Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0302(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0026/2019

Testi mressqa :

A8-0026/2019

Dibattiti :

PV 12/03/2019 - 21
CRE 12/03/2019 - 21

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0169

Testi adottati
PDF 129kWORD 48k
L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Ftehim ta' Kooperazzjoni UE/Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp ***
P8_TA-PROV(2019)0169A8-0026/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (15093/2016 – C8-0107/2018 – 2015/0302(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15093/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (05385/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207, 209, 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0107/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2019(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0026/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlament tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan.

(1) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Marzu 2019Avviż legali