Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2579(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0149/2019

Testi mressqa :

B8-0149/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2019)0163

Testi adottati
PDF 131kWORD 48k
L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta 'dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni
P8_TA-PROV(2019)0163B8-0149/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni (C(2019)00904 – 2019/2579(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00904),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 4 ta' Marzu 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 49(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 13tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(2),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-"emenda tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/588 (RTS 11)" preżentat fit-8 ta' Novembru 2018 mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 49(3) tad-Direttiva 2014/65/UE,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-att delegat fih emendi importanti biex titħares il-kompetittività taċ-ċentri tan-negozjar tal-UE li joffru n-negozjar f'dawk l-ishma li jiġu ammessi għan-negozjar jew jiġu nnegozjati fl-Unjoni u f'pajjiż terz fl-istess ħin, u meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dawk l-ishma jkun jinsab barra mill-Unjoni;

B.  billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza ta' adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

C.  billi l-Parlament iqis li l-RTS adottat mhuwiex "l-istess" bħall-abbozz tal-RTS ippreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq minħabba l-bidliet tal-Kummissjoni li ġew introdotti f'dan l-abbozz, u jqis li għandu tliet xhur biex joġġezzjona għall-RTS (perjodu ta' skrutinju); billi l-Parlament iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindika l-perjodu ta' skrutinju ta' xahar biss f'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-abbozzi tal-Aġenziji Superviżorji Ewropej mingħajr tibdil, jiġifieri fejn l-abbozz u l-istandards tekniċi regolatorji adottati jkunu "l-istess";

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Marzu 2019Avviż legali