Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2998(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0088/2019

Testi mressqa :

B8-0088/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2019)0100

Testi adottati
PDF 132kWORD 48k
L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: l-istandards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklirjar biex jestendu d-dati differiti tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC
P8_TA-PROV(2019)0100B8-0088/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklirjar biex jestendu d-dati differiti tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC (C(2018)09047 – 2018/2998(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2018)09047),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018, li fiha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se jqajjem oġġezzjonijiet għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-4 ta' Frar 2019 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2) u 82(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(2),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji (RTS) dwar in-novazzjoni ta' kuntratti bilaterali mhux soġġetti għal marġnijiet bilaterali sottomessi mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fis-27 ta' Novembru 2018 skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-att delegat fih dettalji importanti relatati mal-eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar għal tranżazzjonijiet intragrupp ma’ entitajiet ta’ grupp ta’ pajjiżi terzi, fejn ma ġiet adottata l-ebda deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-pajjiż terz li fih hija stabbilita l-entità tal-grupp;

B.  billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza tal-adozzjoni rapida ta’ dan l-att, peress li l-Kummissjoni għadha ma adottatx tali deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u l-ewwel data differita ta’ applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar kienet it-21 ta’ Diċembru 2018, iżda jemmen ukoll li d-dewmien bla bżonn tal-Kummissjoni fl-adozzjoni ta’ dan l-att sal-19 ta’ Diċembru 2018, filwaqt li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ippubblikat l-abbozz ta’ RTS tagħha sa mill-27 ta’ Settembru 2018;

C.  billi l-Parlament iqis li l-RTS adottati mhumiex "l-istess" bħall-abbozz tal-RTS ippreżentat mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) minħabba l-bidliet tal-Kummissjoni li ġew introdotti f'dan l-abbozz, u jqis li għandu tliet xhur ("il-perjodu ta' skrutinju") biex joġġezzjona għall-RTS; billi l-Parlament iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindika l-perjodu ta' skrutinju ta' xahar biss f'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-abbozzi tal-ASE mingħajr tibdil, jiġifieri fejn l-abbozz u l-RTS adottati jkunu "l-istess";

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Frar 2019Avviż legali