunu disponibbli testijiet u teknoloġiji alternattivi validati;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi għal metodi ta' approċċi ġodda fix-xjenza regolatorja bil-għan li titjieb il-predittività tal-ittestjar regolatorju u jiġi ssostitwit l-użu tal-annimali;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-opportunitajiet biex tirrikjedi l-preżentazzjoni ta' data umana rilevanti, pereżempju data ġġenerata matul il-provi kliniċi li twettqu matul l-ittestjar tal-prodotti mediċinali, għall-bażi tad-data b'aċċess miftuħ prevista fis-sejħa għall-offerti tal-ECHA/EFSA, sabiex id-data umana tkun tista' tintuża biex jiġu vvalidati l-metodoloġiji li ma jsirux fuq l-annimali li qed jiġu żviluppati;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw kontrolli effettivi tal-prodotti agrikoli importati minn pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni u kundizzjonijiet ekwi għall-produzzjoni Ewropea tal-ikel;

33.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jimpenjaw ruħhom f'aktar sforzi biex iwaqqfu l-kummerċ ta' prodotti illegali għall-protezzjoni tal-pjanti, billi dawn il-prodotti jimminaw l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam;

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi

34.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi li jiġi emendat ir-Regolament sabiex tingħata s-setgħa li tadotta programm ta' ħidma fir-rigward tal-ħatra tal-RMS għal applikazzjonijiet għal approvazzjonijiet, abbażi ta' kriterji għal valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti: għarfien espert, riżorsi, nuqqas ta' kunflitt ta' interess, rilevanza għall-prodott, kapaċità teknika u kapaċità li jinkisbu riżultati xjentifikament robusti u affidabbli fil-qafas ta' żmien mogħti, flimkien ma' proċess komprensiv ta' evalwazzjoni bejn il-pari u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, fuq linji simili għas-sistema għall-approvazzjoni mill-ġdid ta' sustanzi attivi;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni biex talloka l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal tiġdid lil Stat Membru għajr dak li kien inkarigat mill-evalwazzjoni(jiet) preċedenti, dment li jkun jista' jiġi żgurat il-livell ta' għarfien espert u riżorsi meħtieġ;

36.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkunu biss l-Istati Membri li jistgħu jiggarantixxu kwalità għolja fil-valutazzjoni u li għandhom proċeduri effettivi biex jivvalutaw il-kunflitti ta' interess li jistgħu jsiru RMSs;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-EFSA, biex twettaq valutazzjoni tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali assoċjati mal-awtoritajiet kompetenti tal-RMS ikkonċernati, sabiex tiżgura l-istess livell ta' għarfien espert għall-abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni tal-RMS (DAR);

38.  Jistieden ukoll lill-Istati Membri biex iwettqu b'mod responsabbli l-awditjar tal-laboratorji ċċertifikati skont il-GLP, u jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq sistema ta' verifika tal-Unjoni għall-awditi tal-Istati Membri li jkunu mmexxija minnha;

39.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari u għalhekk jilqa' l-opportunità biex tittejjeb is-sitwazzjoni attwali f'dan ir-rigward;

40.  Iqis bħala importanti li l-applikanti jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirreġistraw l-istudji regolatorji kollha li se jitwettqu f'reġistru pubbliku, u li jkun hemm perjodu għall-kummenti li matulu l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jipprovdu d-data eżistenti biex jiżguraw li titqies l-informazzjoni rilevanti kollha; jenfasizza li d-dispożizzjonijiet rigward ir-reġistru pubbliku jinkludu wkoll ir-reġistrazzjoni mil-laboratorju ċċertifikat tad-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-istudju, u l-pubblikazzjoni tad-data ta' kontroll, li għandha tiġi inkluża f'reġistru ta' kontrolli storiċi, inkluża l-metodoloġija tat-testijiet li se jitwettqu, filwaqt li jirrispettaw il-protezzjoni tad-data personali; iqis li studji regolatorji li ġew irreġistrati biss jistgħu jiġu ppreżentati ma' applikazzjoni;

41.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-applikanti jintalbu jipprovdu l-istudji kollha lill-RMS, inkluża d-data mhux ipproċessata, u dan f'format li jinqara mill-magni;

42.  Jitlob biex jingħata aċċess pubbliku għall-istudji intieri ta' hawn fuq, inklużi d-data u l-informazzjoni kollha ta' appoġġ relatati mal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, f'format li jista' jinqara mill-magni sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, u b'hekk ikun jista' jsir skrutinju indipendenti f'waqtu filwaqt li tiġi protetta d-data personali u jiġi żgurat li dawk li talbu l-istudji jkunu jistgħu jużawhom biss għal finijiet mhux kummerċjali, sabiex b'hekk jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali rilevanti;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk ikunx xieraq li l-applikant ma jibqax ikun meħtieġ jipprovdi letteratura miftuħa xjentifika, evalwata bejn il-pari, dwar is-sustanza attiva u l-formulazzjonijiet relatati, u minflok dan il-kompitu jiġi assenjat lill-RMS, li għandu jkun assistit mill-EFSA;

44.  Jenfasizza li meta tkun disponibbli, il-letteratura miftuħa xjentifika, evalwata bejn il-pari, jenħtieġ li tingħata l-piż ekwivalenti fil-valutazzjoni bħall-istudji bbażati fuq il-GLP; iqis li t-tnejn huma validi bħala kontributi għall-valutazzjoni u jenħtieġ li jiġu ppeżati skont il-kwalità relattiva tal-istudji u r-rilevanza tagħhom għall-applikazzjoni li qiegħda tiġi kkunsidrata;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk ikunx xieraq li dan ma jibqax aktar jirrikjedi lill-applikant jivvaluta d-data li għandha tingħata bħala parti mill-applikazzjoni, u minflok tassenja dan il-kompitu lill-RMS;

46.  Jitlob rivalutazzjoni indipendenti tar-regoli attwali għall-analiżi tal-letteratura sabiex jiġi żgurat li jitqiesu l-istudji rilevanti kollha;

Abbozz ta' valutazzjoni mill-RMS

47.  Jinsisti li l-RMS jenħtieġ li japplikaw l-Artikolu 9 tar-Regolament b'mod strett, sabiex jiżguraw li l-applikazzjonijiet ikunu kompluti qabel jitqiesu bħala ammissibbli;

48.  Jenfasizza li l-valutazzjoni jenħtieġ li tinkludi evalwazzjoni approfondita tad-data mhux ipproċessata, kif ukoll tad-data relatata mal-formulazzjonijiet tal-prodott finali, kif ikun disponibbli f'dak l-istadju tal-evalwazzjoni; jistieden lill-RMS biex juru b'mod ċar fid-DAR li l-istudji kollha jkunu ġew ivverifikati sew għar-rilevanza, il-kwalità xjentifika u l-validità tagħhom, u jekk ikun meħtieġ jinkludu studji oħra li jkunu tqiesu bħala mhux rilevanti mill-applikant; jinnota li ċ-ċaħda tal-effetti negattivi tar-rapportar tad-data jenħtieġ li tkun ibbażata biss fuq ġustifikazzjoni xjentifika bbażata fuq l-evidenza, pereżempju l-applikazzjoni xierqa ta' dokumenti ta' gwida rilevanti tal-OECD;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif l-aħjar tiżgura li sustanzi attivi jiġu vvalutati abbażi tal-użi l-aktar frekwenti, il-formulazzjonijiet l-aktar użati b'mod frekwenti, id-dożaġġ tagħhom u xenarji rilevanti ta' esponiment;

50.  Jistieden biex il-valutazzjonijiet kollha jkunu bbażati fuq rieżami sistematiku tal-evidenza kollha disponibbli u biex ikun hemm trasparenza sħiħa rigward l-użu tal-"piż tal-evidenza";

51.  Jirrakkomanda li l-RMS jenħtieġ li jillimita sal-minimu r-riproduzzjoni ta' paragrafi, u li dan isir f'każijiet iġġustifikati u rrapportati b'mod xieraq biss; jinsisti li, sakemm il-valutazzjoni tibqa' ssir mill-applikant, jekk jiġu kkwotati siltiet mid-dossier tal-applikant, jenħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn il-valutazzjoni tal-awtorità u l-valutazzjoni tal-applikant;

L-opinjoni tal-EFSA dwar l-abbozz ta' rapporti ta' valutazzjoni u l-klassifikazzjoni mill-ECHA ta' sustanzi attivi

52.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li fil-valutazzjoni tar-riskju jiġu inklużi testijiet ewlenin (eż. testijiet ekotossikoloġiċi aġġornati għall-organiżmi tal-ħamrija, valutazzjoni tal-konċentrazzjoni ambjentali u r-residwi fit-trab, fir-riħ, fl-arja u fl-ilma, u testijiet li jindirizzaw l-effetti tossiċi fit-tul, b'mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli) u żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi aġġornati fil-metodi;

53.  Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna kif xieraq l-idea ġenerali tagħha fuq dokumenti ta' gwida u linji gwida għall-ittestjar aġġornati;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u ssaħħaħ l-ikkompletar tal-proċess tal-armonizzazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti u l-metodoloġiji tad-data, b'mod partikolari fil-qasam tad-dokumenti ta' gwida dwar l-ekotossikoloġija u d-destin u l-imġiba ambjentali;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi livelli massimi ta' residwu għall-ħamrija u għall-ilma tal-wiċċ, fost l-oħrajn bl-użu tad-data miġbura permezz ta' monitoraġġ ambjentali wara t-tqegħid fis-suq;

56.  Jitlob l-istabbiliment aktar mgħaġġel u aktar effiċjenti tal-MRLs għall-ikel u l-għalf, u li tiġi żgurata koerenza akbar permezz tal-armonizzazzjoni tal-iskadenzi tal-valutazzjoni bejn l-MRLs u l-approvazzjoni jew it-tiġdid tal-approvazzjoni;

57.  Jitlob biex id-data miġbura permezz tal-monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq tintuża biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-Konċentrazzjonijiet Ambjentali Previsti (PEC) fil-mudelli tad-destin ambjentali;

58.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-emendar tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 biex jiġu inklużi rekwiżiti tad-data rigward it-tossiċità fit-tul tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u rotot oħra ta' esponiment, b'mod partikolari permezz tal-erożjoni tal-ħamrija kkawżata mir-riħ u l-ilma, bl-użu ta' mmudellar aġġornat;

59.  Jistieden lill-EFSA biex taġġorna b'mod regolari d-dokumenti ta' gwida tagħha f'konformità mal-iżviluppi l-aktar reċenti fl-oqsma rilevanti kollha, bil-ħsieb li jiġu vvalutati l-effetti fil-qosor u fit-tul tal-livelli ta' residwi ta' sustanzi attivi, formulazzjonijiet u taħlitiet fl-ilmijiet tal-wiċċ, fil-ħamrija, fir-riħ u fit-trab;

60.  Iqis li d-dokumenti ta' gwida jenħtieġ li jipprovdu orjentazzjonijiet ċari biżżejjed għall-evalwaturi tar-riskju biex jiggarantixxu valutazzjoni ta' kwalità għolja u jiżguraw il-prevedibbiltà u l-konsistenza għall-applikanti;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (Kumitat PAFF), biex jadottaw mingħajr dewmien kwalunkwe gwida pendenti, inkluża l-gwida aġġornata dwar in-naħal li ntużat mill-EFSA fir-rieżami reċenti tagħha ta' tliet neonikotinojdi;

62.  Jistieden lill-EFSA biex tkompli taġġorna l-gwida dwar in-naħal b'mod indipendenti mill-adozzjoni tal-gwida pendenti sabiex jitqiesu speċijiet ta' dakkara oħrajn kif ukoll l-effetti tat-taħlita u l-fattibbiltà teknika;

63.  Jilqa' l-valutazzjoni pilota dwar l-effetti kumulattivi, u jitlob l-ikkompletar tagħha sa tmiem l-2018, kif ippjanat, u għall-implimentazzjoni rapida sussegwenti tal-valutazzjonijiet tar-riskju kumulattiv bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni; jitlob biex tiġi pprijoritizzata u aċċellerata r-riċerka b'relazzjoni ma' rotot oħra ta' esponiment għajr is-sistema nervuża u s-sistema tat-tirojde;

64.  Jistieden lill-EFSA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex japplikaw fattur ta' sikurezza żejjed meta jikkalkulaw id-dożi "sikuri" ta' esponiment, bil-ħsieb li jindirizzaw it-tossiċità potenzjali tat-taħlita f'każijiet ta' inċertezza kbira li tibqa' li ma tistax titnaqqas permezz ta' testijiet addizzjonali tat-taħlitiet;

65.  Jistieden lill-EFSA u lill-ECHA biex jagħmlu l-informazzjoni pprovduta fuq is-siti web tagħhom aktar faċli għall-utent u biex jiffaċilitaw l-estrazzjoni tad-data;

66.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li dawn huma rrappreżentati kif xieraq fl-EFSA minn esperti nazzjonali indipendenti; jirrakkomanda li l-Istati Membri jinvolvu ruħhom mal-EFSA b'modi kostruttivi;

67.  Jirrakkomanda li jiġu assigurati l-għarfien u l-kapaċità xjentifiċi billi jiġi appoġġat, estiż u msaħħaħ in-netwerk tal-esperti tal-aġenziji tal-UE, il-korpi tal-Istati Membri, l-istituti u l-gruppi universitarji ta' riċerka involuti fil-valutazzjonijiet tar-riskju;

68.  Jirrakkomanda wkoll kooperazzjoni ma' esperti internazzjonali fin-netwerks xjentifiċi internazzjonali, biex jiġu appoġġati d-diskussjoni u l-input xjentifiċi sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali tas-sistema ta' evalwazzjoni bejn il-pari, li twassal għal riżultati ta' kwalità li jkunu rikonoxxuti fil-livell internazzjonali;

69.  Jirrakkomanda li l-EFSA tippubblika l-opinjonijiet tagħha f'ġurnali soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari, sabiex tintensifika diskussjonijiet kostruttivi u tinċentivizza u tħeġġeġ lil aktar esperti nazzjonali u xjenzjati oħra biex jipparteċipaw f'xogħolha;

70.  Jitlob biex l-EFSA u l-ECHA jiġu allokati biżżejjed fondi sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod indipendenti, oġġettiv u trasparenti, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll tal-ambjent, u wkoll fid-dawl tal-ammont ta' xogħol addizzjonali antiċipat għal dawk l-aġenziji;

71.  Jenfasizza li l-kredibbiltà tas-sistema ta' awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti tiddependi ħafna fuq il-fiduċja pubblika fl-aġenziji Ewropej; jissottolinja li huwa importanti li jkun hemm trasparenza fil-proċess ta' valutazzjoni xjentifika biex ma tintilifx il-fiduċja tal-pubbliku; jilqa' wkoll l-isforzi kontinwi tal-EFSA biex ittejjeb is-sistema u l-aktar aġġornament riċenti tal-politika ta' indipendenza tagħha f'Ġunju 2017, bil-ħsieb li tiżgura l-indipendenza u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess potenzjali;

72.  Jistieden lill-EFSA tiżgura li l-esperti kollha li jipparteċipaw fil-valutazzjoni jagħmlu dikjarazzjoni ta' interess li tkun disponibbli għall-pubbliku u sabiex il-parteċipazzjoni ta' esperti li jkollhom kunflitti ta' interess tiġi eskluża mill-istadji kollha tal-proċess tal-evalwazzjoni bejn il-pari;

73.  Jipproponi t-twaqqif ta' kumitat ta' monitoraġġ indipendenti fi ħdan l-EFSA, inkarigati li janalizzaw kunflitti ta' interess potenzjali;

74.  Jitlob biex jiġu allokati riżorsi adegwati biex ikunu jistgħu jiġu ffinalizzati monitoraġġ u analiżi tal-pajsaġġ wara t-tqegħid fis-suq, inkluż monitoraġġ tar-residwi ta' pestiċidi fil-ħamrija u t-trab, li r-riżultati tagħhom jenħtieġ li jiġu kondiviżi mal-EFSA;

75.  Jistieden lill-EFSA tiżgura li jkollha l-għarfien espert meħtieġ sabiex tivvaluta b'mod sħiħ id-disponibbiltà u l-applikazzjoni ta' metodi mhux kimiċi;

76.  Jistieden lill-Mekkaniżmu ta' Konsulenza Xjentifika tal-Kummissjoni biex jaġixxi, fuq talba, bħala medjatur f'kontroversji xjentifiċi li jikkonċernaw is-sustanzi attivi;

77.  Jistieden lill-Mekkaniżmu ta' Konsulenza Xjentifika biex jibda rieżami sistematiku tal-istudji disponibbli kollha li jikkonċernaw il-karċinoġeniċità tal-glifosat u tal-formulazzjonijiet ibbażati fuq il-glifosat bil-għan li jiġi vvalutat jekk ikunx iġġustifikat li tiġi riveduta l-approvazzjoni tal-glifosat skont l-Artikolu 21 tar-Regolament;

Approvazzjoni mill-Kummissjoni tas-sustanzi attivi

78.  Jiddispjaċih ħafna dwar id-diversi każijiet ta' dewmien fil-livell tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni qabel u wara l-evalwazzjoni bejn il-pari mill-EFSA, b'mod partikolari d-dewmien fil-valutazzjoni tas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji ta' limitu, u jħeġġeġ lill-RMSs u lill-Kummissjoni biex jilħqu l-iskadenzi tagħhom kif stipulat fir-Regolament;

79.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont politiku għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni bl-użu tal-proċedura ta' kumitat; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' trasparenza fil-Kumitat PAFF; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu t-trasparenza globali tal-proċeduri, inkluż billi jiġu pprovduti minuti dettaljati dwar id-diskussjonijiet tal-komitoloġija u l-pożizzjonijiet rilevanti, b'mod partikolari billi jiġu spjegati u ġġustifikati d-deċiżjonijiet tal-Kumitat PAFF u billi jagħmlu pubbliċi l-voti tal-Istati Membri;

80.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japprovaw politika ta' indipendenza u jiżguraw li l-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma jkollhomx kunflitti ta' interess;

81.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex japplikaw b'mod strett l-Artikolu 4 tar-Regolament u jadottaw kriterji ċari bbażati xjentifikament għal dak li jikkostitwixxi effetti inaċċettabbli fuq l-ambjent, filwaqt li jitqies l-esponiment fil-ħajja reali (akut u kroniku) għal prodotti multipli għall-protezzjoni tal-pjanti;

82.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tillimita b'mod strett l-użu tal-proċedura ta' data konfermatorja għall-iskop tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 6(f) tar-Regolament, jiġifieri fejn jiġu stabbiliti rekwiżiti ġodda matul il-proċess ta' evalwazzjoni jew b'riżultat ta' għarfien xjentifiku u tekniku ġdid; iqis li l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u l-ambjent jridu jieħdu l-ogħla prijorità, filwaqt li fl-istess ħin l-applikanti jeħtiġilhom li jkunu pprovduti bi skedi ta' żmien affidabbli għall-awtorizzazzjoni; jenfasizza li dossiers kompluti huma essenzjali għall-approvazzjonijiet ta' sustanzi attivi; jiddispjaċih li l-proċedura ta' deroga permezz ta' data konfermatorja wasslet biex tal-anqas żewġ sustanzi attivi li kieku kienu jiġu ristretti baqgħu fis-suq għal perjodu ta' żmien estiż;

83.  Jistieden lill-Kummissjoni biex temenda d-dokument ta' gwida rilevanti sabiex id-data konfermatorja tkun sistematikament soġġetta għal evalwazzjoni bejn il-pari sħiħa mwettqa mill-EFSA, bħalma huwa l-każ tad-data oriġinali mill-applikazzjoni;

84.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju legalment vinkolanti fl-approvazzjoni ta' sustanzi attivi, sabiex jiġu indirizzati r-riskji magħrufa ppreżentati mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li jiġu appoġġjati l-Istati Membri biex jidentifikaw miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju rilevanti għas-sitwazzjoni speċifika tal-pajjiż tagħhom, billi jitqiesu l-kundizzjonijiet agronomiċi, klimatiċi u ambjentali fit-territorji tagħhom;

85.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq jivvaluta l-effettività u l-effiċjenza tal-miżuri ta' mitigazzjoni implimentati;

86.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-applikazzjoni sħiħa tal-Artikolu 25 tar-Regolament sabiex l-aġenti protettivi u s-sinerġizzanti jkunu jistgħu jintużaw biss wara li jiġu approvati; jenfasizza li r-rekwiżiti tad-data għall-approvazzjoni tal-aġenti protettivi u s-sinerġizzanti jenħtieġ li jkunu l-istess bħal dawk meħtieġa għal sustanzi attivi, u jitlob l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 25(3) tar-Regolament;

87.  Jistieden lill-Kummissjoni biex sa tmiem l-2018 tadotta l-ewwel lista negattiva ta' koformulanti, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament, flimkien ma' kriterji u proċedura biex jiġu identifikati oħrajn; jitlob, għal dan il-għan, biex matul il-formulazzjoni tal-listi negattivi ta' koformulanti tal-Istati Membri, tiġi integrata d-data meħtieġa skont REACH, ir-Regolament CLP u r-Regolament dwar il-Bijoċidi, kif ukoll id-data miġbura mill-Istati Membri;

88.  Jistieden lill-Kummissjoni, skont ir-riżoluzzjoni tagħha tal-15 ta' Frar 2017 dwar pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika u r-riżoluzzjoni tagħha tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament, biex tippreżenta proposta leġiżlattiva speċifika biex temenda r-Regolament barra mill-proċedura REFIT li għadha għaddejja, bil-ħsieb li tippermetti proċess rigoruż ta' kwalità għolja ta' evalwazzjoni, awtorizzazzjoni u reġistrazzjoni;

89.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza billi tistabbilixxi paġna web li turi l-iskeda u l-istadji tal-approvazzjoni ta' kull sustanza attiva, billi tindika d-deċiżjonijiet tal-RMS, l-EFSA u l-ECHA, id-deċiżjonijiet tal-Kumitat PAFF, it-tul tal-liċenzja u dettalji rilevanti oħra;

L-awtorizzazzjoni, mill-Istati Membri, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

90.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni approfondita tas-sistema żonali, bil-ħsieb li jiġi vvalutat kif tista' tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika armonizzata u xierqa tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li jiġu salvagwardjati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-awtorizzazzjoni, ir-restrizzjoni jew ir-rifjut tagħhom, u biex tirrevedi l-limitazzjonijiet għar-rifjut tal-awtorizzazzjoni;

91.  Jikkunsidra l-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku bħala essenzjali biex il-piż tax-xogħol jinqasam u jkun aktar faċli biex l-iskadenzi jiġu rispettati; jiddispjaċih għad-dewmien fil-valutazzjonijiet mill-Istati Membri biex jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u l-problemi ta' implimentazzjoni assoċjati mal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex jittejjeb il-funzjonament tas-sistema żonali; jissottolinja li l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti jenħtieġ li jkollha l-għan li tevita xogħol doppju u li tagħmel sustanzi ġodda disponibbli lill-bdiewa mingħajr dewmien żejjed;

92.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jilħqu l-iskadenzi għall-evalwazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u d-dispożizzjonijiet relatati mar-rikonoxximent reċiproku, kif stabbilit fir-Regolament;

93.  Jistieden lill-EFSA tistabbilixxi linji gwida armonizzati għall-valutazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u biex il-Kummissjoni mbagħad tadottahom;

94.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kollha jkunu soġġetti għal valutazzjonijiet xierqa, inklużi xenarji ta' esponiment, abbażi tad-data miksuba għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti nnifsu, u jqis li l-estrapolazzjoni tad-data dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li ma ssirx minn data miksuba dwar is-sustanzi attivi, sakemm dan ma jkunx xjentifikament iġġustifikat u kkonfermat bħala affidabbli mill-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq;

95.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fi żmien sentejn tissottometti rapport dettaljat lill-Parlament dwar il-prattiki nazzjonali tal-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

96.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti tkun ibbażata fuq valutazzjoni xierqa tar-riskju tal-esponiment fil-ħajja reali, akut u kroniku, ta' gruppi vulnerabbli, u biex il-Gwida tal-EFSA korrispondenti tiġi emendata kif xieraq;

97.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-applikanti jirrikjedu jipprovdu l-istudji kollha lill-Istat Membru li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, inkluża d-data mhux ipproċessata, u dan f'format li jinqara mill-magni;

98.  Jitlob biex jingħata aċċess pubbliku għall-istudji intieri ta' hawn fuq, inklużi d-data u l-informazzjoni kollha ta' appoġġ relatati mal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, f'format li jista' jinqara mill-magni sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, u b'hekk ikun jista' jsir skrutinju indipendenti f'waqtu filwaqt li tiġi protetta d-data personali u jiġi żgurat li dawk li talbu l-istudji jkunu jistgħu jużawhom biss għal finijiet mhux kummerċjali, sabiex b'hekk jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali rilevanti;

99.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk ikunx xieraq li l-EFSA ssir responsabbli għall-valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li jsostni li d-deċiżjoni attwali dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jenħtieġ li tittieħed fil-livell nazzjonali, sabiex tqis is-sitwazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

100.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-effiċjenza permezz ta' koordinazzjoni żonali u interżonali akbar, sabiex il-volum tax-xogħol jinqasam aħjar u jsir l-aħjar użu mir-riżorsi ta' kull Stat Membru, kif ukoll biex jagħtu d-derogi taħt l-Artikolu 53 tar-Regolament biss meta jkun hemm konformità stretta mar-rekwiżiti eżistenti;

101.  Iqis li s-sistema ta' rikonoxximent reċiproku interżonali trid titjieb;

102.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw aħjar il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni fil-livell nazzjonali sabiex jiġu limitati d-derogi u l-estensjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 53 tar-Regolament f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza reali; jistieden lill-Istati Membri biex japplikaw b'mod strett l-Artikolu 53 tar-Regolament, biex jaċċettaw u jeżaminaw biss applikazzjonijiet kompluti għad-derogi, u biex jippreżentaw biss notifiki kompluti tad-derogi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra;

103.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża bis-sħiħ id-drittijiet ta' kontroll tagħha skont l-Artikolu 53(2) u (3), sabiex tillimita d-derogi u l-estensjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 53 għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza ġġustifikati;

104.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ssir konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati rilevanti qabel l-għoti ta' kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' emerġenza skont l-Artikolu 53, mingħajr ma jinħoloq dewmien bla bżonn fl-għoti ta' awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza u filwaqt li jiġi żgurat li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jiġu infurmati fil-ħin jekk l-awtorizzazzjoni ta' emerġenza ngħatatx jew ġietx miċħuda;

105.  Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jippubblikaw il-formoli ta' applikazzjoni mimlija li jirċievu li jitolbu awtorizzazzjoni ta' emerġenza skont l-Artikolu 53, irrispettivament minn jekk tingħatax l-awtorizzazzjoni;

106.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza metodi biex tiddetermina meta jenħtieġ li jiġu applikati ċerti derogi, jekk huwa l-każ, b'mod partikolari fir-rigward ta' "esponiment negliġibbli" jew "ħsara serja għas-saħħa tal-pjanti";

107.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinfurmaw lil xulxin, lill-Kummissjoni u lill-pubbliku rigward l-awtorizzazzjoni u l-irtirar tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll dwar miżuri ta' mitigazzjoni, sabiex tiġi żgurata stampa ġenerali, madwar l-UE kollha, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq u tal-ġestjoni tar-riskju relatata magħhom;

108.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-iskambju tad-data tagħhom dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti aktar sikuri li jkunu jistgħu jieħdu post prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom kandidati ta' sostituzzjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni komparattiva tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

109.  Jinnota li r-riċerka dwar l-użu tar-ram f'żoni fejn jintuża bħala parti minn prattika li ilha teżisti turi li hemm effetti fuq il-mikrobijoloġija tal-ħamrija; jaqbel li r-ram jenħtieġ li jitqies bħala materjal tranżitorju użat għal skopijiet ta' protezzjoni tal-pjanti u li l-użu tiegħu jenħtieġ li jitneħħa gradwalment hekk kif alternattivi aħjar isiru disponibbli;

110.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-iżvilupp u l-użu ta' alternattivi sostenibbli u ekoloġiċi għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, miżuri integrati għall-ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara u pestiċidi b'riskju baxx, bħala miżura importanti biex jitnaqqsu l-impatti avversi tal-ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar riċerka u żvilupp rigward dawn il-prodotti; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tivvaluta l-għażliet biex tistimula l-innovazzjoni f'dan il-qasam;

111.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi li r-Regolament jiġi emendat b'tali mod li l-użu, iżda wkoll it-tqegħid fis-suq, ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx ikun aktar faċli għall-operaturi fil-livell proċedurali; iqis li hija meħtieġa kjarifika, b'mod partikolari, rigward it-tqegħid fis-suq ta' sustanzi bażiċi;

112.  Jitlob aċċess trasparenti u ġust għal sustanzi attivi għall-formulaturi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fis-settur tal-SMEs;

113.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi tal-impatt tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni attwali li tirregola l-awtorizzazzjoni u l-kummerċ ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u prodotti bijoċidali f'termini ta' riżorsi umani u kapaċitajiet ekonomiċi disponibbli għall-produtturi tal-SMEs, u kull meta jsiru bidliet fir-regolamenti eżistenti; jenfasizza li r-riżultati ta' tali analiżi jridu jkunu disponibbli għall-konsultazzjoni pubblika;

114.  Jitlob definizzjoni armonizzata ta' "użu minuri" sabiex jiġu promossi kundizzjonijiet ekwi, u jirrakkomanda l-ħolqien ta' lista unika tal-UE tal-għelejjel maġġuri;

115.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-EFSA u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż il-pubbliku, jiġu inklużi fi kwalunkwe attività tal-partijiet ikkonċernati dwar il-pestiċidi, kif previst fid-Direttiva 2003/35/KE u fil-Konvenzjoni ta' Aarhus;

116.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li r-rekwiżiti fir-Regolament għall-prijoritizzazzjoni ta' metodi mhux kimiċi jiġu implimentati kif xieraq;

o
o   o

117.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 463, 21.12.2018, p. 73.
(2) Kif stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).
(3) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(4) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.
(5) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(6) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.
(7) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(8) ĠU L 155, 11.6.2011, p. 127.
(9) ĠU L 93, 3.4.2013, p. 1.
(10) ĠU L 93, 3.4.2013, p. 85.
(11) ĠU L 173, 30.6.2016, p. 52.
(12) ĠU L 208, 2.8.2016, p. 1.
(13) ĠU L 333, 15.12.2017, p. 10.
(14) ĠU C 58, 15.2.2018, p. 102.
(15) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 117.
(16) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 184.
(17) ĠU C 86, 6.3.2018, p. 62.
(18) ĠU C 86, 6.3.2018, p. 51.
(19) Testi adottati, P8_TA(2018)0356.
(20) Sentenza tal-Qorti (il-Ħames Awla) tat-23 ta' Novembru 2016, Bayer CropScience SA-NV, Stichting De Bijenstichting v College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, C-442/14, ECLI:EU:C:2016:890.
(21) Il-Ġurnal tal-EFSA 2015;13(11):4302.
(22) Il-Ġurnal tal-EFSA 2017;15(9):4979.
(23) https://ec.europa.eu/research/sam/pdf/sam_ppp_report.pdf
(24) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33.
(25) Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel], id-Direttiva 2001/18/KE [dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' OĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 [dwar ikel u għalf ĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 [dwar l-addittivi fl-għalf], ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 [dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni], ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 [dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 [dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 [dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] u r-Regolament (UE) Nru 2015/2283 [dwar ikel ġdid].
(26) Ara l-Kawża T-235/15, Pari Pharma GmbH v European Medicines Agency; ara wkoll il-Kawża T-729/15, MSD Animal Health Innovation GmbH and Intervet International BV v European Medicines Agency, u l-Kawża T-718/15, PTC Therapeutics International Ltd v European Medicines Agency.
(27) ĠU C 95, 3.4.2013, p. 1.
(28) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5348
(29) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.
(30) Ara Hallmann, C.A., Sorg, M., Jongejans, E., Siepel, H., Hofland, N., Schwan, H., et al. (2017) "More than 75 percent decline over 27 years in total flying insect biomass in protected areas" (Tnaqqis ta' aktar minn 75 fil-mija fuq 27 sena fil-bijomassa totali tal-insetti li jtiru f'żoni protetti). PLoS ONE 12(10): e0185809. https://doi.org/10.1371/journal.pone.0185809


L-istabbiliment ta' programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv *
PDF 161kWORD 52k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 (COM(2018)0467 – C8-0314/2018 – 2018/0252(NLE))
P8_TA(2019)0024A8-0441/2018

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0467),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0314/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0441/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Programm finanzjarju ta' nfiq apposta jista' jġib valur miżjud tal-Unjoni addizzjonali billi jsir parametru referenzjarju fl-Unjoni għall-ġestjoni sikura tal-kwistjonijiet teknoloġiċi fid-dekummissjonar nukleari u għad-disseminazzjoni tal-għarfien. Assistenza finanzjarja ta' dan it-tip jenħtieġ li tiġi provduta abbażi ta' evalwazzjoni ex ante li tidentifika l-ħtiġijiet speċifiċi u li turi l-valur miżjud tal-Unjoni bl-għan li tappoġġa d-dekummissjonar ta' faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv.
(2)  Programm finanzjarju ta' nfiq speċifiku jista' jġib valur miżjud tal-Unjoni addizzjonali billi jsir parametru referenzjarju fl-Unjoni għall-ġestjoni sikura tal-kwistjonijiet teknoloġiċi fid-dekummissjonar nukleari u għad-disseminazzjoni tal-għarfien. Assistenza finanzjarja ta' dan it-tip jenħtieġ li tiġi provduta abbażi ta' evalwazzjoni ex ante li tidentifika l-ħtiġijiet speċifiċi u li turi l-valur miżjud tal-Unjoni bl-għan li tappoġġa d-dekummissjonar ta' faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv. Madankollu, jenħtieġ li din l-assistenza finanzjarja ma tistabbilix preċedent li jiddefinixxi l-finanzjament tad-dekummissjonar nukleari futur fil-livell ta' Unjoni. Jenħtieġ li l-inizjattiva li jitwettaq u jiġi ffinanzjat id-dekummissjonar ta' faċilitajiet nukleari tibqa' primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Il-Programm jenħtieġ li jiżgura wkoll id-disseminazzjoni tal-għarfien dwar il-proċess ta' dekummissjonar fl-Unjoni, billi dawn il-miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-Unjoni u jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali.
(15)  Il-Programm jenħtieġ li jiżgura wkoll id-disseminazzjoni tal-għarfien u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tal-esperjenzi miksuba bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-proċess ta' dekummissjonar fl-Unjoni, billi dawn il-miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-Unjoni u jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali, kif ukoll għall-protezzjoni tal-ambjent.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Jenħtieġ li l-JRC imexxi inizjattiva speċifika sabiex tagħti struttura lill-ġbir, l-iżvilupp u l-kondiviżjoni tal-għarfien fil-qasam tad-dekummissjonar fil-livell tal-Unjoni, mingħajr ma tiġi eskluża l-kooperazzjoni internazzjonali. L-inizjattiva jenħtieġ li tqis l-isfidi multidimensjonali, inkluż fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-istandardizzazzjoni, ir-regolamentazzjoni, it-taħriġ flimkien mal-edukazzjoni, u l-industrija.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Id-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq b'rikors għall-aqwa għarfien espert tekniku disponibbli, u b'kunsiderazzjoni xierqa għan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li għandhom jiġu dekummissjonati, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u l-ogħla effiċjenza possibbli, u b'hekk jitqiesu l-aħjar prattiki internazzjonali.
(16)  Id-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq b'rikors għall-aqwa għarfien espert tekniku disponibbli, inkluż minn pajjiżi terzi, u b'kunsiderazzjoni xierqa għan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li għandhom jiġu dekummissjonati, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u l-ogħla effiċjenza possibbli, u b'hekk jitqiesu l-aħjar prattiki internazzjonali.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  L-azzjonijiet taħt il-programmi Kozloduy u Bohunice jenħtieġ li jitmexxew bi sforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u l-Bulgarija u s-Slovakkja rispettivament. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu ta' kofinanzjament tal-Unjoni b'konformità mal-prattika ta' kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri.
(20)  L-azzjonijiet taħt il-programmi Kozloduy u Bohunice jenħtieġ li jitmexxew bi sforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u l-Bulgarija u s-Slovakkja. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell minimu ta' kofinanzjament tal-Unjoni b'konformità mal-prattika ta' kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Finanzjarju Speċifiku għad-"Dekummissjonar tal-Faċilitajiet Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv" (il-"Programm"), bl-enfasi fuq il-ħtiġijiet identifikati fuq bażi attwali. Għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, se jappoġġa lill-Bulgarija u lis-Slovakkja biex jiddekummissjonaw b'mod sikur ir-reatturi nukleari tal-ewwel ġenerazzjoni tagħhom u biex jimplimentaw il-proċess ta' dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni stess fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC).
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Finanzjarju Speċifiku għad-"Dekummissjonar tal-Faċilitajiet Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv" (il-"Programm"), bl-enfasi fuq il-ħtiġijiet identifikati fuq bażi attwali. Għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, se jappoġġa lill-Bulgarija u lis-Slovakkja biex jiddekummissjonaw b'mod sikur ir-reatturi nukleari li ngħalqu b'mod prematur u biex jimplimentaw il-proċess ta' dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni stess fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tal-ħaddiema, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatti fuq is-saħħa, il-pubbliku ġenerali u l-ambjent.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Komunità) u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit ġenerali għall-perjodu 2021 – 2027, inkluża d-distribuzzjoni preċiża tal-ammont fost it-tliet programmi, il-forom ta' finanzjament tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Komunità) u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
(2)  "pjan ta' dekummissjonar" tfisser id-dokument li fih informazzjoni dettaljata dwar id-dekummissjonar propost u li jkopri dan li ġej; l-istrateġija magħżula tad-dekummissjonar; l-iskeda, it-tip u s-sekwenza tal-attivitajiet tad-dekummissjonar; l-istrateġija tal-ġestjoni tal-iskart applikata, inkluż ir-rilaxx; l-istat aħħari propost; il-ħżin u r-rimi tal-iskart mid-dekummissjonar; il-perjodu ta' żmien speċifikat għad-dekummissjonar; l-istimi tal-kostijiet għat-tlestija tad-dekummissjonar; l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-istadji importanti, id-dati ta' mira, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin korrispondenti, inklużi l-indikaturi bbażati fuq il-valur gwadanjat. Dan il-pjan jitħejja mid-detentur tal-liċenzja tal-faċilità nukleari u huwa rifless fil-programmi ta' ħidma pluriennali tal-Programm;
(2)  "pjan ta' dekummissjonar" tfisser id-dokument li fih informazzjoni dettaljata dwar id-dekummissjonar propost u li jkopri dan li ġej: l-istrateġija magħżula tad-dekummissjonar; l-iskeda, it-tip u s-sekwenza tal-attivitajiet tad-dekummissjonar; l-istrateġija tal-ġestjoni tal-iskart applikata, inkluż ir-rilaxx, u l-programm għall-protezzjoni tal-ħaddiema; l-istat aħħari propost; il-ħżin u r-rimi tal-iskart mid-dekummissjonar; il-perjodu ta' żmien speċifikat għad-dekummissjonar; l-istimi tal-kostijiet għat-tlestija tad-dekummissjonar; l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-istadji importanti, id-dati ta' mira, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin korrispondenti, inklużi l-indikaturi bbażati fuq il-valur gwadanjat. Dan il-pjan jitħejja mid-detentur tal-liċenzja tal-faċilità nukleari u huwa rifless fil-programmi ta' ħidma pluriennali tal-Programm;
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
(5a)   "pajjiż terz" tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru tal-Unjoni.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Abbażi tal-ħitġijiet attwali tal-perjodu 2021-2027, il-Programm għandu l-għan partikolari li jassisti lill-Bulgarija u lis-Slovakkja fl-implimentazzjoni tal-programm għad-dekummissjonar ta' Kozloduy u tal-programm għad-dekummissjonar ta' Bohunice rispettivament, bl-enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta' sikurezza radjoloġika tagħhom u li jappoġġa l-programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC, filwaqt li jiżgura d-disseminazzjoni wiesgħa tal-għarfien b'hekk iġġenerat fuq id-dekummissjonar nukleari lill-Istati Membri kollha tal-UE.
Abbażi tal-ħitġijiet attwali tal-perjodu 2021-2027, il-Programm għandu l-għan partikolari li jassisti lill-Bulgarija u lis-Slovakkja fl-implimentazzjoni tal-programm għad-dekummissjonar ta' Kozloduy u tal-programm għad-dekummissjonar ta' Bohunice rispettivament, bl-enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta' sikurezza radjoloġika tagħhom u li jappoġġa l-programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC, filwaqt li jiżgura d-disseminazzjoni wiesgħa u l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aħjar prattiki b'hekk iġġenerati fuq id-dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni tal-iskar nukleari fost l-Istati Membri kollha.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt c
(c)  li jiżviluppa rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni dwar id-dekummissjonar nukleari, bl-għan li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.
(c)  li jiżviluppa rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni, b'mod partikolari l-industrija, dwar id-dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni u r-rimi tal-iskart rajduattiv, bl-għan li jiġu żgurati d-disseminazzjoni tal-għarfien u l-iskambji tal-esperjenzi fl-oqsma kollha rilevanti bħar-riċerka u l-innovazzjoni, ir-regolamentazzjoni, it-taħriġ u li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:
2.  Id-distribuzzjoni tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
Il-Programm jista' jiffinanzja kostijiet eliġibbli ta' attività sa rata massima kif stabbilita fl-Annessi I u II. Ir-rata massima ta' kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli taħt il-programm Kozloduy jew il-programm Bohunice ma għandhiex tkun aktar minn 50 %. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jiġi pprovdut mill-Bulgarija u mis-Slovakkja rispettivament.
Il-Programm jista' jiffinanzja kostijiet eliġibbli ta' attività kif stabbilit fl-Annessi I u II. Ir-rata minima ta' kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli taħt il-programm Kozloduy jew il-programm Bohunice ma għandhiex tkun inqas minn 50 %. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jiġi pprovdut mill-Bulgarija u mis-Slovakkja rispettivament.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2
2.  Il-proġetti u l-attivitajiet finanzjati fil-perjodu 2021-2027 huma soġġetti għal rata massima ta' kofinanzjament tal-UE ta' 50%.
2.  Il-proġetti u l-attivitajiet finanzjati fil-perjodu 2021-2027 huma soġġetti għal rata minima ta' kofinanzjament tal-Unjoni ta' 50 %.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Anness II – punt 2
2.  Il-proġetti u l-attivitajiet finanzjati fil-perjodu 2021-2027 huma soġġetti għal rata massima ta' kofinanzjament tal-UE ta' 50%.
2.  Il-proġetti u l-attivitajiet finanzjati fil-perjodu 2021-2027 huma soġġetti għal rata minima ta' kofinanzjament tal-Unjoni ta' 50 %.

Rapport ta' implimentazzjoni dwar il-pilastru kummerċjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Amerika Ċentrali
PDF 166kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Kummerċjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Amerika Ċentrali (2018/2106(INI))
P8_TA(2019)0025A8-0459/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Parti IV dwar il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa(2), u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, kif ukoll ir-Rapport Interim li jakkumpanjaha(3),

–  wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2015, tat-18 ta' Frar 2016 u tal-5 ta' April 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Parti IV tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE-Amerika Ċentrali (COM(2015)0131, COM(2016)0073 u COM(2017)0160 rispettivament),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Mejju 2018 dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa(4) u d-Dikjarazzjoni f'isem l-UE mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa tat-2 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana dwar il-governanza tal-globalizzazzjoni u dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva fl-UE u fil-pajjiżi tal-Amerika Latina u tal-Karibew (LAC), it-tnejn li huma adottati fi Vjenna fl-20 ta' Settembru 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2017 intitolat "Implimentazzjoni ta' Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016" (SWD(2017)0364),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Frar 2018 dwar "Kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli (TSD) fi Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles tal-UE (FTA)"(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Kummerċjali Komuni(6), u tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar l-isfruttar tal-globalizzazzjoni: aspetti kummerċjali(7),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-14 ta' Ġunju 2018 dwar ir-raba' laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni;

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tar-Raba' Laqgħa tal-Bord tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tat-13 ta' Ġunju 2018, dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Amerika Ċentrali u l-Unjoni Ewropea(8),

–  wara li kkunsidra s-sommarju tad-diskussjoni li saret matul il-laqgħa konġunta tal-Gruppi Konsultattivi tas-Soċjetà Ċivili Ewropea u tal-Amerika Ċentrali fis-16 ta' Ġunju 2016(9),

–  wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ pubbliċi li ġew organizzati fil-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) fl-20 ta' Ġunju 2018, fil-15 ta' Marzu 2016 u fis-27 ta' Marzu 2012,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill Ewropew u lill- Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa(10),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kummerċ u l-Għoti tas-Setgħa Ekonomika lin-Nisa fl-Okkażjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Buenos Aires f'Diċembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) ta', u l-Anness 3 għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0459/2018),

A.  billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (minn hawn' il quddiem "il-Ftehim") bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali kien l-ewwel ftehim ta' assoċjazzjoni bejn reġjun u ieħor konkluż mill-UE; billi huwa bbażat fuq tliet pilastri komplementari, jiġifieri d-djalogu politiku, il-kooperazzjoni, u l-kummerċ; billi l-pilastru kummerċjali tal-Ftehim (Parti IV) kien pjuttost wiesa' u ambizzjuż meta ġie negozjat, iżda b'mod retrospettiv huwa nieqes minn dispożizzjonijiet aġġornati dwar, fost l-oħrajn, il-ġeneri u l-kummerċ, il-kummerċ diġitali u l-kummerċ elettroniku, l-akkwist pubbliku, l-investiment, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni jew l-impriżi żgħar u ta’daqs medju (SMEs);

B.  billi l-pilastru tal-kummerċ tal-Ftehim ġie applikat b'mod proviżorju għal ħames snin: sa mill-1 ta' Awwissu 2013 mal-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama, sa mill-1 ta' Ottubru 2013 mal-Costa Rica u mal-El Salvador, u sa mill-1 ta' Diċembru 2013 mal-Gwatemala;

C.  billi l-pilastri tad-djalogu politiku u l-kooperazzjoni għadhom ma ġewx applikati peress li mhux l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Ftehim; billi n-nuqqas ta' applikazzjoni ta' dawn iż-żewġ pilastri joħloq żbilanċ bejn il-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ u l-kwistjonijiet politiċi, b'mod partikolari l-valuri ewlenin tal-UE, bħall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem;

D.  billi l-Amerika Ċentrali tirrappreżenta suq relattivament żgħir bi kważi 43 miljun abitant u tammonta għal 0,25 % tal-PDG globali;

E.  billi f'dawn l-aħħar 15-il sena l-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali kienu aktar miftuħa għall-kummerċ minn pajjiżi oħra bl-istess livell ta' dħul; billi, madankollu, l-importazzjonijiet għadhom is-sors ewlieni tal-kummerċ ma' pajjiżi oħra;

F.  billi l-aktar suq importanti għall-Amerika Ċentrali huwa r-reġjun innifsu, billi s-Suq Komuni tal-Amerika Ċentrali huwa t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi fir-reġjun, u jirrappreżenta 26 % tal-esportazzjonijiet kollha;

G.  billi l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE hija prijorità ewlenija għall-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni sabiex jimmonitorjaw, jivvalutaw u jikkalibraw il-Politika Kummerċjali Komuni (PKK) tal-UE; billi r-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim mal-Amerika Ċentrali huwa kontribut f'waqtu u utli għar-riflessjoni dwar il-modernizzazzjoni possibbli tiegħu;

H.  billi issa hemm biżżejjed esperjenza, data u informazzjoni statistika biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tal-pilastru kummerċjali tal-Ftehim; billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament adottata fil-11 ta' Diċembru 2012 b'mod parallel mal-kunsens tiegħu għall-Ftehim ddeskrivew fil-qosor l-għanijiet għall-pilastru kummerċjali, u kienu jinkludu suġġerimenti dwar is-segwitu matul l-implimentazzjoni tiegħu(11) li huma rilevanti għall-analiżi li għadha għaddejja;

I.  billi l-Opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Mejju 2017(12) ikkonfermat li l-PKK hija politika bbażata fuq il-valuri u li l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli tikkostitwixxi parti integrali mill-PKK;

J.  billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'diversi pajjiżi tal-Amerika Ċentrali hija inkwetanti;

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ewlenin

1.  Huwa tal-fehma li l-Ftehim jipprova jilħaq wieħed mill-għanijiet inizjali ewlenin tiegħu peress li għandu l-għan li jsaħħaħ il-proċess ta' integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali bl-appoġġ tal-istituzzjonijiet intrareġjonali, il-kooperazzjoni u d-djalogi, li jikkontribwixxu għall-kisba tal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tal-Aġenda 2030 universali tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli u, taħt il-qafas tal-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tal-komplementarjetà tas-setturi produttivi tagħhom, tal-iffaċilitar tal-iskambji transkonfinali ġusti u t-trawwim tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli reġjonali; itenni li l-Ftehim jikkontribwixxi għall-ikkonsolidar tad-dimensjoni strateġika usa' tas-sħubija bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew (ALK); iqis li huwa essenzjali l