Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0435(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0071/2019

Testi mressqa :

A8-0071/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.1
CRE 13/03/2019 - 11.1

Testi adottati :

P8_TA(2019)0165

Testi adottati
PDF 150kWORD 51k
L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Awtorizzazzjoni Ġenerali ta' Esportazzjoni tal-Unjoni għall-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit ***I
P8_TA-PROV(2019)0165A8-0071/2019
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni ta' Esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (COM(2018)0891 – C8-0513/2018 – 2018/0435(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0891,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0513/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Marzu 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0071/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni fir-rigward ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit
P8_TC1-COD(2018)0435

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  Fid-29 ta’ Marzu 2017 ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati mhumiex ser jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta’ dan, sentejn wara n-notifika, jiġifieri mit-30 ta’ Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b’mod unanimu li jestendi dan il-perijodu.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009(2) jistabbilixxi reġim komuni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti b’użu doppju li huwa meħtieġ għall-promozzjoni tas-sigurtà tal-Unjoni u s-sigurtà internazzjonali u biex ikun hemm fis-seħħ kundizzjonijiet ekwi għall-esportaturi tal-Unjoni.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 jipprevedi “awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni” li jiffaċilitaw il-kontrolli fuq l-esportazzjonijiet b’riskju baxx ta’ oġġetti b’użu doppju lejn ċerti pajjiżi terzi. Bħalissa l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein, u l-Istati Uniti tal-Amerka huma koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni Nru UE001 stabbilita fl-Anness IIa għar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

(4)  Ir-Renju Unit huwa parti fit-trattati internazzjonali rilevanti u membru tar-reġimi internazzjonali dwar in-nonproliferazzjoni, huwa konformi bis-sħiħ mal-obbligi u l-impenji relatati. Ir-Renju Unit japplika kontrolli proporzjonali u xierqa sabiex jindirizza l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu finali intenzjonat u r-riskju ta’ devjazzjoni b’mod effettiv, konsistentement mad-dispożizzjonijiet u l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

(5)  Meta jitqies li r-Renju Unit huwa destinazzjoni importanti għal oġġetti b’użu doppju prodotti fl-Unjoni, huwa xieraq li r-Renju Unit jinżdied mal-lista ta’ destinazzjonijiet koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni Nru UE001 sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi u konsistenti tal-kontrolli madwar l-Unjoni kollha kemm hi, għall-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-esportaturi tal-Unjoni u biex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed, filwaqt li jiġu protetti s-sigurtà tal-Unjoni u dik internazzjonali.

(6)  Minħabba l-urġenza taċ-ċirkustanzi li jirriżultaw mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni , huwa meħtieġ li tiġi permessa l-applikazzjoni immedjata ta’ dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-inklużjoni tar-Renju Unit fl-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni Nru EU001. Għaldaqstant dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)  Ir-Renju Unit jenħtieġ li jinżdied mal-lista tad-destinazzjonijiet koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni Nru UE001 biss jekk l-ebda ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 50(2) tat-TUE ma jkun daħal fis-seħħ sad-data meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IIa għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 huwa emendat kif ġej:

(a)  it-titolu “Esportazzjonijiet lejn l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein, u l-Istati Uniti tal-Amerka” jinbidel b’dan li ġej:"

“Esportazzjonijiet lejn l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u l-Istati Uniti tal-Amerka”;

"

(b)  fil-Parti 2 jiddaħħal l-inċiż li ġej wara l-inċiż “- l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein”:"

“– Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq”.

"

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-jum wara dak meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 50(3) tat-TUE.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika fil-każ li, sad-data msemmija fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, ikun daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 50(2) tat-TUE.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(Taffettwa l-verżjonijiet lingwistiċi kollha.)

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.
(2)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Marzu 2019Avviż legali