Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 17 ta' Jannar 2019 - StrasburguVerżjoni proviżorja
Ażerbajġan, b'mod partikolari l-każ ta' Mehman Huseynov
 Is-Sudan
 Il-programm ta' assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja *
 Rapport Annwali 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-2017
 Talbiet ta' restituzzjoni transfruntieri ta' opri tal-arti u beni kulturali misruqa waqt kunflitti armati u gwerer
 Il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri ***I
 L-istabbiliment tal-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni ***I
 L-istabbiliment tal-programm "Drittijiet u Valuri" ***I
 L-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali *
 Il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali
 Rapport Annwali dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment
 Integrazzjoni differenzjata
 Inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE

Ażerbajġan, b'mod partikolari l-każ ta' Mehman Huseynov
PDF 337kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-Ażerbajġan, b'mod partikolari l-każ ta' Mehman Huseynov (2019/2511(RSP))
P8_TA-PROV(2019)0033RC-B8-0056/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Ażerbajġan, b'mod partikolari dawk tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-każ tal-ġurnalist Ażerbajġani Afgan Mukhtarli(1), tal-10 ta' Settembru 2015 dwar l-Ażerbajġan(2) u tat-18 ta' Settembru 2014 dwar il-persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Azerbajġan(3),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2018 lill-Kunsill, il-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar il-Ftehim Komprensiv UE-Ażerbajġan(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, b'mod partikolari r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi(6),

–  wara li kkunsidra l-15-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni (KPK) UE-Ażerbajġan, li saret f'Baku mis-7 sat-8 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Ażerbajġan tal-1996 u l-adozzjoni mill-Kunsill, fl-14 ta' Novembru 2016, ta' mandat għall-Kummissjoni u l-VP/RGħ biex jinnegozjaw ftehim komprensiv mal-Ażerbajġan, u l-bidu tan-negozjati dwar il-ftehim imsemmi hawn fuq fis-7 ta' Frar 2017,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ tas-7 ta' Marzu 2017 dwar is-sentenza mogħtija lil Mehman Huseynov fl-Ażerbajġan,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline,

–  wara li kkunsidra l-aħħar rapport tal-Grupp ta' Ħidma dwar id-Detenzjoni Arbitrarja rigward il-missjoni tiegħu fl-Ażerbajġan lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Mehman Huseynov, blogger kontra l-korruzzjoni u direttur tal-Istitut għal-Libertà u s-Sikurezza tar-Reporters (IRFS), qed jiskonta sentenza ta' sentejn ħabs wara l-kundanna tiegħu fit-3 ta' Marzu 2017 talli lmenta pubblikament dwar l-esperjenzi tiegħu ta' trattament ħażin u tortura mill-pulizija, kif ukoll talli kkritika lil uffiċjali tal-gvern billi espona l-ġid tagħhom li m'għandhomx spjegazzjoni għalih;

B.  billi s-Sur Huseynov, li għandu jinħeles f'Marzu 2019, qed jiffaċċja l-possibbiltà ta' sentenza addizzjonali ta' bejn ħames snin u seba' snin ħabs għal akkużi ta' "użu ta' vjolenza mhux perikoluża għall-ħajja jew għas-saħħa ta' impjegati tal-awtorità eżekuttiva jew penali jew ta' inkwirenti" skont l-Artikolu 317.2;

C.  billi s-Sur Huseynov huwa akkużat li attakka lil gwardjan tal-ħabs biex jevita kontroll ta' rutina fis-26 ta' Diċembru 2018; billi, wara l-allegat attakk, intbagħat f'reklużjoni mingħajr id-dritt li jkellem lill-avukat tiegħu; billi fit-28 ta' Diċembru s-Sur Huseynov beda strajk tal-ġuħ biex jipprotesta kontra dawn it-tentattivi biex is-sentenza tiegħu tiġi estiża u kontra l-akkużi potenzjali ġodda; billi fit-30 ta' Diċembru l-kundizzjoni tas-saħħa tal-blogger iddeterjorat u ħassu ħażin; billi wara insistenza minn qrabatu, waqqaf l-istrajk tal-ġuħ u beda jixrob il-likwidi; billi fil-11 ta' Jannar 2019 id-Delegazzjoni tal-UE għall-Ażerbajġan setgħet iżżuru u ġie kkonfermat li kien qed jingħata assistenza medika;

D.  billi dan mhuwiex każ iżolat, u kien hemm każijiet oħra li fihom l-awtoritajiet ressqu akkużi ġodda kontra priġunieri politiċi li s-sentenzi ta' ħabs kurrenti tagħhom ikunu waslu biex jispiċċaw; billi, skont il-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant, dan huwa l-ħames każ ta' dan it-tip li seħħ fix-xhur riċenti;

E.  billi fl-4 ta' Jannar 2019, il-Qorti Distrettwali ta' Nizami, f'Baku, tat deċiżjoni dwar il-kastig amministrattiv ta' dawk li kienu ħadu sehem fil-protesta kontra l-każ kriminali l-ġdid kontra s-Sur Huseynov, jiġifieri Mete Turksoy, Afghan Sadigov, Nurlan Gahramanli, Elimkhan Aghayev, Sakhavat Nabiyev, Ismayil Islamoghlu, Goshgar Ahmadov,Yashar Khaspoladov, Farid Abdinov, Elchin Rahimzade, Orkhan Mammadov, Bakhtiyar Mammadli, Fatima Movlamli, Matanat Mahmurzayeva u Parvin Abishova; billi l-akkużati kollha nstabu ħatja skont l-Artikolu 513.2 (ksur tar-regoli biex isiru rallies, pickets u dimostrazzjonijiet) tal-Kodiċi ta' Reati Amministrattivi;

F.  billi ma sar ebda progress sostanzjali fir-rigward tal-ambjent medjatiku u l-libertà tal-espressjoni fl-Ażerbajġan; billi l-Ażerbajġan huwa kklassifikat fil-163 post fost 180 pajjiż fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa 2018 ippubblikat minn Reporters Mingħajr Fruntieri; billi bħalissa 10 ġurnalisti qed jiskontaw sentenzi ta' ħabs fl-Ażerbajġan;

G.  billi diversi siti web u portals tal-media indipendenti għadhom imblukkati u inaċċessibbli fil-pajjiż, inklużi Azadliq Radio (Radio Free Europe/Radio Liberty Azerbaijan Service) u s-servizz internazzjonali tiegħu, Radio Free Europe Radio Liberty, il-gazzetta Azadliq (ebda rabta ma' Azadliq Radio), Meydan TV, u Azerbaijan Saadi (Azerbaijan Hour), fost oħrajn; billi lejn tmiem l-2017 u l-bidu tal-2018, għexieren ta' ċittadini Ażerbajġani ġew interrogati minħabba kummenti ta' kritika fuq Facebook, jew sempliċement talli għamlu "Like" għal status fuq il-media soċjali, jew talli kklikkjaw "attend" għal rallies politiċi,

H.  billi f'Diċembru 2018 il-Qorti Ekonomika u Amministrattiva ta' Baku ordnat lill-ġurnalista investigattiva Khadija Ismayilova tħallas multa ta' aktar minn EUR 23 000 għal allegat każ ta' evażjoni tat-taxxa fuq l-introjtu li jinvolvi lil Radio Free Europe, fejn ħadmet bħala editur u qatt ma kellha kariga ta' rappreżentant legali; billi l-avukat tagħha, Yalchin Imanov, huwa fost dawk li tneħħew mill-elenku tal-assoċjazzjoni tal-avukatura Ażerbajġana; billi fl-10 ta' Jannar 2019 il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat deċiżjoni dwar l-ilment imressaq mis-Sa Ismayilova kontra l-Gvern tal-Ażerbajġan b'rabta mat-tixrid ta' videos li jikkonċernaw il-ħajja privata ta' Khadija, u ddeċidiet li d-drittijiet tagħha nkisru skont l-Artikoli 8 (rispett tal-ħajja privata u tal-familja) u 10 (libertà ta' espressjoni) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

I.  billi l-emendi introdotti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u Amministrattiva u l-Att dwar l-Avukatura fl-2017 jipprojbixxu lill-avukati prattikanti li mhumiex membri tal-Assoċjazzjoni tal-Avukatura milli jidhru l-qorti u jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom; billi din ir-regola l-ġdida tolqot lil bosta avukati li jirrappreżentaw membri tal-oppożizzjoni u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem li tneħħew mill-elenku tal-avukati jew li qed jiffaċċjaw miżuri dixxiplinari;

J.  billi l-Ażerbajġan huwa membru tal-Kunsill tal-Ewropa u għalhekk impenja ruħu li jirrispetta l-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; billi ż-żewġ korapporteurs għall-Ażerbajġan tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) u l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa esprimew tħassib kbir dwar l-akkużi l-ġodda mressqa kontra s-Sur Huseynov; billi l-istess tħassib ġie espress mir-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Media;

K.  billi fil-11 ta' Lulju 2018 l-UE u l-Ażerbajġan iffinalizzaw il-Prijoritajiet ta' Sħubija tagħhom, li stabbilew il-prijoritajiet politiċi konġunti biex jiggwidaw u jsaħħu s-sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan tul is-snin li ġejjin;

1.  Jappella għall-ħelsien immedjat u bla kundizzjonijiet ta' Mehman Huseynov, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Ażerbajġani jwaqqgħu l-akkużi ġodda kollha kontrih; jesprimi tħassib dwar saħħtu li għaliha l-awtoritajiet iridu jipprovdu l-assistenza medika professjonali kollha meħtieġa u jippermettu aċċess regolari lill-familja tiegħu u lill-konsulent legali soġġett għas-sigriet professjonali;

2.  Jappella biex jintemm it-trażżin tal-protesti min-naħa tal-Ażerbajġan, u jappella għall-ħelsien mill-ħabs immedjat u bla kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha, inklużi l-ġurnalisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti oħra tas-soċjetà ċivili, inkluż, iżda mhux biss, Afgan Mukhtarli, Ilkin Rustamzadeh, Rashad Ramazanov, Seymur Hazi, Giyas Ibrahimov, Mehman Huseynov, Bayram Mammadov, Araz Guliyev, Tofig Hasanli, Ilgiz Qahramanov u Afgan Sadygov, u jappella biex l-akkużi kollha kontrihom jitwaqqgħu, u biex jerġgħu jingħataw bis-sħiħ id-drittijiet politiċi u ċivili tagħhom;

3.  Jilqa' l-ħelsien fl-Ażerbajġan ta' diversi difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, membri tal-oppożizzjoni u attivisti ta' profil għoli tul dawn l-aħħar snin; jistieden lill-awtoritajiet Ażerbajġani jiżguraw il-moviment liberu ta' dawk li jiffaċċjaw restrizzjonijiet, inklużi Ilgar Mammadov, Intigam Alyiev, Khadija Ismayilova, u ġurnalisti oħra, u jħallihom jaħdmu liberament; jesprimi tħassib dwar l-akkużi kriminali ġodda mressqa kontra s-Sa Ismayilova u jitlob li jitwaqqgħu;

4.  Ifakkar lill-Ażerbajġan fl-obbligi tiegħu li joriġinaw mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u jistieden lill-awtoritajiet Ażerbajġani jirrispettaw u jinforzaw bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

5.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Ażerbajġan jikkoopera u jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll il-proċeduri speċjali fir-rigward tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u jiżgura li l-grupp u l-attivisti indipendenti tas-soċjetà ċivili jistgħu joperaw liberament u mingħajr restrizzjoni, anke permezz tal-emenda tal-liġijiet li jirrestrinġu severament il-finanzjament tas-soċjetà ċivili;

6.  Jistieden lill-Ażerbajġan jiggarantixxi bis-sħiħ il-libertà tal-istampa u tal-media, kemm fil-leġiżlazzjoni kif ukoll fil-prattika, kemm online kif ukoll offline, biex jiggarantixxi l-libertà tal-espressjoni skont l-istandards internazzjonali;

7.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ażerbajġani jiżguraw l-indipendenza de facto tal-Assoċjazzjoni tal-Avukatura mill-eżekuttiv; jinsisti li l-avukati li jipprattikaw b'mod indipendenti jitħallew ikomplu jipprattikaw u jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom skont il-prokura notarili, u jappella biex tintemm it-tneħħija arbitrarja mill-elenku tal-avukati li jirrappreżentaw lil membri tal-oppożizzjoni u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem;

8.  Jesprimi tħassib dwar allegazzjonijiet li jinvolvu lil diversi membri tal-PACE u l-allegati tentattivi li jiġu influwenzati dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet f'livell Ewropew permezz ta' mezzi illeċiti bil-għan li jfixklu l-kritika ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ażerbajġan;

9.  Jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni tal-persuni LGBTI fl-Ażerbajġan u jistieden lill-Gvern Ażerbajġani ma jibqax jostakola u jintimida d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-persuni LGBTI;

10.  Jissottolinja l-importanza tal-ftehim il-ġdid bejn l-UE u l-Ażerbajġan; jenfasizza li r-riformi demokratiċi, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali jridu jkunu fiċ-ċentru tal-ftehim il-ġdid; jenfasizza li se jimmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni matul in-negozjati dwar ftehim ġdid qabel jieħu d-deċiżjoni li jagħti l-kunsens tiegħu lill-ftehim;

11.  Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jiżguraw li l-ħelsien tas-Sur Huseynov u tal-priġunieri politiċi l-oħra kollha fl-Ażerbajġan jibqa' prijorità fir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Ażerbajġan;

12.  Iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri fl-Ażerbajġan jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jappoġġaw u jassistu lill-priġunieri politiċi, lir-reporters u lill-bloggers, lill-attivisti kontra l-korruzzjoni, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-membri tas-soċjetà ċivili;

13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kummissjoni, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Ażerbajġan, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-OSKE.

(1) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 105.
(2) ĠU C 316, 22.9.2017, p. 207.
(3) ĠU C 234, 28.6.2016, p. 2.
(4) Testi adottati, P8_TA(2018)0294.
(5) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 130.
(6) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 82.
(7) Rapport A/HRC/36/37/Add.1 tat-2 ta' Awwissu 2017.


Is-Sudan
PDF 340kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar is-Sudan (2019/2512(RSP))
P8_TA-PROV(2019)0034RC-B8-0053/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan, b'mod partikolari dawk tal-31 ta' Mejju 2018(1), tal-15 ta' Marzu 2018(2), tas-16 ta' Novembru 2017(3) u tat-6 ta' Ottubru 2016(4),

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, li r-Repubblika tas-Sudan ilha stat parti tiegħu mill-1986,

–  wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov tiegħu għal-Libertà tal-Ħsieb lid-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Salih Mahmoud Osman fl-2007,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sudan tad-19 ta' Novembru 2018,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tat-Trojka (l-Istati Uniti, in-Norveġja u r-Renju Unit) u tal-Kanada tat-8 ta' Jannar 2019 dwar ir-rispons għall-protesti li għaddejjin fis-Sudan,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-24 ta' Diċembru 2018 u tal-11 ta' Jannar 2019 dwar il-protesti li għaddejjin fis-Sudan,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tas-Sudan tal-2005,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou ffirmat mill-Gvern Sudaniż fl-2005,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli,

–  wara li kkunsidra d-djalogi interattivi dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan, li saru mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fil-11 ta' Diċembru 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, f'nofs Diċembru, il-Gvern tas-Sudan ħabbar it-tmiem ta' sussidji fuq prodotti bażiċi b'reazzjoni għal inflazzjoni li qed tispara 'l fuq; billi r-rata tal-inflazzjoni, li bħalissa tilħaq madwar 122 %, hija t-tieni l-ogħla waħda fid-dinja(5);

B.  billi, mid-19 ta' Diċembru 2018 'il hawn, dimostranti niżlu fit-toroq madwar is-Sudan biex jipprotestaw kontra ż-żidiet fl-għoli tal-ħajja, it-tnaqqis tas-sussidji fuq prodotti bażiċi u l-iskarsezzi ta' fjuwil; billi dawn il-protesti nfirxu mill-bliet u l-irħula għal Khartoum, il-belt kapitali;

C.  billi d-dimostrazzjonijiet baqgħu jitwessgħu u għaxriet ta' eluf ta' persuni, b'mod li jirrifletti kampjun wiesa' tas-soċjetà tas-Sudan, reġgħu ħarġu fit-toroq kontra r-reġim awtoritarju, u talbu r-riżenja tal-President Omar al-Bashir, li ilu fil-poter 29 sena;

D.  billi 22 partit politiku rtiraw mill-gvern b'solidarjetà mad-dimostranti; billi l-protesti huma sostnuti minn uħud mill-ex alleati u membri tal-partit tal-President, li huma meqjusa bħala sfida serja lill-President al-Bashir, li qed ifittex li jemenda l-Artikolu 57 tal-Kostituzzjoni biex jikseb mandat tul ħajtu;

E.  billi, fl-1 ta' Jannar 2019, 22 partit politiku u grupp tal-oppożizzjoni esiġew li l-President al-Bashir jittrasferixxi l-poter lil "kunsill sovran" u lil gvern tranżizzjonali li jistabbilixxi data "xierqa" għal elezzjonijiet demokratiċi; billi l-elezzjonijiet presidenzjali li jmiss fis-Sudan huma skedati għall-2020; billi, skont il-Kostituzzjoni tas-Sudan, il-President Omar al-Bashir ma jistax jerġa' joħroġ għall-elezzjoni meta jintemm il-mandat kurrenti tiegħu; billi xi leġiżlaturi fis-Sudan ħabbru li huma lesti jemendaw il-kostituzzjoni biex jestendu l-limiti tal-mandat presidenzjali, b'tali mod li l-President al-Bashir ikun jista' jerġa' joħroġ għall-elezzjoni fl-2020;

F.  billi l-awtoritajiet Sudaniżi ħaddmu l-forzi tas-sigurtà nazzjonali, il-pulizija, u forzi paramilitari, li mxew b'forza eċċessiva biex iferrxu d-dimostranti mhux armati, sawtuhom bil-lembubi u sparaw balal letali, balal tal-gomma, u gass tad-dmugħ;

G.  billi l-President al-Bashir huwa l-uniku kap ta' stat li huwa mfittex għal delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u ġenoċidju mwettqa matul il-kampanja tiegħu ta' tindif etniku fid-Darfur, b'żewġ mandati ta' arrest pendenti li nħarġulu fl-4 ta' Marzu 2009 u fit-12 ta' Lulju 2010 mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); billi, għalkemm is-Sudan mhuwiex stat parti tal-Istatut ta' Ruma, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1593 (2005) tobbligah jikkoopera mal-QKI; billi, minkejja l-mandat ta' arrest tiegħu, il-President al-Bashir baqa' jwettaq id-delitti tiegħu b'impunità, hekk li wessa' l-bumbardamenti u l-attakki tiegħu kontra persuni ċivili lil hinn mid-Darfur lil dawk fl-Istati Sudaniżi tan-Nil Ikħal u tal-Kordofan tan-Nofsinhar;

H.  billi, skont organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, l-għadd ta' persuni maqtula kien laħaq 45 sal-1 ta' Jannar 2019; billi l-Gvern Sudaniż jirrapporta biss 24 mewta; billi tliet dimostranti oħra nqatlu fid-9 ta' Jannar 2019 waqt dimostrazzjoni kontra l-gvern fis-Sudan; billi, fl-istess ġurnata, kienet qed issir l-ewwel manifestazzjoni ta' appoġġ għall-President al-Bashir f'Khartoum;

I.  billi, skont il-gvern Sudaniż, il-pulizija arrestaw 816-il ruħ fi tliet ġimgħat ta' protesti iżda, skont is-soċjetà ċivili, l-għadd reali huwa ħafna ogħla minn hekk; billi bosta akkademiċi tal-Università ta' Khartoum ġew arrestati wara li ngħaqdu mal-protesti; billi għadd ta' mexxejja tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, professuri u studenti tal-università, inklużi dawk li ġarrbu ġrieħi gravi, għadhom miżmuma mingħajr żjarat minn familjari, avukati u tobba;

J.  billi, fit-8 ta' Jannar 2018, Salih Mahmoud Osman, avukat tad-drittijiet tal-bniedem Sudaniż u rebbieħ tal-Premju Sakharov tal-2007, ġie arrestat fl-uffiċċju legali tiegħu; billi l-awtoritajiet ikkonfermaw li huwa detenut, iżda ma żvelawx fejn qed jinżamm; billi l-familja tas-Sur Osman hija partikolarment imħassba dwar id-detenzjoni tiegħu minħabba li jbati minn pressjoni għolja u dijabete, li jirrikjedu li jkollu segwitu mediku;

K.  billi l-mewġa ta' arresti involviet ħafna difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u għadd ta' membri tal-oppożizzjoni;

L.  billi, fit-8 ta' Jannar 2019, l-ex Viċi President Ali Osman Taha wissa lill-avversarji tal-gvern li "l-brigati" tal-milizzja kienu se jiddefendu l-pajjiż;

M.  billi l-eżistenza ta' midja libera, indipendenti u imparzjali tikkostitwixxi wieħed mill-pedamenti essenzjali ta' soċjetà demokratika; billi l-gvern ibblokka l-aċċess għas-siti tal-midja soċjali, u bosta gazzetti ma' ġewx ippubblikati wara li Servizz Nazzjonali Sudaniż tal-Intelligence u s-Sigurtà (NISS) impona restrizzjonijiet fuq il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni relatata mal-protesti; billi l-użu mifrux ta' VPNs ippermetta li n-nies jaqsmu ma' ħaddieħor ritratti u videos grafiċi ta' dimostranti li sfaw midruba jew maqtula ; billi s-Sudan huwa kklassifikat fil-170 post fost il-180 pajjiż fl-Indiċi tal-Libertà tal-Istampa 2018 tal-organizzazzjoni Reporters Mingħajr Fruntieri; billi, fit-13 ta' Jannar 2019, l-Assoċjazzjoni tal-Professjonisti Sudaniżi, li tinkludi, fost oħrajn, tobba, professuri u inġiniera, ħarġet sejħa biex in-nies jipprotestaw fil-belt kapitali, Khartoum, u fi bliet oħra bħal Madani (fil-Lvant), Kosti (fin-Nofsinhar) u Dongola (fit-Tramuntana) fl-okkażjoni ta' "ġimgħa ta' rvell"; billi, għall-ewwel darba, saret ukoll sejħa għal protesta fi Nyala u Al-Fasher, fir-reġjun ta' kunflitt ta' Darfur;

N.  billi, skont difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, in-nies mir-reġjun tad-Darfur b'mod partikolari ġew iffastidjati u arrestati fil-pajjiż kollu kemm hu, anki jekk ma ħadux sehem f'dimostrazzjonijiet;

O.  billi s-Sudan għadu ma rratifikax trattati universali ewlenin oħra tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament Krudili, Inuman u Degradanti Ieħor, u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa;

P.  billi t-Trojka magħmula mill-Istati Uniti, in-Norveġja u r-Renju Unit, u appoġġjata mill-Kanada, ikkundannat pubblikament ir-repressjoni brutali tad-dimostrazzjonijiet fis-Sudan;

Q.  billi l-UE żżomm kuntatt ta' livell għoli mal-gvern Sudaniż, inklużi żjarat fis-Sudan minn Kummissarji;

R.  billi s-Sudan huwa kklassifikat bħala r-raba' l-agħar pajjiż għall-abitanti Nsara fil-World Watch List tal-2018 imħejjija mill-Open Doors International; billi s-sitwazzjoni għal minoranzi reliġjużi oħra, jew għal persuni li ma jemmnux, hija daqstant diffiċli;

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-użu eċċessiv tal-forza min-NISS matul protesti popolari li għadhom għaddejjin, u r-repressjoni li għaddejja mill-awtoritajiet fis-Sudan, li qed ikomplu jattakkaw attivisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll avukati, għalliema, studenti u tobba;

2.  Jitlob li l-gvern Sudaniż temm l-użu tal-forza fatali, l-arresti u d-detenzjoni arbitrarji ta' dimostranti paċifiċi, u jipprevjeni aktar tixrid ta' demm u l-użu tat-tortura; jenfasizza li l-korpi kollha tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà għandhom jaġixxu taħt il-kontroll dirett tal-gvern u skont l-impenji kostituzzjonali u internazzjonali tas-Sudan;

3.  Jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-vittmi tal-vjolenza li faqqgħet mal-bidu tal-protesti popolari, u lill-familji tagħhom;

4.  Jitlob li Salih Mahmoud Osman, rebbieħ tal-Premju Sakharov, jinħeles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Sudaniżi biex jiggarantixxu li jingħata kura medika urġenti u aċċess mingħajr xkiel għall-avukat u l-familja tiegħu;

5.  Jitlob li l-gvern tas-Sudan jirrispetta d-dritt tan-nies li jsemmgħu l-preokkupazzjonijiet tagħhom, u jippermetti lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem tas-Sudan iwettqu l-ħidma leġittima tagħhom biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem, mingħajr kwalunkwe restrizzjoni jew ritaljazzjoni;

6.  Huwa partikolarment imħasseb dwar x'ġara minn 32 student universitarju ta' oriġini f'Darfur li sfaw arrestati mill-awtoritajiet Sudaniżi fit-23 ta' Diċembru 2018 u li nħarġu għall-wiri quddiem il-midja u, skont ma ġie rrappurtat, ġew akkużati li kienu tħarrġu f'Iżrael, u li kienu huma l-kaġun tal-protesti li għaddejjin fil-pajjiż;

7.  Jesiġi li l-gvern tas-Sudan jeħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni politika u l-protestaturi kollha l-oħra li qed jinżammu bħalissa bla akkużi formali jew proċess, u li lil dawk li qed jiffaċċjaw proċess jagħtuhom aċċess sħiħ għar-rappreżentanza legali; jitlob li l-gvern tas-Sudan jagħti informazzjoni dwar fejn qegħdin jinżammu;

8.  Jitlob li l-Gvern tas-Sudan jinvestiga minnufih l-allegazzjonijiet kollha ta' tortura, maltrattament u detenzjoni arbitrarja u ta' użu eċċessiv tal-forza kontra persuni miżmuma mill-pulizija u min-NISS, inkluża ċ-ċaħda ta' trattament mediku neċessarju, u jitolbuh jiżgura li l-persuni responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom fi proċessi ġusti, bil-għan li jippubblika r-riżultati u jressaq lill-persuni responsabbli quddiem il-ġustizzja fi qbil mal-istandards internazzjonali;

9.  Jemmen li midja libera, indipendenti u imparzjali tikkostitwixxi waħda mill-fondazzjonijiet essenzjali ta' soċjetà demokratika, fejn dibattiti miftuħa għandhom rwol kruċjali; jitlob li l-UE tintensifika l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-libertà tal-espressjoni permezz tal-politiki u tal-istrumenti esterni tagħha, inkluż fis-Sudan;

10.  Jitlob tmiem immedjat tar-restrizzjonijiet imposti fuq l-aċċess għall-internet u t-trażżin tal-libertà ta' espressjoni permezz taċ-ċensura tal-gazzetti, u jħeġġeġ lis-Sudan iwettaq riformi biex jiggarantixxi l-libertà ta' espressjoni, f'konformità mal-obbligi kostituzzjonali u mal-impenji internazzjonali tiegħu, inkluż il-Ftehim ta' Cotonou kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005;

11.  Jiddeplora l-persekuzzjoni approvata mill-Istat kontra l-Insara, reliġjonijiet oħra u dawk li ma jemmnux, u l-għeluq u t-twaqqigħ tal-knejjes; jerġa' jafferma li l-libertà ta' reliġjon, kuxjenza jew twemmin hija dritt tal-bniedem universali li jeħtieġ li jitħares kullimkien u għal kulħadd;

12.  Jenfasizza li huwa importanti li l-kalendarju elettorali jiġi rrispettat, iżda jinnota bi tħassib li nbeda l-proċess ta' tibdil tal-Kostituzzjoni tas-Sudan bil-għan li l-President al-Bashir ikun jista' joħroġ bħala kandidat presidenzjali għal darb' oħra;

13.  Itenni t-talba tiegħu li l-President al-Bashir jikkonforma mad-dritt internazzjonali skont il-konvenzjonijiet u t-trattati li l-gvern tiegħu huwa parti fihom; jibqa' jappoġġja r-rwol tal-QKI fil-prosekuzzjoni tiegħu fuq akkużi ta' delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju;

14.  Ifakkar fl-istqarrija tal-31 ta' Mejju 2018 magħmula mill-Kummissarju Stylianides fil-Parlament Ewropew, li fiha qal li l-UE se tkompli tagħmel użu mill-mezzi differenti għad-dispożizzjoni tagħha biex tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u tal-bniet fis-Sudan, inkluż billi ttejjeb l-aċċess tagħhom għal edukazzjoni ta' kwalità u għal servizzi tal-kura tas-saħħa u billi tqajjem kuxjenza dwar drittijiethom fost il-komunitajiet, b'mod partikolari bil-għan li jonqsu l-prattiki dannużi bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili;

15.  Iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u lill-Istati Membri biex jiżguraw li "l-ġestjoni tal-migrazzjoni" u l-azzjonijiet kontra t-terroriżmu ma jimminawx l-appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem; huwa mħasseb li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri individwali mas-Sudan rigward il-migrazzjoni qed tintuża mir-reġim bħala skuża u biex issaħħaħ il-kapaċità tagħha li jikkontrolla u jirreprimi lin-nies, pereżempju billi ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' sorveljanza, inkluż fil-fruntieri, u billi tfornilu tagħmir, bħal tagħmir bijometriku; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha għaldaqstant jiżguraw trasparenza sħiħa fir-rigward ta' proġetti li jinvolvu s-Sudan fil-qasam tas-sigurtà, inklużi l-attivitajiet u l-benefiċjarji ppjanati kollha ta' finanzjament nazzjonali jew mill-UE;

16.  Itenni l-appell tiegħu għal projbizzjoni madwar l-UE kollha fuq l-esportazzjoni, il-bejgħ, l-aġġornament u l-manutenzjoni ta' kwalunkwe forma ta' tagħmir tas-sigurtà li jista' jintuża għar-repressjoni interna, inkluża t-teknoloġija ta' sorveljanza tal-internet, lil stati li għandhom storja xejn sabiħa fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, bħalma huwa s-Sudan;

17.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fil-kuntest tal-protesti li għaddejjin; jitlob li l-VP/RGħ tikkundanna pubblikament il-qagħda allarmanti fis-Sudan u tuża l-mezzi kollha ta' influwenza li għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet Sudaniżi ħalli jtemmu l-vjolenza u r-repressjoni li għaddejja, l-arresti tal-massa u l-qtil, u tħeġġiġhom jirrispettaw l-impenji tagħhom lejn in-normi u l-liġijiet internazzjonali;

18.  Jissottolinja l-impenn tal-UE fl-għoti ta' għajnuna umanitarja u fl-appoġġ ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-Sudan, u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu bl-isforzi tagħhom f'dawn l-oqsma; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ l-appoġġ finanzjarju għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-Sudan permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern tas-Sudan, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan.

(1) Testi adottati, P8_TA(2018)0233.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0080.
(3) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 50.
(4) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 33.
(5) Kalkoli mill-Prof. Steve H. Hanke, Johns Hopkins University, https://allafrica.com/stories/201807230267.html


Il-programm ta' assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja *
PDF 564kWORD 57k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm ta' assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja (il-programm Ignalina); u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013 (COM(2018)0466 – C8-0394/2018 – 2018/0251(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0035A8-0413/2018

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0466),

—  wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u, b'mod partikolari l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 4 tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni li rċieva mill-Kunsill (C8-0394/2018),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0413/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Skont il-Protokoll Nru 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina1, il-Litwanja impenjat ruħha li tagħlaq l-Unità 1 u l-Unità 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina sal-31 ta' Diċembru 2004 u sal-31 ta' Diċembru 2009, rispettivament, u li sussegwentement tgħaddi għad-dekummissjonar ta' dawk l-unitajiet.
(1)  Skont il-Protokoll Nru 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina1, il-Litwanja impenjat ruħha li tagħlaq l-Unità 1 u l-Unità 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina sal-31 ta' Diċembru 2004 u sal-31 ta' Diċembru 2009, rispettivament, u li sussegwentement tgħaddi għad-dekummissjonar ta' dawk l-unitajiet. Il-Protokoll Nru 4 jibqa' l-bażi ġuridika tal-Programm ta' Ignalina.
_____________
_________________
1 ĠU L 236, 23.9.2003, p. 944.
1 ĠU L 236, 23.9.2003, p. 944.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  B'konformità mal-obbligi tagħha skont l-Att tal-Adeżjoni, u bl-assistenza tal-Unjoni, il-Litwanja għalqet iż-żewġ unitajiet fl-iskadenzi rispettivi u għamlet progress sinifikanti lejn id-dekummissjonar tagħhom. Tenħtieġ ħidma ulterjuri sabiex ikompli jitnaqqas il-livell ta' periklu radjoloġiku. Abbażi tal-istimi disponibbli, jenħtieġu riżorsi finanzjarji addizzjonali għal dan l-għan wara l-2020.
(2)  B'konformità mal-obbligi tagħha skont l-Att tal-Adeżjoni, u bl-assistenza tal-Unjoni, il-Litwanja għalqet iż-żewġ unitajiet fl-iskadenzi rispettivi u għamlet progress sinifikanti lejn id-dekummissjonar tagħhom. Tenħtieġ ħidma ulterjuri sabiex ikompli jitnaqqas il-livell ta' periklu radjoloġiku. Abbażi tal-istimi disponibbli u d-data tal-għeluq finali prevista għall-2038, jenħtieġu riżorsi finanzjarji addizzjonali sostanzjali għal dan l-għan wara l-2020. Biex ikun jista' jitlesta l-pjan għad-dekummissjonar sal-2038, jeħtieġ li tiġi indirizzata d-diskrepanza finanzjarja ta' EUR 1  548 miljun.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Jeħtieġ li l-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament ikunu konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali. Id-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari kopert minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jsir b'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza nukleari, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom(1), u l-ġestjoni tal-iskart, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom(2). Ir-responsabbiltà aħħarija għas-sikurezza nukleari u għas-sikurezza tal-fjuwil użat u tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tibqa' tal-Litwanja.
(3)  Jenħtieġ li l-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament ikunu konformi mad-dritt applikabbli tal-Unjoni u dak nazzjonali. Id-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari kopert minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jsir b'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza nukleari, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom(1), u l-ġestjoni tal-iskart, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom(2). Ir-responsabbiltà aħħarija għas-sikurezza nukleari u għas-sikurezza tal-fjuwil użat u tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tibqa' tal-Litwanja. Madankollu, id-Direttiva 2011/70/Euratom tippermetti li l-Unjoni tikkontribwixxi għal firxa wiesgħa ta' proġetti ta' dekummissjonar, inkluż il-ħżin u r-rimi ta' fjuwil użat u skart radjuattiv. Filwaqt li d-Direttiva 2011/70/Euratom tiddisponi li l-ispiża tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv għandha tiġġarrab minn dawk li ġġeneraw dawk il-materjali, din id-dispożizzjoni ma tistax tapplika b'mod retroattiv għal-Litwanja, li għalqet l-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina qabel l-adozzjoni tad-Direttiva u b'hekk ma kinitx f'pożizzjoni li takkumula biżżejjed fondi għall-ħżin u r-rimi ta' fjuwil użat u skart radjuattiv.
_____________
_________________
1 Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).
1 Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).
2 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).
2 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  B'rikonoxximent tal-fatt li l-għeluq prematur u d-dekummissjonar konsegwenti tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina b'żewġ unitajiet tar-reatturi tat-tip RBMK ta' 1 500 MW, li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika, kienu ta' natura mingħajr preċedent u rrappreżentaw għal-Litwanja piż finanzjarju eċċezzjonali mhux proporzjonat mad-daqs u mas-saħħa ekonomika tal-pajjiż, il-Protokoll Nru 4 ddikjara li l-assistenza tal-Unjoni taħt il-programm Ignalina se titkompla bla waqfien u tiġi estiża lil hinn mill-2006, għall-perjodu tal-Perspettivi Finanzjarji li jmiss.
(4)  B'rikonoxximent tal-fatt li l-għeluq prematur u d-dekummissjonar konsegwenti tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina b'żewġ unitajiet tar-reatturi tat-tip RBMK ta' 1 500 MW (b'moderatur tal-grafit, b'sistema ta' kanali) – simili għal dawk li ntużaw f'Chernobyl – li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika, kienu ta' natura mingħajr preċedent, peress li ma kien hemm ebda każ ieħor fil-prattika mkien fid-dinja ta' żarmar ta' reattur b'dan it-tip ta' disinn, u rrappreżentaw għal-Litwanja piż finanzjarju eċċezzjonali mhux proporzjonat mad-daqs u mas-saħħa ekonomika tal-pajjiż, il-Protokoll Nru 4 ddikjara li l-assistenza tal-Unjoni taħt il-programm Ignalina se titkompla bla waqfien u tiġi estiża lil hinn mill-2006, għall-perjodu tal-Perspettivi Finanzjarji li jmiss sad-data tal-għeluq finali li bħalissa hija prevista għall-2038.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Il-Programm jenħtieġ li jiżgura wkoll id-disseminazzjoni tal-għarfien miksub mill-Programm lill-Istati Membri kollha, f'koordinazzjoni u sinerġija ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' dekummissjonar fil-Bulgarija, fis-Slovakkja u fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni; billi dawn il-miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-Unjoni.
(10)  Il-Programm jenħtieġ li jiżgura wkoll id-disseminazzjoni tal-għarfien miksub mill-Programm lill-Istati Membri kollha, f'koordinazzjoni u sinerġija ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' dekummissjonar fil-Bulgarija, fis-Slovakkja u fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni; Sabiex dawn il-miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-Unjoni, il-finanzjament għad-disseminazzjoni tal-għarfien jenħtieġ li ma jkunx parti mill-finanzjament għax-xogħlijiet ta' dekummissjonar, iżda jenħtieġ li jiġi minn sorsi finanzjarji oħra tal-Unjoni.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Jenħtieġ li d-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina jitwettaq billi jintuża l-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli u b'kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li jridu jiġu dekummissjonati, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-ogħla livell ta' effiċjenza possibbli, u b'hekk jittieħed kont tal-aħjar prattiki internazzjonali.
(11)  Jenħtieġ li d-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina jitwettaq billi jintuża l-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli u b'kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li jridu jiġu dekummissjonati, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-ogħla livell ta' effiċjenza possibbli, u b'hekk jittieħed kont tal-aħjar prattiki internazzjonali u jiġu żgurati pagi kompetittivi għal persunal kwalifikat.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Jenħtieġ li jiġu żgurati monitoraġġ u kontroll effettivi tal-evoluzzjoni tal-proċess ta' dekummissjonar mill-Kummissjoni u mil-Litwanja sabiex jiġi żgurat l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni tal-finanzjament allokat skont dan ir-Regolament, għalkemm ir-responsabbiltà aħħarija għad-dekummissjonar hija tal-Litwanja. Dan jinkludi l-kejl effettiv tal-progress u tal-prestazzjoni, kif ukoll il-promulgazzjoni tal-miżuri korrettivi, meta jkunu meħtieġa.
(12)  Jenħtieġ li jiġu żgurati monitoraġġ u kontroll effettivi tal-evoluzzjoni tal-proċess ta' dekummissjonar mill-Kummissjoni u mil-Litwanja sabiex jiġi żgurat l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni tal-finanzjament allokat skont dan ir-Regolament. Dan jinkludi l-monitoraġġ effettiv tal-progress u tal-prestazzjoni u, meta jkun meħtieġ, il-promulgazzjoni tal-miżuri korrettivi flimkien mal-Litwanja u l-Unjoni.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Jenħtieġ li l-programm jitwettaq bl-isforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u tal-Litwanja. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu ta' kofinanzjament tal-Unjoni b'konformità mal-prattika ta' kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri. Filwaqt li jitqiesu l-prattika ta' programmi kumparabbli tal-Unjoni u l-ekonomija msaħħa tal-Litwanja, mill-bidu tal-programm ta' dekummissjonar ta' Ignalina sat-tmiem tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-regolament, jenħtieġ li r-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni ma tkunx ogħla minn 80 % tal-kostijiet eliġibbli. Il-kofinanzjament li jifdal jenħtieġ li jkun provdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi oħrajn.
(16)  Jenħtieġ li l-programm jitwettaq bl-isforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u tal-Litwanja. Il-Protokoll Nru 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 jiddisponi li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni fl-ambitu tal-Programm Ignalina tista', għal ċerti miżuri, tammonta għal 100 % tan-nefqa totali. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu ta' kofinanzjament tal-Unjoni b'konformità mal-prattika ta' kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri. Filwaqt li jitqiesu s-sejbiet tar-rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Bulgarija, fis-Slovakkja u fil-Litwanja u l-impenn politiku tal-Litwanja li tikkontribwixxi 14 % tal-kostijiet globali għad-dekummissjonar, ir-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni mill-bidu tal-programm ta' dekummissjonar ta' Ignalina sat-tmiem tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni ma tkunx ogħla minn 86 % tal-kostijiet eliġibbli. Il-kofinanzjament li jifdal jenħtieġ li jkun ipprovdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni. Jenħtieġ li jsiru sforzi biex jiġi attirat finanzjament minn sorsi oħra, b'mod partikolari minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi oħrajn.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
(16a)   Lil hinn mill-ambitu tal-Programm Ignalina, il-Litwanja tibqa' fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-iżvilupp u l-investiment fir-reġjun ta' Ignalina, li huwa kkaratterizzat minn dħul baxx u għandu l-ogħla rati ta' qgħad fil-pajjiż, prinċipalment minħabba l-għeluq tal-impjant tal-enerġija nukleari Ignalina, li kien l-akbar impjegatur fir-reġjun.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Il-Programm jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm Nazzjonali Litwan skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom.
(19)  Il-Programm jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm Nazzjonali Litwan skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom u jista' jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tiegħu mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
(23a)   Minħabba raġunijiet storiċi, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għad-dekummissjonar tar-reattur nukleari ta' Ignalina huwa ġustifikat bis-sħiħ, iżda l-programm jenħtieġ li ma jistabbilixxix preċedent għall-użu tal-fondi tal-Unjoni għad-dekummissjonar ta' reatturi nukleari oħra. Jenħtieġ li jkun obbligu etiku għal kull Stat Membru li jevita kwalunkwe piż mhux meħtieġ fuq il-ġenerazzjonijiet futuri fir-rigward tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv, inkluż kwalunkwe skart radjuattiv mistenni mid-dekummissjonar ta' installazjonijiet nukleari eżistenti. Il-politiki nazzjonali jridu jkunu bbażati fuq il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas".
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 23b (ġdida)
(23b)   Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/851/Euratom tindika li skont il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas", l-operaturi nukleari jenħtieġ li jwarrbu riżorsi finanzjarji adegwati matul il-ħajja produttiva tal-installazzjonijiet għall-kostijiet futuri tad-dekummissjonar.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jassisti lil-Litwanja fl-implimentazzjoni tad-dekommissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina, b'enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta' sikurezza radjoloġika tad-dekommissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina, filwaqt li tiġi żgurata d-disseminazzjoni wiesgħa tal-għarfien b'hekk iġġenerat fuq id-dekummissjonar nukleari lill-Istati Membri kollha tal-UE.
1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jassisti b'mod adegwat lil-Litwanja fl-implimentazzjoni sikura tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina, b'enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta' sikurezza radjoloġika tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina, inkluż li tiġi żgurata s-sikurezza tal-ħżin provviżorju tal-fjuwil użat.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 3 - paragrafu 2
2.  Il-Programm għandu għan speċifiku li jwettaq iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tat-tagħmir u tax-xaftijiet tar-reatturi ta' Ignalina skont il-pjan ta' dekommissjonar, li jissokta l-ġestjoni sikura tad-dekommissjonar u tal-iskart li ntiret u li jxerred l-għarfien iġġenerat for il-partijiet ikkonċernati tal-UE.
2.  Il-Programm għandu l-għan ewlieni li jwettaq iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tat-tagħmir u tax-xaftijiet tar-reatturi ta' Ignalina skont il-pjan ta' dekummissjonar u li jissokta l-ġestjoni sikura tad-dekummissjonar u tal-iskart li ntiret.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Programm għandu wkoll l-għan komplementari li jiżgura disseminazzjoni wiesgħa fl-Istati Membri kollha dwar l-għarfien iġġenerat dwar id-dekummissjonar nukleari. L-objettiv komplementari għandu jkun iffinanzjat mill-programm ta' assistenza finanzjarja għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv (COM(2018)467).
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
3.   Id-deskrizzjoni dettaljata tal-għan speċifiku hija stabbilita fl-Anness I. Il-Kummissjoni tista' timmodifika l-Anness I, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).
3.   Id-deskrizzjoni dettaljata tal-għan ewlieni hija stabbilita fl-Anness I.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 4 - paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 552 000 000 fi prezzijiet kurrenti.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 780 000 000 fi prezzijiet kurrenti, għall-implimentazzjoni tal-għan ewlieni tal-Programm (attivitajiet ta' dekummissjonar).
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 7 - paragrafu 1
Ir-rata massima ġenerali ta' kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli skont il-Programm ma għandhiex tkun ogħla minn 80 %. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jkun provdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni.
Ir-rata massima ġenerali ta' kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli skont il-Programm għandha tkun ta' 86 %. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jkun provdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 4
4.  L-isfidi ta' sikurezza radjoloġika ewlenin għall-perjodu ta' finanzjament 2021–2027 huma indirizzati permezz tal-attivitajiet skont il-punti P.1, P.2 u P.4. B'mod partikolari, iż-żarmar tal-qlub tar-reatturi huwa kopert bil-punt P.2. Sfidi inqas importanti huma ttrattati skont il-punt P.3, filwaqt li l-punti P.0 u P.5 ikopru l-attivitajiet ta' appoġġ għad-dekummissjonar.
4.  L-isfidi ta' sikurezza radjoloġika ewlenin għall-perjodu ta' finanzjament 2021 – 2027 huma indirizzati permezz tal-attivitajiet skont il-punti P.1, P.2, P.3 u P.4. B'mod partikolari, iż-żarmar tal-qlub tar-reatturi huwa kopert bil-punt P.2. Il-punti P.0 u P.5 ikopru l-attivitajiet ta' appoġġ għad-dekummissjonar.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 5 – tabella 1 – punt P.3

Test propost mill-Kummissjoni

TABELLA 1

#Punt

Prijorità

P.3

Ġestjoni ta' Fjuwil Nukleari Użat

II

Emenda

TABELLA 1

#Punt

Prijorità

P.3

Ġestjoni ta' Fjuwil Nukleari Użat

I

Emenda 21
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 7
7.  Ir-rimi ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv f'repożitorju ġeoloġiku fond mhux inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm, u jrid jiġi żviluppat mil-Litwanja fil-programm nazzjonali tagħha għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv kif meħtieġ mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom.
7.  Filwaqt li r-rimi ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv f'repożitorju ġeoloġiku fond mhux inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027, il-Litwanja u l-Unjoni għandhom jibdew, fi żmien xieraq, konsultazzjonijiet dwar l-inklużjoni potenzjali ta' dawn l-attivitajiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali sussegwenti.

Rapport Annwali 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-2017
PDF 406kWORD 64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2017 (2018/2151(INI))
P8_TA-PROV(2019)0036A8-0479/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività 2017 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju 2017 u r-Rapport Statistiku 2017 tal-BEI,

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar is-Sostenibbiltà 2017, ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni fuq 3 Pilastri għall-Operazzjonijiet tal-BEI fi ħdan l-UE u r-Rapport dwar ir-Riżultati barra l-UE tal-Bank Ewropew tal-Investiment 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kumitat tal-Verifika għas-sena 2017,

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Trasparenza tal-BEI fl-2017 u r-Rapport dwar il-Governanza Korporattiva 2017,

–  wara li kkunsidra d-"Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-kawża 1316/2016/TN dwar l-allegati nuqqasijiet fil-Politika ta' Trasparenza tal-Bank Ewropew tal-Investiment(1)",

–  wara li kkunsidra r-Rieżami tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti (CM) li tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-kawża 1316/2016/TN dwar l-allegati nuqqasijiet fil-Politika ta' Trasparenza tal-Bank Ewropew tal-Investiment",

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività 2017 tal-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Konformità tal-BEI u r-Rapport ta' Attività 2017 tal-Grupp tal-BEI ta' Kontra l-Frodi,

–  wara li kkunsidra l-Pjan Operattiv tal-Grupp tal-BEI għall-2017-2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 3 u 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 174, 175, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 5 tiegħu dwar l-Istatut tal-BEI u l-Protokoll Nru 28 tiegħu dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali,

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2015 – Rapport Annwali 2015(2), tat-3 ta' Mejju 2018 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2016 – Rapport Annwali 2016(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-Mandat Estern tal-BEI 2007-2013(4) u d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi(6),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (COM(2016)0597), (SWD(2016)0297) u (SWD(2016)0298),

–  wara li kkunsidra l-awditjar ad hoc ta' Ernst & Young tat-8 ta' Novembru 2016 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017 ("ir-Regolament dwar il-FEIS"),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2018 dwar il-ġestjoni tal-fond ta' garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi fl-2017 (COM(2018)345 final),

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' evalwazzjoni tal-operazzjonijiet tal-BEI dwar l-evalwazzjoni tal-FEIS ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2018 dwar ir-Rapport Komprensiv għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-funzjonament tal-fond ta' garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) (COM(2018)0497),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku ta' Settembru 2016, bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra d-dokumenti ta' informazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-Futur tal-finanzi tal-UE: ir-riforma ta' kif jopera l-baġit tal-UE minn Frar 2018 u dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 minn Lulju 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0479/2018),

A.  billi l-missjoni tal-BEI hija li jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni, l-iżvilupp bilanċjat u l-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Istati Membri billi jżid volumi sostanzjali ta' fondi fuq is-swieq kapitali u billi jislef dawn il-fondi b'termini favorevoli għal proġetti li jkomplu l-għanijiet ta' politika tal-UE;

B.  billi l-BEI huwa fil-qalba tal-isforzi ta' rkupru ekonomiku fil-livell tal-Unjoni, b'żewġ żidiet suċċessivi fil-kapital u permezz tar-rwol ċentrali tiegħu fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa bil-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS);

C.  billi l-BEI għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir inklużiv, l-impjiegi sostenibbli u ta' kwalità u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi;

D.  billi valutazzjoni regolari u dettaljata tal-ħtiġijiet f'diversi setturi hija essenzjali biex jiġu identifikati d-diskrepanzi u l-ostakli għall-investiment f'reġjuni differenti, iżda wkoll għall-identifikazzjoni ta' ġabra ta' opportunitajiet b'potenzjal għat-tkabbir u l-impjiegi, għal aktar kontribuzzjonijiet għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 u l-kalibrazzjoni adegwata tan-natura u d-daqs tal-fallimenti tas-suq li jiddependu fuq l-esternalitajiet, il-ħtiġijiet tal-iżvilupp settorjali u territorjali eżistenti;

E.  billi r-rwol tal-BEI li jservi ta' lieva għall-fondi pubbliċi huwa essenzjali biex l-Unjoni tkun kapaċi twieġeb u tadatta għal xejriet u riskji ekonomiċi u ambjentali ġodda u inċertezzi ġeopolitiċi filwaqt li ttejjeb u ssaħħaħ is-sorveljanza tar-riskju tal-Grupp tal-BEI u l-ġestjoni tar-riskju prudenzjali;

F.  billi l-Grupp tal-BEI ra bidla ċara fin-natura, il-volum, il-profil tar-riskju u l-kumplessità tan-negozju tiegħu matul dawn l-aħħar snin taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ("FEIS"), b'tendenza lejn għadd dejjem akbar ta' operazzjonijiet iżgħar appoġġati mill-garanzija tal-UE taħt il-FEIS, kif ukoll minn żieda sinifikanti tal-mandati ġestiti f'isem il-Kummissjoni Ewropea u fl-għoti ta' servizzi ta' konsulenza;

G.  billi l-bażi kapitali tal-BEI, l-adegwatezza u l-kapaċità ta' self futur se jħossu l-impatt tal-Brexit;

H.  billi l-BEI għandu jagħti valur miżjud bl-ogħla livell ta' integrità, governanza tajba, u speċjalment fid-dawl tas-sejbiet tal-Ombudsman fid-"Deċiżjoni fil-kawża 1316/2016/TN dwar l-allegati nuqqasijiet fil-Politika ta' Trasparenza tal-Bank Ewropew tal-Investiment(7)", l-ogħla livell ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont, kif ukoll jimxi skont l-Aħjar Prattika Bankarja applikabbli;

I.  billi l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' ħasil tal-flus, ta' finanzjament tat-terroriżmu u ta' prattiki dannużi tat-taxxa għandhom jibqgħu prijorità kostanti tal-BEI;

J.  billi fil-31 ta' Diċembru 2017, l-azzjonisti tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) kienu jinkludu l-BEI (58,5 %), l-Unjoni rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (29,7 %) u 32 istituzzjoni finanzjarja (11,8 %); billi l-maġġoranza tal-operazzjonijiet tal-FEI huma attwalment iffinanzjati taħt ftehimiet ta' Mandat speċifiċi ma' partijiet terzi;

Ir-rwol tal-BEI biex jiżgura investiment pubbliku strateġiku li jżid il-valur

1.  Jirrimarka li l-investiment pubbliku għadu meħtieġ sabiex jingħalqu d-diskrepanzi fl-investiment f'diversi setturi li jkunu għadhom taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi f'ħafna Stati Membri vulnerabbli u f'pajjiżi ta' koeżjoni biex dawn ikomplu jirkupraw mill-impatt tal-kriżi u biex tingħata spinta lit-tkabbir, l-impjiegi u l-koeżjoni fl-Unjoni fuq terminu twil u b'mod sostenibbli;

2.  Jinnota li t-total tal-kapital sottoskritt tal-BEI huwa ta' EUR 243 biljun; jinnota li l-azzjonisti tal-BEI jinkludu l-Istati Membri kollha u li, minbarra l-kapital imħallas, l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom ukoll li jipprovdu kapital addizzjonali fuq talba; jindika li l-akbar erba' azzjonisti huma l-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit, b'kull wieħed minnhom responsabbli għal EUR 39,14 biljun u 16,11 % tat-total;

3.  Jinnota li, skont l-istrateġija operattiva tiegħu, il-BEI għandu l-għan li jappoġġa l-objettivi strateġiċi Ewropej, bħat-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE u t-tkabbir ekonomiku fit-tul u l-ħolqien tal-impjiegi, jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jipproteġi l-ambjent u jrawwem it-tranżizzjoni tal-enerġija billi jiffinanzja l-adattament għall-klima u l-proġetti ta' mitigazzjoni, jindirizza l-kriżi tal-impjiegi li qiegħda tiffaċċja l-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-UE, jappoġġa proġetti ta' infrastruttura u jgħin fil-mitigazzjoni tal-kawżi tal-migrazzjoni;

4.  Iqis li l-BEI għandu rwol finanzjarju rilevanti, li jista' jġib riżultati konsiderevoli fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-Unjoni u jistieden lill-BEI jiffoka fuq l-investimenti li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 u jsaħħu l-kompetittività u l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li jappoġġaw il-politika ta' koeżjoni f'reġjuni inqas żviluppati;

5.  Jistieden lill-BEI jkompli jnaqqas id-diskrepanzi rikorrenti fl-investiment u l-fallimenti strutturali tas-suq li għadhom għaddejjin billi jfassil infiq olistiku u f'terminu medju, filwaqt li jiffaċilita l-kofinanzjament fil-livell nazzjonali u l-pjanijiet ta' investiment, inter alia, lejn ir-reġjuni u l-lokalitajiet tal-Unjoni li huma kkaratterizzati minn dħul baxx u li qed jiffaċċjaw aktar ostakli għall-investiment;

6.  Jisħaq li l-enfasi tal-prijoritajiet tal-BEI fil-Pjan ta' Azzjoni 2017-2019 għandha tkun fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 għal żvilupp intelliġenti u sostenibbli;

7.  Jissottolinja l-fatt li l-kundizzjonijiet tas-self tal-BEI għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tar-reġjuni periferiċi tal-UE permezz tal-promozzjoni tat-tkabbir u tal-impjiegi; jappella lill-BEI jsaħħaħ b'mod konsiderevoli l-arranġamenti għall-għoti ta' assistenza teknika u għarfien espert finanzjarju lill-awtoritajiet lokali u reġjonali qabel ma jiġu approvati l-proġetti, sabiex titjieb l-aċċessibbiltà u jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jiġu involuti, speċjalment dawk b'rata aktar baxxa ta' suċċess għall-approvazzjoni ta' proġetti;

8.  Iħeġġeġ lill-BEI jsawwar finanzjament jew għażliet ta' finanzjament sostenibbli u ambjent ta' investiment favorevoli li jirrifletti l-għanijiet politiċi u l-impenji tal-Unjoni, bil-ħsieb li jitrawmu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-innovazzjoni fl-Unjoni, kif ukoll tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali u ambjentali tal-investiment tal-BEI bit-tnaqqis tad-diskrepanza fl-investiment fis-settur soċjali u fir-rigward tas-sikurezza tal-infrastruttura; jistieden lill-BEI biex iqis, fil-każ ta' proġetti infrastrutturali fuq skala kbira, ir-riskji rilevanti kollha tal-impatt ambjentali u biex jiffinanzja biss dawk li wrew valur miżjud veru għall-popolazzjoni lokali u mil-lat ambjentali, soċjali u ekonomiku; jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ strett tar-riskji possibbli ta' korruzzjoni u frodi f'dan il-kuntest u li jitwettqu valutazzjonijiet ex ante u ex post bir-reqqa fir-rigward tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati;

9.  Iħeġġeġ lill-BEI jinforma kontinwament lill-partijiet ikkonċernati dwar il-potenzjalitajiet finanzjarji u jipprovdi servizzi ta' konsulenza adegwati meta jkun hemm bżonn minkejja li l-istrumenti tal-BEI huma mmexxija mid-domanda;

10.  Jisħaq li fil-qafas tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, iridu jitfasslu arranġamenti dettaljati dwar l-obbligi kollha tar-Renju Unit lejn il-BEI sabiex jiġi żgurat li ma tiġix affettwata l-kapaċità tal-BEI li jilħaq l-objettivi tiegħu;

L-ixprunar tal-investiment f'oqsma strateġiċi ewlenin

11.  Jinnota li, skont ir-Rapport Finanzjarju tal-BEI għall-2017, is-self iffirmat tal-Bank għall-2017 ammonta għal EUR 69,9 biljun (EUR 62,6 biljun fi ħdan l-UE u EUR 7,3 biljun barra mill-UE) li huwa ammont aktar baxx meta mqabbel mal-aħħar 5 snin (2013–2016) minħabba li jaqa' taħt is-EUR 70 biljun, minkejja li jinsab fil-limitu ta' flessibilità ta' 10 % previst fil-Pjan Operattiv tal-BEI, u jinnota wkoll l-istabbiltà u l-kwalità tal-portafoll tas-self b'0,3 % f'kuntratti ta' self indeboliti meta mqabbla ma' dik tal-2016;

12.  Jinnota li l-Unjoni Ewropea tipprovdi garanzija lill-BEI u li dan huwa normali fil-każ ta' istituzzjonijiet finanzjarji maħtura mill-Istati Membri biex jgħinu sabiex jintlaħqu l-miri pubbliċi; jindika, madankollu, li s-sitwazzjoni tirrikjedi l-aktar politiki responsabbli dwar il-kreditu sabiex il-fondi jintefqu b'mod effikaċi għall-Unjoni kollha, għall-Istati Membri tagħha u għall-interess pubbliku; jappella lill-BEI, li jopera fi ħdan mandat għall-iżvilupp, biex jiżgura konformità aħjar mal-għanijiet tal-politika ambjentali u soċjali tiegħu u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, inkluż fi proġetti kofinanzjati jew kontribuzzjonijiet għall-fondi ta' investiment u fondi ta' ekwità privata;

13.  Itenni t-tħassib tiegħu li nofs l-Istati Membri rċevew 80 % tal-investiment totali tal-BEI fl-UE filwaqt li l-14-il Stat Membru l-ieħor irċevew 10 % biss minn dan l-investiment; itenni wkoll li tliet Stati Membri individwalment irċevew 16 %, 15 % u 11 % rispettivament; jitlob lill-Bank jinkludi fir-rapportar tiegħu informazzjoni dwar l-investiment tiegħu f'reġjuni b'introjtu baxx u dawk b'introjtu għoli skont l-Istħarriġ ta' Investiment tiegħu stess (EIBIS) u fir-rigward tal-effett potenzjali biex jingħelbu l-lakuni u l-ostakoli għall-investiment f'reġjuni inqas favorevoli fl-UE;

14.  Jistieden lill-BEI biex jerġa' jeżamina l-estimi tiegħu ta' investimenti per capita u l-klassifikazzjoni tal-Istati Membri kif xieraq, peress li ċ-ċifri aġġornati jidhru li jindikaw gradazzjoni li ġeneralment tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni skont somom assoluti rċevuti mill-Istati Membri;

15.  Jinnota barra minn hekk li, skont ir-Rapport Annwali tal-FEI għall-2017, fl-2017 il-FEI ffirma tranżazzjonijiet li jammontaw għal EUR 9,3 biljun, meta mqabbel ma' EUR 9,45 biljun fl-2016, li kellhom effett ta' lieva fuq il-EUR 35,4 biljun ta' finanzjament biex jiġu appoġġati l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fl-Ewropa;

16.  Jieħu nota tal-finanzjament tal-Grupp tal-BEI kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE fl-2017 b'appoġġ għall-għanijiet tal-politika pubblika tiegħu, li ammontaw rispettivament għal (i) EUR 13,8 biljun għall-innovazzjoni u l-ħiliet, (ii) EUR 18-il biljun għall-infrastruttura, (iii) EUR 16,7 biljun għall-proġetti relatati mal-ambjent u (iv) EUR 29,6 biljun għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja; jissottolinja l-fatt li minħabba l-impatt u l-importanza tagħhom għall-ekonomiji l-investimenti kemm lokali kif ukoll nazzjonali, fl-SMEs, fi start-ups, fir-riċerka, fl-innovazzjoni, fl-ekonomija diġitali u fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija huma essenzjali għall-irkupru ekonomiku fl-UE u għall-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità;

17.  Jinnota li fl-2017 il-volum ta' self tal-BEI fl-Unjoni ammonta għal EUR 18,24 biljun għall-objettiv orizzontali ta' koeżjoni ekonomika u soċjali u l-Bank laħaq 29,6 % mill-investiment fil-mira ta' 30 % għal dan l-objettiv;

18.  Jinnota li l-BEI impenja 25 % tal-finanzjament totali tiegħu għal proġetti relatati mat-tibdil fil-klima, impenn li sal-2020 jitla' għal 35 %; jindika li din it-tendenza għandha tiġi vvalutata b'mod pożittiv filwaqt li jinnota li l-proġetti appoġġati għandhom ikunu effettivi mhux biss fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima iżda wkoll minn perspettiva finanzjarja;

19.  Jinnota li fl-Unjoni, EUR 16.58 biljun kienu ddedikati għall-objettiv orizzontali tal-azzjoni klimatika li permezz tiegħu l-BEI kkontribwixxa għall-allinjament mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 u mal-iżvilupp sostenibbli globali; iħeġġeġ lill-BEI jżomm livell għoli ta' ambizzjoni f'dak il-qasam;

20.  Jilqa' l-impenn tal-BEI li jallinja l-operazzjonijiet tiegħu mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 sal-2020; fid-dawl tar-Rapport IPPC riċenti, jistieden lill-BEI biex jirrevedi l-istrateġija klimatika tiegħu sabiex jallinjaha mal-perkors tat-tisħin globali ta' 1,5°C;

21.  Iħeġġeġ lill-BEI biex isaħħaħ il-preżenza u l-attivitajiet tiegħu fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, billi huma strateġikament importanti għall-UE u jirrimarka li t-tisħiħ tal-attivitajiet ta' kreditu u investiment fir-reġjun huwa kruċjali;

22.  Jinnota r-reviżjoni kontinwa tal-Kriterji dwar is-Self għall-Enerġija tal-BEI; jistenna li din ir-reviżjoni tkun allinjata mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015; itenni t-talba lill-BEI biex jagħti prijorità lis-self tiegħu lil RES deċentralizzati fuq skala żgħira u effiċjenti fl-enerġija u biex jippreżenta pjan ambizzjuż biex iwaqqaf il-finanzjament tal-proġetti tal-karburanti fossili; jistieden lill-BEI jimmira li jsir mexxej tal-azzjoni klimatika u jżid l-investiment fis-settur tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza tal-enerġija, kif ukoll li jikkunsidra dak l-għan bħala prijorità fir-reviżjoni tal-kriterji tiegħu ta' self tal-enerġija;

23.  Jilqa', f'dan il-kuntest, ir-rwol tal-BEI fil-ħruġ ta' bonds ta' sensibilizzazzjoni dwar il-klima (jew EUR 4.29 biljun meta mqabbel ma' EUR 3.8 biljun fl-2016), li jikkorrispondu għall-involviment tal-azzjoni klimatika tal-bank biex jiżdiedu l-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija u fl-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira b'impatti lokali u reġjonali msaħħa;

24.  Huwa tal-fehma li l-BEI għandu jkompli jsaħħaħ ir-rwol tiegħu biex jgħin ħalli jinkiseb żvilupp sostenibbli u li l-azzjoni klimatika għandha tiffoka prinċipalment fuq it-trasport u l-produzzjoni ta' enerġija nadifa, fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija (għat-tisħin, it-trasport u l-produzzjoni), fuq il-produzzjoni industrijali nadifa u fuq il-biedja sostenibbli u t-trattament u l-provvista tal-ilma, u fuq it-tranżizzjoni ambjentali b'mod ġenerali;

25.  Ifakkar li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u għalhekk jappella lill-BEI biex inaqqas id-distakkta' nuqqas ta' aċċess tal-SMEs għall-kreditu billi jtejjeb il-programmi eżistenti, bħall-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress u billi jżid il-finanzjament allokat lilhom; jappella għall-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' politika aktar proattivi għall-SMEs u l-mikrointrapriżi fir-rigward tal-banek intermedjarji li jiżborżaw il-fondi tal-BEI;

26.  Jindika li l-BEI, meta jipprovdi appoġġ lill-kumpaniji tal-UE barra mill-pajjiż, għandu jqis kif xieraq l-istrateġija kummerċjali tal-UE, inkluż il-kummerċ ħieles, is-servizzi u l-ftehimiet ta' investiment eżistenti u futuri; jindika li, f'dak il-kuntest, il-BEI għandu jqis b'mod partikolari r-rekwiżiti tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Ewropej;

27.  Jindika li parti mill-attività globali tas-self tal-BEI hija ddedikata għall-operazzjonijiet barra mill-Unjoni; jinnota li jrid ikun hemm koordinazzjoni mill-qrib u komplementarjetà bejn l-attivitajiet ta' self estern tal-BEI u l-Pjan ta' Investiment Estern tal-UE;

28.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-BEI biex jikkontribwixxi għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u biex jindirizza l-isfidi globali relatati mal-migrazzjoni; inkluż bit-tnedija ta' bonds ta' għarfien dwar is-sostenibbiltà biex jiġi ffinanzjat is-17-il għan ta' żvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti;

Il-prestazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI

29.  Jinnota b'sodisfazzjon il-konklużjoni tal-Kumitat tal-Verifika li d-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji adottati mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Bank fil-31 ta' Diċembru 2017 u tar-riżultati tal-operazzjonijiet u tal-flussi tal-flus tiegħu għall-2017 f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

30.  Itenni, madankollu, it-talba tiegħu dwar ir-rapport annwali tal-BEI u jitlob li l-BEI jippreżenta rapport tal-attività annwali aktar komprensiv, dettaljat u armonizzat u jtejjeb b'mod sinifikanti l-preżentazzjoni tal-informazzjoni billi jinkludi tqassim dettaljat u affidabbli tal-investimenti approvati, iffirmati u mħallsa għal sena partikolari u s-sorsi ta' finanzjament involuti (riżorsi proprji, FEIS, programmi tal-UE ġestiti b'mod ċentrali, eċċ), kif ukoll informazzjoni dwar il-benefiċjarji (l-Istati Membri, is-settur pubbliku jew privat, intermedjarji jew riċevituri diretti), is-setturi appoġġati, u r-riżultati ta' evalwazzjonijiet ex post;

31.  Jieħu nota tal-volum ta' attivitajiet speċjali ġodda ffirmati mill-Bank fl-2017, li jikkorrispondu għal proġetti bi profil ta' riskju ogħla, b'ammont ta' EUR 18-il biljun (2016: EUR 13,1 biljun) li minnhom EUR 2,7 biljun kienu jaqgħu bħala riskju proprju tal-BEI u l-EUR 15,3 biljun li jifdal kienu koperti mill-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-portafoll;

32.  Jieħu nota tar-riżultati rrappurtati ta' 26 proġett mitmum fl-2017 barra mill-UE, li għalihom il-valutazzjoni permezz ta' qafas ta' kejl tar-riżultati (REM) għal interventi esterni tippermetti l-valutazzjoni tar-riżultati mhux biss kif mistennija, iżda kif miksuba; josserva, madankollu, li fir-rigward tal-attivitajiet fi ħdan l-UE, l-informazzjoni hija ppreżentata esklussivament fuq l-impatt potenzjali u r-riżultati mistennija tal-operazzjonijiet ġodda ffirmati fl-2017 abbażi tal-għodda tal-valutazzjoni bi tliet pilastri (3PA); itenni t-talba tiegħu lill-Bank biex jinkludi informazzjoni dwar ir-riżultati miksuba minn proġetti kkompletati fl-UE u biex jadatta t-3PA jekk ikun meħtieġ għal dan il-għan;

33.  Jemmen li hemm bżonn li jiġu approfonditi l-kriterji tal-verifika tal-livell ta' addizzjonalità tal-BEI biex jiġi orjentat aħjar il-finanzjament tiegħu, biex jiġi evitat irduppjar tal-objettivi u biex jinstabu s-sinerġiji kollha possibbli kull fejn ikun possibbli;

34.  Iħeġġeġ it-trawwim tal-kultura tal-prestazzjoni fi ħdan il-BEI b'titjib gradwali b'mod partikolari biex jiġu limitati l-indikaturi ta' prestazzjoni trasversali dwar l-impatt tal-operazzjonijiet ewlenin tal-BEI;

35.  Jistieden lill-BEI jressaq b'mod regolari provi tas-sostenibbiltà tal-eżiti, tal-impatti u tar-riżultati b'indikaturi rilevanti u aġġornati; jemmen li t-titjib tal-adegwatezza u r-rilevanza tal-indikaturi fit-tabella ta' valutazzjoni huma kruċjali mhux biss biex jintwera sens ta' portata tar-riżultati u tal-impatt, iżda biex jinstabu modi biex isir intervent li jkun dejjem aktar effettiv;

36.  Huwa tal-fehma li, lil hinn mil-livell effettiv ta' investiment, għandha ssir ħidma fuq id-durabilità, jiġifieri fuq il-kapaċità ta' proġett li jżomm il-benefiċċji tiegħu fit-tul taħt forma ambjentali, finanzjarja, ekonomika jew soċjali (diretta jew le) wara li l-proġett ikun tlesta;

37.  Jilqa' l-adozzjoni tal-BEI tal-politika ta' esklużjoni approvata f'Diċembru 2017 u jitlob li dak l-istrument jintuża b'mod rigoruż sabiex jiġu esklużi mill-finanzjament tal-BEI l-klijenti involuti fi prattiki korrotti jew frodi;

Żvilupp tal-FEIS

38.  Jinnota li, sa tmiem l-2017, il-grupp tal-BEI (il-BEI u l-FEI) iffirma 606 operazzjoni taħt il-FEIS għal finanzjament totali ta' EUR 37,4 biljun u li dawn l-operazzjonijiet huma mistennija li jimmobilizzaw investimenti ta' EUR 207,3 biljun fit-28 Stati Membri u fost l-objettivi kollha stabbiliti fir-Regolament tal-FEIS bid-distribuzzjoni li ġejja għas-setturi ewlenin: 30 % għall-SMEs, 24 % għar-RŻI, 21 % għas-settur tal-enerġija, 10 % għaż-żona diġitali, 8 % għat-trasport, 4 % għall-infrastruttura soċjali u 4 % għall-ambjent u l-effiċjenza tar-riżorsi; iħeġġeġ lill-BEI biex jimminimizza l-investimenti tiegħu f'setturi u proġetti li jużaw ħafna karbonju u biex iżid is-sehem tiegħu ta' investimenti għat-titjib tal-ambjenti u l-effiċjenza tar-riżorsi;

39.  Jinnota li mill-31 ta' Diċembru 2017, taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni (IIW), il-BEI kien iffirma 278 operazzjoni għal finanzjament totali ta' EUR 27.4 biljun, li huma mistennija li jimmobilizzaw investimenti ta' EUR 131,4 biljun f'27 Stat Membru, kif ukoll li taħt it-Tieqa għall-SMEs (SMEW), il-FEI kien iffirma operazzjonijiet ma' 305 intermedjarju finanzjarju għal total ta' finanzjament tal-FEI ta' kważi EUR 10 biljun, li huma mistennija li jimmobilizzaw investiment ta' EUR 76 biljun fit-28 Stat Membru tal-UE; josserva li, sa tmiem l-2017, total ta' 135 785 kumpanija kienu diġà rċevew finanzjament mill-FEIS appoġġati taħt l-SMEW u nħolqu jew ġew appoġġati 1,5 miljun impjieg;

40.  Itenni li l-investiment attwali mobilizzat mill-FEIS jista' jitkejjel biss fi tmiem il-perjodu ta' investiment filwaqt li jitqies li l-effett multiplikatur globali stmat ta' 606 tranżazzjoni approvati u ffirmati taħt il-FEIS fi tmiem l-2017 huwa ta' 13.53x, kemxejn inqas mis-suppożizzjoni u l-mira inizjali ta' 15x meta tnieda l-FEIS; jinnota li l-informazzjoni dwar kif il-multiplikaturi tal-parametru referenzjarju ġew derivati bħalissa hija mifruxa fost is-servizzi kollha tal-BEI u jirrakkomanda li din l-informazzjoni kollha tinġabar f'dokument għalih waħdu;

41.  Josserva li ma saret l-ebda talba għal garanziji fuq il-baġit tal-Unjoni minħabba operazzjonijiet ta' inadempjenza;

42.  Jinnota li l-limiti ta' konċentrazzjoni ġeografika indikattivi stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS, li jesiġu li fi tmiem il-perjodu ta' investiment, is-sehem tal-investiment tal-IIW (f'termini ta' operazzjonijiet iffirmati) fi kwalunkwe tliet Stati Membri flimkien ma jaqbiżx il-45 % tal-portafoll totali tal-FEIS, ma ġewx rispettati peress li sal-31 ta' Diċembru 2017 it-tliet Stati Membri bl-ogħla volum ta' firem (Franza, l-Italja u Spanja) ammontaw għal madwar 47 % tal-volum iffirmat; jirrimarka li għad hemm lok għal titjib fit-twessigħ tad-distribuzzjoni territorjali tal-fondi tal-FEIS filwaqt li jiġu disseminati wkoll b'mod usa' l-opportunitajiet ta' investiment tiegħu;

43.  Jieħu nota tal-evalwazzjoni tal-FEIS u tas-sejbiet tagħha li l-operazzjonijiet ta' attività speċjali tal-FEIS u dawk mhux tal-FEIS għandhom profil tar-riskju simili, kif ukoll li l-kombinazzjoni bejn il-FEIS u l-FSIE u l-għotjiet tas-CEF tibqa' limitata filwaqt li hemm riskju li l-FEIS jeskludi l-istrumenti finanzjarji tal-FSIE; jistenna li n-nuqqasijiet u r-riskji identifikati mill-evalwazzjoni tal-FEIS jitneħħew mal-implimentazzjoni tal-FEIS 2.0;

44.  Jilqa' t-titjib fit-trasparenza bil-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-kumitat ta' investiment tal-FEIS u d-dokumenti adottati mill-Bord ta' Tmexxija flimkien mal-minuti tal-laqgħat;

45.  Iħeġġeġ sinerġija aħjar bejn il-FEIS u l-banek promozzjonali nazzjonali peress li l-koordinazzjoni mal-NPBs hija sforz rikorrenti li jista' jikkontribwixxi għall-effikaċja tal-FEIS;

Id-Drittijiet tal-Bniedem

46.  Jistieden lill-BEI jistabbilixxi Strateġija għad-Drittijiet tal-Bniedem u jtejjeb id-diliġenza dovuta tiegħu fil-livell tal-proġett biex jidentifika u jindirizza r-riskji relatati mad-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet kollha tiegħu u tul il-ħajja tal-proġetti tiegħu; jistieden ukoll lill-BEI biex iwaqqaf mekkaniżmu effettiv li bih id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ikunu jistgħu javżaw lill-bank b'mod sigur dwar l-ambjent li qed jiddeterjora jew ir-riskji ta' kunflitt u tpattija;

It-tisħiħ tat-trasparenza u r-responsabbiltà fil-governanza u l-attivitajiet korporattivi tal-BEI

47.  Jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Kumitat tal-Verifika fir-Rapport Annwali tiegħu lill-Bord tal-Gvernaturi għas-sena finanzjarja 2017 rigward:

   (a) l-importanza li jiġu żgurati s-saħħa finanzjarja u s-sostenibbiltà tal-BEI fuq terminu twil u li tinżamm il-klassifikazzjoni AAA tiegħu f'ambjent ta' inċertezza ġeopolitika, ta' politika ekonomika, ta' żviluppi regolatorji u makroekonomiċi inċerti;
   (b) il-ħtieġa li jsir rieżami u titjib tal-ambjent ta' Kontroll Intern u ta' Ġestjoni tar-Riskju tal-Grupp tal-BEI fid-dawl tad-daqs li qed jinbidel u l-kumplessità li qed tevolvi tal-attivitajiet tal-Grupp tal-BEI;
   (c) il-ħtieġa li tinkiseb l-implimentazzjoni sħiħa tal-aħjar prattiki bankarji inkluż f'oqsma fejn għad hemm lakuni ta' konformità mifruxa;
   (d) il-ħtieġa li titwettaq analiżi komprensiva u li mbagħad tiġġedded l-approvazzjoni tal-kreditu u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-BEI, peress li l-proċess ta' evalwazzjoni u ta' approvazzjoni tas-self u l-ambjent ta' kontroll rispettiv ma jidhirx li kapaċi jlaħħqu mal-ħtiġijiet attwali tan-negozju u din hi evidenza ta' pressjoni fuq is-servizzi;

48.  Jikkondividi bis-sħiħ id-dispjaċir tal-Kumitat tal-Verifika li l-BEI għadu ma għamilx progress biex jindirizza t-tħassib espress fi tliet snin konsekuttivi (2015, 2016 u 2017) dwar il-kombinament eżistenti ta' responsabbiltajiet bejn ċerti membri tal-Kumitat ta' Tmexxija; jaqbel bis-sħiħ u jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Verifika li l-Membri kollha tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-BEI għandhom ikunu jistgħu jaġixxu b'mod oġġettiv, kritiku u indipendenti, u li l-kombinazzjonijiet mhux ortodossi ta' responsabilitajiet, bħar-responsabilità għas-sorveljanza kemm tal-ewwel kif ukoll tat-tieni linja ta' attivitajiet ta' difiża, għandhom jieqfu;

49.  Jitlob lill-BEI, f'dan ir-rigward, biex iqis b'mod serju din ir-rakkomandazzjoni u biex jiżgura diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet fil-livell tal-Kumitat ta' Tmexxija; jilqa' r-riforma mibdija biex tinbidel l-istruttura ta' governanza tal-BEI;

50.  Jistieden lill-BEI jagħlaq id-diskrepanzi eżistenti fil-qafas tal-aħjar prattika bankarja applikabbli u jistenna li dan il-qafas isir kompletament operattiv fl-2008 peress li l-implimentazzjoni tiegħu titqies bħala prekundizzjoni biex jiġu ppreservati s-saħħa u l-istabbiltà finanzjarja tal-BEI;

51.  Jinsab imħasseb dwar il-konklużjoni tal-Kumitat tal-Verifika li l-espansjoni rapida tal-attivitajiet tal-BEI u l-kapaċità relatata mal-implimentazzjoni tal-FEIS, ta' mandati ġestiti f'isem partijiet terzi u l-għoti ta' servizzi ta' konsulenza mhux bilfors kienu akkumpanjati minn adattamenti rilevanti fl-istruttura jew fil-proċessi tan-negozju; jinnota li fl-2017 il-Kumitat tal-Verifika jżomm ħamsa mir-rakkomandazzjonijiet tiegħu mill-2015 u l-2016 relatati mal-kontroll intern u l-ambjent tar-riskju; jistieden lill-BEI jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet bħala kwistjoni ta' prijorità u jiżgura li l-proċessi interni, iċ-ċibersigurtà u l-ġestjoni tar-riskji jissodisfaw talbiet u sfidi ġodda u li qed jiżdiedu għall-Grupp tal-BEI;

52.  Iqis li l-BEI għandu jżid it-trasparenza tiegħu, mhux biss lejn il-Parlament Ewropew iżda wkoll lejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri; jemmen li huwa ġust li r-rappreżentanti demokratiċi għandu jkollhom aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-BEI;

53.  Iqis li hemm lok għal titjib fit-trasparenza kemm fil-livell tal-korpi governattivi kif ukoll fil-livell operattiv; itenni l-ħtieġa li jiġu żvelati sistematikament skedi 3PA u REM; jitlob li tiġi żvelata wkoll informazzjoni mhux kunfidenzjali mill-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat ta' Tmexxija u tal-Bord tal-Gvernaturi; japprezza l-fatt li l-BEI fl-2017 beda jippubblika l-minuti tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI, id-dikjarazzjoni tal-kunflitti ta' interess tad-direttur u ċerta informazzjoni dwar il-proġetti, fosthom il-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali;

54.  Itenni li t-trasparenza, diliġenza dovuta b'saħħitha u l-kontroll fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE mhux biss iwasslu għat-tisħiħ tar-responsabbiltà u tar-responsabbiltà korporattiva ġenerali tal-BEI, b'ħarsa ġenerali ċara lejn it-tip ta' intermedjarji finanzjarji u benefiċjarji finali abbażi ta' diliġenza dovuta bir-reqqa u politika ta' "Kun af il-Klijenti Tiegħek", iżda jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tal-effikaċja u s-sostenibbiltà ġenerali tal-proġetti ffinanzjati;

55.  Itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex jestendi l-informazzjoni ppubblikata għall-proġetti implimentati permezz ta' intermedjarji billi jinkludi informazzjoni dwar proġetti finali li jistgħu jippermettu l-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku u soċjali tal-investimenti tiegħu;

56.  Ifakkar li l-proċess ta' governanza għandu jqis aħjar ir-riżultati tad-djalogu jew tal-konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew ta' interess jew tħassib speċifiku mill-atturi lokali u reġjonali bil-għan li jippermetti teħid ta' deċiżjonijiet demokratiku aktar informat u leġittimu;

57.  Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet stabbiliti fir-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li skonthom ġew skoperti difetti serji rigward il-Fond Ewropew tal-Investiment: il-Qorti tal-Awdituri tindika irregolarità regolatorja fejn l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri kienu obbligati jivverifikaw l-inizjattivi tal-SMEs iżda ma kellhomx id-dritt, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, li jwettqu verifiki fuq il-post;

58.  Fit-30 investiment eżaminati mill-Qorti tal-Awdituri, l-intermedjarji finanzjarji kienu approvaw self lil ħames riċevituri mingħajr ma kkonfermaw l-istatus ta' SME tagħhom; dawn il-proġetti ma kinux meqjusa eliġibbli mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, filwaqt li erba' selfiet oħra ttieħdu mill-benefiċjarji jew parzjalment jew kollha kemm huma għal attivitajiet mhux eliġibbli;

59.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-problemi mikxufa mill-Qorti tal-Awdituri, fit-teorija, ġew solvuti bir-Regolament Finanzjarju emendat; jistieden lill-BEI biex ikopri kwistjonijiet marbuta mad-difetti regolatorji fir-rapport annwali tiegħu li jmiss u jiżgura li r-Regolament Finanzjarju emendat jippermetti lill-awtoritajiet tal-verifika tal-Istati Membri jwettqu verifiki anke fil-livell tal-benefiċjarju finali;

60.  Jilqa' l-adozzjoni tal-Approċċ Interim għall-politika tal-BEI lejn ġurisdizzjonijiet regolati b'mod dgħajjef, mhux trasparenti u mhux kooperattivi (NCJ), adottati mill-Bord tad-Diretturi f'Jannar 2017, iżda jistenna li dan għandu jwassal għar-reviżjoni ta' din il-politika sabiex titjieb id-diliġenza dovuta tal-BEI fis-self estern tiegħu fil-qafas rivedut tal-grupp tal-BEI AML-CFT;

61.  Jistieden lill-BEI jwettaq diliġenza dovuta korporattiva u ta' integrità xierqa biex jidentifika s-sidien benefiċjarji veri tal-klijenti u l-operazzjonijiet kollha tiegħu kif ukoll ta' kumpaniji li fihom isir investiment aħħari meta jkunu involuti investimenti tal-BEI fil-fondi ta' ekwità; jistieden lill-BEI biex jiżvela, fuq is-sit web tiegħu stess, data dwar is-sjieda benefiċjarja relatata mal-klijenti tiegħu sabiex iżid il-viżibbiltà tal-operazzjonijiet tiegħu u jgħin biex jiġu evitati każijiet ta' korruzzjoni u kunflitti ta' interess;

62.  Jistieden lill-BEI, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fil-25 ta' Mejju 2018 dwar id-dispożizzjoni standard tal-UE dwar il-governanza tajba fi kwistjonijiet ta' taxxa għal ftehimiet ma' pajjiżi terzi, biex tissaħħaħ ir-rabta bejn il-finanzjament tal-BEI u l-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa; jemmen li l-BEI għandu jikkontribwixxi aktar għall-iżvilupp tal-aħjar prattiki għal tassazzjoni ġusta billi jiġġieled kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; jistieden lill-BEI jadotta politika ta' tassazzjoni responsabbli li tiżgura li l-BEI ma jiffinanzjax klijenti involuti fi skemi ta' evitar tat-taxxa u ta' evażjoni tat-taxxa jew li joperaw permezz ta' rifuġji fiskali; jitlob lill-BEI jinkludi dispożizzjoni u klawżoli standard dwar governanza tajba fil-kuntratti tiegħu mal-intermedjarji finanzjarji kollha magħżula;

63.  Jenfasizza li l-Mandat ta' Self Estern rivedut tal-BEI jagħmilha ċara li l-lista sewda tal-UE hija vinkolanti għall-Bank, u li l-operazzjonijiet tal-BEI ma għandhomx jappoġġaw proġetti li jikkontribwixxu għall-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;

64.  Jinnota li fi tmiem l-2017, il-BEI kellu 136 każ ta' frodi taħt investigazzjoni, it-tliet tipi prinċipali ta' allegazzjonijiet ikunu frodi bi 53.7 %, korruzzjoni b'25.5 % u kollużjoni b'10.7 %;

65.  Jinnota li l-fondi tal-BEI ntużaw minn kumpaniji involuti fl-Iskandlu tal-Emissjonijiet, speċifikament Volkswagen, u li għaldaqstant jaf intużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet mhux etiċi u illegali;

66.  Jinnota li n-numru ta' ilmenti ġodda ammissibbli żdied minn 84 fl-2016 għal ammont rekord ġdid ta' 102 fl-2017 u li 173 ilment ġew ittrattati fl-2017; jieħu nota li 38 mill-ilmenti li waslu fl-2017 huma relatati biss ma' żewġ proġetti ta' investiment tal-BEI: il-Pipeline Trans-Adrijatiku u l-Mombasa Port Access Road fil-Kenja;

67.  Jinnota r-reviżjoni tal-politika tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI u l-inklużjoni tal-eżempji mogħtija mill-Ombudsman Ewropew għad-definizzjoni ta' amministrazzjoni ħażina, li tinkludi forom ta' amministrazzjoni ħażina jew falluta bħal irregolaritajiet amministrattivi, diskriminazzjoni illegali, rifjuti mhux ġustifikati ta' informazzjoni, abbuż ta' poter u dewmien bla bżonn, madankollu, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-bqija tal-eżitu tar-reviżjoni;

68.  Jiddispjaċih li l-BEI ma ħax inkunsiderazzjoni t-tħassib tal-Parlament fir-rigward tar-reviżjoni tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI espress fil-paragrafu 86 tar-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2018 dwar ir-Rapport annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2016; jinsab imħasseb ħafna li l-Mekkaniżmu tal-Ilmenti approvat u rivedut joħloq riskju serju għall-indipendenza tiegħu u għat-trasparenza tal-investigazzjonijiet u l-konklużjonijiet tiegħu; jistieden lill-BEI jiżgura li l-Kap tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI jkun kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-ammissibbiltà u l-eliġibbiltà tal-ilment, indipendentement mis-servizzi l-oħra tal-BEI, u li l-proċeduri ta' reklutaġġ għall-Kap tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti (CM) isiru aktar trasparenti;

69.  Jieħu nota tad-Deċiżjoni tal-Ombudsman fil-kawżż 1316/2016 TN dwar allegazzjonijiet fil-politika ta' trasparenza tal-BEI mit-23 ta' Mejju 2018 u jistieden lill-Bank jimplimenta t-titjib issuġġerit mill-Ombudsman dwar it-tneħħija tal-preżunzjoni ta' nuqqas ta' divulgazzjoni relatata ma' dokumenti miġbura u ġġenerati matul l-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-awditi, kif ukoll l-abbozzar mill-ġdid ta' dispożizzjonijiet rilevanti tal-politika ta' Trasparenza tiegħu relatata ma' self intermedjat u skadenzi biex jiġu ttrattati t-talbiet għall-informazzjoni;

70.  Ifakkar fil-ħtieġa li jiġu pprovduti regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess u għal kriterji ċari, stretti u trasparenti għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe forma ta' influwenza jew ta' nuqqas ta' oġġettività fil-mekkaniżmu ta' attribuzzjoni ta' self; itenni l-fatt li l-BEI jrid jirrevedi l-Kodiċi ta' Kondotta malajr kemm jista' jkun sabiex jiżgura li l-Viċi Presidenti ma jkunux inkarigati mill-operazzjonijiet li jseħħu fl-Istati Membri tad-domiċilju tagħhom, peress li dan jipperikola l-indipendenza tal-istituzzjoni; jistieden lill-BEI, f'dan ir-rigward, jipprevjeni b'mod aħjar il-kunflitti ta' interess fil-korpi governattivi tiegħu u kwistjonijiet potenzjali ta' "revolving door", biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u jirrevedi l-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu malajr kemm jista' jkun;

71.  Jistenna li l-politika ta' protezzjoni tal-informaturi tal-BEI, li bħalissa qed tiġi riveduta, tkun ambizzjuża u tipprovdi standards għoljin; iħeġġeġ lill-BEI biex jinkludi f'dik ir-reviżjoni kemm informaturi interni kif ukoll esterni u biex jistabbilixxi proċeduri ċari u definiti sew, skedi ta' żmien u linji gwida sabiex jipprovdi lill-informaturi bl-aħjar gwida u jipproteġihom minn kwalunkwe ritaljazzjoni possibbli;

Skrutinju tal-Parlament Ewropew

72.  Jappoġġa l-pożizzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li l-Qorti għandha tingħata mandat biex tivverifika l-operazzjonijiet kollha tal-BEI inklużi dawk fejn il-BEI juża fondi tal-baġit mhux tal-UE għall-operazzjonijiet tiegħu;

73.  Jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu biex jorganizza sessjoni ta' ħidma/seduta ta' smigħ annwali dwar attivitajiet u kontroll tal-operazzjonijiet tal-BEI li jipprovdu lill-Parlament b'informazzjoni rilevanti addizzjonali biex jappoġġa l-ħidma tiegħu dwar l-iskrutinju tal-BEI u l-operazzjonijiet tiegħu;

Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament

74.  Itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex jirrapporta dwar is-sitwazzjoni attwali u l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet annwali tiegħu, b'mod speċjali fir-rigward:

   (a) tal-impatt tal-attivitajiet ta' self tiegħu u r-riżultati miksuba;
   (b) tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, speċjalment tal-membri tal-Kumitat tal-Investiment tal-FEIS u l-Bord tad-Diretturi tal-BEI u l-integrazzjoni ta' regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess fil-Kodiċi ta' Kondotta rilevanti u speċjalment ta' dak tal-Kumitat ta' Tmexxija u tal-Bord tad-Diretturi;
   (c) tat-trasparenza u l-iżvelar ta' informazzjoni dwar is-sistema ta' kuntrattar u ta' sottokuntrattar fir-rigward ta' intermedjarji u riċevituri finali dwar il-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa, il-frodi u l-korruzzjoni;

75.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) https://www.ombudsman.europa.eu/en/decision/en/95520
(2) ĠU C 298, 23.8.2018, p. 80.
(3) Testi adottati, P8_TA(2018)0198.
(4) ĠU L 280, 27.10.2011, p.1.
(5) ĠU L 135, 8.5.2014, p.1.
(6) ĠU L 169, 1.7.2015, p.1.
(7) https://www.ombudsman.europa.eu/en/decision/en/95520


Talbiet ta' restituzzjoni transfruntieri ta' opri tal-arti u beni kulturali misruqa waqt kunflitti armati u gwerer
PDF 363kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar talbiet ta' restituzzjoni transfruntieri ta' opri tal-arti u beni kulturali misruqa waqt kunflitti armati u gwerer (2017/2023(INI))
P8_TA-PROV(2019)0037A8-0465/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1954 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Kunflitt Armat u t-tieni protokoll tagħha ta' Marzu 1999,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 1995 dwar ir-ritorn tal-proprjetà misruqa lill-komunitajiet Lhud(1) u tas-16 ta' Lulju 1998 dwar ir-restituzzjoni ta' proprjetà li tappartjeni għal vittmi tal-Olokawst(2),

–  wara li kkunsidra l-pakkett ta' miżuri adottati f'Diċembru 2016 biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE biex tiġġieled il-finanzjament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, b'riżultat tal-impenji li saru fil-Pjan ta' Azzjoni kontra l-finanzjament tat-terroriżmu tat-2 ta' Frar 2016 (COM(2016) 50), u tal-proposta tiegħu għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali tat-13 ta’ Lulju 2017 (COM(2017) 375),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' April 2015 dwar il-qerda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Da'esh(3),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-24 ta' Ġunju 1995 dwar Oġġetti Kulturali Misruqa jew Esportati Illegalment,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar ir-ritorn ta' oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta' Stat Membru(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali(5),

–  Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2003 dwar qafas legali għall-moviment liberu, fi ħdan is-suq intern, ta' oġġetti li s-sjieda tagħhom aktarx tiġi kkontestata(7),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-2016 mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Interni dwar "Cross-border restitution claims of art looted in armed conflicts and wars and alternatives to court litigation" (Talbiet ta' restituzzjoni transkonfinali ta' arti misruqa waqt kunflitti armati u gwerer u soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim fil-qorti),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(8),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Trasferiment ta' Titolu Illeċitu tal-Proprjetà Kulturali tal-14 ta' Novembru 1970,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 14232/12 tal-4 ta' Ottubru 2012 dwar il-ħolqien ta' netwerk informali ta' awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-kompetenza esperta fil-qasam ta' oġġetti kulturali (EU CULTNET),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0465/2018),

A.  billi, skont l-Interpol, is-suq illeċitu fl-opri tal-arti qed jibda jiġġenera daqstant qligħ daqs dak għad-drogi, l-armi u l-oġġetti ffalsifikati;

B.  billi, skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali, minn 80 sa 90 % tal-bejgħ tal-antikitajiet globali huma beni ta' oriġini illeċitu;

C.  billi l-patrimonju kulturali huwa wieħed mill-elementi bażiċi taċ-ċivilizzazzjoni, pereżempju minħabba l-valur simboliku tiegħu u l-memorja kulturali tal-umanità li tgħaqqad lin-nies flimkien; billi, fi snin reċenti twettqu sensiela ta' reati kontra l-patrimonju kulturali dinji minn fazzjonijiet fi gwerra u minn entitajiet terroristiċi madwar id-dinja, u billi xogħlijiet artistiċi, skulturi u artefatti arkeoloġiċi prezzjużi qed jinbiegħu u jiġu importati fl-UE minn ċerti pajjiżi li mhumiex membri fl-UE, bil-profitti potenzjalment jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet terroristiċi; billi huwa essenzjali li jsir impenn sod kontra t-traffikar illeċitu ta' proprjetà kulturali bħal opri tal-arti misruqa matul il-kunflitti armati u gwerer fil-Libja, fis-Sirja u fl-Iraq; billi l-proprjetà kulturali għandha importanza kulturali, artistika, storika u xjentifika kbira u trid tiġi protetta minn approprjazzjoni illegali u serq;

D.  billi ftit wara tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, saru tentattivi biex tinstab proprjetà misruqa u biex din tiġi rritornata lill-pajjiż ta' oriġini tagħha;

E.  billi trid tiġi żgurata r-restituzzjoni ta' oġġetti nnegozjati u/jew skavati jew akkwistati illegalment fir-rigward tal-impenn tal-UE għal proċessi ġusti u kumpens għall-vittmi, kif ukoll fid-dawl tal-kostituzzjoni tal-UNESCO u l-konvenzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-patrimonju;

F.  billi l-Prinċipji tal-Konferenza ta' Washington dwar Arti Kkonfiskata min-Nażisti, il-Forum ta' Vilnius u d-Dikjarazzjoni ta' Terezin dwar Assi minn Żmien l-Olokawst u Kwistjonijiet Relatati kollha enfasizzaw l-importanza tar-restituzzjoni tal-proprjetà immobbli individwali; billi l-għadd ta' opri tal-arti li ġew restitwiti mill-Konferenza ta' Washington 'l hawn hu stmat li jinsab bejn 1 000 u 2 000(9); billi ma teżistix lista kompluta ta' opri tal-arti restitwiti fi snin reċenti;

G.  billi għad hemm opri tal-arti neqsin u dawk li għadhom qed jistennew biex jingħataw lura lis-sidien leġittimi tagħhom jew lill-werrieta tagħhom; billi fil-Konferenza ta' Washington fl-1998, Jonathan Petropoulos għamel stima li madwar 650 000 opra tal-arti kienu nsterqu minn madwar l-Ewropa, u Ronald Lauder iddikjara li 11 000 opra tal-arti li dak iż-żmien (1998) kienu jiswew bejn USD 10 u USD 30 biljun kienu għadhom neqsin; billi l-Konferenza tat-Talbiet-WJRO ġeneralment twieġeb li ma hemm ebda stima preċiża: insterqu madwar 650 000 opra tal-arti, li minnhom għadhom neqsin madwar 100 000;

H.  billi l-litiganti għadhom jiltaqgħu ma' problemi legali minħabba, minn naħa waħda, in-natura tat-talbiet tagħhom li spiss ikunu speċifiċi ħafna, u min-naħa l-oħra, kawża tal-iskadenza tal-liġijiet ta' restituzzjoni wara l-gwerra, in-nonretroattività ta' normi konvenzjonali, l-istatut ta' dispożizzjonijiet ta' limitazzjoni fuq talbiet jew id-dispożizzjonijiet dwar pussess ħażin u bona fide;

I.  billi t-talbiet ta' restituzzjoni ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa prinċipalment ġew indirizzati permezz tad-dritt internazzjonali pubbliku; billi dawn ir-regoli jridu jiġu kkomplementati minn regoli aktar b'saħħithom fid-dritt internazzjonali privat;

J.  billi d-dimensjoni tad-dritt privat li mhijiex żviluppata biżżejjed, kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew, tikkontribwixxi għal inċertezza legali f'każijiet ta' restituzzjoni transkonfinali ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa, mhux biss fir-rigward ta' tranżazzjonijiet kompleti ta' arti misruqa min-Nazisti iżda wkoll fir-rigward ta' każijiet futuri;

K.  billi ma teżisti ebda leġiżlazzjoni tal-UE li b'mod espliċitu u komprensiv tirregola t-talbiet ta' restituzzjoni għal opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa minn individwi privati waqt kunflitti armati;

L.  billi l-UNESCO, flimkien ma' swali tal-irkant, mużewijiet u kollezzjonisti magħrufa fl-Ewropa, qed tiżviluppa riċerka avvanzata dwar il-post ta' provenjenza ta' dawn l-opri sabiex tkun tista' tirritornahom lis-sidien tagħhom;

M.  billi l-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet (ICOM) ilu aktar minn 10 snin jippubblika "Listi Ħomor" ta' kategoriji ta' oġġetti li huma vulnerabbli għat-traffikar illeċitu, bl-għan li jikkomplementa l-bażi tad-data tal-Interpol dwar il-proprjetà misruqa;

1.  Jiddispjaċih li, sa issa, prattikament ma kien hemm ebda segwitu għar-riżoluzzjoni tiegħu dwar qafas legali għal moviment liberu, fi ħdan is-suq intern, tal-oġġetti li s-sjieda tagħhom aktarx tiġi kkontestata, li fiha l-Parlament stieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar għadd ta' aspetti relatati mar-regoli tal-liġi ċivili u proċedurali, riċerka dwar il-provenjenza, sistema ta' kkatalogar, mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim u l-valur tal-ħolqien ta' awtorità amministrattiva ta' koordinazzjoni transkonfinali; iqis li l-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jista' jservi bħala bażi ġuridika għall-għoti ta' setgħat lill-Unjoni biex taġixxi f'dan il-qasam;

2.  Jenfasizza li s-serq ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali oħra matul kunflitti armati u gwerer, kif ukoll fi żminijiet ta' paċi, huwa kwistjoni ewlenija ta' tħassib komuni li jeħtieġ tiġi indirizzata kemm f'termini ta' prevenzjoni kif ukoll ta' restituzzjoni ta' proprjetà kulturali misruqa, sabiex tiġi protetta u żgurata l-integrità tal-patrimonju kulturali u l-identità tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet, ta' gruppi u ta' individwi;

3.  Josserva li ma ngħatatx biżżejjed attenzjoni, fil-livell tal-UE, lir-restituzzjoni ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa jew miksuba illegalment, fost l-oħrajn waqt kunflitti armati, b'mod partikolari fl-oqsma tal-liġi privata, il-liġi internazzjonali privata u l-proċedura ċivili; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproteġi, tappoġġa u tħeġġeġ talbiet ta' restituzzjoni transkonfinali ta' assi kulturali spustati u miksuba illegalment b'riżultat ta' atti ta' serq issanzjonati mill-istat waqt kunflitti armati; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri joħorġu rakkomandazzjonijiet u linji gwida biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa li jingħata appoġġ lill-istituzzjonijiet nazzjonali fl-Istati Membri f'dak li jikkonċerna t-talbiet ta' restituzzjoni;

4.  Jisħaq fuq il-punt li istituzzjonijiet bħall-UNESCO u l-Interpol qed jappellaw għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-patrimonju kulturali u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-istati biex jistabbilixxu miżuri għall-faċilitazzjoni tar-restituzzjoni;

5.  Jiddispjaċih li ma hemm ebda statistika affidabbli dwar l-iskala preċiża tas-serq u l-kummerċ illeċitu ta' proprjetà kulturali; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu statistika affidabbli f'dan il-qasam;

6.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-biċċa l-kbira mill-inizjattivi politiċi u leġiżlattivi jiffukaw esklużivament fuq id-dritt pubbliku, amministrattiv u/jew kriminali; jisħaq fuq il-punt li sabiex jiġi stabbilit qafas regolatorju komprensiv, id-dritt privat irid jitqies b'mod aktar intensiv; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jadottaw il-miżuri xierqa u l-inizjattivi kollha meħtieġa biex jinkiseb dan;

7.  Iqis li jeħtieġ issir investigazzjoni ulterjuri biex jinxteħet dawl fuq il-qasam oskur tal-kummerċ illeċitu ta' proprjetà kulturali u biex tinkiseb informazzjoni aħjar dwar l-iskala, l-istruttura u d-daqs tiegħu, pereżempju permezz tal-proġett ILLICID li attwalment qed jitwettaq fil-Ġermanja;

8.  Jilqa' r-rikonoxximent minn xi Stati Membri li l-problemi uniċi assoċjati mat-talbiet ta' restituzzjoni ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa jew miksuba illegalment waqt kunflitti armati u gwerer iridu jiġu indirizzati, sabiex jinstabu soluzzjonijiet legali li jiżguraw id-drittijiet ta' proprjetà ta' individwi privati, istituzzjonijiet tal-gvern statali u lokali u assoċjazzjonijiet reliġjużi li, b'mod inġust, ittiħdulhom l-opri tal-arti tagħhom waqt kunflitti armati jew gwerer;

9.  Jisħaq fuq l-importanza li titqajjem sensibilizzazzjoni kollettiva biex jiġu ddenunzjati dawn il-prattiki illegali, u jfakkar li kull oġġett li jittieħed mingħand sidu jirrappreżenta valur storiku u xjentifiku mitluf għal dejjem;

10.  Josserva li l-aktar mod effiċjenti kif jiġi miġġieled it-traffikar ta' proprjetà kulturali u l-iżvilupp tas-suq tal-arti illegali, kif ukoll biex tiġi appoġġata r-restituzzjoni, huwa li jitrawwem l-iżvilupp ta' prattiki ġusti fil-kummerċ tal-arti u fir-restituzzjoni minn perspettiva transnazzjonali u globali, kemm f'dak li jikkonċerna l-effett preventiv intiż tagħhom kif ukoll l-impatt koerċittiv jew punittiv mixtieq;

11.  Iqis li sabiex ikun hemm sett ta' regoli għall-prevenzjoni effettiva tas-serq u l-kuntrabandu ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali, u biex jinkiseb suq tal-arti globali kompletament trasparenti, responsabbli u etiku, il-Kummissjoni għandha tfittex li tikkoopera ma' pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiġu stabbiliti sħubiji siewja, filwaqt li jitqiesu, għal dan il-għan, il-prinċipji stipulati fil-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995 dwar oġġetti kulturali misruqa jew esportati illegalment;

12.  Iqis li l-azzjoni leġiżlattiva tal-UE, inkluża d-dimensjoni tad-dritt internazzjonali privat, tkun xierqa għal tranżazzjonijiet futuri biss;

13.  Iqis li, bl-għan li jiġi stabbilit suq tal-arti Ewropew responsabbli u etiku, wasal iż-żmien li jintemmu s-snin ta' konvoluzzjonijiet u differenzi sottili; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tidentifika miżuri tal-liġi ċivili bl-għan li jgħinu biex jingħelbu l-problemi diffiċli li jiltaqgħu magħhom il-partijiet privati li jfittxu r-restituzzjoni ta' opri tal-arti li ġenwinament jappartjenu lilhom; jistieden fl-istess ħin, lill-Kummissjoni biex tiżviluppa qafas għad-dibattiti ġdid għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet għall-preżent u għall-futur;

14.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali, kif ukoll l-emendi għall-proposta adottati mill-Parlament fil-25 ta' Ottubru 2018(10); itenni, fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni globali tas-suq tal-arti u tal-għadd ta' oġġetti f'idejn privati, il-ħtieġa għal sforzi ulterjuri rigward ir-restituzzjoni transkonfinali ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa f'kunflitti armati u gwerer; jenfasizza li r-riċerka dwar il-provenjenza u l-kooperazzjoni Ewropea taw prova tal-fatt li huma utli għall-identifikazzjoni u r-restituzzjoni sussegwenti ta' oġġetti misruqa, u f'xi każijiet evitaw il-finanzjament ta' gruppi terroristiċi jew ta' gwerer;

15.  Jiddispjaċih li minħabba n-nuqqas, il-laxkezza jew id-differenzi fir-regoli fost l-Istati Membri rigward ir-riċerka dwar il-provenjenza u d-diliġenza dovuta, ħafna talbiet ta' restituzzjoni transkonfinali ma jistgħux jitwettqu b'mod effettiv u kkoordinat, li jista', bħala riżultat, irawwem is-serq u t-traffikar u jinċentivizza l-kuntrabandu; josserva li, b'riżultat tan-nuqqas ta' standards komuni, il-proċedura applikabbli spiss tibqa' mhux ċara għall-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-mużewijiet, in-negozjanti ta' opri tal-arti, il-kollezzjonisti, it-turisti u l-vjaġġaturi; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tarmonizza r-regoli dwar ir-riċerka dwar il-provenjenza u tinkorpora xi wħud mill-prinċipji bażiċi tal-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995 dwar oġġetti kulturali misruqa jew esportati illegalment;

16.  Jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti biex jiġi promoss attivament l-użu sistematiku tar-riċerka ta' kwalità għolja u indipendenti dwar il-provenjenza sabiex jiġu identifikati opri tal-arti misruqa, biex tiġi ffaċilitata r-restituzzjoni tagħhom lis-sidien leġittimi tagħhom, biex jinkiseb suq tal-arti kompletament trasparenti, responsabbli u etiku, u biex jiġi evitat u skoraġġut b'mod effettiv is-serq u t-traffikar tal-arti u l-proprjetà kulturali waqt kunflitti armati u gwerer; josserva l-possibilitajiet offruti mill-istrumenti finanzjarji Ewropej f'din id-direzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jħeġġu u jappoġġaw programmi ta' taħriġ speċjali dwar ir-riċerka dwar il-provenjenza fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali, sabiex jgħinu b'mod partikolari lil dawk involuti fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' proprjetà kulturali biex jiżviluppaw u jtejbu l-għarfien espert tagħhom, inkluż permezz ta' proġetti transkonfinali;

17.  Iqis li r-riċerka dwar il-provenjenza hija marbuta mill-qrib mal-obbligu ta' diliġenza dovuta applikabbli meta jiġu akkwistati opri tal-arti, u tikkostitwixxi tħassib kbir għall-atturi kollha fis-suq tal-arti, billi l-akkwist, intenzjonat jew b'negliġenza, ta' opri tal-arti misruqa huwa punibbli taħt ċerti liġijiet nazzjonali;

18.  Iqis li ovvjament jenħtieġ li tingħata attenzjoni għall-ħolqien ta' lista komprensiva tal-oġġetti kulturali kollha, inklużi oġġetti kulturali li huma proprjetà tal-Lhud, li ġew misruqa min-Nażisti u mill-alleati tagħhom, minn meta dawn ittieħdu bi vjolenza sal-lum; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġa sistema ta' kkatalogar li għandha tintuża wkoll minn entitajiet pubbliċi u kollezzjonijiet tal-arti privati, bl-għan li tinġabar data dwar is-sitwazzjoni ta' proprjetà kulturali misruqa jew miksuba illegalment u dwar l-istat preċiż tat-talbiet eżistenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġa proġetti ta' diġitizzazzjoni li kieku jistabbilixxu bażijiet ta' data diġitali jew jorbtu dawk eżistenti, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' tali data u ta' riċerka dwar il-provenjenza;

19.  Iqis li sabiex tkun tista' ssir riċerka xierqa dwar il-provenjenza, irid jinħoloq reġistru ta' dokumenti jew tat-tranżazzjonijiet li jkun dettaljat kemm jista' jkun; jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġa b'mod attiv l-abbozzar ta' linji gwida komuni dwar tali reġistri u biex tadotta miżuri xierqa sabiex tħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu obbligu ġenerali biex il-professjonisti tas-suq tal-arti jżommu reġistru tat-tranżazzjonijiet bħal dan u, b'mod aktar ġenerali, jaderixxu mal-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995 dwar oġġetti kulturali misruqa jew esportati illegalment;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ attivitajiet ta' riċerka dwar il-provenjenza madwar l-Unjoni u biex tappoġġa dan finanzjarjament; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni torganizza forum ta' diskussjoni sabiex tiġi skambjata l-aħjar prattika u jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet għall-preżent u għall-futur;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tistabbilixxi mekkaniżmu alternattiv speċifiku għas-soluzzjoni tat-tilwim biex jittratta każijiet ta' talbiet ta' restituzzjoni ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali, sabiex jingħelbu l-ostakoli legali eżistenti bħal forma ibrida ta' arbitraġġ u medjazzjoni; jisħaq fuq l-importanza ta' standards ċari u proċeduri trasparenti u newtrali;

22.  Josserva li l-istatuti ta' limitazzjoni spiss joħolqu diffikultajiet għar-rikorrenti fi kwistjonijiet ta' restituzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-kwistjoni u ssib il-bilanċ it-tajjeb għall-perjodu ta' limitazzjoni applikabbli għal talbiet ta' restituzzjoni ta' arti misruqa, inkluża arti misruqa min-Nażisti, li jenħtieġ li jqis kemm il-protezzjoni tal-interessi tal-vittmi tas-serq kif ukoll ta' dawk tas-suq; iqis li l-Att tal-Istati Uniti ta' Rkupru ta' Arti Esproprjata waqt l-Olokawst jista' jservi ta' eżempju;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis li tieħu azzjoni leġiżlattiva biex issaħħaħ is-sistema legali għal talbiet ta' restituzzjoni transkonfinali ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa f'kunflitti armati u gwerer, abbażi ta' strumenti ta' dritt internazzjonali privat;

24.  Jistieden lill-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE jħeġġu lill-Istati Membri jikkondividu informazzjoni dwar prattiki eżistenti fir-rigward tal-kontroll ta' provenjenza ta' proprjetà kulturali, u biex jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom sabiex jarmonizzaw il-miżuri ta' kontroll u l-proċeduri amministrattivi li għandhom l-għan li jisabbilixxu l-provenjenza tal-proprjetà kulturali;

25.  Jindika n-nuqqas ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Istati Membri rigward l-interpretazzjoni tal-kunċett ta' "diliġenza dovuta"; jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara l-kunċett ta' "diliġenza dovuta" fir-rigward tal-bona fide; jindika, pereżempju, għall-Artikolu 16 tal-Liġi Federali Żvizzera dwar it-Trasferiment Internazzjonali ta' Proprjetà Kulturali, li jipprojbixxi lin-negozjanti u lill-irkantaturi milli jidħlu fi tranżazzjoni tal-arti jekk ikollhom xi dubju dwar il-provenjenza tal-oġġett; josserva li, skont din il-liġi, l-oneru tal-provi jiġi ttrasferit parzjalment lill-bejjiegħ; madankollu, il-pussessur ta' opra tal-arti ma jistax jistrieħ fuq il-prinċipju ta' bone fide jekk huwa ma jkunx jista' jagħti prova li huwa kien ta l-attenzjoni dovuta meta saret l-akkwiżizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri li jkollhom l-għan li jagħmlu s-suq tal-arti kif ukoll ix-xerrejja potenzjali ta' artefatti konxji mill-importanza tar-riċerka dwar il-provenjenza, billi tali riċerka hija marbuta mal-obbligu ta' diliġenza dovuta;

26.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa prinċipji komuni dwar l-aċċess għal arkivji pubbliċi jew privati li jinkludu informazzjoni dwar l-identifikazzjoni u l-lokazzjoni ta' proprjetà, u biex tipproċedi għal immappjar bir-reqqa tal-bażijiet tad-data eżistenti ta' proprjetà kulturali u biex tipprevedi l-ħolqien ta' meta-database ċentrali li tqis l-informazzjoni disponibbli, tiġi aġġornata regolarment u tkun aċċessibbli għall-atturi rilevanti kollha; iqis li, abbażi ta' din il-meta-database ċentrali, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema komuni ta' kkatalogar li tkun tista' tuża IDs standardizzati tal-oġġetti; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ l-introduzzjoni ta' IDs tal-oġġetti żviluppati u promossi minn ICOM u minn organizzazzjonijiet oħra bħala l-istandard tas-suq fi ħdan is-suq intern fl-intier tiegħu; jindika li bażi tad-data bħal dan jenħtieġ li tkun marbuta mal-"Bażi tad-Data dwar l-Opri tal-Arti Misruqa" tal-INTERPOL u li għandha tiġi aġġornata regolarment;

27.  Iqis li, biex tkun tista' ssir riċerka dwar il-provenjenza aktar bir-reqqa u preċiża, il‑ħolqien ta' reġistru ta' dokumenti jew ta' reġistru tat-tranżazzjonijiet ta' proprjetà kulturali jista' jikkomplementa l-bażi tad-data msemmija hawn fuq b'mod utli; jitlob lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri xierqa sabiex tħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu obbligu ġenerali biex l-atturi tas-suq tal-arti jżommu reġistri dokumentarji jew reġistri tat-tranżazzjonijiet bħal dawn u, b'mod aktar ġenerali, jaderixxu mal-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995 dwar oġġetti kulturali misruqa jew esportati illegalment;

28.  Iqis li l-bażi tad-data ċentrali jenħtieġ li tiffunzjona abbażi ta' sistema ta' kkatalogar komuni fejn l-oġġetti jkunu jistgħu jiġu identifikati b'mod standardizzat (filwaqt li jitqiesu karatteristiċi bħal materjali, tekniki, qisien, skrizzjonijiet, titlu, suġġett, data jew perjodu, eċċ.);

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika prinċipji komuni dwar kif jiġu stabbiliti s-sjieda jew it-titolu, kif ukoll regoli dwar il-preskrizzjoni u l-istandards ta' provi u l-kunċett ta' serq u arti, filwaqt jitqiesu r-regoli rilevanti fis-seħħ fl-Istati Membri;

30.  Jistieden lill-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati jagħmlu l-isforzi kollha meħtieġa biex jadottaw miżuri biex jiżguraw il-ħolqien ta' mekkaniżmi li jiffavorixxu r-ritorn tal-proprjetà msemmija f'din ir-riżoluzzjoni, u biex joqogħdu attenti biex ir-ritorn lir-rikorrenti leġittimi ta' opri tal-arti misruqa u miksuba illegalment matul reati kontra l-umanità jkun kwistjoni ta' interess ġenerali skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

31.  Jenfasizza li sabiex ikun hemm sett ta' regoli li jista' jipprevjeni b'mod effettiv is-serq ta' opri tal-arti u ta' proprjetà kulturali, u biex jinkiseb suq tal-arti globali kompletament trasparenti, responsabbli u etiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex li tikkoopera ma' pajjiżi terzi u li tistabbilixxi sħubiji siewjali jiffavorixxu r-ritorn tal-proprjetà msemmija f'din ir-riżoluzzjoni, filwaqt li tqis iż-żewġ prinċipji stipulati fil-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995 dwar oġġetti kulturali misruqa jew esportati illegalment u fl-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

32.  Ifakkar li l-edukazzjoni tippromwovi r-rispett u l-apprezzament ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali oħra bħala simboli tal-patrimonju kulturali, u li għalhekk għandha rwol importanti fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tas-serq u n-negozju illeċitu ta' proprjetà kulturali; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jħeġġu u jappoġġaw attivitajiet edukattivi u ta' sensibilizzazzjoni f'dan ir-rigward, inkluż f'kuntesti mhux formali u informali;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha jadottaw miżuri li għandhom l-għan li jagħmlu s-suq tal-arti kif ukoll ix-xerrejja potenzjali ta' artefatti konxji mill-importanza tar-riċerka dwar il-provenjenza, billi tali riċerka hija marbuta mal-obbligu ta' diliġenza dovuta;

34.  Ifakkar li l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-pulizija u s-servizzi doganali fil-livell Ewropew u internazzjonali hija essenzjali fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' opri ta' patrimonju kulturali;

35.  Jappoġġa l-idea li l-proċeduri ta' restituzzjoni transkonfinali fir-rigward ta' opri tal-arti u proprjetà kulturali misruqa jew miksuba illegalment, u l-promozzjoni attiva tar-riċerka dwar il-provenjenza, jiġu indirizzati fil-kuntest tal-inizjattiva tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali ("EYCH") 2018; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-grupp ta' ħidma li waqqfet biex jinkludu dan is-suġġett fil-pjan ta' ħidma tagħhom li jiddeskrivi l-attivitajiet għall-EYCH 2018;

36.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 17, 22.1.1996, p. 199.
(2) ĠU C 292, 21.9.1998, p. 166.
(3) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 55.
(4) ĠU L 159, 28.5.2014, p. 1.
(5) ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1.
(6) ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.
(7) ĠU C 91E, 15.4.2004, p. 500.
(8) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(9) Skont il-Konferenza tat-Talbiet-Inizjattiva tad-WJRO għal Arti Misruqa u Proprjetà Kulturali.
(10) Testi adottati, P8_TA(2018)0418.


Il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri ***I
PDF 610kWORD 76k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD))(1)
P8_TA-PROV(2019)0038A8-0469/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri essenzjali li fuqhom hija mibnija l-Unjoni. Kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha.
(1)  L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fil-kriterji għas-sħubija fl-Unjoni. Kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-TUE, dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha f'soċjetà li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jirrispettaw l-obbligi tagħhom u jagħtu eżempju billi ġenwinament jissodisfaw dawn l-obbligi u jimxu lejn kultura komuni tal-istat tad-dritt bħala valur universali li għandu jiġi applikat minn dawk kollha kkonċernati b'mod ekwu. Ir-rispett sħiħ għal dawn il-prinċipji u l-promozzjoni tagħhom huma prerekwiżit essenzjali għal-leġittimità tal-proġett Ewropew kollu kemm hu u kundizzjoni bażika għall-bini tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni u l-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-politiki tagħha.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 1b (ġdida)
(1b)  Skont l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 7 tat-TUE, l-Unjoni għandha l-possibbiltà li taġixxi sabiex tipproteġi l-qalba kostituzzjonali tagħha u l-valuri komuni li hija msejsa fuqhom, inklużi l-prinċipji baġitarji tagħha. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni, u l-pajjiżi kandidati huma obbligati jirrispettaw, jipproteġu u jippromwovu dawk il-prinċipji u valuri, u għandhom id-dmir li jikkooperaw b'mod leali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  L-istat tad-dritt jitlob li s-setgħat pubbliċi kollha jaġixxu fil-limiti stabbiliti mil-liġi, skont il-valuri tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali, u taħt il-kontroll ta' qrati indipendenti u imparzjali. Dan jirrikjedi, b'mod partikolari, li jkunu rispettati7 l-prinċipji tal-legalità8, taċ-ċertezza legali9, tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi10, tas-separazzjoni tas-setgħat11, u tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti12.
(2)  L-istat tad-dritt jitlob li s-setgħat pubbliċi kollha jaġixxu fil-limiti stabbiliti mil-liġi, skont il-valuri tad-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, u taħt il-kontroll ta' qrati indipendenti u imparzjali. Dan jirrikjedi, b'mod partikolari, li jkunu rispettati7 l-prinċipji tal-legalità8, inkluż proċess trasparenti, responsabbli u demokratiku tal-promulgazzjoni tal-liġi, taċ-ċertezza legali9, tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi10, tas-separazzjoni tas-setgħat11, aċċess għall-ġustizzja u għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva quddiem qrati indipendenti u imparzjali12. Dawk il-prinċipji huma riflessi, fost l-oħrajn, fil-livell tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa u anke fuq il-bażi tal-każistika rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem12a.
__________________
__________________
7 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, CAS Succhi di Frutta, C-496/99 PECLI:UE:C:2004:236, punt 63.
7 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, CAS Succhi di Frutta, C-496/99 PECLI:UE:C:2004:236, punt 63.
8 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-12 ta' Novembru 1981, Amministrazione delle finanze dello Stato v Srl Meridionale Industria Salumi and others Ditta Italo Orlandi & Figlio and Ditta Vincenzo Divella v Amministrazione delle finanze dello Stato. Il-KawżiMagħquda minn 212 sa 217/80, ECLI:UE:C:1981:270, il-paragrafu 10.
8 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-12 ta' Novembru 1981, Amministrazione delle finanze dello Stato v Srl Meridionale Industria Salumi and others Ditta Italo Orlandi & Figlio and Ditta Vincenzo Divella v Amministrazione delle finanze dello Stato. Il-Kawżi Magħquda minn 212 sa 217/80, ECLI:UE:C:1981:270, il-paragrafu 10.
9 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1989, Hoechst, il-Kawżi Magħquda 46/87 u 227/88, ECLI:UE:C:1989:337, paragrafu 19
9 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1989, Hoechst, il-Kawżi Magħquda 46/87 u 227/88, ECLI:UE:C:1989:337, paragrafu 19.
10 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, Kovalkovas, C-477/16, ECLI:UE:C:2016:861, punt 36; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, PPU Poltorak, C-452/16, ECLI:UE:C:2016:858, paragrafu 35; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2010, DEB,C-279/09, ECLI:UE:C:2010:811, paragrafu 58.
10 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, Kovalkovas, C-477/16, ECLI:UE:C:2016:861, punt 36; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, PPU Poltorak, C-452/16, ECLI:UE:C:2016:858, paragrafu 35; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2010, DEB,C-279/09, ECLI:UE:C:2010:811, paragrafu 58.
11 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas C-64/16, ECLI:UE:C:2018:117, punti 31, 40-41.
11 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas C-64/16, ECLI:UE:C:2018:117, punti 31, 40-41; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Lulju 2018, LM, C-216/18 PPU, ECLI:EU:C:2018:586, punti 63-67.
12 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt", COM(2014)0158 final, Anness I.
12 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt", COM(2014)0158 final, Anness I.
12a Rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-4 ta' April 2011 Studju Nru 512/2009 (CDL-AD (2011)003rev).
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Il-kriterji ta' adeżjoni, jew il-kriterji ta' Copenhagen, stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen fl-1993 u msaħħa mill-Kunsill Ewropew ta' Madrid fl-1995, huma l-kundizzjonijiet essenzjali li l-pajjiżi kandidati kollha jeħtiġilhom jissodisfaw biex isiru Stati Membri. Dawk il-kriterji jinkludu l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll ir-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi; ekonomija tas-suq li tiffunzjona u l-kapaċità tal-pajjiż li jlaħħaq mal-kompetizzjoni u mal-forzi tas-suq fl-UE; u l-kapaċità li jissodisfaw l-obbligi tas-sħubija fl-UE.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 2b (ġdida)
(2b)  In-nuqqas ta' pajjiż kandidat li jissodisfa l-istandards, il-valuri u l-prinċipji demokratiċi meħtieġa jwassal għal dewmien fl-adeżjoni fl-Unjoni ta' dan il-pajjiż, sakemm jilħaq dawn l-istandards bis-sħiħ. L-obbligi li jaqgħu fuq il-pajjiżi kandidati taħt il-kriterji ta' Copenhagen jibqgħu japplikaw għall-Istati Membri wara li jkunu ssieħbu fl-Unjoni permezz tal-Artikolu 2 tat-TUE u tal-prinċipju tal-koperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4 tat-TUE. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi regolari sabiex jiġi vverifikat li l-liġijiet u l-prattiki tagħhom ikomplu jikkonformaw ma' dawk il-kriterji u mal-valuri komuni li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, biex b'hekk jiġi pprovdut qafas legali u amministrattiv sod għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, bħalma huma l-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa marbut intrinsikament mar-rispett tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali: ma jistax ikun hemm demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali mingħajr rispett lejn l-istat tad-dritt u vice versa.
(3)  Filwaqt li m'hemm l-ebda ġerarkija fost il-valuri tal-Unjoni, ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, bħalma huma l-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa marbut intrinsikament mar-rispett tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali: ma jistax ikun hemm demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali mingħajr rispett lejn l-istat tad-dritt u viċe versa. Il-koerenza u l-konsistenza tad-demokrazija interna u esterna, l-istat tad-dritt u l-politika tad-drittijiet fundamentali huma kruċjali għall-kredibbiltà tal-Unjoni.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Il-korpi ġudizzjarji jenħtieġ li jaġixxu b'mod indipendenti u imparzjali u s-servizzi ta' investigazzjoni u ta' prosekuzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom b'mod xieraq. Dawn jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi u proċeduri biex jaġixxu b'mod effettiv u b'rispett sħiħ għad-dritt ta' proċess ġust. Dawn il-kundizzjonijiet huma meħtieġa bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji mill-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
(6)  L-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura jenħtieġ li jiġu dejjem garantiti u s-servizzi ta' investigazzjoni u ta' prosekuzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom b'mod xieraq. Dawn jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi u proċeduri biex jaġixxu b'mod effettiv u b'rispett sħiħ għad-dritt ta' proċess ġust. Dawn il-kundizzjonijiet huma meħtieġa bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji mill-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jxekklu dawn il-prinċipji fundamentali u jkunu ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)   L-indipendenza tal-prosekuzzjoni u tal-ġudikatura tinkludi kemm l-indipendenza formali (de jure) kif ukoll dik reali (de facto) tal-prosekuzzjoni u tal-ġudikatura u tal-prosekuturi individwali u tal-imħallfin.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwiex importanti biss għaċ-ċittadini tal-Unjoni, iżda wkoll għall-inizjattivi imprenditorjali, għall-innovazzjoni, għall-investiment u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, li jiffjorixxu l-aktar meta jkun hemm fis-seħħ qafas ġuridiku u istituzzjonali sod.
(8)  Ir-rispett għall-istat tad-dritt mhuwiex essenzjali biss għaċ-ċittadini tal-Unjoni, iżda wkoll għall-inizjattivi imprenditorjali, għall-innovazzjoni, għall-investiment, għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, li jiffjorixxu b'mod sostenibbli biss meta jkun hemm fis-seħħ qafas ġuridiku u istituzzjonali sod.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  L-integrazzjoni tal-mekkaniżmi eżistenti ta' monitoraġġ tal-Unjoni, bħall-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE u r-rapporti Kontra l-Korruzzjoni, f'qafas usa' ta' monitoraġġ fuq l-istat tad-dritt, tista' tipprovdi mekkaniżmi ta' kontroll aktar effiċjenti u effettivi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8b (ġdida)
(8b)   Nuqqas ta' trasparenza, diskriminazzjoni arbitrarja, distorsjoni tal-kompetizzjoni u kundizzjonijiet mhux ugwali fi ħdan is-suq intern u barra minnu, impatt fuq l-integrità tas-suq intern, u fuq kemm tkun ġusta, stabbli u leġittima s-sistema tat-taxxa, żieda fl-inugwaljanzi ekonomiċi, kompetizzjoni inġusta bejn l-istati, skuntentizza soċjali, nuqqas ta' fiduċja u defiċit demokratiku huma xi wħud mill-effetti negattivi ta' prattiki dwar it-taxxa dannużi;
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  L-Unjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha għadd kbir ta' strumenti u proċessi biex tiżgura l-applikazzjoni sħiħa u xierqa tal-prinċipji u tal-valuri stabbiliti fit-TUE, iżda bħalissa m'hemm ebda rispons rapidu u effikaċi mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda. L-istrumenti eżistenti jenħtieġ li jiġu infurzati, evalwati u kkomplementati fil-qafas ta' mekkaniżmu tal-istat tad-dritt sabiex ikunu adegwati u effikaċi.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Nuqqasijiet ġeneralizzati fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat tad-dritt li jaffettwaw b'mod partikolari l-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
(11)  Nuqqasijiet ġeneralizzati fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat tad-dritt li jaffettwaw b'mod partikolari l-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Investigazzjonijiet effiċjenti dwar nuqqasijiet bħal dawn, u l-applikazzjoni ta' miżuri effikaċi u proporzjonati meta jiġi stabbilit nuqqas ġeneralizzat, huma meħtieġa mhux biss biex jiġu żgurati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż il-ġbir effikaċi tad-dħul, iżda wkoll biex tiġi żgurata l-fiduċja pubblika fl-Unjoni u fl-istituzzjonijiet tagħha. Ġudikatura indipendenti biss li tipproteġi l-istat tad-dritt u ċ-ċertezza tad-dritt fl-Istati Membri kollha tista' fl-aħħar mill-aħħar tiggarantixxi li l-flus mill-baġit tal-Unjoni jkunu protetti biżżejjed.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)   Il-Kummissjoni stmat li l-iskala tal-evażjoni u tal-evitar tat-taxxa tammonta għal EUR 1 triljun fis-sena. L-impatti negattivi ta' tali prattiki fuq il-baġits u ċ-ċittadini tal-Istati Membri u tal-Unjoni huma evidenti u jistgħu jdgħajfu l-fiduċja fid-demokrazija.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 11b (ġdida)
(11b)   L-evitar tat-taxxa korporattiva għandu impatt dirett fuq il-baġits tal-Istati Membri u tal-Unjoni u fuq it-tqassim tal-isforz tat-taxxa bejn il-kategoriji ta' kontribwenti kif ukoll bejn il-fatturi ekonomiċi.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 11c (ġdida)
(11c)   L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw kompletament il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali fil-kwistjonijiet ta' kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 11d (ġdida)
(11d)   Il-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni u mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 11e (ġdida)
(11e)   Il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki fil-qasam tat-taxxa tal-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni jiżguraw li ma tiġi implimentata l-ebda miżura dannuża ġdida ta' tassazzjoni fl-Istati Membri. Il-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri, il-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, ir-reġjuni jew strutturi amministrattivi oħra mal-lista komuni tal-Unjoni ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx jissalvagwardja s-suq uniku u jiżgura l-funzjonament xieraq u koerenti tiegħu.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat teħtieġ valutazzjoni kwalitattiva mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni tista' tkun ibbażata fuq informazzjoni minn sorsi disponibbli u istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa u n-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura.
(12)  L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat teħtieġ valutazzjoni komprensiva u kwalitattiva mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun oġġettiva, imparzjali u trasparenti u bbażata fuq informazzjoni minn sorsi rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-kriterji użati fil-kuntest tan-negozjati ta' adeżjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kapitoli tal-acquis dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali, dwar il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, dwar il-kontroll finanzjarju u dwar it-tassazzjoni, kif ukoll il-linji gwida użati fil-kuntest tal-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika biex jiġi segwit il-progress ta' Stat Membru, u minn istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa, inkluża b'mod partikolari l-Lista ta' Kriterji tal-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni ta' Venezja, u ta' netwerks internazzjonali rilevanti, bħan-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Panel konsultattiv ta' esperti indipendenti fid-dritt kostituzzjonali u fi kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji jenħtieġ li jiġi stabbilit bil-għan li jgħin lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha tan-nuqqasijiet ġeneralizzati. Dan il-panel jenħtieġ li jwettaq valutazzjoni annwali indipendenti tal-kwistjonijiet fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jqis l-informazzjoni mis-sorsi rilevanti kollha u mill-istituzzjonijiet rikonoxxuti. Il-Kummissjoni, meta tieħu deċiżjoni dwar l-adozzjoni jew it-tneħħija ta' miżuri possibbli, jenħtieġ li tqis l-opinjonijiet rilevanti espressi minn dan il-bord.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Jenħtieġ li jiġu determinati l-miżuri li se jkun possibbli li jiġu adottati f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati u l-proċedura biex jiġu adottati. Dawn il-miżuri jenħtieġ jinkludu s-sospensjoni ta' pagamenti u ta' impenji, tnaqqis tal-finanzjament taħt l-impenji eżistenti, u projbizzjoni li jiġu konklużi impenji ġodda mar-riċevituri.
(13)  Jenħtieġ li jiġu determinati l-miżuri li għandhom jiġu adottati f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati u l-proċedura biex jiġu adottati. Dawn il-miżuri jenħtieġ jinkludu s-sospensjoni ta' pagamenti u ta' impenji, tnaqqis tal-finanzjament taħt l-impenji eżistenti, u projbizzjoni li jiġu konklużi impenji ġodda mar-riċevituri.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Huwa essenzjali li l-interessi leġittimi tar-riċevituri u tal-benefiċjarji finali jkunu protetti kif suppost meta jiġu adottati miżuri f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati. Meta tikkunsidra l-adozzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-impatt potenzjali tagħhom fuq ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali. Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni u gwida permezz ta' sit web jew portal fuq l-internet, flimkien ma' għodod adegwati biex l-Kummissjoni tkun informata dwar kwalunkwe ksur tal-obbligu ġuridiku tal-entitajiet tal-gvern u tal-Istati Membri biex ikomplu jagħmlu pagamenti wara li jiġu adottati l-miżuri abbażi ta' dan ir-Regolament. Meta jkun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe ammont dovut minn entitajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri jitħallas b'mod effettiv lir-riċevituri finali jew lill-benefiċjarji, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tirkupra pagamenti magħmula lil dawk l-entitajiet, jew, skont il-każ, biex tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tnaqqas l-appoġġ għal programm, u biex tittrasferixxi ammont ekwivalenti għar-riżerva tal-Unjoni li għandu jintuża għall-benefiċċju tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, u minħabba l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri li jkunu qed jiġu imposti skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kunsill, li jenħtieġ jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni. Sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa.
(15)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, u minħabba l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri li jkunu qed jiġu imposti skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Minħabba l-effett tagħhom fuq il-baġit tal-Unjoni, il-miżuri imposti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ biss wara li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu approvaw trasferiment lejn riżerva baġitarja ta' ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, dawn it-trasferimenti jenħtieġ li jitqiesu bħala approvati sakemm, f'perjodu stabbilit, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, dan tal-aħħar jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jemendahom jew jirrifjutahom.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Qabel ma tipproponi l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar għaliex hija qed tqis li f'dak l-Istat Membru jista' hemm nuqqas ġeneralizzat rigward tal-istat tad-dritt L-Istati Membri jenħtieġ jitħallew jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni u l-Kunsill jenħtieġ jikkunsidraw dawn il-kummenti.
(16)  Qabel ma tipproponi l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar għaliex hija qed tqis li f'dak l-Istat Membru jista' hemm nuqqas ġeneralizzat rigward tal-istat tad-dritt Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe notifika bħal din u dwar il-kontenut tagħha. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jitħallew jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra dawn il-kummenti.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Il-Kunsill jenħtieġ ineħħi l-miżuri b'effett sospensiv fuq proposta mill-Kummissjoni, jekk is-sitwazzjoni li tkun wasslet għall-impożizzjoni ta' dawn il-miżuri tkun ġiet rimedjata biżżejjed.
(17)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tneħħi l-miżuri b'effett sospensiv u tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jneħħu kompletament jew parzjalment ir-riżerva baġitarja tal-miżuri inkwistjoni, jekk is-sitwazzjoni li tkun wasslet għall-impożizzjoni ta' dawn il-miżuri tkun ġiet rimedjata biżżejjed.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Il-Kummissjoni jenħtieġ iżżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar kull miżura proposta u adottata skont dan ir-Regolament,
imħassar
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
(a)  "l-istat tad-dritt" jirreferi għall-valur tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li timplika proċess trasparenti, akkontabbli, demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti, inkluż tad-drittijiet fundamentali; is-separazzjoni tas-setgħat u l-ugwaljanza quddiem il-liġi;
(a)  "l-istat tad-dritt" għandu jinftiehem li jirrigwarda l-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE u fil-kriterji tal-adeżjoni mal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 49 tat-TUE; dan jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li timplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġi; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; l-aċċess għall-ġustizzja u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva quddiem qrati indipendenti u imparzjali, inkluż tad-drittijiet fundamentali kif stipulat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; is-separazzjoni tas-setgħat; in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi;
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b)  "nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt" tfisser prassi mifruxa jew rikorrenti jew ommissjoni, jew miżura minn awtoritajiet pubbliċi li jkollha effett fuq l-istat tad-dritt;
(b)  "nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt" tfisser prassi mifruxa jew rikorrenti jew ommissjoni, jew miżura minn awtoritajiet pubbliċi li jkollha effett fuq l-istat tad-dritt, fejn din taffettwa jew tirriskja li taffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea; nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt tista' tkun ukoll konsegwenza ta' theddid sistemiku lill-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE li taffettwa jew tirriskja li taffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea;
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c
(c)  "entità tal-gvern" tfisser l-awtoritajiet pubbliċi kollha fil-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fis-sens tal-[punt 42 tal-Artikolu 2] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru [...] (ir-"Regolament Finanzjarju").
(c)  "entità tal-gvern" tfisser kwalunkwe awtorità pubblika fil-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fis-sens tal-punt 42 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom)2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a(ir-"Regolament Finanzjarju").
__________________
1a Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 2a (ġdid)
Artikolu 2a
Nuqqasijiet ġeneralizzati
Il-punti li ġejjin, b'mod partikolari, għandhom jitqiesu bħala nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt meta jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni:
(a)  it-tqiegħed f'riskju tal-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż l-iffissar ta' kwalunkwe limitazzjoni fuq il-ħila tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji b'mod awtonomu billi jsiru interventi esterni f'garanziji ta' indipendenza, billi jiġi limitat il-ġudizzju b'ordni esterna, billi jiġu riveduti b'mod arbitrarju r-regoli dwar il-ħatra jew it-termini tas-servizz ta' persunal ġudizzjarju, jew billi jiġi influwenzat il-persunal ġudizzjarju bi kwalunkwe mod li jipperikola l-imparzjalità tiegħu jew billi jkun hemm indħil fl-indipendenza tal-professjoni legali;
(b)  in-nuqqas li jiġu impediti, ikkoreġuti u ssanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, iż-żamma ta' riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tagħhom jew in-nuqqas milli jiġi żgurat li ma jeżistux kunflitti ta' interessi;
(c)  il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta' regoli proċedurali restrittivi, nuqqas ta' implimentazzjoni ta' sentenzi jew il-limitazzjoni ta' investigazzjonijiet, ta' prosekuzzjoni u ta' sanzjonar effettivi ta' ksur tal-liġi;
(d)  it-tqegħid f'riskju tal-kapaċità amministrattiva ta' Stat Membru li jirrispetta l-obbligi tas-sħubija fl-Unjoni, inkluża l-kapaċità li jimplimenta b'mod effettiv ir-regoli, l-istandards u l-politiki li jiffurmaw il-korp tad-dritt tal-Unjoni;
(e)  il-miżuri li jdgħajfu l-protezzjoni tal-komunikazzjoni kunfidenzjali bejn l-avukat u l-klijent.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – titolu
Miżuri
Riskji għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Miżuri xierqa għandhom jittieħdu meta nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari:
1.  Jista' jiġi stabbilit nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru meta wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, b'mod partikolari, jiġu affettwati jew jirriskjaw li jiġu affettwati:
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru li qed jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jew tal-proċeduri tal-għotjiet, u meta jwettqu monitoraġġ u kontrolli;
(a)  il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru li qed jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jew tal-proċeduri tal-għotjiet;
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  il-funzjonament xieraq tal-ekonomija tas-suq, biex b'hekk jiġu rispettati l-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fl-Unjoni kif ukoll jiġu implimentati b'mod effettiv l-obbligi tas-sħubija, inkluża l-aderenza mal-għan tal-unjoni politika, ekonomika u monetarja;
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab)  il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jwettqu kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar intern u estern, u l-funzjonament xieraq ta' sistemi effettivi u trasparenti tal-ġestjoni finanzjarja u tal-obbligu ta' rendikont;
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni pubblika fir-rigward tal-prosekuzzjoni ta' frodi, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;
(b)  il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni pubblika fir-rigward tal-prosekuzzjoni ta' frodi, inklużi frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
(c)  rieżami ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta' azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b);
(c)  rieżami ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta' azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a), (ab) u (b);
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d
(d)  il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-frodi, tal-korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, u l-impożizzjoni ta' pieni effettivi u dissważivi fuq dawk ir-riċevituri minn qrati nazzjonali jew minn awtoritajiet amministrattivi;
(d)  il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-frodi, inklużi l-frodi tat-taxxa, tal-korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, u l-impożizzjoni ta' pieni effettivi u dissważivi fuq dawk ir-riċevituri minn qrati nazzjonali jew minn awtoritajiet amministrattivi;
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)   il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-evażjoni tat-taxxa u tal-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa u l-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni amministrattiva fi kwistjonijiet tat-taxxa;
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f
(f)  il-kooperazzjoni effettiva u f'waqtha mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet skont l-atti legali rispettivi tagħhom u l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali.
(f)  il-kooperazzjoni effettiva u f'waqtha mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u, suġġett għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru konċernat, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet skont l-atti ġuridiċi rispettivi tagħhom u l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali;
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa)  l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit tal-Unjoni wara ksur sistemiku tad-drittijiet fundamentali.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.   Dawn li ġejjin jistgħu, b'mod partikolari, jitqiesu bħala nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward l-istat tad-dritt,
imħassar
(a)  it-tqiegħed f'riskju tal-indipendenza tal-ġudikatura;
(b)  in-nuqqas li jiġu impediti, ikkoreġuti u ssanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, iż-żamma ta' riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tagħhom jew in-nuqqas milli jiġi żgurat li ma jeżistux kunflitti ta' interessi;
(c)  il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta' regoli proċedurali restrittivi, nuqqas ta' implimentazzjoni ta' sentenzi jew il-limitazzjoni ta' investigazzjonijiet, ta' prosekuzzjoni u ta' sanzjonar effettivi ta' ksur tal-liġi.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 3a (ġdid)
Artikolu 3a
Panel ta' esperti indipendenti
1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi panel ta' esperti indipendenti ("il-Panel").
Il-Panel għandu jkun magħmul minn esperti indipendenti fid-dritt kostituzzjonali u fi kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji. Għandu jinħatar espert wieħed mill-parlament nazzjonali ta' kull Stat Membru u għandhom jinħatru ħames esperti mill-Parlament Ewropew. Il-Panel għandu jkun kompost b'tali mod li jiżgura l-bilanċ bejn is-sessi.
Kull meta jkun xieraq, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet u netwerks rilevanti, bħall-Federazzjoni Ewropea tal-Akkademji għax-Xjenzi u l-Istudji Umanistiċi, in-Netwerk Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja, il-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati, in-Netwerk tal-Ġustizzja fit-Taxxa, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u għall-Kooperazzjoni fl-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi għall-Panel f'konformità mar-regoli ta' proċedura msemmija fil-paragrafu 6.
2.  Il-kompiti konsultattivi tal-Panel għandu jkollhom bħala objettiv li jassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Il-Panel għandu jevalwa s-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha kull sena abbażi ta' kriterji kwantitattivi u kwalitattivi u ta' informazzjoni, filwaqt li jqis b'mod xieraq l-informazzjoni u l-gwida msemmija fl-Artikolu 5(2).
3.  Kull sena l-Bord għandu jippubblika sommarju tas-sejbiet tiegħu.
4.  Bħala parti mill-kompitu konsultattiv tiegħu u b'kont meħud tal-eżitu tal-kunsiderazzjonijiet skont il-paragrafu 2, il-Bord jista' jesprimi opinjoni dwar nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru.
Meta jesprimi opinjoni, il-Bord għandu jagħmel ħiltu biex jilħaq kunsens. Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq tali kunsens, il-Panel għandu jesprimi l-opinjoni tiegħu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.
5.  Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe opinjoni rilevanti espressa mill-Panel f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
6.  Il-Panel għandu jaħtar il-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Il-Panel għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – titolu
Kontenut tal-miżuri
Miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Jistgħu jiġu adottati waħda jew aktar minn dawn il-miżuri xierqa
1.  Meta l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 jkunu sodisfatti, jistgħu jiġu adottati waħda jew aktar minn dawn il-miżuri:
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Il-miżuri meħuda għandhom ikunu proporzjonati man-natura, mal-gravità u mal-ambitu tan-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt. Dawn il-miżuri għandhom, sa fejn huwa possibbli, jimmiraw lejn l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati jew potenzjalment affettwati minn dak in-nuqqas.
3.  Il-miżuri meħuda għandhom ikunu proporzjonati man-natura, mal-gravità, mat-tul ta' żmien u mal-ambitu tan-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt. Dawn il-miżuri għandhom, sa fejn huwa possibbli, jimmiraw lejn l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati jew potenzjalment affettwati minn dak in-nuqqas.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni u gwida għall-benefiċċju tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali dwar l-obbligi mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2 permezz ta' sit web jew portal fuq l-internet.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll, fuq l-istess sit web jew portal, għodod adegwati għar-riċevituri jew għall-benefiċjarji finali biex dawn jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ksur ta' dawn l-obbligi li, fil-fehma ta' dawn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, jaffettwawhom direttament. Dan il-paragrafu għandu jiġi applikat b'mod li jiżgura l-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva XXX (id-Direttiva dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni). L-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali skont dan il-paragrafu tista' titqies biss mill-Kummissjoni jekk tkun akkumpanjata minn prova li r-riċevitur jew il-benefiċjarju finali kkonċernat ikun ressaq ilment formali lill-awtorità kompetenti.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali skont il-paragrafu 3a, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ammont dovut minn entitajiet tal-gvern jew minn Stati Membri skont il-paragrafu 2 jitħallas b'mod effettiv lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali.
Billi fejn neċessarju:
(a)  b'referenza għall-fondi mill-baġit tal-Unjoni ġestiti skont l-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha:
(i)  tirkupra l-pagament li sar lil kwalunkwe korp imsemmi fil-punti (v) sa (vii) tal-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju għal ammont ekwivalenti għall-ammont mhux imħallas lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali, bi ksur tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
(ii)  tittrasferixxi ammont ekwivalenti għall-ammont imsemmi fil-punt preċedenti għar-riżerva tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP). Tali ammont għandu jitqies bħala marġni li baqa' disponibbli skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP) u għandu jiġi mmobilizzat f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP), għall-benefiċċju, sa fejn possibbli, tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
(b)  b'referenza għall-fondi mill-baġit tal-Unjoni ġestiti skont l-Artikolu 62(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju:
(i)  l-obbligu tal-awtoritajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala obbligu tal-Istati Membri skont it-tifsira ta' [l-Artikolu 63] tar-Regolament XXX (ir-Regolament CPR). Kwalunkwe ksur ta' tali obbligu għandu jiġi ttrattat skont [l-Artikolu 98] tar-Regolament XXX (ir-Regolament CPR);
(ii)  L-ammont li jirriżulta minn appoġġ imnaqqas mill-Fondi għal programm, b'applikazzjoni ta' [l-Artikolu 98] tar-Regolament XXX (ir-Regolament CPR) għandu jiġi ttrasferit mill-Kummissjoni għar-riżerva tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP). Tali ammont għandu jitqies bħala marġni li baqa' disponibbli skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP) u għandu jiġi mmobilizzat f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP), għall-benefiċċju, sa fejn possibbli, tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Meta l-Kummissjoni tqis li għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 huma ssodisfati, hija għandha tibgħat notifika bil-miktub lil dak l-Istat Membru, fejn tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha
1.  Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe opinjoni tal-Panel, tqis li għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 huma ssodisfati, hija għandha tibgħat notifika bil-miktub lil dak l-Istat Membru, fejn tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar notifika bħal din u dwar il-kontenut tagħha.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista' tqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.
2.  Meta tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 ikunux qed jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi opinjonijiet tal-Panel, deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-kriterji użati fil-kuntest tan-negozjati ta' adeżjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kapitoli tal-acquis dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, il-kontroll finanzjarju u t-tassazzjoni, kif ukoll il-kuntest tal-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika biex jiġi segwit il-progress ta' Stat Membru.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
4.  L-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u jista' jagħmel osservazzjonijiet f'limitu ta' żmien speċifikat mill-Kummissjoni, li ma għandux ikun inqas minn xahar mid-data tan-notifika tal-konstatazzjoni. Fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-Istat Membru jista' jipproponi l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju.
4.  L-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u jista' jagħmel osservazzjonijiet f'limitu ta' żmien speċifikat mill-Kummissjoni, li ma għandux ikun inqas minn xahar u lanqas iżjed minn tliet xhur mid-data tan-notifika tal-konstatazzjoni. Fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-Istat Membru jista' jipproponi l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li tasal u kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru konċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta' kwalunkwe miżura ta' rimedju, meta tkun qed tiddeċiedi jekk tippreżentax jew le proposta għal deċiżjoni dwar miżuri xierqa.
5.  Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li tasal u kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru konċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta' kwalunkwe miżura ta' rimedju, meta tkun qed tiddeċiedi jekk tadottax jew le deċiżjoni dwar kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar is-segwitu li għandu jingħata lill-informazzjoni rċevuta f'limitu ta' żmien indikattiv ta' xahar, u fi kwalunkwe każ f'perjodu ta' żmien raġonevoli mid-data tal-wasla ta' dik l-informazzjoni.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Meta tivvaluta l-proporzjonalità tal-miżuri li għandhom jiġu imposti, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod xieraq l-informazzjoni u l-gwida msemmija fil-paragrafu 2.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6
6.  Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tippreżenta proposta għal att ta' implimentazzjoni dwar miżuri xierqa lill-Kunsill.
6.  Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 permezz ta' att ta' implimentazzjoni.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Fl-istess waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tissottometti simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tittrasferixxi lejn riżerva baġitarja ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6b (ġdid)
6b.  B'deroga mill-Artikolu 31(4) u (6) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq il-proposta għal trasferiment fi żmien erba' ġimgħat minn meta din tasal għand iż-żewġ istituzzjonijiet. Il-proposta għal trasferiment għandha tiġi kkunsidrata bħala approvata sakemm, fi żmien erba' ġimgħat, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jew il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemendawha jew jirrifjutawha. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jemendaw il-proposta għal trasferiment, l-Artikolu 31(8) tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6c (ġdid)
6c.  Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 6 għandha tidħol fis-seħħ jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jirrifjutaw il-proposta għal trasferiment fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 6b.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 7
7.  Id-Deċiżjoni għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill, sakemm dan ma jiddeċidix, b'maġġoranza kwalifikata, li jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.
imħassar
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 8
8.  Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jemenda l-proposta tal-Kummissjoni u jadotta t-test kif emendat bħala deċiżjoni tal-Kunsill.
imħassar
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  L-Istat Membru konċernat jista', fi kwalunkwe ħin, jippreżenta quddiem il-Kummissjoni evidenza biex juri li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt ġie rimedjat jew ma għadux jeżisti.
1.  L-Istat Membru konċernat jista', fi kwalunkwe ħin, jippreżenta quddiem il-Kummissjoni notifika formali, li tinkludi l-evidenza, biex juri li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt ġie rimedjat jew ma għadux jeżisti.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fl-Istat Membru konċernat. Ladarba nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt li fuq il-bażi tagħhom ġew adottati l-miżuri xierqa ma jibqgħux jeżistu b'mod sħiħ jew parzjalment, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni li tneħħi dawk il-miżuri b'mod sħiħ jew parzjalment. Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 5 għandha tapplika.
2.  Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq inizjattiva proprja tiegħu, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe opinjoni tal-Panel, għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fl-Istat Membru konċernat f'limitu ta' żmien indikattiv ta' xahar, u fi kwalunkwe każ f'perjodu ta' żmien raġonevoli mid-data tal-wasla tan-notifika formali. Ladarba nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt li fuq il-bażi tagħhom ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 ma jibqgħux jeżistu b'mod sħiħ jew parzjalment, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta deċiżjoni li tneħħi dawk il-miżuri b'mod sħiħ jew parzjalment. Fl-istess waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tissottometti simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tneħħi, kompletament jew parzjalment, ir-riżerva baġitarja msemmija fl-Artikolu 5(6a). Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4, 5, 6, 6b u 6c tal-Artikolu 5 għandha tapplika.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  Meta l-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta' programm wieħed jew aktar jew tal-emendi tiegħu msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4(2)(b) jew is-sospensjoni tal-impenji msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(2)(b) jitneħħew, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP). L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit wara s-sena n + 2.
3.  Meta l-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta' programm wieħed jew aktar jew tal-emendi tiegħu msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4(2)(b) jew is-sospensjoni tal-impenji msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(2)(b) jitneħħew, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP). L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit wara s-sena n+ 2. Mis-sena n+3, ammont ekwivalenti għall-impenji sospiżi għandu jiddaħħal fir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji prevista fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP).
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 7
Artikolu 7
imħassar
Informazzjoni tal-Parlament Ewropew
Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe miżura proposta jew adottata skont l-Artikoli 4 u 5
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
Rapportar
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment dwar l-effikaċja tal-miżuri adottati, fil-każ li jkun hemm, almenu ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.
Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat jekk hu meħtieġ minn proposti xierqa.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 8a (ġdid)
Artikolu 8a
Inklużjoni fir-Regolament Finanzjarju
Il-kontenut ta' dan ir-Regolament għandu jiddaħħal fir-Regolament Finanzjarju fir-reviżjoni tiegħu li jmiss.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0469/2018).


L-istabbiliment tal-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni ***I
PDF 653kWORD 76k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2018)0443 – C8-0260/2018 – 2018/0233(COD))(1)
P8_TA-PROV(2019)0039A8-0421/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Emenda 1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
P8_TA-PROV(2019)0039A8-0421/2018
għall-proposta tal-Kummissjoni
P8_TA-PROV(2019)0039A8-0421/2018
---------------------------------------------------------
P8_TA-PROV(2019)0039A8-0421/2018
2018/0233 (COD)
P8_TA-PROV(2019)0039A8-0421/2018

Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 114 u 197 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Il-programm Fiscalis 2020, li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) u huwa implimentat mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membru u l-pajjiżi assoċjati, u l-predeċessuri tiegħu kkontribwew b'mod sinifikanti biex jiffaċilitaw u jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Unjoni. Il-valur miżjud ta' dawk il-programmi, anke fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-kontribwenti, ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-pajjiżi parteċipanti. L-isfidi identifikati għad-deċennju li ġej ħafna drabi ma jistgħux jiġu indirizzati b'mod effettiv jekk l-Istati Membri ma jħarsux lil hinn mill-fruntieri tat-territorji amministrattivi tagħhom u jikkooperaw b'mod intensiv mal-kontroparti tagħhom.

(2)  Il-programm Fiscalis 2020 joffri lill-Istati Membri qafas tal-Unjoni biex jiżviluppaw dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, u li jkun aktar kosteffettiv milli kieku kull Stat Membru kellu jistabbilixxi oqfsa ta' kooperazzjoni individwali fuq bażi bilaterali jew multilaterali, kemm jekk bejniethom kemm jekk ma' pajjiżi terzi li l-Unjoni tikkoopera mill-qrib magħhom fil-qasam tat-tassazzjoni. Għaldaqstant ikun xieraq li tiġi żgurata t-tkomplija ta' dak il-programm billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam, il-programm Fiscalis (''il-Programm'').

(2a)   Il-programm jenħtieġ li jippermetti li jiġu msaħħa l-kapaċitajiet tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, il-korruzzjoni, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, inkluż permezz tal-assistenza teknika għat-taħriġ tar-riżorsi umani u l-iżvilupp tal-istrutturi amministrattivi. Jenħtieġ li din l-assistenza tingħata b'mod trasparenti;

(3)  Billi jipprovdi qafas għal azzjonijiet li jappoġġa s-suq uniku, irawwem il-kompetittività ġusta fl-Unjoni u jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u n-nontassazzjoni doppja; għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv bla bżonn għaċ-ċittadini u n-negozji fi tranżazzjonijiet transfruntiera; għall-appoġġ ta' sistemi tat-taxxa aktar ġusti u effiċjenti; għall-kisba tal-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku u t-trawwim tal-kompetittività ġusta fl-Unjoni kif ukoll għall-appoġġ ta' approċċ konġunt tal-Unjoni f'fora internazzjonali.

(4)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(5)  Sabiex jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni u ta' assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni kemm tal-pajjiżi aderenti u tal-pajjiżi kandidati kif ukoll tal-kandidati potenzjali u tal-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Jista' jkun miftuħ ukoll għal pajjiżi terzi oħra, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi li jkopru l-parteċipazzjoni tagħhom għal kwalunkwe programm tal-Unjoni.

(5a)   Il-Parlament Ewropew iddefinixxa xi prijoritajiet. In-nuqqas kurrenti ta' riżorsi finanzjarji huwa xkiel għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti mill-Parlament Ewropew għall-qafas finanzjarju pluriennali wara l-2020 [2017/2052(INI)]. Kooperazzjoni aktar effettiva fil-qasam tat-taxxa tista' twassal għal ġbir aktar effettiv tar-riżorsi neċessarji għall-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali futur.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) (ir-''Regolament Finanzjarju'') japplika għal dan il-Programm. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u rimborżi ta' esperti esterni.

(7)  L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Fiscalis 2020 wrew li kienu adegwati u għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu. Sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti. Madankollu, jenħtieġ li l-azzjonijiet ikollhom l-għan li jindirizzaw suġġetti ta' prijorità li jipproteġu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Jenħtieġ li l-programm Fiscalis jippromwovi u jappoġġa wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tat-tassazzjoni, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.

(8)  Meta jitqiesu l-mobbiltà dejjem tikber tal-kontribwenti, l-għadd ta' tranżazzjonijiet transfruntiera u l-internazzjonalizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u r-riskju ikbar li jirriżulta ta' frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa u ippjanar aggressiv tat-taxxa, li jmorru lil hinn sew mill-fruntieri tal-Unjoni, l-adattamenti tas-sistemi elettroniċi Ewropej għal pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, jew l-estensjoni tagħhom, jistgħu jkunu ta' interess għall-Unjoni jew għall-Istati Membri. B'mod partikolari, dawn kieku jevitaw il-piż amministrattiv u l-kostijiet implikati billi jiżviluppaw u joperaw żewġ sistemi elettroniċi simili għall-iskambji ta' informazzjoni tal-Unjoni u dawk internazzjonali, rispettivament. Għaldaqstant, meta jkunu ġġustifikati kif xieraq b'dan l-interess, jenħtieġ li l-adattamenti jew l-estensjonijiet tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, ikunu l-kostijiet eliġibbli taħt il-Programm. Dment li suġġetti ta' prijorità jkunu ġew iffinanzjati bis-sħiħ, l-azzjonijiet speċifiċi li jinvolvu l-pajjiżi l-anqas żviluppati, speċjalment dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, jenħtieġ li jiġu mħeġġa wkoll fl-ambitu tal-Programm meta dan ikun xieraq.

(9)  Meta jitqiesu l-importanza tal-globalizzazzjoni u l-importanza tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li l-għażla ta' esperti tkun trasparenti u bbażata fuq il-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien tagħhom li jkunu rilevanti għall-azzjoni speċifika, kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għal dik l-azzjoni. Jenħtieġ li jiġi żgurat li dawk l-esperti jkunu imparzjali u li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interess mar-rwol professjonali tagħhom. Jenħtieġ li tiġi żgurata rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernti rilevanti kollha.

(9a)   Fid-dawl tal-adozzjoni riċenti tad-Direttivi tal-Kunsill 2014/107/UE(7); 2015/2376/UE(8); 2016/881/UE(9); 2016/2258/UE(10); 2018/822/UE(11) u n-negozjati li għaddejjin fir-rigward ta' Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK), il-Programm jenħtieġ li jkollu bħala għan it-taħriġ tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva ta' dawn id-direttivi.

(10)  B'konformità mal-impenn tal-Kummissjoni biex tiżgura l-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta' finanzjament, stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata ''Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE'’(12), jenħtieġ li r-riżorsi jinqasmu ma' strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni jekk l-azzjonijiet previsti taħt il-Programm ikollhom għanijiet li huma komuni għal diversi strumenti ta' finanzjament, bl-esklużjoni tal-finanzjament doppju. Jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt il-Programm jiżguraw il-koerenza fl-użu tar-riżorsi tal-Unjoni li jappoġġaw il-politika tat-tassazzjoni u l-awtoritajiet tat-taxxa.

(10 a)  Għal raġunijiet ta' kosteffettività, il-programm Fiscalis jenħtieġ li jisfrutta s-sinerġiji possibbli flimkien ma' miżuri oħrajn tal-Unjoni f'oqsma relatati, bħall-Programm għad-Dwana, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi, il-Programm tas-Suq Uniku u l-Programm ta' Appoġġ għal Riforma.

(10 b)   L-inizjattivi nazzjonali individwali kontra l-frodi potenzjalment jistgħu jittrasferixxu l-frodi lejn Stati Membri oħra, ħafna drabi dawk ġirien, u joħolqu piż amministrattiv sproporzjonat fuq in-negozji konformi kif ukoll nuqqas ta' ċertezza legali fil-kummerċ internazzjonali. Għalhekk huwa ta' importanza kruċjali li l-Kummissjoni tallinja l-miżuri nazzjonali ta' kontra l-frodi permezz tal-koordinazzjoni tal-aħjar prattiki nazzjonali fil-livell tal-Unjoni.

(11)  L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw sehem konsiderevoli tal-baġit taħt il-Programm. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Jenħtieġ li jkun hemm interoperabbiltà bla xkiel fost l-elementi komuni u nazzjonali tas-sistemi u tas-sinerġiji elettroniċi Ewropej mas-sistemi elettroniċi l-oħra tal-programmi rilevanti tal-Unjoni.

(12)  Attwalment, ma jeżisti l-ebda rekwiżit biex jitfassal Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni (''MASP-T'') għall-ħolqien ta' ambjent elettroniku koerenti u interoperabbli għat-tassazzjoni fl-Unjoni. Sabiex ikunu żgurati l-koerenza u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fl-IT, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-ħolqien ta' dan il-MASP-T.

(13)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi implimentat bi programmi ta' ħidma. Fid-dawl tan-natura fuq terminu medju sa twil tal-għanijiet segwiti u abbażi tal-esperjenza miksuba matul iż-żmien, jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma jkunu kapaċi jkopru diversi snin. Il-bidla mill-programmi ta' ħidma annwali għal dawk pluriennali se tnaqqas il-piż amministrattiv kemm fuq il-Kummissjoni kif ukoll fuq l-Istati Membri, iżda jenħtieġ li, fi kwalunkwe ċirkostanza, ma tagħtix lok għal telf ta' informazzjoni jew trasparenza għall-kontribwenti; Il-programmi ta' ħidma pluriennali jenħtieġ li jirriflettu l-informazzjoni rilevanti kollha prodotta fil-kuntest ta' rapporti annwali jew eżerċizzji ta' mmappjar kif imsemmija f'dan ir-Regolament. Dawk ir-rapporti annwali jenħtieġ li jkunu disponibbli pubblikament sabiex jinfurmaw lill-kontribwenti dwar l-aħjar prattiki, it-tagħlimiet miksuba, l-isfidi u l-ostakli li jkun għad baqa’ identifikati fi ħdan il-programm.

(14)  Sabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma.

(15)  Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016(13), hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri, u b'hekk jiġi kkunsidrat ukoll ir-REFIT. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi biex jiġu evalwati l-effetti tar-Regolamenti fil-post. Ir-riżultati ta' dak il-monitoraġġ jenħtieġ li jkunu suġġetti għal rapport annwali konsolidat, prodott mill-Kummissjoni, ibbażat fuq l-input ipprovdut mill-Istati Membri. Jenħtieġ li jinkludi mmappjar tal-ostakli li fadal fl-Istati Membri fit-twettiq tal-għanijiet tal-Programm fl-Artikolu 3 u l-indirizzar tas-suġġetti ta' prijorità fl-Artikolu 7(2a) kif ukoll suġġerimenti għall-aħjar prattiki. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproduċi evalwazzjoni interim u finali tal-Programm. Kemm ir-rapporti annwali kif ukoll ir-rapporti ta' evalwazzjoni jenħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku fuq sit tal-internet dedikat.

(15a)   Jenħtieġ li jitlaqqa seminar darbtejn fis-sena mill-Kummissjoni li jinkludi żewġ rappreżentanti tal-Istati Membri benefiċjarji, sabiex jaqsmu l-kwistjonijiet problematiċi u jiġi ssuġġerit titjib potenzjali marbut mat-temi tal-programm u b'mod partikolari l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Il-parteċipanti għas-seminar għandhom ikunu rispettivament rappreżentant tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa u rappreżentant tat-trade unions tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa, kif ukoll rappreżentant tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(16)  Sabiex ikun hemm tweġiba xierqa għall-bidliet fil-prijoritajiet tal-politika tat-tassazzjoni, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' indikaturi li jkejlu l-kisba tal-għanijiet speċifiċi tal-Programm. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anke fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(17)  Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u r-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95(15), (Euratom, KE) Nru 2185/96(16) u (UE) 2017/1939(17), jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(18)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist pubbliku, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u l-finanzjament effettiv mill-UE.

(19)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jilħqu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom sħaħ, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Il-kopertura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar jenħtieġ li tkun prijorità sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni tal-esperti nazzjonali fl-azzjonijiet konġunti.

(20)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwali, iżda minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(21)  Dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament (UE) 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li għalhekk jenħtieġ li jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm ''Fiscalis'' għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (''Programm'').

2.  Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  ''tassazzjoni'' tfisser kwistjonijiet, inkluż it-tfassil, l-amministrazzjoni, l-infurzar u l-konformità, relatati mat-taxxi u d-dazji li ġejjin:

(a)  it-taxxa fuq il-valur miżjud prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE(19);

(b)  it-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE(20);

(c)  id-dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE(21);

(d)  it-taxxi fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE(22);

(e)  taxxi u dazji oħra msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE(23), inklużi t-taxxi korporattivi, sa fejn ikunu rilevanti għas-suq uniku u għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri;

(2)  ''awtoritajiet tat-taxxa'' tfisser l-awtoritajiet pubbliċi u korpi oħra li huma responsabbli mit-tassazzjoni jew minn attivitajiet relatati mat-taxxa;

(3)  ''sistemi elettroniċi Ewropej'' tfisser sistemi elettroniċi meħtieġa għat-tassazzjoni u biex jitwettqu l-missjonijiet tal-awtoritajiet tat-taxxa;

(4)  ''pajjiż terz'' tfisser pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni.

(4 a)  ‘pajjiż l-anqas żviluppat’ tfisser pajjiż terz b'introjtu baxx li qiegħed jaffaċċja ostakli strutturali sinifikanti għall-iżvilupp sostenibbli kif definit min-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 3

Għanijiet tal-programm

1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jappoġġa l-awtoritajiet tat-taxxa u t-tassazzjoni biex isaħħaħ il-funzjonament tas-suq uniku, irawwem il-kompetittività ġusta fl-Unjoni u jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, inkluż mill-frodi tat-taxxa, mill-evażjoni tat-taxxa u mill-ippjanar aggressiv tat-taxxa, u jtejjeb il-ġbir tat-taxxi.

2.  Il-Programm għandu l-għan speċifiku li jappoġġa l-politika tat-taxxa u l-implimentazzjoni xierqa tagħha, irawwem il-kooperazzjoni dwar it-taxxa, l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-taxxa u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza umana, u l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej, kif ukoll il-modernizzazzjoni progressiva tal-għodod ta' rapportar, awditjar u ta' softwer li għandhom jiġu applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha. Il-Programm għandu jgħin ukoll lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex jiffaċilitaw u jtejbu l-implimentazzjoni tad-direttivi tal-Unjoni dwar it-tassazzjoni, u biex iħarrġu l-persunal tagħhom f'dak ir-rigward.

Artikolu 4

Baġit

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021-2027 għandu jkun ta' EUR 300 biljun fil-prezzijiet tal-2018 jew EUR 339 biljun fil-prezzijiet kurrenti.

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri inter alia spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji u materjal miktub rilevanti ieħor, mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod ta' teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm.

Artikolu 5

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)  il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(b)  il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi sakemm dawk il-pajjiżi jkunu laħqu livell suffiċjenti ta' approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-metodi amministrattivi rilevanti għal dawk tal-Unjoni;

(c)  pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

—  jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

—  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

—  ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-Programm;

—  jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Sakemm ikunu ġew iffinanzjati bis-sħiħ is-suġġetti ta' prijorità, il-pajjiżi l-anqas żviluppati għandhom jitħeġġu jipparteċipaw fil-Programm skont il-prinċipji tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD) u l-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehimiet speċifiċi bejn dawn il-pajjiżi u l-Unjoni li jkopru l-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fil-Programm. Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu 1, il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi l-anqas żviluppati fil-Programm għandha tkun mingħajr spejjeż għalihom u għandha tiffoka fuq il-kisba tal-għanijiet ta' taxxa internazzjonali, bħall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar it-taxxa. Il-ftehim speċifiku għandu jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Artikolu 6

Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament mill-UE

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist pubbliku u r-rimborż ta' spejjeż ta' vjaġġar u sussistenza mġarrba mill-esperti esterni.

KAPITOLU II

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 7

Azzjonijiet eliġibbli

1.  L-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

2.  L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)  laqgħat u avvenimenti simili ad hoc;

(b)  kollaborazzjoni strutturata bbażata fuq il-proġetti, inklużi spezzjonijiet fuq il-post u awditi konġunti;

(c)  azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fl-IT, b'mod partikolari l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej jew azzjonijiet għall-iżvilupp ta' reġistri komuni;

(d)  azzjonijiet ta' bini tal-kompetenza u tal-kapaċità umana;

(e)  appoġġ u azzjonijiet oħra, inklużi:

(1)  studji u materjal miktub rilevanti ieħor;

(2)  attivitajiet ta' innovazzjoni, b'mod partikolari l-inizjattivi dwar il-provi tal-kunċett, il-proġetti pilota u l-prototipi;

(3)  azzjonijiet ta' komunikazzjoni żviluppati b'mod konġunt;

(4)  kwalunkwe azzjoni prevista fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 13, li tkun meħtieġa biex jinkisbu jew bħala appoġġ tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

Il-forom possibbli ta' azzjoni rilevanti msemmija fil-punti (a), (b) u (d) huma ppreżentati f'lista mhux eżawrjenti fl-Anness 1.

2a.   L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru l-lista li ġejja ta' suġġetti ta' prijorità:

(a)  l-għeluq tal-lakuni fl-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE(24), kif emendata;

(b)  l-iskambju effettiv ta' informazzjoni, inkluż it-talbiet ta' gruppi, u l-iżvilupp ta' formati li jistgħu jintużaw li jqisu l-inizjattivi fil-livell internazzjonali;

(c)  it-tneħħija tal-ostakli għall-kooperazzjoni transfruntiera;

(d)  it-tneħħija ta' ostakli għall-aċċessibilità għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE, kif emendata;

(e)  il-ġlieda kontra l-frodi transfruntiera tal-VAT;

(f)  l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-irkupru tat-taxxi, inklużi t-taxxi mhux imħallsa skont id-Direttiva Ewropea dwar it-Tassazzjoni fuq it-Tfaddil(EUSTD);

(g)  l-implimentazzjoni ta' għodod tal-IT unifikati fil-livell nazzjonali bil-ħsieb li jiġu żviluppati interfaċċi komuni li jippermettu l-interkonnessjoni tas-sistemi nazzjonali tal-IT;

3.  L-azzjonijiet li jikkonsistu fl-iżvilupp u l-operat ta' adattamenti jew ta' estensjonijiet tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament meta jkunu ta' interess għall-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa, li jistgħu jipprevedu għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-partijiet terzi kkonċernati minn dawn l-azzjonijiet.

4.  Meta azzjoni ta' bini tal-kapaċità fl-IT imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 tikkonċerna l-iżvilupp u l-operat ta' sistema elettronika Ewropea, għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt il-Programm il-kostijiet relatati biss mar-responsabbiltajiet fdati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(2). L-Istati Membri għandhom iġarrbu l-kostijiet relatati mar-responsabbiltajiet fdati lilhom skont l-Artikolu 11(3).

Artikolu 8

Il-parteċipazzjoni ta' esperti esterni

1.  Jekk ikunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke dawk minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm skont l-Artikolu 5, u fejn rilevanti, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' organizzazzjonijiet oħra rilevanti, tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili, jistgħu jieħdu sehem bħala esperti esterni għall-azzjonijiet organizzati taħt il-Programm. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fost l-oħrajn, l-imparzjalità ta' dawn l-esperti esterni, u għandha tiżgura li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interessi mar-responsabbiltajiet professjonali tagħhom u għandha tiddeċiedi dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fuq bażi ad hoc, abbaża tal-ħtiġijiet.

2.  Il-kostijiet imġarrba mill-esperti esterni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għal rimborż taħt il-Programm skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju.

3.  L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni, wara proċedura trasparenti u bbilanċjata, abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien rilevanti tagħhom għall-azzjoni speċifika, u l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għal dik l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. Hija għandha tiċċara jekk l-esperti esterni jipparteċipawx f'isimhom jew f'isem organizzazzjoni jew operatur ekonomiku ieħor. Il-lista tal-esperti esterni li jintervjenu għandha tkun disponibbli pubblikament fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

KAPITOLU III

GĦOTJIET

Artikolu 9

Għoti, komplementarjetà u finanzjament ikkombinat

1.  L-għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni taħt il-Programm, sakemm il-kontribuzzjoni ma tkoprix l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata skont id-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

3.  Skont l-Artikolu 198(f) tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet għandhom jingħataw mingħajr sejħa għal proposti meta l-entitajiet eliġibbli jkunu awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu.

Artikolu 10

Rata ta' kofinanzjament

1.  B'deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, il-Programm jista' jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli ta' azzjoni.

2.  Ir-rata ta' kofinanzjament applikabbli meta l-azzjonijiet ikunu jeħtieġu l-għoti ta' għotjiet, għandha tiġi stabbilita fil-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 13.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-AZZJONIJIET TA' BINI TAL-KAPAĊITÀ FL-IT

Artikolu 11

Responsabbiltajiet

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-operat, inkluż it-tfassil, l-ispeċifikazzjoni, l-ittestjar tal-konformità, l-użu, iż-żamma, l-evoluzzjoni, is-sigurtà, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità tas-sistemi elettroniċi Ewropej elenkati fil-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni msemmi fl-Artikolu 12.

2.  B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura dan li ġej:

(a)  l-iżvilupp u l-operat tal-komponenti komuni kif stabbiliti taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni previst fl-Artikolu 12;

(b)  il-koordinazzjoni ġenerali tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb tal-operabbiltà, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu u l-implimentazzjoni sinkronizzata tagħhom;

(c)  il-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb li jiġu promossi u implimentati fil-livell nazzjonali;

(d)  il-koordinazzjoni tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej rigward l-interazzjonijiet tagħhom ma' partijiet terzi, bl-esklużjoni ta' azzjonijiet imfassla biex jissodisfaw rekwiżiti nazzjonali;

(e)  il-koordinazzjoni tas-sistemi elettroniċi Ewropej ma' azzjonijiet oħra rilevanti relatati mal-gvern elettroniku fil-livell tal-Unjoni.

(ea)   il-koordinazzjoni ta' miżuri kontra l-frodi applikati fil-livell nazzjonali permezz tal-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki nazzjonali fil-livell tal-UE u l-informazzjoni dwarhom;

3.  B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw dan li ġej:

(a)  l-iżvilupp u l-operat tal-komponenti nazzjonali kif stabbiliti taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni previst fl-Artikolu 12;

(b)  il-koordinazzjoni tal-iżvilupp u l-operat tal-komponenti nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej fil-livell nazzjonali;

(c)  il-koordinazzjoni tas-sistemi elettroniċi Ewropej ma' azzjonijiet oħra rilevanti relatati mal-gvern elettroniku fil-livell nazzjonali;

(d)  il-provvista regolari ta' informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex l-awtoritajiet jew l-operaturi ekonomiċi rispettivi tagħhom ikunu jistgħu jużaw bis-sħiħ is-sistemi elettroniċi Ewropej;

(e)  l-implimentazzjoni ta' sistemi elettroniċi Ewropej fil-livell nazzjonali.

Artikolu 12

Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni (MASP-T)

1.  Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni li jelenka l-kompiti kollha rilevanti għall-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej u tikklassifika kull sistema jew parti minnha, bħala:

(a)  komponent komuni: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell tal-Unjoni, li huwa disponibbli għall-Istati Membri kollha jew identifikat bħala komuni mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' effiċjenza, sigurtà u razzjonalizzazzjoni;

(b)  komponent nazzjonali: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell nazzjonali, li huwa disponibbli fl-Istat Membru li ħoloq dan il-komponent jew li kkontribwixxa għall-ħolqien konġunt tiegħu;

(c)  jew taħlita tat-tnejn.

2.  Il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni għandu jinkludi wkoll azzjonijiet pilota u innovattivi kif ukoll appoġġ għall-metodoloġiji u l-għodod relatati mas-sistemi elettroniċi Ewropej.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull darba li jlestu kompitu allokat lilhom taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Dawn għandhom ukoll jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-kompiti tagħhom relatati mal-Programm kollu.

4.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni b'rapporti ta' progress annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel. Dawk ir-rapport annwali għandhom ikunu bbażati fuq format stabbilit minn qabel. Fir-rapporti ta' progress annwali, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-ostakli fit-twettiq tal-għanijiet tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 3 u fl-indirizzar tas-suġġetti ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 7(2a) u jagħmlu suġġerimenti għall-aħjar prattiki.

5.  Abbażi tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 4 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport konsolidat li jivvaluta l-progress magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 kif ukoll il-progress li sar fil-kisba tal-għanijiet tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 3 u s-suġġetti ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 7(2a). Biex tivvaluta l-progress miksub, il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport annwali konsolidat tagħha mmappjar tal-ostakli li fadal fl-Istati Membri fit-twettiq tal-għanijiet tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 3 u fl-indirizzar tas-suġġetti ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 7(2a) u tagħmel suġġerimenti għall-aħjar prattiki. Ir-rapporti annwali konsolidati tal-Kummissjoni għandhom isiru pubblikament disponibbli fuq paġna web ddedikata tal-Kummissjoni u għandhom iservu ta' bażi għall-programmi ta' ħidma pluriennali futuri msemmija fl-Artikolu 13 kif ukoll ir-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15.

KAPITOLU V

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 13

Programm ta' ħidma

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att delegati. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17.

Artikolu 14

Monitoraġġ u rapportar

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, huma stabbiliti fl-Anness 2.

2.  Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ħalli temenda l-Anness 2, biex fejn jitqies meħtieġ jiġu riveduti jew ikkumplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.

Artikolu 15

Evalwazzjoni

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-evalwazzjonijiet għandhom ikunu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq paġna web dedikata.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sena wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 16

Awditi u investigazzjonijiet

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm b'deċiżjoni taħt il-ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

KAPITOLU VI

EŻERĊIZZJU TAD-DELEGA U PROĊEDURA ta' KUMITAT

Artikolu 17

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 13(2) u 14(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13(2) u 14(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 13(2) u 14(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 18

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat imsejjaħ il-''Kumitat tal-Programm Fiscalis''. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 19

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni ▌dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 20

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta' Jannar 2021.

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, taħt ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.  Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013.

3.  Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(2), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta' Diċembru 2027.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS 1

Lista mhux eżawrjenti ta' forom possibbli ta' azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2)

L-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) jistgħu jieħdu l-forom li ġejjin:

(a)  Fir-rigward ta' laqgħat u avvenimenti simili ad hoc:

–  Seminars u sessjonijiet ta' ħidma li ġeneralment jattendu għalihom l-pajjiżi kollha u li fihom isiru preżentazzjonijiet u l-parteċipanti jieħdu sehem f'diskussjonijiet intensivi u f'attivitajiet dwar suġġett partikolari;

–  Żjarat ta' ħidma, organizzati biex l-uffiċjali jiksbu jew iżidu l-kompetenza jew l-għarfien tagħhom dwar il-politika tat-tassazzjoni;

–  Preżenza fl-uffiċċji amministrattivi u parteċipazzjoni fl-inkjesti amministrattivi;

(b)  Fir-rigward ta' kollaborazzjoni strutturata:

–  Grupp ta' proġett, magħmul ġeneralment minn għadd limitat ta' pajjiżi, li jkun operattiv għal perjodu ta' żmien limitat biex jintlaħaq għan predefinit b'riżultat definit b'mod preċiż li jinkludi l-koordinazzjoni jew il-valutazzjoni komparattiva;

–  Task force, jiġifieri forom strutturati ta' kooperazzjoni, ta' natura permanenti jew mhux permanenti, li tiġbor flimkien il-kompetenzi biex jitwettqu kompiti f'oqsma speċifiċi jew attivitajiet operazzjonali, possibbilment bl-appoġġ ta' servizzi ta' kollaborazzjoni onlajn, ta' assistenza amministrattiva u ta' faċilitajiet ta' infrastruttura u tagħmir;

–  Kontroll multilaterali jew simultanju li jikkonsisti fil-verifika kkoordinata tas-sitwazzjoni tat-taxxa ta' persuna taxxabbli waħda jew aktar konnessi flimkien, organizzata minn żewġ pajjiżi jew aktar, u li jinkludi mill-inqas żewġ Stati Membri b'interessi komuni jew komplementari;

–  Awditu konġunt li jikkonsisti fil-verifika konġunta tas-sitwazzjoni tat-taxxa ta' persuna taxxabbli waħda jew aktar konnessi flimkien, organizzat minn tim tal-awditu wieħed magħmul minn żewġ pajjiżi jew aktar, u li jinkludi mill-inqas żewġ Stati Membri b'interessi komuni jew komplementari;

–  Kwalunke forma oħra ta' kooperazzjoni amministrattiva stabbilita bid-Direttiva 2011/16/UE, ir-Regolament (UE) 904/2010, ir-Regolament (UE) 389/2012 jew id-Direttiva 2010/24/UE;

(d)  Fir-rigward tal-azzjonijiet ta' tisħiħ tal-kompetenza umana u tal-kapaċità:

–  Taħriġ komuni jew żvilupp tat-tagħlim elettroniku biex jappoġġaw il-ħiliet u l-għarfien professjonali meħtieġa fil-qasam tat-taxxa;

–  Appoġġ tekniku, bil-għan li jtejjeb il-proċeduri amministrattivi, isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u jtejjeb il-funzjonament u l-operat tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa billi jniedi u jaqsam il-prattiki tajba.

ANNESS 2

Indikaturi

Għan speċifiku: appoġġ għall-politika tat-tassazzjoni, il-kooperazzjoni tat-taxxa u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza umana, u l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej.

1.  Bini tal-Kapaċità (kapaċità amministrattiva, umana u fl-IT):

1.  Indiċi tal-applikazzjoni u tal-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politika tal-Unjoni (Għadd ta' azzjonijiet rilevanti għall-Programm organizzati f'dan il-qasam u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa b'segwitu għal dawk l-azzjonijiet)

2.  Indiċi tat-tagħlim (moduli tat-tagħlim użati; għadd ta' uffiċjali mħarrġa; punteġġ ta' kwalità għal kull parteċipant)

3.  Disponibbiltà tas-sistemi elettroniċi Ewropej (f'perċentwal ta' ħin)

4.  Disponibbiltà tan-Netwerk Komuni ta' Komunikazzjoni (f'perċentwal ta' ħin)

5.  Proċeduri simplifikati tal-IT għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-operaturi ekonomiċi (għadd ta' operaturi ekonomiċi rreġistrati, għadd ta' applikazzjonijiet u għadd ta' konsultazzjonijiet fis-sistemi elettroniċi differenti ffinanzjati mill-Programm)

2.  Kondiviżjoni tal-għarfien u netwerking:

6.  Indiċi tar-robustezza tal-kollaborazzjoni (grad ta' netwerking iġġenerat, għadd ta' laqgħat wiċċ imb wiċċ, għadd ta' gruppi ta' kollaborazzjoni onlajn)

7.  Indiċi tal-aħjar prattiki u tal-linji gwida (għadd ta' azzjonijiet rilevanti għall-Programm organizzati f’dan il-qasam; perċentwal ta' amministrazzjonijiet tat-taxxa li użaw prattika tax-xogħol/linja gwida żviluppata bl-appoġġ tal-Programm)

2a.  Indikaturi Addizzjonali

1.  Id-dħul li jinġabar fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa waqt awditi konġunti

2.   L-għadd ta' talbiet għal kooperazzjoni amministrattiva u ġudizzjarja magħmula, riċevuti u mwieġba għal kull Stat Membru

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0421/2018).
(2)* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3) ĠU C […], […], p. […].
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 25).
(5) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1
(6) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(7) Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 tat-8 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 332 18.12.2015, p. 1).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 146 3.6.2016, p. 8).
(10) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 tas-6 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (ĠU L 342, 16.12.2016, p. 1).
(11) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli, (ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1).
(12) COM (2010)0700.
(13) Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(14) Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.96, p. 2).
(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (''l-UPPE'') (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(18) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(19) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347 (11.12.2006, p. 1);
(20) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21).
(21) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta' Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24).
(22) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).
(23) Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra, (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).
(24) Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).


L-istabbiliment tal-programm "Drittijiet u Valuri" ***I
PDF 822kWORD 97k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))(1)
P8_TA-PROV(2019)0040A8-0468/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu
Proposta għal
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri
li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  F'konformità mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, "l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel". L-Artikolu 3 jkompli jispeċifika li "l-mira tal-Unjoni hija li tippromovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha" u, fost oħrajn, "għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew". Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, fil-libertajiet u fil-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(1)  F'konformità mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, "l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Minn dawk il-valuri, id-dinjità tal-bniedem, kif rikonoxxuta mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, hija s-sies primarju tad-drittjiet fundamentali tal-bniedem kollha. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel". L-Artikolu 3 jkompli jispeċifika li "l-mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha" u, fost oħrajn, "għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew". Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid u artikolati ulterjorment fid-drittijiet, fil-libertajiet u fil-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021–2027 u r-riżorsi proprji, il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza tal-prinċipji orizzontali li jenħtieġ li jirfdu l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u l-politiki kollha relatati tal-Unjoni, inkluża l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU fil-politiki u l-inizjattivi kollha tal-Unjoni tal-QFP li jmiss, enfasizza li l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni hija essenzjali biex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni lejn Ewropa inklużiva u ddeplora n-nuqqas ta' integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-impenji għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tal-Unjoni, kif ippreżentat fil-proposti tal-QFP.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 1b (ġdida)
(1b)   Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: Waqt it-tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020, il-Parlament Ewropew esprima l-appoġġ tiegħu għal programmi fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni, il-midja, iż-żgħażagħ, l-isport, id-demokrazija, iċ-ċittadinanza u s-soċjetà ċivili li wrew biċ-ċar il-valur miżjud Ewropew tagħhom u li jgawdu minn popolarità fit-tul fost il-benefiċjarji, issottolinja li Unjoni aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża tista' tinkiseb biss jekk tingħata l-mezzi finanzjarji biex tagħmel dan, u jirrakkomanda l-istabbiliment ta' Fond Demokratiku Ewropew intern għat-tisħiħ tal-appoġġ tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li jaħdmu fl-oqsma tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jrid jiġi ġestit mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li jingħata appoġġ kontinwu lill-politiki eżistenti, jenħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi għall-programmi ewlenin tal-Unjoni u jenħtieġ li r-responsabbiltajiet addizzjonali jkunu akkumpanjati b'mezzi finanzjarji addizzjonali.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu promossi u infurzati, u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE għandu jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/20149, (minn hawn 'il quddiem "il-Programmi predeċessuri").
(2)  Dawk id-drittijiet u l-valuri jridu jibqgħu jiġu kkultivati, protetti u promossi b'mod attiv mill-Unjoni u minn kull Stat Membru fil-politiki tagħhom kollha b'mod konsistenti u jridu jiġu infurzati u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli u jridu jkunu fil-qalba tal-proġett tal-UE, peress li kwalunkwe deterjorament fil-protezzjoni ta' dawk id-drittijiet u l-valuri fi kwalunkwe Stat Membru jista' jkollu effetti detrimentali fuq l-Unjoni kollha kemm hi. Għaldaqstant, fil-baġit tal-UE jrid jinħoloq Fond ġdid għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, li jinkludi l-programm Ġustizzja u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Fi żmien meta s-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet u ma spazju li dejjem qed jonqos għas-soċjetà ċivili indipendenti, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE jiġu promossi, imsaħħa u difiżi: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Ġustizzja se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-ispazju tal-ġustizzja tal-Unjoni u tal-kooperazzjoni transfruntiera. Il-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (il-"Programm") se jiġbor flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/20149, (minn hawn 'il quddiem "il-Programmi predeċessuri") u se jiġi aġġustat biex jindirizza sfidi ġodda għall-valuri Ewropej.
__________________
__________________
8 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)
8 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)
9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)
9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw primarjament fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, inklużiva u demokratika. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u t-trawwim tad-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.
(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex id-drittijiet, id-diversità rikka, l-ugwaljanza u l-valuri komuni tagħna jieħdu l-ħajja u jkunu vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta soċjetà bbażata fuq id-drittijiet, ugwali, miftuħa, inklużiva u demokratika permezz tal-finanzjament ta' attivitajiet li jippromwovu soċjetà ċivili vibranti, żviluppata sew, reżiljenti u mogħtija s-setgħa, bl-inklużjoni tal-ħidma favur il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-valuri komuni tagħna, u li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u jrawwmu l-paċi u jikkultivaw id-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-valuri, l-istorja, il-memorja u l-wirt komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-istituzzjonijiet iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili u, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura djalogu regolari, miftuħ u trasparenti mal-benefiċjarji tal-Programm u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra billi tistabbilixxi Grupp ta' Djalogu Ċivili. Jenħtieġ li l-Grupp ta' Djalogu Ċivili jikkontribwixxi għall-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajba u għad-diskussjoni ta' żviluppi ta' politika fl-oqsma u fl-objettivi koperti mill-Programm u minn oqsma relatati. Jenħtieġ li l-Grupp ta' Djalogu Ċivili jkun magħmul minn organizzazzjonijiet li jkunu ntgħażlu biex jirċievu għotja operattiva jew għotja ta' azzjoni taħt il-Programm u organizzazzjonijiet u partijiet ikkonċernati oħrajn li jkunu esprimew interess fil-Programm jew li jaħdmu f'dan il-qasam ta' politika, iżda li mhux neċessarjament ikunu appoġġati mill-Programm.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Jenħtieġ li l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan għandu jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri. Dan għandu jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b'mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta.
(4)  Jenħtieġ li l-Programm jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri minquxa fit-Trattati u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan jenħtieġ li jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri u billi jiżviluppahom ulterjorment. Dan se jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b'mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm jenħtieġ li jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom u l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni permezz ta' approċċi mfassla apposta u mmirati, inkluża l-promozzjoni tat-tipi kollha ta' ugwaljanza u ugwaljanza bejn il-ġeneri fihom.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Ir-rispett sħiħ tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija u l-promozzjoni tagħhom huma fundamentali biex tinbena l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni. Ir-rispett lejn l-istat tad-dritt fi ħdan l-Unjoni huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif ukoll għar-rispett tad-drittijiet u l-obbligi kollha minquxa fit-Trattati. Il-mod li bih l-istat tad-dritt jiġi implimentat fl-Istati Membri jaqdi rwol essenzjali fl-iżgurar tal-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u fis-sistemi ġuridiċi tagħhom. Għaldaqstant il-Programm jenħtieġ li jippromwovi u jissalvagwardja d-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 4b (ġdida)
(4b)  L-istat tad-dritt, minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE, bħala wieħed mill-valuri tal-Unjoni, jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li jimplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralist għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti, fosthom tad-drittijiet fundamentali; u s-separazzjoni tas-setgħat u l-ugwaljanza quddiem il-liġi.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza u identità Ewropea, fuq il-bażi ta' komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.
(5)  Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, sabiex titrawwem il-parteċipazzjoni demokratika u sabiex iċ-ċittadini jingħataw is-setgħa li jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom marbuta maċ-ċittadinanza Ewropea, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati, immirati lejn distribuzzjoni ġeografika bilanċjata. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta' ġemellaġġ jew netwerks ta' bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali fl-oqsma koperti mill-Programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment attiv tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni kif ukoll fit-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u lingwistika, ir-rikonċiljazzjoni, l-inklużjoni soċjali u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta' appartenenza fl-Unjoni u ċittadinanza komuni b'identità Ewropea, fuq il-bażi ta' fehim reċiproku tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   Pluraliżmu li qed jiżdied u x-xejriet tal-migrazzjoni globali jgħollu l-importanza tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż fis-soċjetajiet tagħna. Jenħtieġ li, permezz tal-Programm, jingħata appoġġ sħiħ lid-djalogu interkulturali u interreliġjuż bħala parti mill-armonija soċjali fl-Ewropa u element ewlieni sabiex tingħata spinta lill-inklużjoni u lill-koeżjoni soċjali. Filwaqt li d-djalogu interreliġjuż jista' jgħin biex jenfasizza l-kontribut pożittiv tar-reliġjon għall-koeżjoni soċjali, l-illitteriżmu reliġjuż joħloq ir-riskju li jwitti t-triq għall-użu ħażin tas-sentimenti reliġjużi fost il-popolazzjoni. Il-Programm jenħtieġ li għalhekk jappoġġa proġetti u inizjattivi li jiżviluppaw il-litteriżmu reliġjuż, filwaqt li jrawwmu djalogu interreliġjuż u komprensjoni reċiproka.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u r-riflessjoni kritika dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini jsiru konxji mill-istorja komuni bħala l-pedament għal ġejjieni u skop morali komuni u għal valuri komuni. Ir-rilevanza ta' aspetti storiċi, kulturali u interkulturali jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta' identità Ewropea u s-sens ta' appartenenza komuni.
(6)  L-attivitajiet ta' kommemorazzjoni u l-ħsieb kritiku u kreattiv dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini, speċjalment iż-żgħażagħ, isiru konxji mill-istorja komuni tagħhom bħala l-pedament għal ġejjieni komuni. Ir-rilevanza tal-aspetti storiċi, soċjali, kulturali u interkulturali kif ukoll tat-tolleranza u tad-djalogu jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll bil-għan li tippromwovi bażi komuni msejsa fuq valuri kondiviżi u fuq is-solidarjetà, id-diversità u l-paċi, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta' identità Ewropea u s-sens ta' appartenenza komuni.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun appoġġata biex tippromovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.
(7)  Iċ-ċittadini tal-Unjoni mhumiex konxji biżżejjed mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, inkluż id-dritt li jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali jew id-dritt li jirċievu protezzjoni konsulari minn ambaxxati ta' Stati Membri oħra. Jenħtieġ li ċ-ċittadini jsiru aktar konxji minn dawn id-drittijiet, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun imsaħħa fil-livelli kollha biex tippromwovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 tat-TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)   Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-kuxjenza Ewropea u t-totalitarjaniżmu u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9-10 ta' Ġunju 2011 dwar il-memorja ta' delitti mwettqa minn reġimi totalitarji fl-Ewropa jissottolinjaw l-importanza li l-memorji tal-passat jinżammu ħajjin bħala mezz biex nibnu futur komuni u jenfasizzaw il-valur tar-rwol tal-Unjoni fil-faċilitazzjoni, il-kondiviżjoni u l-promozzjoni tal-memorja kollettiva ta' dawn id-delitti bil-ħsieb li terġa' tingħata l-ħajja lil identità Ewropea konġunta, pluralista u demokratika.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali u objettiv tal-Unjoni Ewropea. Id-diskriminazzjoni u t-trattament inugwali tan-nisa jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom u jxekklu l-parteċipazzjoni politika, soċjali u ekonomika sħiħa tagħhom fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' ostakli strutturali u kulturali tfixkel il-kisba ta' ugwaljanza reali bejn is-sessi. Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni hija għalhekk attività ewlenija għall-Unjoni u xprun għat-tkabbir ekonomiku u jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-programm.
(8)  L-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali u objettiv tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament jagħti lill-Unjoni l-kompitu li telimina l-inugwaljanzi u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha. Madankollu l-progress ġenerali fl-ugwaljanza bejn is-sessi huwa bil-mod ħafna, meta mqabbel mal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2017, ippubblikat mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Spiss id-diskriminazzjoni intersezzjonali siekta u moħbija u t-trattament inugwali tan-nisa u l-bniet, kif ukoll diversi forom ta' vjolenza kontra n-nisa, jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom u jxekklu l-parteċipazzjoni politika, soċjali u ekonomika sħiħa tagħhom fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' ostakoli politiċi, strutturali u kulturali tfixkel il-kisba ta' ugwaljanza reali bejn is-sessi. Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni billi tiġi appoġġata l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi ta' nondiskriminazzjoni u billi jiġu attivament indirizzati l-istereotipi u tiġi indirizzata wkoll id-diskriminazzjoni siekta, hija għalhekk attività ewlenija għall-Unjoni u xprun għat-tkabbir ekonomiku u jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-programm.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Il-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-vjolenza kontra t-tfal u ż-żgħażagħ tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet fundamentali. Il-vjolenza għadha hemm fl-Unjoni kollha, fil-kuntesti soċjali u ekonomiċi kollha, u għandha riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tal-vittmi u fuq is-soċjetà inġenerali. It-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza, b'mod partikolari f'relazzjonijiet mill-qrib. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tat-tfal minn danni u vjolenza, li huma perikolużi għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tagħhom għall-iżvilupp, għall-protezzjoni u għad-dinjità. Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza, il-promozzjoni tal-prevenzjoni u l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi huma prijoritajiet tal-Unjoni li jgħinu biex jinkisbu d-drittijiet fundamentali tal-individwi u jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-prijoritajiet jenħtieġ li jkunu appoġġati mill-Programm.
(9)  Il-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà, ir-rifuġjati u l-migranti u kontra membri ta' gruppi ta' minoranza differenti, bħall-membri ta' gruppi ta' minoranza etnika u l-persuni LGBTQI, tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet fundamentali. Il-vjolenza għadha tippersisti fl-Unjoni kollha, fil-kuntesti soċjali u ekonomiċi kollha, u għandha riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tal-vittmi u fuq is-soċjetà inġenerali. Il-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess tirrikjedi approċċ multidimensjonali li jkopri d-drittijiet legali, edukattivi, tas-saħħa, inklużi d-drittijiet sesswali u riproduttivi, aspetti ekonomiċi u aspetti oħra tas-soċjetà bħall-appoġġ tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, l-għoti ta' pariri u assistenza u proġetti li jfittxu li jiksbu l-għan ta' soċjetà aktar ugwali bejn is-sessi. Hemm bżonn li jiġu indirizzati b'mod attiv l-istereotipi u n-normi dannużi minn età bikrija, kif ukoll il-forom kollha ta' diskors ta' mibegħda u vjolenza online. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tat-tfal minn ħsara u vjolenza, li huma perikolużi għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tagħhom għall-iżvilupp, għall-protezzjoni u għad-dinjità. Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) tiddefinixxi l-"vjolenza fuq in-nisa" bħala "kull att ta' vjolenza bbażata fuq is-sess li jirriżulta, jew x'aktarx li jirriżulta, fi ħsara jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika lin-nisa, inkluż it-theddid ta' atti bħal dawn, ġegħil jew deprivazzjoni arbitrarja tal-libertà, kemm jekk dan isir fil-ħajja pubblika u kemm jekk fil-ħajja privata". Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza, il-promozzjoni u l-prevenzjoni u l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi huma prijoritajiet tal-Unjoni li jgħinu biex jinkisbu d-drittijiet fundamentali tal-individwi u jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-prijoritajiet jenħtieġ li jkunu appoġġati mill-Programm. Il-prevenzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-vittmi jenħtieġ li jitfasslu bil-parteċipazzjoni tal-grupp fil-mira u jiżguraw li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet speċifiċi ta' dawk b'diversi vulnerabbiltajiet.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  In-nisa mingħajr dokumenti huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza u għall-abbuż sesswali u ma għandhomx aċċess għall-appoġġ. Huwa kruċjali li jiġi implimentat approċċ iffukat fuq il-vittma u li jiġu offruti servizzi ta' appoġġ adegwati lin-nisa kollha madwar l-Unjoni, irrispettivament mill-istatus ta' residenza tagħhom. Il-ħtieġa għal perspettiva sensittiva għall-ġeneru fil-proċessi tal-asil hija importanti ħafna għall-ħidma intersezzjonali u tista' tikkontribwixxi għal ugwaljanza akbar bejn is-sessi.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Rieda politika qawwija u azzjoni koordinata bbażata fuq il-metodi u r-riżultati tal-Programm Daphne, il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-Programm Ġustizzja preċedenti huma meħtieġa sabiex jiġu evitati u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza u biex jiġu protetti l-vittmi. B'mod partikolari, mit-tnedija tiegħu fl-1997, il-finanzjament ta' Daphne biex jiġu appoġġati l-vittmi tal-vjolenza u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ kien suċċess ġenwin kemm f'termini tal-popolarità tiegħu mal-partijiet ikkonċernati (awtoritajiet pubbliċi, istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi) u kemm f'termini tal-effettività tal-proġetti ffinanzjati. Dan iffinanzja proġetti li jissensibilizzaw, li jipprovdu servizzi ta' appoġġ lill-vittmi u li jappoġġaw l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) li jaħdmu fil-post. Dan indirizza l-forom kollha ta' vjolenza, bħal pereżempju l-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali, it-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll forom ġodda ta' vjolenza emerġenti bħaċ-ċiberbulliżmu. Għalhekk huwa importanti li jitkomplew dawn l-azzjonijiet kollha u li dawk ir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda jitqiesu b'mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-Programm.
(10)  Rieda politika qawwija u azzjoni koordinata bbażata fuq il-metodi u r-riżultati tal-Programm Daphne, il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u l-Programm Ġustizzja preċedenti huma meħtieġa sabiex jiġu evitati u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza u biex jiġu protetti l-vittmi. B'mod partikolari, mit-tnedija tiegħu fl-1997, il-finanzjament ta' Daphne biex jiġu appoġġati l-vittmi tal-vjolenza u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ kien suċċess ġenwin kemm f'termini tal-popolarità tiegħu mal-partijiet ikkonċernati (awtoritajiet pubbliċi, istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi) kif ukoll f'termini tal-effettività tal-proġetti ffinanzjati. Dan iffinanzja proġetti li jissensibilizzaw, li jipprovdu servizzi ta' appoġġ lill-vittmi u li jappoġġaw l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) li jaħdmu fil-post. Dan indirizza l-forom kollha ta' vjolenza, bħal pereżempju l-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali, it-traffikar tal-bnedmin, l-istalking u l-prattiki tradizzjonali dannużi bħall-MĠF, kif ukoll forom ġodda ta' vjolenza emerġenti bħall-bullying ċibernetiku u l-fastidju ċibernetiku. Għalhekk huwa importanti li jitkomplew dawn l-azzjonijiet kollha b'allokazzjoni baġitarja indipendenti għal Daphne u li dawk ir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda jitqiesu b'mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-Programm.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  In-nondiskriminazzjoni huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni. L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi azzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. In-nondiskriminazzjoni hija wkoll imnaqqxa fl-Artikolu 21 tal-Karta. Jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi forom ta' diskriminazzjoni u jenħtieġ li tiġi żviluppata azzjoni xierqa b'mod parallel biex tiġi prevenuta u miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' raġuni waħda jew aktar. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jipprevenu u jikkumbattu d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-antisemitiżmu, il-mibegħda kontra l-Musulmani u forom oħra ta' intolleranza. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni u lill-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza, mibegħda, segregazzjoni u stigmatizzazzjoni, kif ukoll lill-ġlieda kontra l-bulliżmu, il-fastidju u t-trattament intolleranti. Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'mod li jirrinforza kemm lilu stess kif ukoll l-attivitajiet l-oħra tal-Unjoni li jkollhom l-istess objettivi, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 intitolata "Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-202010 " u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri11.
(11)  In-nondiskriminazzjoni huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni. L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi azzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. In-nondiskriminazzjoni hija wkoll minquxa fl-Artikolu 21 tal-Karta. Jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi forom ta' diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni diretta, indiretta u strutturali, u jenħtieġ li tiġi żviluppata azzjoni xierqa b'mod parallel biex tiġi prevenuta u miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' raġuni waħda jew aktar. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa azzjonijiet li jipprevjenu u jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-afrofobija, l-antisemitiżmu, l-antiżingariżmu, il-mibegħda kontra l-Musulmani, l-omofobija u forom oħra ta' intolleranza, kemm online kif ukoll offline, kontra persuni li jappartjenu għall-minoranzi, filwaqt li jitqiesu d-diversi livelli ta' diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni u lill-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza, mibegħda, segregazzjoni u stigmatizzazzjoni, kif ukoll lill-ġlieda kontra l-bullying, il-fastidju u t-trattament intolleranti. Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'mod li jirrinforza reċiprokament lilu stess kif ukoll l-attivitajiet l-oħra tal-Unjoni li jkollhom l-istess objettivi, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 intitolata "Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-202010 " u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri11.
__________________
__________________
10 COM(2011)173.
10 COM(2011)173.
11 ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.
11 ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  L-ostakli attitudinali u ambjentali kif ukoll in-nuqqas ta' aċċessibbiltà jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta' persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b'diżabbiltà jaffaċċjaw ostakli biex, fost affarijiet oħra, ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità, jevitaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, igawdu aċċess għal inizjattivi kulturali u għall-midja jew jużaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha impenjaw ruħhom li jippromovu, jipproteġu u jiżguraw tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni b'diżabbiltà kollha. Id-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD saru parti integrali mill-ordni legali tal-Unjoni.
(12)  L-ostakoli attitudinali u ambjentali kif ukoll in-nuqqas ta' aċċessibbiltà jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta' persuni b'diżabbiltà fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b'diżabbiltà, li jinkludu dawk li għandhom indebolimenti fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorjali fit-tul, jiffaċċjaw ostakoli biex, fost affarijiet oħra, ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità, jevitaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, igawdu aċċess għal inizjattivi kulturali u għall-midja jew jużaw id-drittijiet politiċi tagħhom. Bħala parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha impenjaw ruħhom li jippromovu, jipproteġu u jiżguraw tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni b'diżabbiltà kollha. Id-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD, li l-implimentazzjoni tagħhom hija obbligatorja, saru parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jiffinanzja u li jagħti attenzjoni speċjali lill-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni dwar l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni b'diżabbiltà biex jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà u jgawdu d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini ndaqs.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja ta' dak li jkun, għad-domiċilju u għall-komunikazzjonijiet (dritt għall-privatezza) huwa dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali hija soġġetta għall-kontroll minn awtoritajiet superviżorji indipendenti. Il-qafas legali tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 jistipulaw dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jkun effettivament protett. Dawn l-istrumenti legali jinkarigaw lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bil-kompitu li jippromovu kuxjenza pubblika u komprensjoni tar-riskji, tar-regoli, tas-salvagwardji u tad-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' twettaq attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, twettaq studji u attivitajiet rilevanti oħra minħabba l-importanza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali fi żminijiet ta' żviluppi teknoloġiċi rapidi.
(13)  Id-dritt li kull persuna għandha għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta' darha u tal-komunikazzjonijiet tagħha (dritt għall-privatezza) huwa dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali hija soġġetta għall-kontroll minn awtoritajiet superviżorji indipendenti. Il-qafas legali tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 jistipulaw dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jkun effettivament protett. Dawn l-istrumenti legali jinkarigaw lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bil-kompitu li jippromovu kuxjenza pubblika u fehim tar-riskji, tar-regoli, tas-salvagwardji u tad-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' twettaq attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, tappoġġa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tal-protezzjoni tad-data skont l-istandards tal-Unjoni, u twettaq studji u attivitajiet rilevanti oħra, minħabba l-importanza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali fi żminijiet ta' żviluppi teknoloġiċi rapidi.
__________________
__________________
12 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88.
12 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88.
13 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89-131.
13 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89-131.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)   Il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni hija minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-aċċess liberu għall-informazzjoni, l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-qafas tal-midja u l-użu responsabbli u sikur tan-netwerks ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni huma direttament marbuta mal-iżvilupp ħieles tal-opinjoni pubblika u huma essenzjali għall-garanzija ta' demokrazija funzjonali. Huwa meħtieġ li l-pubbliku jakkwista l-ħiliet tal-litteriżmu medjatiku li huma meħtieġa għall-ħsieb kritiku u għad-dixxerniment u għall-kapaċità li janalizza realtajiet kumplessi, jirrikonoxxi d-differenzi bejn l-opinjonijiet u l-fatti u jirreżisti kwalunkwe forma ta' inċitament għall-mibegħda. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Unjoni tippromwovi l-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku għaċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-età tagħhom, permezz tat-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni, l-istudji u attivitajiet rilevanti oħra.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  L-Artikolu 24 TFUE jobbliga lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan sar permezz tal-adozzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]14. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.
(14)  L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hija l-ewwel strument supranazzjonali ta' demokrazija parteċipattiva, li joħloq rabta diretta bejn iċ-ċittadini Ewropej u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. L-Artikolu 24 tat-TFUE jobbliga lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jadottaw dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet li huma rekwiżiti għal inizjattiva taċ-ċittadini fis-sens tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan sar permezz tal-adozzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv għall-implimentazzjoni tar-Regolament [(UE) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej u jinkoraġġixxu lill-oħrajn jappoġġawhom.
_________________
_________________
14 Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).
14 Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  B'mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 TFUE, il-Programm fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni.
(15)  B'mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-TFUE, il-Programm fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni u jenħtieġ li jippromwovi wkoll l-użu tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri meta jkun meħtieġ matul il-proċess baġitarju tal-Unjoni. L-implimentazzjoni xierqa tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tirrikjedi bbaġitjar skont il-ġeneru fil-linji baġitarji rilevanti kollha u l-allokazzjoni ta' riżorsi adegwati u tat-trasparenza fil-linji baġitarji ddedikati għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru. Il-proġetti individwali u l-Programm bħala tali jenħtieġ li jiġu riveduti fi tmiem il-perjodu ta' finanzjament biex jiġi determinat sa liema livell qdew lill-prinċipji msemmijin hawn fuq.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  F'konformità mal-atti tal-Unjoni dwar it-trattament indaqs, l-Istati Membri stabbilew korpi indipendenti għall-promozzjoni tat-trattament indaqs, magħrufa aħjar bħala "korpi tal-ugwaljanza", sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza u tal-oriġini etnika kif ukoll tal-ġeneru. Madankollu, bosta Stati Membri għamlu pass ulterjuri lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u żguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu wkoll jittrattaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet oħra bħall-età, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà jew raġunijiet oħrajn. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fl-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs billi jipprovdu, b'mod partikolari, assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jagħmlu eżerċizzji ta' stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mad-diskriminazzjoni f'pajjiżhom. Huwa essenzjali li l-ħidma tal-korpi tal-ugwaljanza tkun ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. EQUINET inħoloq fl-2007. Il-membri tiegħu huma l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament indaqs kif stabbiliti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 2000/43/KE15 u 2004/113/KE16, u d-Direttivi 2006/54/KE17 u 2010/41/UE18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. EQUINET jinsab f'sitwazzjoni ta' eċċezzjoni, billi huwa l-unika entità li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn il-korpi tal-ugwaljanza. Din l-attività ta' koordinazzjoni minn EQUINET hija kruċjali għall-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Programm.
(17)  F'konformità mal-atti tal-Unjoni dwar it-trattament indaqs, l-Istati Membri stabbilixxew korpi indipendenti għall-promozzjoni tat-trattament indaqs, magħrufa aħjar bħala "korpi tal-ugwaljanza", sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza u tal-oriġini etnika kif ukoll tal-ġeneru. Madankollu, bosta Stati Membri għamlu pass ulterjuri lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u żguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu wkoll jittrattaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet oħra bħal-lingwa, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabbiltà jew raġunijiet oħrajn. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fl-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs billi jipprovdu, b'mod partikolari, assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jagħmlu eżerċizzji ta' stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mad-diskriminazzjoni f'pajjiżhom. Huwa essenzjali li l-ħidma ta' dawk il-korpi tal-ugwaljanza rilevanti kollha tkun ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. EQUINET inħoloq fl-2007. Il-membri tiegħu huma l-korpi nazzjonali għall-promozzjoni tat-trattament indaqs kif stabbiliti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 2000/43/KE15 u 2004/113/KE16, u d-Direttivi 2006/54/KE17 u 2010/41/UE18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kummissjoni adottat ir-rakkomandazzjoni tagħha dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza, li tkopri l-mandat, l-indipendenza, l-effikaċja u l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-korpi ta' ugwaljanza. EQUINET jinsab f'sitwazzjoni ta' eċċezzjoni, billi huwa l-unika entità li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn il-korpi tal-ugwaljanza. Din l-attività ta' koordinazzjoni minn EQUINET hija kruċjali għall-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Programm.
__________________
__________________
15 Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).
15 Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).
16 Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).
16 Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).
17 Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).
17 Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).
18 Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).
18 Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  Sabiex tiżdied l-aċċessibbiltà u jiġu pprovduti gwida imparzjali u informazzjoni prattika fir-rigward tal-Programm, jenħtieġ li fl-Istati Membri jiġu stabbiliti punti ta' kuntatt bil-ħsieb li jipprovdu assistenza kemm lill-benefiċjarji kif ukoll lill-applikanti. Il-punti ta' kuntatt tal-programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti, mingħajr subordinazzjoni jew interferenza diretta fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi. Huwa possibbli għall-punti ta' kuntatt tal-programm li jiġu ġestiti mill-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew minn konsorzji tagħhom. Il-punti ta' kuntatt tal-programm ma jrid ikollhom l-ebda responsabbiltà rigward l-għażla tal-proġetti;
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali.
(18)  Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 tat-TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018, żieda fil-finanzjament u appoġġ finanzjarju adegwat huma essenzjali għall-iżvilupp ta' ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu, inkluż permezz ta' finanzjament ewlieni xieraq u opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati, regoli u proċeduri finanzjarji simplifikati, il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jippromwovu, jissalvagwardjaw u jissensibilizzaw dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-konsistenza kumplessiva, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li tivvaluta l-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn fl-oqsma koperti mill-Programm.
(19)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-konsistenza kumplessiva, il-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li tivvaluta l-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn fl-oqsma koperti mill-Programm. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiggwida b'mod attiv lill-parteċipanti ta' dan il-Programm biex jużaw ir-rapporti u r-riżorsi ġġenerati minn dawn il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, bħall-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-għodod għall-valutazzjoni tal-ġeneru żviluppati mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
(19a)  Mekkaniżmu komprensiv tal-Unjoni dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jenħtieġ li jiggarantixxi r-rieżami regolari u indaqs tal-Istati Membri kollha, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-attivazzjoni tal-miżuri relatati ma' nuqqasijiet ġenerali tal-valuri tal-Unjoni fl-Istati Membri.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-membri tal-EFTA li mhumiex membri tal-ŻEE, u ta' pajjiżi Ewropej oħra. Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn xi strateġija ta' qabel l-adeżjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Programm.
(20)  Rigward l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-promozzjoni tal-ugwaljanza u d-drittijiet tal-ġeneri, il-promozzjoni tal-impenn u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali kif ukoll tal-ġlieda kontra l-vjolenza, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-membri tal-EFTA li mhumiex membri tal-ŻEE, u ta' pajjiżi Ewropej oħra. Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn xi strateġija ta' qabel l-adeżjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Programm.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, tal-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri, filwaqt li l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji għandhom jiġu mfittxija permezz tal-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari fl-ambitu tal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri — kif ukoll tal-programm Ewropa Kreattiva, u Erasmus+ sabiex jiġi rrealizzat il-potenzjal ta' salib it-toroq kulturali fl-oqsma tal-kultura, tal-midja, tal-arti, tal-edukazzjoni u tal-kreattività. Hemm bżonn li jinħolqu sinerġiji ma' programmi Ewropej oħra ta' finanzjament, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, tas-suq intern, tal-intrapriża, taż-żgħażagħ, tas-saħħa, taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tal-migrazzjoni, tas-sigurtà, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-koeżjoni, tat-turiżmu, tar-relazzjonijiet esterni, tal-kummerċ u tal-iżvilupp.
(21)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, inkluż fil-livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali, bil-għan li jippromwovi u jissalvagwardja l-valuri stipulati fl-Artikolu 2 tat-TUE. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex konsistenza, sinerġiji u komplementarjetà mal-azzjonijiet tal-Istati Membri u ma' programmi oħra ta' finanzjament li jappoġġaw oqsma ta' politika b'rabtiet mill-qrib mal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri, inkluż mal-programm Ewropa Kreattiva u Erasmus+, kif ukoll ma' politiki rilevanti tal-Unjoni.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)  Skont l-Artikolu 9 tat-TFUE, jenħtieġ li jiġu promossi livell għoli ta' impjieg, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. Għaldaqstant, l-azzjonijiet fl-ambitu tal-programm jenħtieġ li jippromovu sinerġiji bejn il-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol u l-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni. Għaldaqstant, l-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li ssir b'mod li jiżgura massimu ta' sinerġiji u komplementarjetajiet kemm bejn il-linji differenti tiegħu kif ukoll mal-Fond Soċjali Ewropew Plus. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu żgurati sinerġiji kemm mal-Erasmus kif ukoll mal-Fond Soċjali Ewropew Plus sabiex jiġi żgurat li dawn il-fondi jikkontribwixxu b'mod konġunt għal edukazzjoni ta' kwalità u l-iżgurar ta' opportunitajiet indaqs għal kulħadd.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)  Huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tal-programm, kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u sempliċi għall-utent possibbli, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 22b (ġdida)
(22b)  Jenħtieġ li t-titjib tal-implimentazzjoni u tal-kwalità tal-infiq jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-programm, waqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.
(23)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji u jitlob li jkun hemm trasparenza sħiħa fl-użu tar-riżorsi, ġestjoni finanzjarja soda u użu prudenti tar-riżorsi. B'mod partikolari, regoli dwar il-possibbiltà li organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, ikunu finanzjati permezz ta' għotjiet operattivi pluriennali, għotjiet f'kaskata (appoġġ finanzjarju għal partijiet terzi) u dispożizzjonijiet li jiżguraw proċeduri rapidi u flessibbli għall-konċessjoni tal-għotjiet, bħall-proċedura ta' applikazzjoni b'żewġ stadji, applikazzjonijiet u proċeduri ta' rapportar faċli għall-utent, jenħtieġ li jkunu operazzjonalizzati u msaħħa aktar bħala parti mill-implimentazzjoni ta' dan il-Programm.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9521, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193923 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, id-daqs u l-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-benefiċjarji fil-mira, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi, kostijiet ta' unità u għotjiet f'kaskata, kif ukoll kriterji ta' kofinanzjament li jqisu x-xogħol volontarju u l-finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' kofinanzjament jiġu aċċettati in natura u jistgħu jiġu rinunzjati f'każijiet ta' finanzjament komplementari limitat. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9521, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193923 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
__________________
__________________
20 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
20 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
21 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
21 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
22 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
22 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
23 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
23 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
24 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
24 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
(25)  Rigward l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-ġeneri, l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali u l-ġlieda kontra l-vjolenza, il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)  Il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri għandha l-għan li tgħammar lill-Unjoni sabiex tipproteġi aħjar il-baġit tagħha meta dgħufijiet fl-istat tad-dritt ixekklu jew jheddu l-ġestjoni finanzjarja soda jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ tikkomplementa l-programm tad-Drittijiet u l-Valuri, li r-rwol tiegħu huwa differenti, jiġifieri li jiffinanzja politiki f'konformità mad-drittijiet fundamentali u l-valuri Ewropej li huma bbażati fuq il-ħajja u l-parteċipazzjoni tan-nies.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE25], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.
(27)  Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE25], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota tal-PTEE jridu jitqiesu waqt l-implimentazzjoni tal-programm u l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-programm se tkun immonitorjata u evalwata regolarment.
__________________
__________________
25 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea") (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
25 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea") (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta' nofs it-terminu.
(28)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta' nofs it-terminu.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.
(29)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. F'dan il-kuntest, eżempji ta' applikanti u benefiċjarji li jista' ma jkollhomx ir-riżorsi u l-persunal adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rapportar, jistgħu jinftiehmu bħala organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, awtoritajiet pubbliċi lokali, sħab soċjali, eċċ. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.
Emendat 43
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' indikaturi kif indikat fl-Artikolu 14 u 16 u fl-Anness II. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(30)  Sabiex jiġi supplimentat dan ir-Regolament bil-għan li jitwettaq il-Programm u tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tiegħu lejn il-ksib tal-objettivi tiegħu, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-programmi ta' ħidma skont l-Artikolu 13 u l-indikaturi kif indikat fl-Artikoli 14 u 16 u fl-Anness II. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
imħassar
__________________
26 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri ("il-Programm").
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri ("il-Programm").
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
Jistabbilixxi l-għanijiet u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti.
1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali kif imnaqqxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, b'mod partikolari billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tinbena l-kapaċità tagħhom fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, iżda speċjalment fil-livell lokali, u billi titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ċivika u demokraika, sabiex is-soċjetajiet miftuħa, ibbażati fuq id-drittijiet, demokratiċi, indaqs u inklużivi jiġu sostnuti u żviluppati ulterjorment.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)
(-a)  għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali (linja tal-valuri tal-Unjoni);
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a
(a)  għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u tad-drittijiet (il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet),
(a)  għall-promozzjoni tal-ugwaljanza, inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet, in-non-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri (il-linja għall-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi),
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
(b)  għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini),
(b)  għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini – b'mod partikolari taż-żgħażagħ – dwar l-importanza tal-Unjoni bis-saħħa ta' attivitajiet maħsuba biex iżommu ħajja l-memorja tal-avvenimenti storiċi li wasslu għall-ħolqien tagħha, u għall-promozzjoni tad-demokrazija, tal-libertà ta' espressjoni, tal-pluraliżmu, tal-involviment ċiviku, kif ukoll ta' laqgħat taċ-ċittadini u tal-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għaċ-Ċittadinanza attiva);
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c
(c)  għall-ġlieda tal-vjolenza (il-linja Daphne).
(c)  għall-ġlieda kontra l-vjolenza, inkluża l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru (il-linja Daphne).
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2a (ġdid)
Artikolu 2a
Il-linja għall-valuri tal-Unjoni
Fi ħdan l-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fi ħdan l-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 2(2)(-a), il-Programm għandu jiffoka fuq:
(a)   il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, inkluż billi jiġu appoġġati attivitajiet mis-soċjetà ċivili li jippromwovu l-indipendenza tal-ġudikatura u protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qrati indipendenti, inkluż tad-drittijiet fundamentali; l-għoti ta' appoġġ lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jwettqu monitoraġġ tal-konformità mal-istat tad-dritt, għad-difiża tal-informaturi u għal inizjattivi li jippromwovu l-kultura kondiviża tat-trasparenza, il-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
(b)   il-promozzjoni tal-kostruzzjoni ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll il-protezzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet u l-valuri minquxa fit-Trattati billi jingħata appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili li jippromwovu u jrawmu dawn id-drittijiet u l-valuri fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, biex b'hekk jinħoloq ambjent li jippermetti djalogu demokratiku u jsaħħaħ il-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika jew ta' assoċjazzjoni, il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja, kif ukoll il-libertà akkademika.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – titolu
Il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet
Il-linja għall-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:
Fl-ambitu tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt  (a) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda tal-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jappoġġa politiki komprensivi li jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll politiki li jikkumbattu r-razziżmu u l-forom kollha ta' intolleranza;
(a)  il-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-prevenzjoni u l-ġlieda tal-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, oriġini razzjali, soċjali jew etnika, kulur tal-ġilda, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età, orjentazzjoni sesswali jew kwalunkwe raġuni oħra u li jappoġġa politiki komprensivi li jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll politiki li jikkumbattu r-razziżmu u l-forom kollha ta' intolleranza kemm online kif ukoll offline;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  l-appoġġ ta' politiki u programmi komprensivi li jippromwovu d-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – titolu
Linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini
Linja għaċ-Ċittadinanza attiva
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:
Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jsegwi l-objettivi li ġejjin:
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni, l-istorja, il-wirt kulturali u d-diversità tagħha;
(a)  l-għoti ta' appoġġ lil proġetti mressqa minn ċittadini, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ, maħsuba biex iħeġġu lin-nies biex mhux biss jiftakru fl-avvenimenti li ppreċedew it-twaqqif tal-Unjoni, illi jiffurmaw il-qofol tal-memorja storika tagħha, iżda wkoll jitgħallmu aktar dwar l-istorja, il-kultura u l-valuri komuni tagħhom, u jiksbu sens tar-rikkezza tal-wirt kulturali komuni tagħhom u tad-diversità kulturali u lingwistika, li jikkostitwixxu l-pedament għal futur komuni; it-trawwim tal-komprensjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni u dwar l-oriġini, ir-raison d'être u l-kisbiet tagħha, u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-isfidi preżenti u futuri tagħha u dwar l-importanza tal-komprensjoni reċiproka u tat-tolleranza, li jinsabu proprju fil-qalba tal-proġett Ewropew;
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)   il-promozzjoni u l-appoġġ tal-iskambju ta' prattiki tajbin tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Ewropea, kemm fil-kamp ta' applikazzjoni tal-edukazzjoni formali kif ukoll f'dak tal-edukazzjoni mhux formali;
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-promozzjoni tal-iskambju u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi differenti; il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u demokratika taċ-ċittadini billi jippermetti liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni;
(b)  il-promozzjoni tad-djalogu pubbliku permezz ta' ġemellaġġi bejn il-bliet, permezz ta' laqgħat taċ-ċittadini, b'mod partikolari taż-żgħażagħ, u permezz ta' kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet, il-komunitajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta' pajjiżi differenti, sabiex tingħatalhom esperjenza prattika diretta tar-rikkezza tad-diversità u l-wirt kulturali fl-Unjoni u sabiex jiżdied l-impenn taċ-ċittadini fis-soċjetà;
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  l-inkoraġġiment u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni ċivika fil-ħajja demokratika tal-Unjoni fil-livell lokali, nazzjonali u transnazzjonali; il-ħolqien tal-possibbiltà li ċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet jippromwovu d-djalogu interkulturali u jwettqu dibattiti pubbliċi xierqa dwar l-oqsma kollha ta' azzjoni tal-Unjoni, u b'hekk jikkontribwixxu għat-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni; l-għoti ta' appoġġ lil inizjattivi konġunti organizzati, kemm fil-forma ta' assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini kif ukoll fil-forma ta' netwerks ta' entitajiet ġuridiċi, bil-għan li l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi preċedenti jiġu implimentati b'mod aktar effettiv;
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:
Fl-ambitu tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1) u fl-ambitu tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2), il-Programm għandu jiffoka fuq:
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)
(-a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa bbażata fuq is-sess u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) fil-livelli kollha; u
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju;
(a)  il-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kull forma ta' vjolenza kontra t-tfal u ż-żgħażagħ, kif ukoll il-vjolenza kontra gruppi oħra f'riskju, bħall-persuni LGBTQI, il-persuni b'diżabbiltà, il-minoranzi, l-anzjani, il-migranti u r-rifuġjati;
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta' tali vjolenza.
(b)  l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta' tali vjolenza, inkluż billi jiġu appoġġati l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiffaċilitaw u jiżguraw l-aċċess għall-ġustizzja, għas-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi u għar-rappurtar sikur tal-pulizija għall-vittmi kollha ta' vjolenza, u l-appoġġ u l-iżgurar tal-istess livell ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha għall-vittmi ta' vjolenza bbażata fuq is-sess.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR [641 705 000] fi prezzijiet kurrenti.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR [1 627 000 000] fi prezzijiet tal-2018 [EUR 1 834 000 000 fi prezzijiet kurrenti].
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)
(-a)  EUR [754 062 000 fi prezzijiet tal-2018] [EUR 850 000 000 fi prezzijiet attwali] (jiġifieri 46.34 % tal-pakkett finanzjarju totali) għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt (-a) tal-Artikolu 2(2);
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a
(a)  EUR [408 705 000] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u 2(2)(c);
(a)  EUR [429 372 000 fi prezzijiet tal-2018] [EUR 484 000 000] (jiġifieri 26.39 % tal-pakkett finanzjarju totali) għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt (a) u (c) tal-Artikolu 2(2);
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b
(b)  EUR [233.000.000] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(b);
(b)  EUR [443 566 000 fi prezzijiet tal-2018] [EUR 500 000 000 fi prezzijiet attwali] (jiġifieri 27.26 % tal-pakkett finanzjarju totali) għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2);
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha talloka mill-inqas 50 % tal-ammonti msemmija fil-punti (-a) u (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għall-appoġġ ta' attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li mill-inqas 65 % minnhom għandhom jiġu allokati lill-organizzazzjonijiet lokali u reġjonali.
Il-Kummissjoni ma għandhiex tmur lil hinn mill-persentaġġi allokati fil-pakkett finanzjarju, kif stabbiliti fl-Anness I(-a) b'iżjed minn ħames punti perċentwali. Jekk ikun meħtieġ li jinqabeż dak il-limitu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex temenda l-Anness I(-a) billi timmodifika l-persentaġġi allokati b'bejn ħames u għaxar punti perċentwali tal-fondi tal-Programm.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 5
5.  Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament f'konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f'konformità mal-Artikolu 62(1)(c). Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
5.  Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom jew tal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament f'konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Fejn possibbli, dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
Mekkaniżmu ta' Appoġġ tal-Valuri
1.   F'każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm deterjorament serju u rapidu fi Stat Membru fir-rigward tal-konformità mal-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, u jkun hemm riskju li dawk il-valuri ma jkunux protetti u promossi b'mod suffiċjenti, il-Kummissjoni tista' tiftaħ sejħa għal proposti fil-forma ta' proċedura rapida għall-applikazzjonijiet ta' għotjiet għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat, appoġġat u msaħħaħ id-djalogu demokratiku fl-Istat Membru inkwistjoni u li tiġi indirizzata l-problema tan-nuqqas ta' konformità mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE.
2.   Il-Kummissjoni għandha talloka sa 5 % tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 6(2)(-a) lill-mekkaniżmu ta' appoġġ tal-valuri msemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu. Fi tmiem kull sena baġitarja, il-Kummissjoni għandha tittrasferixxi kwalunkwe fondi mhux impenjati fl-ambitu ta' dan il-mekkaniżmu biex tappoġġa azzjonijiet oħra li jaqgħu taħt l-objettivi tal-Programm.
3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex tattiva l-mekkaniżmu ta' appoġġ tal-valuri msemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu. L-attivazzjoni tal-mekkaniżmu għandha tkun ibbażata fuq monitoraġġ u evalwazzjoni komprensivi, regolari u bbażati fuq l-evidenza tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha fir-rigward tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija fl-Artikolu 61(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija f'punt (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.
2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, l-ewwel u qabel kollox permezz ta' għotjiet ta' azzjoni kif ukoll għotjiet operattivi annwali u pluriennali. Dak il-finanzjament għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura ġestjoni finanzjarja soda, użu prudenti mill-fondi pubbliċi, livelli iktar baxxi ta' piż amministrattiv għall-operatur tal-Programm u għall-benefiċjarji kif ukoll aċċessibbiltà tal-fondi tal-Programm għal benefiċjarji potenzjali. Jistgħu jintużaw somom f'daqqa, kostijiet unitarji, rati fissi u għotjiet kaskata (appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi). Il-kofinanzjament għandu jiġi aċċettat in natura u jista' jiġi rrinunzjat f'każijiet ta' finanzjament komplementari limitat.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 2 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.
1.   L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv ġenerali jew speċifiku speċifikat fl-Artikolu 2 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 9a (għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 (ġdid)
2.   F'konformità mal-Artikolu 11(2) tat-TUE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi "Grupp ta' Djalogu Ċivili" li għandu jkollu l-għan li jiżgura djalogu regolari, miftuħ u trasparenti mal-benefiċjarji tal-Programm u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn sabiex jiġu skambjati esperjenzi u prattiki tajba u sabiex jiġu diskussi żviluppi ta' politika fi ħdan l-oqsma u l-objettivi koperti mill-Programm u l-oqsma relatati.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Attivitajiet eliġibbli għall-finanzjament
L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 2 se jitwettqu b'mod partikolari, iżda mhux esklussivament, permezz tal-appoġġ tal-attivitajiet li ġejjin:
(a)   is-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni pubblika, il-promozzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki, il-prinċipji u d-drittijiet fl-oqsma u l-objettivi koperti mill-Programm;
(b)   it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejbu l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku;
(c)   attivitajiet analitiċi ta' monitoraġġ, rapportar u promozzjoni biex jittejjeb il-fehim tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex jittejbu t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-dritt, il-politiki u l-valuri komuni tal-Unjoni fi ħdan l-Istati Membri, tali attivitajiet għandhom jinkludu pereżempju l-ġbir ta' data u statistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv;
(d)   it-taħriġ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex itejbu l-għarfien tagħhom dwar il-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm u t-tisħiħ tal-indipendenza u tal-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jaħdmu favur il-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm, inkluż b'tilwim strateġiku;
(e)   il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni u l-fehim pubbliċi tar-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, il-privatezza u s-sigurtà diġitali;
(f)   it-tisħiħ tal-għarfien taċ-ċittadini dwar il-valuri ewlenin Ewropej u l-impenn tagħhom favur il-ġustizzja, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-demokrazija kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li ġejjin miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, bħad-dritt li wieħed jivvjaġġa, jaħdem, jistudja u jgħix fi Stat Membru ieħor, permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u l-promozzjoni ta' fehim reċiproku, djalogu interkulturali u rispett għad-diversità fi ħdan l-Unjoni;
(g)   it-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini, speċjalment iż-żgħażagħ, tal-kultura Ewropea, il-wirt kulturali, l-identità, l-istorja u t-tifkira, u t-tisħiħ tas-sens tagħhom ta' appartenenza fl-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' inizjattivi li jirriflettu dwar il-kawżi tar-reġimi totalitarji fl-istorja moderna tal-Ewropa u li jikkommemoraw il-vittmi ta' dawk l-atti kriminali, l-inġustizzji mwettqa u attivitajiet li jikkonċernaw mumenti importanti oħra fl-istorja Ewropea reċenti;
(h)   il-ġabra flimkien ta' ċittadini ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ u fi proġetti fuq skala żgħira u fi proġetti tas-soċjetà ċivili, biex b'hekk jinħolqu l-kundizzjonijiet għal approċċ minn isfel għal fuq aktar b'saħħtu;
(i)   il-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni attiva u inklużiva, b'attenzjoni partikolari għall-gruppi emarġinati tas-soċjetà, fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni u d-difiża tad-drittijiet fundamentali, id-drittijiet u l-valuri permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm fil-livelli kollha, kif ukoll l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp, is-sensibilizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, l-għanijiet ta' politika, il-valuri u l-istrateġiji;
(j)   l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv biex ikun implimentat ir-Regolament [(EU) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;
(k)   it-tisħiħ tal-għarfien tal-Programm u d-disseminazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili, fosthom billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta' kuntatt indipendenti dwar il-programm;
(l)  it-tisħiħ tal-kapaċità u l-indipendenza tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-azzjonijiet ta' appoġġ fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali;
(m)   l-appoġġ għad-difiża tal-informaturi, fosthom inizjattivi u miżuri biex jiġu stabbiliti kanali sikuri għar-rapportar fi ħdan organizzazzjonijiet u lill-awtoritajiet pubbliċi jew korpi rilevanti oħra, kif ukoll miżuri għall-protezzjoni tal-informaturi kontra t-tkeċċija, dimozzjoni jew forom oħra ta' ritaljazzjoni, inkluż permezz ta' informazzjoni u taħriġ għall-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati rilevanti;
(n)   l-appoġġ ta' inizjattivi u miżuri għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tax-xandir u għall-bini tal-kapaċità għall-isfidi ġodda, bħal mezzi ġodda tax-xandir u ħidma kontra d-diskors ta' mibegħda kif ukoll miżinformazzjoni mmirata permezz tas-sensibilizzazzjoni, it-taħriġ, l-istudji u l-attivitajiet ta' monitoraġġ;
(o)   l-appoġġ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-integrità, it-trasparenza u l-obbligu ta' responsabbiltà tal-amministrazzjoni pubblika u l-awtoritajiet pubbliċi, u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
(p)   l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet li jgħinu, jagħtu kenn u jipproteġu lill-vittmi ta' vjolenza u lill-persuni mhedda, inklużi lix-xelters tan-nisa.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
1.  Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju u għandhom jinkludu għotjiet għal azzjonijiet, għotjiet operattivi pluriennali u għotjiet f'kaskata.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.  Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni.
2.  Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' evalwazzjoni għandha tiżgura l-bilanċ bejn il-ġeneri.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].
1.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet, u l-għoti ta' provvista doppja ta' fondi jiġi evitat billi jiġu indikati b'mod ċar is-sorsi ta' finanzjament għal kull kategorija ta' nefqa, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1
–  Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;
–  Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut ma' Stat Membru;
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2
—  pajjiż terz assoċjat mal-Programm;
—  għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 2(2), pajjiż terz assoċjat mal-Programm bi qbil mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament;
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b
(b)  kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;
(b)  kwalunkwe entità ġuridika mingħajr skop ta' qligħ maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  Għotja operattiva tista' tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (EQUINET) għall-kopertura tan-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu.
3.  Għotja operattiva tista' tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (EQUINET), skont l-Artikolu 6(2)(a) għall-kopertura tan-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu, dment li tkun tlestiet valutazzjoni tal-impatt tal-ġeneru tal-programm ta' ħidma tagħhom.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – titolu
Programm ta' ħidma
Programm ta' ħidma u prijoritajiet pluriennali
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.
1.  Il-Programm għandu jitwettaq permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni għandha tapplika l-prinċipju tas-sħubija meta tiddeċiedi l-prijoritajiet tagħha taħt il-Programm u tipprevedi involviment komprensiv tal-partijiet ikkonċernati fl-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' dan il-Programm u l-programmi ta' ħidma tiegħu skont l-Artikolu 15a.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 19.
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-programm ta' ħidma xieraq.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 14 − paragrafu 1
1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II.
1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinġabru, meta applikabbli, diżaggregati skont is-sess. Il-lista ta' indikaturi hija stabbilita fl-Anness II.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.
3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati u tal-inqas piż fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri. Sabiex tiffaċilita l-issodisfar tar-rekwiżiti ta' rapportar, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli formati faċli għall-utenti u tipprovdi orjentazzjoni u programmi ta' appoġġ immirati partikolarment lejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jaf mhux dejjem ikollhom il-kompetenza u r-riżorsi u l-persunal adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rapportar.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
1.  L-evalwazzjonijiet għandhom ikunu sensittivi għall-ġeneru, jipprovdu ċifri diżaggregati skont il-ġeneru, jinkludu kapitlu speċifiku għal kull linja u jqisu l-għadd ta' persuni milħuqa, il-feedback tagħhom u l-kopertura ġeografika tagħhom u jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impatt fit-tul tal-programmi predeċessuri (Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u L-Ewropa għaċ-Ċittadini).
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. L-evalwazzjoni interim għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impatt fit-tul tal-programmi predeċessuri (Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza u L-Ewropa għaċ-Ċittadini). L-evalwazzjoni interim għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt tal-ġeneru biex tivvaluta l-punt sa fejn il-miri tal-ugwaljanza bejn is-sessi tal-Programm qed jintlaħqu, biex jiġi żgurat li l-ebda komponent tal-Programm mhu qed ikollu impatti negattivi mhux intenzjonati fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex jiġu identifikati rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu żviluppati sejħiet għal proposti futuri u deċiżjonijiet ta' għotjiet operattivi sabiex jiġu promossi b'mod attiv kunsiderazzjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 15 − paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-evalwazzjoni pubblika u faċilment aċċessibbli billi tippubblikaha fuq is-sit web tagħha.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 13 u 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13 u 14 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4
4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.
4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' evalwazzjoni għandha tiżgura l-bilanċ bejn il-ġeneri. Meta tħejji u tfassal atti delegati l-Kummissjoni għandha tiżgura trasmissjoni simultanja u f'waqtha tad-dokumenti kollha inklużi l-abbozzi tal-atti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li jintbagħtu lill-esperti tal-Istati Membri. Fejn iqisu l-ħtieġa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu t-tnejn jibgħatu esperti għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati li għalihom ikunu mistiedna l-esperti tal-Istati Membri. Għal dak il-għan il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu l-ippjanar għax-xhur ta' wara u l-inviti għal-laqgħat kollha tal-esperti.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 5
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbażi tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, iċ-ċittadini u partijiet ikkonċernati oħra jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozz ta' test ta' att delegat matul perjodu ta' erba' ġimgħat. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu kkonsultati dwar l-abbozz tat-test, abbażi tal-esperjenza tal-NGOs u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Programm.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 13 u 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom), billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata, u f'forma li hija aċċessibbli wkoll għal persuni b'diżabbiltajiet, lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku, u, meta xieraq, lil benefiċjarji ta' azzjonijiet iffinanzjati b'dan il-mod u parteċipanti fihom, biex b'hekk juru l-valur miżjud tal-Unjoni u jgħinu fl-isforzi marbuta mal-ġbir tad-data min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 18a (ġdid)
Artikolu 18a
Programm ta' Punti ta' Kuntatt
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta' kuntatt indipendenti tal-Programm, b'persunal ikkwalifikat li jingħata l-kompitu, b'mod partikolari, li jipprovdi lill-partijiet ikkonċernati u lill-benefiċjarji tal-Programm bi gwida, informazzjoni prattika u għajnuna, fir-rigward tal-aspetti kollha tal-Programm, inkluż fir-rigward tal-proċedura ta' applikazzjoni.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 19
Artikolu 19
imħassar
Proċedura ta' Kumitat
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  Il-kumitat jista' jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta l-linji individwali tal-Programm.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Anness -I (ġdid)
Anness -I
Il-fondi tal-Programm disponibbli msemmija fl-Artikolu 6(1) għandhom jiġu allokati kif ġej:
(a)  finanzjament tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2);
—  tal-anqas 15 % għall-attivitajiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku skont il-punt (aa) tal-Artikolu 3;
—  tal-inqas 40 % għall-attivitajiet li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi skont il-punt (-a) tal-Artikolu 5; u
—  tal-inqas 45 % għall-attivitajiet li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5;
(b)  Fi ħdan l-ammonti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(2):
—  15 % għall-attivitajiet ta' kommemorazzjoni;
—  65 % għall-parteċipazzjoni demokratika;
—  10 % għall-attivitajiet promozzjonali; u
—  10 % għall-amministrazzjoni.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Anness I
Anness I
imħassar
L-attivitajiet tal-Programm
Il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 2(2) se ssir b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:
(a)   is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki u tad-drittijiet fl-oqsma koperti mill-Programm;
(b)   it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejjeb l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka u l-involviment ċiviku u demokratiku;
(c)   attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ1 biex is-sitwazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE tinftiehem aħjar fl-oqsma koperti mill-Programm kif ukoll biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politiki tal-UE;
(d)   it-taħriġ tal-partijiet interessati rilevanti biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tal-politiki u d-drittijiet fl-oqsma koperti;
(e)   l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT);
(f)   it-tisħiħ tal-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kultura, l-istorja u l-kommemorazzjoni Ewropea kif ukoll is-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni;
(g)   il-ġabra flimkien ta' Ewropej ta' nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' ġemellaġġ;
(h)   it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta' parteċipazzjoni attiva fil-bini ta' Unjoni aktar demokratika kif ukoll għarfien tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
(i)   l-iffinanzjar tal-appoġġ tekniku u organizzattiv biex ikun implimentat ir-Regolament [(EU) Nru 211/2011], u b'hekk jirfed l-eżerċitar tad-dritt taċ-ċittadini li jniedu u jappoġġaw inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;
(j)   l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, l-istrateġiji u l-għanijiet ta' politika kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.
(k)   it-tisħiħ tal-għarfien tal-programm u d-disseminazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż billi jkunu stabbiliti u appoġġati punti ta' informazzjoni dwar il-programm u netwerk nazzjonali ta' kuntatt.
1 Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – parti introduttorja
Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:
Se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-Programm abbażi ta' sett ta' indikaturi tar-riżultati maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Fejn ikun possibbli, l-indikaturi għandhom jitqassmu skont l-età, is-sess u kwalunkwe data oħra li tista' tinġabar, bħal pereżempju l-etniċità, id-diżabbiltà, l-identità tal-ġeneru. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:
Emenda 107
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – tabella
L-għadd ta' nies li ntlaħqu minn:
L-għadd ta' nies, diżaggregati skont is-sess u l-età, li ntlaħqu minn:
(i)  attivitajiet ta' taħriġ;
(i)  attivitajiet ta' taħriġ;
(ii)  it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;
(ii)  it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;
(iii)  sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni.
(iii)  sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – ringiela 1a (ġdida)
Il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll l-indikaturi tal-output li ġejjin darba fis-sena:
Emenda 109
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – ringiela 1b (new)
Għadd ta' applikazzjonijiet u attivitajiet iffinanzjati għal kull lista fl-Artikolu 9(1) u għal kull linja
Emenda 110
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – ringiela 1c (ġdida)
Il-livell tal-finanzjamenti mitlub mill-applikanti u mogħtija skont il-lista tal-Artikolu 9(1) u għal kull linja
Emenda 111
Proposta għal regolament
Anness II – tabella – ringiela 6
L-għadd ta' inizjattivi u netwerks transnazzjonali li jiffukaw fuq il-memorja u l-wirt Ewropej bis-saħħa tal-intervent tal-programm
L-għadd ta' inizjattivi u netwerks transnazzjonali li jiffukaw fuq il-kommemorazzjoni, il-wirt u d-djalogu ċivili Ewropej bis-saħħa tal-intervent tal-programm
Emenda 112
Proposta għal regolament
Anness II – tabella – ringiela 6a (ġdida)
Id-distribuzzjoni ġeografika tal-proġetti

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0468/2018).


L-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali *
PDF 560kWORD 66k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom (COM(2018)0462 – C8-0315/2018 – 2018/0245(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0041A8-0448/2018

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0462),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0315/2018),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0448/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif ġiet emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Konsegwentement, l-impenji rigward is-sigurtà nukleari, in-nonproliferazzjoni nukleari u s-sikurezza nukleari, kif ukoll l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u l-interess ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkollhom rwol kruċjali bħala gwida għall-programmazzjoni tal-azzjonijiet fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Jenħtieġ li l-objettiv tal-Programm preżenti "Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom" ikun li jiġi promoss it-twaqqif ta' sikurezza nukleari effettiva u effiċjenti, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, li jibni fuq l-attivitajiet tiegħu stess fl-Unjoni.
(3)  Jenħtieġ li l-objettiv tal-Programm preżenti "Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom" ("l-Istrument") ikun li jippromwovi t-twaqqif ta' sikurezza nukleari effettiva u effiċjenti, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, b'mod li jibni fuq l-oqfsa regolatorji u l-qsim tal-aqwa prattiki fi ħdan l-Unjoni.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Jenħtieġ li l-Istrument ma jippromwovi bl-ebda mezz l-użu ta' enerġija nukleari f'pajjiżi terzi u fl-Unjoni, iżda jiffoka b'mod partikolari fuq it-titjib tal-istandards tas-sikurezza nukleari f'livell globali filwaqt li jippromwovi livell għoli ta' protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effikaċi u effiċjenti ta' materjali nukleari.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  L-inċidenti nukleari fl-impjanti tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl fl-1986 u ta' Fukushima Daiichi fl-2011 urew biċ-ċar li l-inċidenti nukleari għandhom konsegwenzi globali devastanti għaċ-ċittadini u għall-ambjent. Dan jissottolinja l-ħtieġa tal-ogħla standards u salvagwardji tas-sikurezza nukleari u ta' sforzi kontinwi biex dawn l-istandards u s-salvagwardji jittejbu globalment, kif ukoll tal-impenn tal-Komunità fl-appoġġ għal dawn l-objettivi f'pajjiżi terzi. Jenħtieġ li tali standards u salvagwardji jirriflettu l-aktar prattiki avvanzati, partikolarment fil-governanza u fl-indipendenza regolatorja.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Dan ir-Regolament jagħmel parti mill-qafas imfassal għall-ippjanar tal-kooperazzjoni u jenħtieġ li jikkomplementa dawk il-miżuri ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI].
(4)  Dan ir-Regolament jagħmel parti mill-qafas imfassal għall-ippjanar tal-kooperazzjoni u jenħtieġ li jikkomplementa dawk il-miżuri ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI], li jaqa' taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 209, 212 u 322(1) tiegħu.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Il-Komunità hi membru tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari (1994) u tal-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza tal-Immaniġġjar ta' Fjuwil Użat u dwar is-Sigurtà tal-Immaniġġjar ta' Skart Radjuattiv (1997).
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5b (ġdida)
(5b)  It-trasparenza u l-informazzjoni pubblika b'rabta mas-sikurezza nukleari, mas-salvagwardji, mad-dekummissjonar u mal-attivitajiet ta' mmaniġġjar tal-iskart, kif tirrikjedi, pereżempju, il-Konvenzjoni ta' Aarhus (1998), huma element importanti għall-prevenzjkoni ta' impatti negattivi tal-materjal radjuattiv fuq iċ-ċittadini u l-ambjent, u għalhekk jenħtieġ li jiġu ggarantiti fil-qafas ta' dan l-istrument.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Jenħtieġ li l-Komunità tkompli tikkoopera mill-qrib, skont il-Kapitolu 10 tat-Trattat Euratom, mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (International Atomic Energy Agency, IAEA), fir-rigward tas-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari, b'segwitu għall-objettivi tal-Kapitoli 3 u 7 tat-Titolu II.
(6)  Jenħtieġ li l-Komunità tkompli tikkoopera mill-qrib, skont il-Kapitolu 10 tat-Trattat Euratom, mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (International Atomic Energy Agency, IAEA), fir-rigward tas-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari, b'segwitu għall-objettivi tal-Kapitoli 3 u 7 tat-Titolu II. Jenħtieġ, barra minn hekk, li tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rispettati fil-qasam, bħalma huma l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi/l-Aġenzija għall-Enerġija Nukleari, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u s-Sħubija Ambjentali tad-Dimensjoni tat-Tramuntana, li jsegwu objettivi simili għal dawk tal-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam mas-sikurezza nukleari. Il-koerenza, il-komplementarjetà u l-kooperazzjoni bejn dan l-istrument u dawk l-organizzazzjonijiet u l-programmi tagħhom jistgħu jwessgħu l-kamp ta' applikazzjoni u jqawwu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-miżuri ta' sikurezza nukleari madwar id-dinja. Jenħtieġ li jiġu evitati duplikazzjonijiet u tirkib bla bżonn.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Sabiex itejjeb kontinwament is-sikurezza nukleari u jsaħħaħ ir-regolamentazzjoni f'dan il-qasam fl-Unjoni, il-Kunsill adotta d-Direttivi tal-Kunsill 2009/71/Euratom, 2011/70/Euratom u 2013/59/Euratom. Dawk id-direttivi, kif ukoll l-istandards għolja ta' sikurezza nukleari u ta' dekommissjonar fil-Komunità, jenħtieġ li servu bħala linja gwida għal azzjonijiet iffinanzjati fil-qafas ta' dan l-Istrument u jenħtieġ li jimmotivaw lil pajjiżi terzi li jikkooperaw biex jimplimentaw regolamenti u standards li jkun fihom l-istess livell ta' sikurezza.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
(6b)  L-Istrument jenħtieġ li jippromwovi wkoll il-kooperazzjoni internazzjonali abbażi tal-konvenzjonijiet dwar is-sikurezza nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv. Il-pajjiżi sħab jenħtieġ li jiġu mħeġġa jsiru partijiet għal dawk il-konvenzjonijiet li jippermettu li ssir s-sistemi nazzjonali tagħhom issirilhom evalwazzjoni bejn il-pari perjodika bl-għajnuna tal-IAEA. L-evalwazzjonijiet bejn il-pari jipprovdu perspettiva esterna tal-istat tal-ħidma u tal-isfidi fir-rigward tas-sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi, li jistgħu jintużaw fl-ipprogrammar tal-appoġġ tal-Unjoni ta' livell għoli. L-Istrument jista' jibbenefika mir-rieżamijiet ta' aġenziji internazzjonali għall-enerġija nukleari rrispettati li jwettqu evalwazzjonijiet bejn il-pari u jirrapportaw lill-benefiċjarji potenzjali ta' dan l-Istrument. Is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' tali evalwazzjonijiet bejn il-pari li jsiru disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jkunu utli wkoll biex jiġu pprijoritizzati miżuri ta' appoġġ konkreti għall-pajjiżi terzi kkonċernati.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 6c (ġdida)
(6c)  Il-kunċetti tas-sikurezza nukleari u tas-sigurtà nukleari huma marbuta intrinsikament ma' xulxin, peress li nuqqasijiet ta' sikurezza nukleari, pereżempju fi proċessi ta' tħaddim sikuri, jistgħu jwasslu għal riskji għas-sigurtà nukleari, u r-riskji għas-sigurtà nukleari, speċjalment riskji ġodda, pereżempju fiċ-ċibersigurtà, jistgħu jwasslu għal sfidi ġodda għas-sikurezza nukleari. B'hekk, l-attivitajiet ta' sigurtà nukleari tal-Unjoni f'pajjiżi terzi, kif stipulati fl-Anness II tar-Regolament... [COD Nru 2018/0243 (NDICI)] u l-attivitajiet iffinanzjati permezz tal-Istrument jenħtieġ li jkunu koerenti u komplementari.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi azzjonijiet b'appoġġ għal dawn l-objettivi u jibni fuq l-azzjonijiet li preċedentement kienu appoġġati taħt ir-Regolament (Euratom) Nru 237/201424 dwar is-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali.
(7)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi azzjonijiet b'appoġġ għal dawn l-objettivi u jibni fuq l-azzjonijiet li preċedentement kienu appoġġati taħt ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2424 dwar is-sikurezza nukleari, l-immaniġġjar sikur ta' skart radjuattiv, id-dekummissjonar u r-rimedjar sikuri ta' ex siti nukleari u s-salvagwardji nukleari f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, kif ukoll fil-Viċinat skont it-tifsira ta' [COD 2018/0243, NDICI]. Bil-għan li jiġu implimentati l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u li jiġu identifikati d-difetti fil-miżuri tas-sikurezza eżistenti, l-Istrument jista' jappoġġja lill-korpi regolatorji nukleari fit-twettiq ta' valutazzjonijiet komprensivi tar-riskju u tas-sikurezza ("stress tests") ta' installazzjonijiet eżistenti, kif ukoll ta' impjanti nukleari li jkunu qed jinbnew, fuq il-bażi tal-acquis Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari u l-iskart radjuattiv, l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u l-monitoraġġ ta' miżuri rilevanti. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jinżamm infurmat regolarment mill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' sikurezza nukleari mwettqa f'pajjiżi terzi u dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tagħhom.
_______________
_________________
24 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109).
24 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Skont l-Artikolu 3 tat-TFUE, l-għan tal-Unjoni hu li ttejjeb il-benesseri taċ-ċittadini tagħha. Dan l-istrument joffri l-opportunità biex l-Unjoni ttejjeb b'mod sostenibbli s-sitwazzjoni soċjoekonomika u dik tas-saħħa tal-persuni globalment, fi ħdan il-fruntieri tagħha u lil hinn minnhom. Jenħtieġ li l-proġetti ffinanzjati minn dan l-Istrument ikunu koerenti mal-politiki interni u esterni tal-Unjoni, pereżempju billi jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli bħal dawk dwar saħħa tajba u benesseri, ilma nadif u sanità u azzjoni klimatika. Jenħtieġ li l-Istrument innifsu jsegwi l-prinċipji ta' governanza tajba u b'hekk jikkontribwixxi għall-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli dwar paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b'saħħithom.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
(7b)  Dan l-Istrument jenħtieġ li jkollu l-għan li jagħmel l-pajjiżi li jirċievu għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament jikkommettu ruħhom i jwettqu l-impenji li jirriżultaw mill-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' sħubija u ta' kooperazzjoni mal-Unjoni u mit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta' Armi Nukleari, jikkommettu ruħhom għall-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, josservaw l-istandards dwar is-sikurezza nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni u jikkommettu ruħhom għall-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u miżuri rilevanti bl-ogħla standards ta' trasparenza u pubbliċità.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 7c (ġdida)
(7c)  Jenħtieġ li dan l-Istrument, permezz tal-proġetti li jiffinanzja, jappoġġja bis-sħiħ is-sikurezza nukleari u l-miżuri ta' salvagwardja kif ukoll itejjeb is-sitwazzjoni tas-saħħa tan-nies fil-pajjiżi terzi, speċjalment ta' dawk li jgħixu qrib impjanti tal-enerġija nukleari u/jew ta' minjieri tal-uranju, inkluż ir-rimedjar sikur ta' siti relatati ma' ex minjieri tal-uranju f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari fl-Asja Ċentrali u fl-Afrika, fid-dawl tal-fatt li llum madwar 18 % tal-provvista globali tal-uranju ġejja mill-Afrika t'Isfel, min-Niġer u min-Namibja.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 7d (ġdida)
(7d)  Dan l-Istrument jenħtieġ li jkollu l-għan li l-pajjiżi li jirċievu assistenza finanzjarja skont dan ir-Regolament jikkommettu ruħhom li jġibu 'l quddiem il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u jirrispettaw l-impenji li joħorġu mill-Konvenzjonijiet ta' Espoo u ta' Aarhus.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun ibbażata fuq il-konsultazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, u fuq djalogu mal-pajjiżi sħab.
(8)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun ibbażata fuq il-konsultazzjoni, fejn din tkun f'lokha, mal-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, bħall-Grupp ta' Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari, u fuq djalogu mal-pajjiżi sħab. Tali konsultazzjonijiet jenħtieġ li, b'mod partikolari, jitwettqu matul l-iżvilupp u qabel l-adozzjoni ta' programmi indikattivi pluriennali. Jekk dan id-djalogu ma jirnexxilux isolvi l-preokkupazzjonijiet tal-Unjoni dwar is-sikurezza nukleari, jenħtieġ li l-finanzjament estern fl-ambitu ta' dan ir-Regolament ma jingħatax.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  Jenħtieġ li jiġi promoss approċċ individwali u differenzjat lejn il-pajjiżi li jingħataw appoġġ permezz tal-Istrument. Jenħtieġ li l-użu tal-Istrument ikun ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi li jingħataw l-appoġġ, kif ukoll fuq il-benefiċċju globali mistenni mill-Istrument, partikolarment f'termini ta' bidliet strutturali fil-pajjiżi kkonċernati.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 8b (ġdida)
(8b)  Il-korpi regolatorji, l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, il-kumpaniji tal-inġinerija nukleari u l-utilitajiet tal-enerġija nukleari tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-għarfien espert u l-kompetenza meħtieġa rigward l-implimentazzjoni tal-ogħla standards tas-sikurezza nukleari u tal-protezzjoni mir-radjazzjoni f'varjetà ta' sistemi regolatorji tal-Istati Membri, li jistgħu jkunu sors utli ta' appoġġ għall-pajjiżi sħab li jkunu jridu jagħmlu l-istess fl-oqfsa regolatorji u industrijali nazzjonali tagħhom.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Kull meta jkun possibbli u xieraq, jenħtieġ li r-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Komunità jkunu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta' indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiż u li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-objettivi tal-Istrument u preferibbilment fuq il-bażi tal-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb.
(9)  Jenħtieġ li r-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Komunità jkunu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta' indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiż u li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-objettivi tal-Istrument u preferibbilment fuq il-bażi tal-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb. L-indikaturi jenħtieġ li jkunu orjentati lejn il-prestazzjoni u r-riżultati, sabiex jirrikjedu aktar responsabbiltà u obbligu ta' rendikont mill-pajjiżi benefiċjarji fil-konfront tal-Unjoni u tal-Istati Membri dwar ir-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni ta' miżuri għat-titjib tas-sikurezza.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Komunità jfittxu l-aktar użu effiċjenti u tar-riżorsi disponibbli sabiex jottimizzaw l-impatt tal-azzjoni esterna tagħhom. Jenħtieġ li dan jinkiseb permezz ta' koerenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u programmi oħra tal-Unjoni. Sabiex jimmassimizza l-impatt ta' interventi kkombinati biex jintlaħaq objettiv komuni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti l-kombinazzjoni ta' finanzjamenti ma' programmi oħrajn tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż.
(10)  Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Komunità jfittxu l-użu ottimali u l-aktar effiċjenti tar-riżorsi disponibbli u li jtejbu l-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq sabiex jottimizzaw l-impatt tal-azzjoni esterna tagħhom. Jenħtieġ li dan jinkiseb permezz ta' koerenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u programmi oħra tal-Unjoni bħall-programmi ta' riċerka u taħriġ tal-Euratom. Sabiex jimmassimizza l-impatt ta' interventi kkombinati biex jintlaħaq objettiv komuni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti l-kombinazzjoni ta' finanzjamenti ma' programmi oħrajn tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(14)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jilħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità, kif ukoll l-aċċessibbiltà tagħhom għas-sħab potenzjali u l-kapaċità tagħhom li joħolqu ċertezza legali. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Sabiex titrawwem l-implimentazzjoni effiċjenti u f'waqtha tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi, il-proċessi deċiżjonali u tan-negozjati fi ħdan il-Kummissjoni u ma' pajjiżi terzi jeħtiġilhom ikunu effiċjenti u rapidi.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
1.  L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jikkomplementa dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI], b'mod partikolari sabiex jappoġġa l-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effettivi u effiċjenti ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, li jibnu fuq l-attivitajiet fil-Komunità u f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
1.  L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jikkomplementa dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI], b'mod partikolari sabiex jappoġġjaw il-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effettivi u effiċjenti ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, li jibnu fuq l-oqfsa regolatorji u fuq l-aqwa prattiki fil-Komunità u f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, kif ukoll jgħinu biex jiżguraw użu purament ċivili tal-materjal nukleari u, b'dak il-mod, il-protezzjoni taċ-ċittadini u tal-ambjent. Fi ħdan dan l-objettiv, dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jappoġġja l-implimentazzjoni ta' trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam nukleari minn awtoritajiet ta' pajjiżi terzi.
Il-kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari skont dan ir-Regolament ma għandhiex l-għan li tippromwovi l-enerġija nukleari.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a
(a)  il-promozzjoni ta' kultura effettiva tas-sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni, u titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari;
(a)  il-promozzjoni ta' kultura u governanza effettiva tas-sikurezza nukleari u t-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni li jeżistu fil-Komunità u fuq livell internazzjonali għall-attivitajiet nukleari rilevanti;
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
(b)  ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv u d-dekummissjonar u r-rimedjar ta' eks siti u stallazzjonijiet nukleari;
(b)  ġestjoni responsabbli u sikura ta' skart radjuattiv, mill-ġenerazzjoni sar-rimi finali, inkluż fjuwil użat (jiġifieri pretrattament, trattament, ipproċessar, ħżin u rimi) u d-dekummissjonar u r-rimedjar sikuri ta' eks siti u stallazzjonijiet nukleari kif ukoll siti storiċi relatati mal-estrazzjoni tal-uranju jew oġġetti u materjali radjuattivi mgħarrqa;
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c
(c)  stabbilizzazzjoni ta' sistemi effiċjenti u effettivi ta' salvagwardja.
(c)  ħolqien ta' salvagwardji effiċjenti, effettivi u trasparenti għall-materjal nukleari;
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  it-tħeġġiġ tal-promozzjoni tat-trasparenza u tal-ftuħ ġenerali tal-awtoritajiet f'pajjiżi terzi, kif ukoll l-informazzjoni lill-pubbliku u l-parteċipazzjoni tiegħu fi proċessi deċiżjonali relatati mas-sikurezza ta' stallazzjonijiet nukleari u prattiki effikaċi ta' mmaniġġjar ta' skart radjuattiv, fi qbil mal-konvenzjonijiet u l-istrumenti internazzjonali rilevanti.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt - cb (ġdid)
(cb)  l-użu tal-għarfien u tal-azzjonijiet tal-Istrument biex titkattar l-influwenza politika f'organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-enerġija u tas-sigurtà.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu żgurati l-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetà mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI, ma' Programmi oħra ta' azzjoni esterna tal-Unjoni, ma' politiki u Programmi oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.
1.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu żgurati l-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetà mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI, ma' Programmi oħra ta' azzjoni esterna tal-Unjoni, ma' politiki u ma' atti leġiżlattivi rilevanti oħra bħad-Direttivi 2009/71/Euratom, 2011/70/Euratom u 2013/59/Euratom, ma' għanijiet u valuri tal-Unjoni u ma' Programmi bħall-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkomplementa Orizzont Ewropa, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-kooperazzjoni tagħha mal-pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet li jkollhom objettivi simili, b'mod partikolari mal-IAEA u mal-OECD/NEA. Permezz ta' din il-koordinazzjoniil-Komunità u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jevitaw kwalunkwe duplikazzjoni ta' azzjonijiet jew finanzjament b'rabta mal-pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-operaturi Ewropej fit-twettiq tal-kompitu tagħha, biex b'hekk tisfrutta l-kwalità tal-kompetenza Ewropea fil-qasam tas-sikurezza u tas-salvagwardji nukleari.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 300 miljun fi prezzijiet attwali.
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 266 miljun fi prezzijiet kostanti.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
Il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali, u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma' pajjiżi sħab, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta' summits jew laqgħat ta' livell għoli ma' pajjiż sħab, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Kommunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta' politika ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
L-acquis tal-Komunità relatat mas-sikurezza nukleari u l-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali, u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma' pajjiżi sħab, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta' summits jew laqgħat ta' livell għoli ma' pajjiż sħab, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Kommunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta' politika ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Komunità u fuq il-bażi tal-qafas politiku msemmi fl-Artikolu 5.
2.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi, ir-reġjuni jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Komunità u fuq il-bażi tal-qafas politiku msemmi fl-Artikolu 5.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jikkostitwixxu bażi ġenerali għall-kooperazzjoni, u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet tal-Komunità għall-kooperazzjoni taħt dan ir-Regolament, fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-pajjiżi kkonċernati, il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jindikaw ukoll il-valur miżjud tal-kooperazzjoni u kif għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' programmi u inizjattivi oħrajn, b'mod partikolari dawk ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom objettivi simili u donaturi ewlenin.
3.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jikkostitwixxu bażi ġenerali għall-kooperazzjoni, u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet tal-Komunità għall-kooperazzjoni taħt dan ir-Regolament, skont il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi tal-pajjiżi kkonċernati, il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jindikaw ukoll il-valur miżjud tal-kooperazzjoni u kif għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' programmi u inizjattivi oħrajn, b'mod partikolari dawk ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom objettivi simili u donaturi ewlenin.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li l-pajjiżi li jirċievu għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament jikkommettu ruħhom li jwettqu l-impenji li jirriżultaw mill-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' sħubija u ta' kooperazzjoni mal-Unjoni u mit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta' Armi Nukleari, jikkommettu ruħhom għall-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, josservaw l-istandards dwar is-sikurezza nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni u jikkommettu ruħhom għall-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u miżuri rilevanti bl-ogħla standards ta' trasparenza u pubbliċità.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jistabbilixxu qafas għal sorveljanza indipendenti u kwalifikata biex iqawwu l-livell ta' sikurezza nukleari tal-pajjiżi sħab. Jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet dwar appoġġ lill-awtoritajiet regolatorji nuklerai fit-twettiq ta' valutazzjonijiet komprensivi tar-riskju u tas-sikurezza ("testijiet tal-istress") tal-installazzjonijiet tal-enerġija nukleari, abbażi tal-acquis tal-Komunità dwar is-sikurezza nukleari u l-iskart radjuattiv, kif ukoll l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dawk it-testijiet tal-istress u l-applikazzjoni ta' miżuri ta' monitoraġġ rilevanti, pereżempju f'pajjiżi aderenti, f'pajjiżi kandidati , f'kandidati potenzjali, kif ukoll f'pajjiżi kopruti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 5
5.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi jew mar-reġjuni.
5.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi jew mar-reġjuni. Fit-tfassil tal-programmi u qabel l-adozzjoni taagħhom, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Grupp ta' Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari (ENSREG) u, fejn dan ikun f'loku, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi indikattivi pluriennali skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-Kummissjoni ssegwi l-istess proċedura u għandha tirrevedi u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna dawk il-programmi indikattivi.
6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi indikattivi pluriennali skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tagħhom f'nofs it-terminu u, bl-istess proċedura, jekk ikun meħtieġ, tirrevedi u taġġorna dawk il-programmi indikattivi.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  pjanijiet ta' azzjoni, miżuri speċjali u miżuri ta' appoġġ li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 000 000;
(a)  miżuri individwali u miżuri ta' appoġġ, li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 000 000;
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b
(b)  nefqa relatata mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni u l-komunikazzjoni korporattiva u l-viżibbiltà tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.
(b)  nefqiet relatati mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni u l-komunikazzjoni korporattiva u l-viżibbiltà tal-prijoritajiet politiċi, l-għanijiet u l-valuri tal-Unjoni.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Kriterji li japplikaw għall-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza Nukleari
1.   Kwalunkwe qbil komuni u ftehim reċiproku bejn il-pajjiż terz u l-Komunità għandu jiġi kkonfermat permezz ta' talba formali lill-Kummissjoni, li tikkommetti lill-Gvern rispettiv.
2.   Il-pajjiżi terzi li jkunu jixtiequ jikkooperaw mal-Komunità għandhom ikunu membri tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u għandu jkollhom il-Protokoll Addizzjonali tiegħu jew ftehim ta' salvagwardji suffiċjenti mal-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika li jkun suffiċjenti biex jagħti assigurazzjoni kredibbli li l-materjal nukleari ddikjarat ma jiġix iddevjat minn attivitajiet nukleari paċifiċi u li ma jkunx hemm materjal jew attivitajiet nukleari mhux iddikjarati f'dak l-istat kollu kemm hu. Għandhom ukoll jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji tas-sikurezza fundamentali kif stipulati fl-Istandards tas-Sikurezza tal-IAEA u jkunu parti fil-Konvenzjonijiet rilevanti, bħall-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari u l-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sigurtà tal-Immaniġġjar ta' Fjuwil Użat u dwar is-Sigurtà tal-Immaniġġjar ta' Skart Radjuattiv, jew ikunu ħadu passi li juru impenn sod li jaderixxu ma' tali Konvenzjonijiet. F'każ ta' kooperazzjoni attiva, dan l-impenn għandu jiġi evalwat kull sena fil-qies tar-Rapporti Nazzjonali u ta' dokumenti oħra dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet rilevanti. Abbażi ta' tali evalwazzjoni, għandha tittieħed deċiżjoni igward it-tkomplija tal-kooperazzjoni. F'każijiet ta' emerġenza, għandha tintwera flessibbiltà, fuq bażi eċċezzjonali, fl-applikazzjoni ta' dawk il-prinċipji.
3.   Għall-iżgurar u għall-monitoraġġ tal-konformità mal-objettivi ta' kooperazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jaċċetta l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet imwettqa skont il-paragrafu 2. Din l-evalwazzjoni għandha tippermetti l-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità mal-objettivi maqbula u tista' tkun kundizzjoni biex tkompli titħallas il-kontribuzzjoni tal-Komunità.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
(1)  Il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 31 il-paragrafi 2, 4, 5 u 6, u l-Artikoli 32 u 36 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI.
(1)  Il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 31 il-paragrafi 2, 4, 5 u 6, u l-Artikoli 32 u 36 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI. L-evalwazzjonijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI, relatati mas-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u s-salvagwardji tar-radjazzjoni, wara li jiġi kkonsultat l-ENSREG, għandhom jiġu diskussi fil-kumitat tal-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u jitressqu lill-Parlament Ewropew.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a
(a)  in-numru ta' atti legali u regolatorji mħejjija, introdotti jew riveduti; kif ukoll
(a)   in-numru ta' atti legali u regolatorji mħejjija, introdotti jew riveduti u l-implimentazzjoni tagħhom b'suċċess, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq l-istandards u s-salvagwardji tas-sikurezza nukleari fil-pajjiżi rispettivi, inkluż l-impatt fuq iċ-ċittadini u l-ambjent;
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b
(b)  in-numru ta' disinn, kunċett jew studji ta' fattibbiltà għall-istabbiliment ta' faċilitajiet skont l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari.
(b)   in-numru ta' studji dwar id-disinn, il-kunċett jew il-fattibbiltà għall-istabbiliment ta' faċilitajiet skont l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni b'suċċess tar-riżultati ta' dawk l-istudji.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  il-miżuri implimentati fil-faċilitajiet nukleari b'rabta mas-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, u miżuri effikaċi u effiċjenti ta' titjib fis-salvagwardji, abbażi tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni u salvagwardji nukleari, inklużi riżultati ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari fil-livell internazzjonali.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Trasparenza
Il-Kummissjoni u l-pajjiżi terzi li jikkooperaw mal-Unjoni fl-ambitu ta' dan l-Istrument għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa b'rabta mal-miżuri ta' sikurezza nukleari meħuda f'dawk il-pajjiżi terzi bl-għajnuna tal-Istrument u b'rabta mal-istandards tas-sikurezza nukleari ta' dawk il-pajjiżi b'mod ġenerali tkun disponibbli għall-ħaddiema u għall-pubbliku ġenerali, b'kunsiderazzjoni speċifika tal-awtoritajiet lokali, tal-popolazzjoni u tal-partijiet ikkonċernati fl-inħawi ta' installazzjoni nukleari. Dak l-obbligu għandu jinkludi li jiġi żgurat li l-awtorità regolatorja kompetenti u d-detenturi ta' liċenzja jipprovdu informazzjoni fi ħdan l-oqsma ta' kompetenza tagħhom. L-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-leġiżlazzjoni u l-istrumenti internazzjonali rilevanti, sakemm dan ma jipperikolax interessi prevalenti oħra, bħal dawk tas-sigurtà, li jkunu rikonoxxuti fil-leġiżlazzjoni jew fl-istrumenti internazzjonali rilevanti.

Il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali
PDF 438kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/7/UE dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (2018/2056(INI))
P8_TA-PROV(2019)0042A8-0456/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/7/UE (COM(2016)0534) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjah (SWD(2016)0278),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar l-Istrateġija għas-Suq Uniku(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-aċċess għall-finanzi għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u ż-żieda tad-diversità tal-finanzjament tal-SMEs f'Unjoni tas-Swieq Kapitali(3),

–  wara li kkunsidra l-analiżi profonda bit-titlu "Directive 2011/7/EU on late payments in commercial transactions: European Implementation Assessment" (id-Direttiva 2011/7/UE dwar il-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali: Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea" ippubblikata mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew f'Lulju 2018,

–  Wara li kkunsidra l-European Payment Reports ippubblikati minn Intrum,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) ta', u l-Anness 3 għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0456/2018),

A.  billi l-ħlasijiet huma l-forza vitali tan-negozji, u f'ambjenti tan-negozju vijabbli u effiċjenti ħlasijiet fil-pront jippermettu lin-negozji jħallsu lura l-obbligazzjonijiet tagħhom b'mod f'waqtu u jespandu, jinvestu, joħolqu l-impjiegi, jiġġeneraw tkabbir ekonomiku usa' u jibbenefikaw lill-ekonomija Ewropea b'mod ġenerali;

B.  billi l-parti l-kbira tal-oġġetti u s-servizzi li huma fornuti u pprovduti fis-suq intern bejn aġenti ekonomiċi jew bejn aġenti ekonomiċi u awtoritajiet pubbliċi huma abbażi ta' ħlasijiet differiti, f'sistema fejn il-fornitur jagħti lill-klijent tiegħu terminu ta' ħlas tal-fattura, skont dak li huwa miftiehem bejn il-partijiet u dak li huwa stabbilit fil-fattura tal-fornitur jew fid-dispożizzjonijiet legali rilevanti;

C.  billi l-ħlasijiet tard huma prattika persistenti dannuża li għandha effett negattiv fuq l-iżvilupp tal-kumpaniji Ewropej, b'mod partikolari l-SMEs, li ma għandhomx flussi prevedibbli ta' likwidità meta jkun hemm ħlas tard;

D.  billi l-kumpaniji żgħar u medji huma b'mod speċjali affettwati awtomatikament, u dan jinfluwenza b'mod negattiv il-likwidità tagħhom, jikkomplika l-ġestjoni finanzjarja tagħhom u jaffettwa l-kompetittività u l-profitabbiltà tagħhom;

E.  billi negozji kbar għandhom aktar riżorsi għad-dispożizzjoni tagħhom mill-SMEs biex jipproteġu lilhom infushom minn ħlasijiet tard, pereżempju permezz ta' ħlas minn qabel, kontrolli tal-kreditu, ġbir ta' dejn, garanziji bankarji jew assigurazzjoni ta' kreditu, u jinsabu wkoll f'qagħda aħjar biex jisfruttaw l-ambjent ta' rata tal-imgħax globali baxxa biex iżidu l-investimenti u l-ingranaġġ tan-negozjati tagħhom;

F.  billi skont id-Direttiva 2011//7/UE (id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard), l-awtoritajiet pubbliċi għandhom "responsabbiltà speċjali"(4) fit-trawwim ta' ambjent tan-negozju li jappoġġa l-ħlasijiet fil-ħin;

G.  billi d-Direttiva dwar il-Ħlas Tard tipprevedi fost l-oħrajn perjodi ta' ħlas għal tranżazzjonijiet bejn in-negozji (B2B) u bejn awtoritajiet pubbliċi u negozji (PA2B), intitolament awtomatiku għal imgħax għal ħlas tard, minimu ta' EUR 40 f'kumpens għall-ispejjeż ta' rkupru, u imgħax statutorju ta' mill-anqas 8 % ogħla mir-rata ta' referenza tal-Bank Ċentrali Ewropew;

H.  billi, minkejja t-tnaqqis ġenerali fit-tul medju tal-perjodi ta' ħlas miġjuba mid-Direttiva dwar il-Ħlas Tard, 6 minn kull 10 negozji fl-UE xorta jitħallsu aktar tard fi tranżazzjonijiet B2B minn dak li kien miftiehem fil-kuntratt;

I.  billi, meta wieħed iqis id-daqs ta' kumpanija, hemm aktar probabbiltà li l-SMEs jaċċettaw jew jiġu imposti fuqhom termini ta' ħlas inġusti minn kumpaniji ikbar minħabba l-iżbilanċ tal-poter tan-negozjar u l-biża li jagħmlu ħsara lir-relazzjonijiet ta' negozju jew li jitilfu kuntratt futur;

J.  billi, skont il-Barometru Atradius dwar il-prattiki ta' ħlas, 95 % tal-SMEs jiddikjaraw li jitħallsu tard fl-Ewropa, li huwa proporzjon ogħla minn kumpaniji kbar, u dan għaldaqstant jippermetti l-konklużjoni li l-SMEs għandhom it-tendenza li jħallsu aktar malajr minn kumpaniji kbar, iżda jdumu biex jitħallsu;

K.  billi l-ħlas tard jaffettwa lis-setturi ekonomiċi kollha, iżda huwa partikolarment mifrux fis-setturi bi prevalenza ta' SMEs fil-katina tal-valur rilevanti (pereżempju l-kostruzzjoni, l-utilitajiet u t-trasport, is-servizzi professjonali, il-manifattura, l-ikel u x-xorb, u l-IT/telekomunikazzjonijiet);

L.  billi l-ħlas tard għadu jirrappreżenta l-kawża ta' falliment wieħed minn kull erba' fl-UE;

M.  billi l-ħlasijiet tard joħolqu spejjeż addizzjonali għal kumpaniji billi jridu jinvestu r-riżorsi tagħhom biex jiġru wara dawk li jħallsu tard jew ikollhom iħallsu l-imgħax fuq il-kreditu kuntrattat sabiex ikomplu bl-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom;

N.  billi l-ħlas tard jew il-biża' li jitħallsu tard għadu wieħed mill-ostakli ewlenin għall-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-kuntratti ta' akkwist pubbliku;

O.  billi għal kull jum ta' ħlas tard, jistgħu jiġu ffrankati EUR 158 miljun fl-ispejjeż finanzjarji, u l-fluss ta' flus addizzjonali jista' jappoġġa 6.5 miljun impjieg addizzjonali fl-Ewropa;

P.  billi l-Kummissjoni nediet proċeduri ta' ksur kontra erba' Stati Membri (il-Greċja, is-Slovakkja, Spanja u l-Italja) rigward l-applikazzjoni mhux adegwata tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard u rreferiet lill-Italja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

Q.  billi ċerti Stati Membri nedew inizjattivi biex ixerrdu kultura ta' ħlas fil-pront, permezz tal-Kodiċijiet ta' Ħlas fil-Ħin, impenn volontarju fil-livell tal-industrija jew sinerġiji aktar b'saħħithom mar-regoli tal-akkwist pubbliku;

R.  billi r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard ippubblikat fl-2016 ikkonkluda li l-fatt li l-kumpaniji kienu jafu dwar id-drittijiet tagħhom skont id-Direttiva ma jfissirx, madankollu, li kienu qed jieħdu vantaġġ minn dawk id-drittijiet, u li n-nuqqas ta' sistema komuni għall-monitoraġġ ta' perjodu ta' ħlas medji, in-nuqqas ta' ċarezza dwar xi kunċetti ewlenin tad-Direttiva u l-iżbilanċ tas-suq bejn kumpaniji akbar u dawk iżgħar jidher li huma l-fatturi ewlenin li jipprevjenu l-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva;

S.  billi l-ħlas tard huwa problema kumplessa, b'ħafna fatturi, ikkawżata minn motivaturi orizzontali u hija komuni fis-setturi kollha u fit-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet (bħal kwistjonijiet ta' flussi ta' flus, żbilanċi ta' poter u daqs bejn il-kumpaniji, l-istruttura tal-katina tal-provvista, l-ineffiċjenza amministrattiva, l-aċċess limitat għall-kreditu, in-nuqqas ta' għarfien dwar il-ġestjoni tal-fatturi u tal-kreditu) u bl-influwenza ta' fatturi esterni (jiġifieri s-sitwazzjoni ekonomika u l-kultura tan-negozji nazzjonali), mhuwiex possibbli li tinstab soluzzjoni waħda li ssolvi l-kwistjonijiet kollha;

T.  billi l-proposta għal direttiva dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel (COM(2018)0173) tinkludi dispożizzjonijiet rigward il-ħlas tard għal oġġetti li jitħassru u l-ħatra mill-Istati Membri ta' awtorità tal-infurzar biex timmonitorja l-konformità mar-regoli;

U.  billi l-problemi li jwasslu għall-ħlas tard iridu jiġu indirizzati permezz ta' kombinazzjoni ta' miżuri legali u volontarji, b'interventi mmirati li jinvolvu lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-assoċjazzjonijiet tan-negozji; billi tali kombinazzjoni tkun tinkludi miżuri preventivi li jimmiraw kwistjonijiet li jinħolqu qabel issir tranżazzjoni u soluzzjonijiet ta' rimedju li jindirizzaw kwistjonijiet wara li tkun saret tranżazzjoni; billi tali intervent, kemm jekk ikun regolatorju kif ukoll volontarju, għandu jqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur ekonomiku kkonċernat;

It-titjib tal-imġiba tal-ħlas fl-UE permezz ta' kombinazzjoni ta' miżuri legali u volontarji

1.  Jemmen li kemm id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard kif ukoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ħlas tard għandhom jiġu infurzati aħjar, fil-ħin u b'mod effettiv, permezz tar-rispett għal-limiti massimi stabbiliti biex jitħallsu l-fatturi u permezz ta' miżuri li jkollhom l-għan li jtejbu r-regoli dwar it-termini ta' ħlas u li jiskoraġġixxu prattiki inġusti; jinnota li dawn ir-regoli jistgħu jiġu kategorizzati skont in-natura tagħhom (legali jew volontarja), il-kamp ta' applikazzjoni (orizzontali jew speċifiku għas-settur) u l-objettiv (ta' prevenzjoni, rimedju jew bidla fil-kultura tan-negozju); jikkunsidra li b'mod parallel f'ċerti Stati Membri, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ u l-azzjoni għal ksur bdew joħolqu bidla fil-kultura fl-amministrazzjoni pubblika fl-UE kollha, ikkaratterizzata minn tnaqqis ġenerali tad-dewmien fil-ħlas;

2.  Isostni li m'hemmx approċċ universali għall-indirizzar tal-kwistjoni tal-ħlasijiet tard, peress li f'ċerti setturi B2B skadenzi itwal għall-ħlas, li f'kull każ ma jaqbżux it-termini stabbiliti fid-Direttiva 2011/7/UE, jistgħu f'ċerti każijiet ikunu konformi mal-ħtiġijiet tan-negozji, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet ta' kull settur; jenfasizza, madankollu, li għandhom isiru sforzi biex nersqu lejn skadenzi ta' ħlas ta' 30 jum u li l-iskadenzi tal-ħlas li jmorru lil hinn minn 60 jum, kif permess mid-Direttiva 2011/7/UE, huma lakuna li jistgħu jippermettu l-ftehim ta' termini twal li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-kumpaniji nfushom, speċjalment għall-SMEs, filwaqt li tiġi rispettata l-libertà kuntrattwali bejn l-impriżi fis-suq; jenfasizza l-importanza li dejjem jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-intrapriżi f'pożizzjonijiet dominanti u operaturi żgħar;

Miżuri preventivi

3.  Jemmen li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu termini ta' ħlas aktar stretti; jinnota li xi Stati Membri llimitaw it-terminu ta' ħlas standard għal 30 jum, filwaqt li ftit Stati Membri biss introduċew termini ta' ħlas massimi li l-partijiet ma jistgħux jiddevjaw minnhom; jinnota barra minn hekk li, fil-livell settorjali, l-introduzzjoni ta' termini ta' ħlas massimi hija aktar komuni; iqis li l-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi termini ta' ħlas aktar stretti tkun effettiva fit-tnaqqis ta' termini ta' ħlas sa ċertu punt u, dment li tiġi infurzata, toħloq kundizzjonijiet ekwi bejn kumpaniji kbar u żgħar; jirrimarka, f'dan il-kuntest, li sett ta' regoli aktar uniformi u simplifikat jiċċara dak li l-kredituri u d-debituri jistgħu jistennew fil-każ ta' ħlas tard u għaldaqstant itejjeb il-prevedibbiltà tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom;

4.  Iqis li l-introduzzjoni ta' trasparenza msaħħa dwar l-imġiba tal-ħlas tista' tiskoraġġixxi l-ħlas tard; jemmen li l-aċċess għal din l-informazzjoni jista' jaġixxi bħala inċentiv għall-entitajiet pubbliċi u n-negozji biex itejbu l-prattiki ta' ħlas tagħhom u jirrispettaw l-obbligi monetarji tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkunsidraw forom differenti possibbli ta' pubblikazzjoni obbligatorja ta' informazzjoni dwar imġiba ta' ħlas, bħal bażijiet ta' data jew reġistri, kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku;

5.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw l-istabbiliment ta' sistemi mandatorji li jipprovdu informazzjoni dwar imġiba tajba tal-ħlas ("semmi u faħħar") u jrawmu kultura ta' ħlas fil-pront fir-relazzjonijiet tan-negozju, minħabba l-fatt, fost l-oħrajn, li ntwera li l-ħlas fil-pront huwa strateġija intelliġenti tan-negozju peress li pagaturi responsabbli jistgħu jinnegozjaw ftehimiet aħjar u jiddependu fuq fornituri affidabbli; jitlob lill-Kummissjoni twettaq studju dwar is-sistemi nazzjonali eżistenti li jipprovdu informazzjoni dwar imġiba tajba tal-ħlas ("semmi u faħħar") kemm tan-negozji kif ukoll tal-awtoritajiet pubbliċi, u tesplora l-fattibbiltà li tistabbilixxi kriterji komuni għal dawn is-sistemi fil-livell tal-UE;

6.  Jenfasizza l-importanza li l-intraprendituri, partikolarment l-SMEs, jingħataw aktar informazzjoni u edukazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kreditu u tal-fatturi; ifakkar li ġestjoni effettiva tal-kreditu tqassar il-perjodu medju tal-ġbir u żżomm fluss ottimali tal-flus, u b'hekk tnaqqas ir-riskju ta' inadempjenza u żżid il-potenzjal għat-tkabbir; jemmen li l-uffiċjali fl-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom ukoll jirċievu t-taħriġ u li l-edukazzjoni u l-appoġġ jistgħu jżidu l-possibbiltà li l-SMEs jieħdu vantaġġ mir-rimedji tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard; jinnota li sfortunatament l-SMEs ta' spiss ma jkollhomx il-kapaċità li jinvestu fit-taħriġ u li bħalissa m'hemmx programmi fil-livell tal-UE jew fil-livell nazzjonali li jiffukaw fuq it-titjib tal-għarfien tan-negozji dwar il-ġestjoni tal-kreditu u tal-fatturi; jemmen li aktar fondi tal-UE għandhom possibbilment ikunu diretti lejn l-edukazzjoni finanzjarja tal-SMEs u għalhekk iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom fil-provvista ta' aktar taħriġ għall-SMEs fil-ġestjoni tal-kreditu; iqis, barra minn hekk, li t-taħriġ u l-appoġġ għandhom jinkludu wkoll linji gwida għall-irkupru ta' ħlas pendenti fi tranżazzjonijiet transfruntiera, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tkompli tintegra dawn il-linji gwida u informazzjoni utli oħra, bħad-drittijiet u l-istrumenti disponibbli għall-intraprendituri fi kwistjonijiet legali mad-debituri, fil-portal ta' informazzjoni "L-Ewropa Tiegħek" u tiżgura appoġġ għan-negozji permezz tan-Netwerk Enterprise Europe;

Miżuri ta' rimedju

7.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-assoċjazzjonijiet tan-negozji jikkunsidraw biex jistabbilixxu servizzi ta' medjazzjoni kunfidenzjali nazzjonali u reġjonali mingħajr ħlas (medjazzjoni, konċiljazzjoni, arbitraġġ u aġġudikazzjoni) li jkunu aċċessibbli għall-kumpaniji kollha, bħala alternattiva għall-proċedimenti tal-qorti, biex isolvu tilwim dwar ħlasijiet u jżommu relazzjonijiet ta' negozju, iżda wkoll biex jedukaw lill-kumpaniji dwar id-drittijiet tagħhom u r-rimedji kontra l-ħlas tard; jenfasizza li dawn is-servizzi ta' medjazzjoni jkunu partikolarment utli għall-SMEs, li spiss ma jkollhomx mezzi finanzjarji adegwati biex jindirizzaw tilwim legali u minħabba f'hekk jirrinunzjaw milli jinvokaw id-drittijiet tagħhom; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri biex iqisu kif xieraq il-possibbiltà li jiffinanzjaw pubblikament ombudsmen indipendenti responsabbli għall-investigazzjoni ta' tilwim dwar ħlas tard u nuqqas ta' ħlas, li jgħinu lil negozji żgħar biex isolvu t-tilwim dwar ħlas tard u nuqqas ta' ħlas, u jagħtu pariri dwar azzjoni fil-każ ta' arrettrati ta' ħlas u jirrakkomandaw soluzzjonijiet, b'mod partikolari għall-SMEs; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw aċċess effettiv għall-ġustizzja fi kwistjonijiet relatati mal-irkupru tad-dejn fi tranżazzjonijiet transfruntiera;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jinfurzaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u jinkoraġġixxu u jtejbu kontrolli aktar stretti, b'mod partikolari fost kumpaniji kbar, u l-użu ta' sanzjonijiet amministrattivi li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u b'hekk jikkontribwixxu għat-titjib fl-imġiba tal-ħlas; isostni li intervent dirett mill-awtoritajiet pubbliċi, peress li huma jinfurzaw sanzjonijiet amministrattivi, jista' jgħin biex jingħeleb "il-fattur ta' biża'" u jeħles lill-kredituri mir-responsabbiltà li jieħdu azzjoni kontra debituri, peress li l-awtoritajiet jinfurzaw direttament il-liġi u jieħdu azzjoni ta' diskrezzjoni kontra intrapriżi involuti fi prattiki ta' ħlas ħżiena; jemmen li l-valur tas-sanzjonijiet amministrattivi u n-natura kumulattiva tagħhom jistgħu jiskoraġġixxu lill-kumpaniji milli jħallsu tard u jissottolinja li dan ir-reġim għandu jiġi applikat progressivament skont il-livell ta' konformità tal-kumpanija;

9.  Jirrimarka li, minkejja l-fatt li d-Direttiva dwar il-Ħlas Tard ġiet adottata fi Frar 2011 u minkejja l-mekkaniżmi l-ġodda għall-protezzjoni tal-intraprendituri li ċerti Stati Membri stabbilixxew riċentement, eluf ta' SMEs u negozji ġodda madwar l-Ewropa jfallu kull sena waqt li jistennew li l-fatturi tagħhom jitħallsu, anke mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw forom obbligatorji ta' kumpens adegwat, bħat-tpaċija u miżuri oħra ta' appoġġ, bħal pereżempju, fondi ta' garanzija għall-SMEs u fatturament għal kumpaniji li għandhom jingħataw flus minn awtorità pubblika, sabiex ma jkunux imġiegħla jfallu minħabba fiha;

10.  Jenfasizza li d-djun tat-taxxa, fiskali u tas-sigurtà soċjali tal-kumpaniji għandhom jiġu kkumpensati bi kwalunkwe ammont pendenti dovut mill-awtoritajiet pubbliċi;

11.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex joħolqu fondi ta' garanzija għall-SMEs li jagħtu garanzija tad-djun mal-banek tal-SMEs li għandhom jingħataw flus mill-awtoritajiet pubbliċi;

12.  Jinnota bi tħassib kbir is-sitwazzjoni f'xi Stati Membri, fejn l-awtoritajiet pubbliċi dewmu ħafna ħlasijiet għal oġġetti u/jew servizzi fornuti lilhom minn impriżi (is-settur tas-saħħa kien l-aktar wieħed affettwat), inkluż fi klawżoli ta' nonassenjazzjoni ta' kuntratti ta' provvista u pprevenew (permezz tal-liġi) lil fornituri milli jinfurzaw it-talbiet tagħhom fil-qrati, u dan wassal lil dawk in-negozji f'diffikultajiet finanzjarji estremi jew saħansitra falliment; jemmen li, sabiex jiġu appoġġati n-negozji li l-ġestjoni finanzjarja tagħhom hija kkumplikata minħabba dewmien fil-ħlas mill-awtoritajiet pubbliċi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' rifużjoni tal-VAT u tal-irkupru tal-flus aktar mgħaġġla u effiċjenti, speċjalment għall-SMEs;

13.  Jirrimarka li l-karti u l-kodiċijiet tal-ħlas fil-pront u l-miżuri ta' responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR), flimkien ma' awditjar intern u kriterji ta' infurzar interni, jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' kultura ta' ħlas responsabbli u għall-iżgurar ta' relazzjonijiet ġusti u fiduċja fost in-negozji;

14.  Isostni li ċerti kunċetti tad-Direttiva, bħat-terminu "inġust għall-aħħar" b'rabta mat-termini tal-ħlas fi ftehimiet kuntrattwali u prattiki kummerċjali, u meta t-termini kuntrattwali ta' ħlas jibdew u jispiċċaw għandhom jiġu ċċarati, permezz ta' gwida maħruġa mill-Kummissjoni; jinnota wkoll il-ġurisprudenza emerġenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta' ċerti kunċetti tad-Direttiva (pereżempju "impriża", "tranżazzjoni kummerċjali" u "inġust għall-aħħar" fil-Kawżi C-256/15 u C-555/14);

15.  Iqis li huwa importanti li jiġi evitat li s-settur pubbliku jiddevja mir-regoli dwar l-iskadenzi tal-ħlas stabbiliti fid-Direttiva; Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (Kawża C-555/14), biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet pubbliċi jħallsu lill-fornituri tagħhom fil-ħin u li l-kredituri jirċievu l-ħlas awtomatiku tal-imgħax statutorju fuq ħlas tard u kumpens meta l-ħlasijiet jaslu tard mingħajr il-ħtieġa għal proċedimenti ta' ħlas pendenti, u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi komputazzjoni awtomatika tal-imgħax;

16.  Jenfasizza li l-ħlasijiet malajr huma estremament importanti għas-sopravivenza u t-tkabbir tan-negozji, partikolarment l-SMEs; jinnota li t-teknoloġija finanzjarja u t-teknoloġiji diġitali qed jirrevoluzzjonaw il-mezzi u l-ħeffa tal-ħlasijiet; jistenna, għalhekk, żieda qawwija fil-fatturazzjoni elettronika u s-sostituzzjoni gradwali ta' tipi tradizzjonali ta' ħlasijiet b'tipi innovattivi (pereżempju l-finanzjament tal-katina tal-provvista, il-fatturament, eċċ.), sabiex il-kreditur ikun jista' jitħallas fil-ħin reali hekk kif tinħareġ il-fattura;

17.  Jinnota b'interess kbir il-proċeduri stabbiliti f'ċerti Stati Membri fil-każ ta' ħlas tard mill-awtoritajiet pubbliċi, li permezz tagħhom il-gvern ċentrali jista' joħroġ twissija lil awtorità lokali jekk din tal-aħħar ma tkunx ħallset lill-fornituri tagħha fil-ħin u, jekk il-ħlas tard jippersisti, tista' tħallas lill-fornituri direttament għall-oġġetti jew għas-servizzi pprovduti, tissospendi l-allokazzjonijiet tal-ħlas lill-baġit tal-awtorità lokali li ma tkunx konformi; iqis li sistema bħal din, li tikkombina monitoraġġ affidabbli tal-prestazzjonijiet tal-ħlas tal-korpi pubbliċi bi pjan ta' eskalazzjoni effettiv, ikkomunikat b'mod wiesa' meta attivat, tidher li pproduċiet riżultati li jistħoqqilhom analiżi ulterjuri u jenħtieġ li tiġi kkomunikata lill-Istati Membri bħala eżempju ta' prattika tajba;

18.  Jinnota bi tħassib il-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni, li jiddikjaraw li r-raġuni ewlenija għad-ditti kredituri li jonqsu milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard hija l-biża' li jagħmlu ħsara lir-relazzjonijiet tan-negozju tajbin; jemmen, f'dan ir-rigward, li għandha tittieħed azzjoni sabiex ikun aktar faċli għall-SMEs li jinfurzaw id-drittijiet mogħtija skont id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard; jitlob, f'dan il-kuntest, li tiġi eżaminata ulterjorment il-possibbiltà, stabbilita fl-Artikolu 7(5) tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard, għal organizzazzjonijiet li uffiċjalment jirrappreżentaw lill-impriżi biex jieħdu azzjoni quddiem il-qrati tal-Istati Membri fuq il-bażi li termini jew prattiki kuntrattwali huma inġusti għall-aħħar;

19.  Ifaħħar ċerti inizjattivi fil-livell tal-industrija f'xi Stati Membri li skonthom korporazzjonijiet parteċipanti impenjaw ruħhom li jiżguraw li l-fornituri iżgħar tagħhom jitħallsu aktar malajr għall-prodotti jew għas-servizzi li jfornu u ddeskrivew fid-detall il-passi konkreti li se jieħdu; jinnota li d-divulgazzjoni pożittiva tal-ismijiet ("semmi u faħħar") tista' tipproduċi r-riżultati mistennija permezz tal-awtoregolamentazzjoni fil-livell industrijali u tipprovdi appoġġ sostanzjali għall-SMEs;

20.  Jenfasizza l-importanza tal-akkwist pubbliku bħala mezz biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku; jitlob biex jitqiesu s-sinerġiji mtejba bejn id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard u r-regoli dwar l-akkwist pubbliku, b'mod partikolari l-possibbiltà għall-awtoritajiet kontraenti li jieħdu azzjoni biex jippermettu l-esklużjoni ta' kuntratturi mhux produttivi minn akkwisti futuri jekk is-sottokuntratturi ma jitħallsux fil-ħin mill-kuntrattur ewlieni meta jkun meħtieġ li jagħmel hekk (id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku)(5), użu aktar mifrux tal-għażla stabbilita fl-Artikolu 71(3) tad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku li tippermetti ħlas dirett lil sottokuntratturi taħt ċerti kundizzjonijiet, u li l-imġiba tal-ħlas lejn is-sottokuntratturi ssir waħda mill-kriterji li fuqhom għandha ssir evalwazzjoni tal-kapaċità finanzjarja ta' kuntratturi potenzjali f'offerti pubbliċi; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw it-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-ħlas mill-awtoritajiet pubbliċi lill-kuntratturi u s-sottokuntratturi, u tal-ħlas mill-kuntrattur lis-sottokuntratturi jew lill-fornituri tiegħu;

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

21.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu r-responsabbiltà sħiħa fl-eżerċizzju tal-ħlas mill-amministrazzjoni pubblika u jtejbu l-leġiżlazzjoni tagħhom biex jiżguraw l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard fil-partijiet kollha tagħha, anke billi jeliminaw kwalunkwe liġi domestika, regolament jew prattika kuntrattwali mis-settur pubbliku li jkunu f'kunflitt mal-għanijiet tad-Direttiva, bħall-projbizzjonijiet fuq l-infurzar u l-assenjazzjoni għal riċevibbli tas-settur pubbliku; itenni, b'mod parallel, li l-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex tipprova tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u adegwata tal-obbligi eżistenti;

22.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jrawmu "tibdil deċiżiv lejn kultura ta' ħlas fil-pront"(6) billi jieħdu l-miżuri l-aktar xierqa, inklużi linji gwida dwar l-aħjar prattiki u, fejn meħtieġ, inizjattivi leġiżlattivi xierqa, filwaqt li jqisu l-proposti msemmija hawn fuq, bl-għan li joħolqu ambjent tan-negozju affidabbli għall-kumpaniji u kultura ta' ħlas puntwali;

23.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu l-proċeduri ta' ħlas aktar effiċjenti, filwaqt li jenfasizza, b'mod partikolari, li l-proċeduri ta' verifika biex jiġu kkontrollati l-fatturi jew il-konformità tal-oġġetti u s-servizzi mal-ispeċifikazzjonijiet kuntrattwali jenħtieġ li ma jintużawx sabiex il-perjodi tal-ħlas jiġu estiżi b'mod artifiċjali lil hinn mil-limiti imposti mid-Direttiva;

24.  Ifakkar lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni li l-ħlas fil-pront huwa rekwiżit ġenerali għal ambjenti tan-negozju vijabbli u li, bħala tali, għandu jiġi integrat fl-inizjattivi kollha ta' politika u dawk leġiżlattivi li jaffettwaw lin-negozji (pereżempju ir-relazzjonijiet CSR, negozji ġodda u relazzjonijiet bejn pjattaformi u negozji);

25.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jużaw pubblikazzjonijiet professjonali, kampanji ta' promozzjoni jew kull strument ieħor biex l-intrapriżi jsiru jafu aktar dwar ir-rimedji għall-ħlas tard.

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u tippromwovi l-aċċess għal linji ta' finanzjament xierqa għall-imprendituri Ewropej;

o
o   o

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(1) ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1.
(2) ĠU C 76, 28.2.2018, p. 112.
(3) ĠU C 204, 13.6.2018, p. 153.
(4) Premessa 6 tad-Direttiva 2011/7/UE.
(5) l-Artikolu 57(4)(g) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE.
(6) Premessa 12 tad-Direttiva 2011/7/UE.


Rapport Annwali dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment
PDF 534kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (2018/2161(INI))
P8_TA-PROV(2019)0043A8-0415/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività tal-2017 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bit-titolu "Impact into the Future" (L-Impatt fil-Futur),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju tal-2017 u r-Rapport Statistiku tal-2017 tal-BEI,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-BEI tal-2018 bit-titolu "EIB operations inside the European Union 2017: Results and impact" (L-operazzjonijiet tal-BEI fl-Unjoni Ewropea fl-2017: Riżultati u impatt),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-BEI tal-2018 bit-titolu "The EIB outside the European Union – 2017: Financing with global impact" (Il-BEI barra mill-Unjoni Ewropea – 2017: Finanzjament b'impatt globali),

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar is-Sostenibbiltà tal-Grupp tal-BEI tal-2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 175, 177, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-BEI anness miegħu,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 bit-titolu "Pjan ta' Investiment għall-Ewropa" (COM(2014)0903),

—  wara li kkunsidra l-Politika tal-BEI lejn ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef, mhux trasparenti u li ma jikkooperawx (Politika NCJ), ippubblikata fil-25 ta' Diċembru 2010, u l-addendum għall-Politika NCJ li ġie ppubblikat fit-8 ta' April 2004,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0415/2018),

A.  billi l-għan primarju tal-BEI huwa li jipprovdi finanzjament fit-tul u għarfien espert għal proġetti u li jattira aktar investiment biex jgħin fil-kisba tal-għanijiet tal-UE;

B.  billi l-BEI huwa l-uniku bank li huwa proprjetà tal-Istati Membri tal-UE u li jirrappreżenta l-interessi tagħhom;

C.  billi l-BEI huwa meqjus bħala l-fergħa finanzjarja tal-UE u l-istituzzjoni ewlenija għas-sostenn tal-investimenti pubbliċi u privati fl-UE, u li aktar minn 90 % tas-self tiegħu jseħħ fl-Unjoni;

D.  billi l-attivitajiet ta' self tal-BEI jiġu ffinanzjati prinċipalment permezz tal-ħruġ ta' bonds fis-swieq kapitali internazzjonali;

E.  billi l-programm ta' finanzjament annwali tal-BEI jammonta għal madwar EUR 60 biljun;

F.  billi 33 % u 37 % tal-bonds tal-BEI li ġew maħruġa fl-2017 u fl-2016 rispettivament ġew maħruġa f'dollari Amerikani;

G.  billi l-bonds tal-BEI huma tal-ogħla kwalità kreditizja u l-BEI huwa kklassifikat bħala triple-A mit-tliet aġenziji ewlenin tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fost l-oħrajn minħabba li huwa proprjetà tal-Istati Membri u l-ġestjoni tar-riskju konservattiv tiegħu li jirriżultaw fi ktieb tas-self affidabbli, b'0,3 % biss ta' self improduttiv;

H.  billi l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jistgħu jżidu l-impatt tal-baġit tal-UE;

I.  billi l-BEI huwa s-sieħeb naturali għall-UE biex timplimenta l-istrumenti finanzjarji, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet finanzjarji nazzjonali, reġjonali jew multilaterali;

J.  billi l-BEI għandu wkoll rwol importanti barra mill-UE permezz tal-attivitajiet tiegħu ta' self estern bħala l-akbar mutwatarju u sellief multilaterali fid-dinja;

K.  billi l-BEI qed ikompli jsaħħaħ l-integrazzjoni Ewropea u r-rwol tiegħu wera li huwa saħansitra aktar essenzjali sa mill-bidu tal-kriżi finanzjarja fl-2008;

L.  billi l-prijoritajiet tal-BEI kif stabbiliti fil-Pjan Korporattiv tal-Operat (PKO) għall-2017-2019 jiffokaw fuq il-miri tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u l-mobilità, is-saħħa, l-iżvilupp tal-infrastruttura rurali u l-appoġġ għan-negozji agrikoli, l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u l-intrapriżi ta' daqs medju, l-ambjent u l-innovazzjoni;

M.  billi l-Grupp tal-BEI għandu jżomm mertu tal-kreditu għoli bħala assi fundamentali tal-mudell kummerċjali tiegħu u portafoll ta' assi solidi, ta' kwalità għolja bi proġetti ta' investiment sod taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-istrumenti finanzjarji kollha fil-portafoll tiegħu;

Il-kisbiet tal-BEI matul dawn l-aħħar 60 sena

1.  Jifraħ lill-BEI fuq 60 sena ta' operazzjonijiet ta' suċċess, li matulhom investa EUR 1,1 triljun u ffinanzja 11 800 proġett f'160 pajjiż bħala l-akbar mutwatarju u sellief multilaterali fid-dinja;

2.  Jilqa' l-fatt li s-self tal-Grupp tal-BEI fl-UE li ġie approvat fil-perjodu bejn l-2015-2016 se jappoġġja EUR 544 biljun f'investiment, iżid 2,3 % għall-PDG u joħloq 2,25 miljun impjieg sal-2020; iħeġġeġ lill-BEI jkompli jsaħħaħ l-attivitajiet tiegħu biex jikkontribwixxi għal tkabbir fit-tul u sostenibbli;

3.  Jenfasizza l-opportunitajiet biex il-BEI jfassal is-swieq f'konformità mal-objettivi ta' politika tal-UE; jirrikonoxxi l-kapaċità tal-BEI li jinvesti b'mod kontroċikliku sabiex jindirizza n-nuqqas ta' żvilupp u r-reċessjoni li jirriżultaw mill-kriżi finanzjarja u d-diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament għall-finanzjament għall-SMEs u l-innovaturi;

4.  Jissottolinja r-rwol importanti tal-BEI bħala l-Bank tal-UE, li huwa l-uniku istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li hija kompletament il-proprjetà tal-Istati Membri tal-UE u ggwidat bis-sħiħ mill-politiki u l-istandards tal-UE;

5.  Jitlob li jissaħħu l-attivitajiet ta' konsulenza tal-BEI u biex hu, flimkien mal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet finanzjarji nazzjonali promozzjonali uffiċjali, jindirizzaw in-nuqqasijiet sistemiċi li jipprevjenu lil ċerti reġjuni jew pajjiżi milli jieħdu vantaġġ sħiħ mill-attivitajiet finanzjarji tal-BEI;

6.  Jenfasizza li 700 000 SME huma mistennija li jibbenefikaw minn aċċess imtejjeb għall-finanzjament, u jinnota li d-Dipartiment tal-Ekonomija tal-BEI u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni jistmaw li l-operazzjonijiet tal-FEIS diġà appoġġaw aktar minn 750 000 impjieg, ċifra li hija mistennija li tiżdied għal 1,4 miljun sal-2020, u li l-Pjan Juncker diġà żied il-PDG tal-UE b'0,6 % u mistenni li jżidu b'1,3 % oħra sal-2020;

7.  Jilqa' l-varar tal-Inizjattiva ta' Reżiljenza Ekonomika tal-BEI, li għandha l-għan li tgħin lill-pajjiżi fil-Balkani tal-Punent u fil-Viċinat tan-Nofsinhar tal-UE jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw mill-migrazzjoni irregolari u miċ-ċaqliq sfurzat; jappella biex jiżdied il-finanzjament għal din l-inizjattiva u biex jissaħħaħ l-involviment tal-BEI f'dawn ir-reġjuni sabiex jappoġġaw l-azzjoni umanitarja, il-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku u t-titjib fl-infrastruttura; jilqa', f'dan ir-rigward, l-approvazzjoni tal-ewwel proġetti tal-Pjan ta' Investiment Estern Ewropew (EIP) fl-Afrika u jistenna b'interess li jissaħħaħ ir-rwol tal-BEI;

8.  Jinnota l-fatt li fl-2017 biss, ġie approvat numru rekord ta' 901 proġett, li jinkludi aktar minn EUR 78 biljun allokati għall-innovazzjoni, l-ambjent, l-infrastruttura, u l-SMEs;

9.  Jissottolinja l-attivitajiet tal-BEI b'appoġġ għall-koeżjoni ekonomika u soċjali, li jinvolvu finanzjament ta' aktar minn EUR 200 biljun għar-reġjuni f'dawn l-aħħar 10 snin;

Kummenti ġenerali

10.  Jilqa' l-passi li l-BEI ħa biex ikejjel aħjar l-impatt tal-investimenti tiegħu minflok ma jipprovdi biss data dwar il-volumi kwantitattivi tal-finanzjament;

11.  Ifakkar fil-fatt li l-BEI wieġeb għall-kriżi billi espanda l-attivitajiet tiegħu b'mod sinifikanti; jemmen li huwa kellu rwol pożittiv biex titnaqqas id-diskrepanza negattiva fl-investiment; iħeġġeġ lill-BEI jagħti attenzjoni akbar lir-riskju ta' esklużjoni tal-investiment privat issa li l-kundizzjonijiet ekonomiċi qed jerġgħu jiġu għan-normal;

12.  Jenfasizza li l-attivitajiet tal-BEI kienu essenzjali biex jindirizzaw il-livelli ta' rkupru u ta' investiment ta' wara l-kriżi, li għadhom żbilanċjati fl-Istati Membri u fir-reġjuni kif ukoll fis-setturi; jistieden lill-BEI jkompli jinvesti fl-Istati Membri sabiex jikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku tagħhom; jenfasizza li għandha ssir enfasi partikolari fuq il-finanzjament fis-setturi tal-innovazzjoni u tal-infrastruttura, fejn id-diskrepanza fl-investiment hija partikolarment serja;

13.  Jinnota li kważi terz tal-finanzjament tal-BEI huwa ddenominat f'dollaru Amerikan, li jesponi lill-bank għal sanzjonijiet potenzjali mill-Istati Uniti; jitlob lill-BEI biex jibda jnaqqas b'mod progressiv il-finanzjament tiegħu f'dollari;

14.  Jinnota li l-BEI jiġi awditjat kull sena mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jinnota d-dibattitu dwar il-possibbiltà li tiġi introdotta superviżjoni tal-operazzjoni ta' self tiegħu mill-BĊE; iwissi li dan jista' jkollu impatt kbir fuq in-natura, il-funzjonament u l-governanza tal-BEI;

Innovazzjoni u ħiliet

15.  Jirrikonoxxi li l-BEI jagħti prijorità lill-innovazzjoni u lill-ħiliet sabiex jiġi xprunat it-tkabbir u tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa, b'self li jammonta għal EUR 13,9 biljun fl-2017 għal, fost oħrajn, 7,4 miljun konnessjoni diġitali ta' veloċità għolja u l-installazzjoni ta' 36,8 miljun arloġġ intelliġenti;

Ambjent u sostenibbiltà

16.  Jilqa' l-fatt li fl-2017, il-BEI sellef EUR 16,6 biljun għal proġetti li jappoġġaw l-għanijiet tal-politika ambjentali tiegħu, il-proġetti ta' finanzjament fl-oqsma tal-protezzjoni ambjentali, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, il-bijodiversità, l-arja nadifa, l-ilma nadif, il-ġestjoni tal-ilma u tal-iskart, u t-trasport sostenibbli, u fir-rigward tas-self għall-klima impenja aktar minn 25 % tas-self totali fl-oqsma kollha tal-ordni pubbliku tiegħu, fejn qabeż l-impenn inizjali tiegħu bi 3,2 %;

17.  Jenfasizza r-rwol ta' eżempju li l-istituzzjonijiet tal-UE għandu jkollhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' finanzjament sostenibbli; jirrikonoxxi l-istatus tal-BEI bħala l-akbar emittent ta' bonds ħodor u li l-Bonds għal Kuxjenza Dwar il-Klima joffru lill-investituri rabta trasparenti ma' proġetti tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika li jibbenefikaw mir-rikavati tal-ħruġ ta' bonds ħodor tal-BEI, li jkunu bbażati fuq is-sistema tar-rappurtar tal-BEI dwar il-benefiċċji klimatiċi tal-proġetti, inklużi indikaturi tal-impatt bħall-emissjonijiet tal-gassijiet serra li ġew evitati, il-livelli assoluti tal-emissjonijiet, il-konsum tal-enerġija li ġie ffrankat u l-ġenerazzjoni addizzjonali tal-enerġija li ġiet installata;

18.  jilqa' f'dan ir-rigward l-ewwel ħruġ ta' Bonds għal Kuxjenza dwar is-Sostenibbiltà tal-BEI, li jammontaw għal EUR 500 miljun li se jkunu ddedikati għal proġetti b'impatt kbir b'appoġġ tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU filwaqt li jiżguraw il-fiduċja tal-investituri soċjalment responsabbli permezz ta' standards ta' trasparenza u tas-suq rigorużi;

19.  Jilqa' l-fatt li l-BEI laħaq l-objettiv ta' 25 % tiegħu fil-qasam tal-finanzjament għall-klima; jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni, għall-kuntrarju ta' dan, ma laħqitx il-mira ta' 20 %;

20.  Jilqa' l-ħolqien tal-inizjattiva Finanzjament Intelliġenti għall-Binjiet Intelliġenti, li l-għan tagħha huwa li l-investimenti fil-proġetti tal-effiċjenza enerġetika fil-binjiet residenzjali jsiru aktar attraenti għall-investituri privati permezz tal-użu intelliġenti tal-għotjiet tal-UE bħala garanzija; jilqa' l-fatt li l-BEI dan l-aħħar beda jinvesti fl-akkomodazzjoni soċjali;

21.  Jirrakkomanda li l-BEI jadotta strateġija tal-enerġija li tkun kompatibbli bis-sħiħ mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li jqis l-evidenza tar-riċerka u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar l-impatt tat-tisħin globali ta' 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra relatati, fil-kuntest tat-tisħiħ tar-rispons globali għat-theddid tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, u l-isforzi biex jinqered il-faqar;

22.  Jistieden lill-BEI jżomm self b'appoġġ għall-objettivi tal-politika Ewropea dwar l-enerġija;

23.  Jistieden lill-BEI jkompli jsaħħaħ il-proġetti marbuta mat-tibdil fil-klima u mal-protezzjoni ambjentali, peress li l-UE hija waħda mill-firmatarji tal-Ftehim ta' Pariġi u jfakkar fl-impenn li ħadet l-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha b'mill-inqas 40 % sal-2030;

24.  Jenfasizza l-importanza tal-finanzjament tal-BEI fl-iżvilupp tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli u t-titjib tal-effiċjenza enerġetika f'setturi bħall-industrija u t-trasport;

25.  Jistieden lill-BEI jaħdem ma' parteċipanti tas-suq żgħar u ma' kooperattivi tal-komunità sabiex iwettaq l-iggruppar ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira, biex b'hekk ikunu jistgħu jkunu eliġibbli għall-finanzjament tal-BEI;

Infrastruttura

26.  Jenfasizza l-appoġġ tal-BEI għal infrastruttura sigura u effiċjenti għall-provvista tal-enerġija, it-trasport u ż-żoni urbani, kif espress permezz tas-self iffirmat tiegħu b'valur ta' EUR 18-il biljun biex jappoġġa l-għan tal-politika tal-infrastruttura tiegħu u jipprovdi aktar minn EUR 22 biljun f'self urban fl-2017;

27.  Jistieden lill-BEI jżomm self b'appoġġ għall-objettivi tal-politika Ewropea dwar l-enerġija;

SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja

28.  Jilqa' l-appoġġ qawwi tal-Grupp tal-BEI għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja b'investiment totali ta' EUR 29,6 biljun, li kellu impatt pożittiv fuq 287 000 kumpanija li jimpjegaw 3,9 miljun persuna;

29.  Ifakkar li skont il-BEI, il-probabbiltà li d-ditti l-kbar ikunu innovaturi hija d-doppju minn dik tal-SMEs filwaqt li l-probabbiltà li d-ditti innovattivi ż-żgħar ikollhom restrizzjonijiet ta' kreditu hija 50 % ogħla minn dik ta' ditti oħra; iħeġġeġ lill-BEI jappoġġa kumpaniji iżgħar b'self iżgħar, sabiex ikollhom impatt akbar fuq sezzjoni trasversali usa' tal-ekonomija Ewropea;

30.  Minħabba r-rwol ewlieni tal-SMEs, jemmen li l-istrateġija tal-BEI fir-rigward tal-SMEs għandha tinkludi t-tisħiħ tal-funzjonijiet amministrattivi u konsultattivi tiegħu sabiex jingħataw informazzjoni u appoġġ tekniku lill-SMEs fir-rigward tal-iżvilupp u l-applikazzjoni għall-finanzjament;

31.  Jilqa' l-għaxar standards stabbiliti fil-Manwal Soċjali u Ambjentali tal-BEI, li jservu bħala prerekwiżit għall-parteċipazzjoni fl-operazzjonijiet ta' self tal-BEI, inkluż fl-oqsma tal-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis, il-bijodiversità u l-ekosistemi, l-istandards relatati mal-klima, il-wirt kulturali, ir-risistemazzjoni involontarja, id-drittijiet u l-interessi ta' gruppi vulnerabbli, l-istandards tax-xogħol, is-saħħa okkupazzjonali u pubblika, is-sikurezza u s-sigurtà u l-involviment tal-partijiet konċernati;

Obbligu ta' rendikont, trasparenza u komunikazzjoni

32.  Iħeġġeġ lill-BEI u lill-partijiet ikkonċernati tagħha jirriflettu fuq ir-riformi meħtieġa sabiex tiġi żgurata d-demokratizzazzjoni tal-governanza tiegħu, u jkun hemm aktar trasparenza u sostenibbiltà fl-operazzjonijiet tiegħu;

33.  Jistieden lill-BEI jżid l-isforzi tiegħu f'termini ta' komunikazzjoni; jemmen li huwa fundamentali li l-BEI jikkomunika maċ-ċittadini tal-UE sabiex jispjega aħjar l-għanijiet tal-politiki tiegħu; jemmen f'dan ir-rigward li għandha ssir riflessjoni sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' finanzjament tal-BEI, fost oħrajn bħala mezz kif jintwera b'mod konkret il-kontribut tal-UE għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tiegħu;

34.  Jinnota bi tħassib iż-żieda kontinwa fl-ispejjeż amministrattivi ġenerali, primarjament xprunati miż-żieda fl-ispejjeż relatati mal-persunal; iwissi dwar ir-riskju ta' żieda ulterjuri fil-proporzjon tal-introjtu relatat mal-ispejjeż għall-bażi kapitali tal-BEI; jitlob lill-BEI jżomm id-dixxiplina fl-ispejjeż, iżomm l-istruttura ta' ġestjoni tiegħu effiċjenti, u jiżgura li din ma tiżviluppax għal struttura ta' ġestjoni b'ammont sproporzjonat ta' karigi tal-ogħla livell;

35.  Jinnota t-titjib riċenti tal-BEI fit-trasparenza, bħall-pubblikazzjoni tal-minuti tal-Bord tad-Diretturi tiegħu u l-pubblikazzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni ta' indikaturi għall-proġetti appoġġjati mill-garanzija tal-FEIS u tar-raġunament tal-Kumitat tal-Investiment indipendenti għad-deċiżjoni tiegħu, f'konformità mar-Regolament rivedut tal-FEIS; jifhem li bank ma jistax jiżvela informazzjoni kummerċjalment sensittiva;

36.  Ifakkar li l-politika ta' trasparenza tal-Grupp tal-BEI hija bbażata fuq preżunzjoni ta' divulgazzjoni u li kulħadd jista' jaċċessa d-dokumenti u l-informazzjoni tiegħu; jistieden lill-BEI jkompli jtejjeb it-trasparenza, eż. billi jippubblika l-minuti dettaljati u l-aċċess għall-informazzjoni kemm internament, għall-Parlament Ewropew u għall-istituzzjonijiet l-oħra, kif ukoll għall-pubbliku, speċjalment fir-rigward tas-sistema tal-kuntrattar u tas-sottokuntrattar, ir-riżultati tal-investigazzjonijiet interni u l-għażla, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet u tal-programmi;

37.  Jikkunsidra li fost l-isfidi li qed jiffaċċja l-BAI, superviżjoni xierqa hija kruċjali; jemmen li, minħabba r-rwol u l-istabbiliment istituzzjonali tal-bank, hija meħtieġa struttura superviżorja;

38.  Jieħu nota tar-reviżjoni tal-politika u tal-proċeduri tal-Mekkaniżmu għall-Ilmenti tal-BEI; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar il-Mekkaniżmu għall-Ilmenti tal-BEI kif espress fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2018 dwar ir-rapport annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarja tal-BEI għall-2016(1); iħeġġeġ lill-BEI jsaħħaħ l-indipendenza u l-effiċjenza tal-Uffiċċju tal-Mekkaniżmu għat-Trattament tal-Ilmenti u jieħu passi ulterjuri sabiex inaqqas il-burokrazija, iżid il-kapaċità tiegħu għall-analiżi makroekonomika u jtejjeb ir-rappreżentanza tas-sessi fl-ogħla pożizzjonijiet tiegħu;

39.  Jilqa' favorevolment il-fatt li d-dokumentazzjoni relatata mal-kejl tar-riżultati għall-proġetti ta' investiment koperti mill-garanzija tal-UE issa trid tintbagħat lill-Parlament fuq talba ta' dan tal-aħħar;

40.  Jenfasizza l-ħtieġa għal livell għoli ta' trasparenza min-naħa tal-intermedjarji finanzjarji użati mill-BEI (b'mod partikolari banek kummerċjali, iżda wkoll istituzzjonijiet mikrofinanzjarji u kooperattivi), sabiex jiġi żgurat li s-self intermedjat ikun soġġett għall-istess rekwiżiti ta' trasparenza bħal tipi oħra ta' self;

41.  Jilqa' l-Inizjattiva ta' Reżiljenza Ekonomika (ERI) tal-BEI bħala parti mir-rispons konġunt tal-UE għall-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati, b'enfasi fuq l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni; jinsisti fuq il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà mill-qrib mal-Pjan ta' Investiment Estern tal-UE; jinnota li s'issa s-26 proġett tal-ERI u EUR 2,8 biljun f'investiment huma mistennija li jkunu ta' benefiċċju għal aktar minn 1 500 negozju iżgħar u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, li jgħinu jsostnu aktar minn 100 000 impjieg;

42.  Jistieden lill-BEI jieħu l-miżuri kollha meħtieġa abbażi tat-tagħlimiet miksuba mill-esperjenza tal-FEIS, u jimmassimizza r-riżultati tal-programm InvestEU li jmiss, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari lill-inugwaljanzi reġjonali u soċjali u lill-Istati Membri li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi ekonomika;

43.  Jilqa' ż-żieda fil-finanzjament tal-ERI għall-Viċinat tan-Nofsinhar u l-Balkani tal-Punent ta' EUR 6 biljun fuq perjodu ta' ħames snin li jibda minn Ottubru 2016, flimkien mal-EUR 7,5 biljun diġà previsti, kif ukoll l-enfasi fuq infrastruttura sostenibbli u vitali;

44.  Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp tar-reżiljenza ekonomika fil-pajjiżi ospitanti u ta' tranżitu billi jappoġġa l-ħolqien ta' impjiegi u l-bini ta' infrastruttura meħtieġa għall-popolazzjoni lokali, kif ukoll il-popolazzjoni spostata; jilqa' l-fatt li l-komunitajiet tar-rifuġjati jistgħu jibbenefikaw ukoll minn opportunitajiet biex jiżviluppaw l-awtosuffiċjenza tagħhom u jgħixu b'dinjità; jissottolinja li l-investimenti fir-reżiljenza ekonomika għandhom jikkontribwixxu biex itejbu t-tħejjija tar-reġjuni għal xokkijiet esterni futuri, u biex ikun hemm aktar stabbiltà f'pajjiżi fraġli;

45.  Jinnota t-tielet anniversarju tal-FEIS u jirrikonoxxi l-kisbiet tiegħu, filwaqt li jilqa' l-EUR 335 biljun f'investiment li ġie mobilizzat fl-Unjoni kollha mill-approvazzjoni tar-Regolament FEIS (ir-Regolament (UE) 2015/1017)(2) mill-koleġiżlaturi, li taħtu ġew approvati 898 operazzjoni fit-28 Stat Membru, li żewġ terzi minnhom inġabru minn riżorsi privati, li qabżu l-għan oriġinali ta' EUR 315-il biljun li ġie stabbilit fl-2015; jiġbed l-attenzjoni lejn id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew u tal-Parlament Ewropew li jestendu d-durata u l-kapaċità tal-FEIS għal EUR 500 biljun sat-tmiem tal-2020;

46.  Jissottolinja l-ħtieġa li jitħaffef ix-xogħol dwar il-bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali, biex b'hekk il-BEI verament ikun jista' jimla l-vojt fejn ikun hemm fallimenti tas-suq u jipprovdi finanzjament għal proġetti ta' riskju għoli;

47.  Ifakkar fir-rikonoxximent tiegħu tal-ħtieġa li tingħata kontinwità b'appoġġ għall-mekkaniżmi xprunati mid-domanda bħall-FEIS li jappoġġaw investiment fit-tul fl-ekonomija reali, jimmobilizzaw l-investiment privat u jiġġeneraw impatt makroekonomiku sostantiv u impjiegi fis-setturi li huma importanti għall-futur tal-Unjoni lil hinn mill-QFP attwali;

48.  Iħeġġeġ l-istabbiliment b'mod f'waqtu ta' inizjattiva ta' segwitu għall-perjodu ta' wara l-2020 sabiex tingħata l-kontinwità meħtieġa, li għandha tinkorpora t-tagħlimiet miksuba mill-FEIS, u żżomm il-fatturi ta' suċċess ewlenin;

49.  Jemmen li l-Grupp tal-BEI kien kruċjali fis-suċċessi tal-FEIS bħala l-uniku interlokutur għall-benefiċjarji u għall-intermedjarji u s-sieħeb esklussiv tal-implimentazzjoni; jemmen li fi kwalunkwe programm InvestEU futur, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-BEI għandu jkun is-sieħeb naturali għall-UE li jwettaq il-kompiti bankarji (teżor, immaniġġjar tal-assi, valutazzjoni tar-riskju) b'rabta mal-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji;

50.  Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni intensifikata min-naħa tal-Grupp tal-BEI mal-banek u mal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali (NPBIs) u jistieden lill-BEI jkompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu mal-NPBIs sabiex tiġi żgurata sensibilizzazzjoni u jiġu żviluppati aktar attivitajiet ta' konsulenza u assistenza teknika sabiex jiġi appoġġat bilanċ ġeografiku fit-tul; jinnota l-varjetà wiesgħa ta' esperjenzi li jeżistu f'termini tal-proġetti tal-FEIS; jappoġġa u jħeġġeġ l-iskambju ulterjuri tal-aħjar prattiki bejn il-BEI u l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata aktar effiċjenza ekonomika;

Self barra l-UE

51.  Jilqa' r-rwol importanti tal-BEI fil-finanzjament barra l-UE permezz tal-attivitajiet tiegħu ta' self estern; jenfasizza l-ġestjoni effiċjenti tal-BEI tal-Mandat ta' Self Estern, kif ikkonfermat minn evalwazzjoni indipendenti f'Ġunju 2018, li tirrikonoxxi r-rilevanza u l-effettività tiegħu fil-provvediment ta' finanzjament tal-UE lil pajjiżi terzi b'kost minimu għall-baġit tal-Unjoni; jitlob li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri tipproduċi rapport speċjali dwar il-prestazzjoni u l-allinjament mal-politiki tal-UE tal-attivitajiet ta' self estern tal-BEI;

52.  jemmen li l-BEI għandu jkompli jkollu rwol ewlieni fl-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' finanzjament tal-UE futuri għal pajjiżi terzi, filwaqt li jiżgura li dan ikun fl-interess tal-intraprendituri lokali li jixtiequ jistabbilixxu intrapriżi lokali, li spiss ikunu mikro u żgħar, bil-għan li jikkontribwixxu l-ewwel u qabel kollox għall-ekonomija lokali li jingħataw prijorità fid-deċiżjonijiet ta' self tal-BEI;

53.  Jemmen li l-BEI għandu jżomm l-attivitajiet tal-politika estera eżistenti tiegħu, inkluż permezz ta' strumenti bħall-mandati ta' self lejn pajjiżi terzi; jilqa' l-ġestjoni tal-BEI tal-Faċilità ta' Investiment AKP, li prinċipalment tipprovdi proġetti li jippromwovu l-iżvilupp tas-settur privat; jissottolinja, f'dan ir-rigward, li huwa kruċjali li r-rwol ċentrali tal-BEI, bħala l-fergħa finanzjarja bilaterali tal-UE, jiġi rifless sew fl-arkitettura ta' wara l-2020 għall-finanzjament barra l-Unjoni;

54.  Jikkunsidra li l-attivitajiet tal-BEI jridu jiġu applikati f'konsistenza sħiħa mal-politiki u mal-attivitajiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-Artikolu 7 tat-TFUE u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

55.  Jenfasizza l-importanza tar-rappurtar annwali mill-BEI dwar l-operazzjonijiet tiegħu barra l-Unjoni fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki li jmexxu l-azzjoni esterna tal-Unjoni, l-Aġenda tan-NU għall-2030 għall-iżvilupp sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima;

56.  Ifakkar lill-BEI li jeħtieġ li jaġixxi f'koerenza mal-mandat ta' żvilupp tiegħu taħt il-Mandat ta' Self Estern sabiex jiġi żgurat li l-investimenti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu qed iġibu d-dħul dovut lill-awtoritajiet lokali tat-taxxa;

57.  Jieħu nota tal-fatt li nofs l-operazzjonijiet kollha ta' self tal-BEI taħt il-Mandat ta' Self Estern imorru għand l-intermedjarji finanzjarji lokali bl-għan li tingħata spinta lill-mikrokrediti, u jitlob lill-BEI jipprovdi informazzjoni aktar kompluta u sistematika dwar is-self ta' fondi mislufa mill-intermedjarji finanzjarji;

58.  Ifakkar li l-attivitajiet tal-BEI jridu jirriflettu l-politiki interni u esterni tal-Unjoni; jissottolinja li l-kundizzjonijiet ta' self tiegħu għandhom jiffaċilitaw il-kisba tal-għanijiet ta' politika kkonċernati, u b'mod partikolari l-iżvilupp tar-reġjuni periferiċi tal-Unjoni, billi jippromwovu t-tkabbir u l-impjieg; jistieden lill-BEI jsaħħaħ b'mod konsiderevoli l-arranġamenti għall-għoti ta' assistenza teknika u għarfien espert finanzjarju lill-awtoritajiet lokali u reġjonali qabel ma jiġu approvati l-proġetti, sabiex titjieb l-aċċessibbiltà u jiġu involuti l-Istati Membri kollha, speċjalment dawk b'rata ta' suċċess aktar baxxa f'termini ta' proġetti approvati;

59.  Jistieden lill-BEI jinvesti b'mod sinifikanti fit-tranżizzjoni ambjentali fil-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant;

60.  Jistieden lill-BEI jintensifika l-isforzi tiegħu biex jagħti finanzjamenti globali bil-għan li jiddiversifika l-investimenti tiegħu fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, tal-enerġija rinnovabbli u tal-ekonomija ċirkolari, li jirrikjedu risposta aktar estiża mill-ambitu nazzjonali, li tkopri diversi reġjuni, dipartimenti tal-gvern u impriżi iżgħar, u jitlob l-iżvestiment minn proġetti li jippreżentaw riskji serji għall-ambjent u għar-riżorsi naturali;

61.  Jenfasizza l-importanza tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-BEI fil-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant; jitlob lill-BEI jżid is-self tiegħu lill-Viċinat tal-Lvant sabiex jiġu appoġġati l-investimenti fil-pajjiżi li jkunu qed jimplimentaw ftehimiet ta' assoċjazzjoni mal-UE;

Konformità mar-Regoli tat-Taxxa

62.  Jilqa' l-Qafas tal-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu adottat mill-BEI f'Jannar 2018, li jistabbilixxi l-prinċipji ewlenin li jirregolaw l-AML-CFT u l-aspetti ta' integrità relatati fl-attivitajiet tal-Grupp tal-BEI;

63.  Jilqa' l-progress li għamel il-BEI biex jadotta l-ogħla standards bl-għan li jipprevjeni l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, il-ħasil tal-flus, u l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, billi applika b'mod sħiħ il-politiki u l-istandards tal-UE, pereżempju l-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal skopijiet ta' taxxa; jistieden lill-BEI, f'dan ir-rigward, biex itemm il-kooperazzjoni mal-intermedjarji, il-pajjiżi u l-ġurisdizzjonijiet li huma elenkati fuq dik il-lista; jissottolinja l-ħtieġa assoluta li l-BEI jibqa' viġilanti kontinwament u li jadatta l-azzjonijiet tiegħu għar-realtà li qiegħda tevolvi b'mod permanenti fir-rigward ta' dawn il-prattiki;

64.  Iħeġġeġ lill-BEI biex ikompli jwettaq diliġenza dovuta msaħħa fuq kull operazzjoni b'fatturi ta' riskju ogħla identifikati, bħal rabta ma' Ġurisdizzjoni Mhux Konformi (NCJ), indikaturi tar-riskju tat-taxxa u operazzjonijiet bi strutturi multiġurisdizzjonali kumplessi irrispettivament mill-eżistenza ta' rabtiet NCJ;

65.  Jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata informazzjoni ta' kwalità għolja dwar il-benefiċjarji finali u li jiġu pprevenuti b'mod effettiv tranżazzjonijiet ma' intermedjarji finanzjarji bħal banek kummerċjali u ditti ta' investiment bi preċedenti negattivi f'termini ta' trasparenza, frodi, korruzzjoni, kriminalità organizzata u ħasil tal-flus;

66.  Jilqa' l-fatt li l-BEI jqis l-impatt tat-taxxa fil-pajjiżi fejn isir l-investiment u kif dan l-investiment jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis fl-inugwaljanza;

67.  Jistieden lill-BEI jżid l-isforzi tiegħu f'termini ta' komunikazzjoni; jemmen li huwa kruċjali li l-BEI jikkomunika maċ-ċittadini sabiex jispjega aħjar l-għanijiet tal-politiki tiegħu u b'hekk juri b'mod konkret il-kontribut tal-UE għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tagħha;

68.  Jistenna li l-BEI jallinja l-politiki interni tiegħu biex jirriflettu l-kuntest ġuridiku adottat dan l-aħħar bil-għan li jkun miġġieled l-evitar tat-taxxa, barra mill-evażjoni tat-taxxa, kif tindika fid-dettall il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2018 dwar ir-rekwiżiti l-ġodda kontra l-evitar tat-taxxa fil-leġiżlazzjoni tal-UE li tirregola b'mod partikolari l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment C(2018)1756;

69.  Iħeġġeġ il-kooperazzjoni mill-BEI mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex jipprevjenu l-frodi u l-ħasil tal-flus;

Brexit

70.  Iħeġġeġ lin-negozjaturi tal-Brexit biex jaqblu dwar l-eliminazzjoni gradwali tar-Renju Unit mill-portafoll tal-BEI mibni bil-parteċipazzjoni tar-Renju Unit, ir-rimborż tal-kapital imħallas tar-Renju Unit u l-kontinwazzjoni tal-protezzjonijiet estiżi lill-BEI u l-assi tiegħu fir-Renju Unit; jenfasizza li l-klassifikazzjoni AAA tal-BEI ma tridx tiġi affettwata bl-irtirar tar-Renju Unit mill-UE;

71.  Jitlob biex tinstab soluzzjoni ġusta għall-membri tal-persunal Brittaniċi tal-BEI;

72.  Jilqa' l-iżvilupp ta' pjattaformi ta' investiment reġjonali biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fis-suq u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull pajjiż;

73.  Jenfasizza għal darb'oħra l-ħtieġa li titnaqqas id-distribuzzjoni ġeografika diżomoġenja tal-finanzjament tal-BEI, fid-dawl tal-fatt li fl-2017, 70 % minnu ġie allokat lil sitt Stati Membri, minkejja li wieħed mill-objettivi tal-BEI huwa l-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni; jitlob, minflok, distribuzzjoni ġeografika dinamika, ġusta u trasparenti tal-proġetti u tal-investimenti fost l-Istati Membri, b'attenzjoni speċjali għar-reġjuni l-anqas żviluppati;

o
o   o

74.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P8_TA(2018)0198.
(2) ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.


Integrazzjoni differenzjata
PDF 337kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-integrazzjoni differenzjata (2018/2093(INI))
P8_TA-PROV(2019)0044A8-0402/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar il-ġejjieni tal-Ewropa: riflessjonijiet u xenarji għall-UE27 sal-2025 (COM(2017)2025), u d-dokumenti ta' riflessjoni ta' akkumpanjament dwar il-ġejjieni tal-finanzi tal-UE, dwar il-ġejjieni tad-Difiża Ewropea, dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, dwar il-ġestjoni tal-globalizzazzjoni u dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar problemi kostituzzjonali ta’ governanza b’diversi livelli fl-Unjoni Ewropea(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0402/2018),

A.  billi l-integrazzjoni differenzjata hija kunċett polisemiku li jista' jiddefinixxi diversi fenomeni mil-lat kemm politiku kif ukoll tekniku;

B.  billi l-proċessi tal-integrazzjoni fl-UE huma kkaratterizzati minn żieda qawwija fl-għadd u d-diversità ta' sitwazzjonijiet li jinvolvu integrazzjoni differenzjata, kemm fil-kuntest ta' leġiżlazzjoni primarja kif ukoll dik sekondarja;

C.  billi l-perċezzjonijiet politiċi tal-integrazzjoni differenzjata jvarjaw b'mod sinifikanti skont il-kuntest nazzjonali; billi f'xi Stati Membri li ilhom membri tal-Unjoni minn iżjed żmien, jista' jkollha konnotazzjonijiet pożittivi u tista' tiġi assoċjata mal-idea li jinħoloq "grupp pijunier" imfassal biex joħloq aktar progress rapidu fit-tisħiħ tal-integrazzjoni, filwaqt li fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fi żmien aktar reċenti, din ta' spiss tinħass bħala perkors li jwassal għall-ħolqien ta' Stati Membri tal-ewwel u tat-tieni klassi;

D.  billi l-integrazzjoni differenzjata tirreferi wkoll għal firxa wiesgħa ta' mekkaniżmi differenti, li kull wieħed minnhom għandu impatt differenti ħafna fuq l-integrazzjoni Ewropea; billi wieħed jista' jagħmel distinzjoni bejn id-differenzjazzjoni temporali, jew Ewropa b'veloċitajiet differenti, fejn l-għanijiet huma l-istess iżda ż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu jvarja, id-differenzjazzjoni tal-modi, jew Europe à la carte, u d-differenzjazzjoni spazjali, spiss iddefinita "ġeometrija varjabbli";

E.  billi d-differenzjazzjoni kienet karatteristika stabbli tal-integrazzjoni Ewropea, mhux biss fl-oqsma li fihom l-UE għandha kompetenzi, iżda anke f'oqsma oħra, u xi kultant ippermettiet li t-tisħiħ u t-twessigħ tal-UE jiġu segwiti b'mod simultanju; billi, b'konsegwenza ta' dan, wieħed ma jistax jopponi d-differenzjazzjoni u l-integrazzjoni, u lanqas ma jista' jippreżenta d-differenzjazzjoni bħala triq innovattiva għall-ġejjieni tal-Unjoni;

F.  billi, jekk l-integrazzjoni differenzjata tista' tkun soluzzjoni pragmatika biex tixpruna 'l quddiem l-integrazzjoni Ewropea, din għandha tintuża b'kawtela u fi ħdan limiti ddefiniti b'mod strett, fid-dawl tar-riskju tal-frammentazzjoni tal-Unjoni u tal-qafas istituzzjonali tagħha; billi l-għan aħħari tal-integrazzjoni differenzjata għandu jkun li tiġi promossa l-inklużjoni u mhux l-esklużjoni tal-Istati Membri;

G.  billi l-esperjenza turi li filwaqt li l-interdipendenza tikkostitwixxi fattur ta' integrazzjoni, il-politiċizzazzjoni tagħmilha sikwit ta' ostakolu għaliha; billi, b'konsegwenza ta' dan, l-oqsma politiċi tal-UE bi grad akbar ta' integrazzjoni bħall-armonizzazzjoni u r-regolamentazzjoni tas-suq intern huma, fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawk l-inqas politiċizzati, filwaqt li l-integrazzjoni differenzjata tidher interessanti aktar għal dawk l-oqsma kkaratterizzati minn polarizzazzjoni politika għolja, bħall-politika monetarja, id-difiża, il-kontroll tal-fruntieri, id-drittijiet fundamentali jew it-tassazzjoni;

H.  billi l-istabbiliment ta' rabtiet politiċi u ta' interdipendenza bejn l-Istati Membri jagħti kontribut deċiżiv għall-integrazzjoni tagħhom fi ħdan l-Unjoni;

I.  billi t-Trattati jipprevedu l-possibbiltà għall-Istati Membri biex iwettqu perkorsi differenti ta' integrazzjoni, jiġifieri permezz ta' kooperazzjoni msaħħa (l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE)) u kooperazzjoni strutturata permanenti (l-Artikolu 46 tat-TUE) mingħajr, madankollu, ma jinkludu dispożizzjonijiet għal flessibbiltà permanenti jew integrazzjoni differenzjata bħala għan jew prinċipju fit-tul tal-integrazzjoni Ewropea; billi dawn il-perkorsi differenti tal-integrazzjoni għandhom jiġu applikati biss għal għadd limitat ta' politiki, għandhom ikunu inklużivi, sabiex l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jieħdu sehem, u ma għandhomx idgħajfu l-proċess tal-ħolqien ta' Unjoni dejjem eqreb kif preskritt fl-Artikolu 1 tat-TUE;

billi, barra minn hekk, kooperazzjoni msaħħa skont il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni issa hija realtà, li tikkontribwixxi għall-bini ta' Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina;

J.  billi bl-eċċezzjoni tat-Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji, il-każijiet eżistenti kollha ta' integrazzjoni differenzjata setgħu ġew adottati fil-Kunsill permezz ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata kieku dan kien previst fl-Artikolu 329(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea minflok l-unanimità;

K.  billi xi forom ta' integrazzjoni differenzjata jista' jkollhom effetti ċentripeti, billi jattiraw aktar Stati Membri biex jissieħbu fl-inizjattiva fi stadju aktar tard;

L.  billi l-proċess tad-differenzazzjoni wassal għall-ħolqien ta' inizjattivi fi ħdan il-qafas ġuridiku tal-UE, iżda anke għal xi arranġamenti ġuridiċi intergovernattivi aktar flessibbli, li wasslu għall-ħolqien ta' sistema kumplessa inkomprensibbli għaċ-ċittadini;

M.  billi l-Istati Membri mhumiex l-uniċi atturi potenzjali tal-integrazzjoni differenzjata; billi r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar ir-raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT)(4) diġà jippermetti l-kooperazzjoni transnazzjonali fuq il-bażi ta' interess komuni;

1.  Jinsisti fuq il-fatt li d-dibattitu dwar l-integrazzjoni differenzjata ma għandux ikun dwar l-argument favur id-differenzjazzjoni u dak kontra, iżda dwar l-aħjar mod għat-tħaddim tal-integrazzjoni differenzjata – li diġà hija realtà politika– fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-UE fl-aħjar interessi tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha;

2.  Ifakkar fil-konklużjonijiet tiegħu li l-istrutturi u l-proċessi deċiżjonali intergovernattivi jżidu l-kumplessità tar-responsabbiltà istituzzjonali, inaqqsu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont demokratiku u li, għall-funzjonament tal-Unjoni, il-metodu Komunitarju huwa l-aħjar wieħed;

3.  Iqis li l-integrazzjoni differenzjata għandha tirrifletti l-idea li l-Ewropa ma taħdimx abbażi ta' approċċ ta' universalità u għandha tadatta ruħha għall-ħtiġijiet u għax-xewqat taċ-ċittadini tagħha; jemmen li xi kultant id-differenzjazzjoni tista' tkun meħtieġa sabiex jinbdew proġetti Ewropej ġodda u jingħeleb l-impass li jirriżulta minn ċirkostanzi politiċi nazzjonali mhux relatati mal-proġett komuni; jemmen, barra minn hekk, li din għandha tintuża b'mod pragmatiku bħala għodda kostituzzjonali biex tiġi żgurata l-flessibbiltà mingħajr ma jiddgħajjef l-interess ġenerali tal-Unjoni u d-drittijiet u l-opportunitajiet ugwali taċ-ċittadini tagħha; itenni li d-differenzjazzjoni għandha titqies biss bħala pass temporanju fil-perkors lejn tfassil ta' politika aktar effettiv u integrat;

4.   Iqis li l-Kunsill tal-Ewropa għandu jieħu ż-żmien li jeħtieġ biex isawwar l-aġenda Ewropea billi juri l-benefiċċju ta' azzjonijiet komuni u jipprova jikkonvinċi lill-Istati Membri kollha biex jieħdu sehem fihom; jenfasizza li kwalunkwe tip ta' integrazzjoni differenzjata li jintlaħaq qbil dwarha hija għalhekk it-tieni l-aħjar għażla, u mhux prijorità strateġika;

5.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li, kif previst fl-Artikoli 20 u 46 tat-TUE, l-integrazzjoni differenzjata trid tibqa' miftuħa għall-Istati Membri kollha u trid tibqa' sservi bħala eżempju ta' integrazzjoni Ewropea aktar b'saħħitha fejn l-ebda Stat Membru ma jitħalla barra minn politika fit-tul, u ma għandhiex titqies bħala mezz biex jiġu ffaċilitati soluzzjonijiet à la carte li jheddu li jdgħajfu l-metodu tal-Unjoni u s-sistema istituzzjonali tal-UE;

6.  Jafferma li kwalunkwe forma ta' inizjattiva relatata mad-differenzjazzjoni li twassal għall-ħolqien ta' Stati Membri tal-Unjoni tal-ewwel u tat-tieni klassi, jew għall-perċezzjoni ta' dan, tkun falliment politiku kbir b'konsegwenzi detrimentali għall-proġett tal-UE;

7.  Jappella biex kwalunkwe mudell ta' integrazzjoni differenzjata jitfassal b'tali mod li jingħataw inċentivi u appoġġ lill-Istati Membri li jaspiraw għal "inklużjoni fakultattiva" fl-isforzi tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp u konverżjoni mil-lat ekonomiku bil-ħsieb li jissodisfaw il-kriterji meħtieġa fi żmien raġonevoli;

8.  Iqis li tweġiba xierqa għall-ħtieġa ta' għodod flessibbli hija li tiġi indirizzata waħda mill-kawżi tal-problema; jitlob, għalhekk, li ssir bidla ulterjuri fil-proċeduri tal-votazzjoni tal-Kunsill mill-unanimità għall-maġġoranza kwalifikata, billi tagħmel possibbli l-użu ta' "klawżola passerelle" (l-Artikolu 48(7) tat-TUE);

9.  Jemmen li l-integrazzjoni differenzjata għandha ssir dejjem fi ħdan id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, għandha żżomm l-għaqda tal-istituzzjonijiet tal-UE u ma għandhiex twassal għall-ħolqien ta' arranġamenti istituzzjonali paralleli jew arranġamenti li indirettament imorru kontra l-ispirtu u l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, iżda minflok għandha tippermetti li jiġu stabbiliti korpi speċifiċi fejn xieraq, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u għar-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE; jirrimarka li l-flessibbiltà u l-adattament għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali jistgħu jiġu żgurati wkoll permezz ta' dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni sekondarja;

10.  Jenfasizza li l-integrazzjoni differenzjata ma għandhiex twassal għal proċessi kumplessi ta' teħid tad-deċiżjonijiet li jdgħajfu l-obbligu ta' rendikont demokratiku tal-istituzzjonijiet tal-UE;

11.  Iqis il-Brexit bħala opportunità biex, minn mudelli ta' "esklużjoni fakultattiva", nimxu lejn mudelli nondiskriminatorji u solidali ta' "inklużjoni fakultattiva"; jenfasizza li dawn il-mudelli ta' "inklużjoni fakultattiva" ma jillimitawx il-progress lejn "għaqda dejjem akbar" għall-aktar denominatur komuni baxx ta' soluzzjoni waħda għal kulħadd, iżda jippermettu l-flessibbiltà meħtieġa għall-progress filwaqt li jitħalla l-bieb miftuħ għall-Istati Membri li jkunu lesti u kapaċi jissodisfaw il-kriterji meħtieġa;

12.  Jitlob li r-reviżjoni li jmiss tat-Trattat iġġib ordni fil-proċess attwali tad-differenzjazzjoni billi ttemm il-prattika ta' nonparteċipazzjonijiet u eċċezzjonijiet permanenti mid-dritt primarju tal-Unjoni għal Stati Membri individwali, peress li dawn iwasslu għal differenzjazzjoni negattiva fid-dritt primarju tal-Unjoni, ixekklu l-omoġeneità tad-dritt tal-Unjoni b'mod ġenerali u jipperikolaw il-koeżjoni soċjali tal-UE;

13.  Jirrikonoxxi, madankollu, li xi perjodi tranżitorji jistgħu jkunu meħtieġa għal membri ġodda fuq bażi strettament eċċezzjonali, temporanja u ta' każ b'każ; jinsisti fuq il-fatt li għandhom jiġu introdotti ċerti dispożizzjonijiet legali ċari u infurzabbli sabiex tiġi evitata t-tkomplija ta' dawn il-perjodi;

14.  Jinsisti, għalhekk, li mbagħad is-sħubija tal-UE tkun tirrikjedi konformità sħiħa mad-dritt primarju tal-Unjoni fl-oqsma ta' politika kollha, filwaqt li dawk il-pajjiżi li jixtiequ relazzjoni mill-qrib mal-UE mingħajr ma jkunu lesti li jimpenjaw ruħhom biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-liġi primarja u li jew mhux se jissieħbu jew ma jistgħux jissieħbu fl-UE għandhom jiġu offruti xi forma ta' sħubija; iqis li din ir-relazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn obbligi li jikkorrispondu għad-drittijiet rispettivi, bħal kontribuzzjoni għall-baġit tal-UE, u għandha tkun kontinġenti fir-rigward tal-aderenza mal-valuri fundamentali tal-Unjoni, mal-istat tad-dritt u, fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq intern, mal-erba' libertajiet;

15.  Jissottolinja l-fatt li r-rispett u s-salvagwardja tal-valuri fundamentali tal-UE huma l-pedament tal-Unjoni Ewropea, komunità msejsa fuq il-valuri, u jgħaqqdu lill-Istati Membri flimkien; iqis, għalhekk, li d-differenzjazzjoni ma għandhiex tkun permissibbli fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet u l-valuri fundamentali eżistenti stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE; jinsisti, barra minn hekk, li d-differenzjazzjoni ma għandhiex tkun possibbli f'oqsma ta' politika fejn l-Istati Membri mhux parteċipanti jistgħu joħolqu esternalitajiet negattivi, bħal dumping ekonomiku u soċjali; jitlob li l-Kummissjoni teżamina bir-reqqa l-effetti ċentrifuġi potenzjali, inkluż fit-terminu twil, meta tressaq il-proposti tagħha għal kooperazzjoni msaħħa;

16.  Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu sabiex tiġi definita sħubija bil-għan li tiġi stabbilita għaqda ta' sħab madwar l-UE għall-istati li ma jistgħux jew mhux se jissieħbu fl-Unjoni, iżda li madankollu jixtiequ relazzjoni mill-qrib mal-UE(5);

17.  Jissuġġerixxi li, wara ċertu numru ta' snin, meta titnieda kooperazzjoni msaħħa minn għadd ta' stati li jirrappreżentaw maġġoranza kkwalifikata fil-Kunsill u wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament, tiġi stabbilita proċedura speċjali li tippermetti l-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni msaħħa fl-acquis tal-UE;

18.  Jissottolinja l-fatt li l-flessibbiltà u d-differenzjazzjoni għandhom jimxu id f'id mat-tisħiħ ta' regoli komuni f'oqsma ewlenin sabiex jiġi żgurat li d-differenzjazzjoni ma twassalx għal frammentazzjoni politika; iqis, għalhekk, li qafas istituzzjonali Ewropej ġejjieni għandu jinkludi Pilastri Ewropej inevitabbli dwar id-drittijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

19.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-kooperazzjoni reġjonali taqdi rwol importanti fit-tisħiħ tal-integrazzjoni Ewropea u jqis li l-iżvilupp ulterjuri tagħha għandu potenzjal b'saħħtu biex jikkonsolida u jsaħħaħ l-integrazzjoni billi din tiġi adattata għall-ispeċifiċitajiet lokali u għar-rieda ta' kooperazzjoni;

20.  Jissuġġerixxi li għandhom jiġu żviluppati għodod adattati fi ħdan id-dritt tal-Unjoni u baġit stabbilit għall-ittestjar ta' inizjattivi transkonfinali fi ħdan l-UE dwar kwistjonijiet ta' interess għall-UE kollha, li eventwalment ikunu jistgħu jinbidlu fi proposti leġiżlattivi jew f'każijiet ta' kooperazzjoni msaħħa;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.
(2) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.
(3) ĠU C 468, 15.12.2016, p. 176.
(4) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.
(5) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 207.


Inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE
PDF 426kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE (2018/2096(INI))
P8_TA-PROV(2019)0045A8-0420/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u d-dispożizzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(7) tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti (l-Artikolu 116(7) tar-Regoli ta' Proċedura) għas-snin 2014-2015(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2017 dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-UE(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2.6 u 2.7 tal-Kontribuzzjoni tal-LIX COSAC, adottata waqt il-laqgħa plenarja tiegħu f'Sofija fis-17-19 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew fuq l-investigazzjoni strateġika OI/2/2017/TE dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0420/2018),

A.  billi l-Artikolu 228 tat-TFUE u l-Artikolu 3 tal-Istatut tal-Ombudsman jipprevedu li l-Ombudsman tagħmel stħarriġ li taħseb li jkun ġustifikat, sew fuq inizjattiva tagħha stess sew abbażi ta' lmenti;

B.  billi l-Artikoli 1 u 10(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jistabbilixxu li d-deċiżjonijiet fil-livell tal-Unjoni jridu jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin;

C.  billi l-Parlament Ewropew, bħala l-istituzzjoni li tirrappreżenta direttament liċ-ċittadini, u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jirrappreżenta lill-Istati Membri, huma ż-żewġ komponenti tal-leġiżlatura Ewropea li jikkostitwixxu l-għajn dupliċi tal-leġittimità tal-Unjoni Ewropea;

D.  billi l-Parlament Ewropew jaħdem bi grad għoli ta' trasparenza fil-proċedura leġiżlattiva tiegħu, inkluż fil-fażi tal-kumitati, b'hekk liċ-ċittadini, lill-midja u lill-partijiet ikkonċernati jkunilhom possibbli jidentifikaw b'mod ċar id-diversi pożizzjonijiet fi ħdan il-Parlament u l-oriġini tal-proposti speċifiċi, kif ukoll isegwu l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet finali;

E.  billi skont l-Artikolu 16(8) tat-TUE, il-Kunsill jiltaqa' fil-pubbliku meta jiddelibera u jivvota dwar abbozz ta' att leġiżlattiv.

F.  billi l-Kunsill jieħu l-maġġoranza tad-deċiżjonijiet li jistgħu jsiru b'votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata (VMK) b'kunsens u mingħajr vot formali;

G.  billi l-Ombudsman tat bidu għal investigazzjoni fir-rigward tat-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill, u ressqet 14-il mistoqsija lill-Kunsill fl-10 ta' Marzu 2017 u nediet konsultazzjoni pubblika;

H.  billi b'segwitu għall-investigazzjoni, l-Ombudsman sabet li n-nuqqas ta' trasparenza mill-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti leġiżlattivi tiegħu u l-prattiki attwali tal-Kunsill fir-rigward tat-trasparenza fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet – speċifikament matul il-fażi preparatorja fil-livell tal-Coreper u fil-livell tal-grupp ta' ħidma – jikkostitwixxu amministrazzjoni ħażina;

I.  billi fid-9 ta' Frar 2018 l-Ombudsman għamlet sitt suġġerimenti għal titjib u fformulat tliet rakkomandazzjonijiet speċifiċi lill-Kunsill rigward it-trasparenza tal-korpi preparatorji tiegħu, u talbet tweġiba mingħand il-Kunsill;

J.  billi l-Kunsill ma tax tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet li jinstabu fir-rapport tal-Ombudsman fl-iskeda ta' żmien ta' tliet xhur preskritta b'mod legali u, fid-dawl tal-importanza tal-kwistjoni tat-trasparenza leġiżlattiva, l-Ombudsman iddeċidiet li ma tagħti l-ebda estensjoni lill-Kunsill lil hinn mill-iskadenza, u ppreżentat ir-rapport lill-Parlament Ewropew;

1.  Jinsab tassew imħasseb li l-Unjoni Ewropea qed tiġi kkritikata b'mod komuni li hija defiċjenti mill-aspett demokratiku; jenfasizza, għalhekk, li t-teħid ta' deċiżjonijiet minn waħda mit-tliet istituzzjonijiet ewlenin tagħha mingħajr it-trasparenza li hija mistennija minn stabbiliment demokratiku huwa ta' detriment għal dan il-proġett ambizzjuż Ewropew;

2.  Jinsab tassew konvint li t-teħid demokratiku u trasparenti ta' deċiżjonijiet fil-livell Ewropew huwa indispensabbli biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew u fl-istituzzjonijiet tal-UE, speċjalment fil-kuntest tal-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju 2019, u għaldaqstant huwa determinat li jsaħħaħ l-obbligu ta' rendikont demokratiku tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE;

3.  Jaqbel mal-Ombudsman dwar il-fatt li l-garanzija li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jifhmu, isegwu fid-detall u jipparteċipaw fil-progress tal-leġiżlazzjoni huwa rekwiżit ġuridiku konformi mat-Trattati u rekwiżit bażiku għal demokrazija moderna;

4.  Jenfasizza li grad għoli ta' trasparenza tal-proċess leġiżlattiv huwa essenzjali biex iċ-ċittadini, il-midja u l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jżommu lir-rappreżentanti eletti tagħhom u lill-gvernijiet tagħhom responsabbli ta' għemilhom;

5.  Jemmen li livell għoli ta' trasparenza jagħmilha ta' garanzija kontra l-ħolqien ta' spekulazzjoni, aħbarijiet foloz u teoriji tal-konfoffa, billi jipprovdi bażi fattwali għar-rifjut pubbliku ta' dawn it-talbiet;

6.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew jirrappreżenta l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b'mod miftuħ u trasparenti, kif ikkonfermat mill-Ombudsman, u jieħu nota tal-progress li sar mill-Kummissjoni fit-titjib tal-istandards ta' trasparenza tagħha; jiddispjaċih li l-Kunsill għadu ma jsegwix standards paragunabbli;

7.  Jindika li x-xogħol tal-korpi preparatorji tal-Kunsill, jiġifieri l-Kumitati tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper I + II) u 'l fuq minn 150 grupp ta' ħidma, huwa parti integrali tal-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill;

8.  Jiddeplora l-fatt li, bil-maqlub tal-laqgħat tal-kumitati fi ħdan il-Parlament Ewropew, il-laqgħat tal-korpi preparatorji tal-Kunsill kif ukoll il-maġġoranza tad-dibattiti fil-Kunsill isiru bil-magħluq; jemmen li ċ-ċittadini, il-midja u l-partijiet ikkonċernati għandu jkollhom aċċess b'mezzi xierqa għal-laqgħat tal-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu, anke permezz ta' livestreaming u xandir dirett fuq l-internet, kif ukoll li l-minuti ta' dawn il-laqgħat għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' trasparenza fil-proċess leġiżlattiv fiż-żewġ komponenti tal-leġiżlatura Ewropea; jenfasizza li, skont il-prinċipju tal-leġittimità demokratika, il-pubbliku jeħtieġlu jkun jista' jżomm iż-żewġ komponenti tal-leġiżlatura responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom;

9.  Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill ma jippubblikax b'mod proattiv il-biċċa l-kbira tad-dokumenti relatati mal-fajls leġiżlattivi, u dan jipprevjeni liċ-ċittadini milli jkunu jafu liema dokumenti fil-fatt jeżistu, u għaldaqstant jillimita l-eżerċizzju tad-dritt tagħhom li jitolbu aċċess għad-dokumenti; jiddispjaċih li l-informazzjoni disponibbli dwar dokumenti leġiżlattivi hija ppreżentata mill-Kunsill f'reġistru li mhuwiex komplet u faċli biex jintuża; jistieden lill-Kunsill jelenka fir-reġistru pubbliku tiegħu d-dokumenti kollha relatati mal-fajls leġiżlattivi, irrispettivament mill-format u l-klassifikazzjoni tagħhom; jinnota, f'dan ir-rigward, l-isforzi li saru mill-Kummissjoni, mill-Parlament u mill-Kunsill biex tinħoloq bażi ta' data konġunta għall-fajls leġiżlattivi u jenfasizza li t-tliet istituzzjonijiet kollha għandhom responsabbiltà biex jiffinalizzaw malajr dan ix-xogħol;

10.  Iqis li l-prattika tal-Kunsill, skont liema d-dokumenti mqassma fil-korpi preparatorji tiegħu relatati ma' fajls leġiżlattivi jiġu kklassifikati sistematikament bħala "LIMITE", hija ksur tal-ġurisprudenza(6) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u tar-rekwiżit ġuridiku li għandu jkun hemm l-aċċess pubbliku l-aktar wiesa' possibbli għad-dokumenti leġiżlattivi; jistieden lill-Kunsill jimplimenta bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tal-QĠUE u jabolixxi l-inkonsistenzi eżistenti u l-prattiki diverġenti; ifakkar li l-klassifikazzjoni ''LIMITE'' ma għandha l-ebda bażi ġuridika soda u jqis li l-linji gwida interni tal-Kunsill għandhom jiġu riveduti sabiex jiġi garantit li d-dokumenti jkunu kklassifikati biss bħala "LIMITE" f'każijiet debitament ġustifikati li jkunu konformi mal-ġurisprudenza tal-QĠUE;

11.  Jiddeplora l-fatt li wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Access Info Europe fl-2013, COREPER iddeċieda li bħala regola, l-awtur tad-dokument għandu jirreġistra l-ismijiet tal-Istati Membri fid-dokumenti relatati ma' proċeduri leġiżlattivi li jinsabu għaddejjin "fejn xieraq"; iqis bħala inaċċettabbli li l-pożizzjonijiet fil-korpi preparatorji tal-Kunsill li jieħdu l-Istati Membri individwali ma huma la ppubblikati u lanqas sistematikament irreġistrati, b'hekk ikun impossibbli għaċ-ċittadini, għall-mezzi tal-komunikazzjoni u għall-partijiet ikkonċernati jagħmlu skrutinju effikaċi tal-imġiba tal-gvernijiet eletti tagħhom;

12.  Jindika li dan in-nuqqas ta' informazzjoni jxekkel ukoll il-kapaċità tal-parlamenti nazzjonali li jikkontrollaw l-azzjonijiet tal-gvernijiet nazzjonali fil-Kunsill, li hija l-funzjoni essenzjali tal-parlamenti nazzjonali fil-proċedura leġiżlattiva tal-UE, u jippermetti lill-membri tal-gvernijiet nazzjonali jitbiegħdu, fl-isfera nazzjonali, mid-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu fil-livell Ewropew li jkunu sawru u ħadu huma stess; iqis li din il-prattika tmur kontra l-ispirtu tat-Trattati u huwa irresponsabbli li l-membri tal-gvernijiet nazzjonali jimminaw il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea billi "jwaħħlu fi Brussell" għad-deċiżjonijiet li huma stess kienu involuti fihom; jargumenta li rekord sistematiku tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri fil-korpi preparatorji tal-Kunsill jaġixxi bħala diżinċentiv għal din il-prattika u jrid jitwaqqaf immedjatament; jinnota li din il-prattika hija għall-vantaġġ ta' politikanti li jfittxu li jnaqqsu l-leġittimità tal-UE fl-għajnejn tal-pubbliku;

13.  Iqis bħala inkompatibbli mal-prinċipji demokratiċi l-fatt li, fin-negozjati interistituzzjonali bejn il-koleġiżlaturi, in-nuqqas ta' trasparenza fil-Kunsill iwassal għal żbilanċ fir-rigward tal-informazzjoni disponibbli u b'hekk għal vantaġġ strutturali tal-Kunsill fuq il-Parlament Ewropew; itenni l-appell tiegħu għat-titjib fl-iskambju tad-dokumenti u tal-informazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill u għall-għoti ta' aċċess lir-rappreżentanti tal-Parlament bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kunsill u tal-korpi tiegħu, partikolarment fil-każ tal-leġiżlazzjoni, b'mod ekwivalenti għal dak li bih il-Parlament jagħti aċċess lill-Kunsill għal-laqgħat tiegħu;

14.  Ifakkar li wara l-inkjesta strateġika mill-Ombudsman dwar it-trasparenza tat-trilogi, ir-rakkomandazzjonijiet ma ġewx adottati, l-aktar minħabba r-riluttanza tal-Kunsill; jemmen li, minħabba li t-trilogi saru prattika komuni biex jintlaħqu ftehimiet dwar fajls leġiżlattivi, għandu japplika għalihom livell għoli ta' trasparenza; iqis li dan għandu jinkludi pubblikazzjoni proattiva tad-dokumenti rilevanti, id-definizzjoni ta' kalendarju interistituzzjonali u regola ġenerali skont liema n-negozjati jistgħu jibdew biss wara l-adozzjoni ta' mandati pubbliċi, f'konformità mal-prinċipji ta' pubbliċità u trasparenza inerenti fil-proċess leġiżlattiv tal-UE;

15.  Jesiġi li l-Kunsill, bħala wieħed miż-żewġ komponenti tal-leġiżlatura Ewropea, jallinja l-metodi ta' ħidma tiegħu mal-istandards ta' demokrazija parlamentari u parteċipatorja kif meħtieġ skont it-Trattati, pjuttost milli jaġixxi ta' forum diplomatiku, li mhuwiex il-funzjoni maħsuba tiegħu;

16.  Huwa tal-opinjoni li l-gvernijiet tal-Istati Membri jċaħħdu liċ-ċittadini mid-dritt tagħhom għall-informazzjoni u jevitaw standards ta' trasparenza kif ukoll kontroll demokratiku xieraq billi jħejju jew jiddeterminaw minn qabel deċiżjonijiet ekonomiċi u finanzjarji estensivi f'formati informali bħall-Grupp tal-Euro u s-Summit taż-Żona tal-Euro; jinsisti li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti tiġi applikata mingħajr dewmien lill-korpi informali u lill-korpi preparatorji fi ħdan il-Kunsill, b'mod partikolari l-Grupp tal-Euro, il-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro, il-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju; jitlob li l-Grupp tal-Euro jiġi formalizzat b'mod sħiħ fir-reviżjoni li jmiss tat-Trattati sabiex jiġu ggarantiti aċċess pubbliku u skrutinju parlamentari xierqa;

17.   Itenni t-talba tiegħu li l-Kunsill jiġi ttrasformat f'kamra leġiżlattiva reali, biex b'hekk tinħoloq sistema leġiżlattiva ġenwinament bikamerali li tinvolvi lill-Kunsill u lill-Parlament, fejn il-Kummissjoni taġixxi bħala l-eżekuttiv; jissuġġerixxi l-involviment tal-konfigurazzjonijiet leġiżlattivi speċjalizzati tal-Kunsill bħala korpi preparatorji għal Kunsill leġiżlattiv wieħed, li jiltaqa' fil-pubbliku, b'mod simili għall-funzjonament tal-kumitati fil-Parlament Ewropew, u d-deċiżjonijiet leġiżlattivi finali kollha jittieħdu fil-Kunsill leġiżlattiv wieħed;

18.  Iqis il-vot pubbliku bħala karatteristika fundamentali tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod demokratiku; iħeġġeġ lill-Kunsill jirrikorri għall-possibbiltà tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata (VMK), u jastjeni, meta possibbli, mill-prattika skont liema jieħu d-deċiżjonijiet b'kunsens u mingħajr vot formali pubbliku;

19.  Japprova bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet li fformulat l-Ombudsman Ewropew lill-Kunsill u jħeġġeġ lill-Kunsill, almenu, jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jimplimenta mill-aktar fis possibbli r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman, u speċifikament:

   a) jirreġistra b'mod sistematiku l-identità tal-gvernijiet tal-Istati Membri meta jesprimu pożizzjonijiet f'korpi preparatorji;
   b) jiżviluppa kriterji ċari u disponibbli pubblikament għal kif jikklassifika d-dokumenti tiegħu bħala "LIMITE", f'konformità mad-dritt tal-UE;
   c) jirrevedi b'mod sistematiku l-istatus "LIMITE" tad-dokumenti fi stadju bikri, qabel l-adozzjoni finali ta' att leġiżlattiv, inkluż qabel ma jibdew in-negozjati informali fit-trilogi, f'liema punt il-Kunsill ikun laħaq pożizzjoni inizjali dwar il-proposta;

20.  Iqis li ma jistgħux jintużaw referenzi għal segretezza professjonali biex id-dokumenti jinżammu b'mod sistematiku milli jiġu rreġistrati jew ddivulgati;

21.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni li saret mill-Presidenza Awstrijaka lill-kumitat konġunt għall-Affarijiet Kostituzzjonali u għall-Petizzjonijiet, fejn indikat il-ħtieġa li l-Parlament Ewropew jinżamm infurmat dwar il-progress tar-riflessjonijiet li għaddejjin bħalissa tal-Kunsill dwar kif għandhom jitjiebu r-regoli u l-proċeduri tiegħu fir-rigward tat-trasparenza leġiżlattiva u fejn espremiet r-rieda tagħha li tinvolvi ruħha mal-Parlament fil-livell xieraq f'riflessjoni konġunta dwar dawn is-suġġetti li jeħtieġu koordinazzjoni interistituzzjonali u jiddispjaċih li sa issa ma ġie ppreżentat l-ebda kontribut lill-Parlament Ewropew.

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(2) ĠU C 66, 21.2.2018, p. 23.
(3) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.
(4) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 120.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0225.
(6) Għall-prinċipju tal-aċċess pubbliku l-aktar wiesa' possibbli, ara: Il-Kawżi Magħquda C-39/05 P u C-52/05 P L-Iżvezja u Turco vs Il-Kunsill [2008] ECLI:EU:C:2008:374, para. 34; il-Kawża C-280/77 P Il-Kunsill vs Access Info Europe [2013] ECLI:EU:C:2013:671, para. 27; u l-Kawża T-540/15 De Capitani vs Il-Parlament [2018] ECLI:EU:T:2018:167, para. 80.

Avviż legali