Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2547(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0144/2019

Testi mressqa :

B8-0144/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2019)0160

Testi adottati
PDF 127kWORD 48k
L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Ebda oġġezzjoni għal att delegat li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' entitajiet eżentati
P8_TA-PROV(2019)0160B8-0144/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' entitajiet eżentati (C(2019)00794 – 2019/2547(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00794),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tal-21 ta' Frar 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u b'mod partikolari l-Artikoli 2(4) u 30(5) tiegħu(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-att delegat jinkludi emendi importanti biex jiżgura li l-bank ċentrali tar-Renju Unit u l-korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu f'din il-ġestjoni jkunu eżentati mill-obbligu ta' rapportar skont l-Artikolu 4 u r-rekwiżiti ta' trasparenza fl-użu mill-ġdid skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2015/2365;

B.  billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza ta' adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Marzu 2019Avviż legali