Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0385(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0014/2019

Testi mressqa :

A8-0014/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2019 - 10.12

Testi adottati :

P8_TA(2019)0126

Testi adottati
PDF 188kWORD 56k
Il-Ħamis, 14 ta' Frar 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Direttiva emendatorja 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ***I
P8_TA-PROV(2019)0126A8-0014/2019
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adattament tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija [kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/XXX/UE] u r-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] minħabba l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (COM(2018)0744 – C8-0482/2018 – 2018/0385(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0744),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 192(1) u 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0482/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0014/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Direttiva li temenda 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni
P8_TC1-COD(2018)0385

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 192(1) u 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)  Il-ftehim dwar il-ħruġ kif miftiehem bejn in-negozjaturi fih arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih, lil hinn mid-data li fuqha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih. Jekk dak il-ftehim jidħol fis-seħħ, id-Direttiva (UE) 2018/2002(4), li temenda d-Direttiva 2012/27/UE(5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), japplikaw għar-Renju Unit u fih matul il-perjodu ta' tranżizzjoni skont dak il-ftehim u ma jibqgħux japplikaw fi tmiem dak il-perjodu.

(3)  L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2012/27/UE, li ġiet introdotta mid-Direttiva  (UE) 2018/2002, teħtieġ lill-Istati Membri jistabbilixxu kontribuzzjonijiet nazzjonali indikattivi tal-effiċjenza fl-enerġija għall-ilħuq tal-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni ta’ mill-inqas 32,5 % għall-2030. Meta stabbilixxew dawk il-kontribuzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jieħdu inkunsiderazzjoni l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 f'termini ta' enerġija primarja u/jew finali.

(4)  L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 jirrikjedi lilll-Istati Membri jqisu l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 f'termini ta' enerġija primarja u/jew enerġija finali fil-kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tagħhom għall-effiċjenza fl-enerġija għall-ilħuq tal-miri tal-Unjoni . Skont l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 29(3) ta' dak ir-Regolament, il-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni huwa rilevanti wkoll għall-valutazzjoni tal-progress tal-Kummissjoni lejn l-ilħuq kollettiv tal-miri tal-Unjoni.

(5)  Minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu emendati ċ-ċifri mbassra tal-konsum ta’ enerġija għall-Unjoni fl-2030 jiġu adattati teknikament sabiex jirriflettu l-Unjoni ta’ 27 Stat Membru minbarra r-Renju Unit (“EU 27”). It-tbassir magħmul għall-miri ewlenin tal-Unjoni ta’ mill-inqas 32,5 % juri li l-konsum ta’ enerġija primarja huwa mistenni li jkun ugwali għal 1,273 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti taż-żejt (Mtoe) u l-konsum ta’ enerġija finali jenħtieġ li jkun ugwali għal 956 Mtoe fl-2030 għall-Unjoni ta’ 28 Stat Membru. It-tbassir ekwivalenti għall-EU 27 juri li l-konsum ta’ enerġija primarja għandu ikun ugwali għal 1,128 Mtoe u l-konsum ta’ enerġija finali għandu ikunu ugwali għal 846 Mtoe fl-2030. Dan jeħtieġ l-emendar taċ-ċifri għal-livelli ta’ konsum tal-enerġija fl-2030.

(6)  L-istess tbassir għall-konsum tal-enerġija fl-2030 huma rilevanti għall-Artikoli 6 u 29 u r-Regolament (UE) 2018/1999.

(7)  B'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill(7), il-waqfien tal-applikazzjoni tal-atti ffissat f'data partikolari għandu jseħħ mat-tmiem tal-aħħar siegħa tal-jum li jaħbat f'dik id-data. Din id-Deċiżjoni għalhekk jenħtieġ li tapplika mill-jum wara dak li fih id-Direttiva 2012/27/UE u r-Regolament (UE) 2018/1999 ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit.

(8)  Id-Direttiva 2012/27/UE u r-Regolament (UE) 2018/1999 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

(9)  Sabiex tipprepara mingħajr dewmien għall-ħruġ tar-Renju Unit, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva 2012/27/UE

Fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“5. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva skont l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Meta jistabbilixxu dawk il-kontribuzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom iqisu li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma għandux ikun aktar minn 1,128 Mtoe tal-enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 846 Mtoe tal-enerġija finali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn il-kontribuzzjonijiet lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima kif imsemmi fi, u b’konformità mal-proċedura skont l-Artikoli 3 u 7 sa 12 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

_________________________

* Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).’

"

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1999

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“1. Fil-kontribuzzjoni nazzjonali indikattiv tiegħu għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 u għall-aħħar sena tal-perijodu kopert għall-pjanijiet nazzjonali sussegwenti skont il-punt (b)(1) tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jqis li, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni fl-2020 għandu jkun mhux aktar minn 1 483 Mtoe tal-enerġija primarja jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe tal-enerġija finali u l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 għandu jkun mhux aktar minn 1 128 Mtoe tal-enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 846 Mtoe tal-enerġija finali.”;.

"

(2)  fl-Artikolu 29(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress lejn il-kisba kollettiva ta’ konsum tal-enerġija massimu fil-livell tal-Unjoni ta’ 1,128 Mtoe ta’ enerġija primarja u 846 Mtoe ta’ enerġija finali fl-2030 b’konformità mal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2012/27/UE.”.

"

Artikolu 3

Limiti ta' żmien

L-Artikoli 1 u 2 ta’ din id-Deċiżjoni huma mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva  (UE) 2018//2002 u fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  L-Artikoli 1 u 2 għandhom japplikaw mill-jum wara dak li fih id-Direttiva 2012/27/UE u r-Regolament 2018/1999/UE ma jibqawx japplikaw għar-Renju Unit u fih.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)ĠU C , , p. .
(2)ĠU C , , p. .
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Frar 2019.
(4) Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).
(5) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(7) Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Frar 2019Avviż legali