Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/0801(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0144/2019

Testi mressqa :

A8-0144/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2019 - 11.11

Testi adottati :

P8_TA(2019)0213

Testi adottati
PDF 130kWORD 49k
Il-Ħamis, 14 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Ħatra ta' membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
P8_TA-PROV(2019)0213A8-0144/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (05940/2019 – C8-0050/2019 – 2019/0801(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2019 (05940/2012)(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2), it-tieni inċiż, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill Ewropew (C8‑0050/2019),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0144/2019),

A.  billi, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2019, il-Kunsill Ewropew ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra tas-Sur Philip R. Lane bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin, b'effett mill-1 ta' Ġunju 2019;

B.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, kif jirriżulta mill-Artikolu 130 tat-Trattat, tal-ħtieġa tal-indipendenza totali tal-BĊE; billi, fil-qafas ta' din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilu;

C.  billi l-Kumitat sussegwentement kellu seduta ta' smigħ mal-kandidat nominat fis-26 ta' Frar 2019, li matulha l-kandidat għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat;

D.  billi minkejja d-diversi talbiet li għamel il-Parlament Ewropew lill-Kunsill biex jerġa' jindirizza n-nuqqas ta' bilanċ bejn is-sessi fil-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, il-Parlament jiddeplora l-fatt li l-Kunsill Ewropew ma ħax din it-talba bis-serjetà u jitlob li din it-talba tiġi rispettata għan-nomina li jmiss; billi n-nisa għadhom sottorappreżentati f'karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra tas-Sur Philip R. Lane bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Marzu 2019Avviż legali