Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0436(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0063/2019

Testi mressqa :

A8-0063/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.3
CRE 13/02/2019 - 16.3
PV 13/03/2019 - 11.17

Testi adottati :

P8_TA(2019)0105
P8_TA(2019)0181

Testi adottati
PDF 159kWORD 52k
L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward talħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ***I
P8_TA-PROV(2019)0105A8-0063/2019

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta’ Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0895 – C8-0511/2018 – 2018/0436(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Sabiex jiġi evitat tfixkil serju kawża ta' dan, inkluż fir-rigward tal-ordni pubbliku, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit sett temporanju ta' miżuri li jippermettu lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq liċenzjati fir-Renju Unit iġorru merkanzija bit-triq bejn it-territorju ta' dan tal-aħħar u l-bqija tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru. Sabiex jiġi żgurat ekwilibriju ġust bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri li jifdal, jenħtieġ li d-drittijiet mogħtija jkunu soġġetti għall-għoti ta' drittijiet ekwivalenti u għal ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta.
(4)  Sabiex jiġi evitat tfixkil serju kawża ta' dan, inkluż fir-rigward tal-ordni pubbliku, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit sett temporanju ta' miżuri li jippermettu lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq liċenzjati fir-Renju Unit iġorru merkanzija bit-triq bejn it-territorju ta' dan tal-aħħar u l-bqija tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru jew minn territorju tar-Renju Unit għal territorju tar-Renju Unit bi tranżitu fi Stat Membru wieħed jew aktar. Sabiex jiġi żgurat ekwilibriju ġust bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri li jifdal, jenħtieġ li d-drittijiet mogħtija jkunu soġġetti għall-għoti ta' drittijiet ekwivalenti u għal ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
(2)   "trasport bilaterali" tfisser:
(2)   "trasport awtorizzat" tfisser:
(a)  vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura li l-postijiet tat-tluq u tal-wasla tagħha jkunu fit-territorju tal-Unjoni u fit-territorju tar-Renju Unit rispettivament, li jgħaddi jew bla ma jgħaddi minn xi Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi;
(a)  vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura minn territorju tal-Unjoni għal territorju tar-Renju Unit jew viċe versa, li jgħaddi jew bla ma jgħaddi minn xi Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi;
(b)   vjaġġ bla tagħbija li huwa involut ma' trasport imsemmi fil-punt (a);
(b)   vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura minn territorju tar-Renju Unit għal territorju tar-Renju Unit bi tranżitu f'territorju tal-Unjoni;
(ba)  vjaġġ bla tagħbija li huwa involut ma' trasport imsemmi fil-punti (a) u (b);
Emenda 3
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 5
(5)   "liċenzja tar-Renju Unit" tfisser liċenzja maħruġa mir-Renju Unit għall-finijiet ta' trasport internazzjonali, inkluż it-trasport bilaterali;
(5)   "liċenzja tar-Renju Unit" tfisser liċenzja maħruġa mir-Renju Unit għall-finijiet ta' trasport internazzjonali, fir-rigward ta' trasport awtorizzat;
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – titolu
Id-dritt li jitwettaq it-trasport bilaterali
Id-dritt li jitwettaq it-trasport awtorizzat
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  l-operaturi tat-trasport ta' merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jistgħu, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, iwettqu t-trasport bilaterali.
1.  l-operaturi tat-trasport ta' merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jistgħu, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, iwettqu t-trasport awtorizzat.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  It-trasport bilaterali tat-tipi li ġejjin jistgħu jitwettqu minn persuni naturali jew ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Unit, mingħajr il-ħtieġa għal liċenzja tar-Renju Unit fis-sens tal-Artikolu 2(5):
2.  It-trasport awtorizzat tat-tipi li ġejjin jistgħu jitwettqu minn persuni naturali jew ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Unit, mingħajr il-ħtieġa għal liċenzja tar-Renju Unit fis-sens tal-Artikolu 2(5):
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Matul it-trasport bilaterali skont dan ir-Regolament, ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu osservati:
Matul it-trasport awtorizzat skont dan ir-Regolament, ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu osservati:
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Fejn tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni mhumiex, de jure jew de facto, ekwivalenti għal dawk mogħtija lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit skont dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ekwu għall-operaturi kollha tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista', sabiex terġa' tiġi stabbilita l-ekwivalenza, permezz ta' atti delegati:

(a)   tistabbilixxi limiti permissibbli tal-kapaċità disponibbli għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jew għall-għadd ta' vjaġġi jew għat-tnejn;
(a)  tissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) ta' dan ir-Regolament meta l-ebda dritt ekwivalenti ma jingħata lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni jew meta d-drittijiet mogħtija jkunu minimi;
(b)   tissospendi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; jew
(b)   tistabbilixxi limiti permissibbli tal-kapaċità disponibbli għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jew għall-għadd ta' vjaġġi jew għat-tnejn; jew
(c)  tadotta kwalunkwe miżura oħra xierqa.
(c)  tadotta kwalunkwe miżura oħra xierqa bħal dazji finanzjarji jew restrizzjonijiet operattivi.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Meta tiddeċiedi li, bħala riżultat ta' kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3, l-imsemmija kundizzjonijiet huma sostanzjalment inqas favorevoli minn dawk li jgawdu minnhom l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit, il-Kummissjoni tista', sabiex tirrimedja dik is-sitwazzjoni, permezz ta' atti delegati:

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0063/2019).

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Frar 2019Avviż legali