Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0316(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0081/2019

Testi mressqa :

A8-0081/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.7

Testi adottati :

P8_TA(2019)0171

Testi adottati
PDF 130kWORD 48k
L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Il-parteċipazzjoni tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein fl-eu-LISA ***
P8_TA-PROV(2019)0171A8-0081/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (15832/2018 – C8-0035/2019 – 2018/0316(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15832/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein (12367/2018),

–  wara li kkunsidra r-rikjesta għall-kunsens ippreżentata mill-Kunsill skont it-termini tal-Artikoli 74, 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 82(1)(d), 85(1), 87(2)(a) u 88(2)  u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0035/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0081/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-arranġament;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Iżlanda, tal-Konfederazzjoni Żvizzera u tal-Prinċipat ta' Liechtenstein.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Marzu 2019Avviż legali