Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0392(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0021/2018

Testi mressqa :

A8-0021/2018

Dibattiti :

PV 28/02/2018 - 21
CRE 28/02/2018 - 21

Votazzjonijiet :

PV 01/03/2018 - 8.7
CRE 01/03/2018 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 13/03/2019 - 11.14

Testi adottati :

P8_TA(2018)0049
P8_TA(2019)0178

Testi adottati
PDF 512kWORD 142k
L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż ***I
P8_TA-PROV(2019)0178A8-0021/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (COM(2016)0750 – C8-0496/2017 – 2016/0392(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0750),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 43(2) u 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0496/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, ​​fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, mis-Senat Taljan, billi afferma li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-4 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0021/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 209, 30.6.2017, p. 54.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-1 ta’ Marzu 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0049).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008
P8_TC1-COD(2016)0392

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43(2) u 114(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3) wera li rnexxielu jirregola s-settur tax-xorb spirituż. Madankollu, fid-dawl tal-esperjenzi reċenti u tal-innovazzjoni teknoloġika, l-iżviluppi fis-suq u l-evoluzzjoni tal-aspettattivi tal-konsumaturi, huwa neċessarju li jiġu aġġornati r-regoli dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż u biex jiġu riveduti l-modalitajiet li bihom l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż huma rreġistrati u protetti.

(2)  Ir-regoli applikabbli għax-xorb spirituż jenħtieġ li jikkontribwixxu sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, titneħħa l-informazzjoni asimetrika, jiġu prevenuti prattiki qarrieqa u jinkisbu trasparenza fis-suq u kompetizzjoni ġusta. Dawn se jissalvagwardjaw l-isem li x-xorb spirituż tal-Unjoni kiseb fi ħdanha u fis-suq dinji billi jibqgħu jitqiesu l-metodi tradizzjonali użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż kif ukoll iż-żieda fit-talba għall-protezzjoni tal-konsumatur u għall-informazzjoni. L-innovazzjoni teknoloġika jenħtieġ li tiġi kkunsidrata wkoll fir-rigward tax-xorb spirituż fejn hija sservi sabiex tittejjeb il-kwalità, mingħajr ma taffettwa l-karattru tradizzjonali tax-xorb spirituż ikkonċernat.

(3)  Ix-xorb spirituż jirrappreżenta suq ewlieni għas-settur agrikolu, u l-produzzjoni tax-xorb spirituż hija marbuta bis-sħiħ ma’ dak is-settur. ▌Dik ir-rabta tiddetermina l-kwalità, is-sikurezza u r-reputazzjoni tax-xorb spirituż prodott fl-Unjoni. Għalhekk, dik ir-rabta qawwija mas-settur agroalimentari jenħtieġ li tkun enfasizzata mill-qafas regolatorju.

(4)  Ir-regoli applikabbli għax-xorb spirituż jikkostitwixxu każ speċjali meta mqabbel mar-regoli ġenerali stabbiliti għas-settur agroalimentari u jenħtieġ li jqisu wkoll il-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali li jintużaw fl-Istati Membri differenti.

(5)  ▌Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi kriterji ċari għad-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż kif ukoll għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, u jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-varjetajiet ta' lingwi u alfabeti uffiċjali fl-Unjoni. Huwa jenħtieġ li jistipula wkoll regoli dwar l-użu tal-alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi u għall-użu tal-ismijiet ġuridiċi tax-xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel.

(6)  Sabiex jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-konsumatur u jkun hemm konformità mal-metodi tradizzjonali, l-alkoħol etiliku u d-distillati użati fil-produzzjoni ta' xorb spirituż jenħtieġ li jkunu esklussivament ta' oriġini agrikola.

(7)  Fl-interess tal-konsumaturi, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għax-xorb spirituż kollu mqiegħed fis-suq tal-Unjoni, sew jekk prodott fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi. Sabiex tinżamm u titjieb ir-reputazzjoni fis-suq dinji ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw ukoll għal xorb spirituż prodott fl-Unjoni għall-esportazzjoni.

(8)  Id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għax-xorb spirituż u l-kategorizzazzjoni tax-xorb spirituż jenħtieġ li jkomplu jqisu l-prattiki ▌tradizzjonali. Jenħtieġ ukoll li jiġu stipulati regoli speċifiċi għal ċertu xorb spirituż li mhuwiex inkluż fil-lista ta' kategoriji.

ismijiet ġuridiċi

(9)  Ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008(4) u (KE) Nru 1334/2008(5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw ukoll għax-xorb spirituż. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali dwar kuluri u aromatizzanti, li jenħtieġ li japplikaw biss għax-xorb spirituż. Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali li jikkonċernaw id-dilwizzjoni u t-tħallil ta' aromatizzanti, kuluri u ingredjenti awtorizzati oħra, li jenħtieġ li japplikaw biss għall-produzzjoni ta' xorb alkoħoliku.

(10)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-ismijiet ġuridiċi li għandhom jintużaw għal xorb spirituż li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni, sabiex jiġi żgurat li dawn l-ismijiet ġuridiċi jintużaw b'mod armonizzat fl-Unjoni kollha u biex tiġi salvagwardjata t-trasparenza tal-informazzjoni għall-konsumaturi.

(11)  Minħabba l-importanza u l-kumplessità tas-settur tax-xorb spirituż, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż, partikolarment fir-rigward tal-użu ta' ismijiet ġuridiċi, indikazzjonijiet ġeografiċi, termini komposti u allużjonijiet fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar.

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) jenħtieġ li japplika għad-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, għajr meta previst xorta oħra f'dan ir-Regolament. F'dak ir-rigward, minħabba l-importanza u l-kumplessità tas-settur tax-xorb spirituż, huwa xieraq li regoli speċifiċi dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż li jmorru lil hinn mir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli speċifiċi jenħtieġ li jipprevjenu wkoll l-użu improprju tat-terminu "xarba spirituża" u tal-ismijiet ġuridiċi tax-xorb spirituż, fir-rigward ta’ prodotti li ma jissodisfawx id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(13)  Sabiex jiġi żgurat l-użu uniformi ta' termini komposti u allużjonijiet fl-Istati Membri, u sabiex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni adegwata, biex b'hekk jitħarsu milli jiġu mqarrqa, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom għall-fini tal-preżentazzjoni ta' xorb spirituż u oġġetti tal-ikel oħrajn. L-għan ta' dawn id-dispożizzjonijiet huwa wkoll li tiġi protetta r-reputazzjoni tax-xorb spirituż użat f'dan il-kuntest.

(14)  Sabiex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni adegwata, jenħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż li jikkwalifika bħala ▌xorb spirituż imħallat jew blended.

(15)  Filwaqt li huwa importanti li jiġi żgurat li b'mod ġenerali l-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni ddikjarata fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fl-ittikkettar ta' xorb spirituż jirreferi biss għall-komponent alkoħoliku l-inqas matur, sabiex jitqiesu l-proċessi tradizzjonali ta' invekkjament fi Stati Membri, għandu jkun possibbli li jiġu previsti, permezz ta' atti delegati, għal deroga minn dik ir-regola ġenerali u għal mekkaniżmi ta' kontroll adegwati fir-rigward ta' brandies prodotti bl-użu tas-sistema tradizzjonali ta' invekkjament dinamiku magħrufa bħala s-sistema ‘criaderas y solera’ jew is-sistema ‘solera e criaderas’.

(16)  Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u sabiex jiġi żgurat li tiġi pprovduta informazzjoni adegwata lill-konsumaturi, l-użu tal-ismijiet ta' materja prima jew ta’ aġġettivi bħala ismijiet ġuridiċi għal ċertu xorb spirituż jenħtieġ li ma jipprekludix l-użu ta' ismijiet ta' din il-materja prima jew ta’ aġġettivi fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti oħra tal-ikel. Għall-istess raġunijiet, l-użu tal-kelma Ġermaniża 'geist' bħala l-isem ġuridiku ta' kategorija ta' xorb spirituż jenħtieġ li ma jipprekludix l-użu ta' dik il-kelma bħala isem ornamentali biex jiġi supplimentat l-isem ġuridiku ta' xorb spirituż ieħor jew l-isem ta' xorb alkoħoliku ieħor, sakemm dan l-użu ma jqarraqx bil-konsumatur.

(17)  Sabiex jiġi żgurat li tiġi pprovduta informazzjoni adegwata lill-konsumaturi u sabiex jittejbu l-metodi ta' produzzjoni ta' kwalità, jenħtieġ li jkun possibli li l-isem ġuridiku ta' kwalunkwe xarba spirituża jkun issupplimentat bit-terminu "xott" jew "dry", jiġifieri dak it-terminu tradott fil-lingwa jew lingwi tal-Istat Membru relevanti, jew mhux tradott kif indikat bil-korsiv f'dan ir-Regolament, jekk dak ix-xorb spirituż ma jkunx ġie ddolċifikat. Madankollu, f'konformità mal-prinċipju li l-informazzjoni dwar l-ikel ma tridx tkun qarrieqa, b'mod partikolari billi jiġi ssuġġerit li l-ikel ikollu karatteristiċi speċjali minkejja li l-ikel kollu simili jkollu dawn il-karatteristiċi, din ir-regola jenħtieġ li ma tapplikax għal xorb spirituż li skont dan ir-Regolament ma jridx ikun ddolċifikat, anke bil-għan li tiġi mirquma t-togħma, b'mod partikolari l-wiski jew il-whiskey. Din ir-regola lanqas m'għandha tapplika għall-ġin, il-ġin iddistillat u l-London gin, li għalihom ir-regoli speċifiċi ta' dolċifikazzjoni u ta' tikkettar jenħtieġ li jkomplu japplikaw. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-likuri kkaratterizzati b'mod partikolari minn togħma qarsa, morra, pikkanti, astrinġenti, qarsa jew taċ-ċitru, jiġu ttikkettati irrispettivament mill-grad ta' dolċifikazzjoni tagħhom, bħala "xotti" jew "dry". Tali tikkettar x'aktarx li ma jqarraqx bil-konsumatur, billi l-likuri huma meħtieġa jkollhom kontenut minimu ta' zokkor. Għaldaqstant, fil-każ tal-likuri, it-terminu "xott" jew "dry" jenħtieġ li ma jinftehimx bħala li jindika li x-xarba spirituża ma ġietx dolċifikata.

(18)  Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumatur dwar il-materja prima użata għall-vodka b'mod partikolari fl-Istati Membri li tradizzjonalment jipproduċu l-vodka, jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni adegwata dwar il-materja prima użata fejn il-vodka ssir minn materja prima ta' oriġini agrikola li ma tkunx ċereali jew patata jew it-tnejn li huma.

(19)  Sabiex tiġi infurzata u tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ir-regoli dwar l-invekkjament u t-tikkettar, u biex tiġi miġġielda l-frodi, l-indikazzjoni tal-isem ġuridiku u l-perjodu ta' maturazzjoni ta' kwalunkwe xarba spirituża f'dokumenti amministrattivi elettroniċi jenħtieġ li ssir obbligatorja.

(20)  F'xi każijiet, l-operaturi tan-negozji tal-ikel ▌ jixtiequ jindikaw il-post ta' provenjenza tax-xorb spirituż li ma jkunx indikazzjoni ġeografika u trademarks sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom. ▌Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-indikazzjoni tal- post ta' provenjenza fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikketti ta' xorb spirituż. Barra minn hekk, l-obbligu, stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011, li jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ingredjent primarju, jenħtieġ li ma japplikax fil-każ ta’ xorb spirituż, anki jekk il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju ta' xarba spirituża ma jkunx l-istess bħall-post ta' provenjenza indikat fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikketti ta' dik ix-xarba spirituża.

(21)  Sabiex tiġi protetta r-reputazzjoni ta' ċertu xorb spirituż, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jirregolaw t-traduzzjoni, it-traskrizzjoni u t-traslitterazzjoni tal-ismijiet ġuridiċi għal skopijiet ta' esportazzjoni.

(22)  Sabiex tiġi żgurata li dan ir-Regolament jiġi applikat konsistentement, jenħtieġ li jiġu stabbiliti metodi ta' referenza tal-Unjoni għall-analiżi ta' xorb spirituż u ta' alkoħol etiliku użat fil-produzzjoni ta' xorb spirituż.

(23)  L-użu ta' kapsuli abbażi ta' ċomb u fojl abbażi ta' ċomb biex jiksu l-mezzi tal-għeluq ta' kontenituri ta’ xorb spirituż jenħtieġ li jkompli jiġi pprojbit, sabiex jiġi evitat kull riskju ta' kontaminazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' kuntatt aċċidentali ma' dawn il-kapsuli jew fojl, u ta' tniġġis ambjentali minn skart b'kontenut ta' ċomb minn dawn il-kapsuli jew fojl.

(24)  Rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa importanti li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ ("il-Ftehim TRIPS"), u b'mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tiegħu, u l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ ("il-Ftehim GATT"), inkluż l-Artikolu V tiegħu dwar il-libertà tat-tranżitu, li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE(7). F'tali qafas legali, sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika u biex tiġi miġġielda l-kontrafazzjoni b'mod aktar effettiv, tali protezzjoni jenħtieġ li tapplika wkoll fir-rigward ta' merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tkun rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera, u mqiegħda taħt proċeduri doganali speċjali bħal dawk relatati mat-tranżitu, il-ħżin, l-użu speċifiku jew l-ipproċessar.

(25)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) ma japplikax għax-xorb spirituż. Jenħtieġ, għalhekk, li jiġu stabbiliti regoli dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż. L-indikazzjonijiet ġeografiċi jenħtieġ li jiġu rreġistrati mill-Kummissjoni▌.

(26)  Il-proċeduri għar-reġistrazzjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni possibbli ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiż terz skont il-Ftehim TRIPS jenħtieġ li jiġu stabbiliti filwaqt li jiġi rikonoxxut b'mod awtomatiku l-istatus ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ▌eżistenti li huma protetti fl-Unjoni. Sabiex ir-regoli proċedurali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsiru konsistenti fis-setturi kollha kkonċernati, dawn il-proċeduri għal xorb spirituż jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-proċeduri aktar eżawrjenti u ttestjati sew għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tax-xorb spirituż. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tar-reġistrazzjoni u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-konsumaturi tkun disponibbli elettronikament, jenħtieġ li jiġi stabbilit reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jenħtieġ li jkunu protetti awtomatikament skont dan ir-Regolament u elenkati fir-reġistru elettroniku. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tlesti l-verifika tal-indikazzjonijiet ġeografiċi inklużi fl-Annness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008, bi qbil mal-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament.

(27)  Għal raġunijiet ta' konsistenza mar-regoli applikabbli għall-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-ikel, l-inbid u l-prodotti tal-inbid aromatizzat, l-isem tal-fajl li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għax-xorb spirituż li huwa rreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li jinbidel minn ‘fajl tekniku’ għal ‘speċifikazzjoni tal-prodott’. Il-fajls tekniċi sottomessi bħala parti minn kwalunkwe applikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jenħtieġ li jitqiesu li jkunu speċifikazzjonijiet tal-prodott.

(28)  Ir-relazzjoni bejn it-trademarks u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż jenħtieġ li tiġi ċċarata fir-rigward tal-kriterji għar-rifjut, l-invalidazzjoni u l-koeżistenza. Kjarifika bħal din m'għandhiex taffettwa d-drittijiet miksuba minn detenturi ta' indikazzjonijiet ġeografiċi fil-livell nazzjonali jew li jeżistu bis-saħħa ta' ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Istati Membri għall-perjodu qabel l-istabbiliment tas-sistema ta' protezzjoni tal-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89(9).

(29)  Iż-żamma ta' standard għoli ta' kwalità hija essenzjali sabiex jistgħu jinżammu r-reputazzjoni u l-valur tas-settur. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli li jiżguraw li dak l-istandard ta’ kwalità jinżamm permezz tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tissorvelja u tivverifika tali konformità sabiex taċċerta ruħha li dan ir-Regolament ikun qed jiġi infurzat b'mod uniformi. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jaqsmu l-informazzjoni rilevanti bejniethom.

(30)  Fl-applikazzjoni ta' politika ta' kwalità u b'mod partikolari biex jinkiseb livell għoli fil-kwalità tax-xorb spirituż u d-diversità f'dan is-settur, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jadottaw regoli dwar il-produzzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż prodott fit-territorju tagħhom li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(31)  Sabiex jitqiesu d-domandi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards rilevanti internazzjonali, il-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-proċess ta' invekkjament tradizzjonali, ▌u l-liġi tal-pajjiż terz importatur, u sabiex jiġu mħarsa l-interessi leġittimi tal-produtturi u tal-operaturi tan-negozji tal-ikel fir-rigward tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċijenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat") fir-rigward ta: emendi għal u derogi mid-definizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti għax-xorb spirituż ▌; l-awtorizzazzjoni ta' prodotti dolċifikanti ġodda; derogi relatati mal-ispeċifikazzjoni tal-perjodu ta' maturazzjoni jew l-età għall-brandy u l-istabbiliment ta' reġistru pubbliku ta' korpi inkarigati mis-superviżjoni tal-proċessi ta' invekkjament; it-twaqqif ta' reġistru elettroniku ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, u regoli dettaljati dwar il-forma u l-kontenut ta' dak ir-reġistru; kundizzjonijiet ulterjuri fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika u proċeduri nazzjonali preliminari, skrutinju mill-Kummissjoni, il-proċedura ta' oppożizzjoni u l-kanċellazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi; il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-proċedura dwar emendi għal speċifikazzjonijiet ta' prodotti; u emendi għal u derogi minn ċerti definizzjonijiet u regoli dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, ukoll fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(10). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(32)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjoni tad-dokument uniku f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; u fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet bħala indikazzjonijiet ġeografiċi fejn ma jkun hemm l-ebda notifika ta' oppożizzjoni jew l-ebda dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbli, jew fejn hemm dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbliu jkun intlaħaq ftehim.

(33)  Bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dwar l-użu ta' prodotti dolċifikanti ġodda; dwar l-informazzjoni li trid tingħata mill-Istati Membri fir-rigward tal-korpi maħtura biex jissupervizzaw il-proċessi ta' invekkjament; l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar tax-xorb spirituż; l-użu tas-simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti; fir-rigward tar-regoli tekniċi dettaljati dwar il-metodi ta' referenza tal-Unjoni għall-analiżi ta' alkoħol etiliku, distillati ta' oriġini agrikola u xorb spirituż; dwar il-konċessjoni ta’ perjodu tranżitorju għall-użu ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u l-estensjonijiet ta' tali perjodi; iċ-ċaħda ta' applikazzjonijiet meta l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ma jkunux diġà ġew issodisfati qabel il-pubblikazzjoni għall-fini ta' oppożizzjoni; ir-reġistrazzjonijiet jew iċ-ċaħdiet ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ppubblikati għal oppożizzjoni fejn oppożizzjoni tkun tressqet u ma jkunx intlaħaq ftehim; l-approvazzjonijiet jew iċ-ċaħdiet ta' talbiet għal kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika; il-forma tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u dwar il-miżuri li jikkonċernaw l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-rigward tar-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali; il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, tal-oppożizzjonijiet, tal-applikazzjonijiet għal emendi u l-komunikazzjonijiet li jikkonċernaw emendi u tal-proċess ta' kanċellazzjoni fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi; il-kontrolli u l-verifiki li jridu jitwettqu mill-Istati Membri; kif ukoll fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa li għandha tiġi skambjata għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11).

(34)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika(12), kien meħtieġ li tiġi pprovduta deroga mill-kwantitajiet nominali stabbiliti fl-Anness għad-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) għax-xorb spirituż sabiex l-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ "shochu", li jsir fil-Ġappun b'lampik tat-tip "pot still" u li jiġi bbottiljat f'dan il-pajjiż, jitħalla jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni f'daqsijiet ta' fliexken tradizzjonali Ġappuniżi. Dik id-deroga ġiet introdotta permezz tar-Regolament (UE) 2018/1670 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) u jenħtieġ li tkompli tapplika.

(35) Minħabba n-natura u l-firxa tal-modifiki li jeħtieġ li jsiru għar-Regolament (KE) Nru 110/2008, hemm il-ħtieġa għal qafas legali ġdid f'dan il-qasam biex itejjeb iċ-ċertezza legali, iċ-ċarezza u t-trasparenza. Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jenħtieġ għalhekk li jiġi mħassar.

▌(36) Sabiex jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-produtturi u tal-partijiet interessati kkonċernati f'dak li jikkonċerna l-benefiċċju li jinkiseb mill-pubbliċità mogħtija lil dokumenti uniċi taħt il-qafas legali l-ġdid, jenħtieġ li jsir possibbli li dokumenti uniċi dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jiġu ppubblikati fuq it-talba tal-Istati Membri kkonċernati.

(37)  Billi r-regoli dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsaħħu l-protezzjoni għall-operaturi, jenħtieġ li dawk ir-regoli japplikaw ġimagħtejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li jiġu previsti arranġamenti xierqa biex jiffaċilitataw tranżizzjoni bla xkiel mir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament▌.

(38)  Fir-rigward ta’ regoli mhux relatati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi, jenħtieġ li jsir provvediment biex jiġi zgurat li jkun hemm żmien biżżejjed sabiex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni bla xkiel mir-regoli previsti fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(39)   Jenħtieġ li l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħażniet eżistenti ta' xorb spirituż tkun permessa li tkompli wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, sakemm jiġu eżawriti dawn il-ħażniet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET ▌U KATEGORIJI TA' XORB SPIRITUŻ

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

—  id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, kif ukoll dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż;

—  ▌l-alkoħol etiliku u d-distillati użati fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi; and

—  l-użu tal-ismijiet ġuridiċi ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel li mhumiex xorb spirituż.

2.  Dan ir-Regolament ▌japplika għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, sew jekk prodotti fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi, kif ukoll għal dawk prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni.

3.  Fir-rigward tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament japplika wkoll għall-oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għal moviment liberu hemmhekk.

Artikolu 2

Definizzjoni ta’ u rekwiżiti għal xorb spirituż

▌Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ▌"xarba spirituża" hija xarba alkolħolika li tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  tkun intenzjonata għall-konsum mill-bniedem;

(b)  ikollha kwalitajiet organolettiċi partikolari;

(c)  ikollha qawwa alkoħolika minima ta' 15 % skont il-volum, bl-eċċezzjoni f’każ tax-xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 39 tal-Anness I ▌;

(d)  tkun ġiet prodotta jew:

(i)  ▌direttament bl-użu, individwalment jew f'kombinazzjoni, ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin:

−  distillazzjoni, biż-żieda ta', jew mingħajr, aromatizzanti jew oġġetti tal-ikel li jagħtu togħma, ta' prodotti fermentati▌,

−  il-maċerazzjoni jew proċessar simili ta' materjali minn pjanti fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż jew kombinazzjoni tagħhom▌,

−  iż-żieda, individwalment jew f'kombinazzjoni, ma' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż ta' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

−  aromatizzanti użati bi qbil mar-Regolamenti (KE) Nru 1334/2008;

−  kuluri użati bi qbil mar-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008;

−  ingredjenti awtorizzati oħrajn użati bi qbil mar-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (KE) Nru 1334/2008,

−  ▌prodotti dolċifikanti oħrajn,

−  prodotti agrikoli oħrajn,

−  oġġetti tal-ikel; jew

(ii)  billi jiġi miżjud, individwalment jew f'kombinazzjoni, ma' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

−  xorb spirituż ieħor,

−  alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola,

−  distillati ta' oriġini agrikola,

−  oġġetti tal-ikel oħrajn;

(e)  ma taqax fil-kodiċijiet NM 2203, 2204, 2205, 2206 u 2207;

(f)   jekk ilma, li jista' jkun distillat, dimineralizzat, ippermutat jew imħaffef, ikun ġie miżjud fil-produzzjoni tiegħu:

(i)  il-kwalità ta' dak l-ilma jikkonforma mad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE(15) u mad-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16); and

(ii)  il-qawwa alkoħolika tax-xarba spirituża, wara ż-żieda tal-ilma, tkun għadha konformi mal-qawwa alkoħolika minima skont il-volum prevista fil-punt (c) ta' dan l-Artikolu jew fil-kategorija rilevanti ta' xorb spirituż kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  " isem ġuridiku" tfisser l-isem li bih ▌xarba spirituża titqiegħed fis-suq, skont it-tifsira tal-punt (n) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

(2)  terminu kompost" tfisser, fir-rigward tad-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xarba alkoħolika, il-kombinazzjoni ta’ jew l-isem ġuridiku previst fil-kategoriji ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I jew l-indikazzjoni ġeografika għal xarba spirituża, li minnha joriġina l-alkoħol kollu tal-prodott finali, b'wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)  l-isem ta' prodott tal-ikel wieħed jew aktar ħlief xarba alkoħolika u ħlief oġġetti tal-ikel użati għall-produzzjoni ta' dik ix-xarba spirituża skont l-Anness I, jew aġġettivi li joħorġu minn dawk l-ismijiet;

(b)  it-terminu "likur" jew "krema";

(3)  "allużjoni" tfisser referenza diretta jew indiretta għal isem ġuridiku wieħed jew aktar previsti fil-kategoriji tax-xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I jew għal indikazzjoni ġeografika waħda jew aktar għal xorb spirituż, għajr għal referenza f'terminu kompost jew f’lista ta' ingredjenti kif imsemmija fl-Artikolu 13(2), (3) u (4), fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta':

(a)  oġġett tal-ikel li mhumiex xarba spirituża, jew

(b)  xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I;

(4)  "indikazzjoni ġeografika" tfisser indikazzjoni li tidentifika xarba spirituża oriġinarja ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha;

(5)  "speċifikazzjoni tal-prodott" tfisser fajl mehmuż mal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika, li fih l-ispeċifikazzjonijiet li magħhom ix-xorb spirituż għandu jkun konformi huma stabbiliti, u li kien imsemmi bħala "fajl tekniku" skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008;

(6)  "grupp" tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li hija magħmula prinċipalment minn produtturi jew proċessuri li jaħdmu fix-xorb spirituż ikkonċernat;

(7)  "isem ġeneriku" tfisser isem ta' xarba spirituża li saret ġenerika u li, minkejja li tkun relatata mal-post jew ir-reġjun fejn il-prodott kien oriġinarjament manifatturat jew kummerċjalizzat, sar l-isem komuni ta' dik ix-xarba spirituża fl-Unjoni;

(8)  "kamp viżiv" tfisser il-linji viżivi kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

(9)  "li tħallat" tfisser li tikkombina xarba spirituża li jew tappartjeni għal kategorija ta’ xorb spirituż stabbilita fl-Anness I jew għal indikazzjoni ġeografika ma' waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)  xorb spirituż ieħor li ma jappartjenix għall-istess kategorija ta’ xorb spirituż stabbilita fl-Anness I;

(b)  distillati ta' oriġini agrikola;

(c)  alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola;

(10)  "taħlita" tfisser xarba spirituża li tkun ġiet suġġetta għal taħlit;

(11)   "blending" tfisser il-kombinazzjoni ta' żewġ xarbiet spiritużi jew aktar tal-istess kategorija li huma distinti minn xulxin biss permezz ta' differenzi żgħar fil-kompożizzjoni minħabba wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin:

(a)  il-metodu tal-produzzjoni;

(b)  l-imqatar li jintużaw;

(c)  il-perjodu tal-maturazzjoni jew invekkjament;

(d)  iż-żona ġeografika tal-produzzjoni;

ix-xarba spirituża prodotta b'dan il-mod tappartjeni għall-istess kategorija tax-xorb spirituż bħax-xarbiet spiritużi oriġinali qabel il-blending;

(12)  "blend" tfisser xarba spirituża li tkun ġiet suġġetta għal blending.

Artikolu 4

Definizzjonijiet u rekwiżiti tekniċi

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi li ġejjin:

(1)  "deskrizzjoni" tfisser it-termini użati fit-tikkettar, fil-preżentazzjoni u fuq l-imballaġġ ta' xarba spirituża, fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw it-trasport ta' xarba spirituża, fuq id-dokumenti kummerċjali, partikolarment il-fatturi u n-noti tal-kunsinna, u fir-reklamar ta' xarba spirituża;

(2)  "preżentazzjoni" tfisser it-termini użati fit-tikkettar u fuq l-imballaġġ, kif ukoll fir-reklamar u l-promozzjoni tal-bejgħ ta’ prodott, fi stampi jew simili, kif ukoll fuq il-kontenitur, inkluż fuq il-flixkun jew l-għeluq;

(3)  "tikkettar" tfisser kwalunkwe kelma, partikolarità, trademark, isem ta' ditta, tpinġija jew simbolu relatati ma' prodott u mqegħdin fuq kwalunkwe imballaġġ, dokument, avviż, tikketta, anell jew kullar li jakkumpanja jew jirriferi għal tali prodott;

(4)  "tikketta" tfisser kwalunkwe tabella, ditta, marka, stampa jew materjal deskrittiv ieħor miktub, stampat, stensiljat, immarkat, ibbuzzat 'il barra jew imprimat fuq l-imballaġġ jew il-kontenitur tal-ikel, jew mehmuż miegħu;

(5)  "imballaġġ" tfisser it-tqartis protettiv, bħal kartun, kaxex, kontenituri u fliexken użati fit-trasport jew bejgħ ta' xorb spirituż;

(6)  "distillazzjoni" tfisser proċess ta' separazzjoni termali li jinvolvi stadju wieħed jew aktar ta' separazzjoni bil-ħsieb li jinkisbu ċerti proprjetajiet organolettiċi jew konċentrazzjoni alkoħolika ogħla jew it-tnejn, irrispettivament jekk tali passi jseħħux taħt pressjoni normali jew f'vakwu, minħabba l-apparat ta' distillazzjoni użat; u tista' tkun distillazzjoni jew distillazzjoni mill-ġdid singola jew multipla;

(7)  "distillat ta' oriġini agrikola" tfisser likwidu alkoħoliku li huwa r-riżultat tad-distillazzjoni, wara l-fermentazzjoni alkoħolika ta' prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat, li m'għandux il-proprjetajiet tal-alkoħol etiliku u li jżomm l-aroma u t-togħma tal-materja prima użata;

(8)  "dolċifikazzjoni" tfisser l-użu ta' prodott dolċifikanti wieħed jew aktar fil-produzzjoni ta' xorb spirituż;

(9)  "prodotti dolċifikanti" tfisser:

(a)  zokkor semiabjad, zokkor abjad, zokkor abjad ħafna, destrosju, fruttosju, xropp tal-glukożju, soluzzjoni taz-zokkor, soluzzjoni taz-zokkor invertit u xropp taz-zokkor invertit, kif definiti fil-Parti A tal-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE(17);

(b)  għasir il-għeneb ikkonċentrat qabel ma jeħmer imsoff,i għasir il-għeneb ikkonċentrat qabel ma jeħmer u għasir il-għeneb frisk qabel ma jeħmer;

(c)  zokkor maħruq, li huwa l-prodott miksub esklussivament mit-tisħin ikkontrollat tas-sukrożju mingħajr bażijiet, aċidi minerali jew addittivi kimiċi oħrajn;

(d)  għasel kif definit fil-punt 1 tal-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE(18);

(e)  ġulepp tal-ħarrub;

(f)  kwalunkwe sustanza karboidrata naturali oħra li jkollha effett simili bħall-prodotti msemmija fil-punti minn (a) sa (e);

(10)  "żieda ta' alkoħol" tfisser iż-żieda ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' distillati ta' oriġini agrikola, jew tat-tnejn, ma' xorb spirituż; tali żieda ma tinkludix l-użu ta' alkoħol għad-dilwizzjoni jew għat-tħallil tal-kuluri, aromatizzanti jew kwalunkwe ingredjent awtorizzat ieħor użat fil-produzzjoni ta' xorb spirituż;

(11)  "maturazzjoni" jew "invekkjament" tfisser il-ħżin ta' xarba spirituża f'reċipjenti xierqa għal perjodu ta' żmien sabiex dan ix-xorb spirituż ikun jista' jgħaddi minn reazzjonijiet naturali li jagħtu karatteristiċi speċifiċi lil dik ix-xarba spirituża;

(12)  "li tagħti aroma" tfisser li żżid aromatizzanti jew oġġetti aromatizzanti tal-ikel fil-produzzjoni ta' xarba spirituża permezz ta' wieħed jew aktar mill-proċessi li ġejjin: iż-żieda, l-infużjoni, il-maċerazzjoni, il-fermentazzjoni alkoħolika jew id-distillazzjoni tal-alkoħol fil-preżenza tal-aromatizzanti jew tal-oġġetti aromatizzanti tal-ikel;

(13)  "aromatizzanti" tfisser aromatizzanti kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

(14)  "sustanza aromatizzanti" tfisser sustanza aromatizzanti kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

(15)  "sustanza aromatizzanti naturali" tfisser sustanza aromatizzanti naturali kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

(16)  "preparazzjoni aromatizzanti" tfisser preparazzjoni aromatizzanti kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

(17)  "aromatizzanti oħra" tfisser aromatizzanti oħra kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

(18)  "oġġetti aromatizzanti tal-ikel" tfisser oġġetti aromatizzanti tal-ikel kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) u li jintużaw fil-produzzjoni ta' xorb spirituż bl-għan ewlieni li jaromatizzaw ix-xorb spirituż;

(19)  "ikkulurar" tfisser l-użu ta' kulur wieħed jew aktar fil-produzzjoni ta' xarba spirituża;

(20)  "kuluri" tfisser kuluri kif definit fil-punt 2 tal-Anness  għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008;

(21)  "karamella" tfisser addittiv tal-ikel li jikkorrispondi għan-numri E 150a, E 150b, E 150c jew E 150d u relatat ma' prodotti ta' kulur bejn wieħed u ieħor kannella intens li huma maħsuba għall-ikkulurar, kif imsemmi fil-Parti B tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008; dan ma jikkorrispondix mal-prodott aromatiku taz-zokkor miksub mit-tisħin taz-zokkor u li jintuża għal finijiet ta' aromatizzanti;

(22)  "ingredjenti awtorizzati oħrajn" tfisser ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 u addittivi tal-ikel għajr kuluri awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008;

(23)  "qawwa alkoħolika skont il-volum" tfisser il-proporzjon tal-volum ta' alkoħol pur preżenti fi prodott f'temperatura ta' 20 C għall-volum totali ta' dak il-prodott fl-istess temperatura;

(24)  "kontenut ta' sustanzi volatili" tfisser il-kwantità ta' sustanzi volatili għajr l-alkoħol etiliku u l-metanol, li jkun fiha x-xarba spirituża li tkun prodotta esklussivament bid-distillazzjoni.

Artikolu 5

Definizzjoni ta' u rekwiżiti għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola huwa likwidu li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  ikun inkiseb esklussivament minn prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat;

(b)  ma jkollu l-ebda togħma perċettibbli għajr dik tal-materja prima użata fil-produzzjoni tiegħu;

(c)  is-saħħa alkoħolika minima bil-volum tiegħu tkun ta' 96,0 %.

(d)  il-livelli massimi ta' residwi tiegħu ma jeċċedux dan li ġej:

(i)  aċidità totali (espressa f’aċidu aċetiku): 1,5 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

(ii)  esteri (espressi f’aċetat etiliku): 1,3 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

(iii)  aldeidi (espressi f’aċetaldeida): 0,5 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

(iv)  alkoħols ogħla (espress f’metil2 propanol1): 0,5 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

(v)  metanol: 30 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

(vi)  estratt niexef: 1,5 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

(vii)  bażijiet volatili li fihom in-nitroġenu (espressi f’nitroġenu): 0,1 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

(viii)  furfural: imperċettibbli.

Artikolu 6

Alkoħol etiliku u distillati użati f'xorb alkoħoliku

1.  L-alkoħol etiliku u d-distillati użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż għandhom ikunu esklussivament ta' oriġini agrikola, skont it-tifsira tal-Anness I għat-Trattat.

2.  L-ebda alkoħol għajr alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż tal-kategoriji 1 sa 14 tal-Anness I ma għandu jintuża sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe ingredjent awtorizzat ieħor użat fil-produzzjoni ta' xorb alkoħoliku▌. Tali alkoħol użat biex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe ingredjent awtorizzat ieħor għandu jintuża biss fl-ammonti strettament meħtieġa għal dak il-għan.

3.  Ix-xarbiet alkoħoliċi m'għandux ikollhom fihom alkoħol ta' oriġini sintetika jew alkoħol ieħor ta' oriġini mhux agrikola, fis-sens tal-Anness I għat-Trattat.

Artikolu 7

Kategoriji ta' xorb spirituż

1.  Ix-xarbiet alkoħoliċi għandhom jiġu kkategorizzati skont ir-regoli ġenerali stabbiliti f'dan l-Artikolu u r-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness I.

2.  Mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji ta' xorb spirituż 1 sa 14 ▌tal-Anness I, ix-xorb spirituż ta' dawk il-kategoriji:

(a)  jiġi prodott permezz ta’ ermentazzjoni u distillazzjoni u miksub esklussivament mill-materja prima prevista fil-kategorija korrispondenti ta’ xorb spirituż fl-Anness I;

(b)  m'għandux ikollu żieda ta' alkoħol, sew jekk dilwit jew le;

(c)  m'għandux ikun aromatizzat;

(d)  m'għandu jkun ikkulurit b'xejn ħlief karamella użat esklussivament għall-aġġustament tal-kulur ta’ dak ix-xorb spirituż;

(e)  m'għandux jiġi dolċifikat ħlief sabiex tiġi mirquma t-togħma finali tal-prodott; il-kontenut massimu tal-prodotti dolċifikanti, espress f'zokkor invertit m'għandux jeċċedi l-limiti stabbiliti għal kull kategorija fl-Anness I;

(f)  m'għandux ikun fih żidiet oħrajn għajr unitajiet sħaħ mhux ipproċessati tal-materja prima li minnha jinkiseb l-alkoħol, u li huma prinċipalment użati għal skopijiet dekorattivi.

3.  Mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji ta' xorb spirituż 15 sa 44 ▌tal-Anness I, ix-xorb spirituż ta' dawk il-kategoriji jista':

(a)  jiġu prodotti minn kwalunkwe materja prima agrikola elenkata fl-Anness I għat-Trattat;

(b)  ikollu żieda ta' alkoħol ▌;

(c)  ikun fih sustanzi aromatizzanti, sustanzi aromatizzanti naturali, preparazzjonijiet aromatizzanti u oġġetti tal-ikel aromatizzanti;

(d)  ikun ikkulurit;

(e)  jiġi dolċifikat ▌.

4.  Mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness II, xorb spirituż li ma jikkonformax mar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji stipulati fl-Anness I jista':

(a)  jiġi prodott minn kwalunkwe materja prima agrikola elenkata fl-Anness I tat-Trattat jew minn kwalunkwe oġġett tal-ikel ▌, jew mit-tnejn;

(b)  ikollu żieda ta' alkoħol ▌;

(c)  ikun aromatizzat;

(d)  ikun ikkulurit;

(e)  jiġi dolċifikat ▌.

Artikolu 8

Setgħat delegati u ta’ implimentazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha ▌s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 li temenda dan ir-Regolament billi tintroduċi l-emendi għad-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi stipulati fil-punt (f) tal-Artikolu 2, u l-Artikoli 4 u 5.

L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu strettament limitati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw mid-domanda evolventi tal-konsumaturi, mill-progress teknoloġiku ▌jew mill-ħtieġa ta' innovazzjoni tal-prodott;

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta' kull definizzjoni jew rekwiżit tekniku msemmi fl-ewwel subparagrafu.

2.  Il-Kummissjoni għandha ▌s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu, f'każijiet eċċezzjonali, meta l-liġi tal-pajjiż terz importatur tkun teħtieġ, derogi mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (f) tal-Artikolu 2, u l-Artikoli 4 u 5, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-kategoriji ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I u r-regoli speċifiċi dwar ċertu xorb spirituż stabbiliti fl-Anness II.

3.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 li jissupplimentaw dan ir-Regolament li jispeċifikaw liema sustanzi naturali jew materja prima agrikola oħrajn li jkollhom effett simili għall-prodotti msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 4(9) huma awtorizzati fl-Unjoni kollha bħala prodotti dolċifikanti fil-produzzjoni ta' xorb spirituż.

4.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli uniformi għall-użu ta' sustanzi naturali oħrajn jew materja prima agrikola awtorizzata b'atti delegati bħala prodotti dolċifikanti fil-produzzjoni ta' xorb spirituż kif imsemmi fil-paragrafu 3, li jiddeterminaw b'mod partikolari l-fatturi ta' konverżjoni dolċifikanti rispettivi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

KAPITOLU II

ID-DESKRIZZJONI, IL-PREŻENTAZZJONI U T-TIKKETTAR TA' XORB SPIRITUŻ U L-UŻU TAL-ISMIJIET TA' XORB SPIRITUŻ FIL-PREŻENTAZZJONI U T-TIKKETTAR TA' OĠĠETTI TAL-IKEL OĦRA

Artikolu 9

Il-preżentazzjoni u t-tikkettar

Ix-xorb spirituż li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-preżentazzjoni u t-tikkettar stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Ismijiet ġuridiċi tax-xorb spirituż

1.  L-isem ta' xarba spirituża għandu jkun l-isem ġuridiku tagħha.

Ix-xorb spirituż għandu jkollu ismijiet ġuridiċi fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u t-tikkettar tiegħu.

Iismijiet ġuridiċi għandhom jintwerew b'mod ċar u viżibbli fuq it-tikketta tax-xorb spirituż u m'għandhomx jiġu sostitwiti jew jinbidlu.

2.  Ix-xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' kategorija ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I għandu juża l-isem ta’ dik il-kategorija bħala l-isem ġuridiku tiegħu, ħlief jekk dik il-kategorija tippermetti l-użu ta' isem ġuridiku ieħor.

3.  ▌Xarba spirituża li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I għandha tuża l-isem ġuridiku "xorb spirituż".

4.  ▌Xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti għal aktar minn kategorija waħda ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I tista' titqiegħed fis-suq b'wieħed jew aktar mill-ismijiet ġuridiċi previsti f'dawk il-kategoriji fl-Anness I.

5.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-isem ġuridiku ta' xarba spirituża jista' jkun:

(a)  supplimentat jew sostitwit b'indikazzjoni ġeografika msemmija fil-Kapitolu III. F'dan il-każ, l-indikazzjoni ġeografika tista' tkun supplimentata aktar bi kwalunkwe terminu permess mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti, sakemm dan ma jqarraqx bil-konsumatur; u

(b)  sostitwit b'terminu kompost li jinkludi l-kliem "likur" jew "krema", sakemm il-prodott finali jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 33 ▌tal-Anness I.

6.  Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u għar-regoli speċifiċi stabbiliti għall-kategoriji ta' xorb spirituż fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-isem ġuridiku ta' xarba sprituża jista' jiġi ssupplimentat:

(a)  b'isem jew referenza ġeografika previsti fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru li fih ix-xarba spirituża titqiegħed fis-suq, sakemm din ma tqarraqx bil-konsumatur;

(b)  b'isem tradizzjonali kif definit fil-punt (o) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, sakemm dan ma jqarraqx bil-konsumatur;

(c)  b'terminu kompost jew allużjoni skont l-Artikoli 11 u 12;

(d)  bit-terminu "blend", "blending" jew "blended", sakemm ix-xarba spirituża tkun ġiet blended;

(e)  bit-terminu "taħlita", "imħallta" jew "xarba spirituża mħallta", sakemm ix-xarba spirituża tkun ġiet imħallta; or

(f)  bit-terminu "xott" jew "dry" , ħlief fil-każ ta' xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 2 tal-Anness I, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi stipulati fil-kategoriji 20 sa 22 tal-Anness I, u bil-kundizzjoni li x-xorb spirituż ma jkunx ġie dolċifikat, lanqas biex tiġi mirquma t-togħma. Permezz ta' deroga mill-ewwel parti ta' dan il-punt, it-terminu "dry" jew "dry" jista' jissupplimenta l-isem ġuridiku ta' xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 33 u li għalhekk ġew dolċifikati.

7.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 11 u 12 u l-Artikolu 13(2), (3) (4), l-użu tal-ismijiet ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew indikazzjonijiet ġeografiċi ▌fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta' kwalunkwe xarba li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tal-kategorija rilevanti stabbilita fl-Anness I jew tal-indikazzjoni ġeografika rilevanti għandu jkun ipprojbit. Dik il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll fejn tali ismijiet ġuridiċi jew indikazzjonijiet ġeografiċi jintużaw flimkien ma' kelmiet jew frażijiet bħal "bħal", "tip", "stil", "magħmul", "togħma" jew kwalunkwe termini simili oħra▌.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(1), l-aromatizzanti li jimitaw xarba spirituża jew l-użu tagħhom fil-produzzjoni ta' oġġett tal-ikel għajr xarba jista' jkollhom fil-preżentazzjoni u fit-tikketti tagħhom, referenzi għall-ismijiet ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, sakemm dawn l-ismijiet ġuridiċi jiġu supplimentati bit-terminu "togħma" jew kwalunkwe terminu simili ieħor▌. L-indikazzjonijiet ġeografiċi m'għandhomx jintużaw sabiex jiddeskrivu dawn l-aromatizzanti.

Artikolu 11

Termini komposti ▌

1.  Fid-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xarba alkoħolika , l-użu f'terminu kompost ta' isem ġuridiku previst fil-kategoriji ta' xorb spirituż stabbilita fl-Anness I jew ta' indikazzjoni ġeografika għax-xorb spirituż għandu jiġi awtorizzat bil-kundizzjoni li:

(a)  l-alkoħol użat fil-produzzjoni ta' xarba alkoħolika joriġina esklussivament mix-xarba spirituża msemmija fit-terminu kompost▌, għajr għall-alkoħol etiliku li jista' jkun preżenti f'aromatizzanti, koloranti jew ingredjenti awtorizzati oħrajn użati għall-produzzjoni ta' dik ix-xarba alkoħolika; u

(b)  ix-xarba spirituża użata ma tkunx ġiet dilwita biż-żieda ta' ilma biss, sabiex il-qawwa alkoħolika tagħhatkun anqas mill-qawwa minima prevista fil-kategorija rilevanti ta' xorb spirituż stabbilita fl-Anness I.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-ismijiet ġuridiċi previsti fl-Artikolu 10, it-termini "alkoħol", "spirtu", "xarba", "xarba spirituża " u "ilma " ma għandhomx ikunu parti minn terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkolħolika.

3.  Termini komposti li jiddeskrivu xarba alkolħolika:

(a)   għandhom jidhru b'karattri uniformi tal-istess tipa, daqs u kulur;

(b)   ma għandhomx jiġu interrotti b'xi element testwali jew ta' stampi li ma jifformawx parti minnhom; u

(c)   ma għandhomx jidhru f'daqs ta' tipa akbar mid-daqs tat-tipa użata għall-isem tax-xarba alkoħolika.

Artikolu 12

Allużjonijiet

1.  Fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġett tal-ikel għajr xarba alkoħolika, allużjoni għall-ismijiet ġuridiċi previsti f’kategorija waħda jew aktar ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I jew għal indikazzjoni ġeografika waħda jew aktar għal xorb spirituż, għandha tiġi awtorizzata bil-kundizzjoni li l-alkoħol użat fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel joriġina esklussivament mix-xarba spirituża jew mix-xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni, ħlief fir-rigward tal-alkoħol li jista' jkun preżenti fl-aromatizzanti, il-kuluri jew ingredjenti awtorizzati oħrajn użati għall-produzzjoni ta' dak l-oġġett tal-ikel.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013(20) u (UE) Nru 251/2014(21) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, allużjoni fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xarba alkoħolika għajr xarba spirituża għall-ismijiet ġuridiċi previsti f’kategorija waħda jew aktar ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament jew għall-indikazzjoni ġeografika waħda jew aktar għal xorb spirituż għandha tiġi awtorizzata bil-kundizzjoni li:

(a)  l-alkoħol miżjud joriġina esklussivament mix-xarba spirituża jew minn xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni; u

(b)  il-proporzjon ta' kull ingredjent alkoħoliku jkun indikat mill-inqas darba fl-istess kamp viżiv bħall-allużjoni, f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta' alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta' alkoħol pur totali bil-volum tal-prodott finali.

3.  B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u mill-Artikolu 13(4), fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I, l-allużjoni għall-ismijiet ġuridiċi previsti taħt kategorija waħda jew aktar ta' xorb spirituż stabbilita f'dak l-Anness jew għall-indikazzjoni ġeografika waħda jew aktar għal xorb spirituż għandha tiġi awtorizzata bil-kundizzjoni li:

(a)  l-alkoħol miżjud joriġina esklussivament mix-xarba spirituża jew minn xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni;

(b)  il-proporzjon ta' kull ingredjent alkoħoliku jkun indikat mill-inqas darba fl-istess kamp viżiv bħall-allużjoni, f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta' alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta' alkoħol pur totali bil-volum tal-prodott finali; u

(c)  it-terminu ‘cream’ ma jidhirx fl-isem ġuridiku ta’ xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I jew fl-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew tax-xorb spirituż imsemmija fl-allużjoni.

4.  l-allużjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3:

(a)  m'għandhomx ikunu fuq l-istess linja bħall-isem tax-xarba alkoħolika; u

(b)  għandhom jidhru b'tipa ta' daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem tax-xarba alkoħolika u, fejn jintużaw termini komposti, b'tipa ta' daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għal tali termini komposti, skont il-punt (c) tal-Artikolu 11(3).

Artikolu 13

Regoli addizzjonali dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar

1.  Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta' xarba spirituża jistgħu jirreferu għall-materja prima użata fil-produzzjoni tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' distillati ta' oriġini agrikola użati fil-produzzjoni ta' dik ix-xarba spirituża biss fejn dak l-alkoħol etiliku jew dawk id-distillati jkunu inkisbu esklussivament minn dik il-materja prima. F'dan il-każ, kull tip ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola għandu jissemma f'ordni dixxendenti tal-kwantità bil-volum ta' alkoħol pur.

2.  L-ismijiet ġuridiċi imsemmija fl-Artikolu 10 jistgħu jkunu inklużi f'lista ta' ingredjenti għal oġġetti tal-ikel sakemm il-lista tkun skont l-Artikoli 18 sa 22 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

3.  F'każ ta' taħlita jew blend, l-ismijiet ġuridiċi previsti fil-kategoriji ta' xorb spirituż stipulati fl-Anness I jew indikazzjonijiet ġeografiċi għal xorb spirituż jistgħu jiġu indikati biss f'lista ta' ingredjenti alkoħoliċi li jidhru fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku tax-xarba spirituża.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-lista ta' ingredjenti alkoħoliċi għandha tkun akkumpanjata b'tal-inqas wieħed mit-termini msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 10(6). Kemm il-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi kif ukoll it-terminu ta' akkumpanjament għandhom jidhru fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku tax-xarba spirituża, b'karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b'tipa ta' daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku.

Barra minn hekk, il-proporzjon ta' kull ingredjent alkoħoliku fil-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi għandu jiġi espress mill-inqas darba bħala perċentwal, f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta' alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta' alkoħol pur totali bil-volum tat-taħlita.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal blends magħmulin minn xorb spirituż li jappartjeni għall-istess indikazzjoni ġeografika jew blends li minnhom l-ebda xorb spirituż ma jkun jappartjeni għal indikazzjoni ġeografika.

4.  B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, jekk taħlita tikkonforma mar-rekwiżiti għal waħda mill-kategoriji ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I, dik it-taħlita għandu jkollha l-isem ġuridiku previst fil-kategorija rilevanti.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tat-taħlita jistgħu juru l-ismijiet ġuridiċi stabbiliti fl-Anness I jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi li jikkorrispondu max-xorb spirituż li jkun tħallat, sakemm dawk l-ismijiet jidhru:

(a)  esklussivament f'lista tal-ingredjenti alkoħoliċi kollha fit-taħlita li għandhom jidhru b'karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b'tipa ta' daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku; u

(b)  fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku tat-taħlita tal-inqas darba.

Barra minn hekk, il-proporzjon ta' kull ingredjent alkoħoliku fil-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi għandu jiġi espress mill-inqas darba bħala perċentwal, f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta' alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta' alkoħol pur totali bil-volum tat-taħlita.

5.  L-użu tal-ismijiet ta' materja prima tal-pjanti li jintużaw bħala l-ismijiet ġuridiċi ta' ċertu xorb alkoħoliku għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tal-ismijiet ta' dik il-materja prima tal-pjanti fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħrajn. L-ismijiet ta' tali materja prima jistgħu jintużaw fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta' xorb spirituż ieħor, sakemm tali użu ma jqarraqx bil-konsumatur.

6.  Il-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni jistgħu jkunu speċifikati fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar tax-xarba spirituża, meta dawn jirreferu għall-komponent alkoħoliku l-inqas matur tax-xarba spirituża, u fi kwalunkwe każ sakemm l-operazzjonijiet kollha tal-invekkjament tax-xarba spirituża jkunu saru taħt superviżjoni ▌tat-taxxa ta' Stat Membru jew superviżjoni li tipprovdi garanziji ekwivalenti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru pubbliku li jkun fih il-lista tal-korpi responsabbli mill-monitoraġġ tal-invekkjament f'kull Stat Membru.

7.  L-isem ġuridiku ta' xarba spirituża għandu jiġi indikat fid-dokument amministrattiv elettroniku msemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009(22). Meta l-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni jkun indikat fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikettar tax-xarba spirituża, dan għandu jissemma wkoll f'dak id-dokument amministrattiv.

Artikolu 14

L-indikazzjoni tal-post ta' provenjenza

1.  Meta l-post ta' provenjenza ta' xarba spirituża, għajr indikazzjoni ġeografika jew trademarks, tkun indikata fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikettar tagħha, dan għandu jikkorrispondi għall-post jew ir-reġjun fejn l-istadju tal-proċess ta' produzzjoni tal-prodott finali li jkunu taw lix-xarba spirituża lesta l-karattru u l-kwalitajiet definittivi essenzjali tagħha jkunu seħħew.

2.  L-indikazzjoni tal-pajjiż ▌ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza tal-ingredjent ewlieni kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 m'għandhiex tkun meħtieġa għal xorb spirituż.

Artikolu 15

Il-lingwa użata għall-ismijiet ta' xorb spirituż

1.  It-termini bil-korsiv fl-Annessi I u II u l-indikazzjonijiet ġeografiċi m'għandhomx ikunu tradotti, la fuq it-tikketta u lanqas fid-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni u maħsub għall-esportazzjoni, it-termini msemmija fil-paragrafu 1 u indikazzjonijiet ġeografiċi jistgħu jkunu akkumpanjati bi traduzzjonijiet, transkrizzjonijiet jew translitterazzjonijiet, sakemm tali termini u indikazzjonijiet ġeografiċi fil-lingwa oriġinali ma jkunux moħbija.

Artikolu 16

L-użu ta' simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi ▌

Is-simbolu tal-Unjoni għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti stabbilit skont l-Artikolu 12(7) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jista' jintuża fid-deskrizzjoni, għall-preżentazzjoni u għat-tikkettar ▌ta' xorb spirituż li l-ismijiet tagħhom huma indikazzjonijiet ġeografiċi.

Artikolu 17

Projbizzjoni ta' kapsuli abbażi ta' ċomb u fojl abbażi ta' ċomb

M'għandux jinżamm xorb spirituż bil-ħsieb li jinbiegħ jew li jitqiegħed fis-suq f'kontenituri b'apparati ta' għeluq miksijin b'kapsuli abbażi ta' ċomb jew fojl abbażi ta' ċomb.

Artikolu 18

Metodi ta' analiżi ta' referenza tal-Unjoni

1.  Meta alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż għandhom jiġu analizzati sabiex jiġi vverifikat li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament, tali analiżi għandha ssir skont il-metodi ta' analiżi ta' referenza tal-Unjoni għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni kimika u fiżika u tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom.

Metodi oħrajn ta' analiżi għandhom ikunu permessi, taħt ir-responsabbiltà tad-direttur tal-laboratorju, bil-kundizzjoni li l-eżattezza, ir-ripetibbiltà u r-riproduċibbiltà tal-metodi jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk tal-metodi ta' analiżi ta' referenza rilevanti tal-Unjoni.

2.  Meta l-metodi ta' analiżi tal-Unjoni ma jkunx stabbiliti għall-kxif u l-kwantifikazzjoni tas-sustanzi li jkunu f'xarba spirituża partikolari, għandu jintuża wieħed jew aktar mill-metodi li ġejjin:

(a)  metodi ta' analiżi li ġew ivvalidati minn proċeduri rikonoxxuti internazzjonalment u li, b'mod partikolari, jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23);

(b)  metodi ta' analiżi li jikkonformaw mal-istandards rakkommandati tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandardizzazzjoni (ISO);

(c)  metodi ta' analiżi rikonoxxuti u ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV); or

(d)  fin-nuqqas ta' metodu kif imsemmi fil-punti (a), (b) jew (c), għar-raġuni tal-eżattezza, ripetibbiltà u reproduċibbiltà:

–  metodu ta' analiżi approvat mill-Istat Membru konċernat;

–  fejn meħtieġ, kull metodu ta' analiżi ieħor adegwat.

Artikolu 19

Setgħat delegati

1.  Sabiex jitqies il-proċess ta' invekkjament dinamiku tradizzjonali għall-brandy fi Stati Membri li hu magħruf bħala ‘sistema criaderas y solera’ jew ‘sistema solera e criaderas’ kif stabbilit fl-Anness III , il-Kummissjoni għandha ▌s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 46, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:

(a)  li jistabbilixxu derogi mill-Artikolu 13(6) rigward l-ispeċifikazzjoni tal-perjodu jew età tal-maturazzjoni fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta' tali brandy; u

(b)  tistabbilixxi mekkaniżmi ta' kontroll xierqa għal tali brandy.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 46, li jissupplimentaw dan ir-Regolament dwar l-istabbiliment ta' reġistru pubbliku li jelenka l-korpi maħtura minn kull Stat Membru biex jissorveljaw il-proċessi ta' invekkjament kif previsti fl-Artikolu 13(6).

Artikolu 20

Setgħat ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta:

(a)  ir-regoli meħtieġa għall-komunikazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri fir-rigward tal-korpi maħtura biex jissorveljaw proċessi ta' invekkjament skont l-Artikolu 13(6);

(b)  regoli uniformi li jindikaw ▌il-pajjiż ▌ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta' xorb spirituż imsemmija fl-Artikolu 14;.

(c)  regoli dwar l-użu tas-simbolu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 16 fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż;

(d)  regoli tekniċi dettaljati dwar il-metodi ta' referenza tal-analiżi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 18.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

KAPITOLU III

INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI

Artikolu 21

Protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi

1.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont dan ir-Regolament jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza xarba spirituża prodotta skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

2.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont dan ir-Regolament għandhom ikunu protetti minn:

(a)  kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta' isem irreġistrat fir-rigward ta' prodotti mhux koperti mir-reġistrazzjoni fejn dawk il-prodotti jkunu komparabbli mal-prodotti rreġistrati b'dak l-isem jew fejn l-użu tal-isem ikun qed jisfrutta r-reputazzjoni tal-isem protett, inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;

(b)  kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodotti jew servizzi jkunu indikati jew jekk l-isem protett ikun tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal "stil", "tip", "xorta" "metodu", "kif prodott fi", "imitazzjoni", "togħma", "bħal" jew xi espressjonijiet simili, inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;

(c)  kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-prodott li x'aktarx tagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tal-prodott;

(d)  kull prattika oħra li tista' tqarraq bil-konsumatur fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.

3.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont dan ir-Regolament ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni ▌.

4.  Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tapplika wkoll fir-rigward tal-oġġetti li jidħlu fit-territorju tad-dwana tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għal moviment liberu hemmhekk.

Artikolu 22

Speċifikazzjoni tal-prodott

1.  Indikazzjoni ġeografika protetta skont dan ir-Regolament għandha tkun konformi ma' speċifikazzjoni tal-prodott li għandu jkun fiha mill-inqas:

(a)  l-isem li għandu jiġi protett bħala indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, biss fil-lingwi li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita, fil-kitba oriġinali u fit-traskrizzjoni Latina jekk tkun differenti;

(b)  il-kategorija tax-xorb spirituż jew it-terminu "xarba spirituża" jekk ix-xarba spirituża ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti għall-kategoriji ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I;

(c)  deskrizzjoni tal-karatteristiċi tax-xarba spirituża, li tinkludi l-materja prima li minnha tkun prodotta, jekk ikun xieraq, kif ukoll il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi jew organolettiċi prinċipali tal-prodott u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott imqabbla max-xorb spirituż tal-istess kategorija;

(d)  id-definizzjoni taż-żona ġeografika delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f);

(e)  deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tax-xarba spirituża u, fejn ikun xieraq, tal-metodi ta' produzzjoni lokali awtentiċi u li ma jinbidlux▌;

(f)  dettalji li jistabbilixxu r-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tax-xorb spirituż u l-oriġini ġeografika tagħha;

(g)  l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti jew, jekk disponibbli, l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 38 u l-kompiti speċifiċi tagħhom;

(h)  kwalunkwe regola ta' tikkettar speċifika għall-indikazzjoni ġeografika inkwistjoni.

Fejn ikun applikabbli, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-imballaġġ għandhom jiddaħħlu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, flimkien ma' ġustifikazzjoni li turi r-raġuni għaliex l-imballaġġ irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari il-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi.

2.  Il-fajls tekniċi mressqa bħala parti minn kwalunkwe applikazzjoni qabel ... [ġimgħatejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jitqiesu li jkunu speċifikazzjonijiet tal-prodott skont dan l-Artikolu.

Artikolu 23

Kontenut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika

1.  Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika skont l-Artikolu 24(5) jew (8) għandha tinkludi mill-inqas:

(a)  l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant u tal-awtoritajiet kompetenti jew, jekk disponibbli, il-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(b)  l-ispeċifikazzjoni tal-prodott prevista fl-Artikolu 22;

(c)  dokument uniku li jistabbilixxi dan li ġej:

(i)  il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, inkluż l-isem li għandu jiġi protett , il-kategorija li għaliha tappartjeni x-xarba spirituża jew it-terminu "xarba spirituża", il-metodu ta' produzzjoni, deskrizzjoni tal-karatteristiċi tax-xarba spirituża, definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika, u, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ u t-tikkettar▌;

(ii)  deskrizzjoni tar-rabta bejn ix-xarba spirituża u l-oriġini ġeografika tagħha msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 3, inklużi, fejn ikun xieraq, l-elementi speċifiċi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu tal-produzzjoni li jiġġustifikaw din ir-rabta.

Applikazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 24(8), għandu jkun fiha wkoll ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u prova li isem il-prodott huwa protett fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu.

2.  Id-dossier ta' applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(7) għandu jinkludi:

(a)  l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant;

(b)  id-dokument uniku msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(c)  dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni ▌tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b'mod konformi miegħu;

(d)  ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Artikolu 24

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika

1.  L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika taħt dan il-Kapitolu jistgħu jiġu ppreżentati biss minn gruppi li jaħdmu bix-xarba spirituża li l-isem tagħha qed jiġi propost għar-reġistrazzjoni.

2.  Awtorità maħtura minn Stat Membru tista' titqies li tkun grupp għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu jekk ma jkunx fattibbli li l-produtturi kkonċernati jiffurmaw grupp minħabba l-għadd, il-postijiet ġeografiċi jew il-karatteristiċi organizzattivi tagħhom. F'każ bħal dan, id-dossier ta' applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 23(2) għandu jiddikjara dawk ir-raġunijiet.

3.  Persuna fiżika jew ġuridika unika tista' titqies li tkun grupp għall-fini ta' dan il-Kapitolu jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-persuna kkonċernata tkun l-uniku produttur lest li jippreżenta applikazzjoni; u

(b)  iż-żona ġeografika definita jkollha karatteristiċi li jvarjaw b'mod sinifikanti minn dawk ta' żoni ġirien, il-karatteristiċi tax-xarba spirituża jkunu differenti minn dawk prodotti f'żoni ġirien jew ix-xarba spirituża jkollha kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċjali li tista' tiġi attribwita b'mod ċar għall-oriġini ġeografika tiegħu.

4.   Fil-każ ta' ▌indikazzjoni ġeografika li tindika żona ġeografika transkonfinali, diversi gruppi minn Stati Membri differenti jew pajjiżi terzi jistgħu jippreżentaw applikazzjoni konġunta għal reġistrazzjoni.

Meta tiġi ppreżentata applikazzjoni konġunta, din għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat, jew minn grupp applikant f'pajjiż terz ikkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz wara konsulta mal-awtoritajiet u l-gruppi applikanti kollha kkonċernati. L-applikazzjoni konġunta għandha tinkludi d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(2) mill-Istati Membri kkonċernati kollha. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati kollha.

Fil-każ ta' applikazzjonijiet konġunti, il-proċeduri ta' oppożizzjoni nazzjonali relatati għandhom jitwettqu fl-Istati Membri kkonċernati kollha.

5.  Meta l-applikazzjoni tkun relatata ma' żona ġeografika fi Stat Membru, l-applikazzjoni għandha tkun ippreżentata lil dak l-Istat Membru.

L-Istat Membru għandu jiskrutinizza l-applikazzjoni b'mezzi xierqa sabiex jivverifika li hija rraġunata u li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.

6.  Bħala parti mill-iskrutinju msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, l-Istat Membru għandu jagħti bidu għal proċedura ta' oppożizzjoni nazzjonali li tiżgura l-pubblikazzjoni adegwata tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 u li tipprovdi għal perjodu raġonevoli taż-żmien li matulu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u residenti jew stabbilita fit-territorju tiegħu tkun tista' tressaq oppożizzjoni għall-applikazzjoni.

L-Istat Membru għandu jeżamina l-ammissibbiltà ta' kwalunkwe oppożizzjoni li jirċievi f'konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 28.

7.  Jekk, wara li jivvaluta kwalunkwe oppożizzjoni li jkun irċieva, l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu ġew issodisfati, huwa jista' jieħu deċiżjoni favorevoli u jippreżenta dossier tal-applikazzjoni lill-Kummissjoni. F'tali każ huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-oppożizzjonijiet ammissibbli riċevuti minn persuna naturali jew ġuridika li tkun legalment ikkummerċjalizzat il-prodotti inkwistjoni, bl-użu tal-ismijiet ikkonċernati b'mod kontinwu għal mill-anqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 6. L-Istati Membri għandhom ukoll iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar kwalunkwe proċediment ġudizzjarju nazzjonali li jista' jaffetwa l-proċedura ta' reġistrazzjoni.

L-Istat Membru għandu jiżgura li meta jieħu deċiżjoni favorevoli skont l-ewwel subparagrafu tiġi ppubblikata u li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu jkollha l-opportunità li tappella.

L-Istat Membru għandu jiżgura li l-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni favorevoli tiegħu tiġi ppubblikata, u għandu jipprovdi aċċess elettroniku għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

L-Istat Membru għandu jiżgura wkoll il-pubblikazzjoni adegwata tal-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li dwarha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha f'konformità mal-Artikolu 26(2).

8.  Meta l-applikazzjoni tkun relatata ma' żona ġeografika f'pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

9.  Id-dokumenti msemmija f'dan l-Artikolu li jintbagħtu lill-Kummissjoni għandhom ikunu f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Artikolu 25

Protezzjoni nazzjonali proviżorja

1.  Fuq bażi proviżorja biss, Stat Membru jista' ▌jagħti protezzjoni lil isem taħt dan il-Kapitolu fil-livell nazzjonali, b'effett mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni lill-Kummissjoni.

2.  Tali protezzjoni nazzjonali għandha tieqaf fid-data li fiha jew tkun ittieħdet deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni skont dan il-Kapitolu jew l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata.

3.  Meta isem ma jkunx ġie reġistrat skont dan il-Kapitolu, ir-responsabbiltà għall-konsegwenzi ta' tali protezzjoni nazzjonali għandha tkun biss tal-Istat Membru kkonċernat.

4.  Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 għandhom ikollhom effett fil-livell nazzjonali biss, u m'għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-kummerċ fl-Unjoni jew fuq dak internazzjonali.

Artikolu 26

Skrutinju mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għal oppożizzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b'mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 24, sabiex tivverifika li din tkun immotivata, li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu u li l-interessi ta’ partijiet ikkonċernati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni jkunu ttieħdu inkunsiderazzjoni. Dan l-iskrutinju għandu jkun ibbażat fuq id-dokument uniku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1), għandu jikkonsisti minn verifika li ma hemm l-ebda żball manifest fl-applikazzjoni u, bħala regola ġenerali, m'għandux jieħu aktar minn perjodu ta' sitt xhur. Madankollu, fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika minnufih bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

Il-Kummissjoni għandha, għall-inqas kull xahar, tagħmel pubblika l-lista ta' ismijiet li għalihom ġew ippreżentati lilha applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tal-preżentazzjoni tagħhom. Il-lista għandha tinkludi wkoll l-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz minn fejn tkun ġiet l-applikazzjoni.

2.  Meta, abbażi tal-iskrutinju mwettaq skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tqis li jkunu ġew sodisfatti r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu, hija għandha tippubblika, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, id-dokument uniku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u r-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Artikolu 27

Proċedura ta' oppożizzjoni

1.  Fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u residenti jew stabbilita f'pajjiż terz jistgħu jippreżentaw notifika ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u residenti jew stabbilita fi Stat Membru ieħor għajr dak minn fejn tkun saret l-applikazzjoni, tista' tippreżenta notifika ta' oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih dik il-persuna tkun residenti jew stabbilita fil-limiti ta' perjodu taż-żmien li jippermetti li tiġi ppreżentata oppożizzjoni skont l-ewwel subparagrafu.

Notifika ta' oppożizzjoni għandu jkun fiha dikjarazzjoni li l-applikazzjoni tista' tikser ir-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.

Notifika ta' oppożizzjoni li ma jkunx fiha tali dikjarazzjoni għandha tkun nulla.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi n-notifika ta' oppożizzjoni mingħajr dewmien lill-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni▌.

2.  Jekk tiġi ppreżentata notifika ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni u tiġi segwita fi żmien xahrejn minn dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-ammissibbiltà ta' din id-dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni.

3.  Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtorità jew persuna li ppreżentaw l-oppożizzjoni u lill-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni sabiex jidħlu f'konsultazzjonijiet xierqa ma' xulxin għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur. Dik l-iskadenza għandha tibda mid-data meta l-istedina tkun ingħatat b'mezzi elettroniċi lill-partijiet interessati.

L-awtorità jew persuna li ppreżentaw l-oppożizzjoni u l-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni għandhom jibdew dawn il-konsultazzjonijiet adegwati mingħajr dewmien żejjed. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni rilevanti biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu. Jekk ma jintlaħaqx ftehim, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta wkoll lill-Kummissjoni.

Meta l-partijiet interessati jilħqu ftehim, l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz minn fejn ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-fatturi kollha li wasslu biex jintlaħaq il-ftehim, inkluż l-opinjonijiet tal-applikant u tal-awtoritajiet ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz, jew ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi oħra li jkunu ppreżentaw oppożizzjoni.

Irrispettivament minn jekk ikun intlaħaq ftehim kif ukoll jekk le, in-notifika lill-Kummissjoni għandha ssir fi żmien xahar minn tmiem il-konsultazzjonijiet.

Fi kwalunkwe waqt matul dawk it-tliet xhur, il-Kummissjoni tista', fuq talba tal-applikant, testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet b'massimu ta' tliet xhur.

4.  Fejn, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet adegwati msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, id-dettalji ppubblikati f'konformità mal-Artikolu 26(2) ikunu ġew emendati b'mod sostanzjali, il-Kummissjoni għandha tirripeti l-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 26.

5.  In-notifika ta' oppożizzjoni, id-dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni u d-dokumenti relatati li jintbagħtu lill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Artikolu 28

Raġunijiet għal oppożizzjoni

1.  Dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 27(2) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit f'dak l-Artikolu u jekk turi li:

(a)  l-indikazzjoni ġeografika proposta ma tikkonformax mad-definizzjoni fil-punt (4) tal-Artikolu 3 jew mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 22;

(b)  ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika proposta tmur kontra l-Artikolu 34 jew 35; or

(c)  ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika proposta thedded l-eżistenza ta' isem jew ta' trademark li jkun kompletament jew parzjalment identiku jew l-eżistenza ta' prodotti li jkunu ilhom legalment fis-suq għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 26(2); jew

(d)  ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 31 u 32 ma jkunux ġew issodisfati.

2.  Ir-raġunijiet għall-oppożizzjoni għandhom jiġu vvalutati b'rabta mat-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 29

Perjodi tranżitorji għall-użu ta' indikazzjonijiet ġeografiċi

1.  ▌Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu perjodu tranżitorju ta' mhux aktar minn ħames snin biex jippermettu xorb spirituż li joriġina fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, u li l-isem tiegħu jikser l-Artikolu 21(2), biex ikompli juża d-denominazzjoni li taħtha huma kienu ikkumerċjalizzati, bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni ammissibbli ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 24(6) jew l-Artikolu 27 turi li r-reġistrazzjoni tal-isem ma theddidx l-eżistenza ta':

(a)  isem identiku għalkollox jew ta' isem kompost, li terminu wieħed tiegħu ikun identiku għall-isem li għandu jiġi rreġistrat; or

(b)  ismijiet oħra simili għall-isem la għandu jiġi rreġistrat li jirreferu għal xorb spirituż li jkun ilu fis-suq legalment sa mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 26(2).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jestendu l-perjodu tranżitorju mogħti skont il-paragrafu 1 sa massimu ta' 15-il sena, jew li jippermettu l-użu kontinwu sa massimu ta' 15-il sena f'każijiet debitament ġustifikati, sakemm jintwera li:

(a)  id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ilha tintuża legalment b'mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tkun ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni;

(b)  l-iskop tal-użu tad-denominazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma kienx, fl-ebda waqt, biex jinkiseb profitt mir-reputazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika reġistrata; u

(c)   il-konsumatur ma ġiex jew ma setax ġie mqarraq fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

3.  Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tidher fuq it-tikketta b'mod ċar u viżibbli.

Artikolu 30

Deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni

1.  Meta, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni mill-iskrutinju li jsir taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1), il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika proposta ma ġewx issodisfati, hija għandha tinforma tadotta lill-applikant tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat bir-raġunijiet għar-rifjut u għandha tagħtih xahrejn biex iressaq l-osservazzjonijiet tiegħu. Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi ebda osservazzjonijiet jew jekk, minkejja l-osservazzjonijiet li tirċievi, xorta tqis li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni mhumiex issodisfati, hija għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tirrifjuta l-applikazzjoni sakemm l-applikazzjoni ma tiġix irtirata. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

2.  Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda notifika ta' oppożizzjoni jew l-ebda dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbli taħt l-Artikolu 27, hija għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 47(2), għar-reġistrazzjoni tal-isem.

3.  Jekk il-Kummissjoni tirċievi dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbli, hija għandha, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet adegwati msemmija fl-Artikolu 27(3), u b'kont meħud tar-riżultati tagħhom, jew:

(a)  jekk ikun intlaħaq ftehim, tirreġistra l-isem permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 47(2), u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 26(2) sakemm dawn l-emendi ma jkunux sostanzjali; jew

(b)  jekk ma jintlaħaqx ftehim, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar ir-reġistrazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

4.  L-atti ta' reġistrazzjoni u d-deċiżjonijiet dwar ir-rifjut għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-att ta' reġistrazzjoni għandu jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 għall-indikazzjoni ġeografika.

Artikolu 31

Emenda fi speċifikazzjoni ta' prodott

1.  Kwalunkwe grupp li jkollu interess leġittimu jista' japplika għall-approvazzjoni ta' emenda fi speċifikazzjoni ta' prodott.

L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitlubin.

2.  L-emendi għal speċifikazzjoni ta' prodott għandhom ikunu kklassifikati f'żewġ kategoriji f'dak li jirrigwarda l-importanza tagħhom:

(a)  emendi tal-Unjoni li jeħtieġu proċedura ta' oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni;

(b)  emendi standard li għandhom jiġu ttrattati fil-livell tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz.

3.  Emenda għandha tkun ikkunsidrata bħala emenda tal-Unjoni jekk:

(a)  tkun tinkludi bidla fl-isem jew fi kwalunkwe parti tal-isem tal-indikazzjoni ġeografika rreġistrata skont dan ir-Regolament;

(b)  tkun tikkonsisti f'bidla fl-isem ġuridiku jew fil-kategorija tax-xorb spirituż;

(c)  toħloq riskju li tħassar il-kwalità, reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn partikulari tax-xarba spirituża li jkunu essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha; jew

(d)  tkun tinvolvi restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Kwalunkwe emenda oħra għandha tkun ikkunsidrata bħala emenda standard.

Emenda standard għandha tkun ukoll ikkunsidrata bħala emenda temporanja meta din tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri obbligatorji sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi jew hija marbuta ma' diżastri naturali jew kundizzjonijiet ta' temp avversi formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti.

4.  L-emendi tal-Unjoni għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni. Il-proċedura tal-approvazzjoni għandha ssegwi, mutatis mutandis, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 u fl-Artikoli 26 sa 30. L-applikazzjonijiet għal emendi tal-Unjoni ppreżentati minn pajjiż terz jew minn produtturi ta' pajjiż terz għandu jkun fihom prova li l-emenda mitluba tkun konformi mal-liġijiet applikabbli f'dak il-pajjiż terz għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

5.  L-emendi standard għandhom jiġu approvati mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab iż-żona ġeografika tal-prodott ikkonċernat. Fir-rigward tal-pajjiżi terzi, l-emendi għandhom jiġu approvati bi qbil mal-liġi applikabbli fil-pajjiż terz ikkonċernat.

6.  L-iskrutinju tal-applikazzjoni għal emenda għandu jindirizza biss l-emenda proposta.

Artikolu 32

Kanċellazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika fi kwalunkwe waħda mill-każijiet li ġejjin:

(a)  meta ma tkunx tista' tiġi żgurata aktar il-konformità mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(b)  meta l-ebda prodott ma jkun tqiegħed fuq is-suq bl-indikazzjoni ġeografika għal mill-inqas seba' snin konsekuttivi.

L-Artikoli ▌24, 26, 27, 28 u 30 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-proċedura ta' kanċellazzjoni.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', fuq talba tal-produtturi tax-xarba spirituża ikkummerċjalizzata bl-indikazzjoni ġeografika irreġistrata, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkanċellaw ir-reġistrazzjoni korrispondenti.

3.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, qabel ma tadotta l-att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tal-Istat Membru, lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew, fejn possibbli, lill-produttur ta' pajjiż terz li kien oriġinarjament applika għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata, sakemm il-kanċellazzjoni ma tkunx intalbet direttament minn dawk l-applikanti oriġinali.

4.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

Artikolu 33

Reġistru ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa ... [sentejn + ġimgħatejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], atti delegati f'konformità mal-Artikolu 46 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu reġistru elettroniku li jkun aċċessibbli għall-pubbliku, li jinżamm aġġornat, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż rikonoxxut f'din l-iskema. (‘ir-reġistru’).

2.  L-isem ta' indikazzjoni ġeografika għandu jiġi rreġistrat fil-kitba oriġinali tiegħu. Meta l-kitba oriġinali ma tkunx f'karattri Latini, għandha tiġi rreġistrata traskrizzjoni jew traslitterazzjoni bil-karattri Latini flimkien mal-isem fil-kitba oriġinali tiegħu.

Għall-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati taħt dan il-Kapitolu, ir-reġistru għandu jipprovdi aċċess dirett għad-dokumenti singoli u għandu jkun fih ukoll ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Għall-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati qabel ... [ġimgħatejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], ir-reġistru għandu jipprovdi aċċess dirett għall-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku kif stabbilit fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 li jissupplimentaw dan il-paragrafu billi tistabbilixxi regoli dettaljati ulterjuri dwar il-forma u l-kontenut tar-reġistru. ▌

3.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż prodott f'pajjiżi terzi li huwa protett fl-Unjoni skont ftehim internazzjonali li l-Unjoni hija parti kontraenti minnu, jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

Artikolu 34

Indikazzjonijiet ġeografiċi omonimi

1.  Jekk isem li għalih tkun ippreżentata applikazzjoni jkun omonimu parzjali jew sħiħ ta' isem diġà reġistrat skont dan ir-Regolament, l-isem għandu jiġi rreġistrat waqt li jittieħed kont dovut tal-użu lokali u tradizzjonali u ta' kwalunkwe riskju ta' konfużjoni.

2.  Isem omonimu li jqarraq bil-konsumatur biex dan jemmen li l-prodotti jkunu ġejjin minn territorju ieħor ma għandux jiġi rreġistrat anke jekk l-isem ikun eżatt fir-rigward tat-territorju, ir-reġjun jew il-post propju ta' oriġini ta' dawk il-prodotti.

3.  L-użu ta' indikazzjoni ġeografika omonima rreġistrata għandu jkun soġġett għal kundizzjoni li jkun hemm distinzjoni ċara fil-prattika bejn l-omonimu rreġistrat sussegwentement u l-isem diġà rreġistrat, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li l-produtturi kkonċernati jiġu ttrattati b'mod ekwu u li l-konsumatur ma jiġix imqarraq.

4.  Il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż imsemmija fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr ħsara għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ta' prodotti skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 251/2014.

Artikolu 35

Raġunijiet speċifiċi għal ċaħda tal-protezzjoni

1.  Isem▌ġeneriku ma għandux ikun protett bħala indikazzjoni ġeografika.

Sabiex jiġi stabbilit jekk isem sarx ġeneriku jew le, għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-fatturi kollha rilevanti, b'mod partikolari:

(a)  is-sitwazzjoni eżistenti fl-Unjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-konsum;

(b)  il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

2.  Isem m'għandux ikun protett bħala indikazzjoni ġeografika meta, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama ta' trademark, il-protezzjoni tista' tqarraq bil-konsumatur fir-rigward tal-identità vera tax-xarba spirituża.

3.  Isem għandu jkun protett biss bħala indikazzjoni ġeografika jekk ▌l-istadji tal-produzzjoni li jagħtu lix-xarba spirituża l-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra li huma essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha, iseħħu fiż-żona ġeografika rilevanti.

Artikolu 36

Relazzjoni bejn it-trademarks u l-indikazzjonijiet ġeografiċi

1.  Ir-reġistrazzjoni ta' trademark, li l-użu tagħha jikkorrispondi jew ikun jikkorrispondi ma' sitwazzjoni waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 21(2), għandha tiġi miċħuda jew invalidata ▌.

2.  Trademark, li l-użu tagħha jikkorrispondi għal sitwazzjoni waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 21(2), li saret applikazzjoni għaliha, ġiet reġistrata, jew ġiet stabbilita bl-użu, jekk dik il-possibbiltà hi prevista mil-leġiżlazzjoni konċernata, in bona fede fit-territorju tal-Unjoni, qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni, tista' tibqa' tintuża u tiġi mġedda minkejja r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika, sakemm ma tkun teżisti l-ebda raġuni għall-invalidità jew ir-revoka tagħha skont id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24) jew ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1001(25).

Artikolu 37

Indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati eżistenti

▌L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż irreġistrati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, u b'hekk protetti taħt dak ir-Regolament għandhom ikunu protetti awtomatikament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 38

Verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

1.  L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista tal-operaturi li jipproduċu xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika rreġistrata skont dan ir-Regolament.

2.  Fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jindikaw xorb spiritiż li joriġina fl-Unjoni rreġistrati taħt dan ir-Regolament, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 22, qabel it-tqegħid tal-prodott fis-suq, għandha titwettaq minn ▌:

(a)  awtorità kompetenti waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 43(1); jew

(b)  il-korpi ta' kontroll skont it-tifsira tal-punt 5 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, li joperaw bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti.

Fejn Stat Membru japplika l-Artikolu 24(2), verifika tal-konformità bl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata minn awtorità oħra għajr dik meqjusa bħala grupp skont dak il-paragrafu.

Minkejja l-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, l-ispejjeż ta' tali verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jistgħu jitħallsu mill-operaturi▌li huma suġġetti għal dawk il-kontrolli.

3.  Fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jindikaw xorb spirituż li joriġina f'pajjiż terz irreġistrati taħt dan ir-Regolament, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, qabel it-tqegħid tal-prodott fis-suq, għandha titwettaq minn▌:

(a)  awtorità kompetenti pubblika nnominata mill-pajjiż terz; jew

(b)  korp taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott.

4.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti u l-korpi msemmija fil-paragrafu 2 u għandha taġġornahom b'mod regolari.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti u l-korpi msemmija fil-paragrafu 3 u għandha taġġorna dik l-informazzjoni b'mod regolari.

5.  Il-korpi ta' kontroll imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u l-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu konformi mar-regoli u għandhom ikunu akkreditati skont l-istandard Ewropew ISO/IEC 17065:2012 jew kwalunkwe reviżjoni jew verżjoni emendata futura applikabbli tiegħu.

6.  L-awtoritajiet▌kompetenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 li jivverifikaw il-konformità tal-indikazzjoni ġeografika protetta taħt dan ir-Regolament mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu oġġettivi u imparzjali. Huma għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 39

Sorveljanza tal-użu tal-ismijiet fis-suq

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli, abbażi ta' analiżi tar-riskju, fir-rigward tal-użu, fis-suq, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati taħt dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji f'każ ta' ksur tar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu passi amministrattivi u ġudizzjarji xierqa biex jipprevjenu jew iwaqqfu l-użu illegali tal-ismijiet tal-prodotti jew servizzi li huma prodotti jew kummerċjalizzati fit-territorju tagħhom u li huma koperti mill-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati taħt dan ir-Regolament.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li jkunu responsabbli li jieħdu dawk il-passi, f'konformità mal-proċeduri determinati minn kull Stat Membru individwali.

Dawk l-awtoritajiet għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u imparzjalità, u għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

3.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli fir-rigward tal-użu tal-ismijiet fis-suq, u nominati f'konformità mal-Artikolu 43. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet u l-indirizzi ta' dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 40

Proċedura u rekwiżiti, u ppjanar u rappurtar tal-attivitajiet ta' kontroll

1.  Il-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-verifiki previsti fl-Artikoli 38 u 39 ta' dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li attivitajiet ta' kontroll tal-obbligi skont dan il-Kapitolu jkunu speċifikament inklużi f'taqsima separata fil-pjanijiet ta' kontroll nazzjonali pluriennali f'konformità mal-Artikoli 41 sa 43 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

3.  Ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 44(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandhom jinkludu, f'taqsima separata, l-informazzjoni msemmija f'dik id-dispożizzjoni dwar il-kontroll tal-obbligi stabbiliti b'dan ir-Regolament.

Artikolu 41

Setgħat delegati

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 46 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu aktar kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti, inkluż f'każijiet fejn żona ġeografika tinkludi aktar minn pajjiż wieħed, fir-rigward ta':

(a)  applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika kif imsemmija fl-Artikoli 23 u 24; u

(b)  proċeduri nazzjonali preliminari kif imsemmija fl-Artikolu 24, l-iskrutinju mill-Kummissjoni, il-proċedura ta' oġġezzjoni u l-kanċellazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-proċedura dwar l-emendi tal-Unjoni u l-emendi standard, inklużi l-emendi temporanji, għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott kif imsemmi fl-Artikolu 31.

Artikolu 42

Setgħat ta' implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar:

(a)  il-forma tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott msemmija fl-Artikolu 22 u l-miżuri dwar l-informazzjoni li għandha tingħata fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-rigward tar-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali kif imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 22(1);

(b)  il-proċeduri għal, il-forma u l-preżentazzjoni ta’, l-oppożizzjonijiet kif imsemmija fl-Artikoli 27 u 28;

(c)  il-forma u l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal emendi tal-Unjoni u ta' komunikazzjonijiet li jikkonċernaw emendi standard u temporanji kif imsemmi fl-Artikolu 31(4) u (5) rispettivament;

(d)  il-proċeduri għal u l-forma tal-proċess ta' kanċellazzjoni imsemmija fl-Artikolu 32, kif ukoll dwar il-preżentazzjoni tat-talbiet għal kanċellazzjoni; u

(e)  il-kontrolli u l-verifika li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar, kif imsemmija fl-Artikolu 38.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa ... [sentejn + ġimgħatejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri għal, il-forma u l-preżentazzjoni ta', applikazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikoli 23 u 24, inkluż għal applikazzjonijiet li jikkonċernaw aktar minn territorju nazzjonali wieħed.

3.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

KAPITOLU IV

KONTROLLI, SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI, LEĠIŻLAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 43

Kontrolli tax-xorb spirituż

1.  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-kontrolli tax-xorb spirituż. Huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament u għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jiżguraw li jkun hemm konformità ma' ldan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u fejn ikun hemm bżonn għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta r-regoli dwar il-kontrolli amministrattivi u fiżiċi li jridu jitwettqu mill-Istati Membri fir-rigward tar-rispett tal-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

Artikolu 44

Skambju ta' informazzjoni

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

▌2. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar in-natura u t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata u l-metodi ta' skambju ta' informazzjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

Artikolu 45

Leġiżlazzjoni tal-Istati Membri

1.  Fl-applikazzjoni ta' politika ta' kwalità għax-xorb spirituż li jiġi prodott fit-territorju tagħhom u b'mod partikolari għall-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fir-reġistru jew għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar il-produzzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar li huma aktar stretti minn dawk stipulati fl-Annessi I u II sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-importazzjoni, il-bejgħ jew il-konsum ta' xorb spirituż prodott fi Stati Membri oħra jew f'pajjiżi terzi li jkun konformi ma' dan ir-Regolament.

KAPITOLU V

DELEGA TA' SETGĦAT, DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI,▌DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

TAQSIMA 1

DELEGA TA' SETGĦAT U DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 46

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 8 u 19 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' seba' snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' seba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 33 u 41 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

4.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 50 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' sitt snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

5.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 8, 19, 33, 41 u 50 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

6.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

7.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

8.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 8, 19, 33, 41, u 50▌għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 47

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għax-Xorb Spirituż stabbilit permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Taqsima 2

DEROGI, DISPOZIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 48

Deroga mir-rekwiżiti ta' kwantitajiet nominali fid-Direttiva 2007/45/KE

B'deroga mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/45/KE, u mis-sitt ringiela tat-Taqsima 1 tal-Anness għal dik id-Direttiva, l-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ "shochu"(26), li jsir b'lampik tat-tip "pot still" u jiġi bbottiljat fil-Ġappun, jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet nominali ta' 720 ml u ta' 1 800 ml.

Artikolu 49

Tħassir

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 50,

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 huwa revokat b'effett minn ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Madankollu, il-Kapitolu III tiegħu jitħassar b'effett minn ... [ġimgħatejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2.  B'deroga mill-paragrafu 1:

(a)  l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jibqa' japplika sa ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament];

(b)  l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u, mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013(27), l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għandu jibqa' japplika sat-tlestija tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni iżda, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u

(c)  l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jibqa' japplika sakemm jiġi stabbilit ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament.

3.  Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 50

Miżuri tranżitorji

1.  Xorb spirituż li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament iżda li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li jkun ġie prodott qabel ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jista' jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

2.  Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, xorb spirituż li d-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tiegħu ma jkunux konformi mal-Artikoli 21 u 36 ta' dan ir-Regolament iżda jkun konformi mal-Artikoli 16 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li kienu ttikkettjati qabel ... [ġimgħatejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jista' jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

3.  ▌Sa ... [sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 li jemendaw l-Artikolu 3(2), (3), (9), (10), (11) u (12), l-Artikolu 10(6) u (7), l-Artikoli 11, 12 u 13 jew li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tidderoga minn dawk id-dispożizzjonijiet.

L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu strettament limitati biex jissodisfaw ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tas-suq.

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta' kull definizzjoni, definizzjoni teknika jew rekwiżit fid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.  L-Artikoli 22 sa 26, 31 u 32 ta’ dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jew għall-emenda jew għat-talbiet għall-kanċellazzjoni, li huma pendenti fil- ... [ġimgħatejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. L-Artikoli 17(4), (5) u (6), 18 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom ikomplu japplikaw għal talbiet għal kanċellazzjoni.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' oppożizzjoni msemmija fl-Artikoli 27, 28 u 29 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni jew għall-applikazzjonijiet għall-emendar, li fir-rigward tagħhom l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku jew applikazzjoni għall-emendar, rispettivament, diġà ġew ippubblikati għal oppożizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil- ... [ġimgħatejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. l-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jkompli japplika għal tali applikazzjonijiet ▌ .

Id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' oppożizzjoni msemmija fl-Artikoli 27, 28 u 29 ta’ dan ir-Regolament ma għandhom japplikaw għal talba għall-kanċellazzjoni li hija pendenti fi ... [ġimgħatejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jkompli japplika għal talbiet għal kanċellazzjoni.

5.  Għall-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati skont il-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament u li kienet l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni pendenti fid-data tal-applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri għal, il-forma u l-preżentazzjoni ta', applikazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 23 previsti fl-Artikolu 42(2) ta’ dan ir-Regolament, ir-reġistru jista' jipprovdi aċċess dirett għall-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

6.  Fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru, tippubblika d-dokument uniku ppreżentat minn dan l-Istat Membru f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-pubblikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u m'għandhiex tiġi segwita bi proċedura ta' oppożizzjoni

Artikolu 51

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2.  Minkejja l-paragrafu 1L-Artikolu 16, il-punt (d) tal-Artikolu 20, l-Artikoli 21, 22 u 23, l-Artikolu 24(1), (2) u (3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 24(4), l-Artikolu 24(8) u (9), l-Artikoli 25 sa 42, l-Artikoli 46 u 47, l-Artikolu 50(1), (4) u (6), il-punti 39(d) u 40(d) tal-Anness I u d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 relatati ma' dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw minn ... [ġimgħatejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3.  L-atti delegati previsti fl-Artikoli 8, 19 u 50 adottati skont l-Artikolu 46 u l-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 8(4) u l-Artikoli 20, 43 u 44 adottati skont l-Artikolu 47 għandhom japplikaw minn ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

4.  Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

KATEGORIJI TA' XORB SPIRITUŻ

1.  Rum

(a)  Ir-rum huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni tal-prodott miksub mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-melassi jew ġulepp prodott waqt il-manifattura taz-zokkor tal-kannamieli jew tal-meraq tal-kannamieli nnifsu, distillat f'anqas minn 96 % vol., sabiex id-distillat ikollu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi li jistgħu jingħarfu tar-rum.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tar-rum għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  Ir-rum m'għandux ikun miżjud b'aromattizzanti.

(e)  Ir-rum jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f)  Ir-rum jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g)  Fil-każ ta' indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati taħt dan ir-Regolament, l-isem ġuridiku tar-rum jista' jiġi ssupplimentat minn:

(i)  it-terminu "traditionnel" jew "tradicional", sakemm ir-rum in kwistjoni:

—  ikun prodott permezz ta' distillazzjoni ta' anqas minn 90 % vol., wara l-fermentazzjoni alkoħolika tal-materjali li jipproduċu l-alkoħol li joriġinaw esklussivament mill-post tal-produzzjoni kkunsidrat, u

—  ikollu kontenut ta' sustanzi volatili li jlaħħaq jew jaqbeż il-225 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol, u

—  ma jkunx dolċifikat;

(ii)  it-terminu "agrikolu", bil-kundizzjoni li r-rum in kwistjoni li jkun konformi mar-rekwiżiti fil-punt (i) u ikun ġie prodott esklussivament permezz tad-distillazzjoni wara l-fermentazzjoni alkoħolika tal-meraq tal-kannamieli. It-terminu "agrikolu" jista' jintuża biss fil-każ ta' indikazzjoni ġeografika ta' Dipartiment Franċiż extra-Ewropew jew ir-Reġjun Awtonomu ta' Madeira.

Dan il-punt (g) għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tat-terminu ‘agrikolu’, "traditionnel" jew "tradicional" f'konnessjoni ma' kwalunkwe prodott li m'humiex koperti b'din il-kategorija, skont il-kriterji speċifiċi tagħhom.

2.   Whisky jew whiskey

(a)  Il-whisky jew whiskey huwa xarba spirituża prodotta esklussivament bit-twettiq tal-operazzjonijiet ta' produzzjoni kollha li ġejjin:

(i)  distillazzjoni ta' maxx magħmul minn ċereali mmaltjati, flimkien ma' żrieragħ integrali ta' ċereali mhux immaltjati oħra jew mingħajrhom, li jkun ġie:

–  mibdul f'zokkor permezz tad-dijastasi tal-malt ta' ġo fih, b'enzimi naturali oħrajn jew mingħajrhom,

–  fermentat bl-azzjoni tal-ħmira;

(ii)  kull distillazzjoni tkun twettqet f'anqas minn 94,8 % vol., sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-materja prima użata;

(iii)  maturazzjoni tad-distillat finali għal tal-anqas tliet snin f'bittijat tal-injam li ma jesgħux aktar minn 700 litru.

Id-distillat finali, li miegħu jistgħu jiżdiedu biss l-ilma u l-karamella ordinarja (għall-kulur), għandu jżomm il-kulur, l-aroma u t-togħma miġjuba minnu mill-proċess ta' produzzjoni msemmi fil-punti (i), (ii) u (iii).

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-whisky jew tal-whiskey għandha tkun ta' 40 %.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  Il-whisky jew whiskey m'għandux ikun miżjud b'sustanzi dolċifikanti, lanqas biex tiġi mirquma t-togħma, jew aromatizzat, jew ikun fih addittivi għajr karamella ordinarja (E 150a) użata għall-aġġustament tal-kulur.

(e)  L-isem ġuridiku tal-"whisky" jew "whiskey" jista' jkun issupplimentat bit-terminu "single malt" biss jekk ikun ġie ddistillat esklussivament minn xgħir immaltjat f'distillerija waħda.

3.  Spirtu taċ-ċereali

(a)  L-ispirtu taċ-ċereali huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni ta' maxx fermentat ta' ċereali integrali u li jkollu karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.

(b)  Bl-eċċezzjoni tal-"Korn", il-qawwa alkoħolika minima bil-volum tal-ispirtu taċ-ċereali għandha tkun ta' 35 %.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  L-ispirtu taċ-ċereali m'għandux ikun aromatizzat.

(e)  L-ispirtu taċ-ċereali jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f)  L-ispirtu taċ-ċereali jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 10 grammi ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g)  Sabiex spirtu taċ-ċereali jkollu l-isem ġuridiku "brandy taċ-ċereali", dan għandu jkun ġie prodott permezz ta' distillazzjoni ta' anqas minn 95 % vol. minn maxx fermentat ta' ċereali integrali, u jippreżenta karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.

(h)  Fl-isem ġuridiku "spirtu taċ-ċereali" jew "brandy taċ-ċereali", il-kelma "ċereali" tista' tinbidel bl-isem taċ-ċereali użati esklussivament fil-produzzjoni tax-xarba spirituża.

4.  Spirtu tal-inbid

(a)  L-ispirtu tal-inbid tal-frott magħsur huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  hija prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f'anqas minn 86 % vol. ta' nbid, inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni jew▌distillat tal-inbid iddistillat f'anqas minn 86 % vol.;

(ii)  fiha kontenut ta’ sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-125 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;

(iii)  fiha kontenut massimu ta' metanol ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-inbid għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  L-ispirtu tal-inbid m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jipprekludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(e)  L-ispirtu tal-inbid jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f)  L-ispirtu tal-inbid jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g)  Meta spirtu tal-inbid ikun ġie mmaturat, jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq bħala "spirtu tal-inbid" bil-kundizzjoni li jkun ġie mmaturat għal mill-inqas il-perjodu previst fir-rigward ta’ xarba spirituża definita fil-kategorija 5.

(h)  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tat-terminu "Branntwein" flimkien mat-terminu "essig" fil-preżentazzjoni u t-tikkettjar tal-ħall.

5.  Brandy jew Weinbrand

(a)  Il-Brandy jew Weinbrand huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  hija prodotta mill-ispirtu tal-inbid li magħha jista' jiġi miżjud distillat, bil-kundizzjoni li dak id-distillat tal-inbid ikun ġie distillat f'inqas minn 94,8 % vol. u ma jaqbiżx il-massimu ta' 50 % tal-kontenut alkoħoliku tal-prodott finali;

(ii)  hija immaturata għal mhux anqas minn:

−  sena f'reċipjenti tal-ballut b'kapaċità ta' mill-anqas 1 000 litru kull wieħed; jew

−   ▌sitt xhur fi btieti tal-ballut li jesgħu anqas minn 1 000 litru kull waħda;

(iii)  fiha kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-125 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol., u tkun miġjuba mid-distillazzjoni ▌tal-materja prima użata;

(iv)  fiha kontenut massimu ta' metanol ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-brandy jew tal-Weinbrand għandha tkun ta' 36 %.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  Il-Brandy jew Weinbrand m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(e)  Il-Brandy jew Weinbrand jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f)   Il-Brandy jew Weinbrand jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 35 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

6.  Karfa tal-għeneb magħsur jew spirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur

(a)  Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur hija xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  hija prodotta esklussivament mill-karfa tal-għeneb magħsur fermentata u distillata, sew direttament permezz tal-fwar tal-ilma jew wara li jkun inżied l-ilma u jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

−  kull distillazzjoni għandha ssir f'anqas minn 86 % vol.;

−  l-ewwel distillazzjoni għandha ssir fil-preżenza tal-karfa tal-għeneb magħsur innifisha;

(ii)  kwantità ta' residwu tal-fond tista' tiżdied mal-karfa tal-għeneb magħsur li ma taqbiżx il-25 kg ta' residwu tal-fond għal kull 100 kg ta' karfa tal-għeneb magħsur użat;

(iii)  il-kwantità tal-alkoħol miksuba mir-residwu tal-fond m'għandhiex taqbeż il-35 % tal-kwantità totali tal-alkoħol fil-prodott finali;

(iv)  fiha kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-140 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol, u jkollha massimu ta' kontenut ta' metanol ta' 1 000 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jew tal-karfa tal-għeneb magħsur għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  L-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jew il-karfa tal-għeneb magħsur m'għandhomx ikunu aromatizzati. Dan m'għandux jipprekludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(e)  Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f)  Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

7.  Spirtu tal-karfa tal-frott magħsur

(a)  L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur hija xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  huwa prodott esklussivament permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni tal-karfa tal-frott magħsur ħlief karfa ta' għeneb magħsur u jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

−  kull distillazzjoni għandha ssir f'anqas minn 86 % vol.;

−  l-ewwel distillazzjoni għandha ssir fil-preżenza tal-karfa tal-għeneb magħsur innifisha;

(ii)  fih kontenut ta' sustanzi volatili ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;

(iii)  il-kontenut massimu ta' metanol għandu jkun ta' 1 500 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

(iv)  il-kontenut massimu ta' aċidu idroċijaniku għandu jkun ta' 7 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur m'għandux ikun aromatizzat.

(e)  L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f)  L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 a ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g)  L-isem ġuridiku għandu jikkonsisti mill-isem tal-frotta segwit bi "spirtu tal-karfa". Jekk jintużaw karfiet ta' għadd ta' frott, l-isem ġuridiku għandu jkun "spirtu tal-karfa tal-frott" u jista' jiġi ssupplimentat bl-isem ta' kull frotta f'ordni dejjem tonqos tal-kwantità użata.

8.  Spirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib

(a)  L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib huwa xarba spirituża prodotta permezz tad-distillazzjoni tal-prodott miksub mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-estratt ta' għeneb imnixxef tal-varjetajiet "Corinth Black" jew Moscatel tal-varjetajiet ta' Alessandrija, distillati f'anqas minn 94,5 % vol., sabiex id-distillat ikollu aroma u togħma miġjuba mill-materja prima użata.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib m'għandux ikun aromatizzat.

(e)  L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f)  L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

9.  Spirtu tal-Frott

(a)  L-ispirtu tal-frott magħsur huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  huwa prodott esklussivament permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u d-distillazzjoni, bl-għadam jew mingħajru, ta' frott frisk u imlaħħam, inkluża l-banana, jew l-għasir ta' tali frott, berries jew ħxejjex;

(ii)  kull distillazzjoni għandha titwettaq f'anqas minn 86 % vol., sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-materja prima distillata;

(iii)  fih kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;

(iv)  fil-każ ta' xorb spirituż tal-frott bl-għadma, ikollha kontenut ta' aċidu idroċjaniku li ma jaqbiżx is-7 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.

(b)  Il-kontenut massimu ta' metanol tal-ispirtu tal-frott għandu jkun ta' 1 000 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol, ħlief:

(i)  fil-każ ta' spirti tal-frott prodott mill-frott jew berries li ġejjin, u li għalihom il-kontenut massimu ta' metanol għandu jkun ta' 1 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol:

−  tuffieħ (Malus domestica Borkh.),

−  berquq (Prunus armeniaca L.),

−  għanbaqar (Prunus domestica L.),

−  quetsch (Prunus domestica L.),

−  mirabella (Prunus domestica L. subsp.syriaca (Borkh.) Janch. ex Mansf.),

−  ħawħ (Prunus persica (L.) Batsch);

−  lanġas (Pyrus communis L.) għajr il-lanġas Williams (Pyrus communis L. cv "Williams"),

−  tut salvaġġ (Rubus sect. Rubus),

−  lampun (Rubus idaeus L.),

(ii)  fil-każ ta' spirti tal-frott prodott mill-frott jew berries li ġejjin, u li għalihom il-kontenut massimu ta' metanol għandu jkun ta' 1 350 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol:

−  sfarġel (Cydonia oblonga Mill.),

−  frott tal-ġnibru (Juniperus communis L. jewJuniperus oxicedrus L.),

−  lanġas Williams (Pyrus communis L. Cv "Williams"),

−  ribes iswed (Ribes nigrum L.),

−  ribes aħmar (Ribes rubrum L.),

−  rosehip (Rosa canina L.),

−  frotta tas-sebuqa (Sambucus nigra L.),

−  rowanberry (Sorbus aucuparia L.),

−  tuffieħ taż-żorba (Sorbus domestica L.),

–  wild service tree (Sorbus torminalis (L.) Crantz).

(c)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-frott għandha tkun ta' 37,5 %.

(d)  L-ispirtu tal-frott m'għandux ikun ikkulurit.

(e)  Minkejja l-punt (d) ta’ din il-kategorija u b'deroga mill-kategorika tal-ikel 14.2.6 tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-karamella tista' tintuża biex jiġi aġġustat il-kulur ta' spirti tal-frott li jkunu ġew invekkjati għal perjodu ta' mill-inqas sena f'kuntatt mal-injam.

(f)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(g)  L-ispirtu tal-frott m'għandux ikun aromatizzat.

(h)  L-ispirtu tal-frott jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 18-il gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(i)  L-isem ġuridiku ta' spirtu tal-frott għandu jkun "spirtu ta'" flimkien mal-isem tal-frotta, berry jew ħaxixa▌. Fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Ġrieġa, Kroata, Pollakka, Rumena, Slovakka u Slovena, l-isem ġuridiku jista' jiġi espress permezz tal-isem tal-frotta, tal-berry jew tal-ħaxixa, issupplimentata b'suffiss.

Alternattivament:

(i)  l-isem ġuridiku msemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jkun "wasser", użat flimkien ma' isem il-frotta; jew

(ii)  l-ismijiet ġuridiċi li ġejjin jistgħu jintużaw fil-każijiet li ġejjin:

–  "kirsch" għall-ispirtu taċ-ċirasa (Prunus avium (L.) L.);

–  "għanbaqar", "quetsch" jew "slivovitz" għall-spirtu tal-għanbaqar (Prunus domestica L.);

–  "mirabella" għall-spirtu tal-mirabella (Prunus domestica L. subsp. syriaca (Borkh.) Janch. ex Mansf.);

–  "frott tal-ubrjagola" għall-frott għall-ispirtu tal-ubrjagola (Arbutus unedo L.);

–  "Golden Delicious" għall-ispirtu tat-tuffieħ (Malus domestica var. "Golden Delicious");

–  "Obstler" għal spirtu ta' frott prodott minn frott, bit-tut jew mingħajru, sakemm mill-inqas 85 % tal-maxx ikun ġej minn varjetajiet differenti ta' tuffieħ, lanġas jew it-tnejn.

L-isem "Williams" jew 'williams' jista' jintuża biss għat-tpoġġija fis-suq tal-ispirtu tal-lanġas prodott biss mil-lanġas tal-varjetà "Williams".

Jekk ikun hemm ir-riskju li l-konsumatur finali ma jifhimx faċilment waħda mill-ismijiet ġuridiċi tal-bejgħ li ma jinkludux il-kelma "spirtu", msemmija f'dan il-punt, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar għandhom jinkludu l-kelma "spirtu", possibbilment issupplimentata bi spjegazzjoni.

(j)  Kull meta żewġ frottiet, berries jew ħxejjex jew aktar jiġu distillati flimkien, il-prodott għandu jitqiegħed fis-suq bl-isem ġuridiku:

–  "spirtu tal-frott" għal xorb spirituż prodott esklussivament b'distillazzjoni ta' frott jew berries jew it-tnejn; jew

–  "spirtu tal-ħaxix" għal xorb spirituż prodott esklussivament b'distillazzjoni ta' ħxejjex; jew

–  "spirtu ta' frott u ħaxix", għal xorb spirituż prodott permezz tad-distillazzjoni ta' taħlita ta' frott, berries u ħxejjex.

L-isem ġuridiku jista' jkun issupplimentat minn dak ta' kull frotta, berry jew ħaxixa, f'ordni li tonqos skont il-kwantità użata.

10.  Spirtu tas-sidru, spirtu tal-perry u spirtu tas-sidru u tal-perry

(a)  L-ispirtu tas-sidru, l-ispirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry huma xarbiet spiritużi li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  ikunu prodotti esklussivament permezz tad-distillazzjoni tas-sidru jew tal-perry f'anqas minn 86 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-frott;

(ii)  ikun fihom kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;

(iii)  ikun fihom kontenut massimu ta' metanol ta' 1 000 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tas-sidru, tal-spirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  L-ispirtu tas-sidru, spirtu tal-perry u spirtu tas-sidru u tal-perry m'għandhomx ikunu aromatizzati. Dan m'għandux jipprekludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(e)  L-ispirtu tas-sidru, l-ispirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry jista' jkollhom miżjud fihom biss karamella, bħala mezz ta’aġġustament tal-kulur.

(f)  L-ispirtu tas-sidru, l-ispirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry jistgħu jiġu dolċifikati sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 15-il gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g)  L-isem ġuridiku għandu jkun:

–  "spirtu taċ-ċidru" għal xorb spirituż prodott esklussivament permezz tad-distillazzjoni tas-sidru;

–  "spirtu tal-perry" għal xorb spirituż prodott eżklussivament permezz tad-distillazzjoni tal-perry; jew

–  "spirtu tas-sidru u tal-perry" għal xorb spirituż prodott permezz tad-distillazzjoni tas-sidru u tal-perry.

11.  Spirtu tal-għasel

(a)  L-ispirtu tal-għasel huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  hija prodotta permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni tal-maxx tal-għasel;

(ii)  hija distillata f'inqas minn 86 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-għasel għandha tkun ta' 35 % vol.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  L-ispirtu tal-għasel m'għandux ikun aromatizzat.

(e)  L-ispirtu tal-għasel jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta’ aġġustament tal-kulur.

(f)  L-ispirtu tal-għasel jista' jiġi dolċifikat biss bl-għasel sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' għasel għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

12.  Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond

(a)  Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. tar-residwu tal-fond tal-inbid, tar-residwu tal-fond tal-birra jew residwu tal-fond ta' frott fermentat.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Hefebrand jew tal-ispirtu tar-residwu tal-fond għandha tkun ta' 38 %.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond m'għandux ikun aromatizzat.

(e)  Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta’ aġġustament tal-kulur.

(f)  Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g)  L-isem ġuridiku "Hefebrand" jew "spirtu tar-residwu tal-fond" għandu jkun issupplimentat bl-isem tal-materja prima użata.

13.   Spirtu tal-birra

(a)  L-ispirtu tal-birra huwa xarba spirituża prodotta permezz tad-distillazzjoni diretta taħt pressjoni normali ta' birra friska ta' qawwa alkoħolika skont il-volum ta' anqas minn 86 %, b'tali mod li d-distillat li jirriżulta ▌jkollu karatteristiċi organolettiċi li jidderivaw mill-birra.(b) Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-birra għandha tkun ta' 38 %.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  L-ispirtu tal-birra m'għandux ikun aromatizzat.

(e)  L-ispirtu tal-birra jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta’ aġġustament tal-kulur.

(f)  L-ispirtu tal-birra jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

14.  Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm

(a)  It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm huwa xarba spirituża prodotta permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. ta' tuberi tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm (Helianthus tuberosus L.).

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tat-topinambur jew tal-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm għandha tkun ta' 38 %.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d)  It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm m'għandux ikun aromatizzat.

(e)  It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta’ aġġustament tal-kulur.

(f)  It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

15.  Vodka

(a)  Il-vodka hija xarba spirituża prodotta mill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li tinkiseb wara fermentazzjoni bil-ħmira ta' jew:

−  patata jew ċereali, jew it-tnejn li huma,

−  materji prima agrikoli oħra,

distillata sabiex il-karatteristiċi organolettiċi tal-materja prima użata u tal-prodotti sekondarji fformati waqt il-fermentazzjoni jitnaqqsu b'mod selettiv.

Dan▌jista' jiġi segwit b'distillazzjoni jew bi trattament addizzjonali permezz ta' assistenzi xierqa għall-ipproċessar, jew bit-tnejn li huma, inkluż it-trattament bil-karbonju attivat, sabiex ix-xarba tingħata karatteristiċi organolettiċi speċjali.

Il-livelli massimi tar-residwu tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola użati biex jipproduċu l-vodka għandhom jissodisfaw dawk il-livelli stabbiliti fil-punt (d) fl-Artikolu 5, għajr li l-kontenut ta' metanol għandu jkun ta' 10 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-vodka għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  L-uniċi aromatizzanti li jistgħu jiżdiedu huma s-sustanzi aromatizzanti naturali jew il-preparazzjonijiet aromatizzanti li huma preżenti fid-distillat miksub mill-materjali prima ffermentati. Barra minn hekk, il-prodott jista' jingħata karatteristiċi organolettiċi speċjali, sakemm ma jkunux it-togħma predominanti.

(d)  Il-vodka m'għandhiex tkun ikkulurita.

(e)  Il-vodka tista' tiġi miżjuda b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 8 grammita' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(f)  Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-vodka li mhix manifatturata esklussivament minn patata jew ċereali jew mit-tnejn għandhom juru b'mod prominenti l-indikazzjoni "magħmula minn ...", supplimentata bl-isem tal-materja prima utilizzata fil-produzzjoni tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola. Din l-indikazzjoni għandha tidher fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku.

(g)  L-isem ġuridiku jista' jkun "vodka" fi kwalunkwe Stat Membru.

16.  Spirtu ta' (supplimentat bl-isem tal-frotta, berries jew lewż) miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni

(a)  L-ispirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  tkun ġiet prodotta bi:

–  il-maċerazzjoni ta' frott, berries jew lewż elenkati taħt il-punt (ii), kemm jekk fermentati parzjalment jew mhux fermentati, biż-żieda possibbli ta' massimu ta' 20 litru ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' spirtu jew ta' distillat miġjub mill-istess frott, berries jew lewż, jew kombinazzjoni tagħhom, għal kull 100 kg ta' frott, berries jew lewż fermentat,

–  segwita b'distillazzjoni ▌; kull distillazzjoni għandha ssir f'anqas minn 86 % vol.;

(ii)  huwa prodott mill-frott, berries jew lewż li ġejjin:

−  chokeberry (Aronia Medik. nom cons.),

−  black chokeberry (Aronia melancarpa (Michx.) Elliot),

−  qastan (Castanea sativa Mill.),

−  frott taċ-ċitru (Citrus spp.),

−  ġellewż (Corylus avellana L.),

−  crowberry (Empetrum nigrum L.),

−  frawli (Fragaria spp.),

−  pruna selvaġġa marina (Hippophae rhamnoides L.),

−  frotta tal-ileks (Ilex aquifolium u Ilex cassine L.),

−  cornel cherry jew cornelian cherry (Cornus mas),

−  ġewż (Juglans regia L.),

−  banana (Musa spp.),

−  mirtill (Myrtus communis L.),

−  bajtar tax-xewk (Opuntia ficus-indica (L.) Mill),

−  frotta tal-passjoni (Passiflora edulis Sims),

−  bird cherry (Prunus padus L.).

−  pruna selvaġġa (Prunus spinosa L.),

−  ribes iswed (Ribes nigrum L.),

−  passolina bajda (Ribes niveum Lindl.),

−  ribes aħmar (Ribes rubrum L.),

−  gooseberry (Ribes uva-crispa L. syn. Ribes grossularia),

−  rosehip (Rosa canina L.),

−  brambla tal-Artiku (Rubus arcticus L.),

−  frott l-għollieq tal-muntanji (Rubus chamaemorus L.),

−  tut salvaġġ (Rubus sect. Rubus),

−  lampun (Rubus idaeus L.),

−  frotta tas-sebuqa (Sambucus nigra L.),

−  rowanberry (Sorbus aucuparia L.),

−  sorb apple (Sorbus domestica L.),

−  wild service tree (Sorbus torminalis (L.) Crantz),

−  ambarella (Spondias dulcis Parkinson),

−  hog plum (Spondias mombin L.),

−  mirtill tal-pjanta għolja (Vaccinium corymbosum L.),

−  cranberry salvaġġ (Vaccinium oxycoccos L.),

−  mirtill (Vaccinium myrtillus L.),

−  cowberry (Vaccinium vitis-idaea L.).

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' spirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  L-ispirtu ta' (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni m'għandux ikun aromatizzat.

(d)  L-ispirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni m'għandux ikun ikkulurit.

(e)  Minkejja l-punt (d) u b'deroga mill-kategorija tal-ikel 14.2.6 tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-karamella tista' tintuża biex jiġi aġġustat il-kulur tal-ispirtu (supplimentat bl-isem tal-frotta, berries jew lewż) miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni li jkun ġie invekkjat mill-inqas sena f'kuntatt ma' injam.

(f)  L-ispirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni jista' jiġi dolċifikat sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 18-il gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g)  Rigward id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' spirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni, il-kliem "miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni" għandhom jidhru fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar b'tipa tal-istess font, daqs u kulur, u fuq l-istess kamp viżiv bħall-kliem "spirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż)" u, fil-każ ta' fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem.

17.   Geist (supplimentat b'isem il-frotta jew tal-materja prima użata)

(a)  Geist (supplimentat b'isem il-frotta jew tal-materja prima użata) huwa xarba spirituża prodotta permezz tal-maċerazzjoni ta' frott u berries mhux fermentati elenkati fil-punt (a) (ii) tal-kategorija 16 jew ħxejjex, lewż,▌jew materjali ta' pjanti oħra, bħal ħxejjex aromatiċi (herbs) jew petali tal-ward, jew faqqiegħ f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Geist (supplimentat b'isem il-frotta jew tal-materja prima użata) għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  Geist (supplimentat b'isem il-frotta jew tal-materja prima użata) m'għandux ikun miżjud b'aromattizzanti.

(d)  Geist (supplimentat bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata) m'għandux ikun ikkulurit.

(e)  Geist (supplimentat bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata) jista' jiġi dolċifikat sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 10 grammi ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(f)  It-terminu ‘- geist’ preċedut minn terminu li mhuwiex l-isem ta' frotta, pjanta jew materja prima oħra jista' jissupplimenta l-isem ġuridiku ta' xorb spirituż ieħor u xorb alkoħoliku, sakemm tali użu ma jqarraqx bil-konsumatur.

18.  Spirtu tal-ġenzjana

(a)  L-ispirtu tal-ġenzjana huwa xarba spirituża prodotta minn distillat tal-ġenzjana, li jinkiseb permezz tal-fermentazzjoni ta' għerq il-ġenzjana biż-żieda jew mingħajrha ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' ġenzjana għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  Il-ġenzjana m'għandhiex tkun aromatizzata.

19.  Xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru

(a)  Xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru hija xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma bil-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L. jew Juniperus oxicedrus L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew spirtu taċ-ċereali jew distillat taċ-ċereali, jew lil kombinazzjoni tagħhom.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tax-xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru għandha tkun ta' 30 %.

(c)  Is-sustanzi aromatizzanti, il-preparazzjonijiet aromatizzanti, il-pjanti▌bi proprjetajiet aromatizzanti jew▌pjanti bi proprjetajiet aromatizzanti, jew kombinazzjoni tagħhom, jistgħu jintużaw bħala żieda għall-frott tal-ġnibru, imma l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġnibru jridu jkunu dixxernibbli, anki jekk xi kultant ikunu mdgħajfa.

(d)  Xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru jista' jkollha l-isem ġuridikuWacholder’ jew ‘genebra’.

20.  Gin

(a)  Il-gin huwa xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru prodotta billi tingħata t-togħma tal-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola▌.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-gin għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  Sustanzi ta' taħwir jew preparazzjonijiet ta' taħwir biss għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-gin sabiex it-togħma tkun prinċipalment tal-ġnibru.

(d)  It-terminu "gin" jista' jiġi ssupplimentat bit-terminu "dry" jekk ma jkunx fih dolċifikanti miżjudin aktar minn 0,1 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru tal-prodott final, espress bħala zokkor invertit.

21.  Gin distillat

(a)  Il-gin distillat jista' jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)  xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni ta' alkoħol etiliku▌b'qawwa alkoħolika inizjali ta' mhux anqas minn 96 % vol.▌, fil-preżenza ta' frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) u materjali botaniċi naturali oħrajn, sakemm it-togħma tal-ġnibru tkun predominanti;

(ii)  il-kombinazzjoni tal-prodott ta' tali distillazzjoni u l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola tal-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika; is-sustanzi ta' taħwir jew il-preparazzjonijiet ta' taħwir kif speċifikati fil-punt (c) tal-kategorija 20 jistgħu jintużaw ukoll sabiex jaromatizzaw il-ġin iddistillat.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' gin distillat għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  Il-gin prodott sempliċiment biż-żieda ta' essenzi jew aromatizzanti mal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola m'għandux jiġi kkunsidrat gin distillat.

(d)  It-terminu "gin distillat" jista' jiġi ssupplimentat bit-terminu "dry" jew ikun jinkorpora dan it-terminu jekk ma jkunx fih dolċifikanti miżjudin aktar minn 0,1 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit.

22.  London gin

(a)  London gin huwa▌gin distillat li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  huwa prodott minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, b'kontenut massimu ta' metanol ta' 5 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol, li t-togħma tiegħu tgħaddi esklussivament permezz ta' distillazzjoni ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola fil-preżenza tal-materjali naturali mill-pjanti kollha użati;

(ii)  id-distillat li jirriżulta▌jkun fih tal-anqas volum ta' alkoħol ta' 70 %;

(iii)  ▌kwalunkwe alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li jiġi miżjud għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 iżda b'kontenut massimu ta' metanol ta' 5 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;

(iv)  m’huwiex▌kolorat;

(v)  ma jiġix dolċifikat aktar minn 0,1 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit;

(vi)  ma fih ebda ingredjent ieħor▌għajr l-ingredjenti msemmija fil-punti (i), (iii) u (v), u l-ilma.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-London gin għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  It-terminu London gin jista' jkun issupplimentat bit-terminu "dry" jew ikun jinkorpora dan it-terminu.

23.  Xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew Kümmel

(a)  Xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew Kümmel hija xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma tal-ħlewwa (Carum carvi L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew Kümmel għandha tkun ta' 30 %.

(c)  Is-sustanzi ta' taħwir jew il-preparazzjonijiet ta' taħwir, jew it-tnejn li huma, jistgħu jintużaw addizzjonalment, imma għandu jkun hemm togħma predominanti ta' ħlewwa.

24.   Akvavit jew aquavit

(a)  L-akvavit jew aquavit huwa xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew taż-żerriegħa tax-xibt, jew tat-tnejn li huma, prodotta permezz tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola aromatizzata b'distillat ta' pjanti jew ħwawar.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-akvavit jew aquavit għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  Jistgħu jintużaw sustanzi ta' taħwir naturali u preparazzjonijiet ta' taħwir naturali, jew it-tnejn li huma, iżda t-togħma ta' dawn ix-xarbiet għandha tibqa' attribwita l-aktar għad-distillati tal-ħlewwa (Carum carvi L.) jew żerriegħa tax-xibt (Anethum graveolens L.), jew tat-tnejn li huma, filwaqt li l-użu taż-żjut tal-essenza huwa pprojbit.

(d)  Is-sustanzi morri m'għandhomx jiddominaw it-togħma b'mod ovvju; il-kontenut tal-estratt niexef m'għandux jaqbeż il-1,5 grammi għal kull 100 millilitru.

25.  Xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta

(a)  Xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta hija xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola permezz ta' estratti naturali tal-anisi stellata (Illicium verum Hook f.), l-anisi (Pimpinella anisum L.), il-bużbież (Foeniculum vulgare Mill.), jew kwalunkwe pjanta oħra li fiha l-istess kostitwent aromatiku prinċipali, bl-użu ta' wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin jew il-kombinazzjoni tagħhom:

(i)  maċerazzjoni jew distillazzjoni, jew it-tnejn li huma;

(ii)  distillazzjoni tal-alkoħol fil-preżenza taż-żrieragħ jew partijiet oħra tal-pjanti speċifikati hawn fuq;

(iii)  żieda ta' estratti distillati naturali ta' pjanti bit-togħma tal-aniżetta.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta għandha tkun ta' 15 %.

(c)  Xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta tista' tiġi aromatizzata biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b' sustanzi aromatizzanti naturali ▌.

(d)  Estratti jew żrieragħ aromatiċi minn pjanti naturali oħrajn jistgħu jintużaw ukoll, iżda t-togħma tal-aniżetta għandha tibqa' predominanti.

26.   Il-Pastis

(a)  Il-pastis huwa xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta li fiha wkoll estratti naturali ta' għerq il-likorizja (Glycyrrhiza spp.), li jimplika l-preżenza tal-koloranti magħrufa bħala "chalcones" kif ukoll l-aċidu glikoċirriżiku, li l-livelli minimi u massimi tiegħu għandhom ikunu ta' 0,05 u 0,5 ta' gramma għal kull litru rispettivament.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-pastis għandha tkun ta' 40 %.

(c)  Il-pastis jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b'sustanzi aromatizzanti naturali ▌.

(d)  Il-pastis għandu jkun fih anqas minn 100 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espressi bħala zokkor invertit, u jkollu livell minimu u massimu ta' anetolu ta' 1,5 u 2 grammi għal kull litru, rispettivament.

27.  Il-Pastis de Marseille

(a)  Il-pastis de Marseille huwa pastis b'togħma qawwija ta' aniżetta b'kontenut ta' anetolu ta' bejn 1,9 u 2,1 grammi għal kull litru.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-pastis de Marseille għandha tkun ta' 45 %.

(c)  Il-pastis de Marseille jista' jiġi aromattizzat biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u▌sustanzi aromatizzanti naturali▌.

28.   L-anis jew janeževec

(a)  L-anis jew janeževec hija xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta li t-togħma karatteristika tagħha tiġi mill-anisi (Pimpinella anisum L.), l-anisi stellata (Illicium verum Hook f.) jew il-bużbież (Foeniculum vulgare Mill.) jew kombinazzjoni tagħhom.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-anis jew tal-janeževec għandha tkun ta' 35 %.

(c)  L-anis jew janeževec jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b'sustanzi aromatizzanti naturali.

29.  L-anis distillat

(a)  L-anis distillat huwa anis li fih alkoħol distillat fil-preżenza taż-żrieragħ imsemmijin fil-punt (a) tal-kategorija 28 u, fil-każ ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, żrieragħ mastiċi u żrieragħ, pjanti jew frott aromatiċi oħrajn, bil-kundizzjoni li tali alkoħol jikkostitwixxi tal-anqas 20 % tal-qawwa alkoħolika tal-anis distillat.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-anis distillat għandha tkun ta' 35 %.

(c)  L-anis distillat jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b' sustanzi aromatizzanti naturali▌.

30.  Xarba spirituża b'togħma morra jew bitter

(a)  Xarba spirituża b'togħma morra jew il-bitter fil-biċċa l-kbira hija xarba spirituża b'togħma morra prodotta billi l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillati ta' oriġini agrikola jew it-tnejn jitħawwar b'sustanzi aromatizzanti jew preparazzjonijiet aromatizzanti jew it-tnejn.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xarba spirituża b'togħma morra jew bitter għandha tkun ta' 15 %.

(c)  Mingħajr preġudizzju għall-użu ta' termini bħal dawn fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel minbarra xorb spirituż, xarba spirituża b'togħma morra jew il-bitter jista' jitqiegħed fis-suq ukoll taħt l-ismijiet "morr" jew "bitter" flimkien ma' terminu ieħor jew mingħajru.

(d)  Minkejja l-punt (c), it-terminu "morr" jew "bitter" jistgħu jintużaw fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikketti tal-likuri b'togħma morra.

31.  Vodka aromatizzata

(a)  Il-vodka aromatizzata hija vodka li tkun ingħatat togħma predominanti differenti minn dik tal-materja prima użata biex tiġi prodotta l-vodka.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-vodka aromatizzata, għandha tkun ta' 37,5 %.

(c)  Il-vodka aromatizzata tista' tiġi dolċifikata, blended, mogħtija t-togħma, maturata jew ikkulurita.

(d)   Meta l-vodka aromatizzata tiġi dolċifikata, il-prodott finali għandu jkun fih inqas minn 100 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit ekwivalenti.

(e)  L-isem ġuridiku ta' vodka aromatizzata jista' jkun ukoll▌l-isem ta' kwalunkwe togħma predominanti kkombinat mal-kelma "vodka". It-terminu "vodka" f'kull lingwa uffiċjali tal-Unjoni jista' jiġi sostitwit b'"vodka".

32.  Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew pacharán

(a)  Xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán hija xarba spirituża li jkollha togħma qawwija ta' pruna salvaġġa u prodotta bil-maċerazzjoni tal-pruna salvaġġa (Prunus spinosa) f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, biż-żieda ta' estratti naturali tal-anisi jew distillati tal-anisi, jew tat-tnejn li huma.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán għandha tkun ta' 25 %.

(c)  Għall-produzzjoni tax-xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán, għandha tintuża kwantità minima ta’ 125 gramma ta' pruna għal kull litru tal-prodott aħħari.

(d)  Xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán għandu jkollha kontenut ta' prodotti dolċifikanti, espress bħala zokkor invertit, bejn 80 g u 250 g għal kull litru tal-prodott aħħari.

(e)  Il-karatteristiċi organolettiċi, il-kulur u t-togħma ta' xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán għandhom jkunu prodotti esklussivament mill-frotta użata u mill-anisi.

(f)  It-terminu "pacharán" jista' jintuża bħala isem ġuridiku biss meta l-prodott ikun sar fi Spanja. Meta l-prodott isir barra minn Spanja, "pacharán" jista' jintuża biss biex jissupplimenta l-isem ġuridiku "xorb spirituż mill-pruna salvaġġa", dment li magħha jiżdied il-kliem: "magħmul fi ..." u jissemma l-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-produzzjoni.

33.  Likur

(a)  Il-likur huwa xarba spirituża:

(i)  li għandha kontenut minimu▌ta' prodotti dolċifikanti, espress bħala zokkor invertit, ta':

−  70 gramma għal kull litru fil-każ ta' likuri taċ-ċirasa jew taċ-ċirasa morra, li l-alkoħol etiliku tagħhom jikkonsisti esklużivament minn spirtu taċ-ċirasa jew taċ-ċirasa morra,

−  80 gramma għal kull litru għal-likuri mogħtija t-togħma esklussivament bil-ġenzjana jew pjanta simili jew l-assenzju,

–  100 gramma għal kull litru fil-każijiet l-oħrajn kollha;

(ii)  prodotta bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż wieħed jew aktar jew kombinazzjoni tagħhom, li jkun dolċifikat u miżjud b'togħma, prodott ta' oriġini agrikola jew oġġett tal-ikel wieħed jew aktar.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' likur għandha tkun ta' 15 %.

(c)  Sustanzi ta' taħwir u preparazzjonijiet ta' taħwir jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-likur.

Madankollu, il-likuri li ġejjin jistgħu jingħataw togħma biss b'oġġetti tal-ikel aromatizzanti, preparazzjonijiet aromatizzanti u sustanzi aromatizzanti naturali:

(i)  likuri tal-frott:

−  ananas (Ananas),

−  frott taċ-ċitru (Citrus spp. L.),

−  pruna selvaġġa marina (Hippophae rhamnoides L.),

−  ċawsli (Morus alba, Morus rubra),

−  ċirasa qarsa (Prunus cerasus),

−  ċirasa (Prunus avium),

−  ribes iswed (Ribes nigrum L.),

−  brambla tal-Artiku (Rubus arcticus L.),

−  frott l-għollieq tal-muntanji (Rubus chamaemorus L.),

−  lampun (Rubus idaeus L.),

−  cranberry salvaġġ (Vaccinium oxycoccos L.),

−  mirtill (Vaccinium myrtillus L.),

−  cowberry (Vaccinium vitis-idaea L.),

(ii)  likuri tal-pjanti:

−  ġenepi (Artemisia genepi),

−  ġenzjana (Gentiana L.),

−  nagħniegħ (Mentha L.),

−  aniżetta (Pimpinella anisum L.),

(d)  L-isem ġuridiku jista' jkun "likur" fi kwalunkwe Stat Membru u:

−  għal-likuri prodotta bil-maċerazzjoni ta' ċiras morr jew ċiras (Prunus cerasus jew Prunus avium) f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, l-isem ġuridiku jista' jkun "guignolet" jew "češnjevec", bit-terminu "likur" jew mingħajru;

−  għal-likuri prodotti bil-maċerazzjoni ta' ċiras morr (Prunus cerasus) f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, l-isem ġuridiku jista' jkun "ginja" jew "ginjinha" jew "višnjevec", bit-terminu "likur" jew mingħajru;

−  għal-likuri li għalihom il-kontenut tal-alkoħol huwa pprovdut esklussivament permezz tar-rum, l-isem ġuridiku jista' jkun "punch au rhum", bit-terminu "likur" jew mingħajru;

–  mingħajr preġudizzju għall-punt (2) tal-Artikolu 3, il-punt (b) tal-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 11, għal likuri li fihom il-ħalib jew prodotti tal-ħalib, l-isem ġuridiku jista' jkun "krema" issupplimentat bl-isem tal-materja prima użata li tagħti t-togħma predominanti lil-likur, bit-terminu "likur" jew mingħajru.

(e)  It-termini komposti li ġejjin jistgħu jintużaw fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tal-likuri prodotti fl-Unjoni, fejn l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillati ta' oriġini agrikola jintuża sabiex jirrifletti metodi ta' produzzjoni stabbiliti:

−  prune brandy (brandy tal-pruna);

−  orange brandy (brandy tal-larinġ);

−  apricot brandy (brandy tal-berquq)

−  cherry brandy (brandy taċ-ċirasa);

−  solbaerrom jew rum tar-ribes iswed.

Fir-rigward tad-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar▌tal-likuri msemmija f'dan il-punt, it-terminu kompost għandu jidher▌f'linja waħda b'tipa uniformi bl-istess font u kulur u l-kelma "likur" għandha tidher fil-qrib immedjat b'tipa li ma tkunx iċken minn dak il-font. Jekk l-alkoħol ma jkunx ġej mix-xarba spirituża indikata, l-oriġini tiegħu għandu jintwera fuq it-tikketta fl-istess kamp viżiv bħat-terminu kompost u l-kelma "likur" billi jiġi ddikjarat it-tip ta' alkoħol agrikolu jew permezz tal-kliem "alkoħol agrikolu" preċedut kull darba minn "magħmul minn" jew "magħmul bl-użu ta'".

(f)  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 11, 12 u 13(4), l-isem ġuridiku "likur" jista' jiġi ssupplimentat mill-isem ta' aromatizzant jew ta' oġġetti tal-ikel li jagħti t-togħma predominanti tax-xarba spirituża, sakemm it-togħma tingħata lix-xorb spirituż minn oġġetti tal-ikel aromatizzanti, preparazzjonijiet aromatizzanti u sustanzi aromatizzanti naturali, derivati mill-materja prima msemmija fl-isem tal-aromatizzant jew tal-oġġett tal-ikel, issupplimentati biss minn sustanzi aromatizzanti fejn meħtieġ biex tissaħħaħ it-togħma ta' dik il-materja prima.

34.  Crème de (supplimentat bl-isem ta' frotta jew tal-materja prima oħra użata)

(a)  Crème de (supplimentati b'isem ta' frotta jew materja prima oħra użata) huwav likur b'kontenut minimu▌ta' prodotti dolċifikanti ta' 250 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' crème de (supplimentata bl-isem ta' frotta jew ta' materja prima oħra użata) għandha tkun ta' 15 %.

(c)  Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta' taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 33 għandhom japplikaw għal din ix-xarba spirituża.

(d)  Il-materja prima użata għandha teskludi prodotti tal-ħalib.

(e)  Il-frott jew kwalunkwe materja prima oħra użata fl-isem ġuridiku għandhom ikunu l-frott jew il-materja prima li tagħti lil dik ix-xarba spirituża it-togħma predominanti tagħha.

(f)  L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu "likur".

(g)  L-isem ġuridiku "crème de cassis" jista' jintuża biss għal likuri prodotti mir-ribes iswed, li jkollhom kontenut ta' prodotti dolċifikanti ta' aktar minn 400 gramma għal kull litru espressi bħala zokkor invertit.

35.   Sloe gin

(a)  Is-sloe gin (ġinn tal-pruna salvaġġa) huwa likur prodott permezz tal-maċerazzjoni ta' prun salvaġġ fil-gin bil-possibbiltà ta' żieda ta' prun salvaġġ magħsur.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tas-sloe gin għandha tkun ta' 25 %.

(c)  Sustanzi ta' taħwir naturali u preparazzjonijiet ta' taħwir naturali biss jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tas-sloe gin.

(d)  L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu "likur".

36.   Sambuca

(a)  Is-sambuca huwa likur bla kulur b'togħma tal-aniżetta li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  ikun fih distillati tal-anisi (Pimpinella anisum L.), l-anisi stellata (Illicium verum L.) jew ħxejjex aromatiċi oħra;

(ii)  ikollu kontenut minimu ta' prodotti dolċifikanti ta' 350 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit;

(iii)  ikollu kontenut ta' anetolu naturali ta' mhux anqas minn 1 gramma u mhux aktar minn 2 grammi kull litru.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tas-sambuca għandha tkun ta' 38 %.

(c)  Ir-regoli dwar is-sustanzi aromatizzanti u l-preparazzjonijiet aromatizzanti għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 33 għandhom japplikaw għas-sambuca.

(d)   Is-Sambuca m'għandhiex tkun ikkulurita.

(e)  L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu "likur".

37.   Maraschino, marrasquino jew maraskino

(a)  Il-maraschino, marrasquino jew maraskino huwa likur bla kulur li togħmtu tiġi prinċipalment minn distillat taċ-ċirasa maraskina jew tal-prodott prodott mill-maċerazzjoni taċ-ċirasa jew partijiet taċ-ċirasa f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew f'distillat taċ-ċirasa maraskina b'kontenut minimu ta' prodotti dolċifikanti ta' 250 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-maraschino, marrasquino jew maraskino għandha tkun ta' 24 %.

(c)  Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta' taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 33 għandhom japplikaw għall-maraschino, marrasquino jew maraskino.

(d)  Maraschino, marrasquino jew maraskino m'għandux ikun ikkulurit.

(e)  L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu "likur".

38.   Nocino jew orehovec

(a)  Nocino jew orehovec huwa likur li togħmtu tiġi prinċipalment permezz tal-maċerazzjoni, jew permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni, ▌tal-ġewż aħdar (Juglans regia L.), b'kontenut minimu ta' prodotti dolċifikanti ta' 100 gramma għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tan-nocino jew tal-orehovec għandha tkun ta' 30 %.

(c)  Ir-regoli dwar is-sustanzi aromatizzanti u l-preparazzjonijiet aromatizzanti għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 33 għandhom japplikaw għan-nocino jew orehovec.

(d)  L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu "likur".

39.  Likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat

(a)  Il-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat huwa likur, sew aromatizzat jew le, prodott minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat ta' oriġini agrikola jew xarba spirituża, jew kombinazzjoni tagħhom, u li l-ingredjenti tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd, iz-zokkor jew l-għasel ta' kwalità jew it-tnejn. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd pur għandu jkun ta' 140 gramma għal kull litru tal-prodott finali. Fil-każ li jintuża bajd ġej minn tiġieġ li ma jkunx tal-ġeneru Gallus gallus, dan għandu jiġi indikat fit-tikketta.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat hija ta' 14 %.

(c)  Oġġetti tal-ikel aromatizzanti, sustanzi aromatizzanti u preparazzjonijiet aromatizzanti biss jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat.

(d)  Fil-produzzjoni ta' likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat jistgħu jintużaw prodotti tal-ħalib.

40.  Likur bil-bajd

(a)  Il-likur bil-bajd huwa likur, sew aromatizzat jew le, prodott minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat ta' oriġini agrikola jew xarba spirituża, jew kombinazzjoni tagħhom, li l-ingredjenti karatteristiċi tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u z-zokkor jew l-għasel ta' kwalità jew it-tnejn. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd għandu jkun ta' 70 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-likur bil-bajd għandha tkun ta' 15 %.

(c)  Oġġetti tal-ikel aromatizzanti, sustanzi aromatizzanti naturali u preparazzjonijiet aromatizzanti biss jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta' likur bil-bajd.

(d)  Fil-produzzjoni ta' likur bil-bajd jistgħu jintużaw prodotti tal-ħalib.

41.   Mistrà

(a)  Il-mistrà huwa xarba spirituża bla kulur mogħtija t-togħma bl-aniżetta jew bl-anetolu naturali li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  ikollha kontenut ta' anetolu ta' mhux anqas minn 1 gramma u mhux aktar minn 2 grammi kull litru;

(ii)  jista' jkun fiha wkoll distillat ta' ħxejjex aromatiċi;

(iii)  ma tkunx ġiet iddolċifikata.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-mistrà għandha tkun ta' 40 % u l-qawwa alkoħolika massima skont il-volum għandha tkun ta' 47 %.

(c)  Il-Mistrà jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b' sustanzi aromatizzanti naturali.

(d)  Il-Mistrà m'għandhiex tkun ikkulurita.

42.   Väkevä glögi jew spritglögg

(a)  Il-väkevä glögi jew spritglögg huwa xarba spirituża magħmula billi tingħata t-togħma lill-inbid jew prodotti tal-inbid u lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola permezz tal-imsiemer tal-qronfol jew il-kannella, jew it-tnejn li huma, permezz ta' wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin:

(i)  il-maċerazzjoni jew id-distillazzjoni,

(ii)  id-distillazzjoni tal-alkoħol fil-preżenza tal-partijiet tal-pjanti msemmija hawn fuq,

(iii)  l-addizzjoni ta' sustanzi aromatizzanti naturali tal-imsiemer tal-qronfol jew il-kannella.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-väkevä glögi jew spritglögg għandha tkun ta' 15 %.

(c)  Väkevä glögi jew spritglögg jista' jingħata togħma biss b'sustanzi aromatizzanti, bi preparazzjonijiet aromatizzanti, jew b'aromatizzanti oħrajn ▌iżda t-togħma predominanti għandha tkun dik tal-ħwawar speċifikati fil-punt (a).

(d)  Il-kontenut ta' nbid jew prodotti tal-inbid m'għandux ikun ta' aktar minn 50 % tal-prodott finali.

43.   Berenburg jew Beerenburg

(a)  Il-Berenburg jew Beerenburg huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  hija prodotta bl-użu tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola;

(ii)  hija prodotta permezz tal-maċerazzjoni ta' frott jew pjanti jew partijiet minnhom;

(iii)  fiha bħala togħma speċifika d-distillat ta' għerq il-ġenzjana (Gentiana lutea L.), ta' frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) u tal-weraq tar-rand (Laurus nobilis L.);

(iv)  tvarja fil-kulur minn kannella ċar sa skur;

(v)  ▌tista' tiġi dolċifikata sa massimu ta' 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Berenburg jew Beerenburg għandha tkun ta' 30 %.

(c)  Il-Berenburg jew Beerenburg jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b'sustanzi aromatizzanti naturali▌.

44.  Nektar tal-għasel jew nektar tal-mead

(a)  In-nektar tal-għasel jew in-nektar tal-mead huwa xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma lil taħlita ta' maxx tal-għasel fermentat u distillat tal-għasel jew alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, jew tat-tnejn li huma, li fiha mill-inqas 30 % vol. ta' maxx tal-għasel fermentat.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tan-nektar tal-għasel jew tan-nektar tal-mead għandha tkun ta' 22 %.

(c)  In-nektar tal-għasel jew tal-mead jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u sustanzi aromatizzanti naturali, bil-kundizzjoni li tippredomina t-togħma tal-għasel.

(d)  In-nektar tal-għasel jew in-nektar tal-mead jista' biss jiġi dolċifikat bl-għasel.

ANNESS II

REGOLI SPEĊIFIĊI DWAR ĊERTU XORB SPIRITUŻ ▌

1.   Ir-Rum-Verschnitt huwa prodott fil-Ġermanja u jinkiseb billi jitħalltu r-rum u l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, b'tali mod li proporzjon minimu ta' 5 % tal-alkoħol kontenut fil-prodott finali għandu jiġi mir-rum. Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tar-Rum-Verschnitt għandha tkun ta' 37,5 %. Il-kelma "Verschnitt" għandha tidher fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar b'karattri tal-istess tipa, daqs u kulur, u fuq l-istess linja, tal-kelma "Rum" u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem. L-isem ġuridiku tal-bejgħ ta' dan il-prodott għandu jkun "xorb spirituż". Meta Rum-Verschnitt jitqiegħed fis-suq barra mill-Ġermanja, il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu għandha tintwera fuq it-tikketta.

2.  Is-Slivovice huwa prodott miċ-Ċekja u jinkiseb permezz taż-żieda mad-distillat tal-għanbaqar, qabel id-distillazzjoni aħħarija, ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, b'tali mod li proporzjon minimu ta' 70 % tal-alkoħol fil-prodott finali għandu jiġi minn mad-distillat tal-għanbaqar. L-isem ġuridiku tal-bejgħ ta' dan il-prodott għandu jkun "xorb spirituż". L-isem 'slivovice' jista' jiżdied jekk jidher fl-istess kamp viżiv fuq it-tikketta ta' quddiem. Jekk dan is-slivovice jitqiegħed fis-suq barra miċ-Ċekja, il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu għandha tintwera fuq it-tikketta. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-użu tal-ismijiet ġuridiċi għal spirti fil-kategorija 9 tal-Anness I.

3.   Il-Guignolet Kirsch huwa prodott fi Franza u jinkiseb billi jitħalltu l-guignolet u l-kirsch, b'tali mod li proporzjon minimu ta' 3 % tal-alkoħol pur totali fil-prodott finali jiġi mill-kirsch. Il-kelma "guignolet" trid tidher fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar b'karattri tal-istess tipa, daqs u kulur, u fuq l-istess linja tal-kelma "kirsch" u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem. L-isem ġuridiku ta' dan il-prodott għandu jkun "likur". Il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu għandha tindika l-perċentwal skont il-volum ta' alkoħol pur li l-guignolet u l-"kirsch" jirrappreżentaw fil-kontenut ta' alkoħol pur totali skont il-volum tal-guignolet kirsch.

ANNESS III

METODU TA' INVEKKJAMENT DINAMIKU JEW "CRIADERAS Y SOLERA" JEW "SOLERA E CRIADERAS"

Il-metodu ta' invekkjament dinamiku magħruf bħala "criaderas y solera" jew "solera e criaderas" jikkonsisti fit-twettiq ta' estrazzjonijiet perjodiċi ta' porzjon tal-brandy li jinsab f'kull wieħed mill-btieti u l-kontenituri tal-ballut li jiffurmaw skala ta' invekkjament u r-rifornimenti korrispondenti bil-brandy estratt mill-iskala ta' invekkjament preċedenti.

Definizzjonijiet

"Skala ta' invekkjament" tfisser kull grupp ta' btieti u kontenituri tal-ballut bl-istess livell ta' maturità, li minnhom il-brandy jgħaddi fil-proċess ta' invekkjament tiegħu. Kull skala hija magħrufa bħala "criadera", ħlief l-aħħar waħda, li tiġi qabel l-ispedizzjoni tal-brandy, magħrufa bħala "solera".

"Estrazzjoni" tfisser il-volum parzjali tal-brandy meħud minn kull bittija u kontenitur tal-ballut fi skala ta' invekkjament, għall-inkorporazzjoni tiegħu fil-btieti u l-kontenituri tal-ballut fl-iskala ta' invekkjament li jmiss jew, fil-każ tas-solera, għall-ġarr tiegħu bil-baħar.

"Riforniment" tfisser volum tal-brandy mill-btieti u l-kontenituri tal-ballut ta' skala ta' invekkjament partikolari li huwa inkorporat fil-kontenut tal-btieti u l-kontenituri tal-ballut tal-iskala li jmiss f'termini tal-età, u blended ma' dak il-kontenut.

"Età medja" tfisser perjodu ta' żmien li jikkorrispondi għar-rotazzjoni tal-istokk totali tal-brandy li għaddej mill-proċess ta' invekkjament, ikkalkulat billi l-volum totali tal-brandy li jinsab fl-iskali kollha ta' invekkjament jiġi diviż bil-volum tal-estrazzjonijiet li jsiru mill-aħħar skala – is-solera – f'sena.

L-invekkjament medju tal-brandy meħud mis-solera għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja: ̅ = / , li fih:

–  t huwa l-invekkjament medju, espress fi snin;

–  Vt huwa l-volum totali tal-ħażniet fis-sistema ta' invekkjament, espress f'litri ta' alkoħol pur;

–  Ve huwa l-volum totali tal-prodott estratt għall-ispedizzjoni matul sena, espress f'litri ta' alkoħol pur.

Fil-każ ta' btieti u kontenituri tal-ballut ta' inqas minn 1 000 litru, l-għadd tal-estrazzjonijiet u r-rifornimenti annwali għandu jkun daqs jew inqas mid-doppju tan-numru tal-iskali fil-metodu, sabiex jiġi żgurat li l-komponent l-inqas matur ikollu età ugwali għal sitt xhur jew akbar.

Fil-każ ta' btieti u kontenituri tal-ballut ta' 1 000 litru jew aktar, l-għadd tal-estrazzjonijiet u r-rifornimenti annwali għandu jkun daqs jew inqas min-numru tal-iskali fis-sistema, sabiex jiġi żgurat li l-komponent l-anqas matur ikollu età ta' sena jew aktar.

ANNESS IV

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Dan ir-Regolament

Regolament (KE) Nru 110/2008

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 2, punti (a) sa (d)

Artikolu 2(1) u (3)

Artikolu 2, punt (e)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2, punt (f)

Anness I, punt 6

Artikolu 3(1)

-Artikolu 8

Artikolu 3(2) u (3)

Artikolu 10

Artikolu 3(4)

Artikolu 15(1)

Artikolu 3(5)

-

Artikolu 3(6)

-

Artikolu 3(7)

Artikolu 15(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(8)

-

Artikolu 3(9) u (10)

Artikolu 11(2) u Anness I, punt 4

Artikolu 3(11) u (12)

Anness I, punt (7)

Artikolu 4(1)

Artikolu 7 u Anness I, punt (14)

Artikolu 4(2)

Artikolu 7 u Anness I, punt (15)

Artikolu 4(3)

Artikolu 7 u Anness I, punt (16)

Artikolu 4(4)

-

Artikolu 4(5)

Anness I, punt (17)

Artikolu 4(6)

-

Artikolu 4(7)

Anness I, punt (2)

Artikolu 4(8)

Anness I, punt (3)

Artikolu 4(9)

Anness I, punt (3)

Artikolu 4(10)

Anness I, punt (5)

Artikolu 4(11)

Anness I, punt (8)

Artikolu 4(12)

Anness I, punt (9)

Artikolu 4(13)

-

Artikolu 4(14)

-

Artikolu 4(15)

-

Artikolu 4(16)

-

Artikolu 4(17)

-

Artikolu 4(18)

-

Artikolu 4(19) u (20)

Anness I, punt (10)

Artikolu 4(21)

-

Artikolu 4(22)

-

Artikolu 4(23)

Anness I, punt (11)

Artikolu 4(24)

Anness I, punt (12)

Artikolu 5

Anness I, punt (1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 6(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 7(1)

Artikolu 4

Artikolu 7(2)

Artikolu 5(1)

Artikolu 7(3)

Artikolu 5(2)

Artikolu 7(4)

Artikolu 5(3)

Artikolu 8(1)

Artikolu 26

Artikolu 8(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 8(3)

-

Artikolu 8(4)

-

Artikolu 9

-

Artikolu 10(1)

-

Artikolu 10(2)

Artikolu 9(1)

Artikolu 10(3)

Artikolu 9(2)

Artikolu 10(4)

Artikolu 9(3)

Artikolu 10(5)

Artikolu 9(5) u (6)

Artikolu 10(6), punti (a) sa (c), (e) u (f)

-

Artikolu 10(6)(d)

Artikolu 12(2)

Artikolu 10(7), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(4) u (7)

Artikolu 10(7), it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 11(1)

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 11(2) u (3)

-

Artikolu 12(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 12(2),(3) u (4)

-

Artikolu 13(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 9(9)

Artikolu 13(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 11(4)

Artikolu 13(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(5)

Artikolu 13(3), ir-raba' subparagrafu

-

Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(3)

Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(4)

Artikolu 13(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(5)

Artikolu 13(5)

-

Artikolu 13(6)

Artikolu 12(3)

Artikolu 13(7)

-

Artikolu 14(1)

Anness I, punt (13)

Artikolu 14(2)

-

Artikolu 15(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 15(2)

-

Artikolu 16

-

Artikolu 17

Artikolu 13

Artikolu 18

-

Artikolu 19(1)

Artikolu 12(3)

Artikolu 19(2)

-

Artikolu 20, punt (a)

-

Artikolu 20, punt (b)

Artikolu 28(2)

Artikolu 20, punt (c)

-

Artikolu 20, punt (d)

-

Artikolu 21(1)

-

Artikolu 21(2)

Artikolu 16

Artikolu 21(3)

Artikolu 15(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21(4)

-

Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(4)

Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 22(2)

-

Artikolu 23(1), kliem introduttorju u punti (a), (b) u (c)

-

Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 17(3)

Artikolu 23(2)

Artikolu 17(1), it-tieni sentenza

Artikolu 24(1) sa (4)

-

Artikolu 24(5), (6) u (7)

Artikolu 17(2)

Artikolu 24(8)

Artikolu 17(3)

Artikolu 24(9)

Artikolu 17(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 25

-

Artikolu 26(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(5)

Artikolu 26(1), it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 26(2)

Artikolu 17(6)

Artikolu 27(1)

Artikolu 17(7), l-ewwel sentenza

Artikolu 27(2), (3) u (4)

-

Artikolu 27(5)

Artikolu 17(7), it-tieni sentenza

Artikolu 28

-

Artikolu 29

-

Artikolu 30(1), (2) u (3)

Artikolu 17(8), l-ewwel sentenza

Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(8), it-tieni sentenza

Artikolu 30(4), it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 31

Artikolu 21

Artikolu 32

Artikolu 18

Artikolu 33(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 33(2) u (3)

-

Artikolu 34(1), (2) u (3)

Artikolu 19

Artikolu 34(4)

-

Artikolu 35(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 35(1), it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 35(2)

Artikolu 23(3)

Artikolu 35(3)

-

Artikolu 36(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 36(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 37

-

Artikolu 38(1)

-

Artikolu 38(2)

Artikolu 22(1)

Artikolu 38(3)

Artikolu 22(2)

Artikolu 38(4)

-

Artikolu 38(5)

Artikolu 22(3)

Artikolu 38(6)

Artikolu 22(4)

Artikolu 39(1)

-

Artikolu 39(2) u (3)

-

Artikolu 40

-

Artikolu 41

-

Artikolu 42

-

Artikolu 43(1)

Artikolu 24(1)

Artikolu 43(2)

Artikolu 24(3)

Artikolu 44(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 44(2)

-

Artikolu 45

Artikolu 6

Artikolu 46

-

Artikolu 47

Artikolu 25

Artikolu 48

-

Artikolu 49

Artikolu 29

Artikolu 50

Artikolu 28

Artikolu 51

Artikolu 30

Anness I, kategoriji 1 sa 31

Anness II, kategoriji 1 sa 31

Anness I, kategorija 32

Anness II, kategorija 37a

Anness I, kategorija 33

Anness II, kategorija 32

Anness I, kategorija 34

Anness II, kategorija 33

Anness I, kategorija 35

Anness II, kategorija 37

Anness I, kategorija 36

Anness II, kategorija 38

Anness I, kategorija 37

Anness II, kategorija 39

Anness I, kategorija 38

Anness II, kategorija 40

Anness I, kategorija 39

Anness II, kategorija 41

Anness I, kategorija 40

Anness II, kategorija 42

Anness I, kategorija 41

Anness II, kategorija 43

Anness I, kategorija 42

Anness II, kategorija 44

Anness I, kategorija 43

Anness II, kategorija 45

Anness I, kategorija 44

Anness II, kategorija 46

Anness II

Anness II, parti taħt it-Titolu "Xorb spirituż ieħor"

Anness III

-

Anness IV

-

(1)ĠU C 209, 30.6.2017, p. 54.
(2)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.
(3)Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
(5)Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' xorb spirituż (ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1).
(10)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(11)1 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) ĠU L 330, 27.12.2018, p. 3.
(13) Id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17).
(14) Regolament (UE) 2018/1670 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008 fir-rigward ta' kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' "shochu", spirtu ddistillat darba biss, li jsir b'lampik tat-tip "pot still" u bbottiljat fil-Ġappun (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 1).
(15) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
(16)2 Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).
(17)1 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53).
(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47).
(19) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(20) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(21) ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).
(22) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).
(23) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(24) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25).
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).
(26)Kif imsemmi fl-Anness 2-D tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika.
(27) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 21).

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Marzu 2019Avviż legali