Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 14 ta' Frar 2019 - StrasburguVerżjoni finali
Is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja, u l-każ ta' Oyub Titiev
 Iż-Żimbabwe
 Id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija
 Mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier ***I
 Abbozz ta’ Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn Eurojust u l-Georgia *
 Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa ***I
 L-istabbiliment ta' qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea ***I
 L-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni ***I
 Ir-rikonoxximent reċiproku ta' prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor ***I
 Imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u imposti fuq il-kambju tal-munita ***I
 Regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank ***I
 Direttiva emendatorja 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ***I
 Id-dritt tal-protesta paċifika u l-użu proporzjonat tal-forza
 Id-drittijiet tal-persuni intersesswali
 Il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2024)
 Il-futur tat-Trattat INF u l-impatt fuq l-Unjoni Ewropea
 NAIADES II – Programm ta' azzjoni ta' appoġġ għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni
 Il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-UE u barra l-UE
 It-tisħiħ tal-kompetittività tas-Suq Intern permezz tal-iżvilupp tal-unjoni doganali tal-UE u l-governanza tagħha
 Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati

Is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja, u l-każ ta' Oyub Titiev
PDF 130kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja u l-każ ta' Oyub Titiev (2019/2562(RSP))
P8_TA(2019)0115RC-B8-0107/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja, b'mod partikolari dawk tat-8 ta' Frar 2018 dwar ir-Russja, il-każ ta' Oyub Titiev u ċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial(1), u tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għeluq tal-NGO 'Memorial' (rebbieħa tal-Premju Sakharov 2009) fir-Russja(2),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' Jannar 2018 tal-Presidenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu li fiha ntalab ir-rilaxx immedjat tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Oyub Titiev,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE, tad-19 ta' Jannar 2018, dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial fir-Russja u d-dikjarazzjonijiet tal-portavuċi tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-11 ta' Jannar 2018 dwar id-detenzjoni tad-Direttur tal-uffiċċju fir-Repubblika Ċeċena taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial u tas-27 ta' Ġunju 2018 dwar il-każijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Russi Oyub Titiev u Yuri Dmitriev;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li t-tnejn jipprevedu li ħadd ma għandu jkun soġġett għal tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti u li l-Federazzjoni Russa hija firmatarja tagħhom,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-9 ta' Diċembru 1998,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa, b'mod partikolari l-Kapitolu 2 dwar id-Drittijiet u l-Libertajiet tal-Bniedem u Ċivili,

–  wara li kkunsidra s-seba' rapport perjodiku tal-Federazzjoni Russa eżaminat mill-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fit-3 136 laqgħa u fit-3 137 laqgħa tiegħu, li saru fis-16 u fis-17 ta' Marzu 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-rapporteur tal-OSKE, imfassal fl-ambitu tal-Mekkaniżmu ta' Moska dwar l-Allegat Ksur tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-impunità fir-Repubblika Ċeċena tal-Federazzjoni Russa, tal-21 ta' Diċembru 2018,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Federazzjoni Russa, bħala firmatarja tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, intrabtet li tosserva l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem;

B.  billi l-impenji internazzjonali tal-Federazzjoni Russa jinkludu l-obbligu ta' protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-liġi tal-2012 dwar l-"aġenti barranin" tillimita drastikament il-kapaċità tal-NGOs li joperaw b'mod indipendenti u effikaċi; billi skont tali liġi, iċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial ġie kklassifikat bħal "aġent barrani" mill-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa;

C.  billi ċ-Ċeċenja, f'dawn l-aħħar ftit snin, għaddiet minn deterjorament drammatiku fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, li fil-fatt timpedixxi lill-ġurnalisti indipendenti u lill-attivisti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem milli jkomplu xogħolhom mingħajr ma jpoġġu f'riskju ħajjiethom stess u ħajjet il-familjari, il-ħbieb u l-kollegi tagħhom; billi l-bosta rapporti ta' abbużi sistematiċi u gravi tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċeċenja juru l-falliment min-naħa tal-awtoritajiet Ċeċeni u Russi li jiddefendu l-istat tad-dritt;

D.  billi Oyub Titiev, id-direttur tal-uffiċċju fiċ-Ċeċenja ta' Memorial, ġie arrestat fid-9 ta' Jannar 2018 u uffiċjalment inkriminat u detenut qabel il-proċess abbażi ta' akkużi foloz ta' akkwist u pussess illegali ta' droga stupefaċenti; billi Oyub Titiev ċaħad dawn l-akkużi li ġew denunzjati bħala folox minn NGOs u minn difensuri oħrajn tad-drittijiet tal-bniedem bħala tentattiv biex tixxekkel il-ħidma tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u dik tal-organizzazzjoni tiegħu;

E.  billi l-qrati pprorogaw bosta drabi d-detenzjoni ta' Oyub Titiev qabel il-bidu tas-smigħ quddiem il-qorti tal-belt ta' Shali, fiċ-Ċeċenja, fid-19 ta' Lulju 2018; billi l-verdett huwa imminenti u mistenni għal nofs Frar 2019; billi Oyub Titiev jissogra li jinstab ħati ta' reat li ma kkommettiex u jeħel sa għaxar snin ħabs;

F.  billi l-familja ta' Oyub Titiev kellha tħabbab wiċċha ma' vessazzjonijiet u theddid li ġegħluha titlaq miċ-Ċeċenja; billi fl-2018 iċ-Ċentru Memorial kien fil-bersall ta' azzjonijiet oħra, fosthom ħruq doloż tal-uffiċini tagħha fl-Inguxezja fis-17 ta' Jannar 2018, attakk kontra l-vettura tal-avukat ta' Oyub Titiev fid-Dagestan fit-22 ta' Jannar 2018, u attakk fuq il-kap tal-uffiċċju taċ-Ċentru Memorial fid-Dagestan fit-28 ta' Marzu 2018; billi dawk responsabbli mill-assassinju ta' Natalia Estemirova, li sar fl-2009, il-predeċessur ta' Oyub Titiev fil-kariga ta' direttur tal-uffiċċju Ċeċen taċ-Ċentru Memorial, għadhom ma tressqux quddiem il-ġustizzja;

G.  billi ċ-Ċentru Memorial huwa waħda mill-aħħar organizzazzjonijiet li għad fadal li qed ikomplu l-ħidma fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċeċenja, jiġifieri jiddokumenta u jikxef il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jassisti lill-vittmi ta' tali ksur u jgħinhom jitolbu li ssir ġustizzja, u x'aktarx safa attakkat bi tpattija talli kixef ksur tad-drittijiet tal-bniedem u talli talab li ssir ġustizzja għal dan; billi ċ-Ċentru Memorial ingħata l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew fl-2009 u fl-2018 Oyub Titiev rebaħ il-Premju Franko-Ġermaniż għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Istat tad-Dritt (f'Diċembru), il-Premju Václav Havel għad-Drittijiet tal-Bniedem (f'Ottubru) u l-Premju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Grupp Helsinki ta' Moska (f'Mejju);

H.  billi bosta drabi l-uffiċjali Ċeċeni heddew lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jew iddenunzjaw xogħolhom u naqsu milli jikkundannaw pubblikament it-theddid ta' vjolenza fil-konfront tagħhom, b'hekk ħolqu u pperpetwaw klima ta' impunità fir-rigward ta' dawk responsabbli mill-atti ta' vjolenza fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi fil-biċċa l-kbira tagħhom, għalhekk, il-vittmi jibqgħu lura milli jitolbu li ssir ġustizzja, minħabba li jibżgħu li jkun hemm ritaljazzjoni mill-awtoritajiet lokali;

1.  Itenni l-appell tiegħu biex jiġi liberat minnufih Oyub Titiev, id-direttur tal-uffiċċju taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial fiċ-Ċeċenja, li ġie arrestat fid-9 ta' Jannar 2018 u akkużat b'akkwist u pussess illegali ta' drogi stupefaċenti u l-verdett tiegħu mistenni li jinqata' f'nofs Frar 2019; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċeċeni jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem ta' Oyub Titiev u dawk li tagħtih il-liġi, fosthom id-dritt tiegħu għal proċess ġust, aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-avukat tiegħu u għall-kuri mediċi, u l-protezzjoni mill-vessazzjonijiet ġudizzjarji u mill-kriminalizzazzjoni;

2.  Jikkundanna bis-saħħa d-dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti min-naħa tal-uffiċjali Ċeċeni li jiddenunzjaw ix-xogħol tad-difensuri u tal-organizzazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem jew li jimmiraw lil persuni speċifiċi, kif ukoll in-nuqqas tagħhom li jikkundannaw pubblikament u jinvestigaw it-theddid u l-atti ta' vjolenza fil-konfront ta' dawn il-gruppi u individwi;

3.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu għat-tendenza preokkupanti ta' arresti, attakki u intimidazzjoni fil-konfront ta' ġurnalisti indipendenti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u s-sostenituri tagħhom, kif ta' ċittadini ordinarji, azzjonijiet li jidhru li jagħmlu parti minn kampanji koordinati; iqis li l-każ ta' Oyub Titiev bħala wieħed li jispjega l-bosta proċedimenti ġudizzjarji oħrajn imsejsa fuq provi foloz li jirfdu s-sistema ġudizzjarja difettuża fir-Repubblika Ċeċena u fil-Federazzjoni Russa; ifakkar li akkużi simili relatati mal-pussess ta' droga stupefaċenti tqajmu wkoll kontra l-ġurnalist ta' "Caucasus Knot", Zhalaudi Geriev, u l-attivista għad-drittijiet tal-bniedem, Ruslan Kutaev, u jitlob li jiġu liberati wkoll;

4.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kemm tar-Repubblika Ċeċena kif ukoll tal-Federazzjoni Russa jtemmu l-vessazzjonijiet u l-persekuzzjoni taċ-ċittadini tagħhom u jtemmu l-klima ta' impunità fir-rigward ta' dawk responsabbli mill-atti ta' vjolenza fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-familjari tagħhom, il-kollegi tagħhom u s-sostenituri tal-organizzazzjonijiet tagħhom;

5.  Jistieden lill-Federazzjoni Russa tipproteġi liċ-ċittadini kollha tagħha fir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, tosserva l-Kostituzzjoni u l-leġiżlazzjoni tagħha stess u tonora l-impenji internazzjonali biex tirrispetta l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini kollha tagħha, fosthom dawk li jiddedikaw ħinhom, ir-riżorsi tagħhom u xogħolhom biex jiddefendu d-drittijiet tal-konċittadini tagħhom;

6.  Jistieden lill-awtoritajiet Russi jirrevokaw il-liġi tal-2015 dwar l-"organizzazzjonijiet mhux mixtieqa" u l-liġi tal-2012 dwar l-"aġenti barranin", kif ukoll il-leġiżlazzjoni kollha relatata oħra, li ntużaw b'mod konsistenti biex isiru vessazzjonijiet u attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jesprimi tħassib għall-fatt li ċerti NGOs Russi kellhom jagħlqu biex jevitaw li jiċċappsu bl-istigma li huma "aġenti barranin" u biex jevitaw persekuzzjoni ġudizzjarja;

7.  Jitlob it-tmiem immedjat tal-vessazzjonijiet u tal-arresti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċeċenja ppersegwitati abbażi ta' akkużi foloz, tal-attakki fuq il-kollegi tagħhom u fuq il-familjari tagħhom u tal-intimidazzjoni tas-sostenituri tagħhom, azzjonijiet li jidhru li jaqdu l-għan li jostakolaw u fl-aħħar mill-aħħar itemmu x-xogħol leġittimu u siewi tal-organizzazzjonijiet tagħhom;

8.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri biex ikomplu jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċeċenja, inkluż il-proċess ta' Oyub Titiev, jitolbu l-waqfien immedjat tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem msemmi hawn fuq, iqajmu l-każijiet tal-persuni kollha ppersegwitati minħabba raġunijiet politiċi fil-laqgħat rilevanti mar-rappreżentanti Russi u jkomplu joffru assistenza rapida u effiċjenti lill-vittmi tal-persekuzzjoni u lill-familjari tagħhom, anki meta jittrattaw it-talbiet għal asil;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkollabora mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem attivi fil-Federazzjoni Russa u mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u mas-soċjetà ċivili Russi minkejja l-liġi Russa dwar l-"aġenti barranin", u tkompli toffri sostenn lil Memorial u lil organizzazzjonijiet oħrajn simili;

10.  Jitlob lill-personalitajiet sportivi u lill-artisti internazzjonali jastjenu milli jipparteċipaw f'avvenimenti pubbliċi fiċ-Ċeċenja jew f'avvenimenti sponsorizzati mit-tmexxija tar-Repubblika Ċeċena; itenni s-sostenn tiegħu favur "Liġi Magnitsky" tal-Unjoni Ewropea, li għandha tissanzjona lill-awturi ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-Kunsill ikompli xogħlu fuq dan is-suġġett mingħajr dewmien; jisħaq fuq il-fatt, f'dan ir-rigward, li l-awturi tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Ċeċena tal-Federazzjoni Russa la għandhom jingħataw viżi tal-UE u lanqas jitħallew iżommu assi fl-Istati Membri tal-UE;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, u lill-awtoritajiet Ċeċeni.

(1) ĠU C 463, 21.12.2018, p. 31.
(2) ĠU C 274, 27.7.2016, p. 21.


Iż-Żimbabwe
PDF 135kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar iż-Żimbabwe (2019/2563(RSP))
P8_TA(2019)0116RC-B8-0110/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta' osservazzjoni Elettorali (MOE) tal-UE dwar l-elezzjonijiet armonizzati tal-2018 fiż-Żimbabwe u l-ittra maħruġa fl-10 ta' Ottubru mill-Kap Osservatur tal-MOE tal-UE lill-President Mnangagwa dwar il-konklużjonijiet ewlenin tar-Rapport Finali,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem tal-VP/RGħ tas-17 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-24 ta' Lulju 2018 u t-18 ta' Jannar 2019 tal-kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fiż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta maħruġa wara l-Laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE u l-Unjoni Afrikana fil-21 u t-22 ta' Jannar 2019,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' monitoraġġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-bniedem taż-Żimbabwe wara "l-istay away" li kien hemm mill-14 ta' Jannar sas-16 ta' Jannar 2019 u l-inkwiet li nqala' wara,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Żimbabwena dwar il-vjolenza postelettorali tal-1 ta' Awwissu,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli tat-2 ta' Awwissu 2018 dwar l-elezzjonijiet fiż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-2 ta' Awwissu 2018 mill-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tul l-elezzjonijiet armonizzati taż-Żimbabwe li ddenunzjat il-forza eċċessiva li użaw il-pulizija u l-armata biex irażżnu l-protesti,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta lokali tad-9 ta' Awwissu 2018 tad-Delegazzjoni tal-UE, il-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri tal-UE preżenti f'Harare u l-Kapijiet tal-Missjoni tal-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti dwar l-attakki mmirati fuq l-oppożizzjoni fiż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE tat-22 ta' Jannar 2018 fid-dawl tat-tranżizzjoni politika li għaddejja fiż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/288 tal-17 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe(1),

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981, li ż-Żimbabwe rratifika,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni taż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-poplu taż-Żimbabwe ilu jbati għal ħafna snin taħt reġim awtoritarju mmexxi mill-President Mugabe li sostna s-setgħa tiegħu permezz tal-korruzzjoni, il-vjolenza, elezzjonijiet mimlija irregolaritajiet u apparat ta' sigurtà brutali;

B.  billi fit-30 ta' Lulju 2018, iż-Żimbabwe kellu l-ewwel elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari tiegħu wara r-riżenja ta' Robert Mugabe f'Novembru 2017; billi l-elezzjonijiet offrew lill-pajjiż l-opportunità li jtemm is-sensiela ta' elezzjonijiet kontenzjużi mmarkati mill-abbuż tad-drittijiet politiċi u tal-bniedem u minn vjolenza sponsorjata mill-istat;

C.  billi fit-3 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni Elettorali taż-Żimbabwe (ZEC) iddikjarat lil Emmerson Mnangagwa bħala rebbieħ tal-elezzjoni presidenzjali b'50,8 % voti kontra l-44,3% tal-kandidat tal-oppożizzjoni Nelson Chamisa; billi r-riżultati kienu immedjatament ikkontestati mill-oppożizzjoni, li sostniet li l-elezzjonijiet kienu ġew immanipulati; billi l-Qorti Kostituzzjonali m'aċċettatx dawn l-allegazzjonijiet minħabba nuqqas ta' evidenza u l-President Mnangagwa nħatar uffiċjalment mill-ġdid għal mandat ieħor fis-26 ta' Awwissu;

D.  billi r-rapport finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE jiddikjara li ċ-ċifri ppreżentati miż-ZEC kien fihom ħafna anomaliji u ineżattezzi u qajmu biżżejjed mistoqsijiet biex ikun hemm dubju dwar l-eżattezza u l-affidabbiltà tan-numri ppreżentati;

E.  billi l-għada tal-elezzjoni, id-dewmien fit-tħabbir tar-riżultati kien diġà wassal għal bidu ta' vjolenza post elettorali li ħalliet sitt persuni mejta u ħafna oħra midruba fi protesti msejħa mill-oppożizzjoni; billi l-osservaturi internazzjonali, inkluża l-UE, ikkundannaw il-vjolenza u l-użu eċċessiv tal-forza mill-armata u mill-forzi tas-sigurtà;

F.  billi l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem taż-Żimbabwe fl-10 ta' Awwissu 2018 ippubblikat dikjarazzjoni "dwar l-elezzjonijiet armonizzati tal-2018 u l-ambjent postelettorali", li tikkonferma li d-dimostranti ġew attakkati mill-forzi militari, fejn esprimiet tħassib serju dwar il-brutalità u l-imġiba vjolenti tal-pulizija u ddikjarat li nkisru d-drittijiet fundamentali tad-dimostranti; billi l-Kummissjoni talbet lill-gvern biex jistabbilixxi djalogu nazzjonali;

G.  billi meta ħa l-ġurament tal-ħatra f'Harare fis-26 ta' Awwissu 2018, il-President Emmerson Mnangagwa, wiegħed futur aħjar u kondiviż għall-poplu kollu taż-Żimbabwe, li jmur lil hinn mil-linji tal-partiti, bi gvern b'impenn sod lejn il-kostituzzjonalità, bit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat, l-indipendenza tal-ġudikatura u politiki li jattiraw kapital kemm domestiku kif ukoll globali;

H.  billi l-President Mnangagwa f'Settembru 2018, stabbilixxa kummissjoni ta' inkjesta li, f'Diċembru 2018, ikkonkludiet li l-protesti li kkawżaw ħsara estensiva lill-proprjetà u ħallew persuni midruba kienu ġew inċitati u organizzati kemm mill-forzi tas-sigurtà kif ukoll mill-Alleanza MDC, u li l-użu tal-militar kien ġustifikat u konformi mal-Kostituzzjoni; billi l-oppożizzjoni rrifjutat ir-rapport; billi l-kummissjoni appellat biex issir investigazzjoni fi ħdan il-forzi tas-sigurtà u li dawk li wettqu r-reati jitressqu quddiem il-liġi, u rrakkomandat kumpens għall-vittmi;

I.  billi t-tensjonijiet politiċi żdiedu b'mod drammatiku mill-elezzjoni 'l hawn, u qed jkomplu ħerġin rapporti ta' vjolenza li qed tpoġġi serjament f'riskju d-direzzjoni demokratika li nbdiet fil-pajjiż;

J.  billi l-falliment tal-ekonomija, in-nuqqas ta' aċċess għas-servizzi soċjali, u ż-żieda fil-prezz ta' ħafna prodotti bażiċi qed tinstiga rabja fin-nies; billi bejn l-14 u t-18 ta' Jannar 2019, iż-Żimbabwe ra żieda fil-protesti u fid-dimostrazzjonijiet matul l-hekk imsejjaħ "shutdown" nazzjonali bl-inizjattiva tal-Kungress tat-Trade Unions taż-Żimbabwe, wara żieda fil-prezz tal-fjuwil ta' 150 %; billi l-protesti kienu wkoll risposta għaż-żieda fil-faqar, l-istat fqir tal-ekonomija, u standard tal-għajxien li dejjem qed jonqos;

K.  billi quddiem dan il-moviment ta' protesta, fl-14 ta' Jannar 2019, il-gvern ikkundanna "pjan deliberat biex idgħajjef l-ordni kostituzzjonali" u assigura li hu "se jirrispondi b'mod adegwat kontra dawk li qed jikkonfoffaw biex jagħmlu sabutaġġ lill-paċi;

L.  billi l-pulizija ta' kontra l-irvellijiet irreaġixxiet bi vjolenza eċċessiva u bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom bl-użu ta' munizzjon attiv, arresti arbitrarji, ħtif, attakki fuq il-faċilitajiet mediċi li jittrattaw lill-vittmi tar-ripressjoni, aċċellerazzjoni tal-proċessi u proċessi tal-massa fil-konfront ta' dawk arrestati, tortura tal-persuni taħt arrest, każijiet ta' stupru u qerda ta' proprjetà privata u pubblika;

M.  billi l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem maħtura mill-gvern ippubblikat rapport li juri li s-suldati u l-pulizija kienu użaw tortura sistematika;

N.  billi nqatlu aktar minn 17-il persuna u ndarbu l-mijiet; billi madwar elf ruħ ġew arrestati, inklużi tfal ta' bejn id-9 u s-16-il sena, u madwar żewġ terzi ta' dawk arrestati ġew miċħuda l-ħelsien fuq pleġġ; billi ħafna għadhom qed jinżammu illegalment u allegatament ġew imsawta u attakkati waqt li kienu f'kustodja;

O.  billi l-evidenza turi li l-armata kienet fil-biċċa l-kbira tagħha responsabbli għall-atti ta' omiċidju, stupru u serq armat; billi mijiet ta' attivisti u uffiċjali tal-oppożizzjoni għadhom qed jinħbew;

P.  billi r-rispons tal-gvern għall-protesti ġie kkundannat b'mod diffuż bħala "sproporzjonat" u "eċċessiv" min-naħa tal-osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem u l-atturi lokali u internazzjonali, inkluża l-UE;

Q.  billi l-interruzzjoni tat-telekomunikazzjonijiet saret għodda użata mir-reġim biex iwaqqaf il-koordinament tad-dimostrazzjonijiet organizzati fuq in-netwerks soċjali; billi l-komunikazzjonijiet mobbli u l-linji fissi, kif ukoll l-internet u l-mezzi tal-midja soċjali, kienu qed jiġu bblukkati ripetutament biex jiġi evitat l-aċċess għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni u sabiex jinħeba l-ksur enormi tad-drittijiet tal-bniedem li l-Istat kien qed iħejji biex iwettaq; billi l-Qorti Suprema taż-Żimbabwe ddikjarat li l-użu tal-Att dwar l-Interċettazzjoni tal-Komunikazzjonijiet għas-sospensjoni tal-komunikazzjonijiet online kien illegali;

R.  billi l-awtoritajiet organizzaw operazzjoni kbira ta' tiftix minn bieb sa bieb għal dimostranti, u kaxkru minn darhom dimostranti paċifiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti politiċi, mexxejja prominenti tas-soċjetà ċivili u l-qraba tagħhom;

S.  billi pajjiżi ġirien bħall-Afrika t'Isfel saru ċentru għaż-Żimbabweni li qed jaħarbu mill-oppressjoni politika u mit-tbatija ekonomika;

T.  billi l-pulizija kontinwament abbużaw mil-liġijiet eżistenti, bħall-Ordni Pubbliku u l-Att dwar is-Sigurtà (POSA), biex jiġġustifikaw ir-repressjoni fuq il-membri tal-oppożizzjoni u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u biex jipprojbixxu dimostrazzjonijiet legali u paċifiċi;

U.  billi r-rekord taż-Żimbabwe għal dak li jikkonċerna d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huwa wieħed mill-agħar fid-dinja; billi l-poplu Żimbabwen u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għadhom qed jissubixxu attakki, diskors ta' mibegħda, kampanji ta' malafama, atti ta' intimidazzjoni u fastidju, u kien hemm rapporti regolari ta' atti ta' tortura;

V.  billi l-President sejjaħ għal djalogu nazzjonali li beda fis-6 ta' Frar u stieden lill-partiti politiċi kollha biex jieħdu sehem, iżda l-Moviment għal Bidla Demokratika (MDC), il-partit prinċipali tal-oppożizzjoni, irrifjuta li jipparteċipa;

W.  billi ż-Żimbabwe huwa firmatarju tal-Ftehim ta' Cotonou, li l-Artikolu 96 tiegħu jistipula li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali huwa element essenzjali tal-koperazzjoni AKP-UE;

1.  Jissottolinja x-xewqa unanima tiegħu li ż-Żimbabwe jsir nazzjon paċifiku, demokratiku u prosperu li fih iċ-ċittadini kollha jiġu ttrattati tajjeb u b'mod ugwali għal dak li jikkonċerna l-liġi u fejn l-organi tal-istat jaġixxu f'isem iċ-ċittadini u mhux kontrihom;

2.  Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza li seħħet waqt il-protesti reċenti fiż-Żimbabwe; jemmen bis-sħiħ li l-protesti paċifiċi huma parti minn proċess demokratiku, u reazzjonijiet b'forza eċċessiva iridu jiġu evitati f'kwalunkwe ċirkostanza;

3.  Iħeġġeġ lill-President Mnangagwa biex jibqa' jżomm il-wegħdiet inizjali tiegħu, biex jaġixxi b'mod rapidu ħalli jieħu kontroll tas-sitwazzjoni u biex iqiegħed liż-Żimbabwe lura fi triq ta' rikonċiljazzjoni u rispett għad-demokrazija u l-istat tad-dritt;

4.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jwaqqfu minnufih l-abbużi mill-forzi tas-sigurtà u jinvestigaw minnufih u b'mod imparzjali l-allegazzjonijiet kollha ta' użu eċċessiv tal-forza mill-pulizija u mill-uffiċjali tal-istat sabiex jistabbilixxu responsabbiltajiet individwali, bil-għan li jiżguraw l-obbligu ta' rendikont; ifakkar li l-kostituzzjoni tal-pajjiż tistabbilixxi korp indipendenti biex jinvestiga lmenti ta' kondotta ħażina tal-pulizija u militari, iżda li l-gvern għad irid iwaqqaf tali korp;

5.  Iħeġġeġ lill-Gvern taż-Żimbabwe jirtira b'mod urġenti l-persunal militari kollu u l-milizzja taż-żgħażagħ skjerati madwar il-pajjiż li qed jitterrorizzaw lir-residenti bi ksur ċar tal-Kostituzzjoni taż-Żimbabwe;

6.  Jemmen li l-libertà ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni huma komponenti essenzjali ta' kwalunkwe demokrazija; jenfasizza li d-dritt li wieħed jesprimi opinjoni b'mod mhux vjolenti jikkostitwixxi dritt kostituzzjonali għaċ-ċittadini kollha taż-Żimbabwe u jfakkar lill-awtoritajiet fl-obbligu tagħhom li jipproteġu d-dritt taċ-ċittadini kollha li jipprotestaw kontra d-deterjorament tal-kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi tagħhom; jistieden lill-gvern itemm l-attakki mmirati fil-konfront tal-mexxejja u l-membri tal-Kungress tat-Tradeunions taż-Żimbabwe (ZCTU);

7.  Jissottolinja r-rwol fundamentali li taqdi l-oppożizzjoni f' soċjetà demokratika;

8.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jilliberaw minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-priġunieri politiċi kollha;

9.  Jitlob lill-Gvern taż-Żimbabwe jwaqqaf immedjatament il-fastidju u l-kriminalizzazzjoni tal-atturi tas-soċjetà ċivili u jirrikonoxxi r-rwol leġittimu tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

10.  Jitlob lill-Gvern taż-Żimbabwe jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem irratifikati miż-Żimbabwe;

11.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-ksur irrapportat tal-proċess dovut permezz ta' proċessi rapidi u proċessi tal-massa; jinsisti li l-ġudikatura għandha tirrispetta l-istat tad-dritt u tiżgura li l-indipendenza tagħha u d-dritt għal proċess ġust jiġu rispettati fiċ-ċirkostanzi kollha; jikkundanna l-arresti kollha li saru mingħajr ma tressqu akkużi;

12.  Jistieden lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jwettqu investigazzjoni fil-pront, bir-reqqa, imparzjali u indipendenti dwar l-allegazzjonijiet ta' ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-istupri u l-vjolenza sesswali mill-forzi tas-sigurtà, u biex jittieħdu passi kontra dawk responsabbli; jitlob li l-aċċess għas-servizzi mediċi jkun offrut b'mod universali lill-vittmi ta' tali vjolenza sesswali mingħajr biża' ta' retribuzzjoni;

13.  Jikkundanna l-għeluq tal-internet li ppermetta lill-awtoritajiet jaħbu l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-armata u mill-forzi tas-sigurtà nazzjonali u jostakolaw rapportar u dokumentazzjoni indipendenti tal-abbużi matul it-trażżin u immedjatament wara l-elezzjoni; jenfasizza li l-aċċess għall-informazzjoni huwa dritt li għandu jiġi rrispettat mill-awtoritajiet skont l-obbligi kostituzzjonali u internazzjonali tagħhom;

14.  Jikkundanna l-użu abbużiv u restrittiv tal-POSA, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Żimbabweni jallinjaw il-leġiżlazzjoni mal-istandards internazzjonali għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

15.  Jesprimi tħassib partikolari dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fiż-Żimbabwe; ifakkar li l-problemi ewlenin tal-pajjiż huma l-faqar, il-qgħad u l-malnutrizzjoni u l-ġuħ kroniċi; iqis li dawn il-problemi jistgħu jiġu solvuti biss permezz tal-implimentazzjoni ta' politiki ambizzjużi dwar l-impjieg, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-agrikoltura;

16.  Jistieden lill-atturi politiċi kollha biex jeżerċitaw responsabilità u rażan, u b'mod partikolari biex joqogħdu lura milli jinċitaw il-vjolenza;

17.  Ifakkar lill-Gvern taż-Żimbabwe li l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-kuntest tal-Ftehim ta' Cotonou, u kif ukoll fil-qasam tal-kummerċ, l-iżvilupp, u l-assistenza ekonomika, huwa kundizzjonali għar-rispett tal-istat tad-dritt u l-konvenzjonijiet u t-trattati internazzjonali li għalihom huwa parti;

18.  Ifakkar li l-appoġġ fit-tul jiddependi fuq riformi komprensivi aktar milli sempliċement wegħdiet; jitlob li l-impenn Ewropew maż-Żimbabwe jkun ibbażat fuq il-valuri u jkun sod fil-pożizzjoni tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet Żimbabweni;

19.  Iħeġġeġ lill-gvern jimplimenta immedjatament ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-vjolenza ta' wara l-elezzjoni magħmula mill-Kummissjoni ta' Inkjesta, b'mod partikolari l-promozzjoni tat-tolleranza politika u tat-tmexxija responsabbli, u t-twaqqif ta' djalogu nazzjonali li jsir b'mod kredibbli, inklużiv, trasparenti u responsabbli;

20.  Jieħu att tar-rieda tal-gvern li jwettaq l-impenji fir-rigward tar-riformi; jenfasizza, madankollu, li dawn ir-riformi għandhom ikunu politiċi kif ukoll ekonomiċi; iħeġġeġ lill-gvern, lill-oppożizzjoni, lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u lill-mexxejja reliġjużi jimpenjaw ruħhom f'kundizzjonijiet ugwali fi djalogu nazzjonali li fih id-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati u mħarsa;

21.  Jistieden lill-gvern jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-MOE tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-istat tad-dritt u ambjent politiku inklużiv; jissottolinja l-għaxar rakkomandazzjonijiet ta' prijorità identifikati mill-MOE u stabbiliti fl-ittra tal-10 ta' Ottubru 2018 mill-Osservatur Prinċipali lill-President Mnangagwa – jiġifieri biex jinħolqu kundizzjonijiet pari għall-partiti politiċi kollha, biex jiġi żgurat qafas legali aktar ċar u koerenti; biex il-Kummissjoni Elettorali taż-Żimbabwe tissaħħaħ billi ssir tassew indipendenti u trasparenti, u b'hekk terġa' tinkiseb il-fiduċja fil-proċess elettorali; biex jiġi żgurat li t-tisħiħ tal-indipendenza tal-Kummissjoni Elettorali taż-Żimbabwe jagħmilha ħielsa mill-kontroll tal-gvern fl-approvazzjoni tar-regolamenti tagħha; u biex jinħoloq proċess elettorali aktar inklużiv;

22.  Jitlob lid-delegazzjoni tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE fiż-Żimbabwe biex ikomplu l-monitoraġġ mill-qrib tagħhom tal-iżviluppi fil-pajjiż u biex jużaw l-għodod xierqa kollha biex jappoġġaw id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u t-trejdjunjins, biex jippromwovu l-elementi essenzjali tal-Ftehim ta' Cotonou u biex jappoġġaw il-movimenti favur id-demokrazija;

23.  Jitlob lill-UE biex iżżid id-djalogu politiku tagħha maż-Żimbabwe dwar id-drittijiet tal-bniedem abbażi tal-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou;

24.  Jitlob lill-Kunsill Ewropew jirrevedi l-miżuri restrittivi tiegħu fil-konfront ta' individwi u entitajiet fiż-Żimbabwe, inklużi dawk il-miżuri li bħalissa huma sospiżi, fid-dawl tal-obbligu ta' rendikont għall-vjolenza reċenti tal-istat;

25.  Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali, b'mod partikolari l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) u l-Unjoni Afrikana (UA), biex jagħtu aktar assistenza attiva liż-Żimbabwe biex tinstab soluzzjoni demokratika sostenibbli għall-kriżi attwali;

26.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi ġirien biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali u jipproteġu dawk li qed jaħarbu mill-vjolenza fiż-Żimbabwe bl-għoti ta' asil, b'mod partikolari fi żmien qasir;

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-SEAE, lill-Gvern u l-Parlament taż-Żimbabwe, lill-gvernijiet tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika u tal-Unjoni Afrikana, u lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.

(1) ĠU L 42, 18.2.2017, p. 11.


Id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija
PDF 142kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija (2019/2564(RSP))
P8_TA(2019)0117RC-B8-0111/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Arabja Sawdija, b'mod partikolari dik tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-Arabja Sawdija, ir-relazzjonijiet tagħha mal-UE u r-rwol tagħha fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq(1), dik tat-12 ta' Frar 2015 dwar il-każ ta' Raif Badawi, l-Arabja Sawdija(2), dik tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-każ ta' Ali Mohammed al-Nimr(3), dik tal-31 ta' Mejju 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija(4) u dik tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konsulat Sawdi f'Istanbul(5),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tad-29 ta' Mejju 2018 tal-Kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-arresti reċenti fl-Arabja Sawdija u tal-31 ta' Lulju 2018 dwar id-detenzjonijiet arbitrarji ta' difensuri u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem fl-Arabja Sawdija, inklużi attivisti tad-drittijiet tan-nisa,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' Ottubru 2018 ta' diversi Rapporteurs Speċjali tan-NU li fiha jappellaw għall-ħelsien immedjat tad-difensuri kollha tad-drittijiet tan-nisa,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) ta' Diċembru 2017,

–  wara li kkunsidra s-sħubija tal-Arabja Sawdija fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u fil-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW), kif ukoll is-sħubija tagħha fil-Kunsill Eżekuttiv tas-CSW sa minn Jannar 2019,

–  wara li kkunsidra d-diskors tal-Kummissarju Christos Stylianides, f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), fid-dibattitu tal-4 ta' Lulju 2017 fil-Parlament Ewropew dwar l-elezzjoni tal-Arabja Sawdija bħala membru tas-CSW,

–  wara li kkunsidra d-diskors tal-ftuħ tal-VP/RGħ fil-5 laqgħa ministerjali UE-Lega tal-Istati Għarab li jgħid: "u ppermettuli ngħid li l-kooperazzjoni bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija qatt ma kienet daqshekk importanti u, fil-fehma tiegħi, qatt ma kienet daqshekk meħtieġa",

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW),

–  wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tad-9 ta' Marzu 2018 tal-Kumitat dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa rigward it-tielet u r-raba' rapporti perjodiċi dwar l-Arabja Sawdija, ippreżentati flimkien,

–  wara li kkunsidra r-rapport tad-Detention Review Panel dwar l-attivisti nisa detenuti fl-Arabja Sawdija,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' liġi kontra l-fastidju approvat mill-Kunsill Shura tal-Arabja Sawdija fit-28 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tal-Arabja Sawdija ta' Novembru 2018,

–  wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2018 ta' Reporters Mingħajr Fruntieri li jikklassifika lis-Sawdi Arabja fil-169 post minn total ta' 180 pajjiż,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR) tal-1966,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb u tal-Espressjoni lill-blogger Sawdi Raif Badawi fl-2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-attivisti li ġew arrestati mill-awtoritajiet Sawdin għall-attiviżmu tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa għadhom detenuti mingħajr akkuża; billi l-attivisti jinkludu lil Loujain al-Hathloul, Aziza al-Yousef, Eman al-Nafjan, Nouf Abdulaziz, Mayaa al-Zahrani, Samar Badawi, Nassima al-Sada, Shadan al-Anezi, Abir Namankani, Amal al-Harbi u Hatoon al-Fassi, li lkoll huma attivisti tad-drittijiet tan-nisa, kif ukoll sostenituri rġiel tal-moviment, inkluż Mohammed al-Rabea; billi dawn l-attivisti huma magħrufa għall-kampanja tagħhom kontra l-projbizzjoni fuq is-sewqan imposta fuq in-nisa u għall-appoġġ tagħhom għat-tneħħija tas-sistema ta' tutela mill-irġiel; billi dawn ġew arrestati qabel it-tneħħija tal-projbizzjoni fuq is-sewqan imposta fuq in-nisa, prevista għall-24 ta' Ġunju 2018; billi, skont ma ġie rrapportat, uħud minnhom se jiġu riferuti għal proċess quddiem il-Qorti Kriminali Speċjalizzata li oriġinarjament ġiet stabbilita biex tissottoponi għal proċess lil detenuti miżmuma b'rabta ma' reati ta' terroriżmu;

B.  billi d-difensura tad-drittijiet tal-bniedem Israa al-Ghomgham, mir-reġjun ta' Qatif, għadha qed tiffaċċja detenzjoni arbitrarja; billi l-piena tal-mewt li ġiet imposta fuqha dan l-aħħar ġiet irtirata, iżda xorta għadha soġġetta għal akkużi mhux speċifikati kontriha; billi hemm tħassib dwar il-benesseri fiżiku u mentali tas-Sa al-Ghomgham;

C.  billi r-rapporti jsostnu li l-interrogaturi Sawdin ittorturaw, immaltrattaw u abbużaw sesswalment tal-anqas tlieta mill-attivisti nisa detenuti f'Mejju 2018; billi l-familjari tal-attivisti nisa, bħall-ġenituri ta' Loujain al-Hathloul, huma soġġetti għal projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar;

D.  billi l-Ministeru tal-Midja tal-Arabja Sawdija ċaħad l-allegazzjonijiet ta' tortura fil-konfront tad-detenuti fir-Renju u qieshom bħala rapporti infondati;

E.  billi l-attivista Loujain al-Hathloul ilha detenuta sa minn Marzu 2018 wara li attendiet sessjoni ta' eżami tas-sitwazzjoni fl-Arabja Sawdija tal-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa; billi hija tqiegħdet f'iżolament bejn Mejju u Settembru 2018, perjodu li matulu l-ġenituri tagħha rrapportaw li ġiet ittorturata;

F.  billi delegazzjoni mill-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Arabja Sawdija żaret lil Loujain al-Hathloul wara l-pubblikazzjoni tar-rapporti dwar it-tortura li għaddiet minnha; billi tali delegazzjoni ma setgħetx tiggarantixxi l-protezzjoni tagħha; billi sussegwentement prosekutur pubbliku mar iżurha biex jiġbor ix-xhieda tagħha;

G.  billi Loujain al-Hathloul ġiet innominata għall-Premju Nobel għall-Paċi tal-2019;

H.  billi l-Arabja Sawdija għad għandha wħud mill-aktar restrizzjonijiet ibsin imposti fuq in-nisa, minkejja r-riformi governattivi li saru dan l-aħħar biex jissaħħu d-drittijiet tan-nisa fis-settur tal-impjiegi; billi s-sistema politika u soċjali Sawdija għadha diskriminatorja u lin-nisa fil-verità tittrattahom bħala ċittadini tat-tieni klassi, billi ma tippermetti l-ebda libertà ta' reliġjon u ta' twemmin, billi tiddiskrimina serjament kontra l-ħafna ħaddiema barranin fil-pajjiż u billi trażżan severament kwalunkwe vuċi dissidenti;

I.  billi l-Arabja Sawdija għandha sensiela ta' liġijiet diskriminatorji, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet ġuridiċi marbuta mal-istatus personali, is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti nisa, il-Kodiċi tal-Istatus Ċivili, il-Kodiċi tax-Xogħol, l-Att dwar in-Nazzjonalità u s-sistema ta' tutela mill-irġiel, li abbażi tagħha t-tgawdija min-nisa tal-biċċa l-kbira ta' drittijiethom fil-qafas tas-CEDAW hija soġġetta għall-awtorizzazzjoni minn tutur raġel;

J.  billi, taħt is-sistema ta' tutela mill-irġiel, in-nisa Sawdin huma mċaħħda saħansitra mill-aktar kontroll bażiku fuq ħajjithom; billi l-liġijiet diskriminatorji relatati maż-żwieġ u d-divorzju għadhom fis-seħħ u billi l-liġi tesiġi min-nisa li jiksbu l-permess ta' tutur raġel biex jinkitbu fl-edukazzjoni għolja, ifittxu impjieg, jivvjaġġaw jew jiżżewġu; billi n-nisa Sawdin li huma miżżewġin irġiel barranin, għall-kuntrarju tal-kontropartijiet irġiel tagħhom, ma jistgħux jgħaddu ċ-ċittadinanza tagħhom lil uliedhom jew lil żwieġhom;

K.  billi r-riżerva ġenerali tal-Arabja Sawdija fil-konfront tas-CEDAW, skont il-Kumitat dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa, hija inkompatibbli mas-suġġett u l-iskop tal-Konvenzjoni u mhijiex permessa skont l-Artikolu 28 tagħha;

L.  billi, minn mindu l-Prinċep Eredi Mohammed bin Salman Al Saud tela' fil-poter f'Ġunju 2017, ħafna difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti u kritiċi li fissru l-opinjonijiet tagħhom fl-apert ġew detenuti arbitrarjament jew ġew ikkundannati inġustament għal perjodi twal ta' priġunerija sempliċement talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni;

M.  billi l-aġenda ta' riforma "Vision 2030", li għandha l-għan li ġġib magħha t-trasformazzjoni ekonomika u soċjali tal-pajjiż, inkluż permezz tal-awtonomizzazzjoni tan-nisa, kellha tkun opportunità reali għan-nisa Sawdin biex jiżguraw l-emanċipazzjoni ġuridika tagħhom, li hija assolutament kruċjali għat-tgawdija sħiħa ta' drittijiethom fil-qafas tas-CEDAW; billi, madankollu, il-mewġa reċenti ta' arresti u ta' allegata tortura tal-attivisti tad-drittijiet tan-nisa tmur kontra dan l-għan u għandha mnejn tfixkel l-aġenda ta' riforma; billi d-digriet "Vision 2030" huwa nieqes minn qafas ġuridiku xieraq;

N.  billi l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa u tal-midja, kemm online kif ukoll offline, huma prekundizzjonijiet kruċjali u katalizzaturi għad-demokratizzazzjoni u għar-riforma u huma kontrolli essenzjali fuq il-poter;

O.  billi l-Arabja Sawdija għandha waħda mill-ogħla rati ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja; billi, bejn l-2014 u l-2017, in-numru medju ta' eżekuzzjonijiet fis-sena kien mill-anqas 126; billi l-awtoritajiet jimponu l-piena tal-mewt għal reati mhux vjolenti, bħall-kuntrabandu tad-droga, it-tradiment u l-adulterju; billi reati bħall-apostasija, li skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem ma għandhomx jiġu kriminalizzati, irriżultaw ukoll fl-applikazzjoni tal-piena tal-mewt;

P.  billi l-valur tal-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-NU għall-Arabja Sawdija għall-2018 huwa ta' 0,853, u għalhekk hija kklassifikata fid-39 post minn total ta' 188 pajjiż u territorju; billi l-Arabja Sawdija għandha valur tal-Indiċi tal-Inugwaljanza bejn is-Sessi tan-NU ta' 0,234, u għalhekk hija kklassifikata fid-39 post minn total ta' 189 pajjiż fl-indiċi tal-2017; billi l-pajjiż għandu Indiċi għall-Iżvilupp tas-Sessi tan-NU ta' 0,877 (ikklassifikat fid-39 post fid-dinja);

1.  Jikkundanna bil-qawwa d-detenzjoni tad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem li għamlu kampanja biex titneħħa l-projbizzjoni fuq is-sewqan, kif ukoll id-difensuri kollha paċifiċi tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, l-avukati u l-attivisti, u jesprimi x-xokk tiegħu għar-rapporti kredibbli ta' tortura sistematika fil-konfront ta' diversi minnhom, inkluża Loujain al-Hathloul;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet Sawdin biex jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil dawn id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati, il-ġurnalisti u priġunieri oħra minħabba t-twemmin tagħhom li ġew detenuti u kkundannati sempliċement talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u għall-ħidma paċifika tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem, u biex jippermettu lil osservaturi internazzjonali indipendenti jiltaqgħu mad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem li huma detenuti;

3.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdin jiffaċilitaw l-aċċess ta' tobba indipendenti għad-detenuti; jenfasizza li t-trattament tad-detenuti kollha, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, waqt li jkunu detenuti, irid ikun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Korp tal-Prinċipji għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha taħt Kwalunkwe Forma ta' Detenzjoni jew Priġunerija adottat permezz tar-Riżoluzzjoni 43/173 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-9 ta' Diċembru 1988;

4.  Jinsisti li l-osservaturi indipendenti għandhom jinkludi osservaturi mid-Delegazzjoni tal-UE għall-Arabja Sawdija jew mill-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll detenturi ta' mandat tan-NU rigward id-drittijiet tal-bniedem, bħar-Rapporteur Speċjali dwar it-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, jew NGOs internazzjonali;

5.  Jinsisti li l-awtoritajiet Sawdin itemmu l-forom kollha ta' fastidju, anke fil-livell ġudizzjarju, fil-konfront ta' Loujain al-Hathloul, Aziza al-Yousef, Eman al-Nafjan, Nouf Abdulaziz, Mayaa al-Zahrani, Samar Badawi, Nassima al-Sada, Shadan al-Anezi, Abir Namankani, Amal al-Harbi, Hatoon al-Fassi, Israa Al-Ghomgham, Mohammed al-Rabea u d-difensuri l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom mingħajr xkiel mhux ġustifikat jew biża' ta' rappreżalji fil-konfront tagħhom u tal-familji tagħhom;

6.  Jikkundanna r-repressjoni u t-tortura li qed iseħħu bħalissa fil-konfront tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, fl-Arabja Sawdija, li jdgħajfu l-kredibbiltà tal-proċess ta' riforma fil-pajjiż; jiddenunzja d-diskriminazzjoni sistemika kontinwa fil-konfront tan-nisa u l-bniet fl-Arabja Sawdija;

7.  Iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija tiggarantixxi pubblikament is-sikurezza tal-attivisti detenuti kollha, tippermetti lin-nisa detenuti aċċess għall-avukati u l-membri tal-familja, tipprovdi evidenza tal-benesseri tagħhom, u teħles lil dawk li qed jinżammu l-ħabs sempliċement talli tkellmu b'mod paċifiku favur riforma;

8.  Ifaħħar u jappoġġja lid-difensuri Sawdin tad-drittijiet tan-nisa li qed jippruvaw jiksbu trattament ekwu u ġust fis-soċjetà tagħhom, u lil dawk li ddefendew id-drittijiet tal-bniedem minkejja d-diffikultajiet li jridu jħabbtu wiċċhom magħhom;

9.  Huwa mħasseb ferm dwar il-prevalenza ta' vjolenza sessista fl-Arabja Sawdija, li fil-biċċa l-kbira tagħha għadha mhijiex rappurtata u dokumentata biżżejjed, u li ġiet iġġustifikata b'raġunijiet retrogradi bħall-ħtieġa li n-nisa jiġu dixxiplinati taħt it-tutela tal-irġiel; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdin jadottaw leġiżlazzjoni komprensiva biex jiddefinixxu u jikkriminalizzaw b'mod speċifiku l-forom kollha ta' vjolenza sessista fil-konfront tan-nisa, b'mod partikolari l-mutilazzjoni ġenitali femminili, l-istupru, inkluż l-istupru fiż-żwieġ, l-attakki sesswali u l-fastidju sesswali, u jneħħu l-ostakli kollha li n-nisa jħabbtu wiċċhom magħhom fl-aċċess tagħhom għall-ġustizzja; jesprimi inkwiet kbir dwar ir-rapporti ta' prassi prevalenti ta' żwieġ tat-tfal;

10.  Jiddeplora l-eżistenza tas-sistema ta' tutela mill-irġiel, li għadha tipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' tutur raġel f'numru ta' oqsma, inklużi l-vjaġġi internazzjonali, l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa, l-għażla tar-residenza, iż-żwieġ, it-tressiq ta' lmenti fis-sistema ġudizzjarja u t-tluq minn ċentri ta' akkoljenza tal-istat għan-nisa abbużati u t-tluq miċ-ċentri ta' detenzjoni; jissottolinja li din is-sistema hija riflessjoni tas-sistema patrijarkali b'għeruq b'saħħithom li tiddomina fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-Gvern Sawdi jabolixxi minnufih is-sistema ta' tutela mill-irġiel u jħassar liġijiet oħra li jiddiskriminaw kontra n-nisa u l-bniet;

11.  Jinnota l-adozzjoni reċenti ta' liġi li taħtha n-nisa Sawdin jistgħu jiġu nnotifikati permezz ta' messaġġ bil-mobile jekk il-konjuġi tagħhom jiddeċiedi li jiddivorzja, u dan biex jiġu protetti mill-fatt li ż-żwieġ tagħhom jista' jintemm mingħajr ma jkunu jafu; jenfasizza li din il-liġi ma tagħmel xejn biex tindirizza l-fatt li n-nisa Sawdin jistgħu jieħdu d-divorzju biss f'każijiet limitati ferm, bħal bil-kunsens tal-żewġhom jew jekk żewġhom ikun immaltrattahom;

12.  Jesprimi tħassib dwar is-servizzi web tal-gvern li permezz tagħhom it-tuturi rġiel jistgħu jsegwu l-movimenti tan-nisa, jispeċifikaw meta u kif jistgħu jaqsmu l-fruntieri Sawdin, u jirċievu aġġornamenti bl-SMS kważi f'ħin reali meta jivvjaġġaw;

13.  Jilqa' t-tneħħija tal-projbizzjoni tas-sewqan għan-nisa fir-Renju bħala parti mill-aġenda "Vision 2030";

14.  Jistieden lill-awtoritajiet Sawdin jirrevedu l-Liġi dwar l-Assoċjazzjonijiet u l-Fondazzjonijiet ta' Diċembru 2015 sabiex jippermettu lill-attivisti nisa jorganizzaw ruħhom u jaħdmu b'mod liberu u indipendenti mingħajr indħil indebitu min-naħa tal-awtoritajiet; iħeġġeġ ukoll ir-reviżjoni tal-Liġi Kontra t-Terroriżmu, tal-Liġi Kontra l-Kriminalità Ċibernetika u tal-Liġi dwar l-Istampa u l-Pubblikazzjonijiet, li jintużaw ripetutament biex jinbdew proċeduri kriminali kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet preżenti fis-sistema ġuridika, inkluż f'oqsma bħall-wirt;

15.  Jistieden lill-awtoritajiet Sawdin jirratifikaw l-ICCPR, ineħħu r-riżervi li għandhom għas-CEDAW u jirratifikaw l-Protokoll Fakultattiv għas-CEDAW, sabiex in-nisa Sawdin ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet minquxa fil-Konvenzjoni, u jtemmu ż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ furzat u l-kodiċi tal-ilbies obbligatorju għan-nisa; iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija toħroġ stedina permanenti biex il-Proċeduri Speċjali kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jkunu jistgħu jżuru l-pajjiż;

16.  Jenfasizza li l-eżerċizzju tad-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni u tal-assemblea u l-assoċjazzjoni paċifika huwa protett mid-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Sawdin jippermettu stampa u media indipendenti u jiżguraw il-libertà tal-espressjoni online u offline, kif ukoll il-libertà ta' assemblea paċifika u ta' assoċjazzjoni għall-abitanti kollha tal-Arabja Sawdija; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdin ineħħu r-restrizzjonijiet fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li jipprojbuhom milli jitkellmu fil-media soċjali u lill-media internazzjonali;

17.  Jistieden lill-awtoritajiet Sawdin jintroduċu moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha; jappella għal rieżami tas-sentenzi tal-mewt kollha biex jiġi żgurat li l-proċessi li ppreċedewhom kienu konformi mal-istandards internazzjonali;

18.  Jirrakkomanda li tintbagħat delegazzjoni ad hoc mis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem (DROI) u mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM) qabel tmiem il-mandat kurrenti fl-Arabja Sawdija sabiex iżżur lin-nisa li qegħdin il-ħabs u biex isiru l-laqgħat meħtieġa mal-awtoritajiet Sawdin;

19.  Jieħu nota tad-djalogu bejn l-UE u l-Arabja Sawdija u jħeġġeġ it-tkomplija tiegħu;

20.  Jiddispjaċih dwar id-dikjarazzjonijiet ineffiċjenti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u tal-Istati Membri dwar il-każijiet tad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem li ilhom detenuti minn Mejju tal-2018;

21.  Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jqajmu l-każijiet ta' Loujain al-Hathloul, Eman al-Nafjan, Aziza al-Yousef, Samar Badawi, Nassima al-Sada u tad-difensuri nisa l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem fid-djalogi tagħhom mal-awtoritajiet Sawdin, u jitolbu l-ħelsien tagħhom; jinsisti li, sakemm jinħelsu, membri tal-korp diplomatiku tal-UE għandhom jistiednu lill-awtoritajiet Sawdin biex jiggarantixxu s-sikurezza tagħhom u jwettqu investigazzjonijiet sħaħ dwar ir-rapporti ta' tortura;

22.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Parlament jeżaminaw in-nuqqas ta' elenkar tal-Arabja Sawdija fir-reġistru tat-trasparenza tal-UE;

23.  Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jqajmu l-każijiet ta' Israa al-Ghomgham, żewġha Mousa al-Hashim u l-erba' koakkużati Ahmed al-Matrood, Ali Ouwaisher, Khalid al-Ghanim u Mujtaba al-Muzain fid-djalogi tagħhom mal-awtoritajiet Sawdin, u jitolbu l-ħelsien tagħhom; barra minn hekk, jitlob li jitqajjem il-każ ta' Sheikh Salman al-Awda u li jintalab il-ħelsien tiegħu;

24.  Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jistabbilixxu pożizzjoni unifikata biex jiżguraw li s-servizzi diplomatiċi Ewropej fl-Arabja Sawdija jużaw b'mod sistematiku l-mekkaniżmi previsti fil-Linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi d-dikjarazzjonijiet pubbliċi, d-démarches diplomatiċi, il-monitoraġġ tal-proċessi u taż-żjarat il-ħabs, b'rabta mad-difensuri Sawdin tad-drittijiet tan-nisa li ilhom detenuti minn Mejju tal-2018;

25.  Jitlob li titressaq riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Arabja Sawdija fis-sessjoni li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU; jitlob lill-UE biex, fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem li jmiss u fil-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa, tqajjem il-kwistjoni tas-sħubija tal-istati b'rekords dubjużi rigward id-drittijiet tal-bniedem, anke fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi; jitlob lill-UE biex, fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, tipproponi l-ħatra ta' Rapporteur Speċjali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-Arabja Sawdija;

26.  Jistieden, għal darb'oħra, lill-awtoritajiet Sawdin iwaqqfu s-swat ulterjuri ta' Raif Badawi, u jeħilsuh minnufih u mingħajr kundizzjonijiet; jinsisti li r-rappreżentanti għoljin kollha tal-UE, b'mod partikolari l-VP/RGħ u l-Kummissarji kollha, iqajmu b'mod sistematiku l-każ ta' Raif Badawi fil-kuntatti tagħhom mal-kontropartijiet Sawdin tagħhom, u jitolbu li jiltaqgħu miegħu matul iż-żjarat tagħhom fil-pajjiż; jimpenja ruħu li jżid l-isforzi tiegħu b'appoġġ għall-ħelsien tiegħu; jistieden lill-President iżur Riyadh sabiex iqajjem il-każ tar-rebbieħa tal-Premju Sakharov direttament mal-awtoritajiet;

27.  Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jestendu l-protezzjoni u l-appoġġ tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-VP/RGħ tirrapporta dwar is-sitwazzjoni kurrenti tal-kooperazzjoni militari u tas-sigurtà bejn l-Istati Membri u r-reġim Sawdi;

28.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jilħaq pożizzjoni komuni sabiex jimponi, fil-livell tal-UE, embargo fuq l-armi fil-konfront tal-Arabja Sawdija, u biex jirrispetta l-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK(6); jappella għal embargo fuq l-esportazzjoni ta' sistemi ta' sorveljanza u oġġetti oħra ta' użu dupliċi li jistgħu jintużaw fl-Arabja Sawdija għall-finijiet ta' repressjoni taċ-ċittadini tagħha, inklużi d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem; huwa preokkupat dwar l-użu ta' dawn l-armi u ta' teknoloġija ta' sorveljanza ċibernetika mill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija; ifakkar lill-Istati Membri li t-tkomplija tal-ftehimiet tagħhom dwar l-armi mal-Arabja Sawdija tmur kontra l-pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-esportazzjonijiet ta' armi; jitlob lis-SEAE jipproponi, u lill-Kunsill jadotta, l-użu ta' miżuri restrittivi fil-konfront tal-Arabja Sawdija b'reazzjoni għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet tal-viżi;

29.  Iħeġġeġ lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jkomplu jinvolvu ruħhom fi djalogu mal-Arabja Sawdija dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u r-rwol inkwetanti tal-pajjiż fir-reġjun; jesprimi d-disponibbiltà tiegħu li jkollu djalogu kostruttiv u miftuħ mal-awtoritajiet Sawdin, inklużi d-deputati parlamentari, dwar l-implimentazzjoni tal-impenji internazzjonali tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem; jappella għal skambju ta' għarfien espert dwar il-ġustizzja u kwistjonijiet ġuridiċi sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi fl-Arabja Sawdija;

30.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Maestà Tiegħu r-Re Salman bin Abdulaziz Al Saud u lill-Prinċep Eredi Mohammad bin Salman Al Saud, lill-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija u lis-Segretarju Ġenerali taċ-Ċentru għad-Djalogu Nazzjonali tar-Renju tal-Arabja Sawdija.

(1) ĠU C 378, 9.11.2017, p. 64.
(2) ĠU C 310, 25.8.2016, p. 29.
(3) ĠU C 349, 17.10.2017, p. 34.
(4) Testi adottati, P8_TA(2018)0232.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0434.
(6) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).


Mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier ***I
PDF 265kWORD 65k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier (COM(2018)0373 – C8-0228/2018 – 2018/0198(COD))
P8_TA(2019)0118A8-0414/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0373),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0228/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta’ Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0414/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier

P8_TC1-COD(2018)0198


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  It-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li jiġu deċiżi azzjonijiet speċifiċi barra mill-Fondi li huma s-suġġett tal-ewwel paragrafu ta' dak l-Artikolu, sabiex jinkiseb l-objettiv ta' koeżjoni soċjali u ekonomika previst mit-TFUE. L-iżvilupp armonjuż tat-territorju kollu tal-Unjoni u aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali jimplikaw it-tisħiħ tal-koperazzjoni territorjali. Għal dan il-għan huwa xieraq li jiġu adottati l-miżuri meħtieġa għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal azzjonijiet ta' kooperazzjoni territorjali.

(2)  L-Artikolu 174 tat-TFUE jirrikonoxxi l-isfidi li jiffaċċjaw ir-reġjuni tal-fruntiera u jistipula li l-Unjoni jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lil dawn ir-reġjuni, meta tiżviluppa u twettaq azzjonijiet li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni. Minħabba ż-żieda fin-numru tal-fruntieri territorjali u marittimi, l-Unjoni u l-eqreb ġirien tagħha fl-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association, "EFTA") għandhom 40 fruntiera interni fuq l-art.

(2a)   Biex tittejjeb il-ħajja taċ-ċittadini fir-reġjuni transfruntiera fil-fruntieri marittimi jew fir-reġjuni transfruntiera bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-użu ta' mekkaniżmu li jsolvi l-ostakli legali u amministrattivi jiġu estiżi għal dawk ir-reġjuni transfruntiera kollha tal-Unjoni, filwaqt li jiġi rispettat id-dritt tal-Unjoni. [Em. 1]

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE"(6) ("il-Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri") il-Kummissjoni tfisser li matul l-aħħar deċennji, il-proċess ta' integrazzjoni Ewropea għen lir-reġjuni tal-fruntiera interni sabiex jittrasformaw minn żoni prinċipalment periferali għal żoni ta' tkabbir u opportunitajiet. It-tlestija tas-Suq Uniku fl-1992 tat spinta lill-produttività tal-Unjoni u naqqset l-ispejjeż permezz tal-abolizzjoni tal-formalitajiet tad-dwana, l-armonizzazzjoni jew ir-rikonoxximent reċiproku ta' regoli tekniċi u prezzijiet aktar baxxi b'riżultat tal-kompetizzjoni; il-kummerċ intra-UE żdied bi 15 % fuq 10 snin; ġie ġġenerat tkabbir addizzjonali u nħolqu madwar 2,5 miljun impjieg aktar.

(4)  Il-Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntiera tat prova wkoll tal-fatt li għad hemm numru ta' ostakli legali fir-reġjuni tal-fruntiera, speċjalment dawk relatati mas-servizzi tas-saħħa, ir-regolamentazzjoni tax-xogħol, it-taxxi, l-iżvilupp tan-negozju u l-ostakli marbutin ma' differenzi f'kulturi amministrattivi u oqfsa legali nazzjonali. La l-finanzjament tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea u lanqas l-appoġġ istituzzjonali għall-kooperazzjoni mir-Raggruppamenti Ewropej tal-Kooperazzjoni Territorjali (REKT) ma huma biżżejjed waħedhom sabiex jindirizzaw is-soluzzjoni għal dawk l-ostakli li jikkostitwixxu ostakli reali għal kooperazzjoni effettiva.

(5)  Sa mill-1990, programmi taħt l-għan tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, magħrufin aħjar bħala "Interreg"(7) appoġġaw programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera tul reġjuni tal-fruntiera tal-Unjoni inklużi dawk mal-pajjiżi tal-EFTA. Iffinanzja eluf ta' proġetti u inizjattivi li għenu biex titjieb l-integrazzjoni Ewropea. Il-kisbiet ewlenin tal-programmi Interreg jinkludu: aktar fiduċja, konnettività ogħla, ambjent imtejjeb, saħħa aħjar u t-tkabbir ekonomiku. Minn proġetti bejn in-nies permezz ta' investimenti u appoġġ fl-infrastruttura sa inizjattivi ta' kooperazzjoni istituzzjonali, Interreg għamel differenza ġenwina fir-reġjuni tal-fruntiera u tat kontribut għat-trasformazzjoni tagħhom. Interreg appoġġa wkoll il-kooperazzjoni fuq ċerti fruntieri marittimi. Madankollu, l-ostakli legali ma humiex kwistjoni daqstant kbira fejn jidħlu r-reġjuni tal-fruntiera marittimi, minħabba l-impossibbiltà fiżika li l-persuni jaqsmu l-fruntiera kuljum jew bosta drabi fil-ġimgħa minħabba xogħol, edukazzjoni u taħriġ, xiri, l-użu ta' faċilitajiet u servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jew kombinament ta' dawn jew għal interventi ta' emerġenza ta’ malajr.

(6)  L-appoġġ finanzjarju minn Interreg għall-kooperazzjoni transfruntiera ġie kkumplementat mir-REKT, stabbiliti sa mill-2006 bir-Regolament (UE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). Madankollu, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006, ir-REKT ma jistgħux jeżerċitaw setgħat regolatorji biex jissolvew ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier.

(7)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Reġjuni tal-Fruntieri, il-Kummissjoni rreferiet fost miżuri oħra għal inizjattiva mibdija taħt il-Presidenza tal-Lussemburgu fl-2015: Numru ta' Stati Membri qiegħdin jikkunsidraw il-merti ta' strument ġdid sabiex jissimplifikaw proġetti transfruntiera billi jagħmlu possibbli, fuq bażi volontarja u bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti inkarigati, li r-regoli ta' Stat Membru wieħed jiġu applikati fl-Istat Membru ġar. Dan ikun japplika għal xi proġett individwali jew xi azzjoni limitata fiż-żmien, lokalizzata f’reġjun tal-fruntiera u mibdija minn l-awtoritajiet pubbliċi lokali jew reġjonali.

(8)  Anki jekk diġà jeżisti numru ta' mekkaniżmi effettivi għall-kooperazzjoni transfruntiera f'livell intergovernattiv, reġjonali u lokali f'ċerti reġjuni tal-Unjoni, dawn ma jkoprux ir-reġjuni kollha tal-fruntiera fl-Unjoni. Sabiex is-sistemi eżistenti jiġu kkomplimentati, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu volontarju biex jirrisolvi l-ostakli legali u amministrattivi fir-reġjuni tal-fruntiera kollha (“il-Mekkaniżmu”), iżda dan ma jimpedixxix il-ħolqien ta' mekkaniżmi komparabbli alternattivi skont il-bżonnijiet speċifiċi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. [Em. 2]

(9)  B'rispett sħiħ għall-istruttura kostituzzjonali u istituzzjonali tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-użu tal-Mekkaniżmu jkun huwa volontarju fir-rigward ta' dawk ir-reġjuni tal-fruntiera ta' Stat Membru partikolari fejn jeżisti mekkaniżmu effettiv ieħor jew li jista' jiġi stabbilit mal-Istat Membru ġar. Dan jenħtieġ li jikkonsisti minn żewġ miżuri: l-iffirmar u l-konklużjoni ta' Impenn Transfruntier Ewropew ("Impenn") jew l-iffirmar ta’ Dikjarazzjoni Transfruntiera Ewropea ("Dikjarazzjoni"). Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jagħżlu l-istrument li huma jqisu aktar vantaġġjuż. [Em. 3]

(9a)   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-pajjiżi, l-entitajiet jew ir-reġjuni involuti jenħtieġ li jadottaw, bi qbil mal-kompetenzi speċifiċi tagħhom definiti kostituzzjonalment u legalment, is-soluzzjoni legali ad hoc proposta qabel jikkonkludu u jiffirmaw l-Impenn jew jiffirmaw id-Dikjarazzjoni skont dan ir-Regolament. [Em. 4]

(10)  Jenħtieġ li l-Impenn jiskatta b’mod awtonomu, li jfisser li skont il-konklużjoni tal-Impenn ċerti dispożizzjonijiet legali ta' Stat Membru wieħed jiġu applikati fit-territorju tal-Istat Membru ġar. Jenħtieġ li jkun aċċettabbli wkoll li l-Istati Membri jadottaw xi att leġiżlattiv li jippermetti l-konklużjoni ta' Impenn, sabiex jiġi evitat li ssir deroga minn leġiżlazzjoni nazzjonali formalment adottata minn korp leġiżlattiv minn xi awtorità oħra minbarra dak il-korp leġiżlattiv u bi ksur taċ-ċarezza legali u tat-trasparenza jew it-tnejn li huma.

(11)  Id-Dikjarazzjoni xorta tkun tiirrikjedi tirrikjedi proċedura leġiżlattiva fl-Istat Membru. Jenħtieġ li l-awtorità li tikkonkludi d-Dikjarazzjoni tagħmel dikjarazzjoni formali li sa ċerta skadenza tikkawża l-bidu tal-proċedura leġiżlattiva meħtieġa sabiex tiġi emendata l-liġi nazzjonali normalment applikabbli u sabiex tapplika, b'deroga espliċita, il-liġi ta' Stat Membru ġar, sabiex jitneħħew l-ostakli għall-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti transfruntiera. [Em. 5]

(12)  L-ostakli legali jinħassu l-aktar minn persuni li jinteraġixxu fuq il-fruntiera tal-art, bħall-ħaddiema transfruntiera, minħabba li n-nies jaqsmu l-fruntieri kuljum jew kull ġimgħa. Sabiex l-effett ta’ dan ir-Regolament jiġi kkonċentrat fir-reġjuni l-aktar qrib il-fruntiera u bl-ogħla livell ta' integrazzjoni u interazzjoni bejn Stati Membri ġirien, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal reġjuni transfruntiera fi ħdan it-tifsira tat-territorju kopert minn reġjuni territorjali ġirien transfruntiera fuq l-art jew fil-baħar ġirien f'żewġ Stati Membri jew aktar f'reġjuni tal-livell 3 NUTS(9). Jenħtieġ li dan ma jżommx lill-Istati Membri milli japplikaw il-Mekkaniżmu wkoll għal fruntieri marittimi u esterni għajr dawk ta' mal-pajjiżi tal-EFTA, fuq bażi volontarja fir-rigward tal-partijiet ikkonċernati kollha. [Em. 6]

(13)  Sabiex jikkoordina l-kompiti tal-awtoritajiet differenti li f'xi Stati Membri se jinkludu korpi leġiżlattivi nazzjonali u reġjonali, fi ħdan Stat Membru partikolari u bejn dawk ta' Stat Membru ġar jew Stati Membri ġirien, jenħtieġ li kull Stat Membru li jagħżel il-Mekkaniżmu jkun obbligat li jistabbilixxi punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali u, fejn applikabbli xieraq, reġjonali, u jiddefinixxi l-kompiti u l-kompetenzi tagħhom matul l-istadji differenti tal-Mekkaniżmu li jkopru l-bidu, il-konklużjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet. [Em. 7]

(14)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi punt ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, kif imħabbar fil-Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni fil-Fruntieri. Jenħtieġ li dak il-punt ta' koordinazzjoni jikkollabora mal-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali u, fejn rilevanti, reġjonali differenti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi u żżomm database dwar l-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10).

(15)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċedura sabiex jiġu konklużi Impenn jew Dikjarazzjoni u jiddeskrivi l-passi differenti fid-dettall; it-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' dokument ta' inizjattiva, analiżi preliminari mill-Istat Membru li għandu japplika d-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru ġar, il-preparazzjoni tal-Impenn jew id-Dikjarazzjoni li għandhom jiġu konklużi u finalment il-proċedura tal-konklużjoni kemm għall-Impenn kif ukoll għad-Dikjarazzjoni. Jenħtieġ ukoll li l-elementi li għandhom jiġu koperti fid-dokument ta’ inizjattiva, l-abbozzi ta’ Impenn u Dikjarazzjoni, l-Impenn u d-Dikjarazzjoni finali jiġu stabbiliti fid-dettall, kif ukoll l-iskadenzi korrispondenti.

(16)  B’mod aktar speċifiku, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiddefinixxi min jista’ jkun inizjatur ta’ proġett konġunt. Billi jenħtieġ li l-Mekkaniżmu jtejjeb l-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti transfruntiera, jenħtieġ li l-ewwel grupp ikun il-korpi ta' inizjazzjoni jew kemm ta' inizjazzjoni kif ukoll implimentazzjoni ta' tali proġett konġunt. Jenħtieġ li t-terminu proġett jinftiehem f'sens wiesa', li jkopri kemm oġġett speċifiku ta' infrastruttura u / jew numru ta' attivitajiet fir-rigward ta' ċertu territorju, jew it-tnejn. It-tieni, jenħtieġ li awtorità lokali jew reġjonali li tinsab f'xi reġjun transfruntier partikolari jew li teżerċita setgħa pubblika f'dak ir-reġjun transfruntier tingħata s-setgħa li tieħu l-inizjattiva li tapplika d-dritt nazzjonali li jikkostitwixxi ostaklu, iżda l-emenda jew id-deroga tagħha tkun barra mill-kompetenza istituzzjonali tagħha. It-tielet, jenħtieġ li korpi li ġew stabbiliti għal kooperazzjoni transfruntiera li jinsabu jew li jkopru mill-inqas parzjalment reġjun transfruntier partikolari, inklużi REKT, jew korpi simili li jorganizzaw żvilupp transfruntiera b'mod strutturat, ikunu inizjaturi. Fl-aħħarnett, jenħtieġ li korpi speċjalizzati f'kooperazzjoni transfruntiera li jistgħu jkunu konxji wkoll ta' soluzzjonijiet effettivi li jinstabu f'postijiet oħrajn fl-Unjoni għal kwistjoni paragunabbli wkoll ikunu jistgħu jibdew inizjattiva. Sabiex tinħoloq sinerġija ta' korpi direttament affettwati mill-ostaklu u dawk esperti fil-kooperazzjoni transfruntiera b'mod ġenerali, il-gruppi kollha jistgħu jinizjalaw il-Mekkaniżmu b'mod konġunt.

(17)  Jenħtieġ li l-attur ewlieni fl-Istati Membri mitluba li jikkonkludu Impenn jew Dikjarazzjoni ikunu l-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera li għandhom jikkollaboraw mal-awtoritajiet kompetenti kollha fl-Istat Membru tagħhom u mal-kontroparti tagħhom fl-Istat Membru ġar. Jenħtieġ li jkun stabbilit ukoll b'mod ċar li l-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera jistgħu jiddeċiedu jekk għandhiex titnieda proċedura li twassal għall-konklużjoni ta' Impenn jew Dikjarazzjoni jew jekk tkunx diġà nstabet soluzzjoni għal ostaklu legali wieħed jew aktar li tista' tiġi applikata. Min-naħa l-oħra jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li l-Istat Membru li d-dispożizzjonijiet legali tiegħu għandhom jiġu applikati fl-Istat Membru l-ieħor jista' jirrifjuta tali applikazzjoni barra mit-territorju tiegħu. Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni tkun debitament iġġustifikata u kkomunikata fi żmien xieraq lis-sħab kollha. [Em. 8]

(18)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ Impenji u Dikjarazzjonijiet li għandhom jiġu konklużi u ffirmati.

(19)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' Impenn b'awtoeżekuzzjoni jikkonsisti fl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali ta' Stat Membru ieħor fil-kuntest tal-implimetazzjoni ta' proġetti konġunti. Jenħtieġ li dan ikun ifisser jew l-emenda ta' atti amministrattivi legalment vinkolanti li diġà ġew adottati b'mod konformi mad-dritt nazzjonali ġeneralment applikabbli b'mod normali jew, fejn dan ikun għadu ma sarx, l-adozzjoni ta' atti amministrattivi ġodda bbażati fuq il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor fi skadenza miftiehma mas-sħab kollha sabiex ikunu jistgħu jitniedu proġetti konġunti fi żmien xieraq. Jekk diversi awtoritajiet ikunu responsabbli kull waħda għal aspetti differenti ta' xi ostaklu legali kumpless, jenħtieġ li l-Impenn ikun akkumpanjat minn skeda ta' żmien għal kull wieħed minnhom. Jenħtieġ li r-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-adozzjoni u t-trażmissjoni ta' dawk l-atti amministrattivi ġodda jew emendati jsegwu l-liġi nazzjonali dwar proċeduri amministrattivi. [Em. 9]

(20)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ Dikjarazzjonijiet tkun tikkonsisti prinċipalment fil-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' proposta leġiżlattiva sabiex temenda l-liġi nazzjonali eżistenti jew tidderoga minnha. Wara l-adozzjoni, jenħtieġ li dawk l-emendi jew derogi jsiru pubbliċi u mbagħad jiġu implimentati wkoll bħall-Impenji permezz tal-emenda u l-adozzjoni ta' atti amministrattivi legalment vinkolanti.

(21)  Fuq il-bażi tal-atti legalment vinkolanti, jenħtieġ li r-rispett tal-obbligi u d-drittijiet tad-destinatarji jiġi ssorveljati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu jekk dik is-sorveljanza għandhiex issir mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ittrasferixxa d-dispożizzjonijiet legali tiegħu minħabba li dawk l-awtoritajiet ikunu jafu aħjar dawk ir-regoli jew jekk dik is-sorveljanza għandhiex issir mill-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn dawk id-dispożizzjonijiet se jkunu applikati minħabba li dawk l-awtoritajiet ikunu jafu aħjar il-kumplament tas-sistema legali tal-Istati Membri li jagħmlu l-impenn u l-liġi li tirregola d-destinatarji.

(22)  Jenħtieġ li l-protezzjoni ta' persuni residenti fir-reġjuni transfruntiera direttament jew indirettament affettwati mill-applikazzjoni u l-monitoraġġ ta' xi Impenn u l-leġiżlazzjoni emendata skont xi Dikjarazzjoni, li jqisu li jkun sarilhom dannu minħabba atti jew ommissjonijiet mill-applikazzjoni, tiġi ċċarata. Kemm fil-każ ta’ Impenji kif ukoll ta’ Dikjarazzjonijiet, il-liġi tal-Istat Membru ġar tkun applikata fl-Istat Membru li jikkommetti kif inkorporata fil-leġiżlazzjoni tiegħu stess u jenħtieġ għalhekk li l-protezzjoni legali tkun f’idejn il-qrati tal-Istati Membri li jikkommettu anki meta l-persuni jkollhom ir-residenza legali tagħhom fl-Istat Membru li jittrasferixxi. Jenħtieġ li l-istess prinċipju japplika għar-rimedju legali kontra l-Istat Membru li l-att amministrattiv tiegħu huwa kkontestat. Madankollu, jenħtieġ li jiġi applikat approċċ differenti għar-rimedju legali kontra l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Impenn jew id-Dikjarazzjoni. Jekk awtorità mill-Istat Membru li jittrasferixxi tkun aċċettat li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali emendati tal-Istat Membru li jagħmel impenn u tista' taġixxi fir-rigward ta' persuni residenti fiż-żona transfuntiera f'isem l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jagħmel impenn, iżda f'isimha stess, jenħtieġ li l-qrati kompetenti jkunu dawk tal-Istat Membru fejn dawk il-persuni għandhom ir-residenza legali tagħhom. Min-naħa l-oħra, meta l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi ma tkunx tista taġixxi f'isimha, iżda f'isem l-awtorità kompetent li tagħmel l-impenn, jenħtieġ li l-qrati kompetenti jkunu dawk tal-Istat Membru li jagħmel l-impenn, irrispettivament mir-residenza legali tal-persuna.

(23)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tiegħu u dwar l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tar-regoli ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom.

(24)  Sabiex jiġi stabbilit database skont l-Artikolu 787, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni sabiex tkun tista’ tistabbilixxi regoli dwar it-tħaddim tiegħu, dwar il-protezzjoni tad-data u l-mudell li għandu jintuża meta l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u dwar l-użu tal-Mekkaniżmu tintbagħat mill-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11). Jenħtieġ li għal skopijiet prattiċi u ta' koordinazzjoni, il-"Kumitat ta' Koordinazzjoni għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej" ikun il-kumitat kompetenti għall-proċedura tal-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni. [Em. 10]

(25)  Ir-regoli nazzjonali ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw liema reġjuni tal-fruntiera ta' Stat Membru partikolari huma koperti mill-Impenn jew Dikjarazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni se tkun f'pożizzjoni li tivvaluta jekk, għall-fruntiera li ma tkunx imsemmija, l-Istati Membri ikunx għażel mekkaniżmu differenti. [Em. 11]

(26)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), id-dritt għall-edukazzjoni (l-Artikolu 14), il-libertà li tintgħażel okkupazzjoni u d-dritt għax-xogħol (l-Artikolu 15), b'mod partikolari l-libertà tat-tiftix ta’ impjieg, li jiġi eżerċitat id-dritt ta' stabbiliment u li jiġu pprovduti servizzi f'kull Stat Membru, il-libertà ta' impriża (l-Artikolu 16), l-aċċess għas-sigurtà soċjali u assistenza soċjali (l-Artikolu 34), l-aċċess għall-kura tas-saħħa (l-Artikolu 35), u l-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (l-Artikolu 36) u livell għoli ta' protezzjoni ambjentali b'mod konformi mal-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli (l-Artikolu 37). [Em. 12]

(27)  Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni territorjali jinħolqu skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). L-Istati Membri wettqu inizjattivi individwali, bilaterali jew saħansitra multilaterali sabiex isolvu ostakli legali tal-fruntiera. Madankollu, dawk il-mekkaniżmi ma jeżistux fl-Istati Membri kollha jew mhux għall-fruntieri kollha ta' Stat Membru partikolari. L-istrumenti ta' finanzjament (prinċipalment Interreg) u l-istrumenti legali (prinċipalment REKT) ipprovduti fil-livell tal-Unjoni issa ma kinux biżżejjed sabiex jiġu solvuti ostakli legali tal-fruntiera madwar l-Unjoni. L-objettivi tal-azzjoni proposta konsegwentement ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, kemm f'livell ċentrali jew f'livell reġjonali u lokali, iżda pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mil-leġiżlatur tal-Unjoni.

(28)  kont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) TUE, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li ma jaqbżux dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattati. L-użu tal-Mekkaniżmu speċifiku stabbilit b'dan ir-Regolament biex jiġu solvuti l-ostakli legali fir-reġjuni transfruntiera huwa volontarju u bl-ebda mod ma jipprekludi l-użu ta' strumenti komparabbli alternattivi. Jekk Stat Membru jiddeċiedi, rigward fruntiera speċifika proġett konġunt speċifiku ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, li jkompli jsolvi ostakli legali f'reġjun transfruntiera speċifiku bil-mekkaniżmi effettivi li jkun stabbilixxa fil-livell nazzjonali jew li jkun stabbilixxa b'mod formali jew b'mod informali, flimkien ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, il-Mekkaniżmu stabbilit skont dan ir-Regolament ma għandux għalfejn jintgħażel. Bl-istess mod, meta Stat Membru jiddeċiedi, rigward fruntiera speċifika proġett konġunt speċifiku ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, biex jingħaqad ma' mekkaniżmu effettiv eżistenti stabbilit b'mod formali jew b'mod informali minn wieħed mill-Istati Membri ġirien jew aktar, sakemm dak il-mekkaniżmu jippermetti l-adeżjoni, għal darb'oħra, il-Mekkaniżmu mwaqqaf skont dan ir-Regolament ma għandux għalfejn jintgħażel. Fl-aħħar nett, meta Stat Membru jiddeċiedi flimkien ma' Stat Membru ġar jew Stati Membri ġirien, li jwaqqaf b'mod formali jew b'mod informali mekkaniżmu effikaċi ġdid biex jiġu solvuti l-ostakli legali li jxekklu l-implimentazzjoni ta' proġett konġunt f'reġjuni transfruntiera, il-Mekkaniżmu mwaqqaf skont dan ir-Regolament ma għandux għalfejn jintgħażel. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu għal dawk ir-reġjuni transfruntiera, li għalihom l-Istati Membri ma għandhom l-ebda mekkaniżmu effiċjenti sabiex isolvu l-ostakli legali fis-seħħ. [Em. 13]

(28a)   Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà. Ma jaffettwax, bi kwalunkwe mod, is-sovranità tal-Istati Membri u ma jikkontradixxix il-kostituzzjonijiet tagħhom. [Em. 14]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu volontarju li jippermetti l-applikazzjoni fi Stat Membru wieħed, fir-rigward ta' reġjun proġett konġunt singolu f'reġjun transfruntier, tad-dispożizzjonijiet legali minn Stat Membru ieħor, fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali ta' dak tal-ewwel tkun tikkostitwixxi ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali li jfixkel jfixklu l-implimentazzjoni ta' xi Proġett konġunt ("il-Mekkaniżmu"). [Em. 15]

2.  Il-mekkaniżmu għandu jikkonsisti f’waħda minn dawn il-miżuri li ġejjin:

(a)  il-konklużjoni ta’ Impenn Ewropew Transfruntier, li jaħdem b’awtoeżekuzzjoni,

(b)  il-konklużjoni ta’ Dikjarazzjoni Ewropea Transfruntiera li tkun teħtieġ proċedura leġiżlattiva fl-Istat Membru.

3.  Dan ir-Regolament jistipula wkoll

(a)  l-organizzazzjoni u l-kompiti tal-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera fl-Istati Membri,

(b)  ir-rwol ta' koordinazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Mekkaniżmu,

(c)  il-protezzjoni legali ta' persuni residenti f'reġjun transfruntier jew dawk li jgħixu hemm għal perjodu limitat fir-rigward tal-Mekkaniżmu. [Em. 16]

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament japplika għal reġjuni trasnfruntiera kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3.

2.  Jekk Stat Membru jinkludi diversi entitajiet territorjali b'setgħat leġiżlattivi, dan ir-Regolament għandu japplika għal dawk l-entitajiet territorjali, inklużi l-awtoritajiet i jew id-dispożizzjonijiet legali tagħhom.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "reġjun transfruntier" tfisser it-territorju kopert minn reġjuni tal-fruntiera fuq l-art jew fil-baħar ġirien f'żewġ Stati Membri jew aktar f'reġjuni tal-livell 3 NUTS; [Em. 17]

(2)  "proġett konġunt" tfisser kwalunkwe oġġett ta' infrastruttura b'impatt f'reġjun transfruntier partikolari jew kwalunkwe servizz ta' interess ekonomiku ġenerali pprovdut f'reġjun transfruntier partikolari, irrispettivament minn jekk dan l-impatt jinħassx fiż-żewġ naħat tal-fruntiera jew f'naħa waħda tagħha biss; [Em. 18]

(3)  "dispożizzjoni legali" tfisser kwalunkwe dispożizzjoni, regola jew prattika amministrattiva legali jew amministrattiva applikabbli għal proġett konġunt, irrispettivament minn jekk ikunux adottati jew implimentati minn korp leġiżlattiv jew eżekuttiv;

(4)  “ostaklu legali” tfisser kwalunkwe dispożizzjoni legali fir-rigward tal-ippjanar, l-iżvilupp, il-persunal, il-finanzjament jew il-funzjonament ta’ proġett konġunt li jostakola l-potenzjal inerenti ta’ reġjun tal-fruntiera meta jkun hemm interazzjoni minn naħa għal oħra tal-fruntiera;

(5)  “inizjatur” tfisser l-attur li jidentifika l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali u jiskatta l-Mekkaniżmu billi jippreżenta dokument ta’ inizjattiva; [Em. 19]

(6)  "dokument ta' inizjattiva" tfisser id-dokument ippreparat minn inizjatur wieħed jew aktar sabiex jinbeda l-Mekkaniżmu;

(7)  "Stat Membru li jagħmel impenn" tfisser l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu se jiġu applikati dispożizzjonijiet legali waħda jew aktar minn Stat Membru li jittrasferixxi taħt xi Impenn Ewropew Transfruntier (“Impenn”) jew Dikjarazzjoni Ewropea Transfruntiera (“Dikjarazzjoni”) jew fejn, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni legali xierqa fil-qafas legal, tkun se tiġi stabbilita soluzzjoni legali ad hoc;

(8)  "Stat Membru li jittrasferixxi" tfisser l-Istat Membru li d-disposizzjonijiet legali tiegħu jkunu se japplikaw fl-Istat Membru li jagħmel impenn taħt xi Impenn jew Dikjarazzjoni;

(9)  "awtorità kompetenti li tagħmel impenn" tfisser l-awtorità fl-Istat Membru li jagħmel impenn li tkun kompetenti sabiex taċċetta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru li jittrasferixxi fit-territorju tiegħu taħt xi Impenn partikolari jew, fil-każ ta' Dikjarazzjoni, sabiex timpenja ruħha li tibda l-proċedura meħtieġa għal deroga mid-dispożizzjonijiet legali domestiċi tagħha;

(10)  "awtorità kompetenti li tittrasferixxi" tfisser l-awtorità fl-Istat Membru li jittrasferixxi, kompetenti għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet legali li jkunu se jiġu applikati fl-Istati Membru li jagħmel impenn u għall-applikazzjoni tagħhom fit-territorju tagħha stess, jew għat-tnejn li huma;

(11)  "żona ta' applikazzjoni" tfisser iż-żona fl-Istat Membru li jagħmel impenn fejn għandha tapplika d-dispożizzjoni legali tal-Istat Membru li jittrasferixxi jew soluzzjoni legali ad hoc.

Artikolu 4

L-opzjonijiet tal-Istati Membri biex isolvu ostakli legali

1.  Kull Stat Membru għandu L-Istati Membri jistgħu jew jagħżel il-Mekkaniżmu jagħżlu l-Mekkaniżmu jew inkella jagħżel jagħżlu modi eżistenti oħra sabiex isolvi isolvu ostakli legali li jfixklu l-implimentazzjoni ta' xi proġett konġunt f'reġjuni transfruntiera ma’ Stat Membru ġar, wieħed, jew aktar. [Em. 20]

2.  Stat Membru jista' , fir-rigward ta' fruntiera speċifika proġett konġunt f'reġjuni transfruntiera, ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, jingħaqad ma' mod effettiv eżistenti stabbilit b'mod formali jew b'mod informali minn Stat Membru ġar wieħed jew aktar jew għandu japplika l-Mekkaniżmu fir-rigward tad-Dikjarazzjoni. [Em. 21]

3.  L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw japplikaw il-Mekkaniżmu f'reġjuni transfruntiera fuq fruntieri marittimi jew fir-reġjuni transfruntiera għal proġett konġunt f'reġjun transfruntier bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz pajjiżi terzi wieħed jew aktar jew pajjiż jew territorju barrani wieħed jew aktar fuq bażi volontarja lill-partijiet ikkonċernati. [Em. 22]

4.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera

1.  Jekk Kull Stat Membru jagħżel il-Mekkaniżmu, huwa għandu jistabbilixxi għandu jistabbilixxi jew jagħżel Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera, wieħed jew aktar, b’wieħed mill-modi li ġejjin: [Em. 23]

(a)  jinnomina, fil-livell nazzjonali jew reġjonali jew fiż-żewġ livelli, Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera bħala korp separat;

(b)  jistabbilixxi Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera fi ħdan awtorità jew korp eżistenti, fil-livell nazzjonali jew reġjonali;

(c)  jafda awtorità jew korp xierqa bil-kompiti addizzjonali bħala Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali jew reġjonali.

2.  L-Istati Membri li jikkommettu u l-Istati Membri li jittrasferixxu għandhom jiddeterminaw ukoll:

(a)  jekk ikunx il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera jew xi awtorità kompetenti li tagħmel impenn/tittrasferixxi li jistgħu jikkonkludu u jiffirmaw Impenn, u jiddeċiedu d-dritt nazzjonali applikabbli li minnu tkun se ssir deroga mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak l-Impenn; jew

(b)  jekk ikunx il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera jew xi awtorità kompetenti li tagħmel impenn/tittrasferixxi li jistgħu jiffirmaw Dikjarazzjojni u jiddikjaraw formalment fiha li l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn tkun se tagħmel dak li hu meħtieġ sabiex atti leġiżlattivi jew atti oħra jittieħdu mill-korpi leġiżlattivi kompetenti f'dak l-Istat Membru sa skadenza partikolari.

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera maħtura sad-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Il-kompiti tal-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera

1.  Kull Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera għandu jkollu mill-inqas il-kompiti li ġejjin:

(a)  jimplimenta l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 u 11;

(b)  jikkoordina l-preparazzjoni, l-iffirmar, l-implimentazzjoni u s-sorveljanza għall-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw it-territorju tal-Istat Membru tiegħu;

(c)  jibni u jwettaq manutenzjoni ta' database li tkopri l-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kollha li jikkonċernaw it-territorju tal-Istat Membru tiegħu;

(d)  jikkollabora, fejn ikunu jeżistu, mal-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera fl-Istat jew Stati Membri ġirien u mal-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera f’entitajiet territorjali oħra b'setgħat leġiżlattivi tal-Istat Membru tiegħu jew Stat Membru ieħor; [Em. 24]

(e)  jikkollabora mal-Kummissjoni;

(f)  jagħti l-għajnuna tiegħu lill-Kummissjoni rigward id-database dwar id-Dikjarazzjonijiet u l-Impenji.

2.  Kull Stat Membru jew kull entità territorjali b'setgħat leġiżlattivi f'dak l-Istat Membru tista' tiddeċiedi li tafda l-Punt ta’ Koordinazjoni Transfruntiera rispettiv anki bil-kompiti li ġejjin:

(a)  fejn applikabbli, li jikkonkludi Impenji jew Dikjarazzjonijiet skont l-Artikoli 16(2) u 17(2);

(b)  b'talba minn inizjatur partikolari, jappoġġa lil dak l-inizjatur billi, fost affarijiet oħrajn, jidentifika l-awtorità kompenenti li tagħmel impenn fl-istess Stat Membru jew l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi fi Stat Membru ieħor;

(c)  b'talba minn awtorità kompetenti partikolari li tagħmel impenn li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor mingħajr il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tiegħu stess, iwettaq l-analiżi preliminari ta' dokument ta' inizjattiva; [Em. 25]

(d)  jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet kollha li jikkonċernaw it-territorju tal-Istat Membru tiegħu;

(e)  ifakkar lill-awtorità kompetenti li tagħmel impenn biex tkun konformi mal-iskadenzi kif stabbiliti f'xi Impenn jew Dikjarazzjoni u jitlob risposta fi skadenza partikolari;

(f)  jinforma lill-awtorità li tissorvelja l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn dwar l-iskadenzi maqbuża kif stabbilit f'xi Impenn jew Dikjarazzjoni.

3.  Jekk mill-inqas wieħed fost ostakli legali oġrajn ikun jikkonċerna kwistjoni ta' kompetenza leġiżlattiva fil-livell nazzjonali, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali għandu jieħu f’idejh il-kompiti stabbiliti fl-Artikoli minn 9 sa 17 u jikkoordina mal-Punt jew Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera reġjonali rilevanti fl-istess Stat Membru, sakemm l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li l-kompiti stabbiliti fl-Artikoli minn 14 sa 17 għandhom jiġu afdati f’idejn awtorità kompetenti li tagħmel impenn fil-livell nazzjonali.

4.  Jekk l-ebda wieħed mill-ostakli legali ma jkun jikkonċerna kwistjoni ta' kompetenza leġiżlattiva fil-livell nazzjonali, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti reġjonali għandu jieħu f’idejh il-kompiti stabbiliti fl-Artikoli minn 9 sa 17 u jikkoordina mal-Punt jew Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera reġjonali fl-istess Stati Membri, fil-każijiet fejn ikun hemm aktar minn entità territorjali waħda li tkun ikkonċernata mill-proġett konġunt, sakemm l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li l-kompiti stabbiliti fl-Artikoli minn 14 sa 17 għandhom jiġu fdati f’idejn Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali. Dan il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera reġjonali kompetenti għandu jżomm lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali infurmat dwar kwalunkwe Impenn jew Dikjarazzjoni.

Artikolu 7

Ir-rwol ta' koordinazzjoni tal-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq il-kompiti ta' koordinazzjoni li ġejjin:

(a)  tikkoordina mal-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera;

(b)  tippubblika toħloq, tippubblika u żżomm lista bażi ta' data aġġornata tal-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali u reġjonali kollha; [Em. 26]

(c)  tistabbilixxi u żżomm databse tal-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet kollha.

1a.  Il-Kummissjoni għandha tħejji strateġija ta' komunikazzjoni ta' appoġġ bil-għan li:

(a)  tippromwovi l-iskambju ta' prattiki tajba;

(b)  tipprovdi informazzjoni prattika u interpretazzjoni tas-suġġett u l-enfasi tematika ta' dan ir-Regolament; u

(c)  tiċċara l-proċedura preċiża għall-konklużjoni ta' Impenn jew Dikjarazzjoni. [Em. 27]

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-funzjonament tad-database li ssir referenza għaliha fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-formoli li għandhom jintużaw meta tiġi ppreżentata informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u dwar l-użu tal-Mekkaniżmu minn xi Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 23(2).

KAPITOLU II

Proċedura għall-konklużjoni ta’ Impenn jew għall-iffirmar ta’ Dikjarazzjoni

Artikolu 8

Preparazzjoni u preżentazzjoni tad-dokument ta' inizjattiva

1.  L-inizjatur għandu jidentifika l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali fir-rigward tal-ippjanar, l-iżvilupp, il-persunal, il-finanzjament jew it-tħaddim ta' proġett konġunt. [Em. 28]

2.  L-inizjatur għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  il-korp pubbliku jew privat responsabbli għall-inizjazzjoni jew responsabbli kemm għall-inizjazzjoni u għall-implimentazzjoni ta' proġett konġunt;

(b)  l-awtorità jew awtoritajiet lokali jew reġjonali li jinsabu f'reġjun transfruntier partikolari jew li jeżerċitaw setgħa pubblika f'dak ir-reġjun transfruntier;

(c)  korp b'personalità ġuridika jew mingħajrha stabbilit għal kooperazzjoni transfruntiera li jkun jinsab jew ikopri, mill-inqas parzjalment, reġjun transfruntier partikolari, inklużi raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006, l-Ewroreġjuni, l-Euregios u korpi simili;

(d)  organizzazzjoni stabbilita f'isem reġjuni transfruntiera bil-għan li tippromwovi l-interessi ta' territorji transfruntiera u tiffaċilita n-netwerking ta' atturi u l-iskambju ta' esperjenzi, bħall-Assoċjazzjoni ta' Reġjuni mal-Fruntieri Ewropej, il- Mission Opérationnelle Transfrontalière jew is-Servizz tal-Ewropa Ċentrali għall-Inizjattivi Transfruntiera; jew

(e)  għadd ta’ entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) b'mod konġunt.

3.  L-inizjatur għandu jipprepara dokument ta' inizjattiva abbozzat skont l-Artikolu 9.

4.  L-inizjatur għandu jippreżenta d-dokument ta' inizjattiva lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn u jibgħat kopja lill-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi.

Artikolu 9

Kontenut tad-dokument ta' inizjattiva

1.  Id-dokument ta’ inizjattiva għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni tal-proġett konġunt u tal-kuntest tiegħu, tal-ostaklu ta' wieħed jew aktar mill-ostakli legali korrispondenti fl-Istat Membru li jikkommetti jagħmel impenn kif ukoll tar-raġunar għas-soluzzjoni tal-ostaklu ta' wieħed u aktar mill-ostakli legali; [Em. 29]

(b)  lista tad-dispożizzjonijiet legali speċifiċi tal-Istat Membru li jittrasferixxi li jsolvu l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali jew, jekk ma tkunx teżisti dispożizzjoni legali xierqa, proposta għal soluzzjoni legali ad hoc; [Em. 30]

(c)  ġustifikazzjoni għaż-żona ta' applikazzjoni;

(d)  it-tul previst jew, fejn iġġustifikat kif dovut, id-dewmien illimitat tagħha;

(e)  lista tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li tagħmel impenn;

(f)  lista tal-awtorità jew awtoritajiet kompetenti li jittrasferixxu.

2.  Iż-żona ta' applikazzjoni għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-proġett konġunt.

Artikolu 10

Analiżi preliminari tad-dokument ta' inizjattiva mill-Istat Membru jew l-Istati Membri li jikkommetti jagħmlu impenn jew li jittrasferixxu [Em. 31]

1.  Il-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu janalizza d-dokument ta' inizjattiva. Huwa għandu jikkollabora mal-awtoritajiet kollha kompetenti li jagħmlu impenn u mal-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali jew, fejn rilevanti, reġjonali oħra fl-Istat Membru li jikkommetti jagħmel impenn u mal-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali fl-Istat Membru li jittrasferixxi. [Em. 32]

1a.   Fi żmien tliet xhur wara li jirċievi d-dokument ta' inizjattiva, il-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jibgħat ir-reazzjoni preliminari tiegħu lill-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn. [Em. 33]

2.  Fi żmien tliet sitt xhur wara li jirċievi d-dokument ta’ inizjattiva, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jieħdu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu trasmessi lill-inizjatur bil-miktub: [Em. 34]

(a)  jinforma lill-inizjatur li d-dokument ta' inizjattiva ġie ppreparat skont l-Artikolu 9 u għalhekk huwa ammissibbli;

(b)  jitlob, jekk meħtieġ, li jintbagħat dokument ta' inizjattiva rivedut jew informazzjoni speċifika addizzjonali filwaqt li jiġi spjegat għaliex u f'liema aspett id-dokument ta' inizjattiva ma jkunx meqjus bħala suffiċjenti;

(c)  jinforma lill-inizjatur dwar il-valutazzjoni tiegħu li m'hemm l-ebda ostaklu legali waqt li jistipula r-raġunijiet u jirreferi wkoll għall-mezzi ta' rimedju legali kontra dik id-deċiżjoni skont il-liġi tal-Istat Membru li jagħmle impenn;

(d)  jinforma lill-inizjatur dwar il-valutazzjoni tiegħu li l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali jikkonsisti jikkonsistu f'wieħed mill-każijiet elenkati fl-Artikolu 12(4) u jiddeskrivi l-impenn tal-awtorità kompetenti li tagħmel impenn, biex tbiddel jew tadatta dak l-ostaklu legali; [Em. 35]

(e)  jinforma lill-inizjatur dwar il-valutazzjoni tiegħu li l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali jikkonsisti jikkonsistu f'waħda mis-sitwazzjonijiet taħt l-Artikolu 12(4) filwaqt li jispjega r-raġunijiet tiegħu sabiex jirrifjuta li jbiddel jew jadatta dak l-ostaklu legali u jirreferi għall-mezzi ta' rimedju legali kontra dik id-deċiżjoni skont il-liġi tal-Istat Membru li jagħmel impenn; [Em. 36]

(f)  jagħmel impenn favur l-inizjatur biex tinstab soluzzjoni għall-ostaklu jew l-ostakli legali fi żmien sitt xhur, jew billi jiffirma Impenn mal-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi jew mal-awtorità kompetenti li tittrasferixxi, kif maħtura mill-Istat Membru li jittrasferixxi, jew billi jipproponi soluzzjoni legali ad hoc fil-qafas legali tal-Istat Membru li jagħmel impenn;

(fa)  jorjenta mill-ġdid l-inizjatur biex jagħżel mekkaniżmu eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) biex isolvi wieħed jew aktar mill-ostakli legali li qed ifixklu l-implimentazzjoni tal-proġett konġunt jew jittrasmetti direttament d-dokument ta' inizjattiva lill-entità kompetenti fil-qafas tal-mekkaniżmu korrispondenti; [Em. 37]

(fb)  jinforma lill-inizjatur li wieħed jew aktar mill-Istati Membri kkonċernati ddeċidew li ma jsolvux wieħed jew aktar mill-ostakli legali identifikati mill-inizjatur filwaqt li jagħtu r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni bil-miktub. [Em. 38]

3.  F'każijiet debitament iġġustifikati, l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn tista' testendi l-iskadenza li ssir referenza għaliha fil-punt (f) tal-paragrafu 2 darba, sa massimu ta' sitt xhur u għandha tinforma lill-inizjatur u lill-Istat Membru li jittrasferixxi dwar dan, filwaqt li tistabbilixxi r-raġunijiet bil-miktub.

Artikolu 11

Analiżi preliminari tad-dokument ta' inizjattiva mill-Istat Membru li jittrasferixxi

Malli jirċievi dokument ta' inizjattiva, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jwettaq ukoll il-kompiti elenkati fl-Artikolu 10(2) u jista' jibgħat ir-reazzjoni preliminari tiegħu lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn. [Em. 39]

Artikolu 12

Segwitu dwar l-analiżi preliminari tad-dokument ta' inizjattiva

1.  Jekk il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istati Membri li jagħmel impenn jitlob dokument ta' inizjattiva rivedut jew informazzjoni speċifika addizzjonali, huwa għandu janalizza d-dokument ta' inizjattiva rivedut jew l-informazzjoni speċifika addizzjonali jew it-tnejn li huma u, fi żmien tliet sitt xhur minn meta jirċevihom, iwettaq l-azzjonijiet bħallikieku d-dokument ta' inizjattiva ntbagħat l-ewwel darba. [Em. 40]

2.  Jekk il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membri li jagħmel impenn jikkunsidra li d-dokument ta' inizjattiva rivedut għadu mhux ippreparat skont l-Artikolu 10 jew li l-informazzjoni speċifika addizzjonali għadha mhix suffiċjenti, dan għandu jinforma lill-inizjatur bil-miktub, fi żmien tliet sitt xhur minn meta jirċievi d-dokument ta' inizjattiva rivedut, dwar id-deċiżjoni tiegħu li jtemm il-proċedura. Din id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata kif xieraq. [Em. 41]

3.  Jekk l-analiżi mill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istati Membru li jagħmel impenn jew mill-awtorità kompetenti li tagħmel impenn tikkonkludi li l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali deskritt deskritti fid-dokument ta' inizjattiva huwa bbażat huma bbażati fuq nuqqas ta' ftehim jew interpretazzjoni ħażina tal-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq nuqqas ta' informazzjoni suffiċjenti dwar il-leġiżlazzjoni rilevanti, il-proċedura tintemm billi l-inizjatur jiġi infurmat dwar il-valutazzjoni li ma jkun hemm m'hemm l-ebda ostaklu legali. [Em. 42]

4.  Jekk l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali jikkonsisti jikkonsistu biss f'dispożizzjoni amministrattiva, regola jew prattika amministrattiva tal-Istat Membru li jagħmel impenn jew f'dispożizzjoni amministrattiva, regola jew prattika amministrattiva distinta b'mod ċar minn dispożizzjoni adottata skont proċedura leġiżlattiva u għalhekk tista' tinbidel jew tiġi adattata mingħajr proċedura leġiżlattiva, l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn għandha tinforma lill-inizjatur bil-miktub ir-rieda jew ir-rifjut tagħha li tbiddel jew tadatta d-dispożizzjoni amministrattiva, regola jew prattika amministrattiva rilevanti fi żmien tmien xhur. [Em. 43]

5.  F'każijiet debitament iġġustifikati, l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn tista' testendi l-iskadenza li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 4 darba, sa massimu ta' tmien xhur u għandha tinforma lill-inizjatur u lill-Istat Membru li jittrasferixxi dwar dan, filwaqt li tistabbilixxi r-raġunijiet bil-miktub.

Artikolu 13

Il-preparazzjoni tal-abbozz ta’ Impenn jew Dikjarazzjoni

Il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera jew l-awtorità kompetenti li tagħmel impenni tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jfassal abbozz ta’ Impenn jew abbozz ta’ Dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14, fuq il-bażi tad-dokument ta’ inizjattiva.

Artikolu 14

Il-kontenut tal-abbozz ta’ Impenn jew ta’ Dikjarazzjoni

1.  L-abbozz ta’ Impenn għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)  id-deskrizzjoni tal-proġett konġunt u tal-kuntest tiegħu, tal-ostaklu ta' wieħed jew aktar mill-ostakli legali korrispondenti kif ukoll tar-raġunar għal soluzzjoni tal-ostaklu għas-soluzzjoni ta' wieħed jew aktar mill-ostakli legali; [Em. 44]

(b)  il-lista tad-dispożizzjoni legali speċifika jew id-dispożizzjonijiet li jikkostitwixxu l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali u li għalhekk m'għandhomx japplikaw għall-proġett konġunt; [Em. 45]

(c)  iż-żona ta’ applikazzjoni;

(d)  it-tul tal-perjodu ta’ applikazzjoni u ġustifikazzjoni għal dak it-tul ta’ żmien;

(e)  l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu l-impenn;

(f)  id-dispożizzjoni legali speċifika tal-Istat Membru li jittrasferixxi li għandha tapplika għall-proġett konġunt;

(g)  il-proposta tar-riżoluzzjoni legali ad hoc, fejn ma tkun teżisti l-ebda dispożizzjoni legali xierqa fil-qafas legali tal-Istat Membru li jittrasferixxi;

(h)  l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li jittrasferixxu;

(i)  l-awtorità jew l-awtoritajiet mill-Istat Membru li jagħmel impenn kompetenti għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ;

(j)  l-awtorità jew l-awtoritajiet mill-Istat Membru li jittrasferixxi li huma proposti li jiġu maħtura b'mod konġunt għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ;

(k)  id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu;

Id-data tad-dħul fis-seħħ li ssir referenza għaliha fil-punt (k) għandha tkun jew id-data li fiha ż-żewġ Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera, jew iż-żewġ awtoritajiet kompetenti, jkunu ffirmaw jew id-data meta tkun ġiet innotifikata lill-inizjatur

2.  B’żieda mal-elementi elenkati fil-paragrafu 1, l-abbozz ta’ Impenn għandu jinkludi wkoll data tal-applikazzjoni li tista’ tkun

(a)  iffissata għall-istess jum tad-dħul fis-seħħ tiegħu;

(b)  iffissata b’effett retroattiv;

(c)  differita għal data fil-futur.

3.  B’żieda mal-elementi elenkati fil-paragrafu 1, l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni għandu wkoll jinkludi dikjarazzjoni formali dwar sa liema data jew dati kull awtorità kompetenti li tagħmel impenn jkollha tippreżenta proposta formali lill-korp leġiżlattiv rispettiv għall-emenda tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali skont dan.

Id-data li ssir referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tkun aktar tard minn tnax-il xahar wara l-konklużjoni tad-Dikjarazzjoni.

Artikolu 15

Trasmizzjoni tal-abbozzi ta’ Impenn jew ta’ Dikjarazzjoni

1.  Jekk l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn tkun ippreparat l-abbozz ta’ Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni, hija għandha tittrażmetti dan l-abbozz lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istati Membru li jagħmel impenn:

(a)  fi żmien massimu ta' tliet sitt xhur wara li tkun ittrasmettiet informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 12(1) u (2); [Em. 46]

(b)  fi żmien massimu ta' tmien xhur skont l-Artikolu 12(4) u (5).

2.  Jekk il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istati Membru li jagħmel impenn ikun ipprepara l-abbozz ta' Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni jew meta jkun irċevihom mill-awtorità kompetenti li tikkommetti huwa għandu jittrażmetti dan l-abbozz lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi fi ħdan il-perjodi li ssir referenza għalihom fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1.

3.  Fiż-żewġ każijiet, għandha wkoll tintbagħat kopja għall-informazzjoni lill-inizjatur.

Artikolu 16

Kompiti tal-Istat Membru li jittrasferixxi fil-konklużjoni u l-iffirmar tal-Impenn jew fl-iffirmar tad-Dikjarazzjoni

1.  Il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jeżamina l-abbozz ta’ Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni li jkun irċieva skont l-Artikolu 15, fi żmien massimu ta’ tliet sitt xhur wara li jirċievi l-abbozz u wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti li jittrasferixxu, jieħdu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin: [Em. 47]

(a)  jaqbel mal-abbozz ta' Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni, jiffirma żewġ kopji oriġinali u jibgħat waħda minnhom lura lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jagħmel impenn;

(b)  jaqbel mal-abbozz ta’ Impenn jew mal-abbozz ta’ Dikjarazzjoni, wara li jkun ikkoreġa jew issupplimenta l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-punti (f) u (h) tal-Artikolu 14(1), jiffirma żewġ kopji oriġinali tal-abbozz rivedut ta’ Impenn jew l-abbozz rivedut ta’ Dikjarazzjoni u jibgħat waħda lura lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jagħmel impenn;

(c)  jirrifjuta li jiffirma l-abbozz ta' Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni, u jittrażmetti ġustifikazzjoni dettaljata lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn;

(d)  jirrifjuta li jiffirma l-abbozz ta’ Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni u jibgħat lura abbozz emendat fir-rigward tal-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-punti (c), (d) u, fejn rilevanti, (g) tal-Artikolu 14(1), kif ukoll għall-abbozz ta’ Impenn l-informazzjoni li ssir referenza għaliha taħt l-Artikolu 14(2), b’ġustifikazzjoni għall-emendi lill-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti fl-Istat Membru li jagħmel impenn.

2.  Fi Stati Membri fejn l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi għandha tiffirma Impenn jew Dikjarazzjoni, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jibgħat, skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, iż-żewġ waħda miż-żewġ kopji oriġinali ffirmati mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi lill-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel l-impenn. [Em. 48]

3.  Jekk l-Istat Membru li jittrasferixxi jaqbel, skont il-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 li jiffirma Impenn jew Dikjarazzjoni, huwa għandu, barra minn hekk, espliċitament jikkonferma jew jirrifjuta li l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li huma proposti li jiġu maħtura b’mod konġunt għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Impenn jew id-Dikjarazzjoni skont il-punt (j) tal-Artikolu 14(1) għandhom jieħu f’idejhom dawk il-kompiti li għandhom jitwettqu fil-qasam ta’ applikazzjoni.

Artikolu 17

Kompiti tal-Istati Membru li jagħmlu impenn fil-konklużjoni u l-iffirmar tal-Impenn jew fl-iffirmar tad-Dikjarazzjoni

1.  Il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jeżamina r-risposta mibgħuta mill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi u jwettaq, fi żmien massimu ta' xahar tliet xhur wara li jirċeviha, waħda mill-azzjonijiet li ġejjin jew aktar, li għandhom jintbagħtu bil-miktub lill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi: [Em. 49]

(a)  fil-każ tal-punt (a) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 16(1), jiffinalizza l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni, jiffirma żewġ tliet kopji oriġinali u jibgħat waħda lura lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għall-firma; [Em. 50]

(b)  fil-każ tal-punt (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 16(1), jemenda l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni fl-abbozz ta' Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni kopert mill-punti (f) u (h) tal-Artikolu 14(1) skont dan, jiffinalizza l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni, jiffirma żewġ tliet kopji oriġinali u jibgħat waħda lura lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għall-firma; [Em. 51]

(c)  fil-każ tal-punt (c) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 16(1), jinforma lill-inizjatur u lill-Kummissjoni, filwaqt li jżid il-ġustifikazzjoni kif stabbilita mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi; [Em. 52]

(d)  fil-każ tal-punt (d) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 16(1), jikkunsidra l-emendi u jew jipproċedi skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu jew inkella jerġa' jniedi proċedura oħra skont l-Artikolu 9 jipproċedi skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu, u jfisser għaliex uħud mill-emendi jew l-emendi kollha ma setgħux jiġu aċċettati mill-awtorità kompetenti li tagħmel impenn. [Em. 53]

2.  Mal-wasla tal-Impenn jew id-Dikjarazzjoni, kif iffirmat ukoll mill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti jew l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi fil-każijiet tal-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 jew, meta l-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi jkun irreaġixxa b'mod pożittiv skont it-tieni proċedura tal-punt (d) tal-paragrafu 1, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu: [Em. 54]

(a)  jittrasmetti l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni finali lill-inizjatur;

(b)  jittrasmetti t-tieni kopja oriġinali lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi;

(c)  jibgħat kopja lill-awtoritajiet kompetenti kollha li jikkommettu;

(d)  jibgħat kopja lill-punt ta' koordinazzjoni fil-livell tal-UE; kif ukoll

(e)  jitlob lis-servizz kompetenti fl-Istat Membru li jikkommetti responsabbli għall-pubblikazzjonijiet uffiċjali sabiex jippubblika l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni.

KAPITOLU III

Implimentazzjoni u monitoraġġ ta’ Impenji u Dikjarazzjonijiet

Artikolu 18

Implimentazzjoni tal-Impenn

1.  L-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-punt (c) tal-Artikolu 17(2) u mibgħuta lill-awtoritajiet ikkonċernati li jikkommettu kollha, għandha tkun akkumpanjata minn skeda ta' żmien, li permezz tagħha kull waħda minn dawk l-awtoritajiet għandha, fejn rilevanti, temenda kwalunkwe att amministrattiv adottat skont il-liġi applikabbli fir-rigward tal-proġett konġunt u tadotta kwalunkwe att amministrattiv meħtieġ sabiex l-Impenn jiġi applikat għall-proġett konġunt sabiex tiġi applikata għalih id-dispożizzjoni legali tal-Istat Membru li jittrasferixxi jew xi soluzzjoni legali ad hoc .

2.  Kopja tal-iskeda ta' żmien għandha tintbagħat lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali u, fejn rilevanti, reġjonali tal-Istat Membru li jagħmel impenn.

3.  Kwalunkwe att amministrattiv li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jiġi adottat u notifikat lill-inizjatur, b'mod partikolari lill-korp pubbliku jew privat responsabbli għall-inizjazzjoni jew responsabbli kemm għall-inizjazzjoni kif ukoll għall-implimentazzjoni ta' proġett konġunt, skont il-liġi nazzjonali applikabbli għal tali atti amministrattivi.

4.  Ladarba l-atti amministrattivi kollha fir-rigward ta' proġett konġunt partikolari jkunu adottati, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jikkommetti għandu jinforma lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi u lill-punt ta' koordinazzjoni fil-livell tal-UE.

5.  Il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jinforma, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti li jittrasferixxu.

Artikolu 19

Implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni

1.  Kull awtorità kompetenti li tagħmel impenn elenkata f'Dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 14(3) għandha tippreżenta proposta formali lill-korp leġiżlattiv rispettiv sad-data rispettiva stabbilita fid-Dikjarazzjoni ffirmat sabiex temenda d-dispożizzjonijiet legali nazzjonali kif xieraq.

2.  F'każ li d-data rispettiva stabbilita fid-Dikjarazzjoni ma tkunx tista tiġi rrispettata, b'mod partikolari fid-dawl ta’ xi elezzjonijiet li jkunu jmissu għall-korp leġiżlattiv kompetenti, l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn għandha tinforma bil-miktub lill-inizjatur kif ukoll lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti kemm tal-Istat Membru li jagħmel impenn kif ukoll tal-Istat Membru li jittrasferixxi.

3.  Ladarba tkun ġiet ippreżentata proposta formali lill-korp leġiżlattiv rispettiv, l-awtorità kompetenti rispettiva li tagħmel impenn għandha taġġorna bil-miktub lill-inizjatur kif ukoll lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti kemm tal-Istat Membru li jagħmel impenn kif ukoll ta’ dak li jittrasferixxi dwar il-monitoraġġ fil-korp leġiżlattiv rispettiv, u dan kull sitt xhur wara d-data ta' preżentazzjoni formali.

4.  Malli jidħol fis-seħħ l-att leġiżlattiv ta' emenda jew il-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal uffiċjali jew iseħħu t-tnejn li huma, kull awtorità kompetenti li tikkommetti għandha temenda kull att amministrattiv adottat skont il-liġi nazzjonali applikabbli fir-rigward tal-proġett konġunt u tadotta kwalunkwe att amministrattiv meħtieġ biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet legali emendati għall-proġett konġunt.

5.  Kwalunkwe att amministrattiv kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi adottat u notifikat lill-inizjatur, b'mod partikolari meta dan l-inizjatur ikun korp pubbliku jew privat responsabbli għall-inizjazzjoni jew responsabbli kemm għall-inizjazzjoni kif ukoll għall-implimentazzjoni ta' proġett konġunt, skont il-liġi nazzjonali applikabbli għal tali atti amministrattivi.

6.  Ladarba l-atti amministrattivi kollha fir-rigward ta' proġett konġunt partikolari jkunu adottati, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jinforma lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi u lill-punt ta' koordinazzjoni fil-livell tal-UE.

7.  Il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jinforma, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti li jittrasferixxu.

Artikolu 20

Monitoraġġ tal-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet

1.  Fuq il-bażi tal-atti amministrattivi msemmija fl-Artikoli 18(1) u 19(4), l-Istati Membri li jagħmlu impenn u li jittrasferixxu għandhom jiddeċiedu jekk il-kontroll tal-applikazzjoni ta' Impenn jew tal-leġiżlazzjoni nazzjonali emendata skont Dikjarazzjoni għandux isir mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jittrasferixxi, b'mod partikolari minħabba l-għarfien espert tagħhom dwar id-dispożizzjonijiet legali ttrasferiti, jew mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jagħmel impenn.

2.  Jekk l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali ttrasferiti jkun fdat f'idejn l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jittrasferixxi, l-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jiddeċiedi, bi ftehim mal-Istati Membri li jittrasferixxu, jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandhomx jaġixxu fir-rigward tad-destinatarji tal-kompiti ta' kontroll fl-interess u f'isem l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jagħmel impenn jew fl-interess tagħhom, imma f'isimhom.

KAPITOLU IV

Protezzjoni legali kontra l-applikazzjoni u l-monitorġġ ta’ Impenji u Dikjarazzjonijiet

Artikolu 21

Protezzjoni legali kontra l-applikazzjoni ta' Impenn jew Dikjarazzjoni

1.  Kwalunkwe persuna residenti fit-territorju kopert minn Impenn jew Dikjarazzjoni jew, għalkemm mhux residenti f'dak it-territorju, li tkun utent ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali pprovdut f'dak it-territorju ("persuna residenti fir-reġjun transfruntier"), li tqis li sarilha dannu minħabba l-atti jew l-ommissjonijiet bl-applikazzjoni, skont xi Impenn jew Dikjarazzjoni, ta' dispożizzjoni legali ta' Stat Membru li jittrasferixxi għandha tkun intitolata li tfittex rimedju legali quddiem il-qrati tal-Istat Membru li jagħmel impenn.

2.  Madankollu, il-qrati kompetenti għal rimedju legali kontra kwalunkwe atti amministrattivi adottati skont l-Artikolu 18(3) u 19(5) għandhom ikunu esklussivament il-qrati tal-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu ħarġu l-att amministrattiv.

3.  Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jċaħħad lill-persuni milli jeżerċitaw id-drittijiet kostituzzjonali nazzjonali tagħhom ta' appell kontra awtoritajiet li jkunu partijiet ta' xi Impenn fir-rigward ta':

(a)  deċiżjonijiet amministrattivi fir-rigward ta' attivitajiet li qed jitwettqu skont xi Impenn;

(b)  aċċess għal servizzi fil-lingwa tagħhom stess; kif ukoll

(c)  aċċess għal informazzjoni.

F'dawn il-każijiet il-qrati kompetenti għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru li d-drittijiet tal-appell jirriżultaw taħt il-kostituzzjoni tagħhom.

Artikolu 22

Protezzjoni legali kontra l-monitoraġġ ta' Impenn jew Dikjarazzjoni

1.  Jekk l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tkun aċċettat li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru li jittrasferixxi fil-qasam relevanti u tista' taġixxi f'isimha stess rigward persuni residenti fir-reġjun transfruntier tal-Istat Membru li jagħmel impenn, il-qrati kompetenti għal rimedju legali kontra kwalunkwe azzjoni jew ommissjoni minn dik l-awtorità għandhom ikunu l-qrati tal-Istat Membru fejn dawk il-persuni għandhom ir-residenza legali tagħhom.

2.  Jekk l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tkun aċċettat li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru li jagħmel impenn fit-territorju tal-Istat Membru li jagħmel impenn, iżda ma tistax taġixxi f'isimha stess rigward persuni residenti fir-reġjun transfruntiera, il-qrati kompetenti għar-rimedju legali kontra kwalunkwe azzjoni jew ommissjoni minn dik l-awtorità għandhom ikunu biss il-qrati tal-Istat Membru li jagħmel impenn, inkluż għal persuni li għandhom ir-residenza legali tagħhom fl-Istat Membru li jittrasferixxi.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 23

Proċedura ta’ Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ta’ Koordinazzjoni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment stabbilit permezz tal-Artikolu 108(1) tar-Regolament (UE) Nru .../... [CPR ġdid]. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni fl-Istati Membri

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk id-dispożizzjonijiet li jkunu adegwati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

2.  Sa ...[data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe dispożizzjonijiet adottati skont il-paragrafu 1.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri.

Artikolu 25

Rappurtar

1.   Sa jj xx ssss [jiġifieri l-ewwel jum tax-xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + ħames tliet snin], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport li jivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' indikaturi dwar l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-valur miżjud Ewropew u l-kamp ta' applikazzjoni għas-simplifikazzjoni tiegħu.

2.  Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel referenza partikolari għall-ambitu ġeografiku u tematiku ta' dan ir-Regolament hekk kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 3 rispettivament.

3.  Qabel jitħejja r-rapport, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjoni pubblika mad-diversi atturi involuti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. [Em. 55]

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn ... [l-ewwel jum tax-xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + sena].

Madankollu, l-Artikolu 24 għandu japplika minn [l-ewwel jum tax-xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 124.
(2) ĠU C ...
(3)ĠU C 440, 6.12.2018, p. 124.
(4)ĠU C ...
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Frar 2019.
(6)Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" (COM(2017)0534, 20.9.2017).
(7)Kien hemm ħames perjodi ta' programmazzjoni tal-Interreg wara xulxin: INTERREG I (1990-1993), INTERREG II (1994-1999), INTERREG III (2000-2006), INTERREG IV (2007-2013) u INTERREG V (2014-2020).
(8)Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar Raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).
(9)Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(10)Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(11)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


Abbozz ta’ Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn Eurojust u l-Georgia *
PDF 119kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn Eurojust u l-Georgia (13483/2018 – C8-0484/2018 – 2018/0813(CNS))
P8_TA(2019)0119A8-0065/2019

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13483/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0484/2018),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26a(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0065/2019),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.


Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa ***I
PDF 445kWORD 120k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (COM(2018)0051 – C8-0024/2018 – 2018/0018(COD))
P8_TA(2019)0120A8-0289/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0051),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0024/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, il-Bundestag Ġermaniż, is-Senat Franċiż u s-Sejm Pollakk, li sostnew li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0289/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE

P8_TC1-COD(2018)0018


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolul-Artikoli 114 u 168(4) tiegħu, [Em. 1]

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  L-iżvilupp tat-teknoloġiji tas-saħħa huwa mutur ewlieni tat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni fl-Unjoniewlieni biex jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa li għandu jiġi żgurat mill-politika tas-saħħa, għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha. Jifforma It-teknoloġiji tas-saħħa jikkostitwixxu settur ekonomiku innovattiv li jifformaw parti minn suq globali għal nefqa għall-kura tas-saħħa li tammonta għal 10 % tal-prodott domestiku gross tal-UE. It-teknoloġiji tas-saħħa jinkludu l-prodotti mediċinali, l-apparat mediku u l-proċeduri mediċi, kif ukoll miżuri għall-prevenzjoni, id-dijanjożi jew it-trattament tal-mard. [Em. 2]

(1a)  In-nefqa fuq il-mediċini kienet ta' 1,41 % tal-PDG fl-2014 u din ammontat għal 17,1 % tan-nefqa ġenerali fuq is-saħħa, li minnha hija parti ewlenija. In-nefqa fuq is-saħħa fl-Unjoni tammonta għal 10 % tal-PDG, jiġifieri EUR 1 300 000 miljun fis-sena, li EUR 220 000 miljun minnhom huma nefqa fuq il-prodotti farmaċewtiċi u nefqa ta' EUR 110 000 miljuni fuq apparati mediċi. [Em. 3]

(1b)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2016 u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Marzu 2017 dwar għażliet tal-UE biex ittejjeb l-aċċess għall-mediċini(6) aċċentwaw li hemm bosta ostakli għall-aċċess għall-mediċina u t-teknoloġiji innovattivi fl-Unjoni, bl-ostakli prinċipali jkunu n-nuqqas ta' trattamenti ġodda għal ċertu mard u l-prezz għoli tal-mediċini li f'bosta każijiet m'għandhomx valur miżjud terapewtiku. [Em. 4]

(1c)  L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali mill-Awtorità Ewropea għall-Mediċini hija bbażata fuq il-prinċipji tas-sikurezza u l-effikaċja. Ġeneralment, l-aġenziji nazzjonali tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa jivvalutaw l-effikaċja komparattiva minħabba li l-awtorizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni mhumiex akkumpanjati minn studju komparattiv tal-effikaċja. [Em. 5]

(2)  Il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (Health Technology Assessment, HTA) hija proċess ibbażat fuq l-evidenza xjentifika li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw l-effettività relattiva tat-teknoloġiji l-ġodda jew eżistenti. L-HTA tiffoka speċifikament fuq il-valur miżjud terapewtiku ta’ teknoloġija tas-saħħa meta mqabbla ma’ teknoloġiji tas-saħħa ġodda jew eżistenti oħrajn. [Em. 6]

(2a)  Kif l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) indikat matul is-67 Assemblea Dinjija tas-Saħħa li saret f'Mejju 2014, l-HTA għandha tkun għodda biex tappoġġja l-kopertura universali tas-saħħa. [Em. 7]

(2b)  L-HTA għandha tkun strumentali fil-promozzjoni tal-innovazzjoni li toffri riżultati aħjar għall-pazjenti u s-soċjetà inġenerali u hija għodda meħtieġa biex tiġi żgurata l-introduzzjoni u l-użu xierqa tat-teknoloġiji tas-saħħa. [Em. 8]

(3)  L-HTA tkopri l-aspetti kliniċi u mhux kliniċi ta’ teknoloġija tas-saħħa. L-azzjonijiet konġunti dwar l-HTA kkofinanzjati mill-UE (EUnetHTA Joint Actions) identifikaw disa’ oqsma li b’referenza għalihom jiġu vvalutati t-teknoloġiji tas-saħħa. Minn dawn id-disa’ oqsma (li jifformaw il-"Mudell Bażi tal-HTA"), erbgħa huma kliniċi u ħamsa mhux kliniċi. L-erba’ oqsma kliniċi ta’ valutazzjoni jirrigwardaw l-identifikazzjoni ta’ problema tas-saħħa u t-teknoloġija attwali, l-eżami tal-karatteristiċi tekniċi tat-teknoloġija li qiegħda tiġi vvalutata, is-sikurezza relattiva tagħha, u l-effettività klinika relattiva tagħha. Il-ħames oqsma mhux kliniċi ta’ valutazzjoni jirrigwardaw l-ispejjeż u l-evalwazzjoni ekonomika ta’ teknoloġija, l-aspetti etiċi, organizzattivi, soċjali u ġuridiċi. Għalhekk l-oqsma kliniċi huma aktar xierqa għall-valutazzjoni konġunta fil-livell tal-UE fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika tagħhom, filwaqt li l-valutazzjoni tal-oqsma mhux kliniċi għandha tendenza li tkun aktar relatata mill-qrib mal-kuntesti u l-approċċi nazzjonali u reġjonali. [Em. 9]

(3a)  Il-professjonisti tas-saħħa, il-pazjenti u l-istituzzjonijiet tas-saħħa għandhom ikunu jafu jekk huwiex il-każ li teknoloġija tas-saħħa ġdida tirrappreżentax titjib jew le fuq teknoloġiji tas-saħħa eżistenti, f'termini ta' benefiċċji u riskji. Għaldaqstant, il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti għandhom l-għan li jidentifikaw il-valur miżjud terapewtiku tat-teknoloġiji tas-saħħa ġodda jew eżistenti meta mqabbla mat-teknoloġiji tas-saħħa oħra ġodda jew eżistenti, permezz ta' valutazzjoni komparattiva bbażata fuq provi komparattivi mqabbla mal-aħjar intervent attwali ipprovat ("trattament standard") jew imqabbla mat-trattament attwali l-aktar komuni fejn ma jkun jeżisti ebda trattament standard bħal dan. [Em. 10]

(4)  Ir-riżultati tal-HTA jintużaw biex jiġu infurmati d-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji fil-qasam L-HTA hija għodda importanti għall-promozzjoni ta' innovazzjoni ta' kwalità għolja, għat-tmexxija tar-riċerka sabiex din tindirizza l-ħtiġijiet dijanjostiċi, terapewtiċi jew proċedurali mhux sodisfati tas-sistemi tal-kura tas-saħħa kif ukoll sabiex tmexxi l-prijoritajiet kliniċi u soċjali. L-HTA tista' ttejjeb ukoll l-evidenza xjentifika użata biex tinforma t-teħid ta' deċiżjonijiet kliniċi, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, l-aċċess tal-pazjenti għal dawn it-teknoloġiji tas-saħħa u l-kompetittività tas-settur permezz ta' aktar prevedibbiltà u riċerka aktar effiċjenti. L-Istati Membri jużaw ir-riżultati tal-HTA biex iżidu l-evidenza xjentifika li tappoġġja d-deċiżjonijiet meta jintroduċu teknoloġiji tas-saħħa pereżempju, fir-rigward tal-istabbiliment tal-ipprezzar jew il-livelli ta’ rimborż għat-teknoloġiji fis-sistemi tagħhom, jiġifieri biex jappoġġjaw id-deċiżjonijiet dwar kif għandhom jiġu allokati r-riżorsitas-saħħa. Għalhekk l-HTA tista’ tassisti lill-Istati Membri fil-ħolqien u ż-żamma ta’ sistemi tal-kura tas-saħħa sostenibbli u biex tiġi stimolata l-innovazzjoni li tagħti riżultati aħjar għall-pazjenti. [Em. 11]

(4a)  Il-kooperazzjoni fl-HTA jista' wkoll ikollha rwol fiċ-ċiklu sħiħ tat-teknoloġija tas-saħħa: fl-istadju bikri tal-iżvilupp, permezz ta' "analiżi prospettiva" biex jiġu identifikati t-teknoloġiji li ser ikollhom impatt kbir; fl-istadji bikrija ta' djalogu u ta' konsulenza xjentifika; fi tfassil aħjar tal-istudju biex tiġi żgurata aktar effiċjenza fir-riċerka; u fl-istadji ċentrali tal-valutazzjoni globali, ladarba t-teknoloġija tkun diġà stabbilita. Finalment, l-HTA tista' tgħin fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-iżvestiment meta teknoloġija ma tibqax valida u xierqa meta mqabbla ma' għażliet alternattivi aħjar li jkunu disponibbli. Kollaborazzjoni akbar bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-HTA jenħtieġ li tgħin ukoll biex ittejjeb u tarmonizza l-istandards tal-kura kif ukoll għad-dijanjożi ta' kwalunkwe prattiki tal-iskrinjar ġodda madwar l-Unjoni. [Em. 12]

(4b)  Il-kooperazzjoni fl-HTA tista' tmur lil hinn mill-prodotti farmaċewtiċi u l-apparat mediku. Din tista' tinkludi wkoll interventi bħal dijanjożi komplementari għat-trattamenti, proċeduri kirurġiċi, programmi ta' prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa, għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u proċessi ta' kura integrata. Ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tat-teknoloġiji differenti jvarjaw skont il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, b'hekk għandu jkun hemm approċċ HTA koerenti u xieraq għal dawn it-teknoloġiji differenti. Barra minn hekk, f'oqsma speċifiċi, bħal trattamenti għal mard rari, mediċini pedjatriċi, mediċini ta' preċiżjoni jew terapiji avvanzati, x'aktarx li l-valur miżjud tal-kooperazzjoni tal-UE jkun saħansitra akbar. [Em. 13]

(5)  It-twettiq ta’ valutazzjonijiet paralleli minn bosta Stati Membri u d-diverġenzi bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar il-proċessi u l-metodoloġiji tal-valutazzjoni jistgħu jirriżultaw fil-fatt li l-iżviluppaturi jiffaċċjaw bosta talbiet diverġenti għad-dejta. Jistgħu jirriżultaw ukoll għall-irduppjar u l-varjazzjonijiet fir-riżultati li doppji għad-data li jistgħu jżidu l-piżijiet finanzjarji u amministrattivi li jaġixxu bħala ostakolu għall-moviment ħieles tat-teknoloġiji tas-saħħa kkonċernati u għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. F'xi każijiet ġustifikati fejn jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-prijoritajiet tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali u reġjonali, tista' tkun meħtieġa valutazzjoni komplementarja dwar ċerti aspetti. Madankollu, il-valutazzjonijiet li mhumiex rilevanti għad-deċiżjonijiet f'ċerti Stati Membri jistgħu jdewmu l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi u b'hekk l-aċċess tal-pazjenti għal trattamenti innovattivi ta' benefiċċju. [Em. 14]

(6)  Filwaqt li l-Istati L-Istati Membri wettqu xi valutazzjonijiet konġunti fil-qafas tal-azzjonijiet konġunti kofinanzjati mill-UE,. il-produzzjoni tar-riżultati ma kinitx suffiċjentiDawn il-valutazzjonijiet twettqu fi tliet fażijiet, skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2011/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u kienet tiddependi fuq il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġetti fin-nuqqas ta’ mudell sostenibbli ta’ kooperazzjoni. L-użu fil-livell tal-Istati Membri tar-riżultati tal-azzjonijiet konġunti, inklużi l-valutazzjonijiet kliniċi permezz ta' tliet azzjonijiet konġunti, kull waħda minnhom bl-objettivi u l-baġit speċifiku tagħha: EUnetHTA 1, 2010-2012 (EUR 6 miljun); EUnetHTA 2, 2012-2015 (EUR 9,5 miljun); u EUnetHTA 3, imnedija f'Ġunju 2016 u tibqa' għaddejja sal-2020 (EUR 20 miljun). Fid-dawl tat-tul ta' żmien ta' dawn l-azzjonijiet u fl-interess tal-kontinwità, dan ir-Regolament jistabbilixxi mod aktar sostenibbli biex tiġi żgurata t-tkomplija tal-valutazzjonijiet konġunti. tagħhom, baqa’ baxx, u dan ifisser li l-irduppjar tal-valutazzjonijiet tal-istess teknoloġija tas-saħħa mill-awtoritajiet Sal-lum, l-eżiti ewlenin tal-kooperazzjoni jinkludu l-mudell ta' valutazzjoni, il-"Mudell Bażi tal-HTA" li jipprevedi qafas għar-rapporti tal-HTA; bażi tad-data biex jiġu kondiviżi l-proġetti ppjanati, li għadhom għaddejjin jew ippubblikati reċentement li twettqu minn aġenziji individwali (bażi tad-data POP); bażi tad-data u l-korpi tal-evidenza għall-ħżin tal-informazzjoni u l-istat li waslet fih il-valutazzjoni tat-teknoloġiji promettenti jew dwar it-talba għal studji addizzjonali li jirriżultaw mill-HTA; u ġabra ta' gwidi metodoloġiċi u għodda ta' appoġġ għall-aġenziji tal-HTA fi Stati Membri differenti f’perjodi ta’ żmien identiċi jew simili ma ġiex indirizzat biżżejjed li jinkludu gwidi għall-adattament tar-rapporti minn pajjiż għal ieħor. [Em. 15]

(6a)  Madankollu, fi ħdan l-azzjonijiet konġunti, il-produzzjoni tar-riżultati ma kinitx effiċjenti u, fin-nuqqas ta' mudell sostenibbli ta' kooperazzjoni, kienet tiddependi fuq il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġetti. L-użu fil-livell tal-Istati Membri tar-riżultati tal-azzjonijiet konġunti, inklużi l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tagħhom, baqa' baxx, u dan irriżulta fl-irduppjar tal-valutazzjonijiet tal-istess teknoloġija tas-saħħa mill-awtoritajiet u l-korpi tal-HTA fi Stati Membri differenti f'perjodi ta' żmien identiċi jew simili ma ġiex indirizzat biżżejjed. [Em. 16]

(7)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu ta’ Diċembru 20142014 dwar l-innovazzjoni għall-benefiċċju tal-pazjenti(8), il-Kunsill irrikonoxxa r-rwol ewlieni tal-valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa bħala għodda ta' politika tas-saħħa li tappoġġja għażliet ibbażati fuq l-evidenza, sostenibbli u ġusti għall-kura tas-saħħa u talab għat-teknoloġiji tas-saħħa għall-benefiċċju tal-pazjenti. Il-Kunsill appella wkoll lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġa tappoġġja l-kooperazzjoni b’mod b'mod sostenibbli u stieden biex ikun hemm aktar ħidma konġunta dwar l-HTA fost l-Istati Membri u l-ħtieġa li jiġu esplorati opportunitajiet għal kooperazzjoni dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn korpi kompetenti. Barra minn hekk, fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2015 dwar mediċina personalizzata għall-pazjenti, il-Kunsill stieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-metodoloġiji tal-HTA applikabbli għall-mediċina personalizzata u l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ġunju 2016 dwar it-tisħiħ tal-bilanċ fis-sistemi farmaċewtiċi fl-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, offrew aktar evidenza li l-Istati Membri jaraw valur miżjud ċar fil-kooperazzjoni tal-HTA. Ir-rapport konġunt ta' Ottubru 2016 maħruġ mid-DĠ għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika tenna l-appell għal aktar kooperazzjoni Ewropea fl-HTA. [Em. 17]

(8)  Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Marzu 2017 dwar l-għażliet tal-UE biex jittejjeb l-aċċess għall-mediċini(9), il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni dwar sistema Ewropea għall-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa malajr kemm jista’ jkun u biex tarmonizza kriterji trasparenti tal-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa sabiex jiġi vvalutat il-valur terapewtiku miżjud tal-mediċiniu l-effikaċja relattiva tat-teknoloġiji tas-saħħa meta mqabbla mal-aħjar alternattiva disponibbli li tqis il-livell ta' innovazzjoni u l-benefiċċju għall-pazjenti. [Em. 18]

(9)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2015 dwar l-aġġornament tas-suq uniku(10), il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tintroduċi inizjattiva dwar l-HTA biex tiżdied il-koordinazzjoni sabiex jiġu evitati valutazzjonijiet multipli ta’ prodott fi Stati Membri differenti u sabiex jitjieb il-funzjonament tas-Suq Uniku għat-teknoloġiji tas-saħħa.

(10)  Sabiex jiġi żgurat funzjonament aħjar tas-suq intern u jingħata kontribut għal livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, huwa xieraq li jiġu approssimati r-regoli dwar it-twettiq tal-valutazzjonijiet kliniċi fil-livell nazzjonali, u l-valutazzjonijiet kliniċi ta’ ċerti teknoloġiji tas-saħħa fil-livell tal-Unjoni, u li jappoġġaw ukoll il-kontinwazzjoni tal-kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri dwar ċerti aspetti tal-HTA. Din l-approssimazzjoni jenħtieġ li tiggarantixxi l-istandards tal-ogħla kwalità u tkun allinjata mal-aħjar prattika disponibbli. Jenħtieġ li din la tistimula konverġenza lejn id-denominatur komuni l-aktar baxx u lanqas ma tisforza lill-korpi tal-HTA b'aktar kompetenzi u standards ogħla biex jaċċettaw rekwiżiti aktar baxxi. Jenħtieġ li minflok twassal għal titjib fil-kapaċità tal-HTA u fil-kwalità fuq livell nazzjonali u dak reġjonali. [Em. 19]

(11)  F’konformità mal-Artikolu 168(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-organizzazzjoni u l-għoti tal-kura tas-saħħa tagħhom. Huwa xieraq li jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni għal dawk l-aspetti tal-HTA li jirrigwardaw il-valutazzjoni klinika ta’ teknoloġija tas-saħħa,. Il-valutazzjoni klinika konġunta prevista minn dan ir-Regolament tikkostitwixxi analiżi xjentifika tal-effetti relattivi tat-teknoloġija tas-saħħa fuq riżultati ta' effikaċja, sikurezza u b’mod partikolari, biex jiġi żgurat li l-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet ikunu limitati għas-sejbiet relatati mal-effettività komparattiva ta’ teknoloġija tas-saħħa.effikaċja, li komunement jissejħu bħala riżultati kliniċi, meta jiġu evalwati b'rabta mal-indikatur jew indikaturi komparattivi magħżula, li huma l-fatturi kkunsidrati fl-għażla sal-mument u, għall-gruppi jew sottogruppi ta' pazjenti magħżula, b'kont meħud tal-kriterji tal-mudell bażi ta' HTA. Din ser tinkludi l-konsiderazzjoni tal-grad ta' ċertezza dwar l-eżiti relattivi, abbażi tal-evidenza disponibbli. Għalhekk jenħtieġ li r-riżultati ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti bħal dawn ma jaffettwawx id-diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward ta’ deċiżjonijiet sussegwenti dwar l-ipprezzar u r-rimborż tat-teknoloġiji tas-saħħa, inkluż l-istabbiliment ta’ kriterji għat-tali pprezzar u rimborż li jista’ jiddependi fuq konsiderazzjonijiet kliniċi u mhux kliniċi, u li jibqa’ unikament kwistjoni ta’ kompetenza nazzjonali. Għalhekk, il-valutazzjoni li kull Stat Membru jagħmel tal-istimi nazzjonali taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. [Em. 20]

(12)  Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni wiesgħa tar-regoli armonizzati u titrawwem il-kollaborazzjoni fost l-Istati Membri dwar l-aspetti kliniċi tal-HTA u jiġi permess il-ġbir tal-għarfien espert u r-riżorsi bejn il-korpi tal-HTA biex b'hekk jitnaqqsu l-ħela u l-ineffiċjenzi fil-kura tas-saħħa, huwa xieraq li jiġi mitlub li l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jitwettqu għall-prodotti mediċinali kollha li jkunu għaddejjin mill-proċedura ċentrali ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni prevista skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), li jkun fihom sustanza attiva ġdida, u meta dawk il-prodotti mediċinali jiġu sussegwentement awtorizzati għal indikazzjoni terapewtika ġdida. Jenħtieġ ukoll li l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jitwettqu fuq ċertu apparat mediku skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) li jinsabu fl-ogħla klassijiet ta’ riskju u li għalihom il-bordijiet ta’ esperti rilevanti jkunu taw l-opinjonijiet jew l-fehmiet tagħhom. Jenħtieġ li ssir għażla tal-apparat mediku għall-valutazzjoni klinika konġunta fuq il-bażi ta’ kriterji speċifiċi, fid-dawl tal-ħtieġa għal aktar evidenza klinika li tikkonċerna dawn it-teknoloġiji tas-saħħa ġodda kollha. [Em. 21]

(13)  Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti mwettqa fuq it-teknoloġiji tas-saħħa jibqgħu preċiżi u rilevanti, rilevanti, ta' kwalità u jiddeterminaw l-aħjar evidenza klinika possibbli f'kull mument, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet tiġi stabbilita proċedura flessibbli u rregolata għall-aġġornament tal-valutazzjonijiet, b’mod b'mod partikolari meta d-dejta jkun hemm evidenza jew data addizzjonali ġdida disponibbli wara l-valutazzjoni inizjali jkollha l-potenzjal li żżid il-preċiżjoni u din l-evidenza jew data addizzjonali ġdida jistgħu jżidu l-evidenza xjentifika u b'hekk titjieb il-kwalità tal-valutazzjoni. [Em. 22]

(14)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit grupp ta’ koordinazzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet u l-korpi tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa tal-Istati Membri bir-responsabbiltà u l-għarfien akkreditat li jissorvelja t-twettiq tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunta konġunti u ħidma konġunta oħra fi ħdan il-kuntest ta' dan ir-Regolament. [Em. 23]

(15)  Sabiex jiġi żgurat approċċ immexxi mill-Istati Membri għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u għall-konsultazzjonijiet xjentifiċi, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnominaw awtoritajiet u korpi nazzjonali jew reġjonali tal-HTA li jinfurmaw it-teħid jagħtu informazzjoni għat-teħid tad-deċiżjonijiet biex iwettqu dawn il-valutazzjonijiet bħala membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet u l-korpi nnominati jiżguraw livell għoli xieraq ta’ rappreżentanza fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u ta’ kompetenza teknika fis-sottogruppi tiegħu, filwaqt li titqies il-ħtieġa il-possibbiltà li jiġi pprovdut jikkontribwixxu għarfien espert dwar l-HTA tal-prodotti mediċinali u l-apparat mediku. L-istruttura organizzazzjonali jenħtieġ li tirrispetta l-mandati distintivi tas-sottogruppi li jwettqu l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti. Jenħtieġ li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess. [Em. 24]

(15a)  It-trasparenza u l-għarfien tal-pubbliku dwar il-proċess huma essenzjali. Id-data klinika kollha li tkun qiegħda tiġi evalwata jenħtieġ li għaldaqstant ikollha l-ogħla livell ta' trasparenza u għarfien tal-pubbliku sabiex tinkiseb fiduċja fis-sistema. F'każ li jkun hemm data kunfidenzjali għal raġunijiet kummerċjali, jeħtieġ li l-kunfidenzjalità tiġi definita u ġustifikata b'mod ċar u d-data kunfidenzjali tiġi delimitata u protetta sew. [Em. 25]

(16)  Sabiex il-proċeduri armonizzati jissodisfaw l-għan tagħhom tas-suq intern, jenħtieġ u jiksbu l-mira tagħhom li jżidu l-innovazzjoni u l-kwalità tal-evidenza klinika, l-Istati Membri jiġu obbligati jenħtieġ li jqisu bis-sħiħ ir-riżultati r-riżultati tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u ma jirrepetuhomx. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom, skont il-ħtiġijiet nazzjonali, id-dritt li jikkomplementaw il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti b'evidenza klinika u analiżi addizzjonali bħala kontrobilanċ għad-differenzi fil-komparaturi jew fil-kuntest nazzjonali speċifiku għat-trattament. Jenħtieġ li tali valutazzjonijiet kliniċi komplementari jkunu debitament ġustifikati u proporzjonati u jenħtieġ li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta' Koordinazzjoni. Barra minn hekk, li ma jirrepetux dawk il-valutazzjonijiet. il-konformità ma’ dan l-obbligu ma żżommx lill-Istati Membri milli jwettqu valutazzjonijiet mhux kliniċi tal-istess teknoloġija tas-saħħa, jew milli jaslu għal konklużjonijiet dwar il-valur miżjud kliniku tat-teknoloġiji kkonċernati bħala parti mill-proċessi ta’ stima nazzjonali li jistgħu jqisu dejta u kriterji kliniċi u mhux kliniċi speċifika għall-Istat Membru kkonċernat, fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali. Il-konformità lanqas ma żżomm lill-Istati Membri milli jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet jew milli jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess dwar l-ipprezzar jew ir-rimborż. [Em. 26]

(16a)  Sabiex il-valutazzjoni klinika tintuża għall-finijiet tad-deċiżjoni tar-rimborż nazzjonali, jenħtieġ li idealment tikkonċerna l-popolazzjoni li għaliha d-droga ser tkun rimborżata fi Stat Membru partikolari [Em. 27]

(17)  Jenħtieġ li l-perjodu ta’ żmien għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti għall-prodotti mediċinali, kemm jista’ jkun jiġi ffissat permezz tar-referenza għall-perjodu ta’ żmien applikabbli għat-tlestija tal-proċedura ċentrali ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 726/2004. Jenħtieġ li koordinazzjoni bħal din tiżgura li l-valutazzjonijiet kliniċi jkunu jistgħu jiffaċilitaw effettivament l-aċċess għas-suq u jikkontribwixxu għad-disponibbiltà fil-ħin ta’ teknoloġiji innovattivi għall-pazjenti. Bħala regola, jenħtieġ li l-proċess jitlesta sa meta tiġi ppubblikata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. [Em. 28]

(17a)  Il-konsultazzjoni xjentifika konġunta, meta tindirizza l-prodotti mediċinali orfni, trid tiżgura li kwalunkwe approċċ ġdid jenħtieġ li ma jirriżultax f'dewmien bla bżonn għall-valutazzjoni tal-prodotti mediċinali orfni meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali u filwaqt li jitqies l-approċċ prammatiku li għadda mill-EUnetHTA. [Em. 29]

(18)  Jenħtieġ li l-istabbiliment ta’ perjodu ta’ żmien għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti għall-apparat mediku tat-teknoloġiji tas-saħħa jqis il-mogħdija deċentralizzata ħafna tal-aċċess għas-suq għall-apparat mediku il-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 726/2004d-disponibbiltà ta’ dejta xierqa dwar l-evidenza meħtieġa biex titwettaq valutazzjoni klinika konġunta. Peress li l-evidenza meħtieġa tista’ ssir disponibbli biss wara li l-apparat għat-tlestija tal-proċedura ċentralizzata għall-awtorizzazzjoni tal-mediċini u l-immarkar ta' konformità CE għal apparat mediku previst fir-Regolament (UE) Nru 2017/745 u l-immarkar ta' konformità CE għal apparat mediku jkun tqiegħed fis-suq dijanjostiku in vitro previst fir-Regolament (UE) Nru 2017/746 tal-Parlament Ewropew u sabiex ikun jista’ jintgħażel dak l-apparat mediku li se ssirlu tal-Kunsill(13). Fil-każijiet kollha, dawn il-valutazzjonijiet għandhom iqisu d-disponibbiltà ta' evidenza xjentifika u data xierqa u suffiċjenti dwar l-evidenza meħtieġa biex titwettaq valutazzjoni klinika konġunta fi żmien xieraq, jenħtieġ li li għandha li ssir qrib kemm jista' jkun possibbli li l-valutazzjonijiet tat-tali apparat jitwettqu wara t-tqegħid fis-suq tal-apparat mediku l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, fil-każ tal-mediċini, u, fi kwalunkwe każ, mingħajr dewmien mhux ġustifikat u żejjed. [Em. 30]

(19)  Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li l-ħidma konġunta mwettqa skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti, tipproduċi riżultati ta’ kwalità għolja u fil-ħin, u mingħajr ma ddewwimx jew tostakola l-immarkar twassal għal dewmien fl-immarkar CE tal-apparat mediku jew l-aċċess tat-teknoloġiji tas-saħħa għas-suq. Jenħtieġ li din il-ħidma tkunu separata u distinta mill-valutazzjonijiet regolatorji tas-sikurezza, il-kwalità, l-effikaċja jew il-prestazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa mwettqa skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u ma jkollha l-ebda effett fuq id-deċiżjonijiet meħuda f’konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. [Em. 31]

(19a)  Il-ħidma tal-HTA, li hija s-suġġett ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun indipendenti u distinta mill-valutazzjonijiet regolatorji tas-sikurezza u l-effikaċja tat-teknoloġiji tas-saħħa mwettqa skont atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni u jenħtieġ li ma tinfluwenzax aspetti oħra li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament adottati f'konformità mal-atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni. [Em. 32]

(19b)  Fil-każ ta' prodotti mediċinali orfni, ir-rapport konġunt jenħtieġ li ma jirrivvalutax il-kriterji tad-denominazzjoni orfni. Madankollu, l-assessuri u l-koassessuri jenħtieġ li jkollhom aċċess sħiħ għad-data użata mill-awtoritajiet responsabbli għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tas-suq ta' prodott mediċinali, kif ukoll il-possibbiltà tal-użu jew tal-ġenerazzjoni ta' data rilevanti addizzjonali bl-iskop li tivvaluta prodott mediċinali fil-kuntest ta' valutazzjoni klinika konġunta. [Em. 33]

(19c)  Ir-Regolament (UE) Nru 2017/745 għall-apparat mediku u r-Regolament (UE) Nru 2017/746 għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro jipprevedu l-awtorizzazzjoni ta' dan l-apparat abbażi tal-prinċipji ta' trasparenza u sikurezza u mhux fuq l-effikaċja. Min-naħa l-oħra, iż-żieda progressiva fil-provvista ta' apparat mediku biex jiġu indirizzati problemi kliniċi tirrappreżenta paradigma ġdida, b'suq ifframmentat ħafna, b'innovazzjoni b'mod partikolari inkrimentali, fejn l-evidenza klinika hija nieqsa u li tirrikjedi kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni akbar bejn il-korpi ta' valutazzjoni. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li nimxu lejn sistema ta' awtorizzazzjoni ċentralizzata li tivvalutahom abbażi tas-sikurezza, l-effikaċja u l-kwalità. Dan huwa wieħed mill-oqsma li fihom l-Istati Membri jitolbu kollaborazzjoni akbar fl-HTA Ewropea tal-ġejjieni. Attwalment 20 Stat Membru flimkien man-Norveġja, għandhom sistemi tal-HTA għall-apparat mediku u 12-il Stat Membru, flimkien man-Norveġja, stabbilew linji gwida u huma involuti fi djalogi inizjali. EUnetHTA kienet qiegħda tevalwa l-effikaċja relattiva tal-kwalità għolja tal-prodotti tas-saħħa abbażi ta' metodoloġija li tista' sservi bħala punt referenzjarju għal dan ir-Regolament. [Em. 34]

(20)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni effettiva tal-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti, jenħtieġ li t-tali żviluppaturi, f’każijiet xierqa, jingħataw l-opportunità li jinvolvu ruħhom fil-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni L-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa jistgħu jwettqu konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti mal-Grupp ta' Koordinazzjoni jew gruppi ta' ħidma stabbiliti għal dan il-għan u magħmula minn professjonisti tal-korpi ta' valutazzjoni nazzjonali jew reġjonali, biex jiksbu gwida dwar l-evidenza u d-dejta li x’aktarx tkun meħtieġa għall-iskopijiet tal-valutazzjoni klinikail-ħtiġijiet kliniċi tar-riċerka kif ukoll l-aktar disinji ta' studju xierqa biex tinkiseb l-aħjar evidenza u effiċjenza possibbli mir-riċerka. Minħabba n-natura preliminari tal-konsultazzjoni, jenħtieġ li kwalunkwe gwida offerta ma tkunx vinkolanti la għall-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa u lanqas għall-awtoritajiet u l-korpi tal-HTA. [Em. 35]

(20a)  Jenħtieġ li l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti jikkonċernaw it-tfassil tal-istudju kliniku u d-determinazzjoni tal-aqwa komparaturi abbażi tal-aqwa prattika medika fl-interess tal-pazjenti. Jenħtieġ li l-proċess jkun wieħed trasparenti. [Em. 36]

(21)  Il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-konsultazzjonijietIl-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti jaf jeħtieġu l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali kummerċjali bejn l-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa u l-awtoritajiet u l-korpi tal-HTA. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ informazzjoni bħal din, jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni fil-qafas tal-valutazzjonijiet u l-konsultazzjonijiettal-konsultazzjonijiet tiġi żvelata biss lil parti terza wara li jkun ġie konkluż ftehim ta’ kunfidenzjalità. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li kull informazzjoni li tiġi ppubblikata dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti tiġi ppreżentata f’format anonimu bl-editjar ta’ kull informazzjoni ta’ natura kummerċjalment sensittiva. [Em. 37]

(21a)  Il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jeħtieġu kull data klinika u evidenza xjentifika pubblika disponibbli pprovduta mill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa. Id-data klinika użata, l-istudji, il-metodoloġija u r-riżultati kliniċi użati għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. L-ogħla livell possibbli ta' ftuħ pubbliku tad-data xjentifika u l-valutazzjonijiet ser jippermetti li ssir aktar riċerka bijomedika kif ukoll li jkun hemm fiduċja fis-sistema. Meta d-data kummerċjali sensittiva tiġi kondiviża, il-kunfidenzjalità ta' tali data jenħtieġ li tiġi protetta billi tiġi ppreżentata f'format anonimu bl-editjar ta' rapporti qabel il-pubblikazzjoni li b'hekk jippreserva l-interess pubbliku. [Em. 38]

(21b)  Skont l-Ombudsman Ewropew, meta informazzjoni f'dokument ikollha implikazzjonijiet għas-saħħa tal-individwi (bħal informazzjoni dwar l-effikaċja ta' mediċina), l-interess pubbliku fl-iżvelar ta' dik l-informazzjoni ġeneralment jegħleb kwalunkwe talba ta' sensittività kummerċjali. Jenħtieġ li s-saħħa pubblika dejjem tirbaħ fuq l-interessi kummerċjali. [Em. 39]

(22)  Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli, huwa xieraq li tiġi prevista “analiżi prospettiva”, sabiex jiġu identifikati fi stadju bikri t-teknoloġiji tas-saħħa emerġenti li x’aktarx ikollhom l-akbar impatt fuq il-pazjenti, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa, kif ukoll biex ir-riċerka titmexxa b'mod strateġiku. Jenħtieġ li analiżi bħal din tiffaċilita l-prijoritizzazzjoni tat-teknoloġiji li se jintgħażlu għall-valutazzjoni klinika konġunta mill-Grupp ta' Koordinazzjoni. [Em. 40]

(23)  Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tappoġġa l-kooperazzjoni volontarja dwar l-HTA bejn l-Istati Membri f’oqsma bħal pereżempju l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi tat-tilqim, u l-bini tal-kapaċità tas-sistemi nazzjonali tal-HTA. Jenħtieġ li t-tali kooperazzjoni volontarja tiffaċilita wkoll is-sinerġiji mal-inizjattivi fl-istrateġija tas-suq uniku diġitali f’oqsma tas-saħħa u l-kura rilevanti diġitali u dawk immexxija mid-dejta bil-perspettiva li tiġi pprovduta evidenza addizzjonali ta’ sitwazzjoni reali rilevanti għall-HTA. [Em. 41]

(24)  Sabiex jiġu żgurati l-inklużività u t-trasparenza tal-ħidma konġunta, jenħtieġ li l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jinvolvi ruħu u jikkonsulta mal-partijiet interessati u mal-partijiet ikkonċernati. Madankollu, Sabiex tiġi ppreservata l-integrità l-oġġettività, it-trasparenza u l-kwalità tal-ħidma konġunta, jenħtieġ li jiġu żviluppati regoli sabiex jiġu żgurati l-indipendenza, id-disponibbiltà pubblika u l-imparzjalità tal-ħidma konġunta u jiġi żgurat li t-tali konsultazzjoni ma twassal għall-ebda kunflitt ta’ interess. [Em. 42]

(24a)  Jenħtieġ li jiġi żgurat djalogu bejn il-Grupp ta' Koordinazzjoni u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi tas-saħħa, l-esperti tas-saħħa u l-professjonisti, speċjalment permezz ta' netwerk ta' partijiet ikkonċernati flimkien ma' garanzija ta' indipendenza, trasparenza u imparzjalità tad-deċiżjonijiet meħuda. [Em. 43]

(24b)  Sabiex jiġi żgurat teħid tad-deċiżjonijiet effiċjenti u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-mediċini huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni xierqa bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-istadji ewlenin taċ-ċiklu tal-ħajja tal-mediċini. [Em. 44]

(25)  Sabiex jiġi żgurat approċċ uniformi għall-ħidma konġunta prevista f’dan ir-Regolament, il-Grupp ta' Koordinazzjoni, magħmul minn awtoritajiet u aġenziji nazzjonali u/jew reġjonali responsabbli mill-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, b'kapaċità, indipendenza u imparzjalità rikonoxxuta, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi qafas ta’ proċedura u ta’ metodoloġija komuni għall-valutazzjonijiet kliniċi, il-proċeduri jiżviluppa l-metodoloġija biex jiġi żgurat livell għoli ta' ħidma konġunta. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, din il-metodoloġija flimkien ma' qafas proċedurali komuni għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-proċeduri għall-konsultazzjonijiet l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti. Fejn xieraq, u f'każijiet ġustifikati, jenħtieġ li jiġu żviluppati regoli distinti għall-prodotti mediċinali u għall-apparat għal apparat mediku. Fl-iżvilupp ta’ dawn ir-regoli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ir-riżultati jitqiesu r-riżultati tal-ħidma li diġà twettqet fl-EUnetHTA Joint Actions. Jenħtieġ li tqis ukoll fl-Azzjonijiet Konġunti tal-EUnetHTA, u b'mod partikolari il-linji gwida metodoloġiċi u l-mudelli għall-preżentazzjoni tal-evidenza, l-inizjattivi dwar l-HTA ffinanzjati permezz tal-programm ta’ riċerka Orizzont 2020, kif ukoll l-inizjattivi reġjonali dwar l-HTA bħal pereżempju l-inizjattivi Beneluxa u d-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta. Jenħtieġ li dawn is-setgħat ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14). [Em. 45]

(25a)  Jenħtieġ li l-qafas metodoloġiku, f'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki, jiggarantixxi evidenza klinika ta' kwalità għolja permezz tal-għażla tal-parametri referenzjarji l-aktar xierqa. Dan għandu jkun ibbażat fuq l-ogħla standards ta' kwalità, l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, li derivata primarjament minn provi kliniċi aleatorji b'eżitu mhux magħruf, metaanaliżijiet u rieżamijiet sistematiċi; u jenħtieġ li jqis kriterji kliniċi li huma utli, rilevanti, tanġibbli, konkreti u adegwati għas-sitwazzjoni klinika kkonċernata, bi preferenza mogħtija lill-okkorrenzi. Id-dokumentazzjoni li trid tingħata mill-applikant jenħtieġ li tkun relatata mad-data pubblika l-aktar aġġornata. [Em. 46]

(25b)  Kwalunkwe speċifiċitajiet fil-metodoloġija, bħal dawk għat-tilqim, jenħtieġ li jkunu ġustifikati u adattati għal ċirkostanzi speċifiċi ħafna, ikollhom l-istess rigorożità xjentifika u l-istess standards xjentifiċi filwaqt li m'għandhom qatt ikunu għad-detriment tal-kwalità tat-teknoloġiji tas-saħħa jew l-evidenza klinika. [Em. 47]

(25c)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ amministrattiv għall-ħidma konġunta tal-Grupp ta' Koordinazzjoni li, wara l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li jkun dak li jippreżenta r-rapport finali dwar din il-ħidma. [Em. 48]

(26)  Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ikun kompletament operattiv u sabiex jiġi adattat mal-iżvilupp tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut tad-dokumenti li jridu jitressqu, ir-rapporti u r-rapporti ta’ sinteżi tal-valutazzjonijiet kliniċi, il-kontenut tad-dokumenti għat-talbiet, u r-rapporti tal-konsultazzjonijiet Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar ir-regoli proċedurali għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti, għall-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti, u r-regoli għall-għażla tal-partijiet ikkonċernati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016(15). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament jenħtieġ li jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 49]

(27)  Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm riżorsi biżżejjed disponibbli għall-ħidma konġunta prevista f’dan u appoġġ amministrattiv stabbli previsti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Unjoni tipprovdi tiżgura finanzjament pubbliku stabbli u permanenti fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-ħidma konġunta u l-kooperazzjoni volontarja, u għall-qafas ta’ appoġġ biex tappoġġa dawn l-attivitajiet. Jenħtieġ li l-finanzjament ikopri l-ispejjeż għall-produzzjoni tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jissekondaw esperti nazzjonali lill-Kummissjoni sabiex jappoġġaw is-segretarjat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta' imposti għall-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa li tirrikjedi kemm konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti kif ukoll valutazzjonijiet kliniċi konġunti għar-riċerka dwar il-ħtiġijiet mediċi mhux milħuqa. Fl-ebda każ ma jistgħu dawn l-imposti jintużaw għall-finanzjament ta' ħidma konġunta prevista f'dan ir-Regolament. [Em. 50]

(28)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma konġunta u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-HTA bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi previst l-istabbiliment ta’ pjattaforma tal-IT li jkun fiha bażijiet tad-dejta xierqa u mezzi sikuri għall-komunikazzjoni, kif ukoll l-informazzjoni kollha dwar il-proċedura, il-metodoloġija, it-taħriġ u l-interessi tal-evalwaturi u l-parteċipanti tan-netwerk tal-partijiet ikkonċernati, ir-rapporti u r-riżultati tal-ħidma konġunta, li jenħtieġ li jkunu pubbliċi. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tiżgura konnessjoni bejn il-pjattaforma tal-IT u infrastrutturi oħra tad-dejta rilevanti għall-finijiet tal-HTA bħal pereżempju reġistri ta’ dejta ta’ sitwazzjoni reali. [Em. 51]

(28a)  Il-kooperazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' governanza tajba, li jinkludi t-trasparenza, l-oġġettività, l-indipendenza tal-esperjenza u l-ġustizzja tal-proċeduri. Il-fiduċja hija prekundizzjoni għal kooperazzjoni li tirnexxi u tista' tintlaħaq biss permezz ta' impenn reali mill-partijiet ikkonċernati kollha u l-aċċess għall-esperjenza, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u produzzjoni ta' kwalità għolja. [Em. 52]

(28b)  Billi bħalissa m'hemm ebda definizzjoni maqbula dwar x'jista' jitqies bħala innovazzjoni ta' kwalità għolja jew valur miżjud terapewtiku, jenħtieġ li l-Unjoni tadotta definizzjonijiet ta' dawn it-termini bi qbil jew kunsens mal-partijiet kollha. [Em. 53]

(29)  Sabiex jiġu żgurati l-istabbiliment u l-operazzjoni mingħajr xkiel tal-valutazzjonijiet konġunti fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll biex titħares il-kwalità tagħhom, huwa xieraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni li jippermetti espansjoni progressiva tal-għadd ta’ valutazzjonijiet konġunti mwettqa kull sena. L-għadd ta’ valutazzjonijiet li jridu jitwettqu jenħtieġ li jiġi ddeterminat f’kunsiderazzjoni xierqa għar-riżorsi disponibbli u l-għadd tal-Istati Membri parteċipanti bil-perspettiva li titlaħaq kapaċità sħiħa sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. L-istabbiliment ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni bħal dan jenħtieġ li jagħti lill-Istati Membri l-opportunità li jallinjaw bis-sħiħ is-sistemi nazzjonali tagħhom mal-qafas għall-ħidma konġunta f’termini tal-allokazzjoni tar-riżorsi, il-ħin u l-prijoritizzazzjoni tal-valutazzjonijiet.

(30)  Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u fil-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti ma tkunx obbligatorja għall-Istati Membri. Jenħtieġ li dan ma jaffettwax l-obbligu tal-Istati Membri li japplikaw regoli armonizzati għall-valutazzjonijiet kliniċi mwettqa fil-livell nazzjonali. M Barra minn hekk, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Istati Membri li mhux qegħdin jipparteċipaw fil-ħidma konġunta jistgħu jiddeċiedu li jipparteċipaw f’kull mument. Sabiex tiġi żgurata organizzazzjoni stabbli u mingħajr xkiel tal-ħidma konġunta u l-funzjonament tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri li diġà jkunu qegħdin jipparteċipaw ma jitħallewx jirtiraw mill-qafas tal-ħidma konġunta. Il-valutazzjonijiet kliniċi li bdew fl-Istati Membri qabel l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jitkomplew, sakemm l-Istati Membri ma jiddeċidux li jwaqqfuhom. [Em. 54]

(31)  Sabiex jiġi żgurat li l-qafas ta’ appoġġ ikompli jkun effiċjenti u kosteffettiv kemm jista’ jkun, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u dwar il-funzjonament tal-qafas ta’ appoġġ mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni. B’mod partikolari, ir-rapport jista’ jqis jekk hemmx il-ħtieġa li dan il-qafas ta’ appoġġ jiċċaqlaq għal aġenzija tal-Unjoni u li jiġi introdott mekkaniżmu ta’ ħlas ta’ miżata li permezz tiegħu l-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa jikkontribwixxu wkoll għall-finanzjament tal-ħidma konġuntaWara l-perjodu ta' tranżizzjoni u qabel is-sistema armonizzata għall-HTA stabbilita fl-ambitu ta' dan ir-Regolament issir obbligatorja, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport tal-valutazzjoni tal-impatt dwar il-proċedura kollha li tkun ġiet introdotta. Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt għandu jevalwa, fost kriterji oħra, il-progress li sar fir-rigward tal-aċċess tal-pazjenti għal teknoloġiji tas-saħħa ġodda u l-funzjonament tas-suq intern, l-impatt fuq il-kwalità tal-innovazzjoni u fuq is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, kif ukoll l-adegwatezza tal-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-funzjonament tal-qafas ta' appoġġ. [Em. 55]

(32)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tastat-13 ta’ April 2016, jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, l-effettività, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE u jenħtieġ li tkun appoġġata permezz ta’ programm ta’ monitoraġġ. Jenħtieġ li r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni jiġu wkoll ikkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 56]

(33)  Id-Direttiva 2011/24/UE tipprevedi li l-Unjoni għandha tappoġġa u tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni xjentifika bejn l-Istati Membri fi ħdan netwerk volontarju li jorbot flimkien lill-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali responsabbli għall-valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa nnominati mill-Istati Membri. Peress li dawk il-kwistjonijiet huma regolati minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/24/UE tiġi emendata skont dan.

(34)  Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu approssimati r-regoli tal-Istati Membri dwar it-twettiq tal-valutazzjonijiet kliniċi fil-livell nazzjonali u li jiġi stabbilit qafas ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti obbligatorji ta’ ċerti teknoloġiji tas-saħħa fil-livell tal-Unjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkiseb dak l-għan, [Em. 57]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

1.  B'kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-ħidma li diġà twettqet fl-Azzjonijiet Konġunti tal-EUnetHTA, dan ir-Regolament jistabbilixxi: [Em. 58]

(a)  qafas ta’ appoġġ u proċeduri għall-kooperazzjoni dwar il-valutazzjoni klinika tat-teknoloġija tas-saħħa fil-livell tal-Unjoni; [Em. 59]

(a)  regoli metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni klinika tat-teknoloġiji tas-saħħa. [Em. 60]

2.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-organizzazzjoni u l-provvista tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura medika u l-allokazzjoni tar-riżorsi assenjati lilhom. Barra minn hekk, dan ir-Regolament m'għandux jinterferixxi mal-kompetenza esklużiva nazzjonali tal-Istati Membri għad-deċiżjonijiet nazzjonali dwar l-ipprezzar jew ir-rimborż. [Em. 61]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  “prodott mediċinali” tfisser prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem kif definit fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16);

(b)  “apparat mediku” tfisser apparat mediku kif definit fir-Regolament (UE) 2017/745;

(ba)  "apparat mediku dijanjostiku in vitro" tfisser apparat mediku dijanjostiku in vitro kif definit fir-Regolament (UE) 2017/746; [Em. 62]

(bb)  "valutazzjoni ta' apparat mediku" tfisser il-valutazzjoni ta' metodu kompost minn aktar minn apparat mediku wieħed jew metodu kompost minn apparat mediku u katina ta' kura ddefinita ta' trattamenti oħra; [Em. 63]

(c)  “teknoloġija tas-saħħa” tfisser teknoloġija tas-saħħa kif definita fid-Direttiva 2011/24/UE;

(d)  “valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa” tfisser proċess ta’ valutazzjoni komparattiva u multidixxiplinarja, fuq il-bażi ta’ oqsma ta’ valutazzjoni kliniċi u mhux kliniċi, li jiġbor u jevalwa l-evidenza disponibbli dwar il-kwistjonijiet kliniċi u mhux kliniċi relatati mal-użu ta’ teknoloġija tas-saħħa;

(e)  "valutazzjoni klinika" "valutazzjoni klinika konġunta" tfisser il-ġbir sistematiku ta' informazzjoni xjentifika u l-evalwazzjoni tal-evidenza xjentifika disponibbli dwar teknoloġija tas-saħħa meta mqabbla ma' teknoloġija komparattiva tagħha u sinteżi ta' dawn il-proċeduri, il-paragun tat-teknoloġija tas-saħħa inkwistjoni ma' teknoloġija tas-saħħa oħra jew teknoloġiji tas-saħħa oħrajn jew proċeduri eżistenti oħrajn fuq il-bażi tal-oqsma kliniċi li ġejjin tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, li jikkostitwixxu referenza għal indikazzjoni klinika speċifika u, abbażi tal-aħjar evidenza xjentifika klinika disponibbli u l-kriterji kliniċi rilevanti tal-pazjent, filwaqt li jitqiesu l-oqsma kliniċi li ġejjin: id-deskrizzjoni tal-problema tas-saħħa indirizzata mit-teknoloġija tas-saħħa u l-użu attwali ta' teknoloġiji tas-saħħa oħrajn li jindirizzaw dik il-problema tas-saħħa, id-deskrizzjoni u l-karatterizzazzjoni teknika tat-teknoloġija tas-saħħa, l-effettività klinika relattiva, u s-sikurezza relattiva tat-teknoloġiji tas-saħħa; [Em. 64]

(f)  “valutazzjoni mhux klinika” tfisser il-parti ta’ valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fuq il-bażi tal-oqsma mhux kliniċi li ġejjin tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa: l-ispiża u l-evalwazzjoni ekonomika ta’ teknoloġija tas-saħħa, u l-aspetti etiċi, organizzattivi, soċjali u ġuridiċi relatati mal-użu tagħha;

(g)  “valutazzjoni kollaborattiva” tfisser valutazzjoni klinika ta’ apparat mediku mwettqa fil-livell tal-Unjoni minn għadd ta’ awtoritajiet u korpi ta’ valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa interessati li jkunu qegħdin jipparteċipaw fuq bażi volontarja.

(ga)  "stima" tfisser tfassil ta' konklużjonijiet dwar il-valur miżjud tat-teknoloġiji kkonċernati bħala parti mill-proċessi ta' stima nazzjonali li jistgħu jqisu data u kriterji kliniċi u mhux kliniċi fil-kuntest tal-kura nazzjonali; [Em. 65]

(gb)  "riżultati tas-saħħa rilevanti għall-pazjent" tfisser data li tidentifika jew tbassar il-mortalità, il-morbidità, il-kwalità tal-ħajja relatata mas-saħħa u avvenimenti avversi;[Em. 202]

Artikolu 3

Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa

1.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġiji tas-Saħħa (il-“Grupp ta’ Koordinazzjoni”) huwa b’dan stabbilit.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet u l-korpi nazzjonali jew reġjonali tagħhom li jkunu responsabbli għall-valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa fil-livell nazzjonali bħala membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-sottogruppi tiegħu u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwarhom u dwar kull tibdil sussegwenti. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw aktar minn awtorità jew korp wieħed responsabbli għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa bħala membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u sottogrupp wieħed tiegħu jew aktar. [Em. 66]

3.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jaġixxi b’kunsens, jew, fejn meħtieġ, jivvota permezz tal-maġġoranza sempliċi. Għandu jkun hemm vot wieħed għal kull Stat Membrukwalifikata.

Il-proċeduri mwettqa mill-Grupp ta' Koordinazzjoni għandhom ikunu trasparenti bil-minuti tal-laqgħa u l-voti ddokumentati u jsiru disponibbli pubblikament, inkluż kwalunkwe dissens. [Em. 203]

4.  Il-laqgħat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandhom ikunu kopreseduti mill-Kummissjoni, mingħajr id-dritt tal-vot, u minn kopresident elett kull sena mill-membri tal-grupp għal terminu fiss li jrid jiġi stabbilit fir-regoli ta’ proċedura tiegħufuq bażi ta' rotazzjoni. Il-kopresidenti għandu jkollhom funzjonijiet ta' natura amministrattiva biss. [Em. 68]

5.  Il-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, magħmula minn awtoritajiet jew korpi ta' nazzjonali jew reġjonali responsabbli mill-valutazzjoni, għandhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-sottogruppi fejn li fihom huma membri, fuq bażi ad hoc jew permanenti. u jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħatra tagħhom u b’kull tibdil sussegwentiL-Istati Membri jistgħu jtemmu dawn il-ħatriet meta dan ikun ġustifikat mir-rekwiżiti tal-ħatra. Madankollu, minħabba l-ammont ta' xogħol, il-kompożizzjoni tas-sottogruppi jew ir-rekwiżiti ta' għarfien speċifiku, jista' jkun hemm aktar minn assessur espert wieħed għal kull Stat Membru, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li, għall-fini tat-teħid tad-deċiżjonijiet, kull Stat Membru jkollu vot wieħed biss. Il-ħatriet għandhom iqisu l-kompetenza meħtieġa sabiex jinkisbu l-objettivi tas-sottogrupp. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiġu informati dwar il-ħatriet kollha u t-tmiem kollu possibbli tal-ħatriet. [Em. 69]

6.  Il-membriBiex tiġi żgurata ħidma ta' kwalità, il-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u r-rappreżentanti maħturin tagħhom għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ indipendenza, imparzjalità u kunfidenzjalitàgħandhom jiġu minn aġenziji nazzjonali jew reġjonali ta' valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa jew minn korpi responsabbli għal tali materja.

Il-membri tal-Grupp ta' Koordinazzjoni, l-esperti u l-evalwaturi b'mod ġenerali, ma għandux ikollhom interessi finanzjarji fi kwalunkwe tip ta' industrija tal-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa jew f'kumpanija tal-assigurazzjoni li jistgħu jaffettwaw l-imparzjalità tagħhom. Huma għandhom jimpenjaw ruħhom biex jaġixxu fl-interess pubbliku u b'mod indipendenti, u jagħmlu dikjarazzjoni tal-interessi kull sena. Dawn id-dikjarazzjonijiet tal-interessi għandhom jiġu rreġistrati fil-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27 u għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku.

F'kull laqgħa, il-membri tal-Grupp ta' Koordinazzjoni għandhom jiddikjaraw kwalunkwe interess speċifiku li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fir-rigward tal-punti fl-aġenda. Meta jinħoloq kunflitt ta' interess bħal dan, il-membru tal-Grupp ta' Koordinazzjoni kkonċernat għandu jirtira mil-laqgħa filwaqt li l-punti rilevanti tal-aġenda jkunu qegħdin jiġu indirizzati. Ir-regoli ta' proċedura għall-każijiet ta' kunflitt ta' interess għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-punt (a)(iiia) tal-Artikolu 22(1).

Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar il-proċess u sabiex tiġi promossa l-fiduċja fis-sistema, id-data klinika kollha li tkun qiegħda tiġi evalwata għandu jkollha l-ogħla livell ta' trasparenza u komunikazzjoni pubblika. Meta d-data tkun kunfidenzjali għal raġunijiet kummerċjali, din il-kunfidenzjalità trid tiġi definita u ġustifikata b'mod ċar u d-data kunfidenzjali trid tkun delimitata u protetta sew. [Em. 70]

7.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista aġġornata tal-membri nnominati tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-sottogruppi tiegħu u esperti oħra, flimkien mal-kwalifiki u l-materji ta' għarfien tagħhom flimkien mad-dikjarazzjoni annwali tal-interessi tagħhom, fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi aġġornata kull sena mill-Kummissjoni u meta jitqies meħtieġ fid-dawl ta' ċirkostanzi ġodda. Dawn l-aġġornamenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. [Em. 71]

8.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu:

(a)  jadotta regoli ta’ proċedura għat-tmexxija tal-laqgħat tiegħu u jaġġornahom fejn meħtieġ;

(b)  jikkoordina u japprova l-ħidma tas-sottogruppi tiegħu;

(c)  jiżgura l-kooperazzjonijikkoopera mal-korpi rilevanti fil-livell tal-Unjoni biex jiffaċilita l-ġenerazzjoni ta’ evidenza addizzjonali meħtieġa għall-ħidma tiegħu; [Em. 72]

(d)  jiżgura l-involviment xieraq tal-partijiet konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati u l-esperti rilevanti fil-ħidma tiegħu. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu dokumentati, inklużi d-dikjarazzjonijiet ta' interess disponibbli pubblikament mill-partijiet ikkonċernati kkonsultati u għandhom jiġu inkorporati fir-rapport ta' valutazzjoni konġunta finali; [Em. 73]

(e)  jistabbilixxi sottogruppi għal dawn li ġejjin:

(i)  il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti;

(ii)  il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(iii)  l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa emerġenti;

(iv)  il-kooperazzjoni volontarja;

(v)  it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma annwali u tar-rapporti annwali, u l-aġġornamenti tar-regoli komuni u tad-dokumenti ta’ ħidma.

9.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet differenti għall-kategoriji li ġejjin tat-teknoloġija tas-saħħa: il-prodotti mediċinali, l-apparat mediku, u teknoloġiji oħra tas-saħħa.

10.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jista’ jistabbilixxi sottogruppi separati għall-kategoriji li ġejjin tat-teknoloġija tas-saħħa: il-prodotti mediċinali, l-apparat mediku, u teknoloġiji oħra tas-saħħa.

10a.  Ir-regoli ta' proċedura tal-Grupp ta' Koordinazzjoni u s-sottogruppi tiegħu, l-aġendi għal-laqgħat tiegħu, id-deċiżjonijiet adottati kif ukoll id-dettalji tal-voti u l-ispjegazzjonijiet tal-vot, inklużi l-opinjonijiet tal-minoranzi ser ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. [Em. 74]

Artikolu 4

Programm ta’ Ħidma Annwali u r-Rapport Annwali

1.  Is-sottogrupp innominat skont l-Artikolu 3(8)(e) għandu jħejji programm ta’ ħidma annwali għall-approvazzjoni mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

2.  Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jistabbilixxi l-ħidma konġunta li trid titwettaq fis-sena kalendarja wara l-approvazzjoni tiegħu, li jkopri:

(a)  l-għadd ippjanat ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti u t-tipi ta’ teknoloġiji tas-saħħa li jridu jiġu vvalutati;

(b)  l-għadd ippjanat ta’ konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(c)  il-kooperazzjoni volontarja.

Il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ser jiġu stabbiliti skont l-importanza tal-impatti tagħhom fuq il-pazjenti, is-saħħa pubblika jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa. [Em. 75]

3.  Fit-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali, is-sottogrupp innominat għandu:

(a)  iqis l-istudju annwali dwar it-teknoloġiji tas-saħħa emerġenti msemmi fl-Artikolu 18;

(b)  jieħu kont tar-riżorsi disponibbli għall-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-ħidma konġunta;

(c)  jikkonsulta lill-Kummissjoni u n-netwerk tal-partijiet ikkonċernati, fil-qafas tal-laqgħat annwali stipulati fl-Artikolu 26, dwar l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali u jieħu kont tal-opinjoni tagħha tal-kummenti tagħhom. [Em. 76]

4.  Is-sottogrupp innominat għandu jħejji rapport annwali għall-approvazzjoni mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena.

5.  Ir-rapport annwali għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-ħidma konġunta mwettqa fis-sena kalendarja qabel l-approvazzjoni tiegħu.

5a.  Kemm ir-rapport annwali kif ukoll il-programm ta' ħidma annwali għandhom jiġu ppubblikati fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 77]

Kapitolu II

Il-Ħidma Konġunta fuq il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa fil-Livell tal-Unjoni

Taqsima 1

Il-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti

Artikolu 5

Kamp ta’ Applikazzjoni tal-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti

1.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jwettaq valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’:

(a)  il-prodotti mediċinali soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 726/2004, inkluż meta tkun saret emenda għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni fuq il-bażi ta’ bidla fl-indikazzjoni jew indikazzjonijiet terapewtiċi li għalihom ingħatat l-awtorizzazzjoni oriġinali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti mediċinali awtorizzati skont l-Artikoli 10 u 10a tad-Direttiva 2001/83/KE;

(aa)  prodotti mediċinali oħra mhux soġġetti għall-proċedura ta' awtorizzazzjoni pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 726/2004, meta l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jkun għażel il-proċedura ta' awtorizzazzjoni ċentralizzata, dment li tkun tinvolvi prodotti mediċinali li jinvolvu innovazzjoni teknika, xjentifika jew terapewtika sinifikanti, jew li l-awtorizzazzjoni tagħha hija fl-interess tas-saħħa pubblika; [Em. 78]

(d)  l-apparat mediku kklassifikat fil-Klassi IIb u III skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2017/745 li għalih il-bordijiet ta’ esperti rilevanti jkunu taw opinjoni xjentifika fil-qafas tal-proċedura ta’ konsultazzjoni tal-evalwazzjoni klinika skont l-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament u jitqies bħala innovazzjoni sinifikanti u b'impatt potenzjalment sinifikanti fuq is-sistemi tas-saħħa jew tal-kura tas-saħħa; [Em. 79]

(e)  l-apparat mediku dijanjostiku in vitro kklassifikat fil-Klassi D skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2017/746 li għalih il-bordijiet ta’ esperti rilevanti jkunu taw il-fehmiet tagħhom fil-qafas tal-proċedura skont l-Artikolu 48(6) ta’ dak ir-Regolament u li jitqies bħala innovazzjoni sinifikanti u b'impatt potenzjalment sinifikanti fuq is-saħħa pubblika jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa. [Em. 80]

2.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jagħżel l-apparat mediku msemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 għall-valutazzjoni klinika konġunta fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)  il-ħtieġa medika mhux issodisfata;

(f)  l-impatt potenzjali fuq il-pazjenti, is-saħħa pubblika, jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa;

(g)  id-dimensjoni transfruntiera sinifikanti;

(h)  il-valur miżjud ewlieni fl-Unjoni kollha;

(i)  ir-riżorsi disponibbli;

(ea)  ħtieġa li tiżdied l-evidenza klinika; [Em. 81]

(eb)  fuq talba tal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. [Em. 82]

Artikolu 6

Tħejjija tar-Rapporti dwar il-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti

1.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jagħti bidu għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tat-teknoloġiji tas-saħħa fuq il-bażi tal-programm ta’ ħidma annwali tiegħu billi jinnomina sottogrupp biex jissorvelja t-tħejjija tar-rapport dwr il-valutazzjoni klinika konġunta f’isem il-Grupp ta’ Koordinazzjoni.

Ir-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta għandu jkun akkumpanjat minn rapport ta’ sinteżi li jkun jinkludi, tal-inqas, id-data klinika mqabbla mal-punti tat-tmiem, il-komparaturi, il-metodoloġija, l-evidenza klinika użata u l-konklużjonijiet dwar l-effikaċja, is-sigurtà u l-effikaċja relattiva u l-limitazzjonijiet tal-valutazzjoni, perspettivi diverġenti, sommarju tal-konsultazzjonijiet imwettqa u l-kummenti li saru. Dawn għandhom jitħejjew skont ir-rekwiżiti f’dan l-Artikolu u r-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikoli 11, 22 u 23stabbiliti mill-Grupp ta' Koordinazzjoni u jsiru pubbliċi, irrispettivament mill-konklużjonijiet tar-rapport.

Għall-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 5(1)(a), ir-rapport tal-valutazzjoni klinika konġunta għandu jiġi adottat mill-Grupp ta' Koordinazzjoni fi żmien 80-100 jum sabiex jiżgura l-konformità mal-iskedi taż-żmien għall-ipprezzar u r-rimborż stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE(17). [Em. 83]

2.  Is-sottogrupp innominat għandu jitlob lill-iżviluppaturi lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa rilevanti jressqu d-dokumentazzjoni jressaq id-dokumentazzjoni disponibbli u aġġornata kollha li jkun fiha l-informazzjoni, id-dejta u l-evidenza neċessarji l-istudji, inklużi kemm ir-riżultati negattivi kif ukoll dawk pożittivi, li tkun neċessarja għall-valutazzjoni klinika konġunta. Din id-dokumentazzjoni tinkludi d-data disponibbli mit-testijiet kollha li twettqu, kif ukoll mill-istudji kollha li fihom intużat it-teknoloġija, li t-tnejn huma ta' importanza kbira biex jiġi żgurat livell għoli ta' kwalità tal-valutazzjonijiet.

Għall-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 5(1)(a), id-dokumentazzjoni għandha tal-anqas tinkludi:

(a)  il-fajl imressaq;

(b)  indikazzjoni tal-istat tal-awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni;

(c)  jekk disponibbli, ir-Rapport Pubbliku Ewropew ta' Valutazzjoni (EPAR), inkluż is-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott (SPC); l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tipprovdi lill-Grupp ta' Koordinazzjoni r-rapporti ta' valutazzjoni xjentifika rilevanti li ġew adottati;

(d)  fejn applikabbli, ir-riżultati ta' studji addizzjonali mitluba mill-Grupp ta' Koordinazzjoni u disponibbli għall-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa;

(e)  fejn applikabbli u jekk disponibbli għall-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa, ir-rapporti tal-HTA diġà disponibbli dwar it-teknoloġija tas-saħħa kkonċernata;

(f)  informazzjoni dwar studji u reġistri ta' studju disponibbli għall-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa.

L-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa għandhom ikunu obbligati jressqu d-data kollha mitluba.

L-assessuri jistgħu jaċċessaw ukoll bażijiet ta' data pubbliċi u sorsi ta' informazzjoni klinika, bħar-reġistri tal-pazjenti, il-bażijiet ta' data jew in-Netwerks Ewropej ta' Referenza, fejn jitqies li dan l-aċċess huwa meħtieġ biex tiġi kkomplementata l-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur u biex issir valutazzjoni klinika aktar preċiża tat-teknoloġija tas-saħħa. Ir-riproduċibbiltà tal-valutazzjoni timplika li din l-informazzjoni ssir pubblika.

Ir-relazzjoni bejn l-evalwaturi u l-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa għandha tkun indipendenti u imparzjali. L-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa jistgħu jiġu kkonsultati iżda ma għandhomx jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess tal-evalwazzjoni. [Em. 84]

2a.  Il-Grupp ta' Koordinazzjoni jista' b'mod ġustifikat iqis, fil-każ ta' mediċina orfni, li ma teżistix raġuni sostantiva jew evidenza addizzjonali li jappoġġjaw analiżi klinika ulterjuri lil hinn mill-valutazzjoni sinifikanti tal-benefiċċji li tkun diġà saret mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. [Em. 85]

3.  Is-sottogrupp innominat għandu jaħtar, minn fost il-membri tiegħu, assessur u koassessur biex imexxu l-valutazzjoni klinika konġunta. L-assessur u l-koassessur għandhom ikunu differenti minn dawk maħtura qabel fl-ambitu tal-Artikolu 13(3) għajr f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali u ġustifikati fejn l-għarfien espert speċifiku meħtieġ ma jkunx disponibbli, u soġġetti għall-approvazzjoni tal-Grupp ta' Koordinazzjoni. Il-ħatriet għandhom iqisu l-kompetenza xjentifika meħtieġa għall-valutazzjoni. [Em. 86]

4.  L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji l-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi.

5.  Il-konklużjonijiet tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta għandhom ikunu limitati għal dan li ġejjinkludu: [Em. 87]

(a)  analiżi tal-effetti tal-effikaċja u s-sikurezza relattivi tat-teknoloġija tas-saħħa li tkun qiegħda tiġi vvalutata fuq ir-riżultati tas-saħħa f'termini tal-punti tat-tmiem kliniċi rilevanti għall-pazjent għall-entità klinika u l-grupp ta' pazjenti magħżula għall-valutazzjoni, inklużi l-mortalità, il-morbożità u l-kwalità tal-ħajja, u mqabbla ma' trattament komparatur wieħed jew aktar stabbilit mill-Grupp ta' Koordinazzjoni; [Em. 88]

(b)  il-livell ta’ ċertezza dwar l-effetti relattivi fuq il-bażi tal-evidenza tal-aħjar evidenza klinika disponibbli u mqabbla mal-aħjar terapiji standard. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-punti kliniċi tat-tmiem stabbiliti f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza, b'mod partikolari fir-rigward tat-titjib tal-istat tas-saħħa, it-tnaqqis tat-tul tal-marda, iż-żieda fis-sopravivenza, it-tnaqqis tal-effetti sekondarji u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja. Għandha ssir ukoll referenza għad-differenzi speċifiċi għas-subgruppi. [Em. 89]

Il-konklużjonijiet m'għandhomx jinkludu stima.

L-assessur u l-koassessur għandhom jiżguraw li l-għażla ta' gruppi ta' pazjenti rilevanti tkun rappreżentattiva tal-Istati Membri li jieħdu sehem biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet xierqa dwar il-finanzjament ta' dawn it-teknoloġiji mill-baġits nazzjonali tas-saħħa. [Em. 90]

6.  Meta, fi kwalunkwe stadju tat-tħejjija tal-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta, l-assessur iqis li hija meħtieġa evidenza addizzjonali mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed iressaq id-dokumentazzjoni sabiex jitlesta r-rapport, jista’ jitlob lis-sottogrupp innominat jissospendi l-perjodu ta’ żmien stabbilit għat-tħejjija tar-rapport u jitlob evidenza addizzjonali mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. Wara li jkun ikkonsulta mal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar iż-żmien meħtieġ biex titħejja l-evidenza addizzjonali meħtieġa, it-talba mill-assessur għandha tispeċifika l-għadd ta’ jiem ta’ xogħol li fihom it-tħejjija għandha tiġi sospiża. Meta waqt il-proċess issir disponibbli data klinika ġdida, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa kkonċernat għandu wkoll jikkomunika din l-informazzjoni l-ġdida b'mod proattiv lill-assessur. [Em. 205]

7.  Il-membri tas-sottogrupp innominat jew il-Grupp ta' Koordinazzjoni, f'perjodu ta' żmien minimu ta' 30 jum ta' xogħol, għandhom jipprovdu l-kummenti tagħhom matul it-tħejjija tal-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tipprovdi kummenti. [Em. 92]

8.  L-assessur għandu jipprovdi l-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed iressaq id-dokumentazzjoni u jistabbilixxi perjodu ta’ żmien li fih l-iżviluppatur jista’ jressaq il-kummenti għall-kummenti tiegħu. [Em. 93]

9.  Is-sottogrupp innominat għandu jiżgura li l-partijiet ikkonċernati, inklużi l-pazjenti u l-esperti Pazjenti, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, professjonisti tas-saħħa, NGOs, assoċjazzjonijiet oħrajn ta' żviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa u esperti kliniċi, jingħataw l-opportunità li jipprovdu jistgħu jressqu kummenti matul it-tħejjija tal-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi u jistabbilixxi perjodu f'perjodu ta’ żmien li fih jistgħu jressqu l-kummenti tagħhomstabbilit mis-sottogrupp innominat.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-partijiet ikkonċernati kkonsultati kollha fil-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 94]

10.  Wara li jaslu u li jitqiesu l-kummenti provduti skont il-paragrafi 7, 8 u 9, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jiffinalizza l-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi, u jagħti dawk ir-rapporti lis-sottogrupp innominat u lill-Kummissjoni biex ikunu jistgħu jagħtu l-kummenti tagħhom.lill-Grupp ta' Koordinazzjoni għall-kummenti tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kummenti kollha, li għandhom jitwieġbu kif dovut, fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 95]

11.  L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jqis il-kummenti tas-sottogrupp innominat u tal-Kummissjoni tal-Grupp ta' Koordinazzjoni u jressaq abbozz finali tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-approvazzjoni finali. [Em. 96]

12.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu japprova r-rapport finali dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi, kull fejn possibbli permezz ta’ kunsens jew, fejn meħtieġ, permezz tal-maġġoranza sempliċi kwalifikata tal-Istati Membri.

Il-pożizzjonijiet diverġenti u r-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati dawn il-pożizzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport finali.

Ir-rapport finali għandu jinkludi analiżi tas-sensittività jekk ikun hemm wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:

(a)  opinjonijiet differenti dwar l-istudji li jkunu se jiġu esklużi minħabba preġudizzju sever;

(b)  pożizzjonijiet diverġenti jekk l-istudji għandhom jiġu esklużi għaliex ma jirriflettux l-iżvilupp teknoloġiku aġġornat; or

(c)  kontroversji fir-rigward tad-definizzjoni tal-livelli limiti minimi ta' irrilevanza rigward il-punti ta' tmiem rilevanti għall-pazjent.

L-għażla tal-komparatur wieħed jew aktar u l-punti ta' tmiem rilevanti għall-pazjent għandhom jiġu medikament iġġustifikati u ddokumentati fir-rapport finali.

Ir-rapport finali għandu jinkludi wkoll ir-riżultati tal-konsultazzjoni xjentifika konġunta mwettqa skont l-Artikolu 13. Ir-rapporti dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi għandhom jiġu ppubblikati ladarba l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jkunu kkompletati. [Em. 206]

13.  L-assessur għandu jiżgura li titneħħa kull informazzjoni ta’ natura kummerċjalment sensittiva mir-rapport r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati jkunu jinkludu l-informazzjoni klinika soġġetta għall-valutazzjoni, il-metodoloġija u l-istudji użati. L-assessur irid jikkonsulta mal-iżviluppatur dwar ir-rapport qabel il-pubblikazzjoni tiegħu. L-iżviluppatur għandu jkollu perjodu ta' 10 ijiem ta' xogħol biex jgħarraf lill-assessur dwar kwalunkwe informazzjoni li hu jikkunsidra bħala kunfidenzjali u jiġġustifika n-natura kummerċjalment sensittiva tagħha. Bħala l-aħħar rimedju, l-assessur u l-koassessur għandhom jiddeċiedu jekk it-talba tal-iżviluppatur għall-kunfidenzjalità tkunx ġustifikata. [Em. 98]

14.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jipprovdi r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed iressaq id-dokumentazzjoni u lill-Kummissjoni, li se jinkludu ż-żewġ rapporti fuq il-pjattaforma tal-IT. [Em. 99]

14a.  Wara li jirċievi r-rapport tal-valutazzjoni klinika konġunta approvata u r-rapport ta' sinteżi, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed jissottometti jista' jgħarraf l-oġġezzjonijiet tiegħu bil-miktub lill-Grupp ta' Koordinazzjoni u l-Kummissjoni fi żmien sebat ijiem ta' xogħol. F'dan il-każ, l-iżviluppatur għandu jipprovdi raġunijiet dettaljati għall-oġġezzjonijiet tiegħu. Il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jevalwa l-oġġezzjonijiet fi żmien sebat ijiem ta' xogħol u għandu jirrevedi r-rapport, kif meħtieġ.

Il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu japprova u jissottometti r-rapport finali ta' valutazzjoni klinika konġunta, ir-rapport ta' sinteżi u dokument ta' spjegazzjoni li jispjega kif l-oġġezzjonijiet tal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li ssottomettihom u tal-Kummissjoni kienu ġew indirizzati. [Em. 100]

14b.  Ir-rapport ta' valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta' sinteżi jridu jitlestew fi żmien mhux iqsar minn 80 jum u mhux aktar minn 100 jum, ħlief f'każijiet iġġustifikati fejn, minħabba l-importanza tal-ħtieġa klinika, ikun hemm bżonn li l-proċess jitqassar jew jittardja, rispettivament. [Em. 101]

14c.  F'każ li l-iżviluppatur tat-teknoloġiji li qed jissottometti jirtira, fuq bażi motivata, l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, jew jekk l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ttemm tali valutazzjoni, il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jiġi infurmat sabiex itemm il-proċedura ta' valutazzjoni klinika konġunta. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-raġunijiet għall-irtirar tal-applikazzjoni jew it-tmiem tal-valutazzjoni fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 102]

Artikolu 7

Lista tat-Teknoloġiji tas-Saħħa Vvalutati

1.  Meta l-Kummissjoni tqis li r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati jikkonformaw mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-isem tat-teknoloġija tas-saħħa li kienet is-suġġett ta’ rapport u r-rapporttar-rapport u tar-rapport ta’ sinteżi approvatiapprovat, irrispettivament jekk ġiex approvat jew le, f’lista ta’ teknoloġiji li tkun saritilhom valutazzjoni klinika konġunta (il-“Lista tat-Teknoloġiji tas-Saħħa Vvalutati” jew il-“Lista”) mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla tar-rapport u tar-rapport ta’ sinteżi approvati mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni. [Em. 103]

2.  Meta, fi żmien 30 jum mill-wasla tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapport ta’ sinteżi approvati, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapport ta’ sinteżi approvati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti sostantivi u proċeduralilegali proċedurali stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija għandha tinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-konklużjonijiet tagħha u titolbu biex jirrieżamina r-rapport u r-rapport ta’ sinteżi titlob rieżami tal-valutazzjoni, u tagħti r-raġunijiet. [Em. 104]

3.  Is-sottogrupp innominat għandu jqis il-konklużjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u jistieden lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa sabiex iressaq il-kummenti tiegħu sa data ta’ skadenza speċifikata. Is-sottogrupp innominat għandu jirrieżamina r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi filwaqt li jqis il-kummenti pprovduti mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jimmodifika r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi kif xieraq u jressaqhom lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni. Għandhom japplikaw il-paragrafi 12 u 14 tal-Artikolu 6mill-Kummissjoni, minn perspettiva proċedurali, qabel ma joħroġ opinjoni finali. [Em. 105]

4.  Wara li jitressqu r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati u mmodifikati, u meta l-Kummissjoni tqis li r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati u mmodifikati jikkonformaw mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija għandha tinkludi l-isem tat-teknoloġija tas-saħħa li kienet is-suġġett tar-rapport u r-rapport ta’ sinteżi fil-Lista tat-Teknoloġiji tas-Saħħa Vvalutati. [Em. 106]

5.  Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati u mmodifikati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija għandha tirrifjuta li tinkludi l-isem tat-teknoloġija it-teknoloġija tas-saħħa soġġetta għall-valutazzjoni għandha tiġi inkluża fil-Lista, flimkien mar-rapport ta' sinteżi tal-valutazzjoni u l-kummenti tal-Kummissjoni, li kollha għandhom jiġu ppubblikati fuq il-Pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni b’dan, u tagħti r-raġunijiet tagħha għan-nuqqas ta’ inklużjonigħar-rapport negattiv. L-obbligi stipulati fl-Artikolu 8 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tat-teknoloġija tas-saħħa kkonċernata. Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed iressaq id-dokumentazzjoni kif xieraq u jinkludi informazzjoni fil-qosor dwar dawk ir-rapporti fir-rapport annwali tiegħu. [Em. 107]

6.  Għal dawk it-teknoloġiji tas-saħħa inklużi fil-Lista tat-Teknoloġiji tas-Saħħa Vvalutati, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport, fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27, ir-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27, kif ukoll il-kummenti tal-partijiet ikkonċernati u r-rapporti intermedjarji, u tqegħedhom għad-dispożizzjoni tal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed iressaq id-dokumentazzjoni mill-inqas 10 ijiem ta’ xogħol wara l-inklużjoni tagħhom fil-Lista. [Em. 108]

Artikolu 8

Użu tar-Rapporti dwar il-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti fil-Livell tal-Istati Membri

1.  Għat-teknoloġiji tas-saħħa inklużi fil-Lista ta' Teknoloġiji tas-Saħħa Vvalutati jew li għalihom tkun inbdiet valutazzjoni klinika konġunta, l-Istati Membri: [Em. 109]

(a)  ma għandhomx iwettqu valutazzjoni klinika jew proċess ta’ valutazzjoni simili għal teknoloġija tas-saħħa inkluża fil-Lista tat-Teknoloġiji tas-Saħħa Vvalutati jew li għaliha tkun inbdiet valutazzjoni klinika konġuntagħandhom jużaw ir-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniki konġunti fil-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa tagħhom fil-livell tal-Istati Membri; [Em. 110]

(j)  għandhom japplikaw ir-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti, fil-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa tagħhomma għandhomx jirrepetu l-valutazzjoni klinika konġunta fil-livell tal-Istati Membri. [Em. 111]

1a.  Ir-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 1 m'għandux iwaqqaf lill-Istati Membri jew lir-reġjuni milli jħejju valutazzjonijiet dwar il-valur kliniku miżjud tat-teknoloġiji kkonċernati bħala parti mill-proċessi ta' stima nazzjonali jew reġjonali li jistgħu jikkunsidraw data u testijiet kliniċi u mhux kliniċi addizzjonali li jkunu speċifiċi għall-Istat Membru affettwat u li ma kinux inklużi fil-valutazzjoni klinika konġunta u li huma meħtieġa biex jikkompletaw il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa jew il-proċess ġenerali ta' pprezzar u ta' rimborż.

Tali valutazzjonijiet komplementari jistgħu jqabblu t-teknoloġija kkonċernata ma' komparatur li jirrappreżenta l-aħjar standard ta' kura disponibbli u bbażat fuq l-evidenza fl-Istat Membru kkonċernat u li, minkejja t-talba ta' dak l-Istat Membru matul il-fażi ta' definizzjoni tal-ambitu, ma kienx inkluż fil-valutazzjoni klinika konġunta. Huma jistgħu wkoll jivvalutaw it-teknoloġija f'kuntest ta' kura speċifiku għall-Istat Membru kkonċernat, abbażi tal-prattika klinika tiegħu, jew mill-istabbiliment magħżul għar-rimborż.

Kwalunkwe miżura bħal din għandha tkun ġustifikata, meħtieġa u proporzjonata biex jintlaħaq dan l-għan, ma għandhiex tidduplika x-xogħol imwettaq fil-livell tal-Unjoni u ma ddewwimx bla bżonn l-aċċess tal-pazjent għal dawk it-teknoloġiji.

Kwalunkwe miżura bħal din għandha tkun ġustifikata, meħtieġa u proporzjonata biex jintlaħaq dan l-għan, ma għandhiex tidduplika x-xogħol imwettaq fil-livell tal-Unjoni u ma ddewwimx bla bżonn l-aċċess tal-pazjent għal dawk it-teknoloġiji. [Em. 112]

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa dwar teknoloġija tas-saħħa li kienet soġġetta għal valutazzjoni klinika konġunta fi żmien 30 jum mit-tlestija tagħha. Dik in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn iressqu informazzjoni dwar kif ġew applikati l-konklużjonijiet tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta fil-valutazzjoni globali tat-teknoloġija tas-saħħa. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ din l-informazzjoni bejn l-Istati Membri permezz tal-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27, dwar kif ir-rapport konġunt tal-valutazzjoni klinika tqies fil-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fil-livell tal-Istati Membri, kif ukoll data klinika u evidenza oħra li tqiesu sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiffaċilita l-iskambju ta' din l-informazzjoni bejn l-Istati Membri. [Em. 113]

Artikolu 9

Aġġornamenti tal-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti

1.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jwettaq aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti meta:

(a)  id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tiddependi fuq l-issodisfar tar-rekwiżiti addizzjonali ta’ wara l-awtorizzazzjoni;

(k)  ir-rapport inizjali dwar il-valutazzjoni klinika konġunta jispeċifika l-ħtieġa għal aġġornament ladarba l-evidenza evidenza addizzjonali għal valutazzjoni ulterjuri tkun disponibbli, sal-iskadenza stipulata f'dak ir-rapport; [Em. 114]

(ba)  fuq talba ta' Stat Membru jew żviluppatur ta'teknoloġija tas-saħħa li jikkunsidra li hemm evidenza klinika ġdida; [Em. 115]

(bb)  ħames snin wara l-valutazzjoni, tkun teżisti evidenza klinika ġdida sinifikanti, jew aktar qabel meta toħroġ evidenza jew data klinika ġdida. [Em. 116]

1a.   Għall-każijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (ba) u (bb) tal-ewwel subparagrafu, l-iżviluppatur tat-teknoloġija għandu jressaq l-informazzjoni addizzjonali. Jekk dan ma kienx il-każ, il-valutazzjoni konġunta preċedenti ma tibqax taqa' taħt il-finijiet tal-Artikolu 8.

Il-bażi tad-dejta EVIDENT għandha tkompli tiġbor l-evidenza klinika li toħroġ mill-użu tat-teknoloġija tas-saħħa fil-ħajja reali, kif ukoll il-monitoraġġ tal-eżiti tas-saħħa. [Em. 117]

2.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jista’ jwettaq aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti meta ssir talba għal dan minn membru jew bosta membri tiegħu.

L-aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jintalbu meta tiġi ppubblikata jew issir disponibbli informazzjoni ġdida li ma kinitx disponibbli fil-mument tar-rapport konġunt inizjali. Meta jintalab aġġornament tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta, il-membru li jkun ipproponih jista' jaġġorna r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u jipproponih għall-adozzjoni minn Stati Membri oħra permezz tar-rikonoxximent reċiproku. Meta jkun qed jaġġorna r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta, l-Istat Membru għandu japplika l-metodi u l-istandards kif stabbilit mill-Grupp ta' Koordinazzjoni.

Meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jaqblu dwar aġġornament, il-każ jiġi riferut lill-Grupp ta' Koordinazzjoni. Il-grupp ta' Koordinazzjoni għandu jiddeċiedi jekk għandux iwettaq aġġornament abbażi tal-informazzjoni l-ġdida.

Meta aġġornament jiġi approvat permezz tar-rikonoxximent reċiproku jew wara d-deċiżjoni tal-Grupp ta' Koordinazzjoni, ir-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta jiġu kkunsidrat bħala aġġornat. [Em. 118]

3.  L-aġġornamenti għandhom jitwettqu skont ir-regoli ta’ proċedura stabbiliti skont l-Artikolu 11(1)(d).

Artikolu 10

Arranġamenti ta’ Tranżizzjoni għall-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti

Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 33(1):

(a)  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu:

(i)  jibbaża l-għadd annwali ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti ppjanati fuq l-għadd ta’ Stati Membri li jkunu qegħdin jipparteċipaw u r-riżorsi disponibbli għalih;

(ii)  jagħżel il-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti bbażati fuq il-kriterji tal-għażla msemmija fl-Artikolu 5(2).

(b)  Il-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni mill-Istati Membri li mhumiex qegħdin jipparteċipaw fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ma għandhomx:

(i)  jinħatru bħala assessuri jew koassessuri;

(ii)  jikkumentaw dwar l-abbozzi tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u r-rapporti ta’ sinteżi;

(iii)  jieħdu sehem fil-proċess ta’ approvazzjoni tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u r-rapport ta’ sinteżi finali;

(iv)  jieħdu sehem fil-proċess ta’ tħejjija u ta’ approvazzjoni tal-partijiet tal-programmi tal-ħidma annwali dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti;

(v)  ikunu soġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8 fir-rigward tat-teknoloġiji tas-saħħa li tkun saritilhom valutazzjoni klinika konġunta.

Artikolu 11

Adozzjoni ta’ Regoli ta’ Proċedura Dettaljati għall-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti

1.  Il-Kummissjoni għandha, bi qbil ma' dan ir-Regolament, tiżviluppa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta’ proċedura għal: [Em. 119]

(a)  it-tressiq ta’ informazzjoni, dejta u evidenza mill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa; [Em. 120]

(a)  il-ħatra ta’ assessuri u koassessuri;

(b)  id-determinazzjoni tal-passi dettaljati ta’ proċedura u l-perjodu ta’ żmien tagħhom, u t-tul ta’ żmien globali tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti; [Em. 121]

(c)  l-aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti;

(d)  il-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini dwar it-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tal-prodotti mediċinali;

(e)  il-kooperazzjoni mal-korpi nnotifikati u l-bordijiet tal-esperti dwar it-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tal-apparat mediku; [Em. 122]

2.  Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

Taqsima 2

Il-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti

Artikolu 12

Rikjesti għall-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti

1.  L-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa jistgħu jitolbu konsultazzjoni xjentifika konġunta mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni biex jiksbu parir xjentifiku dwar id-dejta u l-evidenza li x’aktarx tkun rikjesta bħala parti minn valutazzjoni klinika konġuntal-aspetti kliniċi għall-aħjar disinn ta' studji xjentifiċi u ta' riċerka biex tinkiseb l-aħjar evidenza xjentifika, tittejjeb il-prevedibbiltà, il-prijoritajiet ta' riċerka jingħaqdu flimkien u tiżdied il-kwalità u l-effikaċja tagħhom, sabiex tinkiseb l-aħjar evidenza. [Em. 123]

L-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa tal-prodotti mediċinali jistgħu jitolbu li l-konsultazzjoni xjentifika konġunta titwettaq b’mod parallel mal-proċess tal-għoti ta’ parir xjentifiku mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini skont l-Artikolu 57(1)(n) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. F’dan il-każ, dawn għandhom jagħmlu din it-talba meta jressqu applikazzjoni għal parir xjentifiku lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

2.  Meta jqis it-talba għall-konsultazzjoni xjentifika konġunta, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jqis il-kriterji li ġejjin:

(a)  il-possibbiltà li t-teknoloġija tas-saħħa li qiegħda tiġi żviluppata se tkun is-suġġett ta’ valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 5(1);

(f)  il-ħtieġa medika mhux issodisfata;

(g)  l-impatt potenzjali fuq il-pazjenti, is-saħħa pubblika, jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa;

(h)  id-dimensjoni transfruntiera sinifikanti;

(i)  il-valur miżjud ewlieni fl-Unjoni kollha;

(j)  ir-riżorsi disponibbli;

(fa)  il-prijoritajiet kliniċi tar-riċerka tal-Unjoni. [Em. 124]

3.  Fi żmien 15-il jum wara l-wasla tat-talba, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li jkun qiegħed jagħmel it-talba jekk huwiex se jwettaq il-konsultazzjoni xjentifika konġunta. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jirrifjuta t-talba, huwa għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa b’dan u jispjega r-raġunijiet tiegħu filwaqt li jqis il-kriterji stipulati fil-paragrafu 2.

Il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti la għandhom jippreġudikaw l-oġġettività u l-indipendenza tal-valutazzjonijiet teknoloġiċi konġunti, u lanqas ir-riżultati jew il-konklużjonijiet tagħhom. L-assessur u l-koassessur maħtura biex iwettquhom skont l-Artikolu 13(3) ma jistgħux ikunu l-istess bħall-assessur u l-koassessur maħtura skont l-Artikolu 6(3) għall-valutazzjoni teknoloġika konġunta.

L-għan u sommarju tal-kontenut tal-konsultazzjonijiet se jiġu ppubblikati fuq il-Pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 125]

Artikolu 13

Tħejjija tar-Rapporti dwar il-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti Proċedura ta' konsultazzjoni xjentifika konġunta [Em. 126]

1.  Wara li jaċċetta talba għal konsultazzjoni xjentifika konġunta skont l-Artikolu 12 u fuq il-bażi tal-programm ta’ ħidma annwali tiegħu, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jinnomina sottogrupp biex jissorvelja t-tħejjija tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta f’isem il-Grupp ta’ Koordinazzjoni.

Ir-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta għandu jitħejja skont ir-rekwiżiti f’dan l-Artikolu u skont ir-regoli ta’ proċedurail-proċedura u d-dokumentazzjoni ppubblikata stabbiliti skont l-Artikoli 16 u 17. [Em. 127]

2.  Is-sottogrupp innominat għandu jitlob lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jressaq id-dokumentazzjoni disponibbli u aġġornata li jkun fiha l-informazzjoni, id-dejta u l-evidenza l-istadji kollha tal-ipproċessar tal-informazzjoni, id-data u l-istudji neċessarji għall-konsultazzjoni xjentifika konġunta, bħad-data disponibbli mit-testijiet kollha mwettqa u mill-istudji kollha li fihom intużat it-teknoloġija. Jista' jiġi żviluppat perkors magħmul apposta għall-valutazzjoni klinika għall-prodotti mediċinali orfni minħabba n-numru limitat ta' pazjenti rreġistrati fi provi kliniċi u/jew in-nuqqas ta' komparatur. Dik l-informazzjoni kollha għandha tkun disponibbli pubblikament, mat-tlestija tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti.

Is-sottogrupp innominat u l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa kkonċernat għandu jkollhom laqgħa konġunta bbażata fuq id-dokumentazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu. [Em. 128]

3.  Is-sottogrupp innominat għandu jaħtar, minn fost il-membri tiegħu, assessur u koassessur biex imexxu l-konsultazzjoni xjentifika konġunta, li għandhom ikunu differenti mill-assessuri u l-koassessuri sussegwentement maħtura skont l-Artikolu 6(3). Il-ħatriet għandhom iqisu l-kompetenza xjentifika meħtieġa għall-valutazzjoni. [Em. 129]

4.  L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji l-abbozz tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta.

5.  Meta, fi kwalunkwe stadju tat-tħejjija tal-abbozz tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta, l-assessur iqis li hija meħtieġa evidenza addizzjonali mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa sabiex jitlesta r-rapport, jista’ jitlob lis-sottogrupp innominat jissospendi il-perjodu ta’ żmien stabbilit għat-tħejjija tar-rapport u jitlob l-evidenza addizzjonali mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. Wara li jkun ikkonsulta mal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar iż-żmien meħtieġ biex titħejja l-evidenza addizzjonali meħtieġa, it-talba mill-assessur għandha tispeċifika l-għadd ta’ jiem ta’ xogħol li fihom it-tħejjija għandha tiġi sospiża.

6.  Il-membri tas-sottogrupp innominat għandhom jipprovdu l-kummenti tagħhom matul it-tħejjija tal-abbozz tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta.

7.  L-assessur għandu jipprovdi l-abbozz tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta u jipprovdih lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed iressaq id-dokumentazzjoni u għall-kummenti tiegħu, filwaqt li jistabbilixxi perjodu ta’ żmien li fih l-iżviluppatur jista’ jressaq il-kummenti tiegħugħat-tressiq ta' dawk il-kummenti. [Em. 130]

8.  Is-sottogrupp innominat għandu jiżgura li l-partijiet ikkonċernati, inklużi l-pazjenti L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa, il-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa u l-esperti kliniċi, jingħataw l-opportunità li jipprovdu jistgħu jissottomettu kummenti matul it-tħejjija tal-abbozz tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta u jistabbilixxi perjodu ta’ żmien li fih jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom. [Em. 131]

9.  Wara li jaslu u li jitqiesu l-informazzjoni u l-kummenti provduti skont il-paragrafi 6, 7 u 8, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jiffinalizza l-abbozz tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta u jagħti l-abbozz tar-rapporti lis-sottogrupp innominat biex ikun jista’ jagħti l-kummenti tiegħu. Il-kummenti kollha, li għandhom jiġu ppubblikati u mwieġba meta jkun meħtieġ, għandhom jiġu ppubblikat fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27, wara l-finalizzazzjoni tal-valutazzjoni klinika konġunta. Il-kummenti ppubblikati għandhom jinkludu l-kummenti tal-partijiet ikkonċernati u kwalunkwe differenza ta' opinjoni espressa mill-membri tas-sottogrupp matul il-proċedura. [Em. 132]

10.  Meta l-konsultazzjoni xjentifika konġunta titwettaq b’mod parallel mal-parir xjentifiku mogħti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-assessur għandu jipprova jikkoordina mal-Aġenzija fir-rigward tal-konsistenza tal-konklużjonijiet tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta ma’ dawk tal-parir xjentifikul-kalendarju. [Em. 133]

11.  L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jqis il-kummenti tal-membri tas-sottogrupp innominat u jressaq l-abbozz finali tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni.

12.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu japprova r-rapport finali dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta, fejn possibbli permezz ta’ kunsens jew, fejn meħtieġ, permezz tal-maġġoranza sempliċi kwalifikata tal-Istati Membri, mhux aktar tard minn 100 jum wara li tibda t-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 4. [Em. 207]

Artikolu 14

Rapporti dwar il-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti

1.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jikkomunika r-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta approvat lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li jkun qed jagħmel it-talba mill-inqas 10 ijiem ta’ xogħol wara l-approvazzjoni tiegħu.

2.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jinkludi informazzjoni fil-qosor anonimizzata dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti fir-rapport annwali tiegħu u fil-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi s-suġġett tal-konsultazzjonijiet u l-kummenti.

Ir-rapporti dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi għandhom jiġu ppubblikati ladarba l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jkunu kkompletati. [Em. 135]

3.  L-Istati Membri ma għandhomx iwettqu konsultazzjoni xjentifika jew konsultazzjoni ekwivalenti dwar teknoloġija tas-saħħa tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 5 li għaliha tkun inbdiet konsultazzjoni xjentifika konġunta u meta l-kontenut tat-talba jkun l-istess bħal dak kopert mill-konsultazzjoni xjentifika konġunta, sakemm ma kinux tqiesu data u evidenza klinika addizzjonali u tali data u evidenza jkunu meqjusa meħtieġa. Dawn il-konsultazzjonijiet xjentifiċi nazzjonali għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 136]

Artikolu 15

Arranġamenti ta’ Tranżizzjoni għall-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti

Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 33(1):

(a)  il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jibbaża l-għadd annwali ta’ konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti ppjanati fuq l-għadd ta’ Stati Membri li jkunu qegħdin jipparteċipaw u r-riżorsi disponibbli għalih;

(b)  il-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni mill-Istati Membri li mhumiex qegħdin jipparteċipaw fil-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti ma għandhomx:

(i)  jinħatru bħala assessuri jew koassessuri;

(ii)  jikkummentaw dwar l-abbozz tar-rapporti dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(iii)  jieħdu sehem fil-proċess ta’ approvazzjoni tar-rapporti finali dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(iv)  jieħdu sehem fil-proċess ta’ tħejjija u ta’ approvazzjoni tal-partijiet tal-programmi tal-ħidma annwali dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti.

Artikolu 16

Adozzjoni ta’ Regoli ta’ Proċedura Dettaljati għall-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta’ proċedura għal:

(a)  it-tressiq tat-talbiet mill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa u l-involviment tagħhom fit-tħejjija tar-rapporti dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti; [Em. 137]

(k)  il-ħatra ta’ assessuri u koassessuri;

(l)  id-determinazzjoni tal-passi dettaljati ta’ proċedura u l-perjodu ta’ żmien tagħhom;

(m)  il-konsultazzjoni tal-pazjenti, tal-espertiit-tressiq tal-kummenti minn pazjenti, professjonisti fil-kura tas-saħħa, assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, sħab soċjali, organizzazzjonijiet mhux governattivi, esperti kliniċi u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra; [Em. 138]

(n)  il-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti dwar il-prodotti mediċinali meta żviluppatur tat-tekonoloġiji tas-saħħa jitlob il-konsultazzjoni li trid titwettaq b’mod parallel ma’ proċess għall-pariri xjentifiku mill-Aġenzija;

(o)  il-kooperazzjoni mal-bordijiet tal-esperti msemmija fl-Artikolu 106(1) tar-Regolament (UE) 2017/745 dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti dwar l-apparat mediku.

2.  Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 17

Dokumentazzjoni u Regoli għall-Għażla tal-Partijiet Ikkonċernati għall-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 31 l-Artikoli 30 u 32 dwar: [Em. 139]

(a)  il-kontenutil-proċedura ta’: [Em. 140]

(i)  it-talbiet mill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa għall-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(ii)  id-dossiers tal-informazzjoni, id-dejta u l-evidenza li jridu jitressqu mill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa għall-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(iii)  ir-rapporti dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti.

(iiia)  l-involviment tal-partijiet ikkonċernati għall-finijiet ta' din it-taqsima, inklużi r-regoli dwar il-kunflitt ta' interess. Id-dikjarazzjonijiet tal-interessi għandhom ikunu disponibbli pubblikament għall-partijiet ikkonċernati u l-esperti kollha kkonsultati. Il-partijiet ikkonċernati u l-esperti b'kunflitt ta' interess m'għandhomx jipparteċipaw fil-proċess. [Em. 141]

(b)  ir-regoli għad-determinazzjoni tal-partijiet ikkonċernati li jridu jiġu kkonsultati għall-finijiet ta’ din it-Taqsima. [Em. 142]

Taqsima 3

It-Teknoloġiji tas-Saħħa Emerġenti

Artikolu 18

Identifikazzjoni tat-Teknoloġiji tas-Saħħa Emerġenti

1.  Kull sena, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jħejji studju dwar it-teknoloġiji tas-saħħa emerġenti li huma mistennija li jkollhom impatt kbir fuq il-pazjenti, is-saħħa pubblika jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa.

2.  Fit-tħejjija ta’ dan l-istudju, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jikkonsulta:

(a)  lill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa;

(b)  lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u tal-konsumaturi u lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa fil-laqgħa annwali tiegħu; [Em. 143]

(c)  lill-esperti kliniċi;

(d)  lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini inkluż dwar in-notifika minn qabel tal-prodotti mediċinali qabel l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni;

(e)  lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Apparat Mediku stabbilit fl-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2017/745.

2a.  Meta jkun qed iħejji l-istudju, il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jiżgura li informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali pprovduta mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa tiġi mħarsa b'mod adegwat. Għal dak il-għan, il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jagħti lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-rigward tal-kontenuti tal-istudju u għandu jqis dawk il-kummenti. [Em. 144]

3.  Il-konklużjonijiet tal-istudju għandhom jinġabru fil-qosor fir-rapport annwali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u għandhom jitqiesu fit-tħejjija tal-programmi tal-ħidma annwali tiegħu.

Taqsima 4

Il-Kooperazzjoni Volontarja fil-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa

Artikolu 19

Kooperazzjoni Volontarja

1.  Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-kooperazzjoni kwalunkwe kooperazzjoni ulterjuri u l-iskambju tal-informazzjoni xjentifika bejn l-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet li ġejjin: [Em. 145]

(a)  il-valutazzjonijiet mhux kliniċi dwar it-teknoloġiji tas-saħħa;

(b)  il-valutazzjonijiet kollaborattivi dwar l-apparat mediku;

(c)  il-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa ta’ teknoloġiji tas-saħħa għajr il-prodotti mediċinali jew l-apparat mediku;

(d)  il-provvista ta’ evidenza addizzjonali meħtieġa għall-appoġġ tal-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa.

(da)  il-valutazzjonijiet kliniċi tal-prodotti mediċinali u tal-apparat mediku mwettqa mill-Istati Membri; [Em. 146]

(db)  il-miżuri marbuta mal-użu b'kompassjoni fil-prattika klinika, sabiex tittejjeb il-bażi tal-evidenza u jinħoloq reġistru għal dan il-għan; [Em. 147]

(dc)  l-iżvilupp ta' linji gwida tal-aħjar prattiki mediċi bbażati fuq l-evidenza xjentifika; [Em. 148]

(dd)  l-iżvestiment f'teknoloġiji li ma għadhomx validi; [Em. 149]

(de)  l-issikkar tar-regoli dwar il-ġenerazzjoni ta' evidenza klinika u l-monitoraġġ tagħha. [Em. 150]

2.  Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jintuża biex jiffaċilita l-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Il-kooperazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c), (c), (db) u (de) tal-paragrafu 1 tista’ titwettaq bl-użu tar-regoli ta’ proċedura stabbiliti skont l-Artikolu 11 u r-regoli komuni stabbiliti skont l-Artikoli 22 u 23. [Em. 151]

4.  Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi inkluża fil-programmi ta’ ħidma annwali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u r-riżultati tal-kooperazzjoni għandhom jiġu inklużi fir-rapporti annwali tiegħu u fil-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27.

Kapitolu III

Ir-Regoli għall-Valutazzjonijiet Kliniċi

Artikolu 20

Regoli Armonizzati għall-Valutazzjonijiet Kliniċi

1.  Ir-regoli u l-metodoloġija ta’ proċedura komuni stabbiliti skont l-Artikolu 22 u r-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikolu 23 għandhom japplikaw għal:

(a)  il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti mwettqa skont il-Kapitolu II;

(b)  il-valutazzjonijiet kliniċi tal-prodotti mediċinali u tal-apparat mediku mwettqa mill-Istati Membri. [Em. 152]

1a.  Meta jkun relevanti u xieraq, l-Istati Membri għandhom jitħeġġew japplikaw ir-regoli proċedurali u l-metodoloġija komuni msemmija f'dan ir-Regolament għall-valutazzjoni klinika ta' prodotti mediċinali u apparat mediku li mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u mwettqa mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali. [Em. 153]

Artikolu 21

Rapporti dwar il-Valutazzjonijiet Kliniċi

1.  Meta valutazzjoni klinika titwettaq minn Stat Membru, dak l-Istati Membri għandu jipprovdi lill-Kummissjoni r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika u r-rapport ta’ sinteżi l-aktar tard 30 jum ta’ xogħol wara t-tlestija tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapporti ta’ sinteżi msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-pjattaforma tal-IT msemmija fl-Artikolu 27 u tqiegħed ir-rapport dwar il-valutazzjonijiet kliniċi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra permezz tal-pjattaforma tal-IT.

Artikolu 22

Regoli ta’ Proċedura u Metodoloġija Komuni

1.  B'kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-ħidma li diġà twettqet fl-Azzjonijiet Konġunti tal-EUnetHTA, u wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati relevanti kollha, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar: [Em. 154]

(a)  regoli ta’ proċedura għal:

(i)  l-iżgurar li l-awtoritajiet u l-korpi tat-teknoloġiji tas-saħħa l-membri tal-Grupp ta' Koordinazzjoni jwettqu l-valutazzjonijiet kliniċi b’mod indipendenti u trasparenti, ħieles minn kunflitti ta’ interess f'konformità mal-Artikolu 3(6) u (7); [Em. 155]

(ii)  il-mekkaniżmi għall-interazzjoni bejn il-korpi tat-teknoloġiji tas-saħħa u l-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa matul il-valutazzjonijiet kliniċi , soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-artikoli preċedenti; [Em. 156]

(iii)  il-konsultazzjoni tal-pazjenti, tal-espertiil-kummenti ta' pazjenti, professjonisti fi-kura tas-saħħa, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, esperti kliniċi u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-valutazzjonijiet kliniċi u t-tweġibiet debitament ġustifikati, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-artikoli preċedenti; [Em. 157]

(iiia)  indirizzar tal-kunflitti ta' interess potenzjali; [Em. 158]

(iiib)  l-iżgurar li l-valutazzjoni tal-apparati mediċi tkun tista' ssir fiż-żmien xieraq wara t-tnedija fis-suq, b'tali mod li jiġi permess l-użu tad-data dwar l-effettività klinika, inkluż d-data ta' sitwazzjoni reali. Iż-żmien xieraq għandu jkun identifikat b'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. [Em. 159]

(p)  il-metodoloġiji li jintużaw biex jitfasslu l-kontenut u d-disinn tal-valutazzjonijiet kliniċimekkaniżmu ta' penali fil-każ ta' ksur tar-rekwiżiti ta' informazzjoni disponibbli li jrid jipprovdi l-iżviluppatur tat-teknoloġija, sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-proċess. [Em. 160]

1a.  Fi żmien [sitt xhur] mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jfassal abbozz tar-regolament ta' implimentazzjoni li jikkonċerna l-metodoloġiji li għandhom jintużaw b'konsistenza biex jitwettqu l-valutazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet kliniċi konġunti, u għandu jistabbilixxi l-kontenut ta' dawk il-valutazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet. Il-metodoloġiji għandhom jiġu żviluppati abbażi tal-mudelli għas-sottomissjoni tal-evidenza u l-linji gwida metodoloġiċi eżistenti tal-EUnetHTA. Fi kwalunkwe każ, il-metodoloġiji għandhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

(a)  il-metodoloġiji jkunu bbażati fuq standards ta' kwalità għoljin, abbażi tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, derivata, meta jkun fattibbli mil-lat prattiku u ġustifikabbli etikament, prinċipalment minn provi kliniċi randomizzati u double blind, metaanaliżijiet u rieżamijiet sistematiċi;

(b)  il-valutazzjonijiet tal-effettività relattiva tkun ibbażata fuq finalitajiet rilevanti għall-pazjenti, bi kriterji utli, rilevanti, tanġibbli u speċifiċi adattati għas-sitwazzjoni klinika kkonċernata;

(c)  il-metodoloġiji jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-proċeduri l-ġodda u ċerti tipi ta' prodotti mediċinali b'inqas evidenza klinika disponibbli fil-mument tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (bħal prodotti mediċinali orfni jew awtorizzazzjonijiet kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq). Madankollu, kwalunkwe nuqqas ta' evidenza bħal dan ma jimpedixxix il-ġenerazzjoni ta' evidenza addizzjonali li hija meħtieġa li tkun immonitorjata suċċessivament u li tista' tirrikjedi postvalutazzjoni u m'għandux jaffettwa20190214-P8_TA(2019)0120_MT-p0000002.png20190214-P8_TA(2019)0120_MT-p0000003.pngs-sigurtà tal-pazjenti jew il-kwalità xjentifika;

(d)  il-komparaturi jkunu l-komparaturi ta' referenza għall-entità klinika kkonċernata, u jkunu l-aqwa komparatur ta' tip teknoloġiku jew proċedurali u/jew l-aktar wieħed użat komunement;

(e)  għall-prodotti mediċinali, l-iżviluppaturi tat-teknoloġija, għall-fini tal-valutazzjoni klinika tagħhom, ikunu jipprovdu lill-Grupp ta' Koordinazzjoni d-dossier sħiħ f'format eCTD sottomess lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għal awtorizzazzjoni ċentralizzata. Dak id-dossier għandu jinkludi r-rapport dwar l-istudju kliniku;

(f)  l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-iżviluppatur tat-teknoloġiji tas-saħħa tkun tirrigwarda d-data l-aktar aġġornata u pubblika. In-nuqqas ta' konformità ma' dak ir-rekwiżit jista' jiskatta mekkaniżmu ta' penali;

(g)  il-provi kliniċi jkunu l-istudji per eċċellenza fil-qasam bijomediku, u b'hekk l-użu ta' tip ieħor ta' studju, pereżempju, studji epidemjoloġiċi, jista' jitwettaq f'każijiet eċċezzjonali u għandu jkun kompletament ġustifikat;

(h)  il-metodi komuni, kif ukoll ir-rekwiżiti tad-data u l-miżuri tal-eżitu jkunu jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-apparati mediċi u l-apparati mediċi dinjajostiċi in vitro;

(i)  fir-rigward tal-vaċċini, il-metodoloġija tkun tqis l-effett tul il-ħajja ta' vaċċin permezz ta' medda ta' żmien xierqa tal-analiżijiet; effetti indiretti bħall-immunità kollettiva; u elementi indipendenti mill-vaċċin bħal, pereżempju, ir-rati ta' kopertura marbuta mal-programmi;

(j)  fejn prattikament fattibbli u etikament ġustifikabbli, l-iżviluppatur tat-teknoloġiji tas-saħħa jwettaq mill-inqas prova klinika randomizzata waħda, li tikkumpara t-teknoloġija tas-saħħa tiegħu f'termini ta' eżiti klinikament rilevanti ma' komparatur attiv li jkun meqjus fost l-aqwa interventi attwali ppruvati fiż-żmien meta titfassal il-prova (it-trattament standard), jew l-iktar intervent komuni meta ma jkun jeżisti l-ebda trattament standard. L-iżviluppatur tat-teknoloġija għandu jipprovdi d-data u r-riżultati tal-provi komparattivi mwettqa fid-dossier tad-dokumentazzjoni mressaq għall-valutazzjoni klinika konġunta.

Fil-każ ta' apparat mediku, il-metodoloġija għandha tiġi adattata għall-karatteristiċi u l-ispeċifiċitajiet tagħha, u għandha tieħu bħala bażi l-metodoloġija diġà żviluppata mill-EUnetHTA.

Il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jippreżenta l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

Fi żmien [tliet xhur] minn meta tirċievi l-abbozz ta' miżura, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovahx permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax abbozz ta' miżura jew li tapprovah parzjalment jew meta tipproponi emendi, hija għandha tibgħat l-abbozz lura lill-Grupp ta' Koordinazzjoni, filwaqt li tispjega r-raġunijiet. Fi żmien [6 ġimgħat], il-Grupp ta' Koordinazzjoni jista' jemenda l-abbozz tal-miżura fuq il-bażi tal-indikazzjonijiet u l-emendi proposti tal-Kummissjoni, u jerġa' jippreżentah lill-Kummissjoni.

Jekk, mal-iskadenza tal-[perjodu ta' 6 ġimgħat], il-Grupp ta' Koordinazzjoni ma jkunx ippreżenta abbozz ta' miżura emendat, jew ikun ippreżenta abbozz ta' miżura li ma jkunx emendat b'mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta r-regolament ta' implimentazzjoni bl-emendi li hi tikkunsidra li jkunu rilevanti, jew tirrifjutah.

F'każ li l-Grupp ta' Koordinazzjoni ma jippreżentax abbozz ta' miżura lill-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien skont il-[paragrafu 1], il-Kummissjoni tista' tadotta r-regolament ta' implimentazzjoni mingħajr ma jkun ġie ppreżentat abbozz mill-Grupp ta' Koordinazzjoni. [Em. 208/rev]

2.  L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 23

Kontenut tat-Tressiq u Dokumenti tar-Rapporti u Regoli għall-Għażla tal-Partijiet Ikkonċernati

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 dwarIl-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jistabbilixxi, billi jsegwi l-istess proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1): [Em. 162]

(a)  il-kontenutil-format u l-mudelli ta’: [Em. 163]

(i)  id-dossiers tal-informazzjoni, id-dejta u l-evidenza li jridu jitressqu mill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa għall-valutazzjonijiet kliniċi;

(ii)  ir-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi;

(iii)  is-sommarju tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi;

(c)  ir-regoli għad-determinazzjoni tal-partijiet ikkonċernati li jridu jiġu kkonsultati għall-finijiet tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II u ta’ dan il-Kapitolu, minkejja l-Artikolu 26. [Em. 164]

Kapitolu IV

Il-Qafas ta’ Appoġġ

Artikolu 24

Finanzjament mill-Unjoni [Em. 165]

1.  Il-finanzjament tal-ħidma tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u tas-sottogruppi tiegħu u l-attivitajiet għall-appoġġ ta’ dik il-ħidma li jinvolvu l-kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni, mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u man-netwerk tal-partijiet ikkonċernati msemmi fl-Artikolu 26 għandu jiġi żgurat mill-Unjoni. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-attivitajiet skont dan ir-Regolament għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18).

2.  Il-finanzjament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-finanzjament għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet u l-korpi tat-teknoloġiji tas-saħħa nnominati tal-Istati Membri b’appoġġ għall-ħidma fuq il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti. L-assessur u l-koassessuri għandhom ikunu intitolati għal indennizz speċjali li jikkumpensahom għall-ħidma tagħhom fuq il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti skont id-dispożizzjonijiet interni tal-Kummissjoni.

2a.  L-Unjoni għandha tiżgura l-finanzjament pubbliku stabbli u permanenti għall-ħidma konġunta dwar l-HTA li għandha titwettaq mingħajr il-finanzjament dirett jew indirett mill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa. [Em. 166]

2b.  Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi sistema ta' imposti għall-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa li jitolbu konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti u valutazzjonijiet kliniċi konġunti, li hija għandha tuża biex tiffinanzja r-riċerka dwar il-prijoritajiet kliniċi jew il-ħtiġijiet mediċi mhux koperti. Tali sistema ta' imposti fl-ebda każ ma għandha tintuża biex tiffinanzja attivitajiet skont dan ir-Regolament. [Em. 167]

Artikolu 25

Appoġġ tal-Kummissjoni għall-Grupp ta’ Koordinazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-ħidma tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha:

(a)  tospita l-laqgħat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni fil-bini tagħha u tikkopresedihom, bid-dritt li titkellem iżda mingħajr id-dritt tal-vot; [Em. 168]

(d)  tipprovdi s-segretarjat għall-Grupp ta’ Koordinazzjoni u tipprovdi appoġġ amministrattiv, xjentifiku u tal-IT; [Em. 169]

(e)  tippubblika fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27 il-programmi ta’ ħidma annwali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, ir-rapporti annwali, il-minuti fil-qosor tal-laqgħat tiegħu, u r-rapporti u r-rapporti ta’ sinteżi tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti;

(f)  tivverifika li l-ħidma tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni titwettaq b’mod indipendenti u trasparenti, skont ir-regoli ta' proċedura stabbiliti; [Em. 170]

(g)  tiffaċilita l-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini dwar il-ħidma konġunta dwar il-prodotti mediċinali inkluża l-kondiviżjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali;

(h)  tiffaċilita l-kooperazzjoni mal-korpi rilevanti fil-livell tal-Unjoni dwar il-ħidma konġunta dwar l-apparat mediku inkluża l-kondiviżjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali. [Em. 171]

Artikolu 26

Netwerk tal-Partijiet Ikkonċernati

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk tal-partijiet ikkonċernati permezz ta’ sejħa miftuħa għall-applikazzjonijiet u ta’ għażla ta’ organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati xierqa fuq il-bażi tal-kriterji tal-għażla stabbiliti fis-sejħa miftuħa għall-applikazzjonijiet, bħal-leġittimità, ir-rappreżentanza, it-trasparenza u r-responsabbiltà.

L-organizzazzjonijiet li għandha tiġi indirizzata lilhom is-sejħa miftuħa għandhom ikunu assoċjazzjonijiet ta' pazjenti, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-qasam tas-saħħa, żviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa u professjonisti fil-kura tas-saħħa.

L-aħjar prattiki fil-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess għandhom japplikaw għall-għażla ta' membri tan-netwerk tal-partijiet ikkonċernati.

Il-Parlament Ewropew għandu jkollu żewġ rappreżentanti fin-netwerk tal-partijiet ikkonċernati. [Em. 172]

2.  Il-Kummissjoni se tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati inklużi fin-netwerk tal-partijiet ikkonċernati. Il-partijiet ikkonċernati m'għandux ikollhom kunflitt ta' interess u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fil-pjattaforma tal-IT. [Em. 173]

3.  Il-Kummissjoni għandha tal-inqas darba fis-sena, torganizza laqgħat ad hoc laqgħa bejn in-netwerk tal-partijiet ikkonċernati u l-Grupp ta’ Koordinazzjoni sabiex tippromwovi djalogu kostruttiv. Il-funzjonijiet tan-netwerk tal-partijiet ikkonċernati għandhom jinkludu: [Em. 174]

(a)  taġġorna lill-partijiet ikkonċernatitiskambja informazzjoni dwar il-ħidma tal-grupp ta' Koordinazzjoni u l-proċess ta' valutazzjoni; [Em. 175]

(a)  tipprevedi skambju ta’ informazzjoni dwar il-ħidma tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni. ta' Koordinazzjoni u l-proċess ta' valutazzjoni [Em. 176]

(ba)  tappoġġja l-aċċess għall-esperjenzi tal-ħajja reali dwar il-mard u l-ġestjoni tagħhom u l-użu effettiv tat-teknoloġiji tas-saħħa, sabiex jinftiehem aħjar il-valur li l-partijiet ikkonċernati jagħtu lill-evidenza xjentifika pprovduta matul il-proċess ta' valutazzjoni; [Em. 177]

(bb)  tikkontribwixxi għal komunikazzjoni aktar iffukata u effiċjenti mal-partijiet ikkonċernati u bejniethom biex tappoġġja r-rwol tagħhom fl-użu sigur u razzjonali tat-teknoloġiji tas-saħħa; [Em. 178]

(bc)  tiżviluppa lista ta' prijoritajiet għar-riċerka medika. [Em. 179]

(bd)  tfittex input fil-programm ta' ħidma annwali u l-istudju annwali mħejji mill-Grupp ta' Koordinazzjoni. [Em. 180]

L-interessi u d-dokumenti tal-kostituzzjoni tal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll sommarju tal-laqgħat annwali u l-attivitajiet possibbli, għandhom jiġu ppubblikati fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 181]

4.  Fuq talba tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pazjenti, lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa u lill-esperti kliniċi nnominati min-netwerk tal-partijiet ikkonċernati biex jattendu l-laqgħat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni bħala osservaturi. [Em. 182]

5.  Fuq talba tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, in-netwerk tal-partijiet ikkonċernati għandu jappoġġa lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni fl-identifikazzjoni tal-kompetenzi kliniċi u tal-pazjenti għall-ħidma tas-sottogruppi tiegħu.

Artikolu 27

Pjattaforma tal-IT

1.  Billi tibni fuq il-ħidma li diġà saret mill-Azzjonijiet Konġunti tal-EUnetHTA, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u żżomm pjattaforma tal-IT li jkun fiha informazzjoni dwar: [Em. 183]

(a)  il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ppjanati, għaddejjin u lesti u l-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa tal-Istati Membri;

(b)  il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(c)  l-istudji dwar l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa emerġenti;

(d)  ir-riżultati tal-kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri.

(da)  lista tal-membri tal-Grupp ta' Koordinazzjoni, is-sottogruppi tiegħu u esperti oħrajn, flimkien mad-dikjarazzjoni tagħhom ta' interessi finanzjarji; [Em. 184]

(db)  l-informazzjoni kollha li l-pubblikazzjoni tagħha hija meħtieġa minn dan ir-Regolament; [Em. 185]

(dc)  ir-rapporti finali tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u r-rapporti ta' sinteżi f'format faċli għall-utent fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea; [Em. 186]

(dd)  lista tal-organizzazzjonijiet inklużi fin-netwerk tal-partijiet ikkonċernati; [Em. 187]

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura livelli xierqa ta’ aċċess l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni fil-pjattaforma tal-IT għall-korpi tal-Istati Membri, il-membri tan-netwerk tal-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali. [Em. 188]

Artikolu 28

Rapport dwar l-Implimentazzjoni Rapport dwar il-valutazzjoni tal-perjodu ta' tranżizzjoni [Em. 189]

Fl-aħħar tal-perjodu ta' tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 33 u qabel ma s-sistema armonizzata għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa stabbilita taħt dan ir-Regolament issir obbligatorja, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kamp tissottometti rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-proċedura sħiħa li ġiet introdotta, li għandu jevalwa, fost kriterji oħrajn, il-progress imwettaq fir-rigward tal-aċċess tal-pazjent għal teknoloġiji tas-saħħa ġodda u l-funzjonament tas-suq intern, l-impatt fuq il-kwalità tal-innovazjoni, bħall-iżvilupp ta' prodotti mediċinali innovattivi f'oqsma fejn il-ħtiġijiet mhumiex issodisfati, fuq is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, il-kwalità tal-HTA u l-kapaċità fil-livell nazzjonali u reġjonali, kif ukoll l-adegwatezza tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u dwar il-funzjonament l-funzjonament tal-qafas ta’ appoġġ imsemmi f’dan il-Kapitolu, mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 33(1). [Em. 190]

Kapitolu V

Id-Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 29

Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta dwar il-konklużjonijiet tiegħu mhux aktar tard minn ħames snin wara l-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 28.

2.  Sa … [sena wara d-data tal-applikazzjoni] l-aktar tard, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistabbilixxi l-mezzi li permezz tagħhom, u l-intervalli li fihom, se tinġabar id-dejta u evidenza oħra meħtieġa. Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jispeċifika l-azzjoni li trid tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u fl-analiżi tad-dejta u ta’ evidenza oħra.

3.  Ir-rapporti annwali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandhom jintużaw bħala parti mill-programm ta’ monitoraġġ.

Artikolu 30

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 31

Eżerċizzju tad-Delega

1.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 17 u 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn … [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 17 u 23 fi kwalunkwe ħin. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandu jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti nnominati minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 17 u 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu ġew avżati dwar dak l-att jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 191]

Artikolu 32

Tħejjija tal-Atti ta’ Implimentazzjoni u l-Atti Delegati [Em. 192]

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni u l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 11, 16, 17, u 22 u 23 l-aktar tard sad-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. [Em. 193]

2.  Meta tkun qed tħejji u timplimenta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni u l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis il-karatteristiċi distintivi tal-setturi tal-prodotti mediċinali u l-apparat mediku u għandha tqis il-ħidma diġà mwettqa fil-qafas tal-Azzjonijiet Konġunti tal-EUnetHTA. [Em. 194]

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet ta’ Tranżizzjoni

1.  L-Istati Membri jistgħu jdewmu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-sistema tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti msemmija fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu II sa ... [34 snin wara d-data tal-applikazzjoni] għall-prodotti mediċinali msemmija fil-punti (a) u (aa) tal-Artikolu 5(1), u sa... [7 snin wara d-data tal-applikazzjoni] għall-apparati mediċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) u għall-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1). [Em. 195]

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk għandhom l-intenzjoni li jużaw il-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit fil-paragrafu 1 mill-inqas sena qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.  L-Istati Membri li jkunu dewmu l-parteċipazzjoni tagħhom skont il-paragrafu 1 jistgħu jibdew jipparteċipaw b’effett mis-sena finanzjarja li jmiss wara li jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni mill-inqas tliet xhur qabel il-bidu ta’ dik is-sena finanzjarja.

Artikolu 34

Klawżola ta’ Salvagwardja

1.  L-Istati Membri jistgħu jwettqu valutazzjoni klinika bl-użu ta’ mezzi oħrajn għajr ir-regoli previsti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(a), kif ukoll raġunijiet relatati mal-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika fl-Istat Membru kkonċernat u sakemm il-miżura tkun iġġustifikata, meħtieġa u proporzjonata fir-rigward tal-kisba ta’ dak l-għan. [Em. 196]

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-Grupp ta' Koordinazzjoni bl-intenzjoni tagħhom li jwettqu valutazzjoni klinika bl-użu ta’ mezzi oħrajn flimkien mal-ġustifikazzjonijiet għal dan. [Em. 197]

2a.  Il-Grupp ta' Koordinazzjoni jista' jivvaluta jekk l-applikazzjoni tissodisfax ir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u jista' jressaq is-sejbiet tiegħu lill-Kummissjoni. [Em. 198]

3.  Fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tan-notifika prevista fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tapprova jew tirrifjuta l-valutazzjoni ppjanata wara li tkun ivverifikat jekk tikkonformax mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 u jekk hijiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni sa tmiem il-perjodu ta’ tliet xhur, il-valutazzjoni klinika ppjanata għandha titqies li ġiet approvata. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi ppubblikata fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 199]

Artikolu 35

Emenda tad-Direttiva 2011/24/UE

1.  L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2011/24/UE jitħassar.

2.  Ir-referenzi għall-Artikolu mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 36

Dħul fis-Seħħ u Data tal-Applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Għandu japplika minn [3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 283, 10.8.2018, p. 28.
(2) Din il-pożizzjoni tikkorrispondi għall-emendi adottati fit-3 ta’ Ottubru 2018 (Testi adottati, P8_TA-PROV(2018)0369).
(3)ĠU C 283, 10.8.2018, p. 28.
(4)ĠU C ...
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Frar 2019.
(6) ĠU C 263, 25.7.2018, p. 4.
(7) Id-Direttiva 2011/24/UE tad-9 ta' Marzu 2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(8)ĠU C 438, 6.12.2014, p. 12.
(9)Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Marzu 2017 dwar l-għażliet tal-UE biex ittejjeb l-aċċess għall-mediċini – 2016/2057(INI).
(10)COM(2015)0550 final p. 19.
(11)Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).
(12)Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 2017/746 tal-5 ta' April 2017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
(14)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(15)Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(16)Id-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(17) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 8).
(18)Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


L-istabbiliment ta' qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea ***I
PDF 135kWORD 58k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea (COM(2017)0487 – C8-0309/2017 – 2017/0224(COD))
P8_TA(2019)0121A8-0198/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0487),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0309/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-23 ta’ Marzu 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0198/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea flimkien ma' l-att leġislattiv finali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/452.)

ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Wara t-talba tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea timpenja ruħha li:

—  taqsam mal-Parlament Ewropew il-formoli standardizzati li l-Kummissjoni Ewropea se tħejji biex tkun faċilitata l-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi ta’ rapportar annwali skont l-Artikolu 5 tar-Regolament hekk kif dawn jiġu ffinalizzati, u

—  taqsam mal-Parlament Ewropew tali formoli standardizzati kull sena, b’mod parallel ma’ meta tippreżenta r-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament.

(1)ĠU C 262, 25.7.2018, p. 94.
(2)ĠU C 247, 13.7.2018, p. 28.


L-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni ***I
PDF 131kWORD 52k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni) (COM(2017)0280 – C8-0173/2017 – 2017/0128(COD))
P8_TA(2019)0122A8-0199/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0280),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0173/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-24 ta' Lulju 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tat-28 ta’ Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0199/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/520.)

(1) ĠU C 81, 2.3.2018, p. 181.
(2) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Ir-rikonoxximent reċiproku ta' prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor ***I
PDF 131kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor (COM(2017)0796 – C8-0005/2018 – 2017/0354(COD))
P8_TA(2019)0123A8-0274/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0796),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0005/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tat-28 ta’ Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0274/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/515.)

(1) ĠU C 283, 10.8.2018, p. 19.


Imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u imposti fuq il-kambju tal-munita ***I
PDF 130kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita (COM(2018)0163 – C8-0129/2018 – 2018/0076(COD))
P8_TA(2019)0124A8-0360/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0163),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0129/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2018/38) tal-31 ta' Awwissu 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0360/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/518.)

(1)ĠU C 382, 23.10.2018, p. 7.
(2)ĠU C 367, 10.10.2018, p. 28.


Regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank ***I
PDF 253kWORD 73k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (COM(2017)0647 – C8-0396/2017 – 2017/0288(COD))
P8_TA(2019)0125A8-0032/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0647),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0396/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Irlandiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018(1),

–  wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0032/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank

P8_TC1-COD(2017)0288


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) uriet li l-operaturi xi operaturi fis-swieq nazzjonali qed iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli mhux iġġustifikati biex jiżviluppaw it-trasport interurban tal-kowċ għall-benefiċċju tal-passiġġieri. Barra minn hekk, is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq ma mxewx paripassu mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini li dejjem qed jevolvu, fejn jidħlu d-disponibbiltà u l-kwalità, u l-modi tat-trasport sostenibbli għad għandhom sehem modali żgħir. Minħabba f’hekk, ċerti gruppi ta’ ċittadini qed ikunu żvantaġġati fejn tidħol id-disponibbiltà tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, filwaqt li qed jiġru aktar inċidenti tat-traffiku u qed jiżdiedu l-emissjonijietu l-konġestjonijiet, il-konġestjonijiet u ż-żieda fl-ispejjeż tal-infrastruttura għax qed jiżdiedu l-karozzi fit-toroq. [Em. 1]

(2)  Biex ikun żgurat qafas koerenti għat-trasport interurban tal-passiġġieri b’servizz regolari tat-trasport bil-kowċ u x-xarabank madwar l-Unjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jenħtieġ japplika għal kull trasport interurban li jsir bis-servizzi regolari. Għalhekk jenħtieġ jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, iżda jenħtieġ li ma jiġix applikat għaċ-ċentri urbani jew suburbani jew konurbazzjonijiet, u jenħtieġ ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7). [Em. 2]

(3)  F’kull Stat Membru jenħtieġ Kull Stat Membru jinħatar jaħtar korp regolatorju indipendenti u imparzjali, bil-kompitu li joħroġ opinjonijiet vinkolanti, biex jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq. Dan il-korp jista’ jkun responsabbli wkoll għal setturi regolati oħrajn fosthom is-settur ferrovjarju, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni. [Em. 3]

(4)  Jenħtieġ li l-operazzjonijiet kummerċjali tas-servizzi regolari ma jkunux jikkompromettu l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti eżistenti tas-servizz pubbliku jew mogħtija, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Għaldaqstant, il-korp regolatorju jenħtieġ ikun jista’ jwettaq analiżi ekonomika oġġettiva u jenħtieġ li jkollu l-awtorità, fejn xieraq, li jipproponi l-miżuri neċessarji biex jiżgura li dan ikun il-każ. Jenħtieġ li l-operazzjonijiet kummerċjali ta' servizz regolari ma jikkompetux mal-fornituri tat-trasport li jkunu ngħataw drittijiet esklużivi biex jipprovdu ċerti servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri minflok it-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku. [Em. 4]

(5)  Is-servizzi regolari fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jenħtieġ ikunu bil-kundizzjoni li tkun inkisbet liċenzja tal-Komunità, u jenħtieġ li jintuża takografu intelliġenti f'konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill(8). Jenħtieġ jiġu ċċarati r-regoli dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-Komunità ħalli l-awtoritajiet tal-infurzar isibuha faċli jwettqu kontrolli effettivi ta’ dawk is-servizzi u jenħtieġ li jiġi żviluppat il-modulu tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) biex jintbagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonar u l-applikazzjonijiet elettroniċi, biex b'hekk l-ispetturi li jkunu qed iwettqu l-kontrolli mal-ġenb tat-triq ikun jista' jkollhom aċċess dirett f'ħin reali għad-data u l-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU) u fl’IMI, u dan bil-għan li jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet soċjali jiġu tassew imħallsa għax-xufiera tax-xarabank stazzjonati. [Em. 5]

(6)  L-operaturi tas-servizzi regolari jenħtieġ jingħataw drittijiet tal-aċċess għal vendi fl-Unjoni b’mod ġust, ekwu, mhux diskriminatorju u trasparenti ħalli tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. It-tħaddim ta' venda għandu jkun approvat minn awtorità nazzjonali, li għandha tivverifika liema rekwiżiti huma meħtieġa u liema għandhom jiġu ssodisfati. L-appelli kontra xi deċiżjonijiet li jirrifjutaw jew jillimitaw l-aċċess jenħtieġ jitressqu quddiem il-korp regolatorju. L-Istati Membri jistgħu jeskludu vendi li huma proprjetà tal-operatur tal-vendi u jintużaw biss minnu għas-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq li jipprovdi hu stess. [Em. 6]

(7)  Filwaqt li tinżamm l-awtorizzazzjoni għas-servizzi regolari, jenħtieġ jiġu adattati ċerti regoli b’rabta mal-proċedura tal-awtorizzazzjoni.

(8)  Għas-servizzi regolari nazzjonali kif ukoll internazzjonali, l-awtorizzazzjoni jenħtieġ tkun soġġetta għal proċedura tal-awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni jenħtieġ tingħata, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċifiċi għal rifjut marbuta mal-applikant, jew sakemm is-servizz ma jkunx jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku. Jenħtieġ jiddaħħal limitu tad-distanza, determinat mill-Istati Membri, li fl-ebda każ m'għandu jaqbeż distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru, biex ikun żgurat li l-operazzjonijiet kummerċjali tas-servizzi regolari ma jkunux jikkompromettu l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti eżistenti tas-servizz pubbliku. Jekk xi rotot ikunu diġà moqdija b’aktar minn kuntratt tas-servizz pubbliku wieħed, jenħtieġ ikun possibbli li dan il-limitu jiżdied. [Em. 7]

(9)  It-trasportaturi mhux residenti jenħtieġ jitħallew joperaw servizzi regolari nazzjonali bl-istess kundizzjonijiet bħat-trasportaturi residenti, dment li dawn ikunu kkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar it-trasport bit-triq jew dispożizzjonijiet rilevanti oħra tad-dritt nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali. [Em. 8]

(10)  Il-formalitajiet amministrattivi jenħtieġ jitnaqqsu kemm jista’ jkun meta possibbli mingħajr ma jkunu abbandunati l-kontrolli u l-penali li jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta u l-infurzar effettiv tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009. Il-formola tal-vjaġġ toħloq piż amministrattiv bla bżonn u għalhekk jenħtieġ titneħħa. [Em. 9]

(11)  L-eskursjonijiet lokali huma operazzjoni ta’ kabotaġġ awtorizzati u jkopruhom ir-regoli ġenerali dwar il-kabotaġġ. Għalhekk jenħtieġ jitħassar l-Artikolu dwar l-eskursjonijiet lokali. [Em. 10]

(12)  Minħabba l-importanza ta’ infurzar effettiv tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, ir-regoli dwar l-ispezzjonijiet fit-triq u fl-impriżi jenħtieġ jiġu emendati biex jinkludu l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ.

(13)  Sa fejn dan ir-Regolament jarmonizza r-regoli fis-swieq nazzjonali tas-servizzi regolari tat-trasport bil-kowċ u x-xarabank u l-aċċess għall-vendi, l-għanijiet tiegħu, jiġifieri l-promozzjoni tal-mobbiltà interurbana u ż-żieda fis-sehem modali tal-modi tat-trasport sostenibbli tal-passiġġieri, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri. Għaldaqstant, l-UE tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa.

(14)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tas-suq u l-progress tekniku, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ tingħata lill-Kummissjoni biex temenda l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, u biex tissupplimenta dak ir-Regolament b’regoli li jikkonċernaw il-format taċ-ċertifikati għal operazzjonijiet tat-trasport għall-kont proprju, il-format tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet innifishom, il-proċedura u l-kriterji li jridu jitħaddmu biex jinstab jekk is-servizz propost ikunx jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku, u l-obbligi tar-rappurtar tal-Istati Membri. Hu importanti b’mod partikolari li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(9). B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt mal-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikollhom aċċess b’mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 11]

(15)  Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jenħtieġ jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 hu emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 1, il-paragarafu 4 jinbidel b’dan li ġej:"

“4. Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi nazzjonali interurbani tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għall-kiri jew kumpens minn trasportatur mhux residenti kif previst fil-Kapitolu V, u għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru  1370/2007.”; [Em. 12]

"

(2)  l-Artikolu 2 hu emendat kif ġej:

(a)  il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:"

“2. “servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu l-ġarr ta’ passiġġieri f’intervalli speċifikati matul rotot speċifikati, b’punti ta’ waqfien intermedjarji jew inkella li jrikkbu u jniżżlu l-passiġġieri f’punti ta’ waqfien predeterminati;”;

"

(b)  il-punt 7 jinbidel b’dan li ġej:"

“7. “operazzjoni ta’ kabotaġġ” tfisser servizz nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għall-kiri jew kumpens fi Stat Membru ospitanti;”; [Em. 83]

"

(c)  jiżdiedu il-punti 9 sa 11b li ġejjin:"

“9. “venda” tfisser faċilità b’superfiċje minima ta’ 600 m2, awtorizzata li tipprovdi post ta’ parkeġġ għall-kowċijiet u x-xarabank biex irikkbu u jniżżlu iniżżlu jew irikkbu l-passiġġieri. [Em. 13]

10.  “operatur tal-venda” tfisser kull entità fi Stat Membru responsabbli biex tagħti aċċess għal għall-ġestjoni ta' venda, li tissodisfa r-rekwiżiti ta' kompetenza professjonali u kapaċità finanzjarja.; [Em. 14]

11.  “alternattiva vijabbli” tfisser venda oħra li tkun aċċettabbli ekonomikament għat-trasportatur u tipprovdi infrastruttura u konnettività komparabbli mal-venda li oriġinarjament saret applikazzjoni għaliha, tippermetti lill-passiġġieri jkollhom aċċess għal forom oħra ta' trasport u li tippermettilu jopera s-servizz tal-passiġġieri kkonċernat b'mod simili għall-venda li oriġinarjament saret applikazzjoni għaliha.”; [Em. 15]

11a.  "kuntratt għal servizz pubbliku" tfisser att wieħed jew iktar li jorbtu legalment li jikkonfermaw il-ftehim bejn awtorità kompetenti u operatur ta' servizz pubbliku biex jafdaw lil dak l-operatur ta' servizz pubbliku bil-ġestjoni u l-operat ta' servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri soġġetti għall-obbligi ta' servizz pubbliku; skont il-liġi tal-Istat Membru, il-kuntratt jista' jikkonsisti wkoll f'deċiżjoni adottata mill-awtorità kompetenti li tieħu l-forma ta' att leġiżlattiv jew regolatorju individwali, jew li fiha kondizzjonijiet li taħthom l-awtorità kompetenti nnifisha tipprovdi s-servizzi jew tafda l-forniment ta' dawn is-servizzi lil operatur intern; [Em. 16]

11b.  "rotta alternattiva" tfisser rotta bejn l-istess punt tat-tluq u destinazzjoni meħuda minn servizz regolari eżistenti li tista' tintuża minflok ir-rotta tas-soltu. [Em. 17]

"

(3)  qabel il-Kapitlu II, jiddaħħal dan l-Artikolu li ġej:"

“Artikolu 3a

Il-korp regolatorju

1.  Kull L-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru għandu jaħtar korp regolatorju nazzjonali uniku pubbliku għas-settur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq. Dan il-korp għandu jkun awtorità imparzjali li, mil-lat organizzattiv, funzjonali, ġerarkiku u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, tkun distinta legalment, trasparenti u indipendenti minn kull entità pubblika jew privata oħra. Dan għandu jkun indipendenti minn kull awtorità kompetenti involuta fl-għoti ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku. [Em. 18]

Il-korp regolatorju jista’ jkun korp eżistenti responsabbli għal setturi servizzi regolati oħra. [Em. 19]

2.  Il-korp regolatorju għas-settur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa mil-lat ta’ riżorsi umani, finanzjarji u riżorsi oħrajn biex iwettaq dmirijietu, b’mod li għandha tkun proporzjonata mal-importanza ta’ dak is-settur fl-Istat Membru kkonċernat. [Em. 20]

2a.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jimmonitorja s-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq domestiku għal servizzi regolari ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq, bil-ħsieb li jipprevjeni d-diskriminazzjoni jew l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti fis-suq, fosthom permezz tas-sottokuntrattar; L-opinjonijiet tiegħu għandhom ikunu vinkolanti. [Em. 21]

3.  Il-korp regolatorju għandu jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin:

   (a) jagħmel analiżijiet ekonomiċi dwar jekk xi servizz ġdid propost ikunx qed jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku;
   (a) jiġbor u jipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-vendi; ubil-għan li jiżgura li l-aċċess għall-vendi għall-operaturi tas-servizzi jkun iggarantit taħt kundizzjonijiet ġusti, ekwi, trasparenti u mhux diskriminatorji; [Em. 22]
   (b) jiddeċiedi dwar l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-operaturi tal-vendi; kif ukoll [Em. 23]
   (ca) joħloq reġistru elettroniku aċċessibbli għall-pubbliku, li jelenka s-servizzi regolari nazzjonali u internazzjonali awtorizzati kollha. [Em. 24]

4.  Waqt il-qadi ta’ dmirijietu, il-korp regolatorju jista’ jitlob informazzjoni rilevanti mingħand l-awtoritajietawtoritajiet kompetenti oħrajn, l-operaturi tal-vendi, l-applikanti għall-awtorizzazzjoni u xi parti terza fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. [Em. 25]

L-informazzjoni mitluba għandha tingħata fi żmien perjodu raġonevoli stabbilit mill-korp regolatorju u mhux itwal minnli m'għandux ikun itwal minn xahar. F’każijiet debitament ġustifikati, il-korp regolatorju jista’ jestendi l-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-informazzjoni sa mhux aktar minn ġimagħtejn. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza t-talbiet għall-informazzjoni permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. [Em. 26]

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju jkunu soġġetti għal analiżi ġudizzjarja immedjata. Dik l-analiżi jaf tħalli effett sospensiv biss meta l-effett immedjat tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju jista’ jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għall-appellant. Din id-dispożizzjoni hi mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma’ l-appell kif mogħtija lilha mil-liġi kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. [Em. 27]

6.  Id-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju għandhom isiru pubbliċi fi żmien ġimagħtejn mill-adozzjoni tagħhom.”; [Em. 28]

"

(4)  l-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

“1. It-trasport internazzjonali tal-passiġġieri u l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ bil-kowċ u x-xarabank għandhom isiru jekk tkun inkisbet liċenzja Komunitarja mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment.”;

"

(b)  fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex temenda l-Annessi I u II ħalli jkunu adattati għall-progress tekniku.”;

"

(5)  l-Artikolu 5 hu emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 3, jitħassar il-ħames subparagrafu;

(b)  fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-format taċ-ċertifikati.”;

"

(6)  jiddaħħal dan l-Artikolu li ġej:"

“Artikolu 5a

L-aċċess għall-vendi

1.  L-operaturi tal-vendi għandhom jagħtu d-dritt tal-aċċess għall-vendi lit-trasportaturi biex joperaw is-servizzi regolari inkluż għal kull faċilità jew servizz pprovduti f’dik il-venda b’kundizzjonijiet ġusti, ekwi, mhux diskriminatorji u trasparenti.

1a.  Meta l-operaturi tal-venda jagħtu aċċess, l-operaturi tax-xarabank u l-kowċ għandhom jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tal-venda. [Em. 29]

2.  L-operaturi tal-vendi għandhom jagħmlu ħilithom biex jilqgħu t-talbiet kollha għall-aċċess biex jiżguraw l-aqwa użu tal-vendi.

It-talbiet għall-aċċess għall-vendi jistgħu jiġu rifjutati biss meta jkun hemm bażi debitament ġustifikata ta’ kunsiderazzjonijiet ta' nuqqas ta’ kapaċità, nuqqas ripetut ta' pagament tat-tariffi, ksur serju u ripetut debitament iddokumentat min-naħa tal-operatur tat-trasport bit-triq, jew dispożizzjonijiet nazzjonali oħra, dment li dawn ikunu applikati b'mod konsistenti u ma jiddiskriminawx la fil-konfront ta' trasporti partikolari li jfittxu aċċess għal venda, u la fil-konfront tal-mudelli ta' negozju assoċjati tagħhom. Jekk talba tiġi miċħuda, l-operatur tal-vendi għandu jikkomunika wkoll id-deċiżjoni tiegħu lill-awtorità regolatorja.. [Em. 30]

Meta operatur ta’ venda jirrifjuta talba għall-aċċess, dan għandu huwa mħeġġeġ jindika kwalunkwe l-aqwa alternattiva vijabbli li hu konxju minnha. [Em. 31]

3.  L-operaturi tal-vendi għandhom għall-inqas jippubblikaw din l-informazzjoni li ġejja b’żewġ lingwi uffiċjali jew aktar fil-lingwi nazzjonali rispettivi u fl-lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni: [Em. 32]

   (a) lista tas-servizzi kollha pprovduti, u l-prezzijiet ta’ dawk is-servizzi;
   (aa) lista tal-infrastruttura eżistenti kollha u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha tal-venda; [Em. 33]
   (b) ir-regoli dwar l-iskedar tal-allokazzjoni tal-kapaċità;
   (c) l-iskeda u l-allokazzjoni tal-kapaċità attwali.

Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas b’format elettroniku mill-operatur tal-venda u mill-korp regolatorju meta jintalbu, u fuq is-siti web tagħhom, jekk ikollhom.

L-informazzjoni għandha tinżamm aġġornata u tiġi emendata kif meħtieġ.”;

3a.  L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu vendi li huma proprjetà tal-operatur tal-vendi u jintużaw biss minnu għas-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq li jipprovdi hu stess. Meta jikkunsidraw applikazzjoni għal esklużjoni, il-korpi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-disponibbiltà ta' alternattivi vijabbli."; [Em. 34]

"

(7)  jiddaħħal dan l-Artikolu li ġej:"

“Artikolu 5b

Il-proċedura għall-għoti tal-aċċess għall-vendi

1.  Trasportatur li qed jitlob aċċess għal venda għandu jressaq applikazzjoni lill-operatur tal-venda.

2.  Jekk ma jkunx jista’ jingħata aċċess, kif mitlub fl-applikazzjoni, l-operatur tal-venda għandu jibda konsultazzjonijiet mat-trasportaturi interessati kollha bl-għan li jilqa’ l-applikazzjoni. [Em. 35]

3.  L-operatur tal-venda għandu jieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni tal-aċċess għal venda fi żmien xahrejn mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahar mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. Id-deċiżjonijiet dwar Meta l-aċċess għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhomjiġi rrifjutat, l-operatur tal-vendi għandu jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu. [Em. 36]

4.  L-applikanti jistgħu jappellaw kontra d-deċiżjonijiet tal-operaturi tal-vendi. L-appelli għandhom jitressqu quddiem il-korp regolatorju.

5.  Meta l-korp regolatorju jisma’ appell kontra deċiżjoni ta’ operatur ta’ venda, dan għandu jadotta deċiżjoni motivata fi żmien stabbilit u, fi kwalunkwe każ, fi żmien tliet ġimgħat minn meta tkun waslet l-informazzjoni rilevanti kollha.

Id-deċiżjoni tal-korp regolatorju dwar l-appell għandha tkun vinkolanti, u soġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforzaha permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. [Em. 37]

Id-Deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal analiżi ġudizzjarja biss.”;

"

(8)  l-Artikolu 6 hu emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tinbidel b’dan li ġej:"

“L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu f’isem it-trasportatur b’format stampat jew elettroniku u ma għandhomx ikunu trasferibbli.”;

"

(b)  il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:"

“4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-format tal-awtorizzazzjonijiet.”;

"

(9)  l-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:"

“1. L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-servizzi regolari għandhom jitressqu lill-awtorità awtorizzanti b’format stampat jew elettroniku.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-format tal-applikazzjonijiet.”;

"

(10)  l-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 8

Il-proċedura tal-awtorizzazzjoni Il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, is-sospensjoni u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri fuq distanza inqas minn 100 km f’linja dritta mhux aktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru [Em. 38]

1.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu u jiġu ttrasportati għal distanzi inqas minn 100 km f’linja drittadefiniti minn kull Stat Membru, ta' mhux aktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji ta’ dokumenti rilevanti oħrajn, fi żmien ġimagħtejn minn meta dawn l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-applikazzjoni b’talba għall-qbil tagħhom. Fl-istess ħin, l-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat dawn id-dokumenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li t-territorji tagħhom jiġu traversati, għall-finijiet ta’ informazzjoni. [Em. 39]

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jintalab il-qbil tagħhom, għandhom jgħarrfu lill-awtorità awtorizzanti bid-deċiżjoni tagħhom dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur xahrejn. Dan il-limitu taż-żmien għandu jiġi kkalkulat mid-data meta tkun waslet it-talba għal qbil kif turi l-irċevuta. Jekk ma jkunx hemm qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkun intalab il-qbil tagħhom, dawn għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. [Em. 40]

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkun intalab il-qbil tagħhom ma jweġbux fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu, dawn għandhom jitqiesu li jaqblu.

3.  L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien erba’ tliet xhur mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. [Em. 41]

4.  L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista’ jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet oġġettivi marbuta mal-interess pubbliku elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8c(2). [Em. 42]

4a.  F'każ li servizz internazzjonali regolari bix-xarabank u bil-kowċ jikkomprometti l-ekwilibriju ekonomiku ta' kuntratt tas-servizz pubbliku, minħabba raġunijiet eċċezzjonali li ma setgħux jiġu previsti fiż-żmien meta ngħatat l-awtorizzazzjoni u li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tas-sid tal-kuntratt ta' servizz pubbliku, l-Istat Membru jista', bi qbil mal-Kummissjoni, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni għall-għoti tas-servizz, wara li jkun ta avviż minn sitt xhur qabel lit-trasportatur. It-trasportatur għandu jkun jista' jappella tali deċiżjoni. [Em. 43]

5.  Jekk waħda mill-awtoritajiet kompetenti ma taqbilx mal-awtorizzazzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn minn meta tkun waslet it-tweġiba tagħha.

6.  Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma qablux, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba’ xhur mhux aktar tard minn xahrejn minn meta tkun waslet il-komunikazzjoni mingħand l-awtorità awtorizzanti. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara n-notifika tagħha lill-Istati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. [Em. 44]

7.  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tapplika sakemm l-Istati Membri jaqblu u l-awtorità awtorizzanti tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.”;

"

(11)  jiddaħħlu dawn l-Artikoli  li ġejjin:"

“Artikolu 8a

Il-proċedura tal-awtorizzazzjoni Il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, is-sospensjoni u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri fuq distanza ta’ 100 km jew iżjed f’linja drittaaktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru [Em. 45]

1.  L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahrejn mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. [Em. 46]

2.  L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista’ jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-punti (a) sa (c)(ca) tal-Artikolu 8c(2). [Em. 47]

3.  L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fit-territorju tagħhom jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr ma l-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu,jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji ta’ dokumenti rilevanti oħrajn, u l-valutazzjoni tagħha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tasal l-applikazzjoni, b'talba biex jesprimu l-qbil tagħhom. L-awtorità awtorizzanti għandha wkoll tibgħat id-dokumenti rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr passiġġieri jitilgħu jew jinżlu għall-finijiet ta’ informazzjoni. [Em. 48]

3a.  Jekk waħda mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jitilgħu jew jinżlu ma taqbilx mal-awtorizzazzjoni għal waħda mir-raġunijiet stipulati fil-paragrafu 2, l-awtorizzazzjoni ma tistax tingħata, iżda l-kwistjoni tista' tiġi riferuta lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tasal it-tweġiba tagħha. [Em. 49]

3b.  Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma qablux, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba' xhur minn meta tkun waslet il-komunikazzjoni mingħand l-awtorità awtorizzanti. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara n-notifika tagħha lill-Istati Membri kkonċernati. [Em. 50]

3c.  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tapplika sakemm l-Istati Membri jaqblu u l-awtorità awtorizzanti tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni. [Em. 51]

Artikolu 8b

Il-proċedura tal-awtorizzazzjoni għas-servizzi regolari nazzjonali

1.  L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien mhux aktar tard minn xahrejn mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. Dan jista’ jiġi estiż għal erba’ tliet xhur meta tintalab analiżi skont il-punt (d) tal-Artikolu 8c(2). [Em. 52]

2.  L-awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari nazzjonali għandhom jingħataw għajr meta r-rifjut ikun jista’ jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-punti (a) sa (c) (ca) tal-Artikolu 8c(2) u, jekk is-servizz hu l-ġarr tal-passiġġieri għal distanzi sa, iżda mhux aktar inqas minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru100 km f’linja dritta, fil-punt (d) tal-Artikolu 8c(2). [Em. 53]

3.  Id-distanza msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tiżdied għal 120 km jekk is-servizz regolari li se jiddaħħal ikun jaqdi punt tat-tluq u destinazzjoni li diġà huma moqdija b’aktar minn kuntratt tas-servizz pubbliku wieħed. [Em. 54]

Artikolu 8c

Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet awtorizzanti

1.  Bil-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8, 8a jew 8b, l-awtorità awtorizzanti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni, tagħti l-awtorizzazzjoni b’limitazzjonijiet jew tirrifjuta l-applikazzjoni. L-awtorità awtorizzanti għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti kollha msemmija fl-Artikolu 8(1) bid-deċiżjoni tagħha.

2.  Id-deċiżjonijiet li applikazzjoni ġiet rifjutata jew, li ngħatat awtorizzazzjoni b’limitazzjonijiet, jew li awtorizzazzjoni ġiet sospiża jew rtirata għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom u, fejn applikabbli, jieħdu kont tal-analiżi tal-korp regolatorju. L-applikant jew it-trasportatur li jopera s-servizz ikkonċernat għandu jkollhom il-possibilità li jappellaw id-deċiżjonijiet tal-awtorità awtorizzanti.. [Em. 55]

L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista’ jiġi ġġustifikat L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tista' tiġi rrifjutata biss minħabba xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:

   (a) jekk l-applikant ma jkunx kapaċi jipprovdi s-servizz li hu s-suġġett tal-applikazzjoni bl-apparat disponibbli direttament għalih.
   (b) jekk l-applikant ma jkunx konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew internazzjonali dwar it-trasport bit-triq u b’mod partikolari mal-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti relatati mal-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, jew ikun wettaq xi ksur serju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, nazzjonali jew, fejn xieraq, reġjonali dwar it-trasport bit-triq, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi u għar-rekwiżiti tekniċi u l-istandards tal-emissjonijiet kif ukoll għall-perjodi tas-sewqan u l-mistrieħ tax-xufiera; [Em. 57]
   (c) jekk fil-każ ta’ applikazzjoni għal tiġdid ta’ awtorizzazzjoni ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni;
   (ca) l-applikant talab awtorizzazzjoni għal servizz regolari biex jopera fuq l-istess rotta jew rotta alternattiva, meta awtorità kompetenti tkun tat lil operatur ta' servizz pubbliku d-dritt esklużiv li jipprovdi ċerti servizzi ta' trasport pubbliku tal-passiġġieri minflok it-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Din ir-raġuni għal rifjut hija mingħajr preġudizzju għall-punt (1a) tal-Artikolu 8d) ta' dan ir-Regolament; [Em. 58]
   (d) jekk b’analiżi ekonomika oġġettiva, il-korp regolatorju jistabbilixxi li s-servizz ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku. Dik l-analiżi għandha tivvaluta l-karatteristiċi strutturali u ġeografiċi rilevanti tas-suq u n-netwerk konċernat (id-daqs, il-karatteristiċi tad-domanda, il-kumplessità tan-netwerk, l-iżolament tekniku u ġeografiku, u s-servizzi koperti mill-kuntratt), u għandu jitqies ukoll jekk is-servizz il-ġdid iwassalx għal servizzi ta' kwalità aħjar jew għal aktar valur għall-flus. [Em. 59]

L-awtoritajiet awtorizzanti ma għandhomx jirrifjutaw applikazzjoni sempliċiment għax it-trasportatur li jitlob awtorizzazzjoni ikun qed joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn trasportaturi bit-triq oħrajnjew għax, sakemm l-awtorità regolatorja jew korpi nazzjonali rilevanti oħra ma jistabbilixxux li l-applikant li jixtieq jidħol fis-suq qed jippjana li joffri servizzi b'valur inferjuri għal dak li normalment jinvolvu għal perjodu ta' żmien estiż, u b'hekk, x'aktarx ixekkel il-kompetizzjoni ġusta. L-awtoritajiet awtorizzanti m'għandhomx jirrifjutaw applikazzjoni esklużivament minħabba ir-rotta inkwistjoni tkun diġà qed issir minn trasportaturi bit-triq oħrajn. [Em. 60]

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk id-deċiżjonijiet tal-awtorità awtorizzanti jkunu soġġetti għal analiżi ġudizzjarja. Dik l-analiżi jaf tħalli effett sospensiv biss meta l-effett immedjat tad-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzanti jista’ jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għall-appellant. Din id-dispożizzjoni hi mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma’ l-appell kif mogħtija lilha mil-liġi kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 8d

Restrizzjonijiet fuq id-dritt tal-aċċess

1.  L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt tal-aċċess għas-suq nazzjonali u internazzjonali għas-servizzi regolari tax-xarabank u l-kowċ jekk is-servizz regolat propost ikun jittrasporta passiġġieri għal distanzi inqas minn għal mhux iktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 km f’linja dritta u jekk is-servizz ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku, jew għal kwalunkwe distanza jekk iseħħ f'ċentru urban jew suburban jew f'konurbazzjoni, jew jekk jissodisfa l-ħtiġijiet tat-trasport bejnu u bejn iż-żoni tal-madwar, jew jekk l-applikant ma jkunx ikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar it-trasport bit-triq jew dispożizzjonijiet rilevanti oħra tad-dritt nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali. [Em. 61]

1a.  Meta awtorità kompetenti tkun tat drittijiet esklużivi lil impriża li twettaq servizz pubbliku skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, il-protezzjoni tad-drittijiet esklużivi għandha tkun relatata biss mal-operazzjoni tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri li jaqdu l-istess rotot jew rotot alternattivi. Dik l-għotja ta' drittijiet esklużivi m'għandhiex tipprekludi l-awtorizzazzjoni ta' servizzi regolari ġodda meta dawk is-servizzi ma jkunux qed jikkompetu mas-servizz ipprovdut fil-kuntratt ta' servizz pubbliku, jew joperaw fuq rotot oħrajn. [Em. 62]

2.  L-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw kuntratt tas-servizz pubbliku jew l-operaturi tas-servizz pubbliku li jkunu qed iwettqu l-kuntratt tas-servizz pubbliku jistgħu jitolbu lill-korp regolatorju biex iwettaq analiżi dwar jekk ikunx kompromess il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt tas-servizz pubbliku.

Il-korp Meta tasal tali talba, il-korp regolatorju għandu jeżamina t-talba u jista' jiddeċiedi jekk għandhiex issir l-analiżi ekonomika. f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 8c(2) sakemm ma jkunx hemm raġunijiet prattiċi eċċezzjonali jew raġunijiet oħra li jiġġustifikaw deċiżjoni biex tali analiżi ma ssirx. Dan għandu jinforma lill-partijiet interessati bid-deċiżjoni tiegħu. [Em. 63]

3.  Meta l-korp regolatorju jagħmel analiżi ekonomika, dan għandu jinforma lill-partijiet interessati kollha bir-riżultati ta’ dik l-analiżi u bil-konklużjonijiet tiegħu fi żmien sitt ġimgħat mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta tkun waslet l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-korp regolatorju jista’ jikkonkludi li l-awtorizzazzjoni għandha tingħata, għandha tingħata b’xi kundizzjonijiet, jew għandha tiġi rifjutata. [Em. 64]

Il-konklużjonijiet tal-korp regolatorju għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet awtorizzanti.

4.  L-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tas-servizz pubbliku għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-korp regolatorju għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3.

5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-proċedura u l-kriterji li għandhom jitħaddmu għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b'mod partikolari meta twettaq l-analiżi ekonomika.”; [Em. 65]

5a.  L-Istati Membri jistgħu jkomplu jilliberalizzaw is-sistema ta' awtorizzazzjoni għas-servizzi regolari nazzjonali fir-rigward tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u l-limiti ta' kilometri. [Em. 66]

"

(12)  fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:"

“L-Artikoli 8, 8a, 8b u 8c għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet għal tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet jew għal tibdil fil-kundizzjonijiet li skonthom għandhom jiġu operati s-servizzi soġġetti għal awtorizzazzjoni.”;

"

(13)  it-titolu tal-Kapitolu IV jinbidel b’dan li ġej:"

“IS-SERVIZZI REGOLARI SPEĊJALI LI HUMA EŻENTATI MILL-AWTORIZZAZZJONI”

"

(13a)  Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"3a. Stat Membru jista' jiddeċiedi li jitlob lil trasportatur mhux residenti jissodisfa l-kundizzjonijiet b'rabta mar-rekwiżit tal-istabbiliment, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, fl-Istat Membru ospitanti wara li tingħata awtorizzazzjoni għal servizz regolari nazzjonali lil dan it-trasportatur u qabel it-trasportatur jibda jopera s-servizz rilevanti. Tali deċiżjonijiet għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati; Id-deċiżjoni għandha tqis id-dimensjoni u t-tul ta' żmien tal-attività tat-trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospitanti. Jekk l-Istat Membru ospitanti jistabbilixxi li t-trasportatur mhux residenti ma jissodisfax ir-rekwiżit ta' stabbiliment, dan jista' jirtira l-awtorizzazzjonijiet rilevanti mogħtija lilu għal servizzi regolari nazzjonali jew jissospendihom sakemm jiġi ssodisfat ir-rekwiżit."

______________________

* Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).”; [Em. 67]

"

(14)  fl-Artikolu 12, jitħassru l-paragrafi 1 sa 5;

(15)  jitħassar l-Artikolu 13; [Em. 68]

(16)  l-Artikolu 15 jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 15

L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ awtorizzati

L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għandhom jiġu awtorizzati għal dawn is-servizzi:

   (a) is-servizzi regolari speċjali mwettqa b’mod temporanju, diment li jkunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur;
   (b) is-servizzi okkażjonali mwettqa b’mod temporanju; [Em. 69]
   (c) is-servizzi regolari mwettqa skont dan ir-Regolament minn trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospitanti fil-kors ta' kull servizz internazzjonali regolari b'konformità ma' dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tas-servizzi tat-trasport li jaqdu l-ħtiġijiet taċ-ċentru urban jew konurban, jew ħtiġijiet tat-trasport ta' dawn tal-aħħar u l-inħawi tal-madwar. L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ m'għandhomx isiru indipendentement minn dak is-servizz internazzjonali.”; [Em. 70]

"

(16a)  fl-Artikolu 16(1), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"

"1. It-twettiq tal-operazzjonijiet ta' kabotaġġ għandhom ikunu soġġetti, kemm-il darba ma jkunx provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

______________

* Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).”; [Em. 72]

"

(17)  jitħassar l-Artikolu 17; [Em. 73]

(17a)  l-Artikolu 17 jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 17

Dokumenti ta' kontroll għall-operazzjonijiet ta' kabotaġġ

1.  L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali għandhom jitwettqu taħt ilkopertura il-kopertura ta' formola tal-vjaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 12 bil-miktub jew f'format diġitali, li għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata fuq talba ta' kwalunkwe uffiċjal spettur awtorizzat li jispezzjona.

2.  L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-formola tal-vjaġġ:

   (a) il-punti tat-tluq u l-wasla tas-servizz;
   (b) id-data tat-tluq u d-data li fiha jintemm is-servizz.

3.  Il-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu provduti f'kotba kif imsemmi fl-Artikolu 12 ċertifikati minn awtorità jew il-korp kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun hemm l-istabbiliment.

4.  Fil-każ ta' servizzi regolari speċjali, il-kuntratt konkluż bejn it-trasportatur u l-organizzatur tat-trasport, jew kull kopja ċertifikata awtentika tiegħu, għandha sservi bħala dokument ta' kontroll. Madankollu, formola tal-vjaġġ għandha tintmela bħala dikjarazzjoni ta' kull xahar.

Madankollu, formola tal-vjaġġ għandha timtela bħala dikjarazzjoni ta' kull xahar.

5.  Il-formoli tal-vjaġġ użati għandhom jiġu ritornati lill-awtorità jew lill-korp kompetenti fl-Istat Membru tal-istabbiliment b'mod konformi ma' proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dik l-awtorità jew korp.Waqt il-kontrolli, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi id-dokumenti mitluba.". [Em. 74]

"

(18)  fl-Artikolu 19(2), l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:"

“2. It-trasportaturi li joperaw kabotaġġ jew trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank għandhom jippermettu l-ispezzjonijiet kollha maħsuba biex jiżguraw li l-operazzjonijiet qed isiru sew, b’mod partikolari fejn jidħlu l-perjodu tas-sewqan u l-mistrieħ.

"

(19)  l-Artikolu 20 jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 20

L-assistenza reċiproka

1.  L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin biex jiżguraw l-applikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom jaqsmu l-informazzjoni bejniethom permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt stabbiliti skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

2.  Il-korpi regolatorji għandhom jikkoperaw meta jkunu qed iwettqu analiżi ekonomika dwar jekk is-servizzi regolari proposti jkunx jikkompromettu xi kuntratt tas-servizz pubbliku għall-operazzjoni internazzjonali tas-servizzi tat-trasport pubbliku. L-awtorità awtorizzanti għandha tikkonsulta lill-korpi regolatorji tal-Istati Membri l-oħra kollha li jiġu traversati bis-servizz regolari internazzjonali kkonċernat u, meta xieraq, għandha titlob mingħandhom kull informazzjoni meħtieġa qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha.”;

"

(20)  l-Artikolu 26 jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 26

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli  4(2), 5(5), 6(4), 7(2), 8d(5) u 28(3) tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 4(2), 5(5), 6(4), 7(2), 8d(5) u 28(3) tista’ tiġi revokata kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(2), 5(5), 6(4), 7(2), 8d(5) u 28(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att ikun ġie notifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

"

(21)  l-Artikolu 28 jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 28

Ir-rappurtar

1.  Kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar, u fl-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar […the first January following the entry into force of this Regulationl-ewwel ta' Jannar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-awtoritajiet kompetenti tal-Istatil-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari maħruġa matul is-sena ta’ qabel u t-total ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari validi fil-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Din l-informazzjoni għandha tingħata b’mod separat għal kull pajjiż tad-destinazzjoni tas-servizz regolari. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni wkoll bid-data dwar l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, fil-forma ta’ servizz regolari speċjali u servizzi okkażjonali, imwettqa matul is-sena ta’ qabel mit-trasportaturi residenti. [Em. 75]

2.  Kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar, u fl-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar […l-ewwel ta' Jannar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolamentthe first January following the entry into force of this Regulation], l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jipprovdu statistika lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fil-forma ta’ servizzi regolari kif jissemma fil-punt (c) tal-Artikolu 15 matul is-sena ta’ qabel.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-format tat-tabella li trid tintuża biex jintbagħtu l-istatistika msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u d-data li trid tingħata.

4.  Kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar, u fl-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar […l-ewwel ta' Jannar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament the first January following the entry into force of this Regulation], l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ trasportaturi li għandhom liċenzja Komunitarja mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u l-għadd ta’ kopji ċċertifikati li jikkorrispondu għall-għadd ta’ vetturi li jiċċirkolaw f’dak il-jum.

5.  Sa mhux aktar tard minn ... [please insert the date calculated 5 years after date of application of this Regulation[5 snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar sa liema punt dan ir-Regolament ikkontribwixxa għal funzjonament aħjar tas-suq tas-sistema tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, b'mod partikolari għall-passiġġieri, il-forza tax-xogħol tax-xarabank u tal-kowċ u l-ambjent.". [Em. 76]

"

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika minn [XX]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 262, 25.7.2018, p. 47.
(2) ĠU C 387, 25.10.2018, p. 70.
(3)ĠU C 262, 25.7.2018, p. 47.
(4)ĠU C 387, 25.10.2018, p. 70.
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Frar 2019.
(6)Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar tagħmir ta’ reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti leġiżlazzjonijiet soċjali relatati mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(9)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


Direttiva emendatorja 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ***I
PDF 129kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adattament tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija [kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/XXX/UE] u r-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] minħabba l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (COM(2018)0744 – C8-0482/2018 – 2018/0385(COD))
P8_TA(2019)0126A8-0014/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0744),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 192(1) u 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0482/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0014/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Direttiva li temenda 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2019/504.)


Id-dritt tal-protesta paċifika u l-użu proporzjonat tal-forza
PDF 125kWORD 50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar id-dritt għal protesta paċifika u l-użu proporzjonat tal-forza (2019/2569(RSP))
P8_TA(2019)0127B8-0103/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattati tal-UE u b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "il-Karta"),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; billi dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

B.  billi l-istat tad-dritt huwa s-sinsla tad-demokrazija u huwa wieħed mill-prinċipji fundaturi tal-UE, li jopera fuq il-bażi tal-preżunzjoni ta' fiduċja reċiproka li l-Istati Membri jirrispettaw d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fil-KEDB;

C.  billi l-UE hija impenjata li tirrispetta l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, kif ukoll il-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni;

D.  billi l-Artikolu 11 tal-KEDB u l-Artikolu 12 tal-Karta jiddikjaraw li kulħadd għandu d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u għal-libertà ta' assoċjazzjoni ma' oħrajn, inkluż id-dritt li jifformaw u jingħaqdu ma' trade unions għall-protezzjoni tal-interessi tagħhom;

E.  billi l-Artikolu 11 tal-KEDB jiddikjara li "Ma għandu jkun hemm ebda restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet ħlief dawk li jkunu preskritti b'liġi u li jkunu meħtieġa f'soċjetà demokratika fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali jew tas-sigurtà pubblika, biex jiġi evitat id-diżordni jew l-għemil ta' delitti, għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' ħaddieħor";

F.  billi l-Artikolu 11 tal-KEDB jiddikjara wkoll dwar il-libertà ta' għaqda li "Dan l-Artikolu ma għandux jimpedixxi l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet skont il-liġi fuq l-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet minn membri tal-Forzi Armati, tal-Pulizija jew tal-amministrazzjoni tal-Istat";

G.  billi l-Artikolu 12 tal-Karta jiddikjara wkoll li "l-partiti politiċi fil-livell tal-Unjoni jikkontribwixxu għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni";

H.  billi l-libertà ta' assoċjazzjoni għandha tkun protetta; billi soċjetà ċivili attiva u midja pluralista jiżvolġu rwol essenzjali fil-promozzjoni ta' soċjetà miftuħa u pluralista u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess demokratiku u fit-tisħiħ tar-responsabbiltà tal-gvernijiet;

I.  billi l-libertà ta' għaqda timxi id f'id mal-libertà ta' espressjoni, kif żgurat mill-Artikolu 11 tal-Karta u l-Artikolu 10 tal-KEDB, li jiddikjaraw li kulħadd għandu d-dritt għal-libertà ta' espressjoni, li jinkludi l-libertà ta' opinjoni u l-libertà li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat mingħajr indħil mill-awtoritajiet pubbliċi u irrispettivament mill-fruntieri;

J.  billi l-eżerċizzju ta' dawn il-libertajiet, billi jġib miegħu dmirijiet u responsabbiltajiet, jista' jkun soġġett għal tali formalitajiet, kundizzjonijiet, restrizzjonijiet jew penali kif preskritti mil-liġi u li jkunu meħtieġa f'soċjetà demokratika, fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali, l-integrità territorjali jew is-sigurtà pubblika, biex jiġi evitat id-diżordni jew l-għemil ta' delitti, għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali, għall-protezzjoni tar-reputazzjoni jew drittijiet ta' ħaddieħor, biex jiġi evitat il-kxif ta' informazzjoni riċevuta b'mod kunfidenzjali, jew biex tiġi miżmuma l-awtorità u l-imparzjalità tal-ġudikatura, kif preskritt mill-Artikolu 10 tal-KEDB.

K.  billi l-Artikolu 52 tal-Karta jgħid li "Kull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti minn din il-Karta għandha tkun prevista mil-liġi u għandha tirrispetta l-essenza ta' dawk id-drittijiet u l-libertajiet";

L.  billi, skont l-Artikolu 4(2) tat-TUE, l-UE "għandha tirrispetta l-funzjonijiet Statali essenzjali tagħhom [tal-Istati Membri], inkluż dawk li jassiguraw l-integrità territorjali tal-Istat, iż-żamma tal-ordni pubbliku u l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali". billi "b'mod partikolari, is-sigurtà nazzjonali tibqa' r-responsabbiltà unika ta' kull Stat Membru";

M.  billi, skont il-ġurisprudenza tal-QEDB u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-restrizzjonijiet kollha tad-drittijiet fundamentali u tal-libertajiet ċivili jridu jirrispettaw il-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità;

N.  billi l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f'bosta Stati Membri ġew ikkritikati talli dgħajfu d-dritt ta' protesta u talli użaw forza eċċessiva;

1.  Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw id-drittijiet tal-libertà ta' għaqda paċifika, tal-libertà ta' assoċjazzjoni u tal-libertà ta' espressjoni;

2.  Jenfasizza li d-dibattitu pubbliku huwa vitali għall-funzjonament ta' soċjetajiet demokratiċi;

3.  Jikkundanna l-adozzjoni ta' liġijiet restrittivi rigward il-libertà ta' għaqda f'diversi Stati Membri f'dawn l-aħħar snin;

4.  Jikkundanna l-użu ta' interventi vjolenti u sproporzjonati mill-awtoritajiet tal-istat waqt protesti u dimostrazzjonijiet paċifiċi; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet rilevanti biex jiżguraw investigazzjoni trasparenti, imparzjali, indipendenti u effettiva meta jkun hemm suspett jew allegazzjoni li tkun intużat forza sproporzjonata; ifakkar li l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jeħtiġilhom dejjem jinżammu responsabbli għat-twettiq ta' dmirijiethom u għall-konformità tagħhom mal-oqfsa legali u operattivi rilevanti;

5.  Jitlob li l-Istati Membri jiżguraw li l-użu tal-forza mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkun dejjem legali, proporzjonat, neċessarju u l-aħħar għażla, u li jippreserva l-ħajja umana u l-integrità fiżika; jinnota li l-użu indiskriminat tal-forza kontra l-folol jikser il-prinċipju tal-proporzjonalità;

6.  Jinnota r-rwol importanti tal-ġurnalisti u tal-fotoġurnalisti fir-rappurtar ta' każijiet ta' vjolenza sproporzjonata, u jikkundanna l-każijiet kollha fejn ġew attakkati deliberatament;

7.  Jemmen li l-vjolenza kontra dimostranti paċifiċi qatt ma tista' tkun soluzzjoni f'dibattitu jew fil-politika;

8.  Jirrikonoxxi li l-pulizija, li fosthom ukoll kien hemm ħafna korrimenti, qegħdin joperaw f'kundizzjonijiet diffiċli, b'mod partikolari minħabba l-ostilità ta' xi dimostranti, iżda wkoll minħabba ammont ta' xogħol eċċessiv; jikkundanna kull tip ta' vjolenza kontra individwi jew proprjetà minn dimostranti vjolenti u militanti, li jipparteċipaw biss għal skop vjolenti u jagħmlu ħsara lil-leġittimità tal-protesti paċifiċi;

9.  Iħeġġeġ lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri biex jipparteċipaw b'mod attiv fit-taħriġ mogħti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) dwar "L-ordni pubbliku – is-sorveljanza ta' avvenimenti kbar mill-pulizija"; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaqsmu ma' xulxin l-aqwa prattiki f'dan ir-rigward;

10.  Jenfasizza l-importanza li tiġi ggarantita s-sikurezza tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, tal-uffiċjali tal-pulizija u tas-suldati involuti f'operazzjonijiet taż-żamma tas-sigurtà waqt dimostrazzjonijiet pubbliċi ta' protesta;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlament tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, kif ukoll lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1) Testi adottati, P8_TA(2019)0032.


Id-drittijiet tal-persuni intersesswali
PDF 145kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar id-drittijiet tal-persuni intersesswali (2018/2878(RSP))
P8_TA(2019)0128B8-0101/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2011 intitolat "Il-persuni transġeneru u intersesswali",

–  wara li kkunsidra r-rapporti finali mill-proġett pilota ffinanzjat mill-KE "Health4LGBTI" dwar l-inugwaljanzi tas-saħħa li jesperjenzaw il-persuni LGBTI,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni abbażi ta' orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport ippubblikat f'Mejju 2015 mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) intitolat "Is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni intersesswali"(4),

–  wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni online tal-FRA ta' Novembru 2017 intitolata "L-immappjar tar-rekwiżiti tal-età minima rigward id-drittijiet tat-tfal fl-UE"(5),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-FRA dwar id-Drittijiet Fundamentali għall-2018,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament jew Pieni Inumani jew Degradanti,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2191 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fl-2017, dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni intersesswali u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni kontrihom,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2015 tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-persuni intersesswali,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2013 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji ta' Yogyakarta ("Il-Prinċipji u l-Obbligi tal-Istat dwar l-Applikazzjoni tad-Dritt Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem b'rabta mal-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess"), adottata f'Novembru 2006, u l-10 prinċipji komplementari ("plus 10") adottati fl-10 ta' Novembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar id-drittijiet tal-persuni intersesswali (O-000132/2018 – B8-0007/2019 u O-000133/2018 – B8-0008/2019),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-individwi intersesswali jitwieldu b'karatteristiċi sesswali fiżiċi li ma jidħlux fin-normi mediċi jew soċjali għall-ġisem tal-mara jew tar-raġel, u billi dawn il-varjazzjonijiet fil-karatteristiċi sesswali jistgħu jimmanifestaw ruħhom f'karatteristiċi primarji (bħall-ġenitali interni u esterni, l-istruttura tal-kromosomi u dik ormonali) u/jew f'karatteristiċi sekondarji (bħall-massa tal-muskoli, id-distribuzzjoni tax-xagħar u l-istatura);

B.  billi l-persuni intersesswali huma esposti għal każijiet multipli ta' vjolenza u diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea, u billi dawn il-każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem jibqgħu ma jingħarfux fil-wisa' mill-pubbliku ġenerali u minn dawk li jfasslu l-politika;

C.  billi hemm prevalenza qawwija ta' operazzjonijiet kirurġiċi u trattamenti mediċi li jsiru fuq trabi intersesswali, minkejja li, fil-parti l-kbira, dawn it-trattamenti mhumiex medikament neċessarji; billi l-kirurġija kożmetika u l-kirurġija urġenti jistgħu jiġu proposti bħala pakkett, b'mod li ma jħallix li l-ġenituri u l-persuni intersesswali jkollhom informazzjoni sħiħa dwar l-impatt ta' kull kirurġija;

D.  billi operazzjonijiet kirurġiċi u trattamenti mediċi jsiru fuq tfal intersesswali mingħajr ma dawn tal-aħħar ikunu taw minn qabel il-kunsens personali, sħiħ u infurmat tagħhom; billi l-mutilazzjonijiet ġenitali intersesswali jistgħu jikkawżaw konsegwenzi tul il-ħajja, bħal trawma psikoloġika u diżabilità fiżika;

E.  billi l-individwi intersesswali u t-tfal intersesswali li jappartjenu lil gruppi minoritarji u emarġinati oħrajn jiġu ulterjorment emarġinati u esklużi soċjalment u jkunu f'riskju ta' vjolenza u diskriminazzjoni minħabba l-identitajiet tagħhom li jissallbu u jitrikkbu fuq xulxin;

F.  billi, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, operazzjoni kirurġika tista' ssir fuq tifel jew tifla intersesswali u fuq individwu intersesswali b'diżabilitajiet bil-kunsens tal-kustodju legali tagħhom, irrispettivament mill-kapaċità tal-persuna intersesswali li tiddeċiedi għaliha nfisha;

G.  billi, f'ħafna każijiet, il-ġenituri u/jew il-kustodji legali ssirilhom pressjoni qawwija biex jieħdu deċiżjonijiet mingħajr ma jkunu infurmati bis-sħiħ dwar il-konsegwenzi tul il-ħajja għal uliedhom;

H.  billi ħafna persuni intersesswali ma għandhomx aċċess sħiħ għar-rekords mediċi tagħhom, u għalhekk ma jafux li huma intersesswali jew ma jafux liema trattamenti mediċi jkunu ġarrbu;

I.  billi l-varjazzjonijiet intersesswali għadhom jiġu kklassifikati bħala mard, bħal pereżempju fil-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fin-nuqqas ta' evidenza li tirfed is-suċċess tat-trattamenti fuq żmien twil;

J.  billi uħud mill-persuni intersesswali ma jidentifikawx ruħhom mal-ġeneru li jiġi assenjat lilhom medikament fit-twelid; billi r-rikonoxximent legali tal-ġeneru bbażat fuq l-awtodeterminazzjoni huwa possibbli biss f'sitt Stati Membri; billi ħafna Stati Membri tal-UE għadhom jirrikjedu l-isterilizzazzjoni għar-rikonoxximent legali tal-ġeneru;

K.  billi l-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni fil-livell tal-UE, u fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, ma tinkludix diskriminazzjoni bbażata fuq karatteristiċi tas-sess, la bħala kategorija awtonoma u lanqas interpretata bħala forma ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess;

L.  billi ħafna tfal intersesswali jiffaċċjaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem u mutilazzjonijiet ġenitali fl-UE meta jġarrbu trattamenti ta' normalizzazzjoni sesswali;

1.  Jinnota l-ħtieġa urġenti li l-każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni intersesswali jiġu indirizzati, u jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jipproponu leġiżlazzjoni biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet;

Medikalizzazzjoni u patoloġizzazzjoni

2.  Jikkundanna bil-qawwa t-trattamenti u l-kirurġija ta' normalizzazzjoni sesswali; jilqa' l-liġijiet li jipprojbixxu l-operazzjonijiet kirurġiċi (bħal f'Malta u fil-Portugall) u jħeġġeġ lill-Istati Membri l-oħra jadottaw leġiżlazzjoni simili mill-aktar fis;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li tfal intersesswali u individwi intersesswali b'diżabilitajiet, kif ukoll il-ġenituri jew il-kustodji tagħhom, jingħataw konsulenza u sostenn adegwati, u li jiġu infurmati bis-sħiħ dwar il-konsegwenzi ta' trattamenti ta' normalizzazzjoni sesswali;

4.  Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġjaw organizzazzjonijiet li jaħdmu biex titneħħa l-istigma kontra l-persuni intersesswali;

5.  Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jżidu l-finanzjament lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar il-persuni intersesswali;

6.  Jitlob li l-Istati Membri jtejbu l-aċċess tal-persuni intersesswali għar-rekords mediċi tagħhom, u jiżguraw li ħadd ma jiġi soġġett għal trattament mediku jew kirurġiku mhux meħtieġ matul l-infanzja jew it-tfulija, filwaqt li jiggarantixxu l-integrità tal-ġisem, l-awtonomija u l-awtodeterminazzjoni għat-tfal ikkonċernati;

7.  Huwa tal-fehma li l-patoloġizzazzjoni ta' varjazzjonijiet intersesswali tipperikola t-tgawdija sħiħa tad-dritt għall-ogħla standard possibbli ta' saħħa għall-persuni intersesswali, kif minqux fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jitlob li l-Istati Membri jiżguraw li s-sitwazzjoni tal-persuni intersesswali ma tibqax titqies bħala patoloġija;

8.  Jilqa' l-fatt li, imqar parzjalment, l-identitajiet transġeneru ma għadhomx jitqiesu bħala patoloġiji fil-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard ICD-11; jinnota, madankollu, li l-kategorija ta' "inkongruwenza tal-ġeneru" fit-tfulija tqis imġiba li mhijiex skont in-norma tal-ġeneru fit-tfulija bħala patoloġija; jitlob, għalhekk, li l-Istati Membri jaħdmu biex il-kategorija ta' din il-kategorija titneħħa mill-ICD-11, u jġibu reviżjoni futura tal-ICD f'konformità mas-sistemi tas-saħħa nazzjonali tagħhom;

Dokumenti tal-identità

9.  Jenfasizza l-importanza ta' proċeduri flessibbli ta' reġistrazzjoni tat-twelid; jilqa' l-liġijiet adottati f'uħud mill-Istati Membri li jippermettu r-rikonoxximent legali tal-ġeneru abbażi tal-awtodeterminazzjoni; iħeġġeġ lil Stati Membri oħra jadottaw leġiżlazzjoni simili, inklużi proċeduri flessibbli għat-tibdil tal-indikaturi tal-ġeneru, dment li dawn jibqgħu jiġu rreġistrati, u tal-ismijiet fuq iċ-ċertifikati tat-twelid u d-dokumenti tal-identità (inkluża l-possibilità ta' ismijiet li ma jagħmlux distinzjoni bejn il-ġeneri);

Diskriminazzjoni

10.  Jiddeplora n-nuqqas ta' rikonoxximent tal-karatteristiċi tas-sess bħala bażi ta' diskriminazzjoni madwar l-UE kollha, u għalhekk jirrileva l-importanza ta' dan il-kriterju biex jiġi żgurat li l-persuni intersesswali jkollhom aċċess għall-ġustizzja;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-iskambju ta' prattiki tajba dwar il-kwistjoni; jitlob li l-Istati Membri jadottaw il-leġiżlazzjoni meħtieġa biex jipproteġu, jirrispettaw u jippromwovu b'mod adegwat id-drittijiet fundamentali tal-persuni intersesswali, fosthom it-tfal intersesswali, b'mod li jinkludi protezzjoni sħiħa kontra d-diskriminazzjoni;

Għarfien fost il-pubbliku

12.  Jistieden lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jwettqu riċerka dwar persuni intersesswali minn perspettiva soċjoloġika u tad-drittijiet tal-bniedem, pjuttost milli minn waħda medika;

13.  Jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-fondi tal-UE ma jappoġġjawx proġetti ta' riċerka/proġetti mediċi li jkomplu jikkontribwixxu għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni intersesswali, fil-kuntest tan-Networks Ewropej ta' Referenza (ERNs); Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġjaw u jiffinanzjaw riċerka dwar is-sitwazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni intersesswali;

14.  Jitlob li, rigward id-drittijiet tal-persuni intersesswali, il-Kummissjoni tieħu approċċ olistiku u bbażat fuq id-drittijiet, u tikkoordina aħjar il-ħidma tad-Direttorati Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ , l-Isport u l-Kultura, u għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel, bil-għan li tiżgura politiki u programmi konsistenti li jappoġġjaw lill-persuni intersesswali, inkluż taħriġ tal-uffiċjali tal-istat u tal-professjoni medika;

15.  Jitlob li l-Kummissjoni ssaħħaħ id-dimensjoni intersesswali fil-lista tal-azzjonijiet pluriennali LGBTI tagħha għall-perjodu kurrenti, u tibda tħejji minn issa tiġdid ta' din l-istrateġija għall-perjodu pluriennali li jmiss (2019–2024);

16.  Jitlob li l-Kummissjoni tiffaċilita l-qsim tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-integrità fiżika tal-persuni intersesswali;

o
o   o

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

(1) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(2) ĠU C 93, 24.3.2017, p. 21.
(3) ĠU C 238, 6.7.2018, p. 2.
(4) https://fra.europa.eu/en/publication/2015/fundamental-rights-situation-intersex-people
(5) http://fra.europa.eu/en/publication/2017/mapping-minimum-age-requirements-concerning-rights-child-eu


Il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2024)
PDF 132kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2024) (2019/2573(RSP))
P8_TA(2019)0129B8-0127/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)5 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati membri dwar miżuri għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, adottata fil-31 ta' Marzu 2010,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426) u l-pożizzjoni tiegħu tat-2 ta' April 2009 dwar tali proposta,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet kollha tal-bniedem mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI) adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza għal-LGBTI tas-16 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-istħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-persuni leżbjani, gay, bisesswali u transġeneru, imwettaq mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u ppubblikat fis-17 ta' Mejju 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni abbażi ta' orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2017(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2191(2017) tat-12 ta' Ottubru 2017 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni intersesswali u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni kontrihom,

–  wara li kkunsidra l-Lista ta' Azzjonijiet tal-Kummissjoni biex tiġi avvanzata l-ugwaljanza għal-LGBTI ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni tal-2016 u tal-2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Lista ta' Azzjonijiet biex tiġi avvanzata l-ugwaljanza għal-LGBTI,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) tal-5 ta' Ġunju 2018 (Relu Adrian Coman et vs Inspectoratul General pentru Imigrări u Ministerul Afacerilor Interne)(3) u ġurisprudenza rilevanti oħra tal-QtĠ-UE u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ta' Mejju 2015 intitolat "The fundamental rights situation of intersex people" (Is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni intersesswali),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ta' Marzu 2017 intitolat "Current migration situation in the EU: Lesbian, gay, bisexual, transgender and intersex asylum seekers" (Is-sitwazzjoni attwali tal-migrazzjoni fl-UE: il-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali li jfittxu asil),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2015 tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-persuni intersesswali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2048(2015) tat-22 ta' April 2015 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-diskriminazzjoni kontra l-persuni transġeneru fl-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2024) (O-000006/2019 – B8-0014/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-persuni LGBTI għadhom qed ibatu minn diskriminazzjoni u vjolenza fl-Unjoni Ewropea; billi mhux l-Istati Membri kollha tal-UE jipprovdu protezzjoni legali għall-persuni LGBTI kontra d-diskriminazzjoni;

B.  billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni abbażi ta' orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, stieden lill-Kummissjoni tadotta strateġija dwar l-ugwaljanza għal-LGBTI;

C.  billi l-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-ugwaljanza għal-LGBTI tas-16 ta' Ġunju 2016, stieden lill-Istati Membri jaħdmu flimkien mal-Kummissjoni fir-rigward tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI;

D.  billi l-Kummissjoni adottat oqfsa strateġiċi komprensivi dwar temi oħra relatati mad-drittijiet fundamentali, bħalma huma d-diżabilità u l-inklużjoni tar-Rom, iżda għad trid tieħu tali azzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTI;

E.  billi l-Lista ta' Azzjonijiet biex tiġi avvanzata l-ugwaljanza għal-LGBTI, ippubblikata mill-Kummissjoni fl-2015, hija strateġija mhux vinkolanti u mhux komprensiva;

F.  billi r-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Lista ta' Azzjonijiet biex tiġi avvanzata l-ugwaljanza għal-LGBTI juru li ttieħdu passi sinifikanti, iżda għad fadal ħafna xi jsir biex tiġi żgurata l-ugwaljanza għaċ-ċittadini kollha fl-UE, inklużi ċ-ċittadini LGBTI;

G.  billi, għalkemm il-linji gwida adottati mill-Kunsill Ewropew għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet kollha tal-bniedem mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI) ilhom jorbtu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha fl-azzjoni esterna tagħhom sa mill-2013, in-nuqqas ta' impenn komplementari intern min-naħa tal-UE huwa theddida għall-koeżjoni interna u esterna;

H.  billi d-direttiva kontra d-diskriminazzjoni għadha mblukkata fil-Kunsill;

1.  Itenni r-rakkomandazzjonijiet tar-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE;

2.  Jinnota li f'dawn l-aħħar snin fl-UE ġiet osservata reazzjoni negattiva kontra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b'impatt dirett fuq il-persuni LGBTI; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-impenn li tindirizza din ir-reazzjoni negattiva, tagħmel l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni qasam ta' prijorità u tiżgura li dan l-impenn ikun rifless fil-ħidma tal-Kummissjoni li jmiss, li se tieħu l-kariga aktar tard fl-2019;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-drittijiet tal-persuni LGBTI jingħataw prijorità fil-programm ta' ħidma tagħha għall-perjodu 2019-2024 u ssaħħaħ il-kooperazzjoni fost id-Direttorati Ġenerali differenti fl-oqsma fejn id-drittijiet tal-persuni LGBTI għandhom jiġu integrati, bħall-edukazzjoni u s-saħħa, kif stabbilit fil-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta dokument strateġiku ieħor biex trawwem l-ugwaljanza għall-persuni LGBTI;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja u tinforza l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u l-miżuri maħsuba biex jiżguraw id-drittijiet tal-persuni LGBTI fl-oqsma kollha;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem fuq it-temi diġà inklużi fil-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-Parlament u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI futura tagħha;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli għaddejja bil-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' komunikazzjoni pubblika dwar il-persuni LGBTI u l-familji tagħhom; jisħaq fuq l-importanza li ssir tali azzjoni fil-livelli kollha u li l-enfasi tkun fuq il-benefiċċji tad-diversità għas-soċjetà aktar milli fuq is-sempliċi normalizzazzjoni tal-persuni LGBTI;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom ta' programmi edukattivi ta' kwalità għolja u komprensivi dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet li jipprovdu informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati b'mod li jkun ħieles minn kull ġudizzju, li jkun imfassal b'mod pożittiv u li jkun inklużiv fil-konfront tal-persuni LGBTI;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri konkreti biex tiżgura l-libertà ta' moviment għall-familji kollha, inklużi l-familji LGBTI, f'konformità mal-kawża reċenti Coman tal-QtĠ-UE;

11.  Jinnota li, għall-aċċess għar-rikonoxximent legali tal-ġeneru, 8 Stati Membri jesiġu l-isterilizzazzjoni filwaqt li 18-il Stat Membru jesiġu dijanjożi tas-saħħa mentali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk tali esiġenzi humiex konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora perspettiva intersezzjonali fil-ħidma futura tagħha dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTI, tieħu inkonsiderazzjoni l-esperjenzi ta' diskriminazzjoni trasversali li jiltaqgħu magħhom il-persuni LGBTI emarġinati u tiżviluppa miżuri li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, inkluż billi tagħmel disponibbli finanzjament għal netwerks ta' appoġġ speċifiċi ta' gruppi LGBTI emarġinati;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem mal-Istati Membri bil-għan li l-azzjonijiet futuri tagħha dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTI jiġu implimentati;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-iskambju ta' prattiki tajba dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-Istati Membri jadottaw il-leġiżlazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li d-drittijiet fundamentali tat-tfal LGBTI jingħataw rispett, promozzjoni u protezzjoni adegwati, inkluża protezzjoni sħiħa kontra d-diskriminazzjoni;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

(1) ĠU C 93, 24.3.2017, p. 21.
(2) Testi adottati, P8_TA(2019)0032.
(3) Is-sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tal-5 ta' Ġunju 2018, ECLI:EU:C:2018:385.


Il-futur tat-Trattat INF u l-impatt fuq l-Unjoni Ewropea
PDF 136kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-futur tat-Trattat INF u l-impatt fuq l-Unjoni Ewropea (2019/2574(RSP))
P8_TA(2019)0130RC-B8-0128/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar l-Eliminazzjoni tal-Missili ta' Medda Intermedja u ta' Medda Iqsar tagħhom (minn hawn' il quddiem "it-Trattat INF"), iffirmat f'Washington fit-8 ta' Diċembru 1987 mill-President tal-Istati Uniti ta' dak iż-żmien, Ronald Reagan, u mill-mexxej tal-Unjoni Sovjetika, Mikhail Gorbatchev(1),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2018 dwar iż-Żamma u l-Konformità mal-Ftehimiet u mal-Impenji dwar il-Kontroll tal-Armi, in-Nonproliferazzjoni, u d-Diżarm imħejji mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-21 ta' Ottubru 2018 mill-President tal-Istati Uniti Donald Trump li wissa dwar l-irtirar tal-Istati Uniti mit-Trattat INF,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-2 ta' Frar 2019 mis-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti dwar l-intenzjoni tal-Istati Uniti li jirtiraw mit-Trattat INF(2),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President Russu Vladimir Putin tat-2 ta' Frar 2019 li stqarr li r-Russja wkoll kienet sejra tissospendi l-parteċipazzjoni tagħha fit-Trattat,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar it-Trattat INF maħruġa mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tan-NATO fl-4 ta' Diċembru 2018(3),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea – Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b'Saħħitha,

–   wara li kkunsidra l-preokkupazzjonijiet imqajma fl-2019 mill-Istati Uniti u min-NATO rigward in-nuqqas ta' konformità mat-Trattat INF min-naħa tar-Russja, b'referenza partikolari għas-sistema tal-missili ġdida 9M729 tagħha, l-aktar reċentement fid-dikjarazzjoni tal-1 ta' Frar 2019 maħruġa mill-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana(4),

–  wara li kkunsidra l-kummenti tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, fis-seba' Konferenza tal-UE dwar in-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm, li saret fi Brussell fit-18 u d-19 ta' Diċembru 2018,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni(5),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, iffirmata fi Brussell fl-10 ta' Lulju 2018,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda tan-NU għad-Diżarm(6),

–  wara li kkunsidra l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 16 tan-NU, li għandu l-għan li jippromwovi soċjetajiet paċifiċi u inklużivi għall-iżvilupp sostenibbli(7),

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' progress annwali tal-2017 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva tat-18 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP) tal-1968, bl-obbligi li jimponi fuq l-istati kollha li jaħdmu favur id-diżarm nukleari b'intenzjoni tajba u jtemmu t-tellieqa tal-armi nukleari,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari (TPNW) adottat fis-7 ta' Lulju 2017 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar it-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari(8),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva, li ġiet adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Disa' Konferenza ta' Reviżjoni tal-Partijiet fit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (8079/15),

–  wara li kkunsidra l-Premju Nobel għall-Paċi tal-2017 mogħti lill-Kampanja Internazzjonali għall-Abolizzjoni tal-Armi Nukleari (ICAN), u d-dikjarazzjoni tagħha tat-1 ta' Frar 2019 intitolata "Irtirar tal-Istati Uniti mit-Trattat INF jqiegħed l-Ewropa (u d-dinja) f'riskju",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-Trattat INF, iffirmat fl-1987 mill-Istati Uniti u mill-Unjoni Sovjetika, kien ftehim uniku fl-era tal-Gwerra l-Bierda, peress li obbliga liż-żewġ partijiet jeqirdu (u mhux biss jillimitaw) il-ħażniet tagħhom ta' missili terrestri ballistiċi u ta' kruċiera b'armi nukleari u konvenzjonali li jwasslu bejn 500 km u 5 500 km, filwaqt li pprojbixxielhom li jippossjedu, jipproduċu u jittestjaw it-titjir ta' dawn il-missili,

B.  billi, sa Mejju 1991, 2 692 missila kienu ġew eliminati skont it-termini tat-Trattat; billi mbagħad, fl-għaxar snin ta' wara, saru spezzjonijiet fil-post; billi, bis-saħħa tat-Trattat INF, fl-aħħar mill-aħħar tneħħew aktar minn 3 000 missila b'testati nukleari;

C.  billi t-Trattat INF ikkontribwixxa għat-trażżin tal-kompetizzjoni strateġika bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika, u sussegwentement il-Federazzjoni Russa, u għall-bini u t-tisħiħ tal-istabbiltà fl-era tal-Gwerra l-Bierda; billi l-Ewropa kienet il-benefiċjarju prinċipali tat-Trattat INF, li kellu rwol fundamentali fiż-żamma tas-sigurtà tagħha għal aktar minn tliet deċennji; billi t-Trattat għadu pilastru tal-paċi u tal-istabbiltà internazzjonali, b'mod partikolari bħala parti mill-arkitettura tas-sigurtà Ewropea;

D.  billi, fl-2014, l-amministrazzjoni ta' Obama stqarret li r-Russja kienet "fi ksur tal-obbligi tagħha skont it-Trattat INF li ma tippossjedix, ma tipproduċix u ma tittestjax fit-titjir missila ta' kruċiera terrestri (GLCM) li kapaċi twassal bejn 500 km u 5 500 km, jew li tipposjedi jew tipproduċi apparat li jispara tali missili"; billi rapporti sussegwenti, ippubblikati mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fl-2018, tennew l-akkużi tal-Istati Uniti li r-Russja kienet baqgħet tikser it-Trattat;

E.  billi l-Istati Uniti u n-NATO darba wara l-oħra saqsew lir-Russja dwar l-attivitajiet tagħha ta' żvilupp tal-missili, b'mod partikolari rigward is-sistema tal-missili 9M729, li jqisu li tikser it-Trattat INF;

F.  billi, f'Diċembru 2017, fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tat-Trattat, l-amministrazzjoni tal-President Trump ħabbret "strateġija integrata" ta' miżuri diplomatiċi, militari u ekonomiċi, maħsuba biex treġġa' lir-Russja fil-konformità mat-Trattat; billi dawn il-miżuri kienu jinkludu sforzi diplomatiċi permezz tal-Kummissjoni Speċjali ta' Verifika, il-varar ta' programm ta' riċerka u żvilupp militari, u miżuri ekonomiċi kontra entitajiet Russi involuti fl-iżvilupp u fil-produzzjoni tal-missila mhux konformi;

G.  billi l-Istati Uniti u r-Russja naqsu milli jindirizzaw il-preokkupazzjonijiet reċiproċi tagħhom permezz ta' djalogu diplomatiku; billi l-Kummissjoni Speċjali ta' Verifika stabbilita fil-qafas tat-Trattat biex tindirizza, fost affarijiet oħra, kwistjonijiet ta' konformità, ma tlaqqgħetx;

H.  billi, fl-20 ta' Ottubru 2018, il-President Trump ħabbar li l-Istati Uniti kienu se jirtiraw mit-Trattat, minħabba n-nuqqas ta' konformità min-naħa tar-Russja u n-nuqqas ta' parteċipazzjoni taċ-Ċina; billi, fl-4 ta' Diċembru 2018, wara l-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tan-NATO, is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti, Mike Pompeo, ħabbar li l-Istati Uniti kienu kkonstataw li r-Russja kienet fi ksur materjali tat-Trattat u li, b'effett fi żmien 60 jum, kienu se jissospendu l-obbligi tagħhom bħala rimedju, dment li r-Russja ma terġax lura għal konformità sħiħa u verifikabbli;

I.  billi, fl-1 ta' Frar 2019, l-Istati Uniti ħabbru, wara l-iskadenza ta' 60 jum mogħtija lir-Russja biex tirritorna għal konformità sħiħa, li kienu se jissospendu l-obbligi tagħhom skont it-Trattat INF u jibdew il-proċess tal-irtirar minnu, dment li r-Russja, li l-Istati Uniti tal-Amerka jemmnu li tinsab fi ksur materjali tat-Trattat, ma terġax lura għall-konformità mat-termini tat-Trattat fi żmien sitt xhur; billi s-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg, appella lir-Russja biex tieħu vantaġġ mill-perjodu ta' sitt xhur offrut lilha mill-Istati Uniti sabiex terġa' lura għal konformità sħiħa;

J.  billi, fl-4 ta' Diċembru 2018, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tan-NATO rrikonoxxew il-vjolazzjonijiet tat-Trattat INF min-naħa tar-Russja u talbu li r-Russja terġa' lura b'urġenza għal konformità sħiħa u verifikabbli mat-Trattat;

K.  billi, fit-2 ta' Frar 2019, ir-Russja ħabbret li kienet se tissospendi t-Trattat INF u tiżviluppa tipi ġodda ta' missili; billi l-awtoritajiet Russi ripetutament qajmu preokkupazzjonijiet dwar l-installazzjonijiet missilistiċi ta' difiża tan-NATO;

L.  billi ċ-Ċina, flimkien ma' pajjiżi oħra li mhumiex firmatarji tat-Trattat INF, wettqet proliferazzjoni mifruxa tal-ħażna ta' missili tagħha, b'mod li juri l-ħtieġa għal trattat ġdid li jorbot lill-Istati Uniti, ir-Russja u ċ-Ċina;

M.  billi t-tmiem potenzjali tat-Trattat jista' jwassal għal eskalazzjoni tat-tensjonijiet fost l-istati nukleari, għal malintiżi u għal tellieqa tal-armi ġdida;

N.  billi t-Trattat INF huwa pedament biex jinżammu l-istabbiltà strateġika globali, il-paċi fid-dinja u s-sigurtà reġjonali; billi l-preservazzjoni tat-Trattat tikkontribwixxi għall-isforzi biex jiġu ppreservati ftehimiet eżistenti oħra dwar il-kontroll tal-armi u d-diżarm, kif ukoll toħloq kundizzjonijiet aktar favorevoli għan-negozjati dwar il-limitazzjoni tal-armi, id-diżarm u n-nonproliferazzjoni; billi t-tħabbiriet ta' rtirar qed iqajmu dubji dwar il-probabbiltà li ma jiġux estiżi trattati ewlenin oħra dwar il-kontroll tal-armi, bħat-Trattat bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Federazzjoni Russa dwar Miżuri għal Aktar Tnaqqis u Limitazzjoni ta' Armi Offensivi Strateġiċi ("New START"), liema nuqqas ta' estensjoni jagħmel ħsara serja lir-reġim internazzjonali għall-kontroll tal-armi li pprovda għaxriet ta' snin ta' stabbiltà rigward l-armi nukleari, hekk li jħalli lid-dinja mingħajr ebda limitu vinkolanti bil-liġi u verifikabbli dwar l-arsenali nukleari;

O.  billi t-Trattat tan-NU dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari ġie miftuħ għall-iffirmar mis-Segretarju Ġenerali tan-NU fl-20 ta' Settembru 2017 u sal-lum ġie ffirmat minn 70 stat, li minnhom 21 saru Stati Partijiet permezz ta' ratifika, u billi wieħed minn dawn il-pajjiżi, l-Awstrija, huwa Stat Membru tal-UE, filwaqt li l-Irlanda aktarx tippreżenta l-istrumenti ta' ratifika tagħha lis-Segretarju Ġenerali tan-NU fil-ftit xhur li ġejjin;

P.  billi r-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi ICAN talbet li l-istati kollha jirratifikaw it-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari;

1.  Jappoġġja l-konformità mat-Trattat INF, u l-kontinwazzjoni u t-tisħiħ tiegħu; ifakkar fil-kontribut vitali li għamel għall-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa u fil-bqija tad-dinja u għad-diżarm u għan-nonproliferazzjoni globali;

2.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-ksur tat-Trattat, u t-tħabbiriet sussegwenti mill-Istati Uniti u mir-Russja dwar is-sospensjoni tal-obbligi tagħhom skont it-Trattat u dwar l-irtirar tagħhom minnu f'perjodu ta' sitt xhur; jissottolinja li dawn l-iżviluppi jirrappreżentaw theddida għall-interessi ta' sigurtà l-aktar vitali tal-Ewropa, kif ukoll għas-sigurtà u għall-paċi fl-Ewropa u fid-dinja; jibża' li dawn l-azzjonijiet jistgħu jirriżultaw f'kalkoli u f'perċezzjonijiet żbaljati li jwasslu għal deterjorament tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u r-Russja, eskalazzjoni tat-tensjonijiet, intensifikazzjoni tat-theddidiet u tar-riskji nukleari u militari, u ritorn possibbli ta' tlielaq tal-armi destabbilizzanti, li jkunu ta' ħsara għas-sigurtà u għall-istabbiltà strateġika tal-Ewropa;

3.  Jesprimi kundanna fil-konfront tar-Russja talli baqgħet tikser it-termini tat-Trattat;

4.  Jitlob li r-Russja, bħala risposta għall-ksur kontinwu tat-termini tat-Trattat min-naħa tagħha, terġa' lura għal konformità sħiħa u verifikabbli sabiex tindirizza l-preokkupazzjonijiet li qajmu l-Istati Uniti u n-NATO, u jħeġġeġ lir-Russja biex tikkommetti ruħha favur il-futur fit-tul tal-ftehim;

5.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' trasparenza sħiħa u djalogu fl-interess tal-bini tal-fiduċja u tal-kunfidenza fl-implimentazzjoni tat-Trattat INF u ta' kwalunkwe ftehim ieħor li jirfed l-istabbiltà strateġika u s-sigurtà; fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jistieden kemm lir-Russja kif ukoll lill-Istati Uniti biex isolvu l-allegazzjonijiet rispettivi dwar il-konformità, jidħlu fi djalogu kostruttiv taħt l-awspiċji tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tal-Kummissjoni Speċjali ta' Verifika jew ta' fora xierqa oħra, bil-għan li jbaxxu t-tensjonijiet, fil-qies tal-interessi u tal-preokkupazzjonijiet taż-żewġ partijiet, u li jwettqu negozjati b'intenzjoni tajba biex jissalvagwardjaw it-Trattat INF qabel l-irtirar effettiv f'Awwissu 2019, filwaqt li jtejbu t-trasparenza u l-monitoraġġ reċiproku u jiksbu regoli u garanziji aktar b'saħħithom dwar il-kapaċitajiet tagħhom rigward il-missili u l-armi nukleari rispettivi tagħhom;

6.  Iħeġġeġ lill-VP/RGħ biex tutilizza t-tieqa ta’ sitt xhur ħalli tuża l-mezzi politiċi u diplomatiċi kollha għad-dispożizzjoni tagħha bil-għan li tidħol fi djalogu mal-Istati Partijiet tal-INF sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja transfruntiera, filwaqt li toffri l-għarfien espert u l-esperjenza ta' medjazzjoni tal-UE, bil-ħsieb li jiġi evitat l-irtirar kemm tal-Istati Uniti kif ukoll tar-Russja; iħeġġeġ lill-VP/RGħ biex tirsisti favur il-preservazzjoni u l-iżvilupp tat-Trattat INF u tagħti bidu għal negozjati għal trattat multilaterali għal din il-kategorija ta’ missili; jitlob li l-VP/RGħ tiżgura li l-UE taġixxi bħala fornitur proattiv u kredibbli ta' sigurtà, inkluż għall-viċinat tagħha, u li tassumi rwol qawwi u kostruttiv biex tiżviluppa u ssaħħaħ l-isforzi globali tan-nonproliferazzjoni u tal-kontroll tal-armi u l-arkitettura ta' diżarm ibbażati fuq ir-regoli;

7.  Jenfasizza li l-futur inċert tat-Trattat INF ma għandux jipperikola ftehimiet oħra dwar il-kontroll tal-armi; iħeġġeġ, b’mod partikolari, lill-Istati Uniti u lir-Russja biex jestendu l-ftehim New START, li jillimita l-għadd ta’ testati strateġiċi skjerati fuq kull naħa għal-1 550, qabel ma jiskadi fl-2021;

8.  Itenni l-impenn sħiħ tiegħu favur il-preservazzjoni ta' reġimi internazzjonali effikaċi għall-kontroll tal-armi, għad-diżarm u għan-nonproliferazzjoni, bħala pedament tas-sigurtà dinjija u Ewropea; huwa tal-fehma li l-Ewropa jeħtiġilha tmexxi bl-eżempju sabiex tkun kredibbli u ġġib 'il quddiem dinja ħielsa mill-armi nukleari; jitlob li l-Istati Membri tal-UE jagħmlu d-diżarm nukleari multilaterali prijorità tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE; ifakkar fl-impenn tiegħu favur politiki mfassla biex nimxu 'l quddiem bit-tnaqqis u bl-eliminazzjoni tal-ħażniet nukleari kollha;

9.  Jemmen li s-sigurtà Ewropea għandha tibqa' indiviżibbli; jitlob li l-Istati Membri kollha tal-UE li huma wkoll membri tan-NATO jaġixxu b'mod konsegwenti; jitlob li l-VP/RGħ tiżviluppa valutazzjoni komuni tat-theddidiet li tanalizza l-implikazzjonijiet għas-sigurtà tal-UE jekk jagħti l-każ li l-protezzjoni li t-Trattat INF jipprovdi lill-Unjoni u liċ-ċittadini tagħha ma tibqax tapplika, u tirrapporta lura lill-Parlament fil-waqt, skont l-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u wara dan tiżviluppa strateġija ta’ diżarm nukleari kredibbli u ambizzjuża bbażata fuq multilateraliżmu effikaċi;

10.  Jitlob li l-VP/RGħ tressaq proposti biex timmobilizza fondi tal-UE u ssaħħaħ il-bażi ta' għarfien u kompetenza tal-Unjoni rigward in-nonproliferazzjoni, il-kontroll tal-armi u l-kapaċitajiet umani biex tanalizza t-theddidiet li jirriżultaw mill-armi nukleari; jitlob li l-VP/RGħ tippreżenta pjanijiet prudenti għall-prevenzjoni tal-użu mhux intenzjonat jew aċċidentali tal-armi nukleari;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President u lill-Membri tal-Kungress tal-Istati Uniti, lill-President tal-Federazzjoni Russa, u lill-Membri tad-Duma u tal-Kunsill Federali tar-Russja.

(1) https://treaties.un.org/doc/Publication/UNTS/Volume%201657/v1657.pdf
(2) https://www.state.gov/secretary/remarks/2019/02/288722.htm
(3) https://www.nato.int/cps/en/natohq/official_texts_161122.htm
(4) https://www.nato.int/cps/en/natohq/news_162996.htm
(5) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 202.
(6) https://front.un-arm.org/documents/SG+disarmament+agenda_1.pdf
(7) https://sustainabledevelopment.un.org/sdg16
(8) ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 77.


NAIADES II – Programm ta' azzjoni ta' appoġġ għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni
PDF 131kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar NAIADES II – Programm ta' azzjoni ta' appoġġ għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (2018/2882(RSP))
P8_TA(2019)0131B8-0079/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija għal tweġiba orali lill-Kummissjoni dwar NAIADES II – Programm ta' azzjoni għall-appoġġ tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (O-000016/2014 – B7-0104/2014),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2006 dwar il-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni intitolata "NAIADES – Programm ta' Azzjoni Integrat għat-Trasport fl-Ilmijiet Navigabbli Interni" (COM(2006)0006),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar il-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni: NAIADES, Programm ta' Azzjoni Ewropew integrat għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2013 intitolata "Lejn il-kwalità fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni – NAIADES II" (COM(2013)0623),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2014 dwar NAIADES II – NAIADES II – Programm ta' azzjoni biex jappoġġja t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni(2),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2018 intitolat "Rapport ta' progress ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni NAIADES II għall-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (li jkopri l-perjodu 2014-2017)" (SWD(2018) 042),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2016 intitolata "Strateġija Ewropea għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi" (COM(2016)0501),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-ilmijiet navigabbli interni jippermettu li żoni agrikoli ewlenin, ċentri industrijali, bliet u portijiet importanti tal-UE jkunu konnessi bejniethom, u b'hekk jagħtu kontribut konsiderevoli għall-għanijiet tal-UE ta' dekarbonizzazzjoni, tkabbir sostenibbli u koeżjoni territorjali;

B.  billi hemm ħtieġa ta' bidla modali mit-trasport bit-triq għat-tbaħħir intern sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 (COP21), u billi t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni għandu biżżejjed kapaċità biex jassorbi volumi ferm ogħla ta' merkanzija u ta' passiġġieri bil-għan li jtaffi l-konġestjoni tas-sistema Ewropea tat-trasport bit-triq;

C.  billi t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni huwa essenzjali biex ikomplu jitnaqqsu aktar l-effetti negattivi tat-trasport permezz ta' użu aktar effiċjenti tal-art u tal-enerġija u tnaqqis tal-istorbju u tal-għadd ta' inċidenti;

D.  billi jekk irridu niksbu prestazzjoni ambjentali mtejba jkun jeħtieġ li l-flotta tal-ilmijiet navigabbli interni tiġi modernizzata u adattata biex tirrifletti l-progress tekniku, u b'hekk jiġi żgurat il-vantaġġ kompetittiv tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fit-trasport multimodali;

E.  billi s'issa r-riżorsi finanzjarji li ġew iddedikati lis-settur tal-ilmijiet navigabbli interni kienu limitati, u billi l-aċċess għall-finanzi għadu diffiċli għal settur li jikkonsisti primarjament minn negozji żgħar;

1.  Jappoġġja l-azzjonijiet speċifiċi meħuda s'issa u jilqa' l-azzjonijiet ulterjuri ppjanati fil-programm ta' azzjoni NAIADES II għall-perjodu 2014-2020;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġġorna u ġġedded il-programm NAIADES sal-2020 biex tiżgura li l-potenzjal tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni bħala mod ta' trasport sikur, sostenibbli u effettiv fis-sistema tat-trasport multimodali jkun jista' jiġi sfruttat bis-sħiħ permezz ta' strateġija fit-tul tal-UE mmirata lejn il-kisba ta' bidla modali ta' suċċess;

3.  Jissottolinja li, meta jkunu qed jiġu abbozzati inizjattivi fil-qasam tat-trasport, it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni jrid jitqies fil-qafas ta' approċċ olistiku u fit-tul fi ħdan il-politika tat-trasport intermodali u sostenibbli tal-UE;

4.  Jenfasizza li n-navigazzjoni interna turistika hija settur li qed jiffjorixxi u li l-kompetittività ta' industriji importanti tal-UE tiddependi mill-affidabbiltà u l-kosteffettività tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni għall-provvista tagħhom ta' prodotti; jappella, għaldaqstant, biex ikun hemm politiki proattivi mmirati lejn l-appoġġ għal settur sostenibbli tal-ilmijiet navigabbli interni, b'mod partikolari fid-dawl tal-isfidi diġitali, teknoloġiċi u ambjentali fil-loġistika u l-mobbiltà;

5.  Jinnota li, sal-2050, 80 % tal-popolazzjoni tal-UE se tkun qed tgħix f'żoni urbani, fattur li se jżid id-domanda għat-trasport pubbliku u loġistika mtejba fl-ibliet, u li l-estensjoni tal-infrastruttura tal-art eżistenti spiss tkun ta' sfida u tkun tiswa ħafna flus; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw in-navigazzjoni interna fil-politiki urbani u tal-portijiet u jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħha għat-trasport ta' merkanzija u ta' passiġġieri, peress li ħafna bliet tal-UE jinsabu qrib ilmijiet navigabbli, bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja u jitnaqqsu l-livelli ta' konġestjoni;

6.  Jissottolinja li l-programmi ta' azzjoni preċedenti ma laħqux l-għanijiet tagħhom minħabba nuqqas ta' riżorsi dedikati; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura li l-programm ta' azzjoni NAIADES III jirċievi finanzjament adegwat u dedikat biex ikun jista' jilħaq l-għanijiet tiegħu, bl-appoġġ ta' strateġija ta' politika strutturata tajjeb b'għanijiet fuq perjodu qasir u medju li jistgħu jintlaħqu u pjan direzzjonali konkret li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-riżorsi għall-implimentazzjoni;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod regolari twettaq riċerka dwar is-suq u tiġġenera previżjonijiet ħalli jkun jista' jiġi analizzat aħjar iċ-ċaqliq tax-xejriet għall-merkanzija u l-passiġġieri fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u ħalli t-tfassil tal-politika jkun jista' jissejjes fuq l-evidenza u r-reazzjoni għal xejriet emerġenti u swieq ġodda tkun tista' titjieb;

8.  Jissottolinja l-importanza li jitneħħew il-konġestjonijiet biex jinkisbu ilmijiet navigabbli ta' kwalità għolja bħala kundizzjoni għall-iżvilupp u l-integrazzjoni tat-tbaħħir intern u tal-portijiet interni fin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T); jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità, fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, lill-finanzjament maħsub biex jirriabilita, jadatta, jammeljora u jawtomatizza l-infrastruttura tal-passaġġi navigabbli, tax-xtabi tal-kanali, tal-pontijiet, tax-xtut u tal-portijiet u jtejjeb it-taqsimiet transkonfinali tan-netwerk ewlieni;

9.  Jenfasizza, minbarra l-obbligi tal-Istati Membri li jikkompletaw in-netwerk ewlieni sal-2030, ir-responsabbiltà tagħhom li jżidu l-prestazzjoni, l-affidabbiltà, id-disponibbiltà u r-reżiljenza għall-klima tal-infrastruttura eżistenti permezz tar-riabilitazzjoni, sabiex jiġi żgurat ir-rwol tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni bħala mod ta' trasport affidabbli u sabiex jiġi promoss l-użu intelliġenti ta' riżorsi finanzjarji skarsi;

10.  Jilqa' x-xogħol ippjanat u li qed jitwettaq fil-kurituri tal-Atlantiku, tal-Baltiku-Adrijatiku, tal-Mediterran, tal-Baħar tat-Tramuntana-Baltiku, tal-Baħar tat-Tramuntana-Mediterran, tal-Orjent-Mediterran tal-Lvant, tar-Renu-Alpi u tar-Renu-Danubju, u l-fatt li, b'mod ġenerali, aktar Stati Membri qed jinvestu fl-iżvilupp tal-ilmijiet navigabbli interni u l-portijiet; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tappoġġja l-implimentazzjoni ta' proġetti fin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T);

11.  Jirrimarka li huwa fundamentali li jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' xtabi tal-kanali biex it-trasport fiż-żoni interni tal-pajjiżi jkun effettiv u sostenibbli u jindika li tali xtabi għandhom rwol importanti fil-ġestjoni sikura tar-regolazzjoni tal-ilma u fil-ġenerazzjoni tal-enerġija nadifa; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tirriserva biżżejjed għotjiet għar-riabilitazzjoni, l-ammeljorament u t-tiġdid tagħhom;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b'mod ġenerali tagħti prijorità lill-għotjiet għal proġetti relatati mal-ilmijiet navigabbli interni, peress li l-esperjenza tal-passat fejn jidħlu proġetti b'finanzjament imħallat uriet li s-sħab privati kienu involuti biss fl-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi baqgħu responsabbli għall-finanzjament, minħabba n-natura pubblika u multifunzjonali tal-ilmijiet navigabbli;

13.  Jinnota li d-diġitalizzazzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni għandha rwol importanti fit-titjib tal-effiċjenza, is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tan-navigazzjoni interna; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tħejji strateġija ta' implimentazzjoni għaż-Żona Diġitali ta' Ilmijiet Navigabbli Interni ("Digital Inland Waterway Area" jew DINA) u qafas regolatorju xieraq għal trasport konness u awtomatizzat bl-ilma, inkluża r-reviżjoni tad-Direttiva 2005/44/KE dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità(4), filwaqt li tqis l-inizjattivi eżistenti bħas-Sistema ta' Informazzjoni tal-Portijiet tar-Renu (RPIS) u toħloq bażi legali soda fil-livell tal-UE għall-iskambju ta' data transkonfinali b'relazzjoni mal-informazzjoni dwar il-passaġġi navigabbli, il-vjaġġi, il-merkanzija u t-traffiku b'punt uniku ta' aċċess;

14.  Jissottolinja l-importanza tal-integrazzjoni tas-servizzi diġitali tal-ilmijiet navigabbli interni fil-fluss tad-data ta' modi oħra ta' trasport sabiex jiġu ffaċilitati servizzi multimodali "minn bieb sa bieb" mingħajr xkiel, peress li l-kombinazzjoni tal-internet fiżiku u s-sinkromodalità ssaħħaħ ir-raggruppament ta' volumi f'kurituri bejn il-portijiet marittimi u ż-żoni interni tal-pajjiżi u twassal għal użu aktar bilanċjat tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-art u għal tnaqqis tal-livelli ta' konġestjoni u ta' effetti esterni negattivi oħra;

15.  Jisħaq fuq il-fatt li, sabiex ikun hemm konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 (COP21), ir-reżiljenza u d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tat-trasport għandhom jinkisbu permezz ta' bidla aċċelerata lejn trasport b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, effiċjenza fir-riżorsi u propulsjoni nadifa; jirrimarka li din it-tranżizzjoni tirrikjedi standards u finanzjament korrispondenti sabiex jiġu stimulati l-ġestjoni innovattiva tal-ilmijiet navigabbli, l-użu usa' ta' bastimenti nodfa u l-modifika retroattiva fejn possibbli, kif ukoll l-użu tal-infrastruttura meħtieġa għar-riforniment tal-karburant;

16.  Jirrakkomanda li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn grilji tal-enerġija nodfa u netwerks ta' ilmijiet navigabbli sabiex isir l-aħjar użu mill-enerġija idroelettrika ġġenerata fl-ilmijiet navigabbli, l-enerġija mir-riħ fil-portijiet u sorsi oħra ta' enerġija nadifa fiċ-ċentri ta' mobbiltà maġenb l-ilma għall-provvista tat-trasport, id-djar u l-industriji filwaqt li jiġu mminimizzati l-ispejjeż tad-distribuzzjoni;

17.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġi pprovdut finanzjament xieraq għal teknoloġija ġdida, għall-innovazzjoni u għal infrastruttura u servizzi tat-trasport sostenibbli fil-kuntest tal-programmi attwali u futuri tal-UE bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Orizzont 2020, Orizzont Ewropa, is-suq uniku, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni sabiex jiġi stimulat l-użu tal-innovazzjoni u tiżdied il-prestazzjoni ambjentali u diġitali tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi flussi ta' finanzjament dedikati biex dan l-għan jintlaħaq;

18.  Jinnota li r-riċerka teknoloġika dedikata għandha tiġi kkomplementata b'riċerka soċjoekonomika u prenormattiva sabiex titrawwem l-innovazzjoni fir-regolamentazzjoni u fil-finanzjament u tingħata spinta lill-involviment tal-parteċipanti tas-suq u b'hekk tiġi żgurata l-adozzjoni wiesgħa mis-suq;

19.  Jistieden lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw strateġiji nazzjonali biex jistimulaw u jappoġġjaw it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, filwaqt li jqisu l-programmi ta' azzjoni NAIADES attwali u l-Programm ta' Azzjoni Ewropew futur għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, u jistedinhom jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet reġjonali, lokali u tal-portijiet biex jagħmlu l-istess;

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 443.
(2) ĠU C 93, 24.3.2017, p. 145.
(3) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 72.
(4) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.


Il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-UE u barra l-UE
PDF 204kWORD 67k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-UE u barra l-UE (2018/2110(INI))
P8_TA(2019)0132A8-0057/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jipprevedi li fil-"formolazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiċi tal-Unjoni, [...] l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħiħa tal-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali bħala esseri sensibbli",

–  wara li kkunsidra l-Valutazzjoni ta' Implimentazzjoni Ewropea rigward ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport, u l-annessi rilevanti tiegħu, kif ippubblikati mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS)(2) f'Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport(3),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat-12 ta' Jannar 2011 dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport(4),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2011 dwar l-impatt tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport (COM(2011)0700),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Frar 2012 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012‑2015 (COM(2012)0006),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu Nru 49/2011 tal-15 ta' Marzu 2012 dwar l-istabbiliment ta' limitu massimu ta' 8 sigħat ta' vvjaġġar għall-bhejjem li jiġu ttrasportati fl-Unjoni Ewropea biex jittieħdu għall-qatla(5),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' April 2015(6),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 31/2018 dwar il-benessri tal-annimali fl-UE(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0057/2019),

A.  billi l-UE, kif iddikjarat fl-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tqis l-annimali mhux bħala sempliċi oġġetti jew prodotti jew possessjonijiet, iżda bħala esseri sensibbli, li jfisser li huma kapaċi jħossu pjaċir u uġigħ; billi l-leġiżlazzjoni tal-UE ttraduċiet dan il-kunċett f'miżuri li għandhom jiżguraw li l-annimali jinżammu u jiġu ttrasportati f'kundizzjonijiet li ma jirriżultawx f'moħqrija, abbuż, uġigħ jew tbatija; billi l-UE hija l-post fejn il-benessri tal-annimali huwa l-aktar irrispettat u difiż, u hija ta' eżempju għall-bqija tad-dinja;

B.  billi kull sena miljuni ta' annimali jiġu ttrasportati bejn l-Istati Membri, fi ħdan l-Istati Membri u lejn pajjiżi terzi fuq distanzi twal għat-tgħammir, it-trobbija, it-tismin ulterjuri u l-qatla; billi l-annimali huma ttrasportati wkoll għal skopijiet ta' rikreazzjoni, għal wirjiet u bħala annimali domestiċi; billi ċ-ċittadini tal-UE huma dejjem aktar imħassba dwar il-konformità mal-istandards tal-benessri tal-annimali, b'mod speċjali fit-trasport tal-annimali ħajjin;

C.  billi l-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2012 talab li l-ħinijiet tal-vjaġġ ta' annimali maħsuba għall-qtil jitnaqqsu għal massimu ta' tmien sigħat;

D.  billi, skont id-definizzjoni tal-2008 tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), il-benessri tal-annimali jfisser li annimal ikun b'saħħtu, ikollu biżżejjed spazju, ikun mitmugħ tajjeb, iħossu sikur, ikun liberu li jaġixxu b'mod ta' mġiba normali u ma jsofrix minn sentimenti bħal biża', uġigħ u tbatija; billi dan mhuwiex il-każ fil-maġġoranza vasta ta' każijiet fit-trasport tal-annimali ħajjin, b'mod partikolari fuq distanzi kbar;

E.  billi r-Regolament (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport japplika għat-trasport tal-annimali vertebrati ħajjin kollha li jsir fl-Unjoni;

F.  billi l-Istati Membri huma responsabbli għall-iżgurar tal-implimentazzjoni u l-infurzar korretti tar-Regolament fuq livell nazzjonali, inklużi l-ispezzjonijiet uffiċjali, filwaqt li l-Kummissjoni hija responsabbli għall-iżgurar li l-Istati Membri jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE kif suppost;

G.  billi l-Istati Membri mhumiex qed jinfurzaw ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 b'mod strett biżżejjed fl-UE u bl-ebda mod mhuma qed ifittxu l-infurzar tiegħu barra mill-UE;

H.  billi l-għadd kbir ta' ksur identifikat mid-DĠ SANTE tal-Kummissjoni fl-2017 f'diversi Stati Membri jirrikjedi l-bidu ta' proċedimenti rilevanti ta' ksur tat-Trattat;

I.  billi t-trasport joħloq tensjoni kbira għall-annimali peress li jesponihom għal firxa ta' sfidi li huma ta' detriment għall-benessri tagħhom; billi, fir-rigward tal-kummerċ ma' ċerti pajjiżi terzi, it-tbatija addizzjonali tal-annimali hija kkawżata minn vjaġġi twal ħafna li jinkludu dewmien twil fil-fruntieri għall-kontroll ta' dokumenti, vetturi u l-kundizzjoni fiżika tajba tal-annimali għat-trasport;

J.  billi l-kwalità u l-frekwenza tal-ispezzjonijiet tal-Istati Membri għandhom impatt dirett fuq il-livell ta' konformità mar-rekwiżiti; billi analiżi tar-rapporti ta' spezzjoni tal-Istati Membri turi differenzi kbar bejn l-Istati Membri f'termini tal-għadd ta' spezzjonijiet, li jvarjaw minn żero sa diversi miljuni fis-sena, u l-inċidenza ta' ksur li tvarja minn żero għal 16,6 %, li tissuġġerixxi li l-Istati Membri jieħdu approċċi differenti għall-ispezzjonijiet, eż. strateġiji każwali versus strateġiji bbażati fuq ir-riskju; billi dawn id-differenzi fl-approċċ jagħmluha impossibbli wkoll li titqabbel id-data bejn l-Istati Membri;

K.  billi t-taħriġ u l-edukazzjoni ta' sewwieqa biex jiġi promoss is-sewqan b'attenzjoni abbażi ta' liema tipi ta' annimali qed jiġu ttrasportati jtejjeb il-benessri tal-annimali waqt it-trasport(8);

L.  billi t-trattament xieraq tal-annimali jista' jirriżulta f'tnaqqis fil-ħin għat-tagħbija u l-ħatt tal-annimali, tnaqqis fit-telf tal-piż, anqas korrimenti u feriti u kwalità aħjar tal-laħam;

M.  billi hemm studji estensivi li jippruvaw li l-benessri tal-annimali għandu impatt fuq il-kwalità tal-laħam;

N.  billi l-kwalità tas-sengħa tat-trobbija tal-annimali waqt it-tagħbija u l-ħatt, flimkien ma' kura fi tranżitu, għandha tibqa' l-fokus primarju sabiex jiġi protett il-benessri tal-annimali waqt it-trasport;

O.  billi l-kundizzjoni fiżika tajba għat-trasport hija fattur ewlieni biex jiġi żgurat il-benessri tal-annimali waqt it-trasport, peress li r-riskji għall-benessri matul it-trasport huma akbar għal annimali li huma feruti, imdgħajfa, ħobbla, mhux miftuma jew morda; billi jista' jkun hemm inċertezza rigward il-kundizzjoni fiżika għat-trasport u l-istadju ta' ġestazzjoni;

P.  billi l-kwistjonijiet ta' kundizzjoni fiżika huma responsabbli għall-akbar perċentwal ta' ksur, filwaqt li l-kwistjonijiet marbuta mad-dokumentazzjoni jammontaw għat-tieni l-akbar ksur;

Q.  billi ta' spiss hemm konfużjoni fost dawk responsabbli dwar x'jeħtieġ li jsir jekk l-annimali jiġu ddikjarati bħala mhux f'kundizzjoni fiżika tajba għat-trasport;

R.  billi dawk responsabbli huma ħafna drabi inċerti fir-rigward ta' kemm tkun avvanzat it-tqala tal-annimal;

S.  billi huwa partikolarment problematiku li jiġu ttrasportati għoġġiela u ħrief mhux miftuma;

T.  billi l-bdiewa huma l-parti l-aktar interessata fiż-żamma tal-annimali tagħhom f'kundizzjoni fiżika tajba għat-trasport u li għandhom l-aktar x'jitilfu jekk it-trasport ma jikkonformax mar-regoli eżistenti;

U.  billi ħafna drabi hemm nuqqasijiet fil-provvista tal-annimali b'ikel u ilma suffiċjenti u l-osservanza tal-perjodu ta' mistrieħ ta' 24 siegħa meta jkun hemm waqfa f'post ta' kontroll verifikat;

V.  billi l-vetturi tat-trasport huma ħafna drabi affollati żżejjed; billi temperaturi għoljin u ventilazzjoni mhux adegwata ġo vettura huma problema kbira;

W.  billi kien hemm tifqigħat riċenti f'diversi Stati Membri ta' mard tal-annimali infettiv bħad-deni Afrikan tal-ħnieżer, influwenza tat-tjur u mard tal-annimali ruminanti u bovini żgħar; billi t-trasport tal-annimali ħajjin jista' jżid ir-riskju tat-tixrid ta' dak il-mard;

X.  billi t-trasport tal-laħam u prodotti oħra derivati mill-annimali, kif ukoll tas-semen u tal-embrijuni, huwa teknikament u amministrattivament eħfef u kultant finanzjarjament aktar ta' benefiċċju għall-bdiewa tal-bhejjem mit-trasport tal-annimali ħajjin għall-fini tal-qtil jew it-tgħammir; billi l-Federazzjoni tal-Veterinarji tal-Ewropa (FVE) u l-OIE jenfasizzaw li l-annimali għandhom jitrabbew qrib kemm jista' jkun tal-postijiet fejn twieldu u għandhom jinqatlu qrib kemm jista' jkun tal-punt ta' produzzjoni; billi d-disponibbilta ta' faċilitajiet tal-qtil, inklużi faċilitajiet mobbli, f'siti tat-trobbija jew qrib tagħhom, tista' tgħin biex jiġi ġġenerat l-għajxien f'żoni rurali;

Y.  billi l-qtil tal-annimali qrib kemm jista' jkun ta' fejn tnisslu jkun l-aħjar mod biex jiġi żgurat il-benessri tagħhom;

Z.  billi hemm tixrid mhux uniformi ta' biċċeriji fl-Istati Membri kollha,

AA.  billi għal xi Stati Membri u katini tal-provvista fl-Unjoni, it-trasport ħaj tal-annimali, għal aktar produzzjoni jew qtil, huwa importanti biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni fis-suq;

Rakkomandazzjonijiet

Implimentazzjoni u infurzar

1.  Jinnota li kull sena jiġu ttrasportati miljuni ta' annimali ħajjin għall-qatla jew għat-tgħammir fl-UE u mill-UE lejn pajjiżi terzi; jinnota li, fejn huwa implimentat u infurzat kif suppost, ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 għandu impatt pożittiv fuq il-benessri tal-annimali waqt it-trasport; jilqa' l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar is-suġġett, iżda jiddispjaċih li, skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 31/2018, dawn il-linji gwida u xi azzjonijiet ippjanati mill-Kummissjoni ġew posposti b'massimu ta' ħames snin; jinnota li problemi kbar bit-trasport għadhom jippersistu u li l-infurzar tar-Regolament se jidher li huwa t-tħassib ewlieni ta' dawk involuti fl-implimentazzjoni tiegħu;

2.  Jenfasizza l-fatt li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jirċievi għadd kbir ħafna ta' petizzjonijiet dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport, li spiss jiddenunzjaw ksur sistematiku, kontinwu u serju tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 kemm mill-Istati Membri kif ukoll mit-trasportaturi;

3.  Jenfasizza l-punt li t-tbatija tal-annimali waqt it-trasport qed tikkawża tħassib soċjali konsiderevoli; jinnota li fil-21 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet 'il fuq minn miljun firma b'appoġġ għall-kampanja #StopTheTrucks, li permezz tagħha ċ-ċittadini tal-UE qed jitolbu li jintemm it-trasport fuq distanzi twal;

4.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-livell ta' progress fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 mill-Istati Membri ma kienx biżżejjed biex jissodisfa l-għan ewlieni tar-Regolament, li huwa li jtejjeb il-benessri tal-annimali matul it-trasport, b'mod partikolari fir-rigward tal-verifika tar-reġistri tal-vjaġġ u l-applikazzjoni ta' pieni; jistieden lill-Istati Membri jtejbu sostanzjalment il-konformità mar-Regolament; jistieden lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi infurzar effiċjenti u uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-UE eżistenti dwar it-trasport tal-annimali fl-Istati Membri kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu passi legali kontra dawk l-Istati Membri li ma japplikawx ir-Regolament kif suppost u timponi sanzjonijiet fuqhom;

5.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni parzjali mhijiex biżżejjed biex jinkiseb l-għan ġenerali tar-Regolament li jiġu evitati l-korriment jew it-tbatija bla bżonn tal-annimali jew il-mewt tagħhom waqt it-trasport, u li għandhom għalhekk isiru aktar sforzi biex jiġu prevenuti inċidenti serji li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-benessri tal-annimali u biex jitressqu quddiem il-ġustizzja dawk responsabbli għalihom;

6.  Jiddispjaċih li għad iridu jiġu solvuti għadd ta' kwistjonijiet relatati mar-Regolament (KE) Nru 1/2005, inkluż: affollament eċċessiv; spazju għoli insuffiċjenti; nuqqas li jkunu pprovduti l-waqfiet ta' mistrieħ u l-ikel u x-xorb meħtieġa; ventilazzjoni u tagħmir li jagħti l-ilma inadegwati; trasport fi sħana estrema; trasport ta' annimali mhux f'kundizzjoni fiżika tajba; trasport ta' għoġġiela mhux miftuma; il-ħtieġa li jkun aċċertat l-istat ta' tqala ta' annimali ħajjin; kemm qed ikunu kkontrollati r-reġistri tal-vjaġġ; ir-relazzjoni bejn ksur/infurzar/pieni; l-impatt "imħallat" tat-taħriġ, l-edukazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni; u friex insuffiċjenti, kif identifikati wkoll fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 31/2018 u minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) f'ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni; jitlob titjib fl-oqsma msemmija hawn fuq;

7.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jiżguraw li l-vjaġġi jiġu ppjanati u mwettqa, mill-punt tat-tluq sad-destinazzjoni, f'konformità mar-rekwiżiti tal-UE dwar il-benessri tal-annimali, filwaqt li jitqiesu l-mezzi differenti tat-trasport u l-firxa ta' kundizzjonijiet ġeografiċi madwar l-UE u l-pajjiżi terzi;

8.  Jisħaq fuq il-fatt li l-ksur sistematiku tar-Regolament f'ċerti oqsma u f'xi Stati Membri jwassal għal kompetizzjoni inġusta li tirriżulta f'kundizzjonijiet mhux ekwi bejn operaturi fi Stati Membri differenti, li min-naħa tagħha tista' twassal għal "ġirja lejn l-iktar livell baxx" rigward l-istandards tal-benessri tal-annimali waqt it-trasport; jistieden lill-Kummissjoni, minħabba li l-livelli ta' sanzjonijiet jistgħu jkunu għaxar darbiet ogħla f'xi Stati Membri milli f'oħrajn, sabiex jiżguraw sistema ta' sanzjonijiet armonizzata tal-UE, sabiex ikun żgurat li l-pieni jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, filwaqt illi jitqies il-ksur ripetut; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa pjan direzzjonali biex tallinja s-sanzjonijiet fl-Istati Membri kollha;

9.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni injorat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Diċembru 2012, u jenfasizza li infurzar b'saħħtu u armonizzat b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi b'mod konformi mal-Artikolu 25 tar-Regolament huwa kruċjali għat-titjib tal-benessri tal-annimali waqt it-trasport u li l-Istati Membri ma jistgħux jillimitaw lilhom infushom sempliċement għall-ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet u istruzzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi fuq is-sejħa f'dik ir-riżoluzzjoni biex tivverifika r-Regolament għal inkompatibilitajiet mar-rekwiżiti legali fi Stati Membri individwali;

10.  Iqis li ksur ripetut, meta jseħħ f'ċirkostanzi li t-trasportur kellu kontroll fuqhom, għandu jwassal għal prosekuzzjoni; jistieden lill-Istati Membri jressqu quddiem il-ġustizzja każijiet ta' ksur tar-Regolament, b'mod speċjali għal ksur ripetut; iqis li pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi għandhom jinkludu l-konfiska ta' vetturi u t-taħriġ mill-ġdid obbligatorju ta' dawk responsabbli għall-benessri u t-trasport tal-annimali, u jemmen li dan għandu jkun armonizzat permezz tal-Unjoni; iqis li l-pieni għandhom jirriflettu l-ħsara, il-kamp ta' applikazzjoni, it-tul ta' żmien u r-rikorrenza ta' ksur;

11.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aktar effettiv tas-setgħat ta' infurzar b'saħħithom mogħtija lilhom permezz tar-Regolament, inkluż l-obbligu li jeħtieġu lit-trasportaturi li jistabbilixxu sistemi biex jipprevjenu r-rikorrenza ta' ksur u biex jissospendu jew jirtiraw awtorizzazzjoni ta' trasportatur; jistieden lill-Istati Membri jieħdu biżżejjed azzjonijiet korrettivi u jintroduċu sanzjonijiet sabiex jevitaw it-tbatija tal-annimali u jiskoraġġixxu nuqqas ta' konformità kontinwa min-naħa tal-operaturi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummmissjoni jimmiraw għal nuqqas ta' konformità żero fl-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal, wara li tikkonsulta mal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali, lista tal-operaturi li jkunu wettqu ksur ripetut u serju tar-Regolament, abbażi tar-rapporti ta' spezzjoni u ta' implimentazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika aġġornamenti frekwenti ta' din il-lista, u wkoll biex tippromwovi eżempji tal-aħjar prattika, kemm fit-trasport kif ukoll fil-governanza;

13.  Jenfasizza li n-nuqqas ta' konformità mar-Regolament mill-Istati Membri jhedded l-għan tiegħu li jiġu prevenuti l-okkorrenza u t-tixrid ta' mard tal-annimali infettiv, billi t-trasport huwa wieħed mill-kawżi tat-tixrid rapidu ta' dan il-mard, inkluż dak li jista' jiġi trażmess lill-bniedem; jinnota li ħafna drabi l-vetturi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE emendata tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u majjali(9); iqis, b'mod partikolari, li l-ħżin mhux adegwet tal-iskart joħloq riskji għat-tixrid ta' reżistenza antimikrobika u mard; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proċeduri armonizzati biex tagħti approvazzjoni lil bastimenti u trakkijiet u tieħu azzjoni biex tipprevjeni t-tixrid ta' mard tal-annimali infettiv permezz tat-trasport, kemm fl-UE kif ukoll minn pajjiżi terzi, billi tippromwovi miżuri ta' bijosigurtà u aktar benessri tal-annimali;

14.  Jappella għal aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti biex jissaħħaħ l-infurzar bl-użu ta' teknoloġija biex jinħoloq ċirku ta' feedback f'ħin reali bejn l-Istat Membru fil-punt tat-tluq u l-Istat Membru fil-punt tal-wasla u kwalunkwe pajjiż ta' tranżitu; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistemi ta' ġeolokalizzazzjoni biex ikunu jistgħu jiġu traċċati l-post fejn jinsabu l-annimali u t-tul ta' żmien tal-vjaġġi fil-vetturi tat-trasport, kif ukoll kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-iskedi tat-trasport; huwa tal-fehma li fejn l-annimali li jibdew fi stat tajjeb ta' kundizzjoni fiżika jaslu f'kundizzjoni fiżika mhux tajba, dan għandu jirriżulta f'investigazzjoni sħiħa, u fil-każ ta' rikorrenza, il-partijiet responsabbli fil-katina tat-trasport iridu jiġu penalizzati immedjatament b'mod konformi mal-liġi, u s-sid jew il-bidwi jrid jiġi intitolat għal kumpens skont il-liġi nazzjonali għal kwalunkwe telf ta' introjtu li jirriżulta. huwa tal-fehma wkoll li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippenalizzaw b'mod sever lill-organizzatur u lill-uffiċjal ċertifikanti ta' kwalunkwe reġistru tal-vjaġġ maħluq fl-Istat Membru tat-tluq fil-każ li r-reġistru jkun imtela b'mod falz jew qarrieqi;

15.  Iqis li l-infurzar huwa partikolarment diffiċli meta vjaġġ jgħaddi minn diversi Stati Membri u meta d-diversi kompiti tal-infurzar (l-approvazzjoni tar-reġistru tal-vjaġġ, l-awtorizzazzjoni tat-trasportatur, iċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenza u tal-approvazzjoni tal-vettura, eċċ) jitwettqu minn diversi Stati Membri differenti; jistieden lill-Istati Membri li jsibu każijiet ta' ksur biex jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra kollha involuti, kif meħtieġ mill-Artikolu 26 tar-Regolament, sabiex tiġi prevenuta rikorrenza tal-ksur u tkun permessa valutazzjoni tar-riskju ottimizzata;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rapporti regolari lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament, inkluż it-tqassim tal-ksur skont l-Istat Membru, skont l-ispeċijiet u skont it-tip ta' ksur, fir-rigward tal-volum tat-trasport ta' annimali ħajjin kull Stat Membru;

17.  Jilqa' l-każijiet fejn il-gvernijiet, ix-xjentisti, in-negozji, ir-rappreżentanti tal-industrija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ħadmu flimkien biex jiddefinixxu l-aħjar prattiki sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni, kif inhu l-każ fost l-oħrajn bis-sit web tal-Gwidi dwar it-Trasport tal-Annimali; jistieden lill-Kummissjoni xxerred u tippromwovi l-aħjar prattiki għall-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-bhejjem, u tappoġġja l-pjattaforma tal-benessri tal-annimali tal-UE, filwaqt li tippromwovi djalogu msaħħaħ u l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-atturi kollha; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-perjodu 2020-2024 u biex tappoġġja l-innovazzjoni fit-trasport tal-annimali;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tikkoopera mal-OIE, l-EFSA u l-Istati Membri sabiex tappoġġja l-implimentazzjoni u l-infurzar xieraq tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, bil-għan li tippromwovi djalogu msaħħaħ dwar kwistjonijiet relatati mal-benessri tal-annimali waqt it-trasport, b'fokus partikolari fuq:

   l-applikazzjoni aħjar tar-regoli tal-UE dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport, permezz ta' skambji tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki u l-involviment dirett tal-partijiet interessati;
   l-għoti ta' appoġġ lill-attivitajiet ta' taħriġ immirati lejn is-sewwieqa u l-kumpaniji tat-trasport;
   it-tixrid aħjar tal-Gwidi u l-Iskedi Informattivi dwar it-Trasport tal-Annimali, tradotti għal-lingwi kollha tal-UE;
   l-iżvilupp ta' u l-azzjoni fuq impenji volontarji min-naħa tan-negozji biex ikomplu jtejbu l-benessri tal-annimali waqt it-trasport;
   żieda fl-iskambji ta' informazzjoni u aktar użu tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jitnaqqas l-għadd ta' każijiet ta' ksur ikkawżat mill-kumpaniji tat-trasport u mis-sewwieqa;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibilità tar-Regolament mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq(10), fir-rigward tal-ħin ta' sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ tas-sewwieqa;

20.  Jenfasizza l-importanza li ssir distinzjoni bejn ir-responsabbiltà tal-impriżi tat-trasport tal-annimali u dik tal-bdiewa, peress li huma l-impriżi, u mhux il-bdiewa, li għandhom jinżammu responsabbli għall-problemi li jinqalgħu mit-trasport tal-annimali; ifakkar li l-bdiewa huma l-aktar interessati fil-benessri tal-annimali, għal raġunijiet emozzjonali u affettivi, iżda wkoll għal raġunijiet ekonomiċi;

21.  Ifakkar li l-Kummissjoni, fir-rwol tagħha bħala l-gwardjan tat-Trattati, hija responsabbli biex timmonitorja jekk il-liġijiet tal-UE humiex qed jiġu applikati kif suppost; jistieden lill-Ombudsman Ewropew biex tinvestiga jekk il-Kummissjoni naqsitx b'mod konsistenti milli tiżgura l-konformità mar-Regolament attwali u jekk tistax, għaldaqstant, tinżamm responsabbli għal amministrazzjoni ħażina;

22.  Jiddispjaċih li l-Konferenza tal-Presidenti ħadet id-deċiżjoni li ma tipproponix it-twaqqif ta' kumitat parlamentari ta' inkjesta dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport fl-UE u barra l-UE, minkejja l-appoġġ ta' għadd kbir ta' MEPs minn gruppi politiċi differenti; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Parlament iwaqqaf kumitat ta' inkjesta dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport fl-UE u barra l-UE mill-bidu tal-leġiżlatura li jmiss sabiex kwalunkwe allegazzjoni ta' kontravvenzjonijiet u amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport tiġi investigata u segwita kif suppost;

Ġbir ta' data, spezzjonijiet u monitoraġġ

23.  Jiddispjaċiha għad-diffikultà biex titwettaq analiżi koerenti tal-implimentazzjoni tar-Regolament li teżisti minħabba approċċi differenti għall-ġbir tad-data bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi standards minimi komuni għat-traċċar tas-sistemi fir-rigward tal-vjaġġi kollha sabiex jippermettu aktar ġbir tad-data armonizzata u valutazzjoni tal-parametri mmonitorjati; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jipprovdu lill-Kummissjoni b'data armonizzata, komprensiva u kompleta dwar l-ispezzjonijiet tat-trasport u l-livelli ta' ksur; jistieden lill-Istati Membri jwettqu aktar kontrolli għall-għarrieda u jiżviluppaw u japplikaw strateġija bbażata fuq ir-riskju sabiex jimmiraw l-attivitajiet tal-ispezzjoni tagħhom fuq forom ta' trasport b'riskju għoli sabiex jimmassimizzaw l-effiċjenza tar-riżorsi ta' spezzjoni limitati;

24.  Jinnota li l-Kummissjoni, skont ir-Rapport Speċjali tal-2018 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-benessri tal-annimali fl-UE, irrikonoxxiet li d-data rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex kompluta, konsistenti, affidabbli jew dettaljata biżżejjed biex tippermetti li jsiru konklużjonijiet dwar il-konformità fil-livell tal-UE;

25.  Jenfasizza li l-ispezzjonijiet jeħtieġ li jsiru b'mod uniformi fl-Unjoni kollha u fuq proporzjon adegwat tal-annimali ttrasportati kull sena f'kull Stat Membru, sabiex ikun garantit u jinżamm il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fi ħdan l-UE; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni żżid in-numru ta' spezzjonijiet għall-għarrieda fuq il-post mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) iffukati fuq il-benessri tal-annimali u t-trasport tal-annimali; huwa tal-opinjoni li metodi differenti ta' ġbir ta' data u mekkaniżmi ta' kontroll jagħmluha difiċli biex tingħata stampa eżatta tal-konformità fl-Istati Membri individwali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni, biex tadotta stuttura iktar armonizzata ta' rraportar u biex twettaq aktar analiżi tad-data ġġenerata mir-rapporti tal-ispezzjonijiet tal-FVO u mir-risposti tal-Istati Membri dwar il-Pjanijiet Nazzjonali Multiannwali ta' Kontroll (MANCPs) tagħhom; jirrikonoxxi li l-verifiki tad-DĠ SANTE jservu bħala sors ta' informazzjoni importanti għall-Kummissjoni biex tivvaluta l-implimentazzjoni tar-Regolament attwali; jistieden lill-Kummissjoni twettaq tal-anqas seba' żjarat għall-għarrieda kull sena, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif is-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti Veterinarji (TRACES) tista' tintuża biex tappoġġja t-tħejjija ta' analiżijiet tar-riskju għal spezzjonijiet fir-rigward tat-trasport tal-annimali ħajjin, kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha tal-2018, li tinnota li l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-ispezzjonijiet tat-trasport rarament kienu qed jużaw informazzjoni minn TRACES bil-għan li jsiru spezzjonijiet; jappella għal sistema ta' monitoraġġ aktar effikaċi u aktar trasparenti, inkluż l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni miġbura permezz ta' TRACES; ikompli jappella għal żieda fin-numru ta' spezzjonijiet fis-sena mill-FVO;

27.  Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kontrolli fil-katina kollha tal-produzzjoni u, b'mod partikolari, biex iwettqu spezzjonijiet effiċjenti u sistematiċi ta' kunsinni ta' annimali qabel it-tagħbija, biex iwaqqfu prattiki li jiksru r-Regolament u li jirrendu agħar il-kundizzjonijiet għat-trasport tal-annimali fuq l-art u bil-baħar, bħal pereżempju jippermettu li vetturi mgħobbija żżejjed jew annimali mhux f'kundizzjoni fiżika tajba jkomplu l-vjaġġi twal tagħhom, jew jippermettu li l-punti ta' kontroll li ma jkollhomx faċilitajiet adegwati għas-serħan, il-provvista tal-għalf u l-ilma għall-annimali ttrasportati jistgħu jibqgħu jintużaw;

28.  Jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' spezzjonijiet f'xi Stati Membri u l-livell baxx jew żero ta' każijiet ta' ksur irrappurtati; għandu dubji dwar l-eżattezza ta' sistemi ta' spezzjoni u r-rappurtar; jistieden lil dawk l-Istati Membri li attwalment iwettqu ftit spezzjonijiet jew li ma jwettqu l-ebda spezzjoni biex iwettqu għadd suffiċjenti ta' spezzjonijiet, u biex jippreżentaw rapporti ta' spezzjoni komprensivi lill-Kummissjoni;

29.  Jistieden lill-Istati Membri wkoll biex jispezzjonaw it-trasport intra-Ewropew fejn l-annimali jiġu mgħobbija fuq vetturi sabiex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005;

30.  Jaqbel mal-Kummissjoni li hija prattika tajba li l-awtoritajiet kompetenti jispezzjonaw il-kunsinni kollha ddestinati għall-pajjiżi li mhumiex fl-UE fil-fażi tat-tagħbija(11); jemmen li perċentwal ta' kunsinni fl-UE għandhom jiġu spezzjonati wkoll fl-istadju tat-tagħbija bi proporzjon għall-għadd ta' ksur irrappurtat minn spezzjonijiet tal-NGOs u l-FVO; iqis li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw fil-fażi tat-tagħbija li r-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-ispazju ta' art u l-ispazju għoli qed jiġu rrispettati, li s-sistemi ta' ventilazzjoni u tal-ilma qed joperaw kif suppost, li l-apparat għax-xorb qed jaħdem kif suppost u li huma adegwati għall-ispeċijiet li jkunu qed jinġarru, li ma jitgħabba l-ebda annimal li mhuwiex f'kundizzjoni fiżika tajba, u li qed jinġarru biżżejjed għalf u friex;

31.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li hemm għadd suffiċjenti ta' faċilitajiet tax-xorb aċċessibbli, nodfa u li jiffunzjonaw f'konformità mal-ħtiġijiet ta' kull speċi, li t-tank tal-ilma jkun imtela u li hemm kwantità suffiċjenti ta' mifrex frisk;

32.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw li r-reġistri tal-vjaġġ jinkludu informazzjoni realistika, u għaldaqstant jikkonformaw mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament;

33.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-vetturi tat-trasport jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-ispazju minimu stabbiliti fil-Kapitolu VII tal-Anness I għar-Regolament, u li fil-każ ta' temperaturi għoljin l-annimali jkollhom, b'mod korrispondenti, aktar spazju;

34.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-għoli intern tal-vetturi tat-trasport jissodisfa standards minimi u li m'hemm l-ebda spazju bejn l-art jew il-ħajt tal-vettura u d-diviżjonijiet;

35.  Jirrikonoxxi li sar xi progress fit-trasport tal-annimali fi ħdan l-UE, iżda jinsab imħasseb minħabba n-numru ta' rapporti ta' vetturi mhux xierqa li qed jintużaw għat-trasport ta' annimali ħajjin kemm fuq l-art kif ukoll bil-baħar, u jitlob li jittejbu l-monitoraġġ u s-sanzjonar ta' tali prattiki; jirrikonoxxi li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament dwar it-trasport minn bastimenti li jġorru l-bhejjem sikwit jiġu injorati; jistieden lill-Istati Membri biex ma jawtorizzawx l-użu ta' vetturi u bastimenti li jġorru l-bhejjem li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, u biex jirtiraw awtorizzazzjonijiet diġà maħruġa fil-każ ta' nuqqas ta' konformità; jistieden lill-Istati Membri jkunu aktar rigorużi fil-proċeduri kemm ta' ċertifikazzjoni kif ukoll ta' approvazzjoni għall-vetturi u fl-għoti taċ-ċertifikati ta' kompetenza lis-sewwieqa;

36.  Jitlob, għalhekk, standards armonizzati u vinkolanti għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi u bastimenti bħala mezz ta' trasport għall-bhejjem, li għandhom jinħarġu minn awtorità ċentrali tal-UE; billi dik l-awtorità għandha tkun responsabbli għad-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-mezzi tat-trasport għat-trasport tal-annimali f'termini tal-istat tal-vetturi u n-natura tat-tagħmir tagħhom (eż. il-preżenza abbord ta' sistema ta' navigazzjoni bis-satellita xierqa);

37.  Jistieden lill-operaturi jipprovdu t-taħriġ bir-reqqa ta' xufiera u akkompanjaturi f'konformità mal-Anness IV għar-Regolament, sabiex jiġi żgurat it-trattament korrett tal-annimali;

38.  Jirrikonoxxi li xi Stati Membri għandhom vapuri u portijiet li jissodisfaw l-istandards meħtieġa, iżda jenfasizza li madankollu, jipprevalu kundizzjonijiet ħżiena matul it-trasport marittimu, b'mod partikolari fir-rigward tat-tagħbija u t-trasbord; jistieden lill-Istati Membri jkunu aktar rigorużi fil-proċeduri ta' ċertifikazzjoni u ta' approvazzjoni tagħhom għal bastimenti, biex itejbu l-kontrolli ta' qabel it-tagħbija tagħhom fuq bastimenti li jġorru l-bhejjem u l-kundizzjoni fiżika tajba tal-annimali, u biex jispezzjonaw kif suppost l-operazzjonijiet tat-tagħbija f'konformità mar-Regolament; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni bi pjanijiet dettaljati tal-faċilitajiet tal-ispezzjoni tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal, taġġorna u tiċċirkola lista ta' portijiet b'faċilitajiet adegwati għall-ispezzjoni tal-annimali; ikompli jistieden lill-awtoritajiet kompetenti biex ma japprovawx reġistri tal-vjaġġ li jippjanaw li jużaw portijiet mingħajr dawn il-faċilitajiet; jistieden lill-Istati Membri jadattaw il-portijiet tagħhom u jiżguraw manutenzjoni xierqa tal-bastimenti tagħhom, sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tal-benessri tal-annimali fit-trasport marittimu tal-annimali;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni tapprova alternattivi innovattivi għal kontrolli tal-esportazzjoni b'mod konformi mal-Artikolu 133(2) tar-Regolament (UE) 2016/429(12), bħal spezzjonijiet tal-pjattaforma, li jtejbu l-benessri tal-annimali billi għandhom rata tal-irjus aktar baxx u ma jirrikjedux li l-annimali jinħattu, u għaldaqstant iqassru l-ħinijiet ta' stennija;

40.  Jinnota li r-rekwiżit taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għat-trasport fl-Istati Membri kollha joħloq inċentiv negattiv biex jintgħażlu destinazzjonijiet domestiċi milli l-eqreb destinazzjoni possibbli; jistieden lill-Kummissjoni tuża s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 144(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 biex tadotta att delegat li jipprovdi deroga għal movimenti li joħolqu riskju baxx għat-tixrid tal-mard;

Ħinijiet tal-ivvjaġġar

41.  Jinsisti li l-ħin tal-ivvjaġġar għall-annimali kollha li qed jiġu ttrasportati għandu jkun twil kemm ikun meħtieġ biss, filwaqt li jitqiesu d-differenzi ġeografiċi fil-livell tal-Istat Membru u f'konformità mal-premessa 5 tar-Regolament, li jiddikjara li "għal raġunijiet ta' benesseri tal-annimal it-trasport ta' l-annimali fit-tul ... għandu jkun limitat kemm jista' jkun" u l-premessa 18 tiegħu, li jiddikjara li "vjaġġi twal jista' jkollhom effetti ta' detriment maġġuri għall-benesseri tal-annimali minn dawk qosra";

42.  Jinsisti li l-ħin tat-trasport għall-annimali, inkluż il-ħin għat-tagħbija u għall-ħatt, irid iqis parir veterinarju speċifiku għall-ispeċi, irrispettivament minn jekk huwiex involut it-trasport fuq l-art, bil-baħar jew bl-ajru;

43.  Jiddispjaċih dwar il-ksur tar-Regolament li jikkonċerna n-nuqqas ta' applikazzjoni jew in-nuqqas ta' applikazzjoni xierqa tar-regoli speċifiċi dwar annimali mhux miftuma, bħal għoġġiela, ħrief, gidien, moħor u qżieqeż, li għadhom fuq dieta ta' ħalib, u jitlob l-introduzzjoni ta' miżuri aktar dettaljati li jiżguraw li l-benessri tal-annimali jkun protett għalkollox waqt it-trasport;

44.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-annimali mhux miftuma jinħattu għal tal-anqas siegħa sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti b'elettroliti jew sostituti tal-ħalib u li ma jiġux ittrasportati għal aktar minn tmien sigħat;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni ta' annimal mhux miftum għal kull speċi, u tillimita l-vjaġġi tal-annimali mhux miftuma kemm għal distanza massima ta' 50 km kif ukoll għal tul massimu ta' 1.5 siegħa, minħabba d-diffikultà li jiġi żgurat il-benesseri tagħhom waqt it-trasport;

46.  Jindika li d-dokumenti tal-ippjanar tat-trasport ħafna drabi jispeċifikaw biss ismijiet ta' postijiet u jonqsu milli jipprovdu indirizzi preċiżi ta' punti ta' kontroll, ta' provvista u ta' assemblaġġ, li jagħmel il-kontrolli ferm aktar diffiċli;

47.  Jitlob, filwaqt li titqies r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Diċembru 2012, li l-ħinijiet tal-ivvjaġġar tal-annimali jkunu kemm jista' jkun qosra u b'mod partikolari li jiġu evitati ħinijiet tal-ivvjaġġar twal u twal ħafna kif ukoll vjaġġi barra mill-fruntieri tal-UE, billi jintużaw strateġiji alternattivi, bħall-iżgurar ta' faċilitajiet għall-qtil lokali u mobbli li jkunu ekonomikament vijabbli u distribwiti b'mod ġust u li jkunu jinsabu qrib azjendi agrikoli tal-bhejjem, jippromwovu ċirkwiti ta' distribuzzjoni qosra u bejgħ dirett, jissostitwixxu meta possibbli, it-trasport ta' annimali għat-trobbija billi jużaw is-semen jew l-embrijuni, u jittrasportaw karkassi u prodotti tal-laħam, kif ukoll permezz ta' inizjattivi regolatorji jew mhux regolatorju fl-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-qtil fl-azjenda agrikola; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod ċar ħinijiet tal-ivvjaġġar aktar baxxi speċifiċi kif xieraq, għat-trasport tad-diversi speċijiet tal-annimali ħajjin kollha, u anke għat-trasport ta' annimali mhux miftuma;

48.  Jinnota li varjetà ta' rekwiżiti, kif ukoll kundizzjonijiet tas-suq u deċiżjonijiet politiċi li qed jinbidlu, waslu biex biċċeriji żgħar isiru ekonomikament mhux vijabbli, u dan irriżulta fi tnaqqis globali fin-numri tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet lokali fl-Istati Membri biex jappoġġjaw u jippromwovu, fejn meħtieġ, l-opzjonijiet ta' qtil fl-azjenda agrikola, qtil lokali jew mobbli ekonomikament vijabbli, u faċilitajiet tal-ipproċessar tal-laħam fl-Istati Membri, sabiex l-annimali jinqatlu qrib kemm jista' jkun għall-post tat-trobbija tagħhom, li huwa wkoll fl-interess taż-żamma tal-impjieg f'oqsma rurali; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw strateġija biex isir progress lejn mudell aktar reġjonali ta' produzzjoni tal-bhejjem li fih l-annimali jitwieldu, jissemmnu u jinqatlu fl-istess reġjun, kull fejn ikun prattikabbli, filwaqt li jitqiesu d-differenzi ġeografiċi, minflok li jiġu ttrasportati għal distanzi twal ħafna;

49.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina kif il-bdiewa, il-biċċeriji u l-industrija tal-ipproċessar tal-laħam jistgħu jiġu inċentivati biex ibiċċru l-annimali tagħhom fl-eqreb faċilità sabiex jiġu evitati ħinijiet twal ta' trasport tal-annimali u jitnaqqsu l-emissjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita soluzzjonijiet innovattivi f'dan ir-rigward, bħal qtil mobbli, filwaqt li jkunu żgurati standards ta' benessri tal-annimali għoljin;

50.  Iqis li, f'ċerti każijiet, tnaqqis fil-ħinijiet tal-ivvjaġġar permessi, kif attwalment stabbiliti fil-Kapitolu V tal-Anness 1 għar-Regolament, ma jkunx vijabbli, u li għalhekk għandhom jinstabu soluzzjonijiet għal każijiet fejn ċirkostanzi ġeografiċi u iżolament rurali jirrikjedu t-trasport tal-annimali ħajjin fuq l-art u/jew bil-baħar għal aktar produzzoni jew qtil;

51.  Jistieden lill-Istati Membri jippermettu l-qtil b'emerġenza direttament fuq l-azjendi agrikoli tal-bhejjem u tat-tismin, fejn xieraq, f'każ li annimal jinstab li ma jkunx f'kundizzjoni fiżika tajba biex jiġi ttrasportat jew fejn miżuri tal-ewwel għajnuna juru li ma jkunux effettivi, sabiex tiġi evitata t-tbatija mhux neċessarja tal-annimali;

52.  Jinnota li l-valur soċjetali u ekonomiku ta' annimal jista' jkollu impatt fuq l-istandard tat-trasport tiegħu; jenfasizza li l-istandards tat-trasport għat-tgħammir tal-annimali fl-industrija tal-ekwini huma ta' kwalità għolja;

53.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija biex jiġi żgurat li t-trasport ta' annimali ħajjin jinbidel għal kummerċ prinċipalment ta' laħam u karkassi u ta' prodotti ġerminali, minħabba l-impatti li jkollu t-trasport tal-annimali ħajjin fuq l-ambjent, il-benessri tal-annimali u s-saħħa; iqis li kwalunkwe strateġija bħal din trid tindirizza l-fatturi ekonomiċi li jinfluwenzaw id-deċiżjoni li jiġu ttrasportati annimali ħajjin; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi t-trasport lejn pajjiżi terzi f'din l-istrateġija;

54.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu programmi għall-qtil reliġjuż ta' annimali disponibbli f'biċċeriji, minħabba li proporzjon kbir ta' esportazzjonijiet ta' annimali ħajjin huma lejn swieq tal-Lvant Nofsani;

55.  Jirrikonoxxi d-distorsjoni kurrenti tas-suq ikkawżata minn tariffi differenti applikati għall-annimali ħajjin u għal-laħam, li tinċentiva b'mod qawwi l-kummerċ tal-annimali ħajjin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, flimkien mas-sħab kummerċjali tagħha, teżamina mill-ġdid din id-distorsjoni bl-għan li tnaqqas il-kummerċ tal-annimali ħajjin u, fejn meħtieġ, tissostitwixxi dan il-bejgħ bil-laħam;

56.  Ifakkar li, skont ir-Regolament attwali, waqfa ta' mistrieħ f'post ta' kontroll approvat hija diġà obbligatorja wara l-perjodu massimu ta' trasport ta' ekwidi domestiċi u annimali domestiċi tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u suwina, fejn il-ħin tat-trasport jaqbeż it-tmien sigħat;

Il-benessri tal-annimali

57.  Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jiżguraw li l-veterinarji uffiċjali huma preżenti fil-punti ta' ħruġ mill-Unjoni, u li jingħataw il-kompitu li jivverifikaw li l-annimali jinsabu f'kundizzjoni fiżika tajba biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom u li l-vetturi u/jew il-bastimenti jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament; jinnota b'mod partikolari li l-Artikolu 21 tar-Regolament jispeċifika li l-veterinarji għandhom jikkontrollaw il-vetturi qabel ma jitilqu l-UE, biex jiżguraw li dawn ma jkunux affollati żżejjed, jipprovdu spazju għoli biżżejjed, jipprovdu friex u jkunu qed iġorru għalf u ilma biżżejjed, u li l-apparat ta' ventilazzjoni u tal-ilma jkun qed jaħdem kif suppost;

58.  Jinkoraġġixxi l-użu ta' pjanijiet ta' kontinġenza għall-vjaġġi kollha, pereżempju, trakkijiet ta' sostituzzjoni u ċentri ta' kontinġenza, sabiex it-trasportatur ikun jista' jirrispondi b'mod effettiv għall-emerġenzi u jnaqqas l-impatt ta' dewmien jew aċċident fuq l-annimali ttrasportati għat-trobbija jew għall-qatla, billi dan diġà huwa mitlub mit-trasportaturi fuq vjaġġi twal skont ir-Regolament;

59.  Jinsisti li l-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali għandha tkun ibbażata fuq ix-xjenza u l-aħħar teknoloġija; jiddeplora l-fatt li, minkejja rakkomandazzjonijiet ċari mill-EFSA u t-talba tal-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2012, il-Kummissjoni naqset milli taġġorna r-regoli dwar it-trasport tal-annimali bl-aħħar evidenza xjentifika; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, taġġorna r-regoli li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi abbażi tal-aħħar għarfien u teknoloġija xjentifiċi, b'mod partikolari fir-rigward ta' fatturi li jinkludu kontroll tal-ventilazzjoni, it-temperatura u l-umdità suffiċjenti permezz tal-arja kondizzjonata fil-vetturi kollha, sistemi tax-xorb xierqa u għalf likwidu, b'mod partikolari għal annimali mhux miftuma, densitajiet imnaqqsa ta' bhejjem u spazju għoli minimu suffiċjenti speċifikat, u biex il-vetturi jkunu adattati għall-ħtiġijiet ta' kull speċi; jenfasizza li l-konklużjoni tal-opinjoni tal-EFSA li huma involuti aspetti oħra fil-benessri tal-annimali lil hinn ferm mit-tul tal-vjaġġ, bħat-tagħbija u l-ħatt b'mod xieraq, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' disinn tal-vettura;

60.  Jesprimi tħassib dwar il-vjaġġi li matulhom l-annimali jingħataw ilma kkontaminat u li mhuwiex tajjeb għall-konsum jew jkunu mċaħħda minn aċċess għall-ilma minħabba l-fatt li t-tagħmir tal-ilma ma jkunx qed jiffunzjona tajjeb jew ikun ippożizzjonat ħażin; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-vetturi użati għat-trasport ta' annimali ħajjin iġorru ilma suffiċjenti matul il-vjaġġi, u li fi kwalunkwe każ, l-ammont ipprovdut għandu jkun xieraq għar-rekwiżiti speċifiċi tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati u għan-numru ta' dawk l-annimali;

61.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tiżviluppa indikaturi tal-benessri bbażati fuq l-annimali li għandhom jippromwovi riżultati ta' benessri aħjar għall-annimali fit-trasport; iqis li għandha tiżviluppa dawn l-indikaturi mingħajr dewmien sabiex ikunu jistgħu jintużaw bħala komplement għar-rekwiżiti leġiżlattivi attwali;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe reviżjoni ġejjiena tal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport tkun ibbażata fuq indikaturi oġġettivi u xjentifikament sodi, sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet arbitrarji b'impatt ekonomiku mhux ġustifikat fuq is-setturi tal-bhejjem;

63.  Jinsisti li, skont id-dritt tal-Unjoni, il-bdiewa huma legalment responsabbli biex jiżguraw li l-annimali tagħhom li qed jiġu ttrasportati ma jkorrux jew ma ssirilhomx ħsara jew ma jgħaddux minn tbatija bla bżonn;

64.  Jenfasizza li l-ksur huwa ħafna drabi dovut għall-inadegwatezza tas-sistemi tal-ventilazzjoni ta' vetturi użati għat-trasport bit-triq ta' annimali ħajjin fuq distanzi twal, u li f'dawn is-sitwazzjonijiet, l-annimali jiġu sfurzati fi spazji żgħar b'temperaturi estremi, ferm lil hinn mill-firxa tat-temperaturi u l-limiti tat-tolleranza stabbiliti fir-Regolament;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jitwettaq l-isturdament, mingħajr eċċezzjoni, qabel il-qtil ritwali reliġjuż fl-Istati Membri kollha;

66.  Jiddispjaċih li l-kompartimenti għall-annimali mhux dejjem ikollhom spazju biżżejjed biex jippermettu ventilazzjoni adegwata fil-vetturi u li l-movimenti naturali għall-annimali jkunu ristretti u ħafna drabi l-annimali jkunu mġiegħla jieħdu pożizzjonijiet mhux naturali għal perjodi twal, bi ksur ċar tar-regoli tekniċi stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament u fil-Kapitolu II, punt 1.2 tal-Anness tiegħu;

67.  Iqis li huwa meħtieġ li jkun magħmul obbligatorju li l-veterinarji jkunu preżenti abbord il-vapuri għat-trasport tal-annimali ħajjin, biex jirrappurtaw u jirreġistraw l-għadd ta' annimali li jmutu waqt il-vjaġġi u jfasslu pjanijiet ta' emerġenza biex jittrattaw kwalunkwe sitwazzjoni fuq il-baħar li jaf ikollha impatt negattiv fuq il-benessri tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati;

68.  Jinnota li l-bdiewa, it-trasportaturi u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jinterpretaw u jinfurzaw ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 b'mod differenti, speċjalment rigward il-kundizzjoni fiżika tajba tal-annimali għat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-Regolament sabiex tispeċifika r-rekwiżiti għat-trasport f'aktar dettall fejn ikun meħtieġ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-kuntest ta' kundizzjonijiet ekwi, biex jiżguraw li fil-ġejjieni r-Regolament jiġi infurzat u implimentat b'mod armonizzat u uniformi fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjoni fiżika tajba tal-annimali li se jiġu ttrasportati;

69.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa definizzjoni ta' ħidma sħiħa ta' dak li jikkostitiwixxi l-kundizzjoni fiżika tajba tal-annimali għat-trasport, u biex tabbozza linji gwida prattiċi għall-valutazzjoni tagħha; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni, inklużi korsijiet ta' taħriġ solidi, regolari u obbligatorji, edukazzjoni u ċertifikazzjoni għal xufiera, trasportaturi, kummerċjanti, ċentri ta' assemblaġġ, biċċeriji, veterinarji, aġenti tal-fruntieri u kwalunkwe operatur ieħor involut fit-trasport tal-annimali sabiex jitnaqqsu l-livelli għoljin ta' ksur tal-kundizzjoni fiżika tajba; jistieden lill-operaturi jiżguraw it-taħriġ bir-reqqa ta' xufiera u akkompanjaturi f'konformità mal-Anness IV għar-Regolament;

70.  Jitlob viġilanza stretta biex ikun żgurat li annimali morda, dgħajfa jew ħfief, annimali li qed ireddgħu, annimali nisa ħobbla u annimali nisa li ma jissodisfawx il-ħin tal-ftam neċessarju ma jiġux ittrasportati;

71.  Jenfasizza li, b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1/2005, huwa diġà obbligatorju li l-annimali li jiġu ttrasportati għal distanzi twal iridu jingħataw ilma, għalf u mistrieħ, f'intervalli xierqa u kif adegwat għall-ispeċi u l-età tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ aktar effikaċi bil-għan li tiżgura l-konformità sħiħa u armonizzata ma' dawn ir-rekwiżiti legali min-naħa tal-Istati Membri kollha;

72.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw li t-trasport tal-annimali jkun organizzat kif suppost, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tat-temp u t-tip ta' trasport;

73.  Jenfasizza li meta l-annimali jkunu meħtieġa li jinħattu għal perjodu ta' mistrieħ ta' 24 siegħa f'pajjiżi terzi, l-organizzatur irid jidentifika post għall-mistrieħ b'faċilitajiet ekwivalenti għal dawk ta' post ta' kontroll tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jispezzjonaw dawn il-faċilitajiet b'mod regolari u ma japprovawx reġistri tal-vjaġġ jekk il-post propost għall-mistrieħ ma jkunx ġie kkonfermat li għandu faċilitajiet ekwivalenti għall-UE;

74.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ippjanar tat-trasport jinkludi prova ta' riżerva, inkluż għalf, ilma u mifrex frisk, f'post ta' kontroll; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi r-rekwiżiti għall-postijiet u l-faċilitajiet tal-postijiet ta' mistrieħ;

75.  Jirrikonoxxi li densitajiet imnaqqsa ta' bhejjem u l-interruzzjoni ta' vjaġġi biex l-annimali jkunu jistgħu jistrieħu jkollhom impatt ekonomiku negattiv fuq l-operaturi tat-trasport li jista' jaffettwa t-trattament kif suppost ta' annimali ttrasportati; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi inċentivi għat-trattament xieraq tagħhom;

76.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw titjib fiż-żamma tar-rekords f'azjendi agrikoli dwar perjodi ta' ġestazzjoni;

77.  Jistieden lill-Kummissjoni tifformula, abbażi ta' sejbiet xjentifiċi, linji gwida rigward l-ilma għal annimali ttrasportati f'gaġeġ u kundizzjonijiet għat-trasportazzjoni ta' flieles li jippromwovu livell għoli ta' benessri;

78.  Ifakkar li l-Istati Membri jridu jsibu soluzzjonijiet konformi mal-benessri għall-annimali fit-tmiem ta' ħajjithom u taċ-ċikli tal-produzzjoni tagħhom;

Għajnuna ekonomika

79.  Jappella biex isir użu aktar estensiv tal-miżura tal-iżvilupp rurali "pagamenti għat-trattament xieraq tal-annimali", skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013(13), li tipprovdi appoġġ għal standards għoljin ta' benessri tal-annimali li jmur lil hinn mill-istandards obbligatorji applikabbli;

80.  Jappella biex ir-riforma tal-PAK li jmiss iżżomm u ssaħħaħ ir-rabta bejn il-pagamenti tal-PAK u l-kundizzjonijiet imtejba tal-benessri tal-annimali li jirrispettaw bis-sħiħ jew imorru lil hinn mill-istandards stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1/2005;

81.  Iħeġġeġ l-appoġġ għal miżuri biex ikun hemm distribuzzjoni bilanċjata ta' biċċeriji fl-Istati Membri li tiżgura li jitqiesu n-numri ta' bhejjem f'reġuni partikolari;

Pajjiżi terzi

82.  Jinsab imħasseb dwar ir-rapporti persistenti rigward problemi tat-trasport u l-benessri tal-annimali f'ċerti pajjiżi terzi; jinnota li l-qtil f'ċerti pajjiżi terzi fejn l-UE tibgħat l-annimali jinvolvi tbatija estrema u prolongata u jikser b'mod regolari l-istandards internazzjonali dwar il-benessri waqt il-qtil kif stabbilit mill-OIE; filwaqt li jirrikonoxxi li d-domanda fil-pajjiżi terzi hija ħafna drabi għal annimali ħajjin, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu bidla, meta possibbli, lejn it-trasport tal-laħam jew il-karkassi, minflok annimali ħajjin, lejn pajjiżi terzi, kif ukoll it-trasport tas-semen jew tal-embrijuni minflok annimali għat-tgħammir;

83.  Jikkritika bil-qawwa l-istatistika pprovduta mill-Kummissjoni dwar il-konformità mar-Regolament f'dak li jikkonċerna l-vjaġġi li jsiru biex jiġu trasportati l-annimali ħajjin lejn pajjiżi mhux fl-UE, u jenfasizza li din tfasslet mingħajr ebda verifika sistematika fuq il-vetturi tat-trasport tal-annimali.

84.  Jitlob li l-Kummissjoni, fin-negozjati kummerċjali bilaterali tagħha ma' pajjiżi terzi, tesiġi l-konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea għall-benessri tal-annimali u tiddefendi l-internazzjonalizzazzjoni, fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar dan is-suġġett;

85.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-istandards li jintużaw minn ċerti pajjiżi terzi mhumiex għoljin daqs dawk fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rekwiżiti eżistenti fir-rigward tas-sħab kummerċjali tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-kummerċ u t-trasport tal-annimali, sabiex ikunu tal-anqas stretti daqs standards tal-UE; jistieden lill-Istati Membri li qed jesportaw lejn pajjiżi terzi biex jaħdmu ma' awtoritajiet lokali biex itejbu l-istandards tal-benessri tal-annimali;

86.  Jappella għal konformità konsistenti u sħiħa mas-sentenza tal-2015 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-424/13, li fiha l-Qorti stabbiliet li, għal trasport tal-annimali li jinvolvi vjaġġ twil, li jibda fit-territorju tal-UE u mbagħad ikompli barra minnu, sabiex it-trasportatur ikun awtorizzat li jibda l-vjaġġ, jeħtieġlu jkun obbligat jippreżenta reġistru tal-vjaġġ li jkun realistiku f'termini ta' konformità, b'attenzjoni partikolari għat-tbassir tat-temp; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti ma japprovawx ir-reġistri tal-vjaġġ fejn, f'konformità mad-deċiżjoni tal-Qorti, l-annimali jridu jinħattu għal waqfa ta' mistrieħ ta' 24 siegħa f'pajjiż mhux tal-UE, sakemm l-organizzatur ma jkunx identifika post għal dak il-mistrieħ li jipprovdi faċilitajiet ekwivalenti għal dawk ta' post ta' kontroll; ifakkar ukoll, f'dan ir-rigward, li l-unika lista li teżisti hija waħda mill-2009 għall-postijiet fejn jgħixu l-annimali fuq ir-rotot f'pajjiżi terzi, li fiha dettalji preċiżi tal-indirizz huma ta' spiss neqsin, u għaldaqstant, dan jagħmel l-ispezzjonijiet neċessarji skont id-dritt tal-Unjoni ferm aktar diffiċli; jistieden lill-veterinarji uffiċjali f'punti ta' ħruġ biex jikkontrollaw, kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 1/2005, li qabel ma l-vetturi jitilqu l-UE, ikunu ġew imħarsa d-dispożizzjonijiet tar-Regolament;

87.  Ifakkar ukoll, f'dan il-kuntest, fil-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (informaturi) (COM(2018)0218), b'mod partikolari fil-kuntest ta' kontrolli veterinarji;

88.  Jiddeplora d-dewmien, li spiss huwa twil ħafna, li jseħħ fil-fruntieri u l-portijiet u jiġbed l-attenzjoni għaż-żieda fl-uġigħ u s-sofferenza tal-annimali li dan id-dewmien jikkawża; jistieden lill-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi biex jipprovdu żoni ta' mistrieħ fejn l-annimali jkunu jistgħu jinħattu u jingħataw għalf, ilma, mistrieħ u kura veterinarja sabiex ikunu jistgħu jimtlew kif suppost ir-reġistri tal-vjaġġ, u biex jinfetħu toroq ta' passaġġ rapidu ddedikati li jkollhom biżżejjed persunal fid-dwana għall-annimali li qed jiġu ttrasportati biex jitnaqqsu l-perjodi ta' stennija, mingħajr ma tiddgħajjef il-kwalità tal-kontrolli tas-sanità u doganali fil-fruntieri; jistieden aktar lill-Istati Membri jikkooperaw aħjar fl-ippjanar tat-trasport tal-bhejjem, sabiex jevitaw il-wasla ta' numru kbir wisq fil-kontrolli tal-fruntiera fl-istess ħin;

89.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni, inklużi aktar assistenza reċiproka u skambju ta' informazzjoni aċċellerata, bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha u f'pajjiżi terzi sabiex jitnaqqsu l-problemi tal-benessri u l-mard tal-annimali relatati ma' amministrazzjoni fqira billi jiġi żgurat li l-esportaturi jissodisfaw b'mod sħiħ ir-rekwiżiti amministrattivi; jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi l-benessri tal-annimali fuq livell internazzjonali u twettaq inizjattivi biex iżżid l-għarfien fost il-pajjiżi li mhumiex fl-UE;

90.  Jistieden lill-Kummissjoni teżerċità pressjoni fuq pajjiżi fi tranżitu li jistabbilixxu ostakoli burokratiċi u ta' sigurtà li jdewmu bla bżonn it-trasport ta' annimali ħajjin;

91.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħtu attenzjoni partikolari lill-ksur tal-benessri tal-annimali waqt vjaġġi minn passaġġi fuq l-ilma u marittimi lejn pajjiżi terzi u biex jivvalutaw ksur possibbli ta' leġiżlazzjoni, bħar-rimi pprojbit ta' annimali mejta minn bastimenti fil-Mediterran (li l-marki tal-widnejn tagħhom sikwit jiġu maqtugħa) peress li sikwit ma jkunx hemm possibbiltà li jintremew fil-portijiet ta' destinazzjoni;

92.  Jenfasizza d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/544/KE dwar l-iffirmar tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport internazzjonali(14), skont liema t-trasport jista' jkun kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin: bejn żewġ Stati Membri b'passaġġ mit-territorju ta' stat mhux membru; bejn Stat Membru u stat mhux membru; jew direttament bejn żewġ Stati Membri;

93.  Jisħaq fuq l-importanza li sakemm l-istandards tat-trasport tal-annimali f'pajjiżi terzi ma jkunux allinjati ma' dawk tal-UE u l-implimentazzjoni tagħhom ma tkunx biżżejjed biex tkun żgurata konformità sħiħa mar-Regolament, il-vjaġġi tat-trasport tal-annimali ħajjin lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal ftehimiet bilaterali biex jiġu mmitigati dawn id-differenzi, u li f'każ li dan ma jinkisibx, dawn għandhom jiġu pprojbiti;

94.  Ifakkar lill-Istati Membri li, skont il-ġurisprudenza stabbilita,(15)jistgħu jintroduċu regoli nazzjonali aktar stretti għall-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport, sakemm dawn ir-regoli jkunu konformi mal-objettiv ewlieni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005;

95.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattika u miżuri ta' ekwivalenza regolatorji ma' pajjiżi terzi fir-rigward tat-trasport tal-annimali;

o
o   o

96.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.
(2) http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2018/621853/EPRS_STU(2018)621853_EN.pdf
(3) ĠU C 434, 23.12.2015, p. 59.
(4) Ġurnal Uffiċjali tal-EFSA 2011:9(1):1966.
(5) ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 116.
(6) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-23 ta' April 2015, Zuchtvieh-Export vs Stadt Kempten, C-424/13, ECLI:EU:C:2015:259.
(7) Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 31/2018 tal-14 ta' Novembru 2018 bit-titolu "Il-benessri tal-annimali fl-UE: tnaqqis tad-distakk bejn għanijiet ambizzjużi u implimentazzjoni prattika".
(8) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/1966
(9) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.
(10) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.
(11) "Final report of an audit carried out in The Netherlands from 20 February 2017 to 24 February 2017 in order to evaluate animal welfare during transport to non-EU countries" (Rapport finali ta' verifika li saret fin-Netherlands mill-20 ta' Frar 2017 sal-24 ta' Frar 2017 sabiex jiġi evalwat il-benessri tal-annimali matul it-trasport lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE), il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, 2017.
(12) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ("Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1)..
(13) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 347.
(14) ĠU L 241, 13.7.2004, p. 21.
(15) Sentenza tal-Qorti (L-Ewwel Awla) tal-14.10.2004 - Kawża C-113/02, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda, u s-Sentenza tal-Qorti (It-Tielet Awla) ta' 8.5.2008 - Kawża C-491/06, Danske Svineproducenter.


It-tisħiħ tal-kompetittività tas-Suq Intern permezz tal-iżvilupp tal-unjoni doganali tal-UE u l-governanza tagħha
PDF 161kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar it-tisħiħ tal-kompetittività tas-suq intern permezz tal-iżvilupp tal-unjoni doganali tal-UE u l-governanza tagħha (2018/2109(INI))
P8_TA(2019)0133A8-0059/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU)(1), u l-att delegat tiegħu (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015)(2), l-att ta' implimentazzjoni tiegħu (ir-Regolament ta' Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2447 tat-2 ta' Novembru 2015)(3), l-att delegat tranżizzjonali tiegħu (ir-Regolament Delegat (UE). 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015)(4), u l-programm ta' ħidma tiegħu (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)  2016/578 tal-11 ta' April 2016)(5),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0085),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bit-titolu "Żvilupp tal-Unjoni Doganali tal-UE u l-Governanza tagħha" (COM(2016)0813),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu "L-ewwel Rapport Biennali dwar il-Progress fl-Iżvilupp tal-Unjoni Doganali tal-UE u l-Governanza tagħha" (COM(2018)0524),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu "It-Tieni Rapport ta' Progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali" (COM(2018)0549),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-istrateġija tal-IT għad-dwana (COM(2018)0178),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni fl-ewwel qari tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet (COM(2013)0884),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2017 dwar l-indirizzar tal-isfidi tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni(7),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li jiġu adottati atti delegati f'konformità mal-Artikolu 284 tiegħu (COM(2018)0039),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 19/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Proċeduri ta' importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE",

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 26/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Sensiela ta' dewmien fis-sistemi tal-IT tad-dwana: x'mar ħażin?",

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill 11760/2017 dwar il-progress li sar fil-ġlieda kontra l-frodi tad-dazji tas-sisa,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Europol u tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea dwar il-falsifikazzjoni u l-piraterija fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0059/2019),

A.  billi l-unjoni doganali, li tiċċelebra l-50 sena tagħha din is-sena, hija waħda mill-pedamenti tal-Unjoni Ewropea u waħda mill-akbar blokok kummerċjali fid-dinja, u billi unjoni doganali operazzjonali għalkollox hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku u għal kummerċ bla xkiel fl-UE, u hija parti essenzjali mill-politika kummerċjali komuni ma' pajjiżi terzi għall-benefiċċju kemm tal-impriżi u taċ-ċittadini tal-Unjoni, kif ukoll għall-kredibilità tal-Unjoni Ewropea, li l-Unjoni Doganali tqiegħed f'pożizzjoni b'saħħitha fin-negozjati dwar ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi;

B.  billi l-awtoritajiet doganali jeħtieġ li jsibu l-bilanċ meħtieġ bejn il-faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu, il-kontrolli doganali mfassla biex jipproteġu s-sigurtà tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha, il-fiduċja tal-konsumaturi fil-merkanzija li tidħol fis-suq uniku, u l-interessi finanzjarji u kummerċjali tal-Unjoni, u huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta' aktar minn 60 att legali, minbarra l-qafas legali doganali, għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali u l-kuntrabandu, u għall-għoti tal-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat;

C.  billi l-istandardizzazzjoni tal-informazzjoni u tal-proċessi doganali għandha rwol ewlieni fl-omoġenizzazzjoni tal-kontrolli, speċjalment fir-rigward ta' fenomeni bħall-klassifikazzjoni żbaljata u s-sottovalutazzjoni tal-importazzjonijiet u r-rapportar ħażin tal-oriġini tal-merkanzija, li huma ta' detriment għall-operaturi ekonomiċi kollha, iżda b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji;

D.  billi l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ammontaw għal EUR 3 700 biljun fl-2017 u billi d-dazji doganali miġbura jirrappreżentaw 15 % tal-baġit tal-Unjoni;

E.  billi l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU) hija essenzjali biex jitħarsu r-riżorsi proprji tal-Unjoni, b'mod partikolari d-dazji doganali, u l-interessi fiskali nazzjonali, iżda anke biex titħares is-sigurtà tal-konsumaturi u tal-kompetizzjoni ġusta Ewropej u fis-suq intern;

F.  billi l-KDU jistipula li s-sistemi elettroniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu jridu jiġu varati sal-31 ta' Diċembru 2020; billi d-diġitizzazzjoni tal-proċeduri doganali ilha li bdiet mill-2003 u ġiet implimentata fl-2008 bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat)(8) u tad-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (id-Deċiżjoni dwar id-dwana elettronika);

G.  billi l-ħidma għad-diġitalizzazzjoni tad-dwana għadha mhijiex lesta, filwaqt li aktar minn 98 % tad-dikjarazzjonijiet doganali llum il-ġurnata huma elettroniċi u l-oqsma li ġejjin tad-dwana issa qed jiġu ttrattati permezz ta' sistemi elettroniċi: it-tranżitu (NCTS), il-kontroll tal-esportazzjoni (ECS), id-data ta' sikurezza (ICS), il-ġestjoni tar-riskji (CRMS), in-Numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI), l-awtorizzazzjonijiet (CDS), l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (AEO), l-Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi (EBTI), il-kwota u t-tariffi (QUOTA), is-sospensjonijiet tariffarji awtonomi, in-nomenklatura magħquda (TARIC), is-sorveljanza tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet (SURV2) u s-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati għaċ-ċertifikati ta' oriġini (REX);

H.  billi l-għan tal-programm doganali propost fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE tal-2021-2027 huwa li jappoġġa l-attivitajiet u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri;

I.  billi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE joħloq sfida għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Doganali;

J.  billi se jkun hemm dewmien fl-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi ewlenin meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u se tiġi posposta għal wara l-31 ta' Diċembru 2020;

K.  billi l-għodda tal-Prestazzjoni tal-Unjoni Doganali topera billi tivvaluta l-funzjonament tal-Unjoni Doganali, abbażi ta' Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni, f'firxa ta' oqsma bħall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji, filwaqt li tiżgura s-sikurezza u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE u tivvaluta l-importanza tad-dwana biex tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività tal-UE;

L.  billi l-governanza tal-programm Dwana 2020 u b'hekk tal-ħidma tal-IT doganali hija kondiviża bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-rappreżentanti ta' interessi kummerċjali f'għadd kbir ta' strutturi tat-teħid tad-deċiżjonijiet li l-multiplikazzjoni tagħhom għandha impatt negattiv fit-tul fuq l-effikaċja tal-programm u l-ġestjoni tal-proġetti tal-IT;

M.  billi wara t-tmiem tal-programm attwali Dwana 2020 u wara valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tad-diversi għażliet possibbli, se jkun jeħtieġ li l-governanza tal-programmi tad-dwana tiġi riveduta;

1.  Jenfasizza l-ħidma li ssir kuljum mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u mis-servizzi tal-Kummissjoni, li jippruvaw jipproteġu s-suq intern kontra l-kompetizzjoni inġusta f'forma ta' prodotti foloz u prodotti li huma l-oġġett ta' dumping, jiffaċilitaw il-kummerċ u jnaqqsu l-formalitajiet amministrattivi, jiġbru dħul għall-baġits nazzjonali u għall-baġit tal-Unjoni, u jipproteġu lill-popolazzjoni mit-theddid tat-terroriżmu, it-theddid relatat mas-saħħa, it-theddid ambjentali u theddid ieħor;

2.  Ifakkar li l-Unjoni Doganali hija waħda mill-ewwel kisbiet tal-UE u tista' titqies bħala waħda mill-istejjer ta' suċċess ewlenin tagħha peress li din ippermettiet lil impriża stabbilita fl-Unjoni tbigħ l-merkanzija tagħha u tinvesti fl-Unjoni kollha, iżda ppermettiet ukoll lill-UE tneħħi l-fruntieri interni u tikkompeti mal-bqija tad-dinja; jissottolinja li s-suq uniku tal-UE ma jkunx possibbli mingħajr l-ambjent ħieles mit-tariffi pprovdut mill-Unjoni Doganali u r-rwol li din tal-aħħar għandha biex tissorvelja l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet;

3.  Jenfasizza li Unjoni Doganali kompletament funzjonali hija essenzjali sabiex jiġu ggarantiti l-kredibbiltà u s-saħħa tal-UE u l-pożizzjoni ta' negozjar tagħha għall-konklużjoni ta' ftehimiet kummerċjali ġodda; jenfasizza li Unjoni Doganali effiċjenti tal-UE tgħin biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ legali u biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-kummerċjanti leġittimi, kunsiderazzjoni li hija importanti għall-iżvilupp ta' negozji kompetittivi; jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati kontrolli effettivi - fost l-oħrajn billi titrawwem il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali ta' pajjiżi terzi - u li jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ legali;

4.  Jenfasizza li l-ħolqien ta' proċessi doganali bla xkiel madwar l-Unjoni abbażi tar-riforma tal-infrastruttura tal-IT huwa essenzjali; iqis li d-diġitalizzazzjoni għandha l-potenzjal li tagħmel l-iskambju ta' informazzjoni u l-ħlas ta' dazji aktar trasparenti u aċċessibbli, b'mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta ’daqs medju u għall-operaturi ekonomiċi ta' pajjiżi terzi, u li toffri opportunitajiet biex jiġu ssimplifikati r-regoli u l-proċeduri doganali;

5.  Jinnota li d-diverġenzi attwali fil-livell u fil-kwalità tal-kontrolli, tal-proċeduri doganali u tal-politiki ta' sanzjonijiet, fil-punti ta' dħul tal-UE fl-unjoni doganali, spiss jirriżultaw fi tfixkil tal-flussi kummerċjali, filwaqt li jikkontribwixxu għall-problema ta' "għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni" u jpoġġu f'riskju l-integrità tas-suq uniku; jitlob bil-qawwa, f'dak il-kuntest, sabiex il-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw din il-kwistjoni;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha biex toħloq punt ta' waqfa waħda (one-stop-shop) tad-dwana integrat tal-UE li jgħin lin-negozji jissottomettu l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa f'post wieħed, u b'hekk ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji kollha għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu ta' merkanzija;

7.  Ifakkar li r-Renju Unit se jsir pajjiż terz wara li joħroġ mill-UE, u b'hekk se jbiddel il-fruntieri esterni tal-UE u jenfasizza li l-proċess tal-Brexit ma għandux iħalli impatt negattiv fuq l-iżvilupp u l-governanza tad-Dwana tal-UE;

Id-diġitizzazzjoni tal-proċeduri doganali

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw approċċ aktar effiċjenti, kosteffiċjenti u razzjonalizzat għall-ġestjoni tas-sistemi tal-IT għall-awtoritajiet doganali; jitlob, b'mod partikolari, stima aktar preċiża u realistika taż-żmien u r-riżorsi li se jkunu meħtieġa, u tal-kamp ta' applikazzjoni tal-proġetti individwali tal-IT li se jgħinu biex jiġu diġitizzati l-proċeduri doganali;

9.  Jiddeplora l-fatt li l-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT ġodda għall-Unjoni Doganali batiet minn serje ta' dewmien, li wassal biex il-Kummissjoni titlob lill-Parlament u lill-Kunsill għal estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali wara l-iskadenza tal-2020 li ġiet stabbilita fil-KDU; jiddispjaċih ukoll li l-Kummissjoni pprovdiet biss informazzjoni inkompleta biex tiġġustifika din l-estensjoni ġdida, b'mod partikolari fir-rigward ta' dak li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħha u dik tal-Istati Membri, li b'riżultat tagħha l-Parlament Ewropew ma jistax jeżerċita l-kontroll baġitarju u politiku tiegħu b'mod xieraq;

10.  Jenfasizza li, filwaqt li 75 % tal-komponenti Ewropej tas-sistemi tal-IT meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-KDU għandhom ikunu lesti sa Diċembru 2020, dan ma jfissirx li 75 % tas-sistemi tal-IT se jkunu lesti sa dak iż-żmien, peress li 25 % ta' dawk is-sistemi huma magħmula minn komponenti nazzjonali, li għalihom l-Istati Membri huma responsabbli u li għalihom ġie identifikat dewmien;

11.  Iqis li l-Kummissjoni u l-Kunsill jeħtiġilhom jiżguraw bl-ogħla prijorità li l-kodiċi doganali flimkien mad-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri doganali jiġi implimentat fl-iskadenza l-ġdida; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, biex jagħmlu l-almu tagħhom biex jevitaw aktar posponimenti; iqis li, f'dan ir-rigward, l-istabbiliment tal-arkitettura tal-IT jirrikjedi l-iżvilupp u l-varar ta' 17-il għodda tal-IT b'implikazzjonijiet kbar f'dak li jirrigwarda r-riżorsi finanzjarji u umani; għaldaqstant, iqis li huwa imperattiv li ma jkunx hemm sforzi doppji fir-rigward tar-riżorsi fit-twettiq tal-proġetti tal-IT tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni;

12.  Jitlob lill-Kummissjoni taġġorna l-iskeda taż-żmien tal-programm ta' ħidma tagħha tal-KDU abbażi tal-estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali li pproponiet(9) għall-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill; jistieden lill-Parlament u lill-Kunsill jaħdmu favur adozzjoni malajr ta' dik l-estensjoni filwaqt li din tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet meħtieġa għall-varar b'suċċess tal-arkitettura tal-IT doganali mingħajr ħsara għal testijiet komprensivi tas-sigurtà, sabiex kwalunkwe kwistjoni possibbli ma tipperikolax il-kontrolli tal-merkanzija mwettqa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri; jenfasizza, kif għamlet il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li l-istess kawżi jipproduċu l-istess effetti, u li l-proċess ta' aġġornament tal-pjan strateġiku pluriennali 2017, bil-konċentrazzjoni tal-implimentazzjoni ta' sitt sistemi tal-IT fl-istess sena, jirrappreżenta sfida kbira u joħloq riskju kbir li lanqas l-iskadenzi stabbiliti mill-ġdid ma jiġu ssodisfati, b'mod li l-iskadenza tal-implimentazzjoni tal-KDU tista' tiġi estiża ulterjorment għal wara l-2025;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-pjan strateġiku pluriennali tagħha billi toħloq sekwenzjar tal-proġetti matul il-perjodu tranżitorju kollu sabiex kemm jista' jkun tevita l-konċentrazzjoni ta' skjeramenti fit-tmiem tal-perjodu, u billi tistabbilixxi stadji importanti vinkolanti, inkluż għall-Istati Membri;

14.  Jitlob lill-Kummissjoni ma timmodifikax l-ispeċifikazzjonijiet statutorji u tekniċi li issa ġew adottati għas-17-il għodda tal-IT, peress li l-portata tal-proġetti li jridu jitwettqu u ż-żmien meħtieġ biex jiġu varati mhumiex kompatibbli la mal-fatt li t-teknoloġiji involuti qed jevolvu kontinwament u lanqas mal-bidliet leġiżlattivi u regolatorji inevitabbli li se jseħħu matul dan il-perjodu;

15.  Ifakkar li skont il-Qorti tal-Awdituri, il-Kummissjoni kienet konxja tad-dewmien iżda għażlet li ma tinkludix din l-informazzjoni fir-rapportar uffiċjali tagħha, li waqqaf lill-partijiet ikkonċernati (bħall-Parlament Ewropew, istituzzjonijiet oħra tal-UE mhux rappreżentati fl-istruttura ta' governanza ta' Dwana 2020, kif ukoll kumpaniji u ċittadini interessati) milli jiġu infurmati bis-sħiħ dwar ir-riskju ta' dewmien f'ħin reali; jistieden, ghalhekk, lill-Kummissjoni tirrapporta b'mod regolari u trasparenti dwar it-twettiq tal-pjan ta' ħidma strateġiku pluriennali u dwar l-istabbiliment tas-sistemi elettroniċi doganali sabiex ma tirrepetix l-iżbalji tal-programmazzjoni preċedenti u tinforma dwar kwalunkwe dewmien futur possibbli filwaqt li ma tagħmilx dan għal għarrieda jew mingħajr azzjonijiet korrettivi xierqa;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa b'mod kontinwu l-programm Dwana 2020 u tirrispondi għan-nuqqasijiet identifikati, b'mod partikolari n-nuqqas ta' użu tat-timijiet ta' esperti stabbiliti skont dan il-programm u tagħmilha possibbli li tiżdied il-kooperazzjoni bejn is-servizzi doganali;

17.  Jissottolinja li l-monitoraġġ, l-analiżi u l-valutazzjoni kontinwi tal-politika fir-rigward ta' impatti possibbli huma partijiet essenzjali mill-governanza tal-Unjoni Doganali; jieħu nota u jilqa' l-ħidma tal-Kummissjoni biex tiżviluppa għodda għall-prestazzjoni tal-Unjoni Doganali li eventwalment se tippermettilha tiġi vvalutata sistematikament abbażi tal-objettivi strateġiċi tagħha f'termini ta' effiċjenza, effikaċja u uniformità; jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw il-ħidma sabiex din l-għodda tiġi żviluppata ulterjorment;

18.  Jissuġġerixxi lill-Kummissjoni li din l-għodda għandha tivvaluta wkoll il-prestazzjoni tal-kontrolli doganali f'termini tal-potenzjal tad-diġitizzazzjoni u tal-flussi tad-data sabiex toħloq kontrolli bbażati fuq ir-riskju saħansitra aktar effettivi filwaqt li tottimizza l-piż fuq l-awtoritajiet doganali;

Governanza, rapporti u finanzjament tal-programm Dwana

19.  Jieħu nota tal-azzjonijiet li jieħdu l-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw implimentazzjoni uniformi u koerenti tal-kodiċi doganali, b'mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ, u permezz tal-adozzjoni ta' linji gwida; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom u r-riżorsi implimentati biex jiżguraw applikazzjoni sħiħa tal-kodiċi doganali adottat fl-2013 u ta' proċeduri doganali uniformi fl-Unjoni Ewropea kollha; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni li jista' b'mod utli jkun ibbażat fuq rieżami bejn il-pari tal-prattiki doganali, fuq l-iskambju tal-aħjar prattiki, fuq kooperazzjoni akbar bejn is-servizzi doganali u fuq programm ta' taħriġ b'riżorsi suffiċjenti;

20.  Ifakkar li l-Kummissjoni qed taħdem fuq ambjent ta' Tieqa Unika Doganali tal-UE li jippermetti lil operatur ekonomiku jressaq id-data meħtieġa għal firxa wiesgħa ta' finijiet regolatorji (pereżempju veterinarji, sanitarji, ambjentali, eċċ.) f'format standardizzat lil għadd ta' riċevituri u permezz ta' punti ta' aċċess armonizzati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu din il-ħidma importanti;

21.  Jieħu nota tal-isforz finanzjarju appoġġat mill-baġit tal-UE, li jżid l-allokazzjoni tal-programm Dwana li jmiss, għall-2021-2027, għal EUR 842 844 000 bi prezzijiet tal-2018; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu wkoll ir-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa għall-varar tal-komponenti nazzjonali, elementi essenzjali li minnhom tiddependi l-introduzzjoni tas-sistema elettronika doganali Ewropea, u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta fi żmien debitu rapport dwar il-varar tal-komponenti tal-Unjoni u tal-komponenti extra-UE żviluppati mill-Istati Membri;

22.  Jenfasizza li llum il-ġurnata d-dwana trid taffaċċja żieda fenomenali fil-volum tal-oġġetti li qed jinxtraw online barra mill-UE f'termini ta' kontrolli u ġbir tad-dazji applikabbli, b'mod partikolari minħabba l-fatt li l-volum tal-oġġetti b'valur baxx importati fl-UE qed jiżdied kull sena b'10-15 %; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom sabiex jindirizzaw aħjar din l-isfida;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, fit-tmiem u fit-tmiem biss tal-implimentazzjoni tas-17-il sistema tal-IT relatati mal-KDU tal-programm Dwana 2020, struttura ta' governanza aktar effettiva għat-twettiq tal-proġetti tal-IT doganali u l-aġġornamenti tagħhom; jenfasizza l-importanza, fid-dawl tal-isfidi ekonomiċi, fiskali u tas-sigurtà rrappreżentati mis-sistemi tal-IT doganali, li s-soluzzjoni adottata tippreserva bis-sħiħ is-sovranità Ewropea;

24.  Jenfasizza li l-programm "Dwana 2021-2027", billi jappoġġa l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jgħin mhux biss biex iżid id-dħul tal-baġit tal-UE, iżda wkoll biex jiggarantixxi sigurtà tal-prodotti, protezzjoni tal-konsumaturi Ewropej u kundizzjonijiet ekwi għan-negozji tal-UE;

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

25.  Jenfasizza li l-inċertezza dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE hija sfida ewlenija għan-negozji Ewropej; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu informazzjoni komprensiva lill-partijiet ikkonċernati dwar ir-riperkussjonijiet tal-ħruġ tar-Renju Unit fil-qasam tad-dwana u ta' ċerti tipi ta' taxxi indiretti (VAT u dazji tas-sisa);

26.  Jenfasizza li, wara l-ħruġ tar-Renju Unit, ma jridx ikun hemm lakuni fis-sistema doganali – inkluż fil-fruntieri esterni tal-UE – li jwittu t-triq għal kummerċ illeċitu jew evażjoni tad-djun taħt il-liġi pubblika stipulati fid-dritt tal-Unjoni;

o
o   o

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi dan ir-rapport lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1.
(3) ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558.
(4) ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1.
(5) ĠU L 99, 15.4.2016, p. 6.
(6) ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21.
(7) ĠU C 242, 10.7.2018, p. 41.
(8) ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.
(9) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0085).


Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati
PDF 156kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati (2018/2114(INI))
P8_TA(2019)0134A8-0055/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mal-aġenziji, u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u l-Artikoli 15, 16, 71, 123, 124, 127, 130, 228, 263, 265, 267, 277, 282, 287, 290, 291, 298 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 41, 42, 43, 51 u 52 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012 u l-Approċċ Komuni anness magħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0055/2019),

A.  billi l-aġenziji għandhom rwol vitali fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali, u jwettqu varjetà wiesgħa ta' kompiti biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, bħall-ħolqien ta' netwerks jew l-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali; billi kooperazzjoni tajba bejn l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri tgħin biex ikun hemm aktar effiċjenza u effikaċja fil-ħidma tal-aġenziji; billi l-aġenziji stabbilixxew ukoll kooperazzjoni bejniethom permezz tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi l-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-aġenziji differenti u l-kumitati parlamentari kienu ġeneralment tajbin; billi l-Europol hija l-unika aġenzija skrutinizzata mill-Parlament b'mod konġunt mal-parlamenti nazzjonali permezz tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt;

C.  billi l-aġenziji nħolqu u żviluppaw maż-żmien, fuq bażi ta' każ b'każ; billi t-Trattat ta' Lisbona rrikonoxxa b'mod formali l-aġentifikazzjoni tal-eżekuttiv tal-UE billi introduċa l-aġenziji tal-UE b'mod formali fit-Trattati;

D.  billi l-aġenziji huma primarjament responsabbli quddiem il-Parlament u l-Kunsill, li jeħtiġilhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi ta' skrutinju adegwati fl-atti leġiżlattivi li jirregolaw lil dawk l-aġenziji, u li, sussegwentement, dawk il-mekkaniżmi jiġu implimentati sewwa; billi l-agentifikazzjoni tal-eżekuttiv tal-UE m'għandhiex iddgħajjef il-kontroll tal-Parlament tal-eżekuttiv tal-UE kif previst fl-Artikolu 14 tat-TUE;

E.  billi t-Trattati la jinkludu definizzjoni tal-aġenziji deċentralizzati, u lanqas deskrizzjoni ġenerali tal-kompetenzi li jistgħu jingħataw lill-aġenziji;

F.  billi għadd ta' aġenziji għandhom il-bażi ġuridika tagħhom skont l-Artikolu 352 tat-TFUE u oħrajn huma maħluqa fuq bażi ġuridika speċifika għas-settur;

G.  billi d-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni tal-2012 huma r-riżultat tal-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji regolatorji, li ġie stabbilit mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill sabiex tiġi vvalutata l-koerenza, l-effettività, l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza tal-aġenziji wara li proposta mill-Kummissjoni fl-2005 għal Ftehim Interistituzzjonali dwar l-aġenziji regolatorji ma rċevietx l-appoġġ meħtieġ mill-Kunsill u mill-Parlament;

H.  billi l-Approċċ Komuni jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-istruttura u l-governanza tal-aġenziji, kif ukoll l-operazzjoni, l-ipprogrammar tal-attivitajiet, il-finanzjament, il-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji, il-proċeduri baġitarji, l-obbligu ta' rendikont, il-kontrolli u t-trasparenza tagħhom, li jgħinu jiżguraw l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati;

I.  billi, minkejja apprezzament ġeneralment pożittiv, fi ftit każijiet, l-aġenziji ltaqgħu ma' nuqqas ta' fiduċja okkażjonali fl-opinjonijiet xjentifiċi u tekniċi tagħhom;

Osservazzjonijiet prinċipali

1.  Jinnota li l-mekkaniżmi sabiex jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont tal-aġenziji huma inkorporati fit-Trattati, fir-regolamenti tat-twaqqif tal-aġenziji, fil-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, kif ukoll fid-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni; jenfasizza li, permezz tal-għoti tas-setgħa, il-Parlament għandu setgħat ta' skrutinju fir-rigward ta' aġenziji deċentralizzati li, madankollu, mhumiex spjegati fid-dettall fit-Trattati; jinnota f'dan ir-rigward in-natura mhux vinkolanti tad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni; jiddispjaċih, madankollu, li l-Istituzzjonijiet għadhom ma qablux ma' qafas regolatorju vinkolanti;

2.  Jinnota li l-Parlament iwettaq skrutinju fuq l-aġenziji b'modi differenti:

   bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja fit-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha dwar il-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE lill-aġenziji;
   bħala l-awtorità tal-kwittanza;
   permezz tad-deżinjazzjoni ta' membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-aġenziji;
   permezz tal-proċedura għall-ħatra (jew it-tkeċċija) tad-Direttur Eżekuttiv;
   permezz tal-konsultazzjoni tiegħu dwar il-programmi ta' ħidma;
   permezz tal-preżentazzjoni tar-rapporti annwali;
   permezz ta' metodi oħra (żjarat ta' delega, gruppi jew persuni ta' kuntatt, skambji ta' fehmiet, seduti ta' smigħ, briefings, għoti ta' għarfien espert);

3.  Jinnota li d-dispożizzjonijiet fir-regolamenti tat-twaqqif ivarjaw fi gradi differenti mill-mekkaniżmi għall-obbligu ta' rendikont u għall-iskrutinju parlamentari stabbiliti fl-Approċċ Komuni, li jista' jirriżulta mill-kompiti u mill-funzjonijiet differenti ħafna li jwettqu l-aġenziji;

4.  Josserva li l-kumitati parlamentari wettqu b'mod attiv il-kompiti ta' skrutinju tagħhom, minkejja l-varjetà tad-dispożizzjonijiet fir-regolamenti tat-twaqqif;

5.  Jirrikonoxxi l-implimentazzjoni, min-naħa tal-aġenziji tal-Unjoni, tad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni u tal-pjan direzzjonali rilevanti; jenfasizza, b'mod partikolari, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-Aġenziji Deċentralizzati (IIWG), li ġew approvati mill-Konferenza tal-Presidenti fit-18 ta' Jannar 2018; jinnota li matul il-laqgħa ta' segwitu tat-12 ta' Lulju 2018 il-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali tqieset bħala kompluta;

Rakkomandazzjonijiet

6.  Iqis li jistgħu jsiru sforzi akbar sabiex ċerti dispożizzjonijiet jiġu integrati fir-regolamenti tat-twaqqif tal-aġenziji fir-rigward tal-mekkaniżmi ta' governanza u tal-obbligu ta' rendikont tagħhom, filwaqt li jitqiesu t-tipi differenti ta' aġenziji li bħalissa jeżistu u jiġu ddefiniti l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-relazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-aġenziji; jinnota li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati wkoll fil-valutazzjonijiet tal-impatt kull meta jiġi propost l-istabbiliment ta' aġenzija; jissottolinja li l-aġenziji jeħtieġ ikollhom ċertu grad ta' flessibbiltà organizzazzjonali sabiex jadattaw aħjar għall-kompiti previsti u l-ħtiġijiet li jirriżultaw huma u jwettqu dmirijiethom; jilqa' l-organizzazzjoni interna bbażata fuq gruppi u gruppi inkroċjati ta' aġenziji f'oqsma simili;

7.  Jitlob għalhekk għal valutazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-Approċċ Komuni fl-aspetti kollha tiegħu, b'dokumenti analitiċi dettaljati simili għal dawk prodotti fl-2010 b'enfasi fuq aspetti relatati mal-governanza, filwaqt li b'mod partikolari tiġi rieżaminata l-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet inklużi mas-setgħat ta' kodeċiżjoni u ta' skrutinju tal-Parlament, filwaqt li titqies il-ħtieġa għall-flessibbiltà fid-dawl tax-xenarju varjat tal-aġenziji deċentralizzati;

8.  Jiddispjaċih li l-Parlament, bħala l-garanti ewlieni tar-rispett għall-prinċipju tad-demokrazija fl-UE, ma kienx involut bis-sħiħ fil-proċedura tal-għażla tas-sede l-ġdida tal-EMA u l-EBA; ifakkar, f'dan ir-rigward, fit-talba tiegħu biex jiġu riveduti kemm jista' jkun malajr id-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni tal-2012 u jfakkar ukoll fl-impenn tal-Kunsill biex jimpenja ruħu fir-reviżjoni tiegħu, filwaqt li jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, sa April 2019, analiżi fil-fond tad-Dikjarazzjoni Konġunta u tal-Approċċ Komuni fir-rigward tal-post tal-aġenziji deċentralizzati;

9.  Jenfasizza li l-post tas-sede ta' aġenzija m'għandhiex taffettwa l-eżekuzzjoni tas-setgħat u l-kompiti tagħha, l-organizzazzjoni tal-istruttura ta' governanza tagħha, l-operat tal-organizzazzjoni prinċipali tagħha jew il-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tagħha;

10.  Jistenna li l-prerogattivi tal-Parlament u tal-Kunsill bħala koleġiżlaturi jkunu rispettati bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet futuri dwar il-post jew ir-rilokazzjoni tal-aġenziji; iqis li l-Parlament għandu jkun involut b'mod sistematiku, matul il-proċess leġiżlattiv kollu u b'termini ugwali mal-Kunsill u mal-Kummissjoni, fid-definizzjoni u l-valutazzjoni tal-kriterji għall-għażla tal-post tal-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni, b'mod trasparenti; jirrimarka li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni ħadu impenn, fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, tat-13 ta' April 2016 li jikkooperaw b'mod sinċier u trasparenti, u li l-ftehim jenfasizza l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-koleġiżlaturi, kif minqux fit-Trattati; jissottolinja l-valur ta' skambju msaħħaħ ta' informazzjoni mill-istadji inizjali tal-proċessi futuri għall-għażla tal-post tal-aġenziji, peress li tali skambju bikri jagħmilha aktar faċli għat-tliet istituzzjonijiet biex jeżerċitaw id-drittijiet u l-prerogattivi tagħhom;

11.  Jemmen li d-deċiżjoni dwar il-lokalità tas-sede ta' aġenzija hija ta' importanza kbira, u jqis li kriterji objettivi, bħall-aċċessibbiltà, sinerġiji amministrattivi u prossimità għall-partijiet ikkonċernati, iridu jiġu kkunsidrati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jagħmlu l-aħjar deċiżjoni possibbli;

12.  Jitlob lill-Kummissjoni, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar ir-riżorsi tal-aġenziji deċentralizzati, tippreżenta b'mod rapidu evalwazzjoni tal-aġenziji li jinsabu f'aktar minn lokalità waħda, billi tuża approċċ konsistenti biex tivvaluta l-valur miżjud billi tqis l-ispejjeż imġarrba; jitlob li jittieħdu miżuri sinifikanti abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta' diversi lokalitajiet, jekk u fejn ikun xieraq;

13.  Jipproponi li, abbażi ta' rieżami tal-Approċċ Komuni, kunsiderazzjoni ġdida għat-tfassil ta' Ftehim Interistituzzjonali (FII) dwar l-aġenziji u li dan il-ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar rieżami kull ħames snin tal-prinċipji li jirregolaw l-istabbiliment u l-funzjonament tal-aġenziji, filwaqt li jintuża l-għarfien espert ta' grupp ta' persuni eminenti;

14.  Iqis li dan il-FII għandu jirrispetta s-setgħat tal-Parlament Ewropew fil-proċeduri ta' kodeċiżjoni u għandu jkopri wkoll ir-relazzjoni bejn aġenzija u l-istituzzjonijiet tal-Istat Membru fejn jinsab, kif ukoll miżuri ta' trasparenza, proċeduri biex jiġi evitat il-kunflitt ta' interess u biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi fost il-membri tal-korpi governattivi u konsultattivi, u l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-aġenziji;

15.  Jemmen li fl-abbozzar ta' tali FII, diversi suġġerimenti speċifiċi biex tissaħħaħ is-sorveljanza demokratika, tittejjeb ir-responsabbiltà tal-aġenziji tal-Unjoni u tissaħħaħ is-sistema ta' rapportar lill-Parlament għandhom jiġu indirizzati wkoll, bħal:

   l-iffissar ta' limitu ta' żmien għall-aġenziji biex iwieġbu għall-mistoqsijiet indirizzati lilhom mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill;
   li jsiru arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali u l-konsultazzjoni tal-kumitati parlamentari, fejn dan ikun meħtieġ;
   jiġi kkunsidrat jekk għandux ikun hemm jew le numru speċifiku ta' membri tal-Bordijiet ta' Amministrazzjoni rispettivi maħtura mill-Parlament;
   jiġi kkunsidrat il-valur miżjud tal-attendenza tar-rappreżentanti/osservaturi tal-Parlament fil-laqgħat tal-bordijiet tas-superviżuri u tal-gruppi tal-partijiet interessati tal-aġenziji;
   is-simplifikazzjoni tal-involviment tal-Parlament fil-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali tal-aġenziji;
   is-simplifikazzjoni u l-armonizzar tal-obbligi ta' rapportar, b'mod partikolari fir-rigward tar-rapport annwali tal-attività, tar-rapport tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja kif ukoll tal-kontijiet finali;
   il-Parlament jiġi informat b'mod dettaljat dwar il-miżuri li ħadu biex jissodisfaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza (rapporti ta' segwitu) u dawk tal-Qorti tal-Awdituri;

16.  Iqis barra minn hekk li r-rwol tal-Parlament fis-sorveljanza tad-dimensjoni tal-governanza tal-aġenziji deċentralizzati jista' jittejjeb b'mod sinifikanti ; jissuġġerixxi, barra minn hekk, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u reviżjoni tar-regoli għal missjonijiet f'aġenziji li jippermettu kuntatt regolari aħjar bejn il-kumitati parlamentari u l-aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom;

17.  Jipproponi li, fil-kuntest tar-rieżami ta' kull ħames snin, li tibni fuq l-attivitajiet ta' skrutinju mwettqa mill-kumitati tal-Parlament fuq l-aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom u flimkien magħhom, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jorganizza dibattitu annwali dwar il-funzjonament u l-governanza tal-aġenziji, u wara, jekk jitqies xieraq u/jew meħtieġ, isir dibattitu fil-plenarja sabiex tiġi ffaċilitata sistema aktar b'saħħitha u aktar strutturata ta' analiżi tal-attivitajiet tal-aġenzija fi ħdan il-Parlament; jipproponi, barra minn hekk, li meta wieħed iqis ir-rwol tal-aġenziji bħala intermedjarji bejn l-UE u l-Istati Membri, ikun hemm perjodu ta' konsultazzjoni mal-parlamenti nazzjonali jekk ikunu jixtiequ jagħmlu kwalunkwe intervent dwar il-kwistjoni;

18.  Iqis li l-aġenziji tal-Unjoni għandhom japplikaw ir-regoli u l-prinċipji ta' governanza tajba u ta' tfassil aħjar tal-liġijiet, inkluż it-twettiq ta' konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta' proposti tagħhom għal atti sekondarji u terzjarji, fejn il-qasam tal-aġenzija jippermetti dan; jipproponi li l-aġenziji jkunu soġġetti għall-istess regoli ta' trasparenza bħall-Kummissjoni, inklużi r-regoli u l-obbligi fir-rigward tar-rappreżentanti interessati;

19.  Jenfasizza li, filwaqt li jiġi żgurat li l-kompiti kollha li jirriżultaw mill-qafas regolatorju jitwettqu b'mod sħiħ u fi żmien l-iskadenza, l-aġenziji tal-Unjoni għandhom josservaw b'attenzjoni l-kompiti tagħhom u jaġixxu skont il-mandati assenjati lilhom mill-Parlament u mill-Kunsill; iqis li huwa essenzjali li l-aġenziji tal-Unjoni jkunu trasparenti meta jwettqu l-mandati tagħhom;

20.  Jipproponi li l-aġenziji kollha għandhom ikunu kapaċi jissottomettu opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-fajls attwali li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom;

21.  Jemmen ukoll li fil-każ ta' kwalunkwe bidla futura għat-Trattati, għandha tingħata kunsiderazzjoni dwar kif l-aġenziji jistgħu jiġu msejsa b'mod aktar sod fit-Trattati, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 13 u 14 tat-TUE u l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE, billi tiżdied definizzjoni ċara tat-tipi differenti ta' aġenziji, is-setgħat li jistgħu jingħataw lilhom u l-prinċipji ġenerali li jiggarantixxu l-iskrutinju parlamentari tagħhom;

Kwistjonijiet baġitarji

22.  Jinnota li attwalment il-finanzjament tal-miżati tal-aġenziji jammonta għal madwar EUR 1 biljun fis-sena, li jista' jtaffi l-pressjoni fuq il-baġit tal-UE u jista' jkun mezz effikaċi għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-aġenzija f'każijiet fejn il-mudell kummerċjali jippermetti dan; jesprimi tħassib, madankollu, dwar il-kunflitti ta' interess potenzjali li jistgħu jinħolqu jekk l-aġenziji jkollhom jiddependu fuq il-miżati tas-sħubija bħala s-sors ewlieni ta' dħul tagħhom; jinsisti li miżuri ta' salvagwardja jkunu fis-seħħ sabiex jiġi evitat kwalunkwe tip ta' kunflitt ta' interess;

23.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-prijoritajiet il-ġodda dwar il-klima, is-sostenibbiltà u l-ħarsien tal-ambjent fil-QFP li jmiss u l-kompiti attribwiti lil aġenziji partikolari għall-implimentazzjoni ta' dan il-QFP;

24.  Jinnota li, anke jekk l-aġenziji deċentralizzati jixbhu 'l xulxin f'dak li jirrigwarda l-ġestjoni tal-baġit, irriżulta li approċċi uniformi li suppost jgħoddu għal kulħadd kienu ta' detriment għall-ġestjoni effiċjenti u effikaċi ta' ċerti aġenziji; iqis li l-mira ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal u r-riżerva għar-riallokazzjoni fost l-aġenziji bħala eżerċizzju ta' darba biss; itenni li biħsiebu jopponi kwalunkwe approċċ ta' dan it-tip fil-ġejjieni;

25.  Jinnota bi tħassib li għadd ta' aġenziji jsibuha diffiċli li jattiraw persunal kwalifikat minħabba l-kundizzjonijiet ta' impjiegi; jemmen li l-korpi tal-Unjoni jeħtieġ li jkunu f'pożizzjoni li jattiraw persunal kwalifikat sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effikaċi u effiċjenti; jitlob, għalhekk, li tittieħed azzjoni konkreta biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

26.  Jinnota li kooperazzjoni msaħħa bejn l-aġenziji fil-qsim tas-servizzi rriżultat fi ffrankar, eż. permezz tal-ħolqien ta' portal konġunt għall-akkwisti; iħeġġeġ aktar esplorazzjoni tal-potenzjal tal-qsim tas-servizzi, jew fost l-aġenziji jew inkella bejn il-Kummissjoni u l-aġenziji, bil-għan li jinħolqu sinerġiji ġodda u li dawk li diġà jeżistu jiġu ottimizzati; jemmen li, fejn applikabbli, tista' tinkiseb aktar effiċjenza baġitarja permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib fl-oqsma tal-appoġġ amministrattiv u s-servizzi tal-ġestjoni tal-faċilitajiet fost il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni li jinsabu qrib ħafna ta' xulxin;

27.  Jinnota li l-baġits tal-aġenziji għandhom jitħejjew bi qbil mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, fil-qies tal-għanijiet tal-aġenziji u r-riżultati mistennija tal-kompiti tagħhom; jitlob approċċ sistematiku fl-ibbaġitjar tal-aġenziji deċentralizzati bil-għan li l-kompiti tal-aġenziji jkunu aktar prijoritizzati, ikun hemm aktar kooperazzjoni u ma jitħalliex li jkun hemm trikkib, speċjalment fil-każ ta' aġenziji li jaħdmu fl-istess qasam ta' politika;

28.  Jinnota bi tħassib li għadd ta' rekwiżiti amministrattivi huma sproporzjonati għal aġenziji li ma laħqux ċertu daqs; jistenna li l-Kummissjoni u l-Kunsill jiżguraw li r-rekwiżiti amministrattivi applikabbli jkunu proporzjonati mar-riżorsi finanzjarji u umani tal-aġenziji kollha;

29.  Ifakkar li l-proċedura leġiżlattiva twassal għal modifiki fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni; jinnota bi tħassib li rapporti finanzjarji aġġornati ġeneralment isiru disponibbli biss fi tmiem il-proċedura leġiżlattiva, jekk qatt isiru disponibbli; ifakkar fiż-żewġ rwoli tal-Parlament u tal-Kunsill bħala awtorità leġiżlattiva u awtorità baġitarja;

30.  Jilqa' l-abbozz tat-test rivedut tal-abbozz tar-Regolament Finanzjarju Qafas għal aġenziji deċentralizzati elaborat mill-Kummissjoni u, b'mod partikolari, il-pjanijiet tagħha li ssaħħaħ il-governanza ta' dawn l-aġenziji deskritti f'dan il-kuntest;

31.  Isostni, madankollu, li għad hemm sensiela ta' kwistjonijiet mhux solvuti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien evalwazzjoni ta' dawk l-aġenziji li għandhom diversi postijiet, kif rakkomandat mill-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali, kif ukoll proposti għal fużjonijiet, għeluq u/jew trasferimenti possibbli ta' kompiti lill-Kummissjoni, abbażi ta' analiżi attenta u fil-fond u bl-użu ta' kriterji ċari u trasparenti, kif previst fit-termini ta' referenza tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali iżda li fir-realtà qatt ma ġew eżaminati sew minħabba n-nuqqas ta' proposti f'dan is-sens min-naħa tal-Kummissjoni;

32.  Jinnota li l-awditjar tal-aġenziji deċentralizzati għadu "taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-Qorti Il-Qorti tal-Awdituri, li tamministra l-proċeduri kollha meħtieġa amministrattivi u ta' akkwist u l-finanzjament tagħhom"; itenni li l-awditjar imwettaq minn awdituri tas-settur privat irriżulta f'żieda sinifikanti fil-piż amministrattiv fuq l-aġenziji u minħabba ż-żmien marbut mal-akkwist u mal-amministrazzjoni tal-kuntratti ta' awditjar, ħoloq nefqa addizzjonali, u b'hekk kompla żied il-piż fuq ir-riżorsi dejjem inqas tal-aġenziji; jenfasizza li huwa kruċjali li din il-kwistjoni tiġi riżolta f'konformità mal-approċċ komuni, fi ħdan il-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju qafas; jappella lill-partijiet kollha involuti f'din ir-reviżjoni sabiex jipprovdu ċarezza dwar din il-kwistjoni b'mod urġenti sabiex jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv eċċessiv;

o
o   o

33.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u lill-aġenziji deċentralizzati tal-UE.

Avviż legali