Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/0902(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0146/2019

Testi mressqa :

A8-0146/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2019 - 11.12

Testi adottati :

P8_TA(2019)0214

Testi adottati
PDF 130kWORD 48k
Il-Ħamis, 14 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Ħatra ta' José Manuel Campa bħala President tal-Awtorità Bankarja Ewropea
P8_TA-PROV(2019)0214A8-0146/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-ħatra tal-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (N8-0028/2019 – C8-0052/2019 – 2019/0902(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-għażla mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea tad-19 ta' Frar 2019, ta' José Manuel Campa bħala President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (C8–0052/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0146/2019),

A.  billi l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jipprevedi li l-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea għandu jinħatar fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u tas-swieq finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa ta' għażla;

B.  billi l-Awtorità Bankarja Ewropea fit-12 ta' Diċembru 2018 ippubblikat avviż ta' post battal għall-pożizzjoni ta' President tal-Awtorità; billi d-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet kienet il-11 ta' Jannar 2019;

C.  billi fil-5 ta' Frar 2019 il-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea adotta lista mqassra ta' kandidati għall-pożizzjoni ta' President tal-Awtorità;

D.  billi fid-19 ta' Frar 2019, il-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea għażel lil José Manuel Campa bħala President tal-Awtorità u informa lill-Parlament kif xieraq;

E.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat magħżul mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

F.  billi, fis-26 ta' Frar 2019, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' José Manuel Campa, li fiha hu għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

G.  billi minkejja d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament Ewropew f'nomini preċedenti biex jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi preżentata lista ta' kandidati, il-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel u jitlob li din it-talba tiġi rispettata għan-nomina li jmiss; billi n-nisa għadhom sottorappreżentati f'karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

1.  Japprova l-ħatra ta' José Manuel Campa bħala l-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea għal perjodu ta' ħames snin;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Bankarja Ewropea u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Marzu 2019Avviż legali