Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2546(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0143/2019

Testi mressqa :

B8-0143/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2019)0159

Testi adottati
PDF 128kWORD 48k
L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: eżenzjoni tal-Bank of England mir-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014
P8_TA-PROV(2019)0159B8-0143/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1799 fir-rigward tal-eżenzjoni tal-Bank of England mir-rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (C(2019)00793 – 2019/2546(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00793),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 21 ta' Frar 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 1(9) u 50(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-att delegat emendatorju fih emendi importanti biex ikun żgurat li l-Bank of England jibqa' jibbenefika mill-eżenzjoni eżistenti skont l-Artikolu 1(9) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, wara bidla fl-istatus tar-Renju Unit għal pajjiż terz;

B.  billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza ta' adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex tiġi żgurata t-tħejjija tal-Unjoni Ewropea f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Marzu 2019Avviż legali