Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/0901(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0148/2019

Testi mressqa :

A8-0148/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2019 - 11.10
CRE 14/03/2019 - 11.10

Testi adottati :

P8_TA(2019)0212

Testi adottati
PDF 130kWORD 48k
Il-Ħamis, 14 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Ħatra ta' Sebastiano Laviola bħala membru ġdid tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
P8_TA-PROV(2019)0212A8-0148/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 t ta' Marzu 2019 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0021/2019 – C8-0042/2019 – 2019/0901(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 għall-ħatra tas-Sur Sebastiano Laviola bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0021/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0148/2019),

A.  billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) tar-Regolament għandhom jinħatru fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien ta' kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni finanzjarja, ir-regolamentazzjoni u r-riżoluzzjoni bankarja;

B.  billi minkejja l-obbligi stipulati fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u minkejja d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament biex ikun rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi preżentata lista ta' kandidati, il-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel; billi l-Parlament jiddispjaċih li n-nisa għadhom sottorappreżentati f'karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji u jitlob li din it-talba tiġi rispettata għan-nomina li jmiss; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

C.  billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fis-7 ta' Diċembru 2018 il-Kummissjoni adottat lista mqassra ta' kandidati għall-kariga ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament;

D.  billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-lista mqassra ġiet mgħoddija lill-Parlament;

E.  billi fit-30 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni adottat proposta biex taħtar lis-Sur Sebastiano Laviola bħala Membru tal-Bord u Direttur tal-Iżvilupp u l-Koordinazzjoni tal-Politika tar-Riżoluzzjoni fil-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u ttrażmettiet dik il-proposta lill-Parlament;

F.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji mbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

G.  billi fis-26 ta' Frar 2018, il-Kumitat organizza smigħ mas-Sur Sebastiano Laviola, li fih għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra tas-Sur Sebastiano Laviola bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Marzu 2019Avviż legali