Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0379(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0042/2018

Testi mressqa :

A8-0042/2018

Dibattiti :

PV 25/03/2019 - 16
CRE 25/03/2019 - 16

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0227

Testi adottati
PDF 661kWORD 181k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Is-suq intern tal-elettriku ***I
P8_TA-PROV(2019)0227A8-0042/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) (COM(2016)0861 – C8-0492/2016 – 2016/0379(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0861),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0492/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mill-Bundestag Ġermaniż, mill-Parlament Spanjol, mis-Senat Franċiż, mill-Parlament Ungeriż, mill-Kunsill Federali Awstrijak, mis-Sejm Pollakk, mis-Senat Pollakk, mill-Kamra tad-Deputati Rumena, u mis-Senat Rumen, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1)

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017(2)

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(3),

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-13 ta’ Lulju 2017 mibgħuta mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0042/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 91.
(2) ĠU C 342, 12.10.2017, p. 79.
(3) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)
P8_TC1-COD(2016)0379

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) ġie emendat sostanzjalment diversi drabi. Peress li għandhom isiru aktar emendi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.

(2)  L-Unjoni tal-Enerġija għandha l-għan li tipprovdi lill-klijenti aħħarija, kemm jekk huma unità domestika kif ukoll negozju, b'enerġija mingħajr periklu, sigura, sostenibbli, kompetittiva u għall-but ta' kulħadd. Tradizzjonalment is-sistema tal-elettriku kienet iddominata b'monopolji integrati vertikalment u li ta' spiss kienu jkunu ta' proprjetà pubblika, b'impjanti kbar ċentralizzati tal-enerġija nukleari u tal-karburant fossili. Is-suq intern tal-elettriku, li ilu jiġi implimentat progressivament mill-1999, għandu l-mira li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha fl-Unjoni, opportunitajiet ġodda ta' negozju u aktar kummerċ transkonfinali sabiex jiġu żgurati gwadanji f'termini ta' effiċjenza, prezzijiet kompetittivi u standards ogħla ta' servizz, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista u għas-sostenibbiltà. Is-suq intern tal-elettriku żied il-kompetizzjoni, b'mod partikolari fil-livell bl-ingrossa u fil-kummerċ transżonali. Dan jibqa' l-pedament ta' suq effiċjenti fl-enerġija.

(3)  Bħalissa s-sistema tal-enerġija tal-Unjoni għaddejja mill-akbar bidla radikali tagħha matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin u s-suq tal-elettriku jinsab fil-qalba ta' din il-bidla. L-għan komuni li tiġi dekarbonizzata s-sistema tal-enerġija joħloq opportunitajiet u sfidi ġodda għall-parteċipanti fis-suq. Fl-istess ħin l-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu forom ġodda ta' parteċipazzjoni tal-konsumatur u ta' kooperazzjoni transkonfinali.

(4)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern tal-elettriku filwaqt li jinkludi r-rekwiżiti relatati mal-iżvilupp ta' enerġija rinnovabbli u mal-politika ambjentali, b'mod partikolari regoli speċifiċi għal ċerti tipi ta’ faċilitajiet li jiġġeneraw enerġija rinnovabbli, dwar l-ibbilanċjar tar-responsabbiltà, id-dispaċċ u d-dispaċċ mill-ġdid kif ukoll limitu massimu għall-emissjonijiet tas-CO2 tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni l-ġdida metatali kapaċità tkun soġġetta għal miżuri temporanji biex jiġi żgurat il-livell meħtieġ ta’ adegwatezza tar-riżorsi jiġifieri mekkaniżmi ta' kapaċità.

(5)  Elettriku minn sorsi rinnovabbli minn faċilitajiet żgħar ta' ġenerazzjoni tal-elettriku jenħtieġ li jingħataw dispaċċ ta' prijorità jew permezz ta' ordni ta' prijorità speċifika fil-metodoloġija ta' dispaċċ jew permezz ta' rekwiżiti legali jew regolatorji għall-operaturi tas-suq biex jipprovdu dan l-elettriku fis-suq. Id-dispaċċ ta' prijorità li ngħata fis-servizzi ta' tħaddim tas-sistema taħt l-istess kundizzjonijiet ekonomiċi jenħtieġ li jitqies bħala konformi ma' dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, id-dispaċċ ta' prijorità jenħtieġ li jitqies bħala kompatibbli mal-parteċipazzjoni fis-suq tal-elettriku tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

(6)  L-interventi Statali li ta' spiss ma jitfasslux b'mod koordinat, wasslu għal żieda fid-distorsjonijiet tas-suq tal-elettriku bl-ingrossa, b'konsegwenzi negattivi għall-investimenti u għall-kummerċ transkonfinali.

(7)  Fil-passat il-klijenti tal-elettriku kienu purament passivi, tant li ta' spiss kienu jixtru l-elettriku bi prezzijiet regolati li ma kellhom l-ebda relazzjoni diretta mas-suq. Fil-futur il-klijenti jridu jkunu f'pożizzjoni li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq, fuq l-istess livell mal-parteċipanti l-oħra fis-suq u hemm bżonn li jingħataw is-setgħa biex jimmaniġġjaw il-konsum tal-enerġija tagħhom. Sabiex jiġu integrati l-ishma dejjem akbar tal-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li s-sistema futura tal-elettriku tuża s-sorsi kollha disponibbli ta' flessibbiltà, b'mod partikolari soluzzjonijiet fin-naħa tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, u jenħtieġ li jagħmlu użu mid-diġitalizzazzjoni permezz tal-integrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi mas-sistema tal-elettriku. Biex tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni effettiva bl-aktar prezz baxx, jeħtieġ ukoll li s-sistema futura tal-elettriku tħeġġeġ l-effiċjenza fl-enerġija. Il-kisba tas-suq intern tal-enerġija permezz tal-integrazzjoni effikaċi tal-enerġija rinnovabbli tista' tixpruna l-investimenti fit-tul u tista' tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u l-qafas tal-klima u l-enerġija tal-2030, kif stipulat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2014 intitolata ‘Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu mill-2020 sal-2030’, u approvat fil-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014.

(8)  L-integrazzjoni akbar fis-suq u l-bidla għal produzzjoni tal-elettriku aktar volatili jeħtieġu sforzi akbar biex jikkoordinaw il-politiki tal-enerġija nazzjonali ma' dawk tal-pajjiżi ġirien u biex jużaw l-opportunitajiet tal-kummerċ transkonfinali tal-elettriku.

(9)  Ġew żviluppati oqfsa regolatorji li permezz tagħhom l-elettriku jista' jiġi kkummerċjalizzat fl-Unjoni kollha. Dak l-iżvilupp kien appoġġat bl-adozzjoni ta' diversi kodiċijiet tan-netwerk u ta' linji gwida għall-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku. Dawk il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-regoli tas-suq, it-tħaddim tas-sistema u l-konnessjoni tan-netwerk. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza sħiħa u tiżdied iċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li jiġu adottati l-prinċipji ewlenin tal-funzjonament tas-suq u tal-allokazzjoni tal-kapaċità fil-perjodi ta' żmien tas-suq tal-ibbilanċjar, tas-suq tal-istess ġurnata, tas-suq ta' ġurnata bil-quddiem u tas-suq forward, skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u inkorporati f'att uniku leġislattiv tal-Unjoni.

(10)  L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195(5) jistabbilixxi proċess fejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jistgħu jiddelegaw il-kompiti kollha tagħhom jew parti minnhom lil parti terza. Jenħtieġ li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jiddelegaw jibqgħu responsabbli mill-iżgurar tal-konformità ma’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jassenjaw kompiti u obbligi lil parti terza. Jenħtieġ li tali assenjazzjoni tkun limitata għall-kompiti u l-obbligi mwettqa fuq livell nazzjonali, (bħas-saldus-saldu tal-iżbilanċ). Jenħtieġ li l-limitazzjonijiet għal tali assenjazzjoni ma jwasslux għal tibdil żejjed fl-arranġamenti nazzjonali eżistenti. Madankollu, jenħtieġ li l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jibqgħu responsabbli għall-kompiti fdati lilhom taħt l-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6)(7).

(11)  F'dak li jirrigwarda s-swieq tal-ibbilanċjar, biex il-formazzjoni tal-prezzijiet tkun effiċjenti u ma toħloqx distorsjonijiet fl-akkwist ta' kapaċità tal-ibbilanċjar u enerġija tal-ibbilanċjar jenħtieġ li l-kuntratti ta' kapaċità tal-ibbilanċjar ma tiffissax il-prezz tal-enerġija tal-ibbilanċjar. Dan huwa mingħajr preġudizzju għas-sistemi ta' dispaċċ bl-użu ta' proċess integrat għall-iskedar skont ir-Regolament (UE) 2017/2195.

(12)  L-Artikoli 18, 30 u 32 tar-Regolament (UE) 2017/2195 jistabbilixxu li l-metodu tal-ipprezzar kemm għal prodotti standard kif ukoll speċifiċi għall-enerġija tal-ibbilanċjarjoħloq inċentivi pożittivi għall-parteċipanti fis-suq biex iżommu l-bilanċ tagħhom jew jgħinu biex jerġa' jinkiseb il-bilanċ tas-sistema fiż-żona tagħhom tal-prezz tal-iżbilanċ, u b’hekk jitnaqqsu l-iżbilanċi fis-sistema u l-kostijiet għas-soċjetà. Jenħtieġ li tali approċċi ta' pprezzar jimmiraw għal użu ekonomikament effiċjenti tar-rispons tad-domanda u riżorsi oħra tal-ibbilanċjar soġġett għal-limiti ta' sigurtà operazzjonali.

(13)  Jenħtieġ li l-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija tal-ibbilanċjar tiffaċilita l-funzjonament effiċjenti tas-suq tal-istess ġurnata sabiex il-parteċipanti fis-suq jingħataw l-opportunità li jibbilanċjaw lilhom infushom mill-aktar qrib possibbli għall-ħin reali, kif permess mill-ħin tal-għeluq tan-negozju għall-enerġija tal-ibbilanċjar kif pprovdut fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2195. Huma biss l-iżbilanċi li jkun għad fadal wara t-tmiem tas-suq tal-istess ġurnata li jenħtieġ li jiġu bbilanċjati mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fis-suq tal-ibbilanċjar. L-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2017/2195 jipprovdi wkoll għall-armonizzazzjoni tal-perjodu tas-saldu tal-iżbilanċ għal 15-il minuta fl-Unjoni. Dik l- armonizzazzjoni hija maħsubha sabiex tappoġġja kummerċ tal-istess ġurnata u trawwem l-iżvilupp ta' għadd ta' prodotti kummerċjali bl-istess żmien ta' konsenja.

(14)  Sabiex l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jkunu jistgħu jakkwistaw u jużaw kapaċità tal-ibbilanċjar b'mod effiċjenti, ekonomiku u bbażat fuq is-suq, jeħtieġ li titrawwem l-integrazzjoni tas-suq. F'dak ir-rigward, it-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2017/2195 stabbilixxa, tliet metodoloġiji li permezz tagħhom l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jistgħu jallokaw kapaċità transżonali għall-iskambju ta' kapaċità tal-ibbilanċjar u l-kondiviżjoni tar-riżervi, meta msejjes fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji: il-proċess ta' koottimizzazzjoni, il-proċess ta' allokazzjoni abbażi tas-suq u l-allokazzjoni bbażata fuq analiżi tal-effiċjenza ekonomika. Il-proċess ta' allokazzjoni koottimizzata għandu jsir fuq bażi ta' ġurnata bil-quddiem. B’kuntrast il-proċess ta' allokazzjoni bbażat fis-suq jista' jitwettaq meta l-kuntratt isir mhux aktar minn ġimgħa qabel l-għoti tal-kapaċità tal-ibbilanċjar u l-allokazzjoni tkun ibbażata fuq analiżi tal-effiċjenza ekonomika li tista’ titwettaq meta l-kuntratt isir aktar minn ġimgħa qabel l-għoti tal-kapaċità tal-ibbilanċjar dment li l-volumi allokati jkunu limitati u li titwettaq valutazzjoni kull sena. Ladarba l-metodoloġija għall-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali tiġi approvata mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, l-applikazzjoni bikrija ta’ dik il-metodoloġija minn żewġ operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jew aktar tkun tista' sseħħ biex jippermettu li tinkiseb l-esperjenza u biex tkun tista' tiġi applikata dik il-metodoloġija bla xkiel minn aktar operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-futur. Madankollu jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' tali metodoloġiji, tiġi armonizzata mill-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni sabiex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq.

(15)  It-Titlu V tar-Regolament (UE) 2017/2195 jistabbilixxi li l-objettiv ġenerali tas-saldu tal-iżbilanċ huwa li jiġi żgurat li l-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar iżommu l-bilanċ tagħhom jew jgħinu biex jiġi rrestawrat il-bilanċ tas-sistema b'mod effiċjenti u li jiġu prrovduti inċentivi għall-parteċipanti fis-suq jiġu inċentivati biex iżommu l-bilanċ fis-sistema jew jgħinu biex ireġġgħu il-bilanċ fis-sistema. Biex is-swieq tal-ibbilanċjar u s-sistema ġenerali tal-enerġija jkunu adatti għall-integrazzjoni ta' ishma dejjem akbar ta' sorsi ta’ enerġija rinnovabbli varjabbli, il-prezzijiet tal-iżbilanċ għandhom jirriflettu l-valur tal-enerġija f'ħin reali. Il-parteċipanti kollha fis-suq jenħtieġ li jkunu responsabbli finanzjarjament mill-iżbilanċi li jikkawżaw fis-sistema, li jirrappreżentaw id-differenza bejn il-volum allokat u l-pożizzjoni finali fis-suq. Rigward l-aggregaturi tar-rispons fin-naħa tad-domanda, il-volum allokat jikkonsisti mill-enerġija fiżikament attivat mit-tagħbija tal-konsumaturi parteċipanti, abbażi ta' kejl definit u metodoloġija bażi.

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222(8) jistabbilixxi linji gwida ddettaljati dwar l-allokazzjoni tal-kapaċitajiet transżonali u l-ġestjoni tal-konġestjoni fis-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata, inklużi r-rekwiżiti għall-istabbiliment ta' metodoloġiji komuni għad-determinazzjoni tal-volumi ta' kapaċità simultanji disponibbli bejn iż-żoni tal-offerti u l-kriterji biex tiġi vvalutata l-effiċjenza u proċess ta' reviżjoni biex jiġu ddefiniti ż-żoni tal-offerti. L-Artikoli 32 u 34 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 jistabbilixxu regoli dwar ir-reviżjoni tal-konfigurazzjoni taż-żoni tal-offerti, l-Artikoli 41 u 54 jistabbilixxu limiti armonizzati dwar il-prezzijiet massimi u minimi ta' kklirjar għal perjodi ta' żmien ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata, l-Artikolu 59 tiegħu, jistabbilixxi regoli dwar l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata, filwaqt li l-Artikolu 74 tiegħu, jistabbilixxi regoli dwar il-metodoloġiji ta' kondiviżjoni tal-ispejjeż tad-dispaċċ mill-ġdid u t-tpartit.

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719(9) jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali fis-swieq forward, dwar l-istabbiliment ta' metodoloġija komuni biex tiġi determinata l-kapaċità transżonali fit-tul, dwar l-istabbiliment ta' pjattaforma unika ta' allokazzjoni fil-livell Ewropew li toffri drittijiet tat-trażmissjoni għal żmien twil, u dwar il-possibbiltà li jingħataw lura d-drittijiet tat-trażmissjoni għal żmien twil għal allokazzjoni sussegwenti bil-quddiem tal-kapaċità jew li jiġu ttrasferiti d-drittijiet tat-trażmissjoni għal żmien twil bejn il-parteċipanti fis-suq. L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/1719 jistabbilixxi regoli dwar prodotti għall-iħħeġġjar bil-quddiem.

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/631(10) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja tal-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, jiġifieri għas-sistema interkonnessa, partikolarment fir-rigward tal-moduli tal-ġenerazzjoni sinkronika tal-enerġija, il-moduli ta' parks tal-enerġija u l-moduli ta' parks tal-enerġija fil-baħar. Dawk ir-rekwiżiti, jgħinu biex jiġu mħarsa l-kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni fis-suq intern tal-elettriku, biex tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistema u l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, u biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ fl-elettriku madwar l-Unjoni kollha. L-Artikoli 66 u 67 tar-Regolament (UE) 2016/631 jistabbilixxu regoli għat-teknoloġiji emerġenti fil-ġenerazzjoni tal-elettriku.

(19)  Żoni tal-offerti li jirriflettu d-distribuzzjoni tal-provvista u d-domanda huma s-sinsla tan-negozju tal-elettriku bbażat fuq is-suq u huma prerekwiżit għall-ilħuq tal-potenzjal sħiħ tal-metodi ta' allokazzjoni tal-kapaċità inkluż l-approċċ bbażat fuq il-fluss. Iż-żoni tal-offerti għaldaqstant għandhom jiġu definiti b'mod li jiġu żgurati likwidità fis-suq, ġestjoni effiċjenti tal-konġestjoni u effiċjenza globali tas-suq. Meta tiġi mnedija reviżjoni ta' konfigurazzjoni eżistenti taż-żona tal-offerti minn awtorità regolatorja waħda jew operatur tas-sistema ta' trażmissjoni bl-approvazzjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti tagħha, għaż-żoni tal-offerti fiż-żona ta' kontroll tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, jekk il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti għandha impatt negliġibbli fuq iż-żoni ta' kontroll tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tal-viċinat, inklużi l-interkonnetturi, u r-reviżjoni tal-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti hija meħtieġa biex tittejjeb l-effiċjenza, jiġu mmassimizzati l-opportunitajiet ta' kummerċ transkonfinali jew biex tinżamm is-sigurtà operazzjonali, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni biss fiż-żona ta' kontroll rilevanti u l-awtorità regolatorja kompetenti jenħtieġ li jkunu, rispettivament, l-uniku operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-unika awtorità regolatorja li jipparteċipaw fir-reviżjoni. L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni rilevanti u l-awtorità regolatorja kompetenti, jenħtieġ li jagħtu preavviż lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tal-viċinat tar-reviżjoni u jenħtieġ li r-riżultati tar-reviżjoni jiġu ppubblikati. Jenħtieġ li tkun possibbli li tkun imnedija reviżjoni taż-żona tal-offerti reġjonali wara r-rapport tekniku dwar il-konġestjoni f'konformità mal-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament jew skont il-proċeduri eżistenti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/1222.

(20)  Meta ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jwettqu kalkolu tal-kapaċità, jenħtieġ li dawn jimmassimizzaw il-kapaċità filwaqt li jikkunsidraw azzjonijiet korrettivi bla spejjeż u li jirrispettaw il-limiti ta' sigurtà operazzjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-Reġjun bil-Kapaċità Kalkolata. Fejn il-kalkolu ma jirriżultax f'kapaċità daqs jew ogħla mill-kapaċitajiet minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jqisu l-azzjonijiet disponibbli kollha ta' rimedju bl-ispejjeż biex iżidu l-kapaċità sal-kapaċitajiet minimi, inkluż il-potenzjal tad-dispaċċ mill-ġdid fir-reġjuni bil-kapaċità kalkolata u bejniethom, filwaqt li jirrispettaw il-limiti ta' sigurtà operazzjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-Reġjun bil-Kapaċità Kalkolata. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jenħtieġ li jirrapportaw b'mod preċiż u trasparenti dwar l-aspetti kollha tal-kalkolu tal-kapaċità skont dan ir-Regolament u jenħtieġ li jiżguraw li l-informazzjoni kollha mibgħuta liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali tkun preċiża u adatta għall-iskop.

(21)  Meta jwettqu kalkolu tal-kapaċità, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jikkalkulaw il-kapaċitajiet transżonali bl-użu ta' data minn operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jirrispettaw il-limiti tas-sigurtà operazzjonali taż-żoni ta' kontroll rispettivi tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jenħtieġ li jiddeċiedu li jiddevjaw mill-kalkolu tal-kapaċità kordinata meta l-implimentazzjoni tiegħu tirriżulta fi ksur tal-limiti ta' sigurtà operazzjonali ta' elementi tan-netwerk fiż-żona ta' kontroll tagħhom. Dawk id-devjazzjonijiet jenħtieġ li jiġu ssorveljati b'attenzjoni u rrapportati b'mod trasparenti biex jiġi evitat l-abbuż u jiġi żgurat li l-volum tal-kapaċità ta' interkonnessjoni li jkun disponibbli għall-parteċipanti tas-suq ma jkunx limitat biex isolvi l-konġestjoni f'żona tal-offerti. Fejn ikun hemm pjan ta' azzjoni fis-seħħ, il-pjan ta' azzjoni jenħtieġ li jqis id-devjazzjonijiet u jindirizza l-kawża tagħhom.

(22)  Jenħtieġ li l-prinċipji ewlenin tas-suq jistabbilixxu li l-prezzijiet tal-elettriku jridu jiġu stabbiliti skont id-domanda u l-provvista. Jenħtieġ li dawk il-prezzijiet jindikaw meta jkun meħtieġ l-elettriku, u b'hekk jipprovdu inċentivi tas-suq għall-investimenti f'sorsi flessibbli bħall-ġenerazzjoni flessibbli, l-interkonnessjoni, ir-rispons tad-domanda jew il-ħżin tal-enerġija.

(23)  Filwaqt li d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-elettriku, b'enerġija minn sorsi rinnovabbli li qed isiru parti importanti tas-suq, hija wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, huwa fundamentali li s-suq jelimina l-ostakoli eżistenti għall-kummerċ transkonfinali u jħeġġeġ l-investimenti fl-infrastruttura ta' appoġġ, pereżempju b'żieda fil-ġenerazzjoni flessibbli, l-interkonnessjoni, ir-rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija. Biex tiġi appoġġata din il-bidla lejn ġenerazzjoni varjabbli u distribwita u biex ikun żgurat li l-prinċipji tas-suq tal-enerġija jkunu l-bażi tas-swieq futuri tal-elettriku tal-Unjoni, huwa essenzjali li jkun hemm attenzjoni ġdida fuq is-swieq integrati tul perjodu qasir u fuq il-prezzijiet li jirriflettu n-nuqqas ta' domanda.

(24)  Is-swieq għal perjodu qasir jtejbu l-likwidità u l-kompetizzjoni għax permezz tagħhom aktar riżorsi se jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq, speċjalment dawk ir-riżorsi li huma aktar flessibbli. L-ipprezzar tal-iskarsezza effettiv se jħeġġeġ lill-parteċipanti fis-suq biex jirreaġixxu għas-sinjali tas-suq u biex ikunu disponibbli meta s-suq ikollu l-aktar bżonnhom u se jiżgura li dawn jistgħu jirkupraw il-kostijiet tagħhom fis-suq bl-ingrossa. Għalhekk huwa fundamentali li ▌jitneħħew il-limiti amministrattivi u impliċiti fuq il-prezzijiet sabiex ikun permess l-ipprezzar tal-iskarsezza. Hekk kif ikunu integrati għalkollox fl-istruttura tas-suq, is-swieq integrati tul perjodu qasir u l-ipprezzar tal-iskarsezza jikkontribwixxu għat-tneħħija ta' miżuri oħra li jikkawżaw distorsjoni fis-suq, bħall-mekkaniżmi ta' kapaċità sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Fl-istess ħin, l-ipprezzar tal-iskarsezza mingħajr limiti fuq il-prezzijiet tas-suq bl-ingrossa jenħtieġ li ma jipperikolax il-possibbiltà li jiġu offruti prezzijiet affidabbli u stabbli għall-klijenti aħħarija, b'mod partikolari għall-unitajiet domestiċi, l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-klijenti industrijali.

(25)  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-derogi għall-prinċipji fundamentali tas-suq, bħall-ibbilanċjar tar-responsabbiltà, id-dispaċċ ibbażat fuq is-suq jew ▌id-dispaċċ mill-ġdid, inaqqsu s-sinjali ta' flessibbiltà u jaġixxu bħala ostakolu għall-iżvilupp tas-soluzzjonijiet bħall-ħżin tal-enerġija, ir-rispons tad-domanda jew l-aggregazzjoni. Għalkemm id-derogi għadhom meħtieġa biex jiġi evitat il-piż amministrattiv mhux meħtieġ għal ċerti parteċipanti fis-suq, b'mod partikolari għall-klijenti domestiċi u għall-SMEs, id-derogi ġenerali li jkopru t-teknoloġiji kollha mhumiex konsistenti mal-għan li jinkiseb proċessi ta' dekarbonizzazzjoni effiċjenti u bbażati fuq is-suq, u għalhekk, jenħtieġ li tinbidel b'aktar miżuri mmirati.

(26)  Prekondizzjoni għal kompetizzjoni effettiva fis-suq intern tal-elettriku hija li jkun hemm tariffi mhux diskriminatorji, trasparenti u adegwati għall-użu tan-netwerks, fosthom il-linji ta' interkonnessjoni fis-sistema ta' trażmissjoni. ▌

(27)  It-tnaqqis mhux ikkoordinat tal-kapaċitajiet tal-interkonnetturi jillimitaw dejjem aktar l-iskambju tal-elettriku bejn l-Istati Membri u sar ostakolu serju għall-iżvilupp ta' suq intern tal-elettriku li jiffunzjona. Il-livell massimu tal-kapaċità ta' interkonnetturi u l-elementi kritiċi tan-netwerk jenħtieġ għaldaqstant li jsiru disponibbli, konformi mal-istandards ta' sigurtà tat-tħaddim tan-netwerk bla periklu inkluż ir-rispett għall-istandard tas-sigurtà għall-kontinġenzi (N-1). Madankollu, hemm xi limitazzjonijiet għall-issettjar tal-livell ta' kapaċità fi grilja mxibbka. Jeħtieġ li jiġi stabbilit livelli minimi ċari ta' kapaċità disponibbli għal kummerċ transżonali sabiex jitnaqqsu l-effetti ta' flussi ta' enerġija paralleli (loop flows) u l-konġestjonijiet interni fuq il-kummerċ transżonali u li jingħata valur tal-kapaċità prevedibbli għall-parteċipanti fis-suq. Fejn jintuża l-approċċ ibbażat fuq il-flussi, dik il-kapaċità minima jenħtieġ li tiddetermina s-sehem minimu tal-kapaċità ta' interkonnettur jew ta' element kruċjali tan-netwerk li jirrispetta l-limiti ta' sigurtà operazzjonali li jintuża bħala input għal kalkolu tal-kapaċità koordinata taħt ir-Regolament (UE) 2015/1222, filwaqt li jitqiesu l-kontinġenzi. Is-sehem li jifdal tal-kapaċità jista' jintuża għall-marġnijiet ta' affidabbiltà, għall-flussi ta' enerġija paralleli (loop flows) u għall-flussi interni. Barra minn hekk, fil-każ ta' problemi prevedibbli għall-iżgurar tas-sigurtà tal-grilja, jenħtieġ li jiġu aċċettati derogi għal fażi tranżizzjonali limitata. jenħtieġ li tali derogi jkunu akkumpanjati minn metodoloġija u proġetti li jipprevedu soluzzjoni fit-tul.

(28)  Il-kapaċità ta’ trażmissjoni li għaliha għandu japplika l-kriterju tal-kapaċità minima ta’ 70% fl-approċċ tal-kapaċità ta’ trażmissjoni netta (NTC) hija t-trażmissjoni massima ta’ enerġija attiva li tirrispetta l-limiti ta’ sigurtà operazzjonali u tqis il-kontinġenzi. Il-kalkolu kkoordinat ta’ din il-kapaċità jqis ukoll li l-flussi tal-elettriku huma mqassma b’mod irregolari bejn komponenti individwali u mhux biss iżidu l-kapaċitajiet tal-linji ta’ interkonnessjoni. Din il-kapaċità ma tqisx il-flussi tal-linja, il-flussi interni jew il-marġni tal-affidabbiltà li huma kkunsidrati fl-ambitu tat-30% li jifdal.

(29)  Huwa importanti li tkun evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta minn standards differenti ta' sigurtà, ta' tħaddim u ta' ppjanar użati minn operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-Istati Membri. Barra dan, jenħtieġ li jkun hemm trasparenza għall-parteċipanti fis-suq dwar il-kapaċitajiet disponibbli għat-trasferiment u l-istandards ta' sigurtà, ta' ppjanar u operazzjonali, li jaffettwaw il-kapaċitajiet disponibbli għat-trasferiment.

(30)  Sabiex l-investimenti neċessarji jitmexxew b'mod effiċjenti, jeħtieġ li l-prezzijiet jipprovdu wkoll sinjali fejn l-elettriku huwa l-aktar bżonjuż. F'sistema tal-elettriku żonali, is-sinjali ta' lokalizzazzjoni korretti jeħtieġu determinazzjoni koerenti, oġġettiva u affidabbli taż-żoni tal-offerti bi proċess trasparenti. Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim u l-ippjanar effiċjenti tan-netwerk tal-elettriku tal-Unjoni u biex jingħataw sinjali tal-prezzijiet effettivi għall-ġenerazzjoni tal-kapaċità, ir-rispons tad-domanda u l-infrastruttura tat-trażmissjoni ġodda, jenħtieġ li ż-żoni tal-offerta jirriflettu l-konġestjoni strutturali. B'mod partikolari, jenħtieġ li ma titnaqqasx il-kapaċità transżonali biex tissolva l-konġestjoni interna.

(31)  Biex jiġu riflessi l-prinċipji diverġenti tal-ottimizzazzjoni taż-żoni tal-offerti mingħajr ma jiġu pperikolati s-swieq likwidi u l-investimenti fil-grilja, jenħtieġ li jiġu previsti żewġ għażliet biex tiġi indirizzata l-konġestjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu bejn rikonfigurazzjoni taż-żona tal-offerti tagħhom jew miżuri bħall-infurzar tal-grilja u l-ottimizzazzjoni tal-grilja. Il-punt tat-tluq għal deċiżjoni bħal din jenħtieġ li jkun l-identifikazzjoni ta' konġestjonijiet strutturali fit-tul mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew mill-operaturi ta' Stat Membru, minn rapport min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku ("ENTSO tal-Elettriku") dwar il-konġestjoni jew minn reviżjoni taż-żona tal-offerti. Jenħtieġ li l-Istati Membri l-ewwel jippruvaw isibu soluzzjoni komuni dwar l-aħjar mod li bih jistgħu jiġu indirizzati l-konġestjoni. Waqt li jagħmlu dan l-Istati Membri jistgħu jadottaw pjanijiet ta' azzjoni multinazzjonali jew nazzjonali biex jindirizzaw il-konġestjoni. Għall-Istati Membri li jadottaw pjan ta' azzjoni biex jindirizzaw il-konġestjoni, jenħtieġ li japplika perjodu ta' introduzzjoni gradwali fil-forma ta' trajettorja lineari għall-ftuħ ta' interkonnetturi. Fi tmiem l-implimentazzjoni ta' tali pjan ta' azzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom possibbiltà li jiddeċiedu jekk jagħżlux rikonfigurazzjoni taż-żona(i) tal-offerti jew li jindirizzaw il-konġestjoni li fadal permezz ta’ azzjonijiet ta' rimedju li għalihom iġarrbu l-ispejjeż. Fil-każ tal-aħħar iż-żona tal-offerti tagħhom m’għandhiex tiġi rikonfigurata kontra r-rieda ta' dak l-Istat Membru, sakemm il-kapaċità minima tintlaħaq. Il-livell minimu ta' kapaċità li jenħtieġ li jintużaw fil-kalkolu tal-kapaċità koordinata jenħtieġ li jkun perċentwal tal-kapaċità ta' element kruċjali tan-netwerk, kif definit wara l-proċess tal-għażla skont ir-Regolament (UE) 2015/1222, wara, jew fil-każ ta’ approċċ ibbażat fuq il-fluss, filwaqt li jiġu rrispettati l-limiti ta' sigurtà operazzjonali f'sitwazzjoni ta' kontinġenza. Jenħtieġ li tkun possibbli deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti bħala miżura tal-aħħar rikors u jenħtieġ li tiġi emendata biss il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti f'dawk l-Istati Membri li jkunu għażlu qsim taż-żona tal-offerti jew li ma jkunux laħqu l-livell minimu tal-kapaċità.

(32)  Id-dekarbonizzazzjoni effiċjenti tas-sistema tal-elettriku bl-integrazzjoni tas-suq teħtieġ li jitneħħew l-ostakoli b'mod sistematiku għall-kummerċ transkonfinali biex tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq u biex b'hekk il-klijenti tal-enerġija tal-Unjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi tas-swieq tal-elettriku integrati u mill-kompetizzjoni.

(33)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi prinċipji bażiċi dwar l-istruttura tat-tariffi u l-allokazzjoni tal-kapaċità, waqt li jipprovdi għal adozzjoni ta' linji gwida li jelenkaw prinċipji u metodoloġiji oħrajn rilevanti, sabiex ikunu jistgħu jsiru adattamenti mgħaġġla għal ċirkostanzi li jkunu nbidlu.

(34)  Il-ġestjoni tal-problemi ta' konġestjoni jenħtieġ li tipprovdi sinjali ekonomiċi korretti lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u lill-parteċipanti fis-suq u li tkun ibbażata fuq mekkaniżmi tas-suq.

(35)  F'suq miftuħ u kompetittiv, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jenħtieġ li jkunu kompensati għall-kostijiet imġarrba b'konsegwenza li jippermettu l-użu tan-netwerks tagħhom għall-flussi transkonfinali minn operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni li minnhom joriġinaw flussi transkonfinali u mis-sistemi fejn jaslu dawk il-flussi.

(36)  Il-pagamenti u l-irċevuti li jirriżultaw mill-kumpens bejn l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jenħtieġ li jitqiesu meta t-tariffi tan-netwerks nazzjonali jkunu qegħdin jiġu stabbiliti.

(37)  L-ammont reali pagabbli għal aċċess transkonfinali jista' jvarja konsiderevolment, skont l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni involut u minħabba differenzi fl-istruttura tas-sistemi tat-tariffi applikati fl-Istati Membri. Ċertu element ta' armonizzazzjoni huwa għalhekk meħtieġ biex ikunu evitati d-distorsjonijiet fil-kummerċ.

(38)  Jenħtieġ li jkun hemm regoli dwar l-użu tad-dħul minn proċeduri għall-ġestjoni tal-konġestjoni, kemm-il darba n-natura speċifika tal-interkonnettur ikkonċernat tiġġustifika eżenzjoni minn dawn ir-regoli.

(39)  Biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn il-parteċipanti kollha fis-suq, jenħtieġ li t-tariffi tan-netwerk jiġu applikati b'mod li la jiddiskrimina b'mod pożittiv u lanqas b'mod negattiv fil-produzzjoni konnessa fil-livell ta' distribuzzjoni u tal-produzzjoni konnessa fil-livell ta' trażmissjoni, kemm . Jenħtieġ li t-tariffi tan-netwerkma jiddiskriminawx kontra l-ħżin tal-enerġija u ma joħolqux diżinċentivi għall-parteċipazzjoni fir-rispons tad-domanda jew jirrappreżentaw ostakolu għat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija.

(40)  Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-komparabbiltà fl-issettjar tat-tariffi meta l-armonizzazzjoni vinkolanti ma titqiesx adegwata, jenħtieġ li rapport tal-aħjar prattiċi dwar il-metodoloġiji tariffarji jinħareġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ("ACER") stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11)(12).

(41)  Biex jiġi żgurat l-aqwa investiment fil-grilja trans-Ewropea u tiġi indirizzata aħjar l-isfida meta ma jistgħux jinbdew proġetti interkonnessi b'mod vijabbli minħabba nuqqas ta' prijoritizzazzjoni fuq livell nazzjonali, jenħtieġ li l-użu tar-redditu mill-konġestjoni jiġi kkunsidrat mill-ġdid u jikkontribwixxi biex jiżgura d-disponibbiltà u jżomm jew iżid il-kapaċitajiet interkonnessi.

(42)  Sabiex tkun żgurata l-aħjar ġestjoni tan-netwerk tat-trażmissjoni tal-elettriku u jkun permess kummerċ u forniment ta' elettriku transkonfinali fl-Unjonijenħtieġ li jiġi stabbilit ENTSO għall-Elettriku . Il-kompiti tal-ENTSO għall-Elettriku jenħtieġ li jitwettqu skont ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni li jibqgħu applikabbli għad-deċiżjonijiet tal-ENTSO għall-Elettriku. Jenħtieġ li l-kompiti tal-ENTSO għall-Elettriku jkunu definiti sew u l-metodu ta' ħidma tiegħu jenħtieġ li jiżgura l-effiċjenza u t-trasparenza. Il-kodiċijiet tan-netwerk imħejjija mill-ENTSO għall-Elettriku mhumiex intenzjonati li jissostitwixxu l-kodiċijiet tan-netwerk nazzjonali meħtieġa għal kwistjonijiet mhux transkonfinali. Ladarba jista' jsir aktar progress effettiv permezz ta' azzjoni fuq livell reġjonali, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jenħtieġ li jistabbilixxu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva ta' kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li r-riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli ma' kodiċijiet tan-netwerk u ma' pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerks fuq perjodu ta' għaxar snin mhux vinkolanti għall-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu l-kooperazzjoni u jissorveljaw l-effettività tan-netwerk f'livell reġjonali. Il-kooperazzjoni f'livell reġjonali jenħtieġ li tkun kompatibbli mal-progress li jwassal għal suq intern kompetittiv u effiċjenti tal-elettriku.

(43)  Jenħtieġ li l-ENTSO tal-Elettriku jwettaq valutazzjoni soda fuq terminu medju u twil dwar l-adegwatezza tar-riżorsi fil-livell tal-Unjoni biex tipprovdi bażi oġġettiva għall-valutazzjoni tat-tħassib dwar l-adegwatezza. It-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi jikkonċerna l-fatt li l-indirizzi tal-mekkaniżmi ta' kapaċità jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi Ewropej. Dik il-valutazzjoni tista' tiġi kkomplementata minn valutazzjonijiet nazzjonali.

(44)  Il-metodoloġija għall-valutazzjoni fuq terminu ▌twil dwar l-adegwatezza tar-riżorsi (minn għaxar snin sa sena bil-quddiem) stabbilita f'dan ir-regolament għandha skop differenti mill-valutazzjonijiet ta’ adegwatezza staġjonali (ta' sitt xhur bil-quddiem) kif stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13). Il-valutazzjonijiet fuq terminu medju u twil jintużaw l-aktar biex jidentifikaw it-tħassib dwar l-adegwatezza u biex jivvalutaw il-ħtieġa ta' mekkaniżmi ta' kapaċità billi l-valutazzjonijiet ta’ adegwatezza staġjonali jintużaw biex jinfurmaw dwar ir-riskji fuq terminu qasir li jistgħu jinqalgħu fi żmien is-sitt xhur ta' wara, li x'aktarx jirriżultaw f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-elettriku. Barra minn hekk, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jwettqu wkoll valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza tar-riżorsi kif definiti fil- dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku. Dawk huma valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza fuq terminu qasir ħafna (minn ġimgħa sa ġurnata bil-quddiem) użati fil-kuntest tat-tħaddim tas-sistema.

(45)  Qabel l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta' kapaċità, jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw id-distorsjonijiet regolatorji li jikkontribwixxu għat-tħassib relatat dwar l-adegwatezza tar-riżorsi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jadottaw miżuri biex jeliminaw id-distorsjonijiet identifikati, u jenħtieġ li jadottaw perjodu ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-mekkaniżmi ta' kapaċità jenħtieġ li jiġu introdotti biss biex jindirizzaw il-problemi tal-adegwatezza li ma jistgħux jiġu solvuti billi jitneħħew dawn id-distorsjonijiet.

(46)  L-Istati Membri li beħsiebhom jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità jenħtieġ li jiksbu l-miri dwar l-adegwatezza tar-riżorsi abbażi ta’ proċess trasparenti u verifikabbli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-libertà li jistabbilixxu l-livell mixtieq tagħhom ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

(47)  Skont l-Artikolu 108 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha l-kompetenza esklużiva li tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mas-suq intern. Dik il-valutazzjoni jsir abbażi tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u skont id-dispożizzjonijiet rilevanti u l-linji gwida li l-Kummissjoni tista' tadotta għal dak il-għan. Dan ir-Regolament huwa bla preġudizzju għall-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni mogħtija mit-TFUE.

(48)  ▌Il-mekkaniżmi ta' kapaċità ▌li huma diġà fis-seħħ jenħtieġ li jiġu riveduti fid-dawl ta' dan ir-Regolament. ▌

(49)  ▌Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli dettaljati li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni transkonfinali effettiva fil-mekkaniżmi ta' kapaċità f'dan ir-Regolament. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jenħtieġ li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-produtturi interessati ▌fil-mekkaniżmi ta' kapaċità fi Stati Membri oħra. Għalhekk jenħtieġ li jikkalkulaw il-kapaċitajiet sa fejn hu possibbli l-parteċipazzjoni transkonfinali, jippermettu l-parteċipazzjoni u jikkontrollaw id-disponibbiltajiet. Jenħtieġ li l-awtoritajiet Regolatorji jinfurzaw ir-regoli transkonfinali fl-Istati Membri.

(50)  Jenħtieġ li l-mekkaniżmi ta' kapaċità ma jirriżultawx f’kumpens żejjed filwaqt li fl-istess ħin jenħtieġ li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li mekkaniżmi ta' kapaċità minbarra riżervi strateġiċi jiġu stabbiliti b'tali mod li jiżguraw li l-prezz imħallas għad-disponibbiltà awtomatikament ixaqleb lejn iż-żero meta l-livell ta' kapaċità li jkun profittabbli fuq is-suq tal-enerġija fl-assenza ta’ mekkaniżmu ta' kapaċità huwa mistenni li jkun adegwat biex jissodisfa l-livell ta' kapaċità mitlub.

(51)  Biex tappoġġa lill-Istati Membri u r-reġjuni li qed jiffaċċjaw sfidi soċjali, industrijali u ekonomiċi minħabba t-tranżizzjoni tal-enerġija, il-Kummissjoni stabbiliet inizjattiva għar-reġjuni b'intensità qawwija ta' faħam u ta' karbonju. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri inkluż, appoġġ finanzjarju mmirat biex jippermetti "tranżizzjoni ġusta" f'dawk ir-reġjuni, fejn disponibbli.

(52)  Fid-dawl tad-differenzi bejn is-sistemi nazzjonali tal-enerġija u il-limitazzjonijiet tekniċi tan-netwerks tal-elettriku eżistenti, l-aħjar approċċ biex jinkiseb il-progress fl-integrazzjoni tas-suq se jkun ta' spiss fuq livell reġjonali. Għaldaqstant jenħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effiċjenti, jenħtieġ li qafas regolatorju ġdid jipprovdi governanza reġjonali u sorveljanza regolatorja aktar b'saħħithom, anke billi tissaħħaħ is-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-ACER fir-rigward ta’ kwistjonijiet transkonfinali. Huwa possibbli li f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jkun hemmbżonn ukoll ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u jiġu limitati d-distorsjonijiet fis-suq.

(53)  Il-koordinazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-livell reġjonali ġiet ifformalizzata bil-parteċipazzjoni obbligatorja tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà ▌. Il-koordinazzjoni reġjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jenħtieġ li tiġi żviluppata aktar b'qafas istituzzjonali msaħħaħ permezz tal-istabbiliment taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali. L-istabbiliment ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jqis l-inizjattivi ta' koordinazzjoni reġjonali eżistenti jew ippjanati u jappoġġa t-tħaddim dejjem aktar integrat tas-sistemi tal-elettriku fl-Unjoni, filwaqt li jiżgura l-prestazzjoni effiċjenti u sigura tagħhom. Għal dik ir-raġuni, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-koordinazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni permezz taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali sseħħ madwar l-Unjoni. Meta l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun partikolari ma jkunux għadhom koordinati minn ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali eżistenti jew ippjanat, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ta' dak ir-reġjun jenħtieġ li jistabbilixxi jew jinnomina ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali.

(54)  Jenħtieġ li l-ambitu ġeografiku taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jippermetti li jkollhom kontribut effettiv għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fuq reġjuni u jenħtieġ li jwassal għal titjib fis-sigurtà tas-sistema u fl-effiċjenza tas-suq. Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jkollhom il-flessibbiltà li jwettqu l-kompiti tagħhom fir-reġjun bl-aħjar mod adattat għan-natura tal-kompiti individwali fdati lilhom.

(55)  Jenħtieġ li ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jwettqu kompiti li r-reġjonalizzazzjoni tagħhom iġġib valur miżjud meta titqabbel mal-kompiti li jitwettqu fil-livell nazzjonali. Il-kompiti taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jkopru l-kompiti mwettqa mill-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485(14) kif ukoll it-tħaddim addizzjonali tas-sistema, it-tħaddim tas-suq u l-kompiti tat-tħejjija għar-riskji. Il-kompiti mwettqa miċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li majinkludux it-tħaddim f'ħin reali tas-sistema tal-elettriku.

(56)  Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi għall-2030 u l-2050 stabbiliti fil-qafas ta' politika dwar il-klima u l-enerġija.

(57)  Jenħtieġ li ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jaġixxu primarjament fl-interess tat-tħaddim tas-sistema u tas-suq tar-reġjun ▌. Għaldaqstant, jenħtieġ li ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jiġu fdati bis-setgħat meħtieġa biex jikkoordinaw l-azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun tat-tħaddim tas-sistema għal ċerti funzjonijiet u bi rwol konsultattiv akbar għall-funzjonijiet li jifdal.

(58)  Ir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(59)  Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jiżgura li l-attivitajiet taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jiġu kkoordinati fil-konfini tar-reġjuni.

(60)  Sabiex jiżdiedu l-effiċjenzi fin-netwerk ta' distribuzzjoni tal-elettriku fl-Unjoni u biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib n mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-ENTSO għall-Elettriku, jenħtieġ li fl-Unjoni tiġi stabbilita entità Ewropea tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni (l-entità tal-UE għad-DSO). Jenħtieġ li l-kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO jiġu ddefiniti sew u l-metodu ta' ħidma tagħha jiżgura l-effiċjenza, it-trasparenza u r-rappreżentattività fost l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-entità tal-UE għad-DSO tikkoopera mill-qrib mal-ENTSO għall-Elettriku dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk, fejn ikun applikabbli, u li taħdem biex tipprovdi gwida dwar l-integrazzjoni, fost l-oħrajn tal-ġenerazzjoni distribwita u tal-ħżin tal-enerġija fin-netwerk ta' distribuzzjoni jew f'oqsma oħra relatati mal-ġestjoni tan-netwerk ta' distribuzzjoni. Jenħtieġ li l-entità tal-UE għad-DSO tqis ukoll debitament l-ispeċifiċitajiet inerenti għas-sistemi ta' distribuzzjoni konnessi downstream ma' sistemi tal-elettriku fuq gżejjer li mhumiex konnessi ma' sistemi oħra tal-elettriku permezz ta' interkonnetturi.

(61)  Jeħtieġ li jkun hemm aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni fost l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni biex jinħolqu kodiċijiet tan-netwerk biex jingħata u jiġi ġestit l-aċċess effettiv u trasparenti għan-netwerks ta' trażmissjoni transkonfinali, u biex jiżguraw l-ippjanar ikkoordinat u suffiċjentement bil-quddiem li jkollu viżjoni u l-evoluzzjoni teknika soda tas-sistema ta' trażmissjoni fl-Unjoni, inkluż il-ħolqien ta' kapaċitajiet ta' interkonnessjoni, b'attenzjoni xierqa għall-ambjent. Dawk il-kodiċijiet tan-netwerk jenħtieġ li jkunu konformi ma' linji gwida ta' qafas li ma jkunux vinkolanti u li jkunu żviluppati mill-ACER. Jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha rwol fir-reviżjoni tal-abbozz tal-kodiċijiet tan-netwerk, abbażi ta' kwistjonijiet ta' fatt, inkluż il-konformità tagħhom mal-linji gwida ta' qafas, u jenħtieġ li tkun tista' tirrakkomandahom għall-adozzjoni mill-Kummissjoni. L-ACER jenħtieġ ukoll li tivvaluta l-emendi proposti għall-kodiċijiet tan-netwerk u li tkun tista' tirrakkomandahom għall-adozzjoni mill-Kummissjoni. L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jenħtieġ li jħaddmu n-netwerks tagħhom skont dawk il-kodiċijiet tan-netwerk.

(62)  L-esperjenza fl-iżvilupp u fl-adozzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk uriet li huwa utli li tiġi ssimplifikata l-proċedura ta' żvilupp billi tikkjarifika li l-ACER għandha d-dritt tirrevedi l-abbozz tal-kodiċijiet tan-netwerk tal-elettriku qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni.

(63)  Biex jiġi assigurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-elettriku, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet għal proċeduri li jippermettu l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet u ta' linji gwida dwar, fost affarijiet oħra, it-tariffi u l-allokazzjoni tal-kapaċità mill-Kummissjoni filwaqt li jkun assigurat l-involviment tal-awtoritajiet regolatorji f'dak il-proċess, fejn xieraq permezz tal-assoċjazzjoni tagħhom fil-livell tal-Unjoni. L-awtoritajiet regolatorji, flimkien ma' awtoritajiet rilevanti oħrajn fl-Istati Membri, għandhom rwol importanti biex jikkontribwixxu għall-funzjonament xieraq tas-suq intern għall-elettriku.

(64)  Il-parteċipanti kollha fis-suq għandhom interess fil-ħidma mistennija mill-ENTSO għall-Elettriku. Għalhekk huwa essenzjali li jkun hemm proċess ta' konsultazzjoni effettiv u li l-istrutturi eżistenti li jitwaqqfu biex jiffaċilitaw u jissimplifikaw il-proċess ta' konsultazzjoni, pereżempju permezz ta' awtoritajiet regolaturi jew l-ACER, jenħtieġ li jkollhom rwol importanti.

(65)  Sabiex tkun żgurata aktar trasparenza dwar in-netwerk kollu ta' trażmissjoni tal-elettriku fl-Unjoni, jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jfassal, jippubblika u jaġġorna b'mod regolari pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq perjodu ta' għaxar snin, mhux vinkolanti, għall-Unjoni kollha. In-netwerks tat-trażmissjoni tal-elettriku vijabbli u l-interkonnessjonijiet reġjonali neċessarji li huma rilevanti minn perspettiva kummerċjali jew minn perspettiva ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija, jenħtieġ li jkunu inklużi fil-pjan ta' żvilupp tan-netwerk.

(66)  Jenħtieġ li jiġu xprunati l-investimenti fl-infrastruttura ewlenija ġdida filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern għall-elettriku. Sabiex jissaħħaħ l-effett pożittiv tal-interkonnetturi tal-kurrent dirett eżentati fuq il-kompetizzjoni u s-sigurtà tal-provvista, jenħtieġ li jiġi ttestjat l-interess fis-suq matul il-fażi ta' ppjanar tal-proġett u li jiġu adottati regoli tal-ġestjoni tal-konġestjoni. Meta l-interkonnetturi tal-kurrent dirett ikunu qegħdin fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, jenħtieġ li l-ACER, bħala l-aħħar mezz, tipproċessa t-talba għall-eżenzjoni sabiex jitqiesu aħjar l-implikazzjonijiet transkonfinali tagħha u jiffaċilitaw l-ipproċessar amministrattiv tagħha. Barra minn hekk, minħabba l-profil eċċezzjonali ta' riskju fil-bini ta' dawn il-proġetti kbar ta' infrastruttura eżentati, jenħtieġ li l-impriżi b'interessi ta' provvista u ta' produzzjoni jkunu jistgħu jgawdu minn deroga temporanja mir-regoli kollha ta' separazzjoni għall-proġetti kkonċernati. L-eżenzjonijiet mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) ikomplu japplikaw sad-data tal-iskadenza ppjanata kif deċiż fi-deċiżjoni ta' eżenzjoni mogħtija. Infrastruttura tal-elettriku fil-baħar b'funzjonalità doppja (l-hekk imsejħa "assi ibridi fil-baħar") li tikkombina t-trasport tal-enerġija mir-riħ fil-baħar lejn ix-xatt u l-interkonnetturi, jenħtieġ li tkun eliġibbli wkoll għal eżenzjoni bħal pereżempju fil-qafas tar-regoli applikabbli għal interkonnetturi ġodda tal-kurrent dirett. Fejn ikun meħtieġ, il-qafas regolatorju jenħtieġ li jikkunsidra b'mod xieraq is-sitwazzjoni speċifika ta' dawn l-assi sabiex jingħelbu l-ostakli għat-twettiq ta' assi ibridi offshore kosteffiċjenti mil-lat soċjetali.

(67)  Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fis-suq, jeħtieġ li l-parteċipanti tiegħu jkunu ċerti li min jabbuża jista' jkun soġġett għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħa li jinvestigaw b'mod effettiv l-allegazzjonijiet ta' abbuż tas-suq. Għaldaqstant jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għad-data li tipprovdi informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet operattivi meħuda mill-fornituri. Fis-suq tal-elettriku bosta deċiżjonijiet rilevanti jittieħdu mill-produtturi, li jenħtieġ li jżommu l-informazzjoni li għandha x'taqsam ma' dawk id-deċiżjonijiet, disponibbli u faċilment aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti għal perjodu fiss. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw b'mod regolari jekk l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jkunux konformi mar-regoli . Il-produtturi ż-żgħar mingħajr il-kapaċità reali ta' distorsjoni tas-suq jenħtieġ li jkunu eżentati minn dak l-obbligu.

(68)  L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. Tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi trattata b'mod kunfidenzjali mill-Kummissjoni. Fejn meħtieġ, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-opportunità titlob l-informazzjoni rilevanti direttament lill-impriża kkonċernata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti jkunu mgħarrfa.

(69)  L-Istati Membri jenħtieġ li jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Jenħtieġ li dawk il-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(70)  Jenħtieġ li l-Istati Membri, il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija u pajjiżi terzi oħra li japplikaw dan ir-Regolament jew li jagħmlu parti miż-żonasinkronika tal-Ewropa Kontinentali jikkooperaw mill-qrib dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-iżvilupp ta' reġjun ta' kummerċ fl-elettriku integrat u li ma jieħdu l-ebda miżura li tipperikola l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tal-elettriku jew tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Istati Membri u tal-Partijiet Kontraenti.

(71)  Fil-mument tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, kienu jeżistu biss ftit regoli għas-suq intern tal-elettriku fil-livell tal-Unjoni. Minn dakinhar, is-suq intern tal-Unjoni sar aktar kumpless minħabba l-bidla fundamentali li għaddejjin minnha s-swieq b'mod partikolari b'rabta mal-użu ta' produzzjoni ta' elettriku rinnovabbli varjabbli. Il-kodiċijiet u l-linji gwida tan-netwerk għalhekk saru estensivi u komprensivi u jinkludu kemm kwistjonijiet tekniċi kif ukoll ġenerali..

(72)   Sabiex jiġi żgurat il-livell minimu ta' armonizzazzjoni meħtieġ għall-funzjonament effettiv tas-suq, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward ta' elementi mhux essenzjali ta' ċerti oqsma speċifiċi li huma fundamentali għall-integrazzjoni tas-suq. Jenħtieġ li dawk l-atti jinkludu l-adozzjoni u l-emenda ta' ċerti kodiċijiet tan-netwerk u linji gwida fejn dawn jissupplimentaw ir-Regolament, il-kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-awtoritajiet regolatorji, il-kontibuzzjonijiet finanzjarji bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, ▌kif ukoll l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' eżenzjoni għall-interkonnetturi l-ġodda. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti,u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016(16) dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(73)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17). Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni.

(74)  Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-provvediment ta' qafas armonizzat għall-iskambji transkonfinali tal-elettriku, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(75)  Għal raġunijiet ta' koerenza u ċertezza legali, jenħtieġ li l-ebda dispożizzjoni f'dan ir-Regolament ma tipprevjeni l-applikazzjoni tad-derogi li joħorġu minn [l-Artikolu 66] tad-Direttiva (UE) 2019/…(18).

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jimmira li:

(a)  jistabbilixxi l-bażi biex jinkisbu b'mod effiċjenti l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u b'mod partikolari il-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030 bis-sinjali tas-suq li jwasslu għal aktar effiċjenza, sehem akbar tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, sigurtà tal-provvista, flessibbiltà, sostenibbiltà, dekarbonizzazzjoni u innovazzjoni;

(b)  l-prinċipji fundamentali stabbiliti għal swieq tal-elettriku integrati li jiffunzjonaw tajjeb, li jippermettu lill-fornituri tar-riżorsi u lill-klijenti tal-elettriku kollha jkollhom aċċess mhux diskriminatorju għas-suq , jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi, jiżguraw il-kompetittività fis-suq globali kif ukoll jitolbu rispons tad-domanda u l-effiċjenza fl-enerġija, u jiffaċilitaw l-aggregazzjoni tad-domanda u tal-provvista distribwiti, ▌ u jippermettu l-integrazzjoni settorjali u tas-suq u r-remunerazzjoni bbażata fuq is-suq tal-elettriku ġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

(c)  regoli ġusti stabbiliti għall-iskambji transkonfinali tal-elettriku, u b'hekk titkabbar il-kompetizzjoni fis-suq intern tal-elettriku, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tas-swieq nazzjonali u reġjonali. Jinkludi t-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' kumpens għal flussi transkonfinali tal-elettriku u l-istabbiliment ta' prinċipji armonizzati dwar l-imposti tat-trażmissjoni transkonfinali u l-allokazzjoni ta' kapaċitajiet disponibbli ta' interkonnessjonijiet bejn sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali;

(d)  jiffaċilita l-iżvilupp ta' suq bl-ingrossa li jiffunzjona tajjeb u li jkun trasparenti, li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà tal-provvista tal-elettriku, u jipprovdi għal mekkaniżmi biex jarmonizza r-regoli għall-iskambji transkonfinali tal-elettriku.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

2.  Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “Interkonnettur” tfisser linja ta 'trasmissjoni li taqsam jew tifrex ma fruntiera bejn l-Istati Membri u li tgħaqqad is-sistemi ta' trasmissjoni nazzjonali tal-Istati Membri;

(2)  "awtoritàt regolatorja" tfisser l-awtorità regolatorja nominati minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva(EU) 2019/…(19);

(3)  "fluss transkonfinali" tfisser fluss fiżiku tal-elettriku fuq netwerk ta' trażmissjoni ta' Stat Membru li jirriżulta mill-impatt tal-attività ta' produtturi, klijenti, jew it-tnejn li huma, barra dak l-Istat Membru fuq in-netwerk ta' trażmissjoni tiegħu;

(4)  "konġestjoni" tfisser sitwazzjoni fejn it-talbiet kollha mill-parteċipanti fis-suq biex isir kummerċ bejn żoni tan-netwerk ma jistgħux jintlaqgħu peress li kieku jaffettwaw b'mod sinifikanti l-flussi fiżiċi tal-elementi tan-netwerk li ma jistgħux jakkomodaw dawk il-flussi;

(5)  "interkonnettur ġdid" tfisser xi interkonnettur li ma jkunx tlesta sal-4 ta' Awwissu 2003;

(6)  "konġestjoni strutturali" tfisser konġestjoni fis-sistema ta' trażmissjoni li hi kapaċi li tiġi definita mingħajr ambigwità, hija prevedibbli, ġeografikament stabbli tul iż-żmien u li terġa' sseħħ ta' spiss skont kundizzjonijiet normali tas-sistema tal-elettriku;

(7)  "operatur tas-suq" tfisser entità li tipprovdi servizz li permezz tagħha l-offerti għall-bejgħ tal-elettriku jitqabblu mal-offerti għax-xiri tal-elettriku;

(8)  "operatur nominat tas-suq tal-elettriku" jew "NEMO" tfisser operatur tas-suq innominat mill-awtorità kompetenti biex iwettaq kompiti relatati mal-akkoppjament singolu ta' ġurnata bil-quddiem jew mal-akkoppjament singolu tal-istess ġurnata;

(9)  "valur tat-tagħbija mitlufa" tfisser stima f'euro/MWh tal-prezz massimu tal-elettriku li l-klijenti huma lesti li jħallsu biex jevitaw l-indisponibbiltà tal-elettriku;

(10)  "ibbilanċjar" tfisser l-azzjonijiet u l-proċessi kollha, fil-perjodi kollha ta' żmien, li permezz tagħhom l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jiżguraw, b'mod kontinwu, iż-żamma tal-frekwenza tas-sistema f'firxa tal-istabbiltà predefinita u l-konformità mal-ammont ta' riservi meħtieġa fir-rigward tal-kwalità meħtieġa;

(11)  "enerġija ta' bbilanċjar" tfisser l-enerġija użata mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni biex iwettqu l-ibbilanċjar;

(12)  "fornitur tas-servizz ta' bbilanċjar" tfisser parteċipant fis-suq li jipprovdi l-enerġija ta' bbilanċjar jew il-kapaċità ta' bbilanċjar, jew it-tnejn li huma, lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(13)  "kapaċità ta' bbilanċjar" tfisser il-volum ta' kapaċità li fornitur tas-servizz ta' bbilanċjar ikun qabel li jżomm u li fir-rigward tiegħu l-fornitur tas-servizz ta' bbilanċjar ikun qabel li jippreżenta offerti għall-volum korrispondenti ta' enerġija ta' bbilanċjar lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għat-tul kollu tal-kuntratt;

(14)  "parti inkarigata mill-ibbilanċjar" tfisser parteċipant fis-suq jew ir-rappreżentant magħżul tiegħu responsabbli mill-iżbilanċi tiegħu fis-suq tal-elettriku;

(15)  "perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ" tfisser l-unità temporali li għaliha huwa kkalkulat l-iżbilanċ tal-partijiet inkarigati mill-ibbilanċjar;

(16)  "prezz tal-iżbilanċ" tfisser il-prezz, kemm jekk pożittiv, żero kif ukoll negattiv, f'kull perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ għal żbilanċ f'kull direzzjoni;

(17)  "żona tal-prezz tal-iżbilanċ" tfisser iż-żona li fiha jiġi kkalkulat il-prezz tal-iżbilanċ;

(18)  "proċess ta' prekwalifikazzjoni" tfisser il-proċess biex tiġi vverifikata l-konformità ta' fornitur tal-kapaċità ta' bbilanċjar mar-rekwiżiti stabbiliti mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(19)  "kapaċità ta' riserva" tfisser l-ammont ta' riservi ta' konteniment tal-frekwenza, ta' riservi tar-restawr tal-frekwenza jew ta' riservi ta' sostituzzjoni li jeħtieġ li jkunu disponibbli għall-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni;

(20)  "dispaċċ ta' prijorità" tfisser, firrigward tal-mudell tal-awtodispaċċ , id-dispaċċ tal-impjanti tal-elettriku abbażi ta' kriterji differenti mill-ordni ekonomika tal-offerti u b’rigward, il-mudell ta' dispaċċ ċentralizzat, id-dispaċċ ta’impjanti tal-enerġija abbażi ta’kriterji li huma differenti mill-ordni ekonomika tal-offerti u mil-limitazzjonijiet tan-netwerk li jagħtu prijorità lid-dispaċċ ta' ġenerazzjoni partikolari tat-teknoloġiji;

(21)  "reġjun bil-kapaċità kalkolata" tfisser iż-żona ġeografika li fiha jiġi applikat il-kalkolu tal-kapaċità koordinata;

(22)  "mekkaniżmu ta' kapaċità" tfisser miżura temporanja biex tiġi żgurata l-kisba tal-livell ta' adegwatezza tar-riżorsi meħtieġ mir-riżorsi għar-remunerazzjoni għad-disponibbiltà tagħhom u li teskludi l-miżuri relatati mas-servizzi anċillari jew mal-ġestjoni tal-konġestjoni;

(23)  "koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja" tfisser koġenerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20);

(24)  "proġett ta' dimostazzjoni" tfisser proġett li juri teknoloġija bħala l-ewwel waħda tat-tip tagħha fl-Unjoni u li tirrappreżenta innovazzjoni sinifikanti li tmur lil hinn mit-teknoloġija l-aktar avvanzata;

(25)   "parteċipant fis-suq" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, li qed tiġġenera, tixtri jew tbigħ l-elettriku, is-servizzi ta' rispons tad-domanda jew il-ħżin, inkluż it-tqegħid ta' ordnijiet għall-kummerċ, f'wieħed jew f'iktar mis-swieq tal-elettriku inkluż is-swieq tal-enerġija tal-ibbilanċjar;

(26)  "dispaċċ mill-ġdid" tfisser miżura, inkluż tnaqqis, li hija attivata minn operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta’ trasmissjoni jew operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni permezz tal-modifika tal-mudell ta' ġenerazzjoni, tat-tagħbija, jew it-tnejn sabiex jinbidlu l-flussi fiżiċi fis-sistema tal-elettriku u tittaffa konġestjoni fiżika jew li tiġi żgurata s-sigurtà;

(27)  "skambju kompensatorju" tfisser skambju transżonali mibdi minn operaturi tas-sistema bejn żewġ żoni tal-offerti biex tittaffa l-konġestjoni fiżika;

(28)  "faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija" tfisser faċilità li taqleb l-enerġija primarja f'enerġija elettrika u li tikkonsisti f'modulu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija wieħed jew aktar konness ma' netwerk;

(29)  "mudell ta' dispaċċ ċentralizzat" tfisser mudell ta' skedar u ta' dispaċċ fejn l-iskedi tal-ġenerazzjoni u l-iskedi tal-konsum, kif ukoll id-dispaċċ ta' faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u faċilitajiet tad-domanda, b'referenza għall-faċilitajiet li jistgħu jkunu suġġetti għal dispaċċ, jiġu determinati minn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fi ħdan il-proċess integrat għall-iskedar.

(30)  "mudell tal-awtodispaċċ" tfisser mudell ta' skedar u ta' dispaċċ fejn l-iskedi tal-ġenerazzjoni u l-iskedi tal-konsum, kif ukoll id-dispaċċ ta' faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u faċilitajiet tad-domanda huma determinati mill-aġenti tal-iskedar ta' dawk il-faċilitajiet.

(31)  "prodott standard tal-ibbilanċjar" tfisser prodott tal-ibbilanċjar armonizzat definit mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjonikollha għall-iskambju ta' servizzi ta' bbilanċjar;

(32)  "prodott speċifiku tal-ibbilanċjar" tfisser prodott ta’ bbilanċjar differenti minn prodott standard ta’ bbilanċjar;

(33)  "operatur delegat" tfisser entità li lilha ġew delegati kompiti jew obbligi speċifiċi fdati lil operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew operatur nominat tas-suq tal-elettriku skont dan ir-Regolament jew kwalunkwe atti legali tal-Unjoni oħrajn minn dak l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew NEMO jew li ġew assenjati lilha minn Stat Membru jew awtorità regolatorja;

(34)  'klijent' tfisser klijent kif iddefinit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(35)  'klijent finali' tfisser klijent finali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (21)(UE) 2019/...+;

(36)  'klijent bl-ingrossa' tfisser klijent bl-ingrossa kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(37)  'klijent domestiku' tfisser klijent domestiku kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(38)  'intrapriża żgħira' tfisser intrapriża żgħira kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(39)  ‘klijent attiv’ tfisser klijent attiv kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE)2019/...+;

(40)  ‘swieq tal-elettriku’ tfisser swieq tal-elettriku kif definiti fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(41)  ‘provvista’ tfisser provvista kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(42)  ‘kuntratt ta’ provvista ta’ elettriku’ tfisser kuntratt ta’ provvista ta’ elettriku kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...(22);

(43)  ‘aggregazzjoni’ tfisser aggregazzjoni kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(44)  ‘rispons għad-domanda’ tfisser rispons għad-domanda kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(45)  ‘sistema ta' kejl intelliġenti’ tfisser sistema ta' kejl intelliġenti kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(46)  ‘interoperabilità’ tfisser interoperabilità kif definita fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(47)  ‘distribuzzjoni’ tfisser distribuzzjoni kif definita fil-punt (28) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(48)  ‘operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni’ tfisser operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(49)  ‘effiċjenza tal-enerġija’ tfisser effiċjenza tal-enerġija kif definita fil-punt (30) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(50)  ‘enerġija minn sorsi rinnovabbli’ jew ‘enerġija rinnovabbli’ tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(51)  ‘ġenerazzjoni distribwita’ tfisser ġenerazzjoni distribwita kif definita fil-punt (32) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(52)  ‘trażmissjoni’ tfisser trażmissjoni kif definita fil-punt (34) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(53)  ‘operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni’ tfisser operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni kif definit fil-punt (35) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...(23);

(54)  ‘utent tas-sistema’ tfisser utent tas-sistema kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(55)  ‘ġenerazzjoni’ tfisser ġenerazzjoni kif definita fil-punt (37) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(56)  ‘produttur’ tfisser produttur kif definit fil-punt (38) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(57)  ‘sistema interkonnessa’ tfisser sistema interkonnessa kif definita fil-punt (40) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(58)  ‘sistema iżolata żgħira’ tfisser sistema iżolata żgħira kif definita fil-punt (42) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(59)  ‘sistema żgħira konnessa’ tfisser sistema żgħira konnessa kif definita fil-punt (43) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(60)  ‘servizz anċillari’ tfisser servizz anċillari kif definit fil-punt (48) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(61)  ‘servizz anċillari mhux tal-frekwenza’ tfisser servizz anċillari mhux tal-frekwenza kif definit fil-punt (49) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(62)  ‘ħażna tal-enerġija’ tfisser ħażna tal-enerġija kif definita fil-punt (59) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+;

(63)  'ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali' tfisser ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali kif stabbilit fl-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament;(64) ‘suq tal-enerġija bl-ingrossa’ tfisser suq tal-enerġija bl-ingrossa kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24);

(65)  ‘żona tal-offerti’ tfisser l-akbar żona ġeografika li fiha l-parteċipanti tas-suq ikunu jistgħu jinnegozjaw l-enerġija mingħajr allokazzjoni tal-kapaċità;

(66)  ‘“allokazzjoni tal-kapaċità’ tfisser l-attribuzzjoni tal-kapaċità transżonali;

(67)  ‘żona ta’ kontroll’ tfisser parti koerenti tas-sistema interkonnessa, imħaddma minn operatur waħdieni tas-sistema u għandha tinkludi t-tagħbijiet fiżiċi konnessi u/jew l-unitajiet tal-ġenerazzjoni, jekk ikun hemm;

(68)  ‘kapaċità kkoordinata tat-trażmissjoni netta’ tfisser metodu għall-kalkolu tal-kapaċità bbażat fuq il-prinċipju tal-valutazzjoni u tad-definizzjoni ex-ante ta’ skambju kummerċjali ta’ enerġija massima bejn żoni tal-offerti kontigwi;

(69)  ‘element ta’ netwerk kritiku’ tfisser element ta’ netwerk fi ħdan żona tal-offerti jew bejn iż-żoni tal-offerti meħuda f’kunsiderazzjoni fil-proċess ta’ kalkolu tal-kapaċità, b’tali mod li jiġi llimitat l-ammont ta’ enerġija li tista’ tiġi skambjata;

(70)  ‘kapaċità transżonali’ tfisser kemm is-sistemi interkonnessi jkunu jistgħu jakkomodaw it-trasferiment tal-enerġija bejn iż-żoni tal-offerti;

(71)  ‘unità ta’ ġenerazzjoni’ tfisser ġeneratur waħdieni tal-elettriku li jappartjeni għal unità ta’ produzzjoni.

Kapitolu II

Regoli ġenerali għas-suq tal-elettriku

Artikolu 3

Prinċipji dwar it-tħaddim tas-swieq tal-elettriku

1.  L-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji , l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, ▌ l-operaturi tas-suq u l-operaturi delegati għandhom jiżguraw li s-swieq tal-elettriku jitħaddmu skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)  il-prezzijiet għandhom jiġu stabbiliti abbażi tad-domanda u l-provvista;

(b)  ir-regoli tas-suq għandhom jinkoraġġixxu l-formazzjoni libera tal-prezzijiet u għandhom jevitaw l-azzjonijiet li jipprevjenu l-formazzjoni tal-prezzijiet abbażi tad-domanda u l-provvista ▌;

(c)  ir-regoli tas-suq għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' ġenerazzjoni aktar flessibbli, ġenerazzjoni sostenibbli b'livell baxx ta' karbonju, u domanda aktar flessibbli;

(d)  il-klijenti għandhom jitħallew jibbenefikaw minn opportunitajiet tas-suq u minn kompetizzjoni akbar tas-swieq tal-konsumaturi u għandhom jingħataw is-setgħa jaġixxu bħala parteċipanti fis-suq tal-enerġija u fit-tranżizzjoni tal-enerġija;

(e)  il-parteċipazzjoni fis-suq tal-klijenti finali u tal-impriżiżgħar għandha ssir bl-aggregazzjoni tal-ġenerazzjoni minn faċilitajiet multipli ta' ġenerazzjoni ta’enerġija jew ta' tagħbija minn faċilitajiet ta' rispons għal domanda multipla biex jipprovdu offerti konġunti fuq is-suq tal-elettriku u jitħaddmu b'mod konġunt fis-sistema tal-elettriku, f’konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni;

(f)  ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku u b'hekk tal-ekonomija, inkluż billi jippermettu l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u jipprovdu inċentivi għall-effiċjenza fl-enerġija;

(g)  ir-regoli tas-suq għandhom iwasslu għal inċentivi xierqa ta' investiment għall-ġenerazzjoni, b'mod partikolari għal investimenti fit-tul f’ sistema tal-elettriku dekarbonizzata u sostenibbli, il-ħżin tal-enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija, ir-rispons tad-domanda, u għandhom jiffaċilitaw tal-kompetizzjoni ġusta biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq u b'hekk jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

(h)  għandhom jitneħħew b'mod progressiv l-ostakoli għall-flussi transkonfinali tal-elettriku bejn iż-żoni tal-offerti jew l-Istati Membri u għat-tranżazzjonijiet transkonfinali fis-swieq tal-elettriku u tas-servizzi relatati;

(i)  ir-regoli tas-suq għandhom jipprovdu għall-kooperazzjoni reġjonali meta tkun effettiva;

(j)   ▌ il-ġenerazzjoni, il-ħzin u r-rispons għad-domanda siguri u sostenibbli tal-enerġija għandhom jipparteċipaw fis-suq fuq bażi ugwali, skont ir-rekwiżiti previsti fil-liġi tal-Unjoni;

(k)  il-produtturi kollha għandhom ikunu direttament jew indirettament responsabbli għall-bejgħ tal-elettriku li jiġġeneraw;

(l)  ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu l-iżvilupp ta' proġetti ta' dimostrazzjoni f'sorsi, teknoloġiji jew sistemi ta' enerġija sostenibbli, siguri u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju li għandhom jitwettqu u jintużaw għall-benefiċċju tas-soċjetà;

(m)  ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dispaċċ effiċjenti tal-assi ta' ġenerazzjoni, ta' ħżin tal-enerġija u tar-rispons tad-domanda;

(n)  ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dħul u l-ħruġ tal-impriżi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, tal-ħżin tal-enerġija u tal-provvista tal-elettriku skont il-valutazzjoni ta’dawk l-impriżi tal-vijabbiltà finanzjarja u ekonomika tal-operazzjonijiet tagħhom;

(o)  sabiex il-parteċipanti fis-suq ikunu protetti kontra r-riskji ta' volatilità tal-prezzijiet abbażi tas-suq u tittaffa l-inċertezza fuq ir-redditu futur fuq l-investiment, l-prodotti ta' ħħeġġjar fit-tul għandhom ikunu kummerċjabbli fil-Borża b'mod trasparenti u l-kuntratti ta' provvista fit-tul tal-elettriku għandhom ikunu negozjabbli barra l-Borża, soġġetti għall-konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni

(p)  Ir-regoli tas-suq għandhom jiffaċilitaw il-kummerċ tal-prodotti madwar l-Unjoni, u l-bidliet regolatorji għandhom iqisu l-effetti fuq is-swieq u l-prodotti forward u futuri kemm fuq terminu qasir kif ukoll fuq terminu twil;

(q)  il-parteċipanti fis-suq għandhom id-dritt li jiksbu aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni b'kundizzjonijiet oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.

Artikolu 4

Tranżizzjoni ġusta

Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri li jimplimentaw strateġija nazzjonali għat-tnaqqis progressiv tal-kapaċità eżistenti ta' ġenerazzjoni tal-enerġija permezz tal-faħam u ta' karburanti fossili solidi oħra u l-estrazzjoni bil-mezzi kollha disponibbli li tippermetti "tranżizzjoni ġusta" fir-reġjuni affettwati minn tibdil strutturali. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-impatti soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni għall-enerġija nadifa.

Il-Kummissjoni għandha taħdem fi sħubija mill-qrib mal-partijiet interessatitar-reġjuni b'intensità qawwija ta' faħam u ta' karbonju, għandha tiffaċilita l-aċċess għall-fondi u l-programmi disponibbli u l-użu tagħhom, u tħeġġeġ skambju ta' prattiki tajba, inklużi diskussjonijiet dwar il-pjanijiet direzzjonali industrijali u l-ħtiġijiet ta' taħriġ mill-ġdid.

Artikolu 5

Responsabbiltà għall-ibbilanċjar

1.  Il-parteċipanti kollha fis-suq għandhom ▌ikunu responsabbli ▌mill-iżbilanċi li jikkawżaw fis-sistema (‘responsabbiltà għall-ibbilanċjar’). Għal dak l-għan, il-parteċipanti fis-suq għandhom ikunu partijiet inkarigati mill-ibbilanċjar jew jiddelegaw b'mod kuntrattwali r-responsabbiltà tagħhom lil parti inkarigata mill-ibbilanċjar tal-għażla tagħhom. Kull parti responsabbli għall-ibbilanċjar għandha tkun finanzjarjament responsabbli mill-iżbilanċi tagħha u għandha tagħmel ħilitha biex tkun ibbilanċjata jew għandha tgħin lis-sistema tal-elettriku tkun ibbilanċjata.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu derogi mir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar biss għal:

(a)  proġetti ta' dimostrazzjoni għal teknoloġiji innovattivi, soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, sakemm dawk id-derogijkunu limitati għaż-żmien u għall-miżura li hija meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet ta' dimostrazzjoni;

(b)  faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli ▌b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 500 kW;

(c)  installazzjonijiet li jibbenefikaw minn appoġġ ipprovdut mill-Kummissjoni taħt ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE u kkummissjonati qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, jipprovdu inċentivi lill-parteċipanti fis-suq li huma eżentati kompletament jew parzjalment mill-ibbilanċjar tar-responsabbiltà, biex jaċċettaw l-ibbilanċjar sħiħ tar-responsabbiltà ▌.

3.  Meta Stat Membru jipprovdi deroga skont l-Artikolu 5(2), huwa għandu jiżgura li r-responsabbiltàt finanzjarja tal-iżbilanċi tintrefa’ minn parteċipant ieħor fis-suq.

4.  Għall-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija kkummissjonati mill-1 ta' Jannar 2026, il-punt (b) tal-paragrafu 2 għandu japplika biss għall-ġenerazzjoni ta' installazzjonijiet li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli ▌b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 200 kW.

Artikolu 6

Suq tal-ibbilanċjar

1.  Is-swieq tal-ibbilanċjar, inkluż il-proċessi ta' prekwalifikazzjoni, għandhom jiġu organizzati b'tali mod li:

(a)  jiżguraw in-nondiskriminazzjoni effettiva bejn il-parteċipanti fis-suq filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tekniċi differenti tas-sistema tal-elettriku u l-kapaċitajiet tekniċi differenti tas-sorsi ta' ġenerazzjoni, il-ħżin tal-enerġija u r-rispons tad-domanda;

(b)  jiżguraw li s-servizzi huma definiti b’mod trasparenti u teknoloġikament newtrali u huma akkwistati b’mod trasparenti ibbażat fuq is-suq;

(c)  jiżguraw aċċess nondiskriminatorju għall-parteċipanti kollha tas-suq, individwalment jew b’mod aggregati, inkluż għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli varjabbli, ir-rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija;

(d)  jirrispettaw il-ħtieġa li jakkomodaw l-ishma dejjem akbar ta' ġenerazzjoni varjabbli kif ukoll iż-żieda fir-rispons tad-domanda u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda.

2.  Il-prezz tal-enerġija tal-ibbilanċjar ma għandux jiġi determinat minn qabel f'kuntratti għall-kapaċità tal-ibbilanċjar. Il-proċessi ta' akkwist għandhom ikunu trasparenti skont l-Artikolu 40(4) tad-Direttiva (UE) 2019/…(25), filwaqt li tipproteġi l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

3.  Skont l-Artikolu 17, is-swieq tal-ibbilanċjar għandhom jiżguraw is-sigurtà operazzjonali filwaqt li jippermettu l-użu massimu u l-allokazzjoni effiċjenti tal-kapaċità transżonali fil-limiti kollha ta' żmien.

4.  ▌Is-saldu tal-enerġija tal-ibbilanċjar għall-prodotti tal-ibbilanċjar standard u speċifiċi għandu jkun ibbażat fuq l-ipprezzar marġinali, (ħlas skont il-prezz ta' kklirjar), sakemm l-awtoritajiet regolatorji kollha ma jkunux approvaw metodu tal-ipprezzar alternattiv abbażi ta' proposta konġunta mill-operaturi kollha tas-sistemi ta' trażmissjoni wara analiżi li turi li dak il-metodu tal-ipprezzar alternattiv huwa aktar effiċjenti.

Il-parteċipanti fis-suq għandhom jitħallew jitfgħu l-offerti tagħhom kemm jista' jkun qrib tal-ħin reali, u l-ħin tal-għeluq tan-negozju għall-enerġija tal-ibbilanċjar m'għandux jippreċedi l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata▌.

L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li japplikaw mudell ta' dispaċċ ċentralizzat jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali skont il-linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku adottata abbażi tal-Artikolu 6(11) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

5.  L-iżbilanċi għandhom jiġu saldati bi prezz li jirrifletti l-valur tal-enerġija fil-ħin reali.

6.  Żona tal-prezz tal-iżbilanċ għandha tkun daqs żona tal-offerti, għajr f'każ ta' mudell ta' dispaċċ ċentralizzat, fejn iż-żona tal-prezz tal-iżbilanċ tista' tikkostitwixxi parti miż-żona tal-offerti.

7.  Id-dimensjoni tal-kapaċità ta' riserva għandha titwettaq mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u għandha tkun iffaċilitata fuq livell reġjonali▌.

8.  L-akkwist tal-kapaċità ta’ bbilanċjar għandu jitwettaq mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u jkun iffaċilitat fuq livell reġjonali u r-riserva tal-kapaċità transkonfinali għal dak l-għan tista' tiġi limitata. L-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar għandu jkun ibbażat fuq is-suq u organizzat b'tali mod li ma jkunx diskriminatorju bejn il-parteċipanti fis-suq fil-proċess, skont l-Artikolu 40(4) tad-Direttiva (UE) 2019/…(26), sew jekk il-parteċipanti fis-suq jipparteċipawx b’mod individwali jew b’mod aggregat.

L-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar għandu jkun ibbażat fuq suq primarju sakemm u sa fejn l-awtorità regolatorja tkun pprovdiet għal deroga biex tippermettil-użu ta' forom oħra ta' akkwist ibbażat fuq is-suq fuq il-bażi ta' nuqqas ta' kompetizzjoni fis-suq għas-servizzi tal-ibbilanċjar. Id-derogi mill-obbligu fuqhom jiġi ibbażat l-akkwist ta’ kapaċità ta’ bbilanċjar fuq l-użu tas-swieq primarji għandhom jiġu riveduti kull tliet snin.

9.  L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar 'il fuq u tal-kapaċità ta' bbilanċjar 'l isfel għandhom jitwettqu b'mod separat, sakemm l-awtorità regolatorja ma tapprovax deroga minn dan il-prinċipju abbażi li dan jirriżulta f'effiċjenza ekonomika ogħla kif muri minn valutazzjoni mwettqa mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni. Il-kuntratti tal-kapaċità tal-ibbilanċjar m’għandhomx jiġu konklużi iktar minn jum qabel l-għoti tal-kapaċità ta' bbilanċjar u l-perjodu ta' kkuntrattar m’għandux ikollu perjodu itwal minn ġurnata, sakemm u sa fejn l-awtorità regolatorja tkun approvat kuntratti preċedenti jew perjodi ta' kuntrattar itwal biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista jew biex titjieb l-effiċjenza ekonomika.

Meta tingħata deroga, għal mill-inqas 40 % tal-prodotti ta’ bbilanċjar standard u minimu ta' 30 % tal-prodotti użati kollha għall-kapaċità tal-ibbilanċjar, l-kuntratti għall-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom jiġu konklużi għal mhux aktar minn jum qabel l-għoti tal-kapaċità tal-ibbilanċjar u l-perjodu ta' kuntrattar m’għandux ikun itwal minn ġurnata. Il-kuntrattar tal-bqija tal-kapaċità ta' bbilanċjar għandu jitwettaq għal perjodu massimu ta' xahar qabel il-forniment tal-kapaċità ta' bbilanċjar u għandu jkollu perjodu kuntrattwali massimu ta' xahar.

10.  Fuq talba tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, l-awtorità regolatorja tista' testendi l-perjodu kuntrattwali tal-parti li jifdal tal-kapaċità ta' bbilanċjar imsemmi fil-paragrafu 9 għal perjodu massimu ta' tnax-il xahar dment li tali deċiżjoni hija limitata fiż-żmien, u li l-effetti pożittivi f'termini ta' tnaqqis tal-ispejjeż għall-klijenti finali ikunu akbar mill-impatti negattivi fuq is-suq.

It-talba għandha tinkludi:

(a)  il-perjodu ta' żmien speċifiku li matulu għandha tapplika l-eżenzjoni;

(b)  il-volum speċifiku ta' kapaċità ta' bbilanċjar li għalih għandha tapplika l-eżenzjoni;

(c)  analiżi tal-impatt ta' l-eżenzjoni fuq il-parteċipazzjoni ta' riżorsi ta' bbilanċjar; u

(d)  ġustifikazzjoni għall-eżenzjoni li turi li tali eżenzjoni twassal għal spejjeż aktar baxxi għall-kijenti finali.

11.  Minkejja l-paragrafu 10, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2026, perjodi kuntrattwali m'għandhomx ikunu itwal minn sitt xhur.

12.  Sal-1 ta' Jannar 2028, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni u l-ACER il-perċentwal tal-kapaċità totali koperta minn kuntratti jew akkwist b’-perjodi ta' żmien li humaitwal minn ġurnata.

13.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jew l-operaturi delegati tagħhom għandhom jippubblikaw, kemm jista' jkun qrib il-ħin reali iżda b’ dewmien wara l-konsenja ta’ mhux aktar minn 30 minuta, is-sistema attwali tal-ibbilanċjar taż-żoni ta' skedar tagħhom, il-prezzijiet stmati tal-iżbilanċ u l-prezzijiet stmati tal-enerġija ta' bbilanċjar.

14.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jistgħu, meta l-prodotti tal-ibbilanċjar standard ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw is-sigurtà operazzjonali jew fejn xi riżorsi tal-ibbilanċjar ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fis-suq tal-ibbilanċjar permezz ta' prodotti tal-ibbilanċjar standard jipproponu, u l-awtoritajiet regolatorji jistgħu japprovaw, eżenzjonijiet mill-paragrafi 2 u 4 għal prodotti tal-ibbilanċjar speċifiċi li jiġu attivati lokalment mingħajr ma jiġu skambjati ma' operaturi oħra tas-sistema ta' trażmissjoni.

Il-proposti għal derogi għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-miżuri proposti sabiex jiġi minimizzat l-użu ta' prodotti speċifiċi soġġetti għall-effiċjenza ekonomika, id-dimostrazzjoni li l-prodotti speċifiċi ma joħolqux ineffiċjenzi u distorsjonijiet sinifikanti fis-suq tal-ibbilanċjar jew fiż-żona tal-iskedar kif ukoll barra minnha kif ukoll, fejn applikabbli, ir-regoli u l-informazzjoni għall-proċess għall-konverżjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti speċifiċi f'offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti standard.

Artikolu 7

Is-suq ta' ġurnata bil-quddiem u s-suq tal-istess ġurnata

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u n-NEMOs għandhom jorganizzaw b'mod konġunt il-ġestjoni tas-swieq integrati ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata skont r-Regolament (UE) 2015/1222. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ln-NEMOs għandhom jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni jew, meta jkun aktar xieraq, fuq bażi reġjonali sabiex jimmassimizzaw l-effiċjenza u l-effettività tal-kummerċ ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata tal-elettriku tal-Unjoni. L-obbligu ta' kooperazzjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Fil-funzjonijiet tagħhom relatati mal-kummerċ fl-elettriku, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u n-NEMOs għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza regolatorja mill-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 59 tad-Direttiva (UE) 2019/…(27) u l-ACER skont l-Artikoli 4 u 8 tar-Regolament (UE) 2019/…(28).

2.  Is-suq ta' ġurnata bil-quddiem u s-suq tal-istess ġurnata għandhom:

(a)  ikunu organizzati b'tali mod li ma jkunux diskriminatorji;

(b)  jimmassimizzaw l-abilità tal-parteċipanti kollha fis-suq li jimmaniġġjaw l-iżbilanċi;

(c)  jimmassimizzaw l-opportunitajiet għall-parteċipanti kollha fis-suq biex jipparteċipaw fil-kummerċ transżonali kemm jista' jkun qrib il-ħin reali fiż-żona tal-offerti kollha;

(d)  jipprovdu prezzijiet li jirriflettu l-prinċipji fundamentali tas-suq, inkluż il-valur tal-enerġija fil-ħin reali, li fuqhom l-parteċipanti fis-suq ikunu jistgħu jserrħu fuqhom meta jaqblu dwar l-iħħeġġjar tal-prodotti fuq perjodu itwal ta' żmien;

(e)  jiżguraw is-sigurtà operazzjonali filwaqt li jippermettu li jsir l-aħjar użu mill-kapaċità tat-trażmissjoni;

(f)  ikunu trasparenti u fl-istess ħin jipproteġu l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva u jiżguraw li l-kummerċ isir b'mod anonimu;

(g)  ma jagħmlu l-ebda distinzjoni bejn il-kummerċ li jsir fiż-żona tal-offerti u dak li jsir madwar iż-żoni tal-offerti; u

(h)   ikunu organizzati b'tali mod li jiżguraw li l-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jaċċessaw għas-suq b'mod individwali jew b'mod aggregat.

Artikolu 8

Kummerċ fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem u fis-suq tal-istess ġurnata

1.  In-NEMOs għandhom iħallu lill-parteċipanti fis-suq jikkummerċjalizzaw l-enerġija kemm jista' jkun qrib tal-ħin reali, u mill-inqas sal-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata ▌.

2.  In-NEMOs għandhom jipprovdu lill-parteċipanti fis-suq bl-opportunità li jikkummerċjalizzaw fl-enerġija f'intervalli ta' żmien li jkunu qosra mill-inqas daqs il-perjodu tas-saldu tal-iżbilanċ kemm fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem kif ukoll fis-suq tal-istess ġurnata.

3.  In-NEMOs għandhom jipprovdu għall-kummerċ fis-swieq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata prodotti li huma ta' daqs żgħir biżżejjed, b'daqsijiet massimi tal-offerti ta' 500 kW jew inqas, biex jippermettu l-parteċipazzjoni effettiva tar-rispons fin-naħa tad-domanda, tal-ħżin tal-enerġija u tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira, inkluż parteċipazzjoni direttamill-konsumaturi.

4.  Sal-1 ta' Jannar 2025, il-perjodu tas-saldus-saldu tal-iżbilanċ għandu jkun ta' 15-il minuta fiż-żoni kollha ta' skedar, sakemm l-awtoritajiet regolatorji ma jkunux taw deroga jew eżenzjoni. Id-derogi jingħataw biss sal-31 ta' Diċembru 2024. Mill-1 ta’ Jannar 2025, il-perjodu tas- saldu tal-iżbilanċ ma għandux ikun aktar minn 30 minuta meta tingħata eżenzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha ta' żona sinkronika .

Artikolu 9

Swieq forward

1.  F’ konformita’ ,mar-Regolament (UE) 2016/1719, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippubblikaw drittijiet ta' trażmissjoni ta' terminu twil jew ikollhom fis-seħħ miżuri ekwivalenti li jippermettu lill-parteċipanti fis-suq, inkluż sidien ta' faċilitajiet ta' ġenerazzjoni ta' enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli, biex jiħħeġġjaw ir-riskji fil-prezz fil-konfini taż-żona tal-offerti, sakemm valutazzjoni tas-suq bil-quddiem fuq il-konfini taż-żona tal-offerti, imwettqa mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti ma turix li hemm opportunitajiet suffiċjenti ta' ħħeġġjar fiż-żoni tal-offerti kkonċernati.

2.  Id-drittijiet ta' trażmissjoni ta' terminu twil għandhom ikunu allokati b'mod trasparenti, ibbażat fuq is-suq u nondiskriminatorju permezz ta' pjattaforma unika ta' allokazzjoni. ▌

3.  Soġġetti għall-konformità mal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, l-operaturi tas-suq għandhom ikunu liberi li jiżviluppaw prodotti għall-iħħeġġjar bil-quddiem, inklużi għal perjodu twil biex jipprovdu lill-parteċipanti fis-suq, inkluż is-sidien ta' faċilitajiet ta' ġenerazzjoni ta’ enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli, b'possibbiltajiet xierqa ta' ħħeġġjar tar-riskji finanzjarji kontra l-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet. L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu li tali-attivitajiet ta' ħħeġġjar ikunu limitati għal kummerċ fl-Istat Membru jew fiż-żona tal-offerti.

Artikolu 10

Limiti tekniċi tal-offerti

1.  Ma għandu jkun hemm la limitu massimu u lanqas limitu minimu tal-prezz tal-elettriku bl-ingrossa ▌. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika, fost l-oħrajn, għall-offerti u l-ikklirjar fil-perjodi kollha ta' żmien u tinkludi l-enerġija ta' bbilanċjar u l-prezzijiet tal-iżbilanċ, mingħajr preġudizzju għal-limiti tekniċi tal-prezzijiet li jistgħu jiġu applikati fil-perjodu ta' żmien tal-ibbilanċjar u għall-perjodi ta' żmien ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata skont il-paragrafu 2.

2.  In-NEMOs jistgħu japplikaw limiti armonizzati fuq il-prezzijiet massimi u minimi ta' kklirjar għall-perjodi ta' żmien ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata▌. Dawk il-limiti għandhom ikunu għoljin biżżejjed sabiex ma jirrestrinġux bla bżonn il-kummerċ, għandhom jiġu armonizzati għas-suq intern u għandhom jqisu l-valur massimu tat-tagħbija mitlufa. In-NEMOs għandhom jimplimentaw mekkaniżmu trasparenti biex jaġġusta b'mod awtomatiku l-limiti tekniċi tal-offerta fi żmien dovut f'każ li l-limiti stabbiliti jkunu mistennija li jintlaħqu. Il-limiti l-għolja aġġustati għandhom jibqgħu applikabbli sakemm ikunu jenħtieġu aktar żidiet skont dak il-mekkaniżmu.

3.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma għandhom jieħdu l-ebda miżura bil-għan li jinbidlu l-prezzijiet bl-ingrossa. ▌

4.  L-awtoritajiet regolatorji jew, fejn Stat Membru ħatar awtorità kompetenti oħra għal dak l-iskop, dawn l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jidentifikaw il-politiki u l-miżuri applikati fit-territorju tagħhom li jistgħu jikkontribwixxu biex jillimitaw b'mod indirett il-formazzjoni tal-prezzijiet bl-ingrossa, anki bil-limitazzjoni tal-offerti relatati mal-attivazzjoni tal-enerġija ta' bbilanċjar, tal-mekkaniżmi ta' kapaċità, miżuri mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, miżuri maħsuba biex jisfidaw ir-riżultati tas-suq, jew biex jipprevjenu l-abbuż tal-pożizzjonijiet dominanti jew taż-żoni tal-offerti ddefiniti b'mod ineffiċjenti.

5.  Meta awtorità regolatorja jew awtorità kompetenti maħtura tidentifika politika jew miżura li tista' tgħin biex tillimita l-formazzjoni tal-prezzijiet bl-ingrossa, din għandha tieħu l-azzjonijiet kollha xierqa biex telimina jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex tillimita l-impatt ta’ dik il-politika jew miżura fuq l-imġiba tal-offerti. L-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport lill-Kummissjoni sa … [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ] li jagħti dettalji dwar il-miżuri u l-azzjonijiet li ħadu jew li beħsiebhom jieħdu.

Artikolu 11

Valur tat-tagħbija mitlufa

1.  Sa … [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] fejn meħtieġ għall-iffissar ta' standard ta' affidabbiltà skont l-Artikolu 25 l-awtoritajiet regolatorji jew fejn Stat Membru ħatar awtorità kompetenti oħra għal dak l-iskop, tali awtoritajiet kompetenti nnominati għandhom jiddeterminaw stima unika tal-valur tat-tagħbija mitlufa għat-territorju tagħhom ▌. Dik l-istima għandha ▌tkun disponibbli għall-pubbliku. L-awtoritajiet regolatorji jew awtoritajiet kompetenti oħra maħtura jistgħu jistabbilixxu stimi differenti għal kull żona tal-offerti jekk ikollhom iktar minn żona waħda tal-offerti fit-territorju tagħhom. Meta żona tal-offerti tkun tikkonsisti minn territorji ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet regolatorji jew awtoritajiet kompetenti nominati oħra kkonċernati għandhom jistabbilixxu stima ta’ valur tat-tagħbija mitlufa unika għal dik iż-żona tal-offerti. Fl-istabbiliment tal-valur tat-tagħbija mitlufa, l-awtoritajiet regolatorji jew awtoritajiet kompetenti oħra maħtura għandhom japplikaw il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 23(6).

2.  Awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet kompetenti maħtura għandhom jaġġornaw l-istima tal-valur tat-tagħbija mitlufa tagħhom mill-inqas kull ħames snin jew meta josservaw bidla sinifikanti.

Artikolu 12

Dispaċċ tar-rispons ta' ġenerazzjoni u tad-domanda

1.  Id-dispaċċ tal-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija u tar-rispons tad-domanda għandu jkun nondiskriminatorju, trasparenti u, sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont l-Artikolu 12(2) sa (6), ibbażat fuq is-suq.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jsir id-dispaċċ tal-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, l-operaturi tas-sistema għandhom jajagħtu dispaċċ ta’ prijorità lill-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti t-tħaddim sikur tas-sistema tal-elettriku nazzjonali, fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti u nondiskriminatorji u fejn tali faċilitajiet li jiġġeneraw l-enerġija huma jew:

(a)  faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli ▌ u għandhom kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 400 kW; jew

(b)  proġetti ta' dimostrazzjoni għat-teknoloġiji innovattivi, soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, bil-kondizzjoni li tali prijorità tkun limitata għaż-żmien u għall-miżura meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tad-dimostrazzjoni.

3.   Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax id-dispaċċ ta' prijorità għal faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 li t-tħaddim tagħhom jibda mill-inqas sitt xhur wara dik id-deċiżjoni, jew li japplika livell kapaċità minima aktar baxxa minn dik stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu (2), sakemm:

(a)  is-swieq tal-istess ġurnata li jiffunzjonaw tajjeb u oħrajn bl-imnut u tal-ibbilanċjar u li dawk is-swieq ikunu kompletament aċċessibbli għall-parteċipanti kollha fis-suq skont dan ir-Regolament;

(b)  ir-regoli tad-dispaċċ mill-ġdid u l-ġestjoni tal-konġestjoni jkunu trasparenti għall-parteċipanti kollha tas-suq;

(c)  il-kontribuzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru lejn il-mira globali vinkolanti tal-Unjoni għal sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29) u l-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30) hija mill-inqas daqs ir-riżultat korrispondenti tal-formula stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1999 u s-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru mhuwiex taħt il-punti ta' referenza tiegħu tiegħu skont il-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1999; jew alternattivament, is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru fil-konsum finali gross tal-elettriku jkun mill-inqas 50 %;

(d)  l-Istat Membru jkun innotifika d-deroga ppjanata lill-Kummissjoni li tistabbilixxi fid-dettall kif il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) huma ssodisfati; u

(e)  l-Istat Membru jkun ippubblika d-deroga ppjanata, inkluż ir-raġunament dettaljat għall-għoti ta’ dik id-deroga, filwaqt li, fejn meħtieġ, iqis il-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Kull deroga għandha tevita bidliet retroattivi li taffetwa l-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni li diġà jkunu jibbenefikaw minn dispaċċ ta' prijorità, minkejja kwalunkwe ftehim bejn Stat Membru u installazzjoni ta’ ġenerazzjoni fuq bażi volontarja.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu inċentivi għall-installazzjonijiet eliġibbli għad-dispaċċ ta' prijorità biex volontarjament jirrinunzjaw id-dispaċċ ta' prijorità.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu dispaċċ ta' prijorità għall-elettriku ġġenerat f'faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija bl-użu ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 400 kW.

5.  Għall-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija kkummissjonati mill-1 ta' Jannar 2026, il-punt (b) tal-paragrafu 2 għandu japplika biss għall-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli ▌u għandhom kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 200 kW ▌.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-kuntratti konklużi qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja li ġew ikkummissjonati qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u, meta ġew ikkummissjonati, kienu soġġetti għal dispaċċ ta' prijorità skont l-Artikolu 15(5) tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31) għandhom jibqgħu jibbenefikaw minn dispaċċ ta' prijorità. Id-dispaċċ ta' prijorità ma għandux jibqa' japplika għal tali faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mid-data li fiha l-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ssir soġġetta għal modifiki sinifikanti, f'każ li mill-inqas ikun meħtieġ ftehim ta' konnessjoni ġdid jew fejn tiżdied il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija.

7.  Id-dispaċċ ta' prijorità ma għandux jipperikola t-tħaddim sigur tas-sistema tal-elettriku, ma għandux jintuża bħala ġustifikazzjoni għat-tnaqqis fil-kapaċitajiet transżonali lil hinn minn dak li huwa previst fl-Artikolu 16 u għandu jkun ibbażat fuq kriterji trasparenti u nondiskriminatorji.

Artikolu 13

Dispaċċ mill-ġdid ▌

1.  ▌Id-dispaċċ mill-ġdid tal-ġenerazzjoni u d-dispaċċ mill-ġdid tar-rispons tad-domanda għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji. Għandu jkun miftuħ għal kull teknoloġija ta' ġenerazzjoni, il-ħżin tal-eneġija kollha u rispons għad-domanda kollha, inkluż dawk li jinsabu fi Stati Membri oħra ħlief jekk ma jkunx teknikament vijabbli.

2.  Ir-riżorsi ▌li huma dispaċċati mill-ġdid għandhom jintgħażlu fost il-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni, ħżin tal-enerġija jew rispons tad-domanda ▌billi jintużaw mekkaniżmi bbażati fuq is-suq u jkunu kkumpensati finanzjarjament. L-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar użati għad-dispaċċ mill-ġdid ma għandhomx jistabbilixxu l-prezz tal-enerġija tal-ibbilanċjar.

3.  ▌Id-dispaċċ mill-ġdid ta' ġenerazzjoni, tal-ħżin tal-enerġija u tar-rispons tad-domanda jistgħu jintużaw bissmeta:

(a)   l-ebda alternattiva bbażata fuq is-suq ma hija disponibbli;

(b)   ir-riżorsi bbażati fuq is-suq ikunu intużaw kollha;

(c)   l-għadd ta' faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija disponibbli, ħżin tal-enerġija jew ta' rispons tad-domanda ikun baxx wisq biex jiżgura l-kompetizzjoni effettiva fiż-żona fejn il-faċilitajiet xierqa għall-għoti tas-servizz ; jew

(d)  is-sitwazzjoni attwali tal-grilja tirriżulta f'konġestjoni tant regolari u prevedibbli li d-dispaċċ mill-ġdid ibbażat fuq is-suq iwassal għal offerti regolari strateġiċi li jżidu l-livell ta' konġestjoni interna u l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta pjan ta' azzjoni biex jindirizza dawn il-konġestjonijiet jew jiżgura li l-kapaċità disponibbli minima għal kummerċ transżonali tkun f'konformità mal-Artikolu 16(8).

4.  L-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni rilevanti għandhom jippreżentaw rapport mill-inqas kull sena lill-awtorità regolatorja kompetenti, dwar:

(a)  il-livell ta' żvilupp u effikaċja tal-mekkaniżmi tad-dispaċċ mill-ġdid ibbażati fuq is-suq għall-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, tal-ħżin tal-enerġija u tar-rispons għad-domanda;

(b)  ir-raġunijiet, il-volumi f'MWh u t-tip ta' sors tal-ġenerazzjoni soġġett għad-dispaċċ mill-ġdid;

(c)  il-miżuri meħuda biex fil-futur titnaqqas il-ħtieġa għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja, inklużi investimenti fid-diġitalizzazzjoni tal-infrastruttura tal-grilja u fis-servizzi li jżidu l-flessibbiltà.

L-awtorità regolatorja għandha titrażmentti r-rapport lill-ACER u għandha tippubblika sommarju tad-data msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu flimkien mar-rakkomandazzjonijiet għal titjib fejn meħtieġ.

5.  Soġġetti għar-rekwiżiti dwar iż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sikurezza tal-grilja, abbażi ta' kriterji trasparenti u nondiskriminatorji stabbiliti mill-awtoritajiet regolatorji, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom:

(a)  jiżguraw il-kapaċità tan-netwerks ta' trażmissjoni u tan-netwerks ta' distribuzzjoni biex jittrażmettu l-elettriku prodott mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja bl-inqas ▌dispaċċ mill-ġdid possibbli, li ma għandux iwaqqaf l-ippjanar tan-netwerk milli jqis ▌dispaċċ mill-ġdid limitat meta l-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jew l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jista’ juri b'mod trasparenti li dan ikun jidher ekonomikament aktar effiċjenti u ma jaqbiżx il-5 % tal-elettriku ġġenerat annwali f'installazzjonijiet li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli u li huma konnessi direttament mal-grilja rispettiva tagħhom, sakemm ma jiġix previst mod ieħor minn Stat Membru li fih l-elettriku minn faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-konsum finali gross annwali tal-elettriku;

(b)  jieħdu miżuri operazzjonali xierqa relatati mal-grilja u mas-suq biex jiġi minimizzat ▌id-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel ▌tal-elettriku prodott mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja.

(c)  jiġi żgurat li n-netwerks tagħhom huma flessibbli biżżejjed sabiex ikunu kapaċi jamministrawhom.

6.  Jekk ma jintuża l-ebda dispaċċ mill-ġdid 'l isfel ▌ibbażat fuq is-suq, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)   il-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli għandhom ikunu soġġetti biss għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel ▌jekk ma tkun teżisti l-ebda alternattiva oħra jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f'kostijiet sproporzjonati b'mod sinifikanti jew f'riskji gravi għas-sigurtà tan-netwerk;

(b)   l-elettriku ġġenerat fi proċess ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja għandu jkun soġġett biss għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel ▌jekk, ħlief ▌għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ma tkun teżisti l-ebda alternattiva oħra jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f'kostijiet jew f'riskji severi sproporzjonati għas-sigurtà tan-netwerk;

(c)  l-elettriku awtoġenerat mill-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja li ma jfornix in-netwerk ta' trażmissjoni jew ta' distribuzzjoni ma għandux ikun soġġett għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel sakemm l-ebda soluzzjoni oħra ma ssolvi l-kwistjonijiet ta' sigurtà tan-netwerk;

(d)  id-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel ▌skont il-punti (a) sa (c) hawn fuq għandhom ikunu ġustifikati kif xieraq u b'mod trasparenti. Il-ġustifikazzjoni għandha tkun inkluża fir-rapport skont il-paragrafu 3.

7.  Jekk ma jintuża l-ebda ▌dispaċċ mill-ġdid mhux ibbażat fuq is-suq, għandu jkun soġġett għal kumpens finanzjarju mill-operatur tas-sistema li jitlob ▌id-dispaċċ mill-ġdid lill-operatur tal-faċilità tal-ġenerazzjoni ▌tad-dispaċċ mill-ġdid, tal-ħżin tal-enerġija jew tar-rispons tad-domanda ħlief fil-każ ta' produtturi li jkunu aċċettaw ftehim ta' konnessjoni li fih ma tkunx iggarantita konsenja fis-sod tal-enerġija. Talikumpens finanzjarju għandu jkun daqs valur ogħla tal-elementi li ġejjin jew kombinazzjoni tat-tnejn jekk l-applikazzjoni tal-ogħla wieħed biss twassal għal kumpens inġustifikabbilment baxx jew inġustifikabbilment għoli:

(a)  il-kostijiet ta' tħaddim addizzjonali kkawżati ▌mid-dispaċċ mill-ġdid, bħall-kostijiet addizzjonali tal-karburant f'każ ta' dispaċċ mill-ġdid 'il fuq jew il-provvista ta' sħana ta' riserva f'każ ta' dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li tuża koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja;

(b)  ▌id-dħul nett mill-bejgħ tal-elettriku fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem li l-faċilità ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, ta' ħżin tal-enerġija jew rispons tad-domanda kieku tiġġenera mingħajr it-talba ▌ta' dispaċċ mill-ġdid; meta jingħata l-appoġġ finanzjarju lill-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, ta' ħżin jew ta' rispons tad-domanda abbażi tal-volum tal-elettriku ġġenerat jew ikkonsmat, l-appoġġ finanzjarju li kieku kien jiġi riċevut mingħajr it-talba ta’ tqassim mill-ġdid għandu jitqies bħala parti mid-dħul nett.

Kapitolu III

Aċċess għan-netwerk u ġestjoni tal-konġestjoni

Taqsima 1

Allokazzjoni tal-kapaċità

Artikolu 14

Reviżjoni taż-żona tal-offerti

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti kollha biex jindirizzaw il-konġestjonijiet. Il-konfini taż-żona tal-offerti għandhom ikunu bbażati fuq il-konġestjonijiet strutturali u fuq terminu twil tan-netwerk tat-trażmissjoni ▌. Iż-żoni tal-offerti ma għandhomx jinkludu dawn il-konġestjonijiet strutturali ħlief jekk ma jkollhomx impatt fuq żoni ta’ offerti ġirien, jew, bħala eżenzjoni temporanja, l-impatt tagħhom fuq żoni tal-offerti ġirien huwa mmitigat bl-użu ta' azzjonijiet ta' rimedju u dawk l-konġestjonijiet strutturali ma jwasslux għal tnaqqis ta' kapaċità kummerċjali transżonali f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 16. Il-konfigurazzjoni taż-żoni tal-offerti fl-Unjoni għandha titfassal b'tali mod li timmassimizza l-effiċjenza ekonomika u sabiex timmassimizza l-opportunitajiet ta' kummerċ transżonali filwaqt li żżomm is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija .

2.  Kull tliet snin, in-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku ("ENTSO tal-Elettriku") għandu jirrapporta dwar il-konġestjonijiet strutturali u konġestjonijiet fiżika oħra kbira bejn u fi ħdan iż-żoni tal-offerti, inkluż il-post u l-frekwenza ta' tali konġestjoni skont il-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Dak ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni dwar jekk il-kapaċità kummerċjali transżonali laħqitx trajjettorja lienari skont l-Artikolu 15 jew il-kapaċità minima skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament.

3.  Sabiex tiġi żgurata l-konfigurazzjoni ottimali taż-żona tal-offerti▌, għandha titwettaq reviżjoni taż-żona tal-offerti. Dik ir-reviżjoni għandha tidentifika l-konġestjoni strutturali kollha u għandha tinkludi analiżi tal-konfigurazzjonijiet differenti taż-żoni tal-offerti b'mod koordinat bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati mill-Istati Membri rilevanti kollha, filwaqt li l-proċess ikun f'konformità mal-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) 714/2009. Iż-żoni tal-offerti attwali għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-kapaċità tagħhom li joħolqu ambjent tas-suq affidabbli, inkluż għal ġenerazzjoni flessibbli u kapaċità tat-tagħbija, li huwa kruċjali biex jiġu evitati konġestjonijiet fil-grilja, għall-ibbilanċjar tad-domanda u tal-provvista tal-elettriku u biex tiġi żgurata s-sigurtà fit-tul tal-investimenti fl-infrastruttura tan-netwerk.

4.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 15, l-Istati Membri, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jew l-awtoritajiet regolatorji rilevanti jirreferu għal dawk l-Istati Membri, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jew l-awtoritajiet regolatorji li jipparteċipaw fir-reviżjoni tal-konfigurazzjoni ta' żoni tal-offerti kif ukoll ta' dawk fl-istess reġjun bil-kapaċità kalkolata skont il-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) 714/2009.

5.  Sa … [3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] l-operaturi rilevanti kollha tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippreżentaw proposta għall-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet li jridu jintużaw fil-proċess ta' reviżjoni taż-żoni tal-offerta u għall-konfigurazzjonijiet taż-żona tal-offerti alternattivi li jridu jiġu kkunsidrati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għall-approvazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jieħdu deċiżjoni unanima dwar il-proposta fi żmien 3 xhur tas-sottomissjoni tal-proposta. Fejn l-awtoritajiet regolatorji ma jistgħux jilħqu deċiżjoni unanima dwar il-proposta f'dak il-perjodu ta' żmien, l-ACER għandha tiddeċiedi, fi żmien tliet xhur oħra, dwar il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet ▌u l-konfigurazzjonijiet taż-żona tal-offerti alternattivi li jridu jitqiesu. Il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq konġestjonijiet strutturali li mhumiex mistennija li jingħelbu fit-tliet snin ta’ wara, waqt li jitqies il-progress tanġibbli fuq proġetti ta' żvilupp tal-infrastruttura, li huma mistennija li jitwettqu fit-tliet snin ta’ wara.

6.   Abbażi tal-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet approvati skont il-paragrafu 3, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jipparteċipaw fir-reviżjoni taż-żona tal-offerti għandhom jippreżentaw proposta konġunta lill-Istati Membri rilevanti jew lill-awtoritajiet kompetenti nominati tagħhom, jekk jemendawx jew iżommux il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-approvazzjoni tal-metodoloġija u s-suppożizjonijiet skont il-paragrafu 4. Stati Membri oħra, il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, jew pajjiżi terzi oħrajn li jikkondividu l-istess żona sinkronika ma' kwalunkwe Stat Membru rilevanti jistgħu jissottomettu kummenti.

7.  Meta tkun ġiet identifikata konġestjoni strutturali fir-rapport skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew fir-reviżjoni taż-żona tal-offerti skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew minn operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta' trażmissjoni fiż-żoni ta' kontroll tagħhom f'rapport approvat mill-awtorità jew mill-awtorità regolatorja kompetenti, l-Istat Membru b'konġestjoni strutturali identifikata għandu, f'kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni tiegħu, jiddeċiedi, fi żmien sitt xhur tal-wasla tar-rapport, jew li jistabbilixxu l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali jew multinazzjonali skont l-Artikolu 15, jew li jirrevedi u jemenda l-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti tiegħu. Il-Kummissjoni u lill-ACER għandhom ikunu mgħarrfa minnufih dwar dawk id-deċiżjonijiet.

8.  Għal dawk l-Istati Membri li jkunu għażlu li jemendaw il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti skont il-paragrafu 7, l-Istati Membri rilevanti għandhom jilħqu deċiżjoni unanima fi żmien sitt xhur min-notifika msemmija fil-paragrafu 7. Stati Membri oħra jistgħu jippreżentaw kummenti lill-Istati Membri rilevanti, li għandhom iqisu dawk il-kummenti meta jilħqu d-deċiżjoni tagħhom. Id-deċiżjoni għandha tkun motivata u għandha tingħata notifika lill-Kummissjoni u lill-ACER. Fil-każ li l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jilħqu deċiżjoni unanima f’sitt xhur, huma għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni. Bħala miżura tal-aħħar rikors, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-ACER, għandha tadotta deċiżjoni dwar jekk temendax jew iżżommx il-konfigurazzjoni ta' żona tal-offerti fl-Istati Membri u bejniethom sa sitt xhur wara li tirċievi tali notifika.

9.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti qabel ma jadottaw deċiżjoni skont dan l-Artikolu▌.

10.  Kwalunkwe deċiżjoni adottata taħt dan l-Artikolu għandha tispeċifika d-data ta' implimentazzjoni ta' kwalunkwe bidla. Dik id-data ta' implimentazzjoni għandha tibbilanċja l-ħtieġa ta' prontezza b'kunsiderazzjonijet prattiċi, inkluż il-kummerċ forward tal-elettriku. Id-deċiżjoni tista' tistabbilixxi l-arranġamenti tranżitorji xierqa▌.

11.  Fejn jitnedew reviżjonijiet ulterjuri taż-żoni tal-offerti skont il-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, għandu japplika da l-Artikolu.

Artikolu 15

Pjanijiet ta' azzjoni

1.  B'segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 14(7), l-Istat Membru jew dawk l-Istat Membru b'konġestjoni strutturali identifikata għandu jiżviluppa pjan ta' azzjoni f'kooperazzjoni mal-awtorità regolatorja tiegħu. Dak il-pjan ta' azzjoni għandu jkun fih kalendarju konkret għall-adozzjoni tal-miżuri biex jitnaqqsu l-konġestjonijiet strutturali identifikati fi żmien 4 snin mill-adozzjoni tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 14(7).

2.  indipendentement mill-progress konkret tal-pjan ta' azzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mingħajr preġudizzju għad-derogi mogħtija skont l-Artikolu 16(9) jew devjazzjonijiet skont l-Artikolu 16(3), l-kapaċità tal-kummerċ transżonali tiżdied fuq bażi annwali sa ma tintlaħaq il-kapaċità minima prevista fl-Artikolu 16(8). Dik il-kapaċità minima għandha tintlaħaq sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Dawk iż-żidiet annwali għandhom jinkisbu permezz ta' trajettorja lineari. Il-punt ta’ partenza ta' dik it-trajettorja għandu jkun jew il-kapaċità allokata fil-fruntiera jew inkella jew f'element kritiku tan-netwerk fis-sena ta' qabel l-adozzjoni tal-pjan ta’ azzjoni jew il-medja tal-aħħar tliet snin qabel l-adozzjoni tal-pjan ta’ azzjoni, skont liema minnhom tkun l-ogħla. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom il-kapaċità li ssir disponibbli għall-kummerċ transżonali tkun skont l-Artikolu 16(8) tkun mill-inqas daqs il-valuri tat-trajettorja lineari, inkluż bl-użu ta' azzjonijiet ta' rimedju fir-reġjun bil-kapaċità kalkolata.

3.  Il-kostijiet tal-azzjonijiet ta' rimedju meħtieġa biex tinkiseb it-trajettorja lineari msemmijja fil-paragrafu 2 jew issir disponibbli kapaċità transżonali fil-fruntieri rilevanti kkonċernati mill-pjan ta' azzjoni għandhom ikunu akargu tal-Istat Membrulijimplimenta jew tal-Istati Membri li jimplimentaw i)l-pjan ta' azzjoni.

4.  Fuq bażi annwali, waqt l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u fi żmien sitt xhur ta-iskadenza tiegħu, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni rilevanti għandhom jivvalutaw għat-12-il xahar preċedenti jekk il-kapaċità transkonfinali disponibbli laħqitx it-trajettorja linearijew, mill-1 ta’ Jannar 2026, il-kapaċitajiet minimi previsti fl-Artikolu 16(8) ikunu ntlaqħu. Huma għandhom jippreżentaw il-valutazzjonijiet tagħhom lill-ACER u lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti. Qabel ma jabbozzaw ir-rapport, kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jibgħat il-kontribut tiegħu għar-rapport, inkluża d-data kollha rilevanti, lill-awtorità regolatorja għall-approvazzjoni.

5.  Għal dawk l-Istati Membri li għalihom il-valutazzjonijiet msemmijja fil-paragrafu 4 juru li operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ma kienx konformi mat-trajettorja lineari, l-Istati Membri rilevanti għandhom, fi żmien 6 xhur minn meta jirċievu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jiddeċiedu b’mod unanimu dwar jekk għandhiex tiġi modifikata jew tinżamm il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti fi ħdan u bejn dawk l-Istati Membri. Fid-deċiżjoni tagħhom, , l-Istati Membri oħra rilevanti għandhom iqisu kwalunkwe kumment imressaq minn.Stati Membri oħra. Id-deċiżjoni tal-Istati Membri rilevanti għandha tkun sostanzjata u għandha tiġi notifika lill-Kummissjoni u lill-ACER.

L-Istati Membri rilevanti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih jekk ma jirnexxilhomx jilħqu deċiżjoni unanima fil-limitu ta' ż-żmien stabbilit. Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi din in-notifika, il-Kummissjoni, bħala miżura tal-aħħar rikors u wara konsultazzjoni mal-ACER u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tadotta deċiżjoni dwar jekk timmodifikax jew iżżommx il-konfigurazzjoni ta' żona tal-offerti fi u bejn dawk l-Istati Membri.

6.  Sitt xhur qabel l-iskadenza tal-pjan ta' azzjoni, l-Istat Membru b'konġestjoni strutturali identifikata għandu jiddeċiedi jekk jindirizzax il-konġestjoni li tjifdal billi jimmodifikaw iż-żona tal-offerti tiegħu jew jekk jindirizzax il-konġestjoni li jifdal li l-kostijiet tagħhom għandhom jkunu għak-kariku tagħhom.

7.  Fejn l-ebda pjan ta’ azzjoni ma jkun ġie stabbilit fi żmien sitt xhur mill-identifikazzjoni ta’ konġestjoni strutturali skont il-l-Artikolu 14(7), l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni rilevanti għandhom, fi żmien 12-il xahar wara tali identifikazzjoni ta’ konġestjoni strutturali, jivvalutaw jekk il-kapaċità transżonali laħqitx il-kapaċità minima definita fl-Artikolu 16(8) matul it-12-il xahar preċeednti u għandhom jippreżentaw valutazzjoni ta’ rapport lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti u lill-ACER. Qabel ma jabbozzaw ir-rapport, kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jibgħat il-kontribut tiegħu għar-rapport, inkluża kull data rilevanti, lill-awtorità regolatorji nazzjonali tiegħu għall-approvazzjoni. Fejn il-valutazzjoni turi li operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ma kienx konformi mal-limiti minimi ta’ kapaċità, għandu japplika l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet stabbilit fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Prinċipji ġenerali tal-allokazzjoni tal-kapaċità u tal-ġestjoni tal-konġestjoni

1.  Il-problemi dwar il-konġestjoni tan-netwerks għandhom jiġu indirizzati b'soluzzjonijiet mhux diskriminatorji bbażati fuq is-suq li jagħtu sinjali ekonomiċi effiċjenti lill-parteċipanti fis-suq u lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Il-problemi dwar il-konġestjoni tan-netwerks għandhom jiġu riżolti permezz ta’ metodi mhux ibbażati fuq tranżazzjonijiet, jiġifieri metodi li ma jinvolvux għażla minn fost il-kuntratti tal-parteċipanti individwali fis-suq. Meta jieħu miżuri operazzjonali biex jiżgura li s-sistemi ta' trażmissjoni tiegħu jibqgħu fi stat normali, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jqis l-effett ta' dawk il-miżuri fuq iż-żoni ġirien ta' kontroll u jikkoordina dawk il-miżuri ma' operaturi oħra affettwati tas-sistema ta' trażmissjoni kif previst fir-Regolament (UE) 2015/1222.

2.  Il-proċeduri li jillimitaw t-tranżazzjonijiet għandhom jintużaw biss f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza fejn l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni huwa obbligat li jaġixxi malajr kemm jista' jkun u la d-dispaċċ mill-ġdid u lanqas l-iskambju kompensatorju ma jkunu possibbli. Kull proċedura bħal din għandha tkun applikata b'mod mhux diskriminatorju. Ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri, il-parteċipanti fis-suq li jkunu allokati kapaċità għandhom ikunu kkumpensati għal kwalunkwe tnaqqis.

3.  Iċ-Ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jagħmlu kalkolu koordinat tal-kapaċità skont il-paragrafi 4 u 8 ta’ dan l-Artikolu, kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 37(1)u fl-Artikolu 42(1).

Ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jikkalkolaw il-kapaċitajiet transżonali li jirrispettaw il-limiti tas-sigurtà operazzjonali bl-użu ta' data li ġejja mill-operaturi tas-sistema ta' tranżizzjoni inkluża d-data dwar d-disponibbiltà teknika ta' azzjonijiet ta' rimedju, għajr għal ċaħda tat-tagħbija. Fil-każijiet li ċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali jikkonkludu li dawk l-azzjonijiet ta' rimedju kollha disponibbli fir-reġjun bil-kapaċità kalkolata jew bejn ir-reġjuni bil-kapaċità kalkolata mhumiex biżżejjed biex jintlaħaq it-trajettorja lineari skont l-Artikolu 15(2) jew il-kapaċitajiet minimi previsti fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu fir-rispett, fl-istess ħin, tal-limiti tas-sigurtà operazzjonali, jistgħu, bħala miżura tal-aħħar rikors, jiddefinixxi azzjonijiet koordinati li jnaqqsu l-kapaċitajiet transżonali f'dan is-sens. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jistgħu jiddevjaw mill-azzjonijiet koordinati fir-rigward tal-kalkolu koordinat tal-kapaċità u tal-analiżi koordinata tas-sigurtà biss skont l-Artikolu 42(2).

Sa 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 35(2) u kull tliet xhur wara dan, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jippreżentaw rapport lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti u lill-ACER dwar kwalunkwe tnaqqis fil-kapaċità jew fid-devjazzjonijiet minn azzjonijiet kkoordinati skont it-tieni subparagrafu u għandhom jivvalutaw l-inċidenzi u jifformulaw rakkomandazzjonijiet, jekk neċessarji, dwar il-mod kif jiġu evitati tali devjazzjonijiet fil-futur. Jekk l-ACER tikkonkludi li l-prerekwiżiti għal devjazzjoni skont dan il-paragrafu m’humiex sodisfatti jew huma ta' natura strutturali, l-ACER għandha tippreżenta opinjoni lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti u lill-Kummissjoni. L-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jieħdu azzjoni xierqa kontra l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jew iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali skont l-Artikolu 59 jew 62 tad-Direttiva (UE) 2019/...(32) jekk il-prerekwiżiti għal devjazzjoni skont dan il-paragrafu ma jkunux ġew sodisfatti.

Id-devjazzjonijiet ta' natura strutturali għandhom ikunu indirizzati fi pjan ta' azzjoni skont l-Artikolu 14(7) jew f'aġġornament ta' pjan ta' azzjoni eżistenti.

4.  Il-livell massimu ta' kapaċità ▌tal-interkonnessjonijiet u tan-netwerks ta' trażmissjoni affettwati mill-kapaċità transkonfinali għandhom ikunu disponibbli għall-parteċipanti fis-suq u li jikkonformaw mal-istandards ta' sikurezza tat-tħaddim sigur tan-netwerk.  L-iskambju kompensatorju u d-dispaċċ mill-ġdid, li jinkludi d-dispaċċ mill-ġdid transkonfinali, għandhom jintużaw biex jimmassimizzaw l-kapaċitajiet disponibbli biex jintlaħqu l-limiti minimi ta’ kapaċità skont il-paragrafu 8. Għandu jiġi applikat proċess koordinat u mhux diskriminatorju għal azzjonijiet ta' rimedju transkonfinali biex tali massimizzazzjoni tkun possibbli, wara l-implimentazzjoni tal-metodoloġija ta' qsim tal-kostijiet tad-dispaċċ mill-ġdid u l-iskambju kompensatorju.

5.  Il-kapaċità għandha tkun allokata permezz ta' rkanti tal-kapaċità espliċiti jew ta' rkanti impliċiti li jinkludu kemm il-kapaċità kif ukoll l-enerġija. Iż-żewġ metodi jistgħu jikkoeżistu fuq l-istess interkonnessjoni. Għall-kummerċ tal-istess ġurnata għandu jintuża l-kummerċ kontinwu, li jista' jiġi kkomplementat bl-irkanti.

6.  Fil-każ ta' konġestjoni, l-offerti validi bl-ogħla valur għall-kapaċità tan-netwerk, kemm jekk impliċiti kif ukoll jekk espliciti, li joffru l-ogħla valur għall-kapaċità skarsa ta' trażmissjoni f'perjodu ta' żmien partikolari, għandhom ikunu aċċettati. Ħlief fil-każ tal-interkonnetturi l-ġodda li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003, l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew l-Artikolu 63 ta' dan ir-Regolament, għandu jkun projbit l-istabbiliment ta' prezzijiet ta' riserva fil-metodi ta' allokazzjoni ta' kapaċità.

7.  Il-kapaċità għandha tkun kummerċjalizzata liberament fuq bażi sekondarja, dment li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jkunu infurmati biżżejjed minn qabel. Meta l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jiċħad kwalunkwe kummerċ sekondarju (tranżazzjoni), dan għandu jkun ikkomunikat u spjegat b'mod ċar u trasparenti lill-parteċipanti kollha fis-suq minn dak l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità regolatorja.

8.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma għandhomx jillimitaw il-volum tal-kapaċità ta' interkonnessjoni li jkun għad-dispożizzjoni ta' parteċipanti ▌fis-suq bħala meżż biex tiġi solvuta l-konġestjoni fiż-żona tal-offerti tagħhom stess jew bħala mezz ta' ġestjoni tal-flussi li jirriżultaw mit-tranżazzjoni interna taż-żoni tal-offerti.Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-derogi skont il-paragrafu 3 u 9 ta' dan l-Artikolu u għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15(2), dan il-paragrafu għandu jitqies li hemm konformità miegħu, jekk jintlaħqu dawn il-limiti minimi ta' kapaċità disponibbli għal kummerċ transżonali li ġejjin:

(a)  għall-fruntieri bl-użu ta' approċċ tal-kapaċità kkoordinata tat-trażmissjoni netta, il-kapaċità minima għandha tkun 70 % tal-kapaċità ta’ trażmissjoni li tirrispetta l-limiti ta' sigurtà operazzjonali wara t-tnaqqis tal-kontinġenzi, iddeterminat skont il-linja gwida tal-allokazzjoni tal-kapaċità u tal-ġestjoni tal-konġestjoni adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) 714/2009;

(b)  għall-fruntieri li jużaw approċċ abbażi tal-flussi, il-kapaċità minima għandha tkun marġni ffissat fil-proċess tal-kalkolu tal-kapaċità kif disponibbli għall-flussi indotti mill-iskambju transżonali. Il-marġni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jkun 70 % tal-kapaċità li tirrispetta l-limiti ta' sigurtà operazzjonali tal-elementi interni u transżonali kritiċi tan-netwerk, b'kont meħud tal-kontinġenzi, iddeterminat skont l-allokazzjoni tal-kapaċità u tal-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

L-ammont totali ta' 30 % jista' jintuża għall-marġnijiet ta' affidabbiltà, għall-flussi ta' enerġija paralleli (loop flows) u għall-flussi interni f'kull element kritiku tan-netwerk.

9.   Fuq talba mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun bil-kapaċità kalkolata, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti jistgħu jagħtu deroga mill-paragrafu 8 għal raġunijiet prevedibbli, jekk neċessarja biex tinżamm is-sigurtà operazzjonali▌. Tali id-derogi, li m’għandhomx ikunu relatati mat-tnaqqis tal-kapaċitajiet diġà allokati skont il-paragrafu 2, għandhom jinagħtaw għal mhux iktar minn sena waħda kull darba, sakemm il-limitu tad-deroga jonqos b'mod sinifikanti wara l-ewwel sena, jew sa massimu ta' sentejn. Il-limitu ta’ dawn id-derogi għandu,jkun strettament limitat għal dak neċessarju biex tinżamm is-sigurtà operattiva u għandhom jevitaw d-diskriminazzjoni bejn l-iskambji interni u transżonali.

Qabel tingħata deroga, l-awtorità regolatorja rilevanti għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri l-oħra li jifformaw parti mir-reġjun bil-kapaċità kalkolata affettwata. Fejn l-awtorità regolatorja ma taqbilx mad-deroga proposta, l-ACER għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/...(33). Il-ġustifikazzjoni u r-raġunijiet għad-deroga għandhom jiġu ppubblikati.

Meta tingħata deroga, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni rilevanti għandhom jiżviluppaw u jippubblikaw metodoloġija u proġetti li għandhom jipprovdu soluzzjoni fuq terminu twil għall-kwistjoni li għandha tindirizza d-deroga. Id-deroga għandha tiskadi meta jintlaħaq il-limitu ta' żmien għad-deroga jew, kif tiġi applikata s-soluzzjoni, skont liema jiġi l-ewwel.

10.  Il-parteċipanti fis-suq għandhom jinfurmaw lill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni kkonċernati f’perjodu ragonevoli qabel il-perjodu operazzjonali rilevanti jekk humiex beħsiebhom jużaw il-kapaċità allokata. Kull kapaċità li ma tkunx se tintuża għandha ssir disponibbli mill-ġdid fis-suq, f'mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju.

11.  Sa fejn ikun teknikament possibbli, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkalkulaw il-valur nett tal-ħtiġijiet ta' kwalunkwe fluss ta' enerġija fid-direzzjoni opposta fuq il-linja ta' interkonnessjoni li jkollha konġestjoni sabiex jużaw din il-linja sal-kapaċità massima tagħha. B'kunsiderazzjoni sħiħa tas-sigurtà tan-netwerk it-tranżazzjonijiet li jtaffu l-konġestjoni, ma għandhomx jinċaħdu.

12.  Il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas li jiġu onorati l-obbligi assoċjati mal-allokazzjoni ta' kapaċità għandhom ikunu attribwiti lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jew in-NEMOs li jkunu responsabbli minn dan in-nuqqas. Meta l-parteċipanti fis-suq jonqsu milli jużaw il-kapaċità li jkunu impenjaw ruħhom li jużaw jew, fil-każ ta' kapaċità espliċitament irkantata, jonqsu milli jagħmlu kummerċ tal-kapaċita’ fuq bażi sekondarja jew milli jagħtu l-kapaċità lura fiż-żmien dovut, dawk il-parteċipanti fis-suq għandhom jitilfu d-drittijiet għal din il-kapaċità u għandhom iħallsu imposta li tirrifletti l-kost. Kwalunkwe imposta li tirrifletti l-kost dovut talli ma ntużatx il-kapaċità, għandha tkun iġġustifikata u proporzjonata. Jekk operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ma jissodisfax l-obbligi tiegħu li jipprovdi kapaċità ta' trażmissjoni fis-sod, dan għandu jkun responsabbli li jikkumpensa lill-parteċipant fis-suq għat-telf tad-drittijiet tal-kapaċità. Għal dak il-għan, ma għandu jitqies l-ebda telf konsegwenzjali. Il-kunċetti u l-metodi ewlenin għall-istabbiliment tar-responsabbiltajiet li jirriżultaw wara li ma jkunux ġew onorati l-obbligi, għandhom ikunu stabbiliti minn qabel skont il-konsegwenzi finanzjarji u għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni mill-awtorità regolatorja rilevanti.

13.  Meta jallokaw il-kostijiet ta' azzjonijiet ta' rimedju bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, l-awtoritajiet regolatorji għandhom janalizzaw sa liema punt il-flussi li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet interni taż-żoni tal-offerti jikkontribwixxu għall-konġestjoni bejn żewġ żoni tal-offerti osservati, u jallokaw il-kostijiet abbażi tal-kontribut lill-konġestjoni lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni taż-żoni tal-offerti li jkunu qegħdin joħolqu tali flussi għajr għall-kostijiet indotti mill-flussi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet interni taż-żoni tal-offerti li jinsabu taħt il-livell li jista' jkun mistenni mingħajr konġestjoni strutturali f'żona tal-offerti.

Dak il-livell għandu jkun analizzat u definit b'mod konġunt mill-operaturi tas-sistema ta' tranżizzjoni kollha ta' reġjun f'kapaċità kalkolata għal kull konfini taż-żona tal-offerti u, għandu jkun suġġett għall-approvazjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha tar-reġjun bil-kapaċità kalkolata.

Artikolu 17

Allokazzjoni tal-kapaċità transżonali fil-perjodi kollha ta' żmien

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkalkulaw mill-ġdid il-kapaċità transżonali disponibbli mill-inqas wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata u ta' ġurnata bil-quddiem. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jallokaw il-kapaċità transżonali disponibbli flimkien ma' kwalunkwe kapaċità transżonali pendenti li ma tkunx ġiet allokata qabel u kwalunkwe kapaċità transżonali rilaxxata mid-detenturi tad-dritt fiżiku ta' trażmissjoni mill-allokazzjonijiet preċedenti fil-proċess ta' allokazzjoni tal-kapaċità transżonali li jmiss.

2.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipproponu struttura adatta għall-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali fil-perjodi kollha ta' żmien, inkluż dawk ta' ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata u tal-ibbilanċjar. Dik l-istruttura ta' allokazzjoni għandha tkun soġġetta għal reviżjoni mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti. Fit-tfassil tal-proposti tagħhom, l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jieħdu kont tas-segwenti:

(a)  il-karatteristiċi tas-swieq,

(b)  tal-kondizzjonijiet operattivi, tas-sistema tal-elettriku, bħall-implikazzjonijiet ta' nettjar ta' skedi speċifikati b'mod deċiżiv;

(c)  tal-livell ta' armonizzazzjoni tal-livell tal-perċentwali allokati lil perjodi differenti u l-perjodi adottati għall-mekkaniżmi diġà stabbiliti tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali differenti.

3.  Meta l-kapaċità transżonali tkun disponibbli wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jużaw il-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija ta' bbilanċjar jew għal-operzzjoni tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi.

4.  Meta l-kapaċità transżonali tkun allokata għall-iskambju ta' kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni ta' riservi skont l-Artikolu6(8), l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jużaw il-metodoloġiji żviluppati fil-kodiċijiet tan-netwerk u fil-linji gwida dwar l-ibbilanċjar▌.

5.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma għandhomx iżidu l-marġni ta' affidabbiltà kkalkulat skont ir-Regolament (UE) 2015/1222 minħabba l-iskambju tal-kapaċità ta' bbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riservi.

Taqsima 2

Imposti tan-netwerk u introjtu mill-konġestjoni

Artikolu 18

Imposti għall-aċċess għan-netwerks, l-użu tan-netwerks u r-rinfurzar

1.  L-imposti applikati mill-operaturi tan-netwerks għall-aċċess għan-netwerks, inklużi l-imposti għall-konnessjoni man-netwerks, l-imposti għall-użu tan-netwerks u, fejn applikabbli, l-imposti għar-rinfurzar tan-netwerk, għandhom jirriflettu l-kostijiet, ikunu trasparenti, filwaqt li jqisu l-ħtieġa għas-sigurtà u l-flessibbltà tan-netwerk u jirriflettu l-kostijiet reali mġarrba sakemm jikkorrispondu għal dawk ta' operatur tan-netwerk effiċjenti u strutturalment komparabbli u jkunu applikati b'mod mhux diskriminatorju. Dawk l-imposti ma għandhomx jinkludu l-kostijiet mhux relatati li jappoġġaw objettivi politiċi mhux relatati.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) u (6) tad-Direttiva 2012/27/UE u l-kriterji fl-Anness XIta´ dik id-Direttiva , il-metodu użat biex jiddetermina l-imposti tan-netwerk għandu jappoġġa b'mod newtrali l-effiċjenza kumplessiva tas-sistema fit-tul taż-żmien permezz ta' sinjali tal-prezzijiet lill-klijenti u lill-produtturi u b'mod partikolari għandu jiġi applikat b'mod li ma jiddiskriminax b'mod pożittiv jew b'mod negattiv bejn il-produzzjoni konnessa fil-livell ta' distribuzzjoni u l-produzzjoni konnessa fil-livell ta' trażmissjoni. L-imposti tan-netwerk l għandhom jiddiskrimnaw, kemm b'mod pożittiv kif ukoll b'mod negattiv, kontra l-ħżin tal-enerġija jew l-aggregazzjoni u lanqas ma għandhom joħolqu diżinċentivi għall-awtoġenerazzjoni u għall-awtokonsum jew għall-parteċipazzjoni fir-rispons tad-domanda.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, dawk l-imposti ma għandhomx ikunu relatati mad-distanza.

2.  Il-metodoloġiji tariffarji għandhom jirriflettu l-kostijiet fissi tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u ta' distribuzzjoni u għandhom jipprovdu inċentivi xierqa lill-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni , kemm fuq żmien qasir kif ukoll fit-tul, sabiex, biex iżidu l-effiċjenzi, inkluża l-effiċjenza fl-enerġija, irawmu l-integrazzjoni tas-suq, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, jappoġġaw l-investimenti effiċjenti, biex jappoġġjaw l-attivitajiet ta' riċerka relatati, u biex jiffaċilitaw l-innovazzjoni fl-interess tal-konsumatur f'oqsma bħal ma huma d-diġitalizzazzjoni, is-servizzi ta' flessibbiltà u l-interkonnessjoni..

3.  Fejn jixraq, il-livell tat-tariffi applikati lill-produtturi jew għall-konsumaturi finali, jew għat-tnejn għandu jipprovdi sinjali differenzjati skont il-lokalità fil-livell tal-Unjoni, u jqis l-ammont ta' telf u ta' konġestjoni tan-netwerk ikkawżat u l-kostijiet tal-investiment għall-infrastruttura.

4.  Meta jiġu stabbiliti l-imposti għall-aċċess għan-netwerk, għandu jittieħed kont ta' dawn li ġejjin:

(a)  pagamenti u dħul li jirriżultaw mill-mekkaniżmu ta' kumpens għal operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni;

(b)  pagamenti reali li saru u li ġew riċevuti kif ukoll pagamenti mistennija għal perjodi futuri, stmati abbażi tal-perjodi preċedenti.

5.  L-iffissar tal-imposti għall-aċċess għan-netwerks taħt dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-imposti li jirriżultaw mill-ġestjoni tal-konġestjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16.

6.  Ma għandu jkun hemm l-ebda imposta tan-netwerk speċifika fuq tranżazzjonijiet individwali għall-kummerċ transżonali tal-elettriku.

7.  It-tariffi ta' distribuzzjoni għandhom jirriflettu l-kost filwaqt li jqisu l-użu tan-netwerk ta' distribuzzjoni mill-utenti tas-sistema inklużi l-klijenti attivi. It-tariffi ta' distribuzzjoni jista' jkun fihom elementi ta' kapaċità ta' konnessjoni ta' netwerk u jistgħu jkunu differenzjati abbażi tal-profili ta' konsum jew ta' ġenerazzjoni tal-utenti tas-sistema. . Fejn l-Istati Membri jkunu implimentaw l-użu ta’ sistemi ta' kejl intelliġentiawtoritajiet regolatorji għandhom iqisu tariffi tan-netwerk differenzjati skont il-ħin meta jiffissaw jew japprovaw tariffi ta' trażmissjoni u tariffi ta' distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom skont l-Artikolu 59(7) tad-Direttiva (UE) 2019/...(34) u, fejn xieraq, tariffi tan-netwerk differenzjati fil-ħin jistgħu jiġu introdotti biex jirriflettu l-użu tan-netwerk, b'mod trasparenti, effiċjenti f'termini tal-kostijiet u prevedibbli. għall-klijent finaliu prevedibbli.

8.  Il-metodoloġiji tariffarji tad-distribuzzjoni għandhom jipprovdu inċentivi lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ▌għat-tħaddim u l-iżvilupp l-aktar effiċjenti f'termini tal-kostijiet tan-netwerks tagħhom anki permezz tas-servizzi ta' akkwist. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jirrikonoxxu l-kostijiet rilevanti bħala eliġibbli għandhom jinkludu dawk il-kostijiet ▌fit-tariffi ta' distribuzzjoni, u jistgħu jintroduċu miri ta' prestazzjoni sabiex jipprovdu inċentivi lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni biex iżidu l-effiċjenzi fin-netwerks tagħhom, inkluż permezz ta' effiċjenza fl-enerġija, flessibbiltà u l-iżvilupp ta' grilji intelliġenti u sistemi ta' kejl intelliġenti.

9.  Sa ...[tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], sabiex ittaffi r-riskju ta' frammentazzjoni tas-suq, l-ACER għandha tipprovdi rapport dwar l-aħjar prattika fir-rigward tal-metodoloġiji tariffarji ta' distribuzzjoni u ta' trażmissjoni filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Dak ir-rapport dwar l-aħjar prattiki għandu mill-inqas jindirizza:

(a)  il-proporzjon tat-tariffi applikati għall-produtturi u tariffi applikati għall-klijenti aħħarija;

(b)  il-kostijiet li jridu jiġu rkuprati mit-tariffi;

(c)  it-tariffi tan-netwerk differenzjati skont il-ħin;

(d)  is-sinjali differenzjati skont il-lokalità;

(e)  ir-relazzjoni bejn it-tariffi ta' trażmissjoni u t-tariffi ta' distribuzzjoni;

(f)  il-metodi biex jiżguraw it-trasparenza fl-iffissar u fl-istruttura tat-tariffi;

(g)  il-gruppi tal-utenti tan-netwerk soġġetti għat-tariffi inklużi, meta applikabbli, il-karatteristiċi ta’ dawk il-gruppi , il-forom ta' konsum u kwalunkwe eżenzjoni mit-tariffi;

(h)  it-telf fil-grilji ta' vultaġġ għoli, medju u baxx.

L-Aġenzija għandha taġġorna r-rapport dwar l-aħjar prattika mill-inqas darba kull sentejn.

10.  L-awtoritajiet regolatorji għandhom iqis b'mod debitu r-rapport dwar l-aħjar prattika meta jiffissaw jew japprovaw tariffi ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom skont l-Artikolu59 tad-Direttiva (UE) 2019/...(35).

Artikolu 19

Introjtu mill-konġestjoni

1.  Il-proċeduri ta' ġestjoni tal-konġestjoni assoċjati ma' perjodu ta' żmien speċifikat minn qabel jistgħu jiġġeneraw dħul biss f'każ ta' konġestjoni li tirriżulta minn dak il-perjodu ta' żmien, ħlief fil-każ ta' interkonnetturi ġodda li jibbenefikaw minn eżenzjoni taħt l-Artikolu 63 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 17 tad- Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003.. Il-proċedura għad-distribuzzjoni ta' dan id-dħul għandha tkun soġġetta għal reviżjoni mill-awtoritajiet regolatorji u la għandha tfixkel il-proċess ta' allokazzjoni favur kwalunkwe parti li teħtieġ il-kapaċità jew l-enerġija u lanqas ma tipprovdi diżinċentiv biex titnaqqas il-konġestjoni. .

2.  L-għanijiet li ġejjin għandu jkollhom prijorità fir-rigward tal-allokazzjoni ta' kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' kapaċità transżonali:

(a)  biex jiggarantixxi d-disponibbilità reali tal-kapaċità allokata inkluż il-kumpens għaċ-ċertezza; jew

(b)  biex iżomm jew iżid il-kapaċitajiet transżonali permezz tal-ottimizzazzjoni tal-użu tal-interkonnetturi eżistenti permezz ta' azzjonijiet ta' rimedju koordinati, meta applikabbli; jew biex ikopri l-kostijiet li jirriżultaw mill-investimenti fin-netwerks li huma rilevanti biex tonqos il-konġestjoni tal-interkonnettur.

3.  Meta l-objettivi ta' prijorità stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew sodisfatti b'mod adegwat, id-dħul jista' jintuża bħala introjtu li għandu jitqies mill-awtoritajiet regolatorji huma u japprovaw il-metodoloġija għall-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk jew għall-iffissar tat-tariffi tan-netwerk, jew it-tnejn.. Id-dħul li jkun jifdal għandu jitqiegħed f'linja ta' kont intern separat sakemm jasal iż-żmien li jista' jintefaq għall-iskopijiet stabbilit fil-paragrafu 2.

4.  L-użu tad-dħul skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 2 għandu jkun soġġett għall-metodoloġija proposta mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni wara li jikkonsultaw l-awtoritajiet regolatorji u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u wara l-approvazzjoni millACER. L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom iressqu l-metodoloġija proposta lill-Aġenzija sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u l- ACER għandha tiddeċiedi dwar il-metodoloġija proposta fi żmien sitt xhur minn meta tirċeviha..

L-ACER tista' titlob lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni biex jemendaw jew jaġġornaw il-metodoloġija msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-Aġenzija għandha tiddeċiedi dwar l-metodoloġija emendata jew aġġornata sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jkun ġiet mressqa.

Il-metodoloġija għandha tistabbilixxi għall-inqas il-kundizzjonijiet li taħthom id-dħul jista 'jintuża għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-kundizzjonijiet li taħthom dak id-dħul jista' jitqiegħed fuq linja separata ta' kont intern għal użu futur għal dawk l-għanijiet, u għal kemm dak id-dħul jista’ jitqiegħed fuq linja ta’ kont bħal dan..

5.   L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu, minn quddiem, biċ-ċar kif se jintuża kull introjtu mill-konġestjoni, u għandhom jirrappurtaw dwar l-użu reali ta' dak l-introjtu. Sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jinformaw lill-ACER u għandhomjippubblikaw rapport li juri:

(a)  l-ammont ta' dħul miġbur għall-perjodu ta' 12-il xahar li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti;

(b)  kif intuża dak id-dħul skont il-paragrafu 2, inklużi l-proġetti speċifiċi li għalihom intuża l-introjtu, u l-ammont imqiegħed fuq linja ta' kont separata;

(c)  l-ammont li ntuża fil-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk; u

(d)  l-verifika li l-ammont msemmi fil-punt (c) jikkonforma ma' dan ir-Regolament u mal-metodoloġija żviluppata skont il-paragrafi 3 u 4.

Meta xi dħul tal-konġestjoni jintuża meta jkunu qed jiġu kkalkulati t-tariffi tan-netwerk, ir-rapport għandu jistabbilixxi kif l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni issodisfaw l-objettivi ta' prijorità fl-Artikolu 2 fejn applikabbli.

Kapitolu IV

Adegwatezza tar-riżorsi

Artikolu 20

Adegwatezza tar-riżorsi fis-suq intern għall-elettriku

1.  L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-adegwatezza tar-riżorsi fit-territorju tagħhom abbażi tal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 23. Għall-fini li jikkumplimentaw l-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri jistgħu jwettqu wkoll valutazzjonijiet nazzjonali dwar adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 24.

2.  Meta l-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 23 jew l-valutazzjoni nazzjonali dwar l-adegwatezza tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 24 tidentifika tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi, l l-Istat Membru kkonċernat għandu jidentifika kwalunkwe distorsjoni regolatorja jew falliment tas-suq li kkawża jew ikkontribwixxa fil-ħolqien ta' dak it-tħassib.

3.  L-Istati Membri bi tħassib identifikat f'termini ta' adegwatezza tar-riżorsi għandhom jiżviluppaw u jippubblikaw pjan ta' implimentazzjoni flimkien ma' kalendarju għall-miżuri li jadottaw biex jeliminaw kwalunkwe distorsjoni regolatorja u/jew falliment tas-suq identifikat(a) bħala parti mill-proċess tal-għajnuna mill-Istat. Meta jindirizzaw it-tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod partikolari l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3 u għandhom iqisu:

(a)   li jeliminaw id-distorsjonijiet regolatorji;

(b)   li jeliminaw il-limiti tal-prezz skont l-Artikolu 10;

(c)   li jintroduċu funzjoni ta' pprezzar f'każ ta' nuqqas għall-enerġija ta' bbilanċjar kif imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament 2017/2195;

(d)   li jżidu l-kapaċità tal-interkonnessjonijiet u tal-grilja interna bil-għan li jintlaħqu mill-anqas il-miri tagħha ta' interkonnessjoni kif imsemmi fil-punt (d)(1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1999;

(e)   li jippermettu l-awtoġenerazzjoni, il-ħżin tal-enerġija, il-miżuri min-naħa tad-domanda u l-effiċjenza fl-enerġija bl-adozzjoni ta' miżuri maħsuba biex jeliminaw kwalunkwe distorsjoni regolatorja identifikata;

(f)  li jiżguraw l-akkwist effiċjenti f'termini tal-kostijiet u bbażat fuq is-suq ta' servizzi ta' bbilanċjar u anċillari;

(g)  li jeliminaw il-prezzijiet regolati meta meħtieġa mill-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019...(36).

4.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw il-pjan ta' implimentazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni għal rieżami.

5.  Fi żmien erba'xhur minn meta tirċievi l-pjan ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwarjekk il-miżuri humiex suffiċjenti biex jiġu eliminati d-distorsjonijiet regolatorji jew il-fallimenti tas-suq li ġew identifikati skond il-paragrafu 2, u tista' tistieden lill-Istati Membri biex jemendaw l-pjanijiet ta' implimentazzjoni tagħhom skond dan.

6.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-pjan ta' implimentazzjoni u għandhom jippubblikaw ir-riżultati tal-monitoraġġ f'rapport annwali u għandhom jissottomettu dak ir-rapport lill-Kummissjoni..

7.  Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar jekk il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni ġewx implimentati b’mod suffiċjenti u jekk it-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi ġiex solvut..

8.  L-Istati Membri għandhom ikomplu jżommu mal-pjan ta' implimentazzjoni wara it-tħassib identifikat dwar l-adegwatezza tar-riżorsi jkun ġie solvut.

Artikolu 21

Prinċipji ġenerali għall-mekkaniżmi ta' kapaċità

1.   Sabiex jeliminaw t-tħassib li jidfal dwar l-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità, bħala mezz tal-aħħar rikors u waqt li jimplimentaw il-miżuri msemmija fl- Artikolu 20(3) f’konformita’ mar-regoli tal-Unjoni fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat.

2.  Qabel ma jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iwettqu studju komprensiv dwar l-effetti possibbli ta' tali mekkaniżmi fuq l-Istati Membri ġirien tagħhom billi jikkonsultaw tal-anqas lill-Istati Membri ġirien tagħhom li magħhom għandhom konnessjoni tan-netwerk diretta u lill-partijiet ikkonċernati ta' dawk l-Istati Membri.

3.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk mekkaniżmu ta' kapaċità fil-forma ta' riserva strateġika huwiex kapaċi jindirizza t-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi. Fejn dan ma jkunx il-każ, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw tip differenti ta' mekkaniżmu ta' kapaċità.

4.  L-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità fejn kemm il-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi Ewropea kif ukoll il-valutazzjonijiet tal-adegwatezza tar-riżorsi nazzjonali jew fl-assenza ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi nazzjonali, il-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi Ewropea ma identifikawx/identifikatx tħassib relatati mal-adegwatezza tar-riżorsi.

5.  L-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità qabel ma l-pjan ta' implimentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(3) ikun irċieva opinjoni mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(5).

6.  Meta Stat Membru japplika mekkaniżmu ta' kapaċità, huwa għandu jirrevedi dak il-mekkaniżmu ta' kapaċità u għandu jiżgura li ebda kuntratt ġdid ma jiġi konkluż taħt dak il-mekkaniżmu fejn kemm il-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi Ewropea kif ukoll il-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi nazzjonali, jew fl-assenza ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi nazzjonali, il-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi Ewropea ma identifikaw tħassib relatati mal-adegwatezza tar-riżorsi jew il-pjan ta' implimentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(3) ma jkunx irċieva opinjoni mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(5).

7.  Meta jitfasslu l-mekkaniżmi ta' kapaċità, l-Istati Membri għandhom jinkludu dispożizzjoni li tippermetti l-eliminazzjoni gradwali amministrattiva effiċjenti tal-mekkaniżmu ta' kapaċità fejn l-ebda kuntratt ġdid ma jkun ġie konkluż skont il-paragrafu 6 matul tliet snin konsekuttivi.

8.  Il-mekkaniżmi ta' kapaċità għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni għal mhux aktar minn 10 snin. Għandhom jiġu eliminati gradwalment jew l-ammont tal-kapaċitajiet impenjati għandu jitnaqqas abbażi tal- pjanijiet ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 20. L-Istati Membri għandhom ikomplu japplikaw il-pjan ta' implimentazzjoni wara l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta' kapaċità

Artikolu 22

Prinċipji ta' tfassil għall-mekkaniżmi ta' kapaċità

1.   Kull mekkaniżmu ta' kapaċità:

(a)  għandu jkun temporanju;

(b)  ma għandux joħloq distorsjonijiet tas-suq bla bżonn u jillimita l-kummerċ transżonali;

(c)  ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġi indirizzat it-tħassib dwar l-adegwatezza msemmi fl-Artikolu 20;

(d)  għandu jagħżel fornituri ta' kapaċità permezz ta' proċess trasparenti, mhux diskriminatorju u kompetittiv;

(e)  għandu jipprovdi inċentivi biex il- jkunu disponibbli fi żminijiet ta' stress mistenni fuq is-sistema;

(f)  għandu jiżgura li r-remunerazzjoni tiġi ddeterminata permezz ta' proċess kompetittiv;

(g)  għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi għall-parteċipazzjoni ta' fornituri ta' kapaċità qabel il-proċedura ta' selezzjoni;

(h)  għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tar-riżorsi kollha li huma kapaċi jipprovdu l-prestazzjoni teknika meħtieġa, inklużi l-ħżin tal-enerġija u l-ġestjoni tad-domanda.

(i)  għandu japplika penali xierqa lill-fornituri ta' kapaċità li ma jkunux disponibbli fi żminijiet ta' stress tas-sistema.

2.  It-tfassil tar-riservi strateġiċi għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  fejn mekkaniżmu ta' kapaċità ġie mfassal bħala riserva strateġika, ir-riżorsi tiegħu jridu jintbagħtu biss jekk l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni x'aktarx li jeżawrixxu r-riżorsi ta' bbilanċjar tagħhom biex jistabbilixxu ekwilibriju bejn id-domanda u l-provvista;

(b)  Matul il-perjodi ta' saldu tal-iżbilanċ meta sar id-dispaċċ tar-riżorsi fir-riserva strateġija, l-iżbilanċi fis-suq għandhom jiġu saldati mill-anqas bil-valur tat-tagħbija mitlufa jew b'valur ogħla mil-limitu tal-prezz tekniku tal-istess ġurnata kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), skont liema minnhom huwa l-ogħla;

(c)  l-output tar-riserva strateġika wara d-dispaċċ għandu jiġi attribwit lill-partijiet responsabbli għall-bilanċ permezz tal-mekkaniżmu ta' saldu tal-iżbilanċ.

(d)  ir-riżorsi li jieħdu sehem fir-riserva strateġika ma għandhomx jirċievu remunerazzjoni mis- swieq tal-elettriku bl-ingrossa jew mis-swieq tal-ibbilanċjar.

(e)  ir-riżorsi fir-riserva strateġika għandhom jinżammu barra mis-suq mill-anqas għal kemm idum il-perjodu kuntrattwali.

Ir-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-attivazzjoni tar-riżorsi qabel id-dispaċċ effettiv sabiex jiġu rrispettati l-limitazzjonijiet tar-ramping u r-rekwiżiti operattivi tar-riżorsi ta' kalar u r-rekwiżiti operazzjonali tagħhom. L-output tar-riserva strateġika matul l-attivazzjoni ma għandhiex tkun attribwita lill-grupp ta' bbilanċjar permezz tas-swieq bl-ingrossa u ma għandiex tibdel l-iżbilanċi tagħhom.

3.  Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-mekkaniżmi ta' kapaċità differenti mir-riservi strateġiċi għandhom

(a)  ikunu mibnija b'tali mod li jiżguraw li l-prezz imħallas għad-disponibbiltà awtomatikament ixaqleb lejn żero meta l-livell ta' kapaċità fornut ikun mistenni li jkun biżżejjed biex ilaħħaq mal-livell ta' kapaċità mitlub;

(b)  jirremuneraw ir-riżorsi parteċipattivi biss għad-disponibbiltà tagħhom u jiżguraw li r-remunerazzjoni ma taffettwax deċiżjonijiet tal-fornitur ta' kapaċità dwar jekk jiġġenerax jew le;

(c)  jiżguraw li l-obbligi ta' kapaċità jkunu trasferibbli bejn il-fornituri ta' kapaċità eliġibbli.

4.  Il-mekkaniżmi ta' kapaċità għandhom jinkorporaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet tas-CO2:

(a)  minn… [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-aktar tard, il-kapaċità ta' ġenerazzjoni li bdiet il-produzzjoni kummerċjali f'dik id-data jew wara u li tarmi aktar minn 550 gr ta' CO2 li joriġina mill-karburant fossili għal kull kWh ta' elettriku m'għandhiex tkun impenjata jew tirċievi pagamenti jew impenji għal pagamenti futuri taħt mekkaniżmu ta' kapaċità;

(b)  mill-1 ta' Lulju 2025 l-aktar tard, il-kapaċità ta' ġenerazzjoni li bdiet il-produzzjoni kummerċjali qabel ... [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u li tarmi aktar minn 550 g ta' CO2 li joriġina mill-karburant fossili għal kull kWh ta' elettriku u aktar minn 350 kg CO2 li joriġina mill-karburant fossili bħala medja fis-sena għal kull kW m'għandhiex tkun impenjata jew tirċievi pagamenti jew impenji għal pagamenti futuri taħt mekkaniżmu ta' kapaċità;

(c)  Il-limitu tal-emissjonijiet ta' 550 gr CO2/kWh oriġinarji ta' karburant fossili għal kull kWh ta' elettriku u l-limitu ta' 350 kg CO2 li joriġina minn karburant fossili bħala medja fis-sena għal kull kW installat imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi ikkalkolat abbażi tal-effiċjenza tat-tfassil tal-unità ta' ġenerazzjoni f'kapaċità nominali taħt l-istandards rilevanti pprovduti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni.

Sa… [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ACER għandha tippubblika opinjoni li tagħti gwida teknika relatat mal-kalkolu tal-valuri msemmija fl-ewwel subparagrafu.

5.  L-Istati Membri li japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità fi … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jadattaw il-mekkaniżmi tagħhom biex jikkonformaw mal-Kapitolu 4 mingħajr preġudizzju għall-impenji jew għall-kuntratti, konklużi sal-31 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 23

Valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi

1.  Il-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi għandha tidentifika t-tħassib relatat mal-adegwatezza tar-riżorsi billi tivvaluta l-adegwatezza ġenerali tas-sistema tal-elettriku biex jissodisfa d-domandi attwali u projettati għall-elettriku fil-livell tal-Unjoni, fil-livell tal-Istati Membri, u fil-livell ta’ żoni individwali ta' offerti, fejn rilevanti. Il-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi għandha tkopri kull sena matul perjodu ta’10 snin mid-data ta' dik il-valutazzjoni▌.

2.  Il-valutazzjoni Ewropea tar-riżorsi għandha titwettaq mill-ENTSO tal-Elettriku.

3.  Sa … [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta lill-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku stabbilit skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta 'Novembru 2012(37)u l- ACER abbozz tal-metodoloġija għall-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi bbażat fuq il-prinċipji previsti fil-paragrafu 5.

4.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu lill-ENTSO għall-Elettriku d-data meħtieġa ▌biex iwettaq il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi.

L-ENTSO għall-Elettriku għandu jwettaq il-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi fuq bażi annwali. Il-produtturi u parteċipanti oħra fis-suq għandhom jipprovdu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni d-data rigward l-użu mistenni tar-riżorsi ta' ġenerazzjoni, filwaqt li jqisu id-disponibbiltà ta' riżorsi primarji u xenarji adatti tal-projezzjoni tad-domanda u tal-offerta.

5.  Il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija trasparenti li għandha tiżgura li l-valutazzjoni:

(a)  titwettaq f'kull livell taż-żona tal-offerti li jkopri mill-inqas l-Istati Membri kollha;

(b)  tkun ibbażata fuq xenarji ta' riferiment ċentrali xierqa ta' projezzjonijiet tad-domanda u tal-offerta inkluża valutazzjoni ekonomika tal-probabbiltà ta' rtirar, ta' sospensjoni temporanja, ta' ħolqien ġdid tal-assi ta' ġenerazzjoni u ta' miżuri biex jinkisbu l-miri tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-interkonnessjoni tal-elettriku u aspetti sensittivi xierqa dwar il-fenomeni meteoroloġiċi estremi, il-kundizzjonijiet idroloġiċi, il-prezzijiet bl-ingrossa u l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-karbonju;

(c)  ikun fiha xenarji separati li jirriflettu l-probabbiltajiet differenti tal-okkorrenza tat-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi li d-diversi tipi ta' mekkaniżmi ta' kapaċità huma mfassla biex jindirizzaw;

(d)  tqis b'mod xieraq il-kontribut tar-riżorsi kollha inkluż il-possibilitajiet eżistenti u futuri għall-ġenerazzjoni, il-ħżin tal-enerġija, l-integrazzjoni settorjali, ir-rispons tad-domanda u ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni u l-kontribut tagħhom għat-tħaddim flessibbli tas-sistema

(e)  tantiċipa l-impatt probabbli tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 20(3);

(f)  tinkludi varjanti mingħajr b'mekkaniżmi ta' kapaċità eżistenti jew ippjanati, u fejn applikabbli, varjanti b' tali mekkaniżmi;

(g)  tkun ibbażata fuq mudell tas-suq li, juża l-approċċ ibbażat fuq il-fluss, fejn applikabbli;

(h)  tapplika kalkoli probabilistiċi;

(i)  tapplika għodda ta' mmudellar unika;

(j)  tinklodi mill-inqas l-indikaturi li ġejjin imsemmija fl-Artikolu 25:

–  "l-enerġija mbassra mhux ipprovduta", u

–  "tbassir tat-telf tat-tagħbija";

(k)  tidentifika s-sorsi ta' tħassib possibbli ta' adegwatezza tar-riżorsi, tindika b'mod partikolari jekk ikunx ostakolu tan-netwerk jew ostakolu tar-riżorsi, jew tat-tnejn li huma;

(l)   tqis l-iżvilupp tan-netwerk reali;

(m)  tiżgura li l-karatteristiċi nazzjonali tal-ġenerazzjoni, il-flessibbiltà tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, id-disponibbiltà ta' riżorsi primarji u l-livell ta' interkonnessjoni jkun ittieħed kont tajjeb tagħhom.

6.  Sa … [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta lill-ACER abbozz tal-metodoloġija għall-kalkolu:

(a)  tal-valur tat-tagħbija mitlufa;

(b)  tal-"kost tal-entrata l-ġdida" għall-ġenerazzjoni jew għar-rispons tad-domanda; u

(c)  tal-istandard ta' affidabbiltà msemmi fl-Artikolu 25.

7.  Il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq kriterji trasparenti, oġġettivi u verifikabbli.

8.  Il-proposti skont il-paragrafi 3 u 6 għall-abbozz tal-metodoloġija, ix-xenarji, l-aspetti sensittivi u s-suppożizzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati, u r-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont il-paragrafu 4 għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel mal-Istati Membri, mal-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u approvazzjoni tal-ACER, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

Artikolu 24

Valutazzjonijiet nazzjonali dwar l-adegwatezza tar-riżorsi

1.  . Il-valutazzjonijiet nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi għandu jkollhom ambitu reġjonali u għandhom ikunu bbażati fuq il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 23(3) b'mod partikolari fil-punti (b) sa (m) tal-Artikolu 23(5).

Il-valutazzjonijiet nazzjonali dwar l-adegwatezza tar-riżorsi għandu jkun fihom ix-xenarji ta' riferiment ċentrali kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 23(5).

Il-valutazzjonijiet nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi jistgħu jqisu sensitivitajiet addizzjonali għal dawk imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 23(5). F'tali każijiet, il-valutazzjonijiet nazzjonali dwar l-adegwatezza tar-riżorsi jistgħu: -

(a)  jagħmlu suppożizzjonijiet li jqisu l-partikolaritajiet tad-domanda u tal-provvista nazzjonali tal-elettriku;

(b)  jużaw strumenti komplementari u data reċenti li huma konsistenti li jkunu kumplimentari għal dawk użati mill-ENTSO għall-Elettriku għall-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi.

Barra minn hekk, il-valutazzjonijiet nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi fl-evalwazzjoni tal-kontribut tal-fornituri tal-kapaċità li jinsabu fi Stat Membru ieħor għas-sigurtà tal-provvista taż-żoni tal-offerti li huma jkopru, għandhom jużaw il-metodoloġija kif prevista fl-Artikolu 26(11).

2.  Il-valutazzjonijiet nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi u, fejn applikabbli, il-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi u l-opinjoni tal-ACER skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

3.  Meta l-valutazzjoni nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi tidentifika tħassib dwar l-adegwatezza rigward żona tal-offerti li ma ġiex identifikat fil-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi l-valutazzjoni nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi għandha tinkludi r-raġunijiet għadi-diverġenza bejn iż-żewġ valutazzjonijiet tal-adegwatezza tar-riżorsi, inklużi d-dettalji tal-aspetti sensittivi użati u s-suppożizzjonijiet sottostanti. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dik il-valutazzjoni u jibagħtuh lill-Aġenzija.

Fi żmien xahrejn mid-data ta' preżentazzjoni tar-rapport, l-ACER għandha tipprovdi opinjoni dwar jekk id-differenzi bejn il-valutazzjoni nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi u l-valutazzjoni Ewropej tal-adegwatezza tar-riżorsi humiex ġustifikati

Il-korp li huwa responsabbli għall-valutazzjoni nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi għandu jqis l-opinjoni tal-ACER, u fejn meħtieġ għandu jemenda l-valutazzjoni tiegħu. Fejn jiddeċiedi li ma jqisx b'mod sħiħ l-opinjoni tal-ACER, il-korp responsabbli għall-valutazzjoni nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi għandu jippubblika rapport b'raġunijiet dettaljati.

Artikolu 25

Standard ta' affidabbiltà

1.  Meta japplikaw il-mekkaniżmi ta’ kapaċità, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ standard ta’ affidabbiltà. Standard ta' affidabbiltà għandu jindika b'mod trasparenti l-livell neċessarju ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Istat Membru. Fil-każ ta' żoni tal-offerti transkonfinali, tali standards ta' affidabbiltà għandhom jiġu stabbiliti b'mod konġunt mill-awtoritajiet rilevanti.

2.  L-istandard ta' affidabbiltà għandu jkun stabbilit mill-Istat Membri jew minn awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru, wara proposta mill-awtorità regolatorja. L-istandard tal-affidabbiltà għandu jkun ibbażat fuq il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 23(6).

3.  L-istandard ta' affidabbiltà għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' mill-anqas il-valur ta' tagħbija mitlufa u l-kost ta' entrata ġdida matul perjodu ta' żmien partikolari u għandu jiġi espress bħala ''enerġija mbassra mhux ipprovduta'' u ''tbassir tat-telf tat-tagħbija''.

4.  Meta japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità, il-parametri li jiddeterminaw l-ammont ta' kapaċità akkwistata fil-mekkaniżmu ta' kapaċità għandhom jiġu approvati mill-Istat Membru jew minn awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istati Membri, abbażi ta' proposta mill-awtorità regolatorja.

Artikolu 26

Parteċipazzjoni transkonfinali fil-mekkaniżmi ta' kapaċità

1.  Il-mekkaniżmi tal-kapaċità, għajr ir-riservi strateġiċi, u fejn teknikament fattibbli, ir-riservi strateġiċi għandhom jinfetħu għal parteċipazzjoni transkonfinali diretta ta' fornituri tal-kapaċità li jinsabu fi Stat Membru ieħor suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità barranija li kapaċi tipprovdi prestazzjoni teknika ekwivalenti għall-kapaċitajiet nazzjonali, ikollha l-opportunità li tipparteċipa fl-istess proċess kompetittiv tal-kapaċità nazzjonali.. . Fil-każ ta’ mekkaniżmi tal-kapaċità li joperaw fi … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-interkonnetturi biex jipparteċipaw direttament fl-istess proċess kompetittiv bħala kapaċità barranija għal massimu ta’ erba’ snin minn … [id -data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] jew sentejn wara d-data tal-approvazzjoni tal-metodoloġiji msemmija fil-paragrafu 11, skont liema wieħed jiġi qabel.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kapaċità tkun lokalizzata fi Stat Membru li għandu konnessjoni tan-netwerk diretta mal-Istat Membru li japplika l-mekkaniżmu.

3.  L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-kapaċità li tinsab fit-territorju tagħhom milli tipparteċipa fil-mekkaniżmi ta' kapaċità ta' Stati Membri oħra.

4.  Il-parteċipazzjoni transkonfinali fil-mekkaniżmi ta' kapaċità ▌ma għandhiex tibdel, timmodifika jew taffettwa b'xi mod ieħor skedi transkonfinali jew flussi fiżiċi bejn l-Istati Membri. Dawk l-iskedi u l-flussi lgħandhom jiġu stabbiliti biss bir-riżultat tal-allokazzjoni tal-kapaċità skont l-Artikolu 16

5.  Il-fornituri tal-kapaċità għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw f'aktar minn mekkaniżmu ta' kapaċità wieħed.

Fejn il-fornituri tal-kapaċità jipparteċipaw f'aktar minn mekkaniżmu ta' kapaċità wieħed għall-istess perjodu ta' konsenja, għandhom jipparteċipaw sad-disponibblità mistennija tal-interkonnessjoni u u l-konkorrenza probabbli ta' stress fuq is-sistema bejn is-sistema li fiha huwa applikat il-mekkaniżmu u s-sistema li fiha l-kapaċità barranija tinsab skont il-metodoloġija msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 11

6.  Il-fornituri tal-kapaċità għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu pagamenti ta' nuqqas ta' disponibbiltà fejn il-kapaċità tagħhom ma tkunx disponibbli.

Fejn il-fornituri tal-kapaċità jipparteċipaw f'aktar minn mekkaniżmu ta' kapaċità wieħed għall-istess perjodu ta' konsenja, huma għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu pagamenti ta' nuqqas ta' disponibbiltà multipli fejn ma jkunux jistgħu jissodisfaw impenji multipli.

7.  Għall-iskopijiet biex tingħata rakkomandazzjoni lill-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali stabbiliti skont l-Artikolu 35 għandhom jikkalkulaw fuq bażi annwali l-kapaċità massima ta' dħul disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija. Dak il-kalkolu għandu jqis id-disponibbiltà mistennija ta' interkonnesjoni u l-konkorrenza probabbli ta' pressjoni fuq is-sistema fis-sistema fejn jiġi applikat il-mekkaniżmu u s-sistema fejn tkun tinsab il-kapaċità barranija. Tali kalkolu għandu jkun meħtieġ għal kull fruntiera taż-żona tal-offerti

L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jiffissaw il-kapaċità massima ta' dħul disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija abbażi tar-rakkomandazzjoni taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali fuq bażi annwali .

għandhom jistabbilixxu l-kapaċità ta' dħul massima disponibbli għall-parteċipazzjoni

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità ta' dħul msemmija fil-paragrafu 7 tkun allokata għall-fornituri tal-kapaċità eliġibbli b'mod trasparenti, mhux diskriminatorju u bbażat fuq is-suq.

9.  Fejn mekkaniżmi ta' kapaċità jippermettu parteċipazzjoni transkonfinali f'żewġ Stati Membri ġirien, kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 8, għandu jakkumula għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni konċernati u għandu jinqasam bejniethom skont il-metodoloġija msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 11 jew skont metodoloġija komuni approvata miż-żewġ awtoritajiet regolatorji rilevanti. Jekk l-Istat Membru ġar ma japplikax mekkaniżmu tal-kapaċità jew japplika mekkaniżmu ta' kapaċità li mhuwiex miftuħ għall-parteċipazzjoni transkonfinali, is-sehem tad-dħul għandu jiġi approvat mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fih il-mekkaniżmu tal-kapaċità qed jiġi implimentat wara li ġiet mfitxija l-opinjoni tal-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri ġirien. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jużaw dan id-dħul għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(2).

10.  L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fejn tkun tinsab il-kapaċità barranija għandu:

(a)  jistabbilixxi jekk il-fornituri tal-kapaċità interessati jistgħux jipprovdu l-prestazzjoni teknika kif meħtieġa mill-mekkaniżmu ta' kapaċità li beħsiebhom jipparteċipaw fih, u jirreġistrahom fir-reġistru bħala fornituri tal-kapaċità eliġibbli f'reġistru stabbilit għal dak l-iskop;

(b)  iwettaq kontrolli tad-disponibbiltà▌;

(c)  jinnotifikaw lill-operatur tas-sistema ta 'trasmissjoni fl-Istat Membru li japplika l-mekkaniżmu tal-kapaċità ta' l-informazzjoni li jakkwista taħt il-punti (a) u (b) u t-tieni subparagrafu;

Il-fornitur rilevanti tal-kapaċità għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni bil-parteċipazzjoni tiegħu f'mekkaniżmu ta' kapaċità barranija.

11.  Sa ... [12-il xahar wara d-data tad- dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta lill-ACER:

(a)  metodoloġija għall-kalkolu tal-kapaċità massima ta' dħul għall-parteċipazzjoni transkonfinali kif imsemmija fil-paragrafu 7;

(b)  metodoloġija għall-qsim tad-dħul imsemmija fil-paragrafu 9;

(c)  regoli komuni għat-twettiq ta 'kontrolli ta' disponibbiltà msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 10;

(d)  regoli komuni biex jiġi ddeterminat meta jkun dovut pagament ta' nuqqas tad-disponibbiltà;

(e)  termini tat-tħaddim tar-reġistru kif imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 10;

(f)  regoli komuni għall-identifikazzjoni tal-kapaċità eliġibbli għall-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu tal-kapaċità kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 10;

Il-proposta għandha tkun soġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel u l-approvazzjoni mill-ACER skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

12.  L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jivverifikaw jekk il-kapaċitajiet ġewx ikkalkulati skont il-metodoloġija kif imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 11.

13.  L-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-parteċipazzjoni transkonfinali fil-mekkaniżmi ta' kapaċità tkun organizzata b'mod effettiv u mhux diskriminatorju. B'mod partikolari dawn għandhom jipprovdu għal arranġamenti amministrattivi adegwati għall-infurzar tal-pagamenti ta' nuqqas ta' disponibbiltà bejn il-fruntieri.

14.  Il-kapaċitajiet allokati skont il-paragrafu 8 għandhom ikunu trasferibbli bejn il-fornituri tal-kapaċità eliġibbli. Il-fornituri tal-kapaċità eliġibbli għandhom jinnotifikaw lir-reġistru kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 10 bi kwalunkwe trasferiment ta' dan it-tip.

15.  Sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] l-ENTSO għall-Elettriku għandu jistabbilixxi u jħaddem ir-reġistru kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 10. Ir-reġistru għandu jkun miftuħ għall-fornituri tal-kapaċità eliġibbli kollha, għas-sistemi li japplikaw li jimplimentaw mekkaniżmi ta' kapaċità u għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tagħhom.

Artikolu 27

Proċedura ta' approvazzjoni

1.  Fejn ssir referenza għal dan l-Artikolu, il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandha tapplika għall-approvazzjoni tal- ppreżentati mill-ENTSO għall-Elettriku.

2.  Qabel ma jippreżental-proposta, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jwettaq proċess ta' konsultazzjoni li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż lill-awtoritiajiet regolatorji u lil awtoritajiet nazzjonali oħra. Huwa għandu jieħu jqis kif xieraq ir-riżultati tal-proċess ta' konsultazzjoni fil-proposta tiegħu.

3.  Fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tal-proposta msemmija fil-paragrafu 1, l-ACER għandha tapprovaha jew temendaha. Fil-każ tal-aħħar, l-ACER għandha tikkonsulta lill-ENTSO għall-Elettriku qabel tapprova l-proposta emendata. L-ACER għandu jippubblika l-proposta approvata fuq is-sit web tagħha fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tad-dokumenti proposti.

4.  Fi kwalunkwe mument, L-ACER tista' titlob li jsiru tibdiliet fil-proposta approvata. Fi żmien sitt xhur mid-data ta' meta tirċievi tali talba, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta abbozz tat-tibdiliet proposti lill- ACER. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievl -abbozz, l- ACER għandha temenda jew tapprova t-tibdiliet u tippubblika dawk it-tibdiliet hom fuq is-sit web tagħha.

Kapitolu V

Tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni

Artikolu 28

Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni permezz tal-ENTSO għall-Elettriku sabiex jiġu promossi l-ikkompletar u l-funzjonament tas-suq intern tal-elettriku u l-kummerċ transżonali u biex tiġi żgurata l-aħjar ġestjoni, it-tħaddim koordinat u l-evoluzzjoni teknika soda tan-netwerk Ewropew ta' trażmissjoni tal-elettriku.

2.  Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skont il-liġi tal-Unjoni, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jaġixxi bil-ħsieb li jistabbilixxi suq intern tal-elettriku funzjonanti u integrat sewwa u għandu jikkontribwixxi għall-kisba effiċjenti u sostenibbli tal-objettivi stabbiliti fil-qafas ta' politika għall-enerġija u l-klima li jkopri l-perjodu mill-2020 sal-2030, b'mod partikolari billi jikkontribwixxi għall-integrazzjoni effiċjenti tal-elettriku ġġenerat mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u għaż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija filwaqt li tinżamm is-sigurtà tas-sistema. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jkun mgħammar b'riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex jaqdi dmirijietu.

Artikolu 29

L- ENTSO għall-Elettriku

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-ACER kwalunkwe abbozz ta' emendi għall-istatuti, lista ta' membri jew regoli ta' proċedura tal-ENTSO għall-Elettriku.

2.  Fi żmien xahrejn mill-jum li fih tirċevi l-abbozzi ta' emendi għall-istatuti, lista tal-membri jew regoli ta' proċedura, l-ACER, wara li tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari lill-utenti tas-sistema, inklużi l-klijenti, għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar dawn l-abbozzi ta' emendi għall-istatuti, lista ta' membri jew regoli ta’ proċedura.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar ll-abbozzi ta' emendi għall-istatuti, lista ta' membri jew regoli ta’ proċedurafilwaqt li tqis l-opinjoni ta' l-ACER kif previst fil-paragrafu 2 u fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-opinjoni tal-ACER.

4.  Fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jadottaw u jippubblikaw l-istatuti jew ir-regoli ta' proċedura emendati.

5.  Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill- ACER fejn ikun hemm tibdil fihom jew fuq talba motivata ta’ waħda minnhom L-Kummissjoni u l-ACER għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom skont il- paragrafi 2, 3 u 4.

Artikolu 30

Il-kompiti tal-ENTSO għall-Elettriku

1.  L-ENTSO għall-Elettriku għandu:

(a)  jiżviluppa kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma stabbiliti fl-Artikolu 59(1) u (2) bil-għan li jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 28;

(b)  jadotta u jippubblika pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq perjodu ta' għaxar snin mhux vinkolanti għall-Unjoni (pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha), kull sentejn;

(c)  iħejji u jadotta proposti relatati mal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 23 u proposti għal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-parteċipazzjoni transkonfinali fil-mekkaniżmi ta' kapaċità skont l-Artikolu 26(11);

(d)  jadotta rakkomandazzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni teknika bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tal-Unjoni u l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' pajjiżi terzi;

(e)  jadotta qafas għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

(f)  jadotta proposta li tiddefinixxi r-reġjun ta' tħaddim tas-sistema f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36;

(g)  jikkoopera ma' operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-entità tal-UE għad-DSO.

(h)  jippromwovi d-diġitalizzazzjoni tan-netwerks ta' trażmissjoni inkluż l-użu ta' grilji intelliġenti, l-akkwist effiċjenti ta' data f'ħin reali u sistemi ta' kejl intelliġenti;

(i)  jadotta għodod komuni għat-tħaddim tan-netwerk biex jiżguraw il-koordinazzjoni tat-tħaddim tan-netwerk f'kundizzjonijiet normali u f'emerġenza, inkluża klassifikazzjoni komuni ta' inċidenti, u pjanijiet ta' riċerka, inkluż l-użu ta' dawk il-pjanijiet fi programm ta' riċerka effiċjenti. Dik l-għodda għandha tispeċifika fost affarijiet oħra:

(i)  l-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni xierqa minn ġurnata qabel, tal-istess jum, u f'ħin reali, li tkun utli għat-titjib tal-koordinazzjoni operazzjonali, kif ukoll il-frekwenza ottimali għall-ġbir u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ta' dan it-tip;

(ii)  il-pjattaforma teknoloġika għall-iskambju ta' informazzjoni f'ħin reali u fejn ikun xieraq, il-pjattaformi teknoloġiċi għall-ġbir, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni l-oħra msemmija fil-punt (i), kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-proċeduri li jkunu kapaċi jżidu l-koordinazzjoni operazzjonali bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni bil-ħsieb li dan il-koordinazzjoni jibda jseħħ fl-Unjoni kollha kemm hi;

(iii)  kif l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni se jqiegħdu l-informazzjoni operazzjonali għad-diżpożizzjoni tal-operaturi l-oħra tas-sistema ta' trażmissjoni jew ta' kwalunkwe entità oħra li tkun ingħatat il-mandat dovut li tappoġġahom fil-kisba tal-koordinazzjoni operazzjonali, u tal-ACER; u

li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jaħtru punt ta' kuntatt responsabbli biex iwieġeb il-mistoqsijiet minn operaturi oħrajn tas-sistema ta' trażmissjoni jew minn kwalunkwe entità oħra li tkun ingħatat il-mandat dovut kif imsemmi fil-punt (iii), jew mill-ACER fir-rigward tal-informazzjoni ta' dan it-tip;

(j)  jadotta programm ta' ħidma annwali;

(k)  jikkontribwixxi għall-ħolqien tar-rekwiżiti ta' interoperabbiltà u ta' proċeduri mhux diskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data kif previst fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2019/...(38);

(l)  jadotta rapport annwali;

(m)  iwettaq u jadotta valutazzjonijiet staġonali dwar l-adegwatezza skont l- 9(2) tar-Regolament (UE) 2019/...(39);

(n)  jippromwovi ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u mal-entitajiet regolati;

(o)   iqis l-iżvilupp tar-rispons għad-domanda huwa u jwettaq il-kompiti tiegħu.

2.  L-ENTSO tal-Elettriku għandu jirrapporta lill-ACER dwar in-nuqqasijiet identifikati rigward l-istabbiliment u l-prestazzjoni taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.

3.  L-ENTSO għall-Elettriku għandu jippubblika l-minuti tal-laqgħat tal-Assemblea tiegħu, tal-laqgħat tal-bord u tal-kumitati u jipprovdi lill-pubbliku l-informazzjoni regolari dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-attivitajiet tiegħu.

4.  Il-programm ta' ħidma annwali msemmi fil-punt (j) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi lista u deskrizzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk li għandhom jitħejjew, pjan dwar il-koordinazzjoni tat-tħaddim tan-netwerk u l-attivitiajiet ta' riċerka u żvilupp li għandhom jitwettqu f'dik is-sena, u kalendarju indikattiv.

5.  L-ENTSO għall-Elettriku għandu jjipprovdi lill-ACER bl-informazzjoni li l-ACER teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha skont l-Artikolu 32(1).  Sabiex l-ENTSO għall-Elettriku jkun jista' jissodisfa dak ir-rekwiżit, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu lill-ENTSO għall-Elettriku bl-informazzjoni meħtieġa.

6.  Fuq talba tal-Kummissjoni, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-fehmiet tiegħu dwar l-adozzjoni ta' linji gwida kif stabbilit fl-Artikolu 61.

Artikolu 31

Konsultazzjonijiet

1.  Fil-preparazzjoni tal-proposti skont il-kompiti msemmija fl-Artikolu 30(1), l-ENTSO tal-Elettriku għandu jwettaq proċess estensiv ta' konsultazzjoni. Il-proċess ta' konsultazzjoni għandu jkun strutturat b'mod li jippermetti l-akkomodazzjoni tal-integrazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati qabel l-adozzjoni finalital-proposta u b'mod miftuħ u trasparenti, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u, b'mod partikolari, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil tali partijiet ikkonċernati kollha,skont ir-regoli ta' proċedura msemmija fl-Artikolu 29. Dik il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet nazzjonali oħrajn, l-impriżi ta' forniment u ta' ġenerazzjoni, l-utenti tas-sistema, inklużi l-klijenti, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti, il-korpi tekniċi u l-pjattaformi tal-partijiet ikkonċernati. Il-konsultazzjoni għandha l-għan li tidentifika l-opinjonijiet u l-proposti tal-partijiet rilevanti kollha waqt il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

2.  Id-dokumenti u l-minuti kollha tal-laqgħat relatati ma' dawn il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu pubbliċi.

3.  Qabel ma jiġu adottati l-proposti msemmija fl-Artikolu 30(1), l-ENTSO għall-Elettriku għandu jindika kif tqiesu l-osservazzjonijiet li jkun irċieva waqt il-konsultazzjoni. Din għandha tagħti raġunijiet meta l-osservazzjonijiet ma jitqisux.

Artikolu 32

Sorveljanza mill-ACER

1.  L-ACER għandha tissorvelja l-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-ENTSO għall-Elettriku msemmija fl-Artikolu 30(1), (2) u (3), u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni.

L-ACER għandha tissorvelja l-implimentazzjoni, mill-ENTSO għall-Elettriku, tal-kodiċijiet tan-netwerk żviluppati skont l-Artikolu 59. Meta l-ENTSO għall-Elettriku jonqos milli jimplimenta dawn il-kodiċijiet tan-netwerk, l-ACER għandha titlob lill-ENTSO għall-Elettriku biex jipprovdi spjegazzjoni raġunata għalfejn ikun naqas milli jagħmel dan. L-ACER għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar dik l-ispjegazzjoni u tagħti opinjoni dwarha.

L-ACER għandha tissorvelja u tanalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida adottati mill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 58(1), u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli mmirati għall-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tas-suq kif ukoll fuq in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva, il-funzjonament effiċjenti tas-suq, u tirrapporta lill-Kummissjoni.

2.  L-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta l-abbozz tal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha, l-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali, inkluża l-informazzjoni dwar il-proċess ta' konsultazzjoni, u dokumenti oħra msemmija fl-Artikolu 30(1) lill-ACER għall-opinjoni tagħha.

Meta tqis li l-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali jew l-abbozz tal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall- Unjoni kollha ppreżentati mill-ENTSO għall-Elettriku ma jikkontribwixxix għan-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva, il-funzjonament effiċjenti tas-suq jew livell suffiċjenti ta' interkonnessjoni transkonfinali miftuħa għall-aċċess mill-partijiet terzi. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni debitament motivata kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom.

Artikolu 33

Kostijiet

Il-kostijiet relatati mal-attivitajiet tal-ENTSO għall-Elettriku msemmija fl-Artikoli 28 sa 32 u 58 sa 61 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 għandhom jiġġarrbu mill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw dawn il-kostijiet biss jekk ikunu raġonevoli u xierqa.

Artikolu 34

Kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni reġjonali fi ħdan l-ENTSO għall-Elettriku biex tikkontribwixxi għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 30(1), (2) u (3). B'mod partikolari, għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment reġjonali kull sentejn, u jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment ibbażati fuq dak il-pjan ta' investiment reġjonali.  L-ENTSO għall-Elettriku għandu jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-livell reġjonali filwaqt li jiżgura l-interoperabbiltà, il-komunikazzjoni u s-sorveljanza tal-prestazzjoni reġjonali f'dawk l-oqsma li għadhom ma ġewx armonizzati fil-livell tal-Unjoni.

2.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippromwovu arranġamenti operazzjonali sabiex jiżguraw l-aħjar ġestjoni tan-netwerk, u għandhom jippromwovu l-iżvilupp ta' skambji tal-enerġija, l-allokazzjoni kkoordinata tal-kapaċità traskonfinali permezz ta' soluzzjonijiet mhux diskriminatorji bbażati fuq is-suq, bl-attenzjoni dovuta għall-merti speċifiċi tal-bejgħ bl-irkant impliċitu għall-allokazzjonijiet fuqperjodu qasir, u l-integrazzjoni ta' mekkaniżmi ta' bilanċ u ta' riservi tal-enerġija.

3.  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, iż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta' kooperazzjoni reġjonali tista' tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti. Kull Stat Membru jista' jippromwovi l-kooperazzjoni f'aktar minn żona ġeografika waħda.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 biex tissuplimenta dan ir-Regolament, biex tistabbilixxi iż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta' kooperazzjoni reġjonali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji, lill-CER u lill-ENTSO tal-Elettriku.

L-atti delegati msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36.

Artikolu 35

L-istabbiliment u l-missjoni taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali

1.  Sa ... [tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament), l-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jipreżentaw lill-awtoritajiet regolatorji rispettivi proposta għall-istabbiliment ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati skont il-kriterji definit f'dan il-Kapitolu.

L-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jirrieżaminaw u japprovaw il-proposta.

Il-proposta għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)   l-Istat Membru li fih tkun tinsab is-sede prospettiva taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali u l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoniparteċipanti;

(b)  l-arranġamenti organizzattivi, finanzjarji u operazzjonali neċessarji sabiex jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti, sigur u affidabbli tas-sistema ta' trażmissjoni interkonnessa;

(c)  pjan ta' implimentazzjoni biex jibdew joperaw iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

(d)  l-istatuti u r-regoli ta' proċedura taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

(e)  deskrizzjoni tal-proċessi kooperattivi skont l-Artikolu 38;

(f)  deskrizzjoni tal-arranġamenti li jikkonċernaw ir-responsabbiltà taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 47;

(g)  meta jkun hemm żewġ ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali operattivi fuq bażi ta' rotazzjoni skont l-Artikolu 36(2) , deskrizzjoni tal-arranġamenti li jiddefinixxu r-responsabbiltajiet u l-proċeduri ċari dwar it-twettiq tal-kompiti tagħhom.

2.  Wara l-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-proposta msemmija fil-paragrafu 1, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jissostitwixxu lill-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà stabbiliti skont l-Linja Gwida dwar it-Tħaddim tas-Sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u għandhom jibdew joperaw mill-1 ta' Lulju 2022.

3.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom ikunu organizzati f'forma ġuridika kif imsemmi fl-Anness A tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(40).

4.  Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont l-liġi tal-Unjoni, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jaġixxu b'mod indipendenti mill-interessi nazzjonali individwali u b'mod indipendenti mill-interessi tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

5.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jikkomplementaw ir-rwol tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni billi jwettqu l-kompiti ta' rilevanza reġjonali assenjati lilhom f'konformità mal-Artikolu 37. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni tal-flussi tal-elettriku u għall-iżgurar ta' sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti skont punt (d) ta-Artikolu 40(1) tad-Direttiva (UE) 2019/...(41).

Artikolu 36

Ambitu ġeografiku taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali

1.  Sa ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta proposta lill-ACERli tispeċifika liema operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, żoni tal-offerti, konfini taż-żoni tal-offerti, reġjuni bil-kapaċità kalkolata u reġjuni ta' koordinazzjoni tal-indisponibbiltà huma koperti minn kull wieħed mir-reġjuni ta' tħaddim tas-sistema. Il-proposta għandha tqis it-topoloġija tal-grilja, inkluż il-grad tal-interkonnessjoni u l-interdipendenza tas-sistema tal-elettriku f'termini ta' flussi u d-daqs tar-reġjun li għandu jkopri mill-inqas reġjun wieħed bil-kapaċità kalkolata;

2.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun tat-tħaddim ta' sistema għandhom jaderixxu maċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali stabbilit f'dak ir-reġjun. F'ċirkostanzi eċċezzjonali,fejn żona ta' kontroll ta' operatur tas-sistema ta' tranżizzjoni hija parti minn diversi żoni sinkroniċi multipli, l-operatur tas-sistema ta' tranżizzjoni jista' jipparteċipa f'żewġ ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali. Għall-konfini taż-żoni tal-offerti ħdejn reġjuni ta' tħaddim tas-sistema, il-proposta fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-mod kif għandu jsir il-koordinazzjoni bejn iċ- ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għal dawk il-konfini. Għaż-żona sinkronika tal-Ewropa Kontinentali, fejn l-attivitajiet ta' żewġ ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jistgħu jidħlu fuq xulxin f'reġjun ta' tħaddim tas-sistema, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni ta' dak ir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jiddeċiedu li jew jaħtru ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali uniku f'dak ir-reġjun jew li ż-żewġ ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jwettqu wħud mill-kompiti jew il-kompiti kollha ta' rilevanza reġjonali fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema kollu kemm hu fuq bażi ta' rotazzjoni filwaqt li kompiti oħra minn ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali uniku maħtur.

3.  Fi żmien tliet xhur minn meta tasal il-proposta fil-paragrafu 1, l-ACER għandha tapprova l-proposta li tiddefinixxi r-reġjuni ta' tħaddim tas-sistema jew tipproponi li jsiru xi emendi. Fil-każ tal-aħħar, l-ACER għandha tikkonsulta lill-ENTSO għall-Elettriku qabel tadotta l-emendi. Il-proposta adottata għandha tiġi ppubblikata fis-sit web tal-ACER.

4.  L-operaturi tas-sistema ta' tranżizzjoni rilevanti jistgħu jippreżentaw proposta lill-ACER għall-modifika tar-reġjuni ta' tħaddim tas-sistema definiti skont il-paragrafu 1. Għandu japplika l-proċess stipulat fil-paragrafu 3.

Artikolu 37

Kompiti taċ- ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali

1.  Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jwettaq mill-inqas il-kompiti kollha ta' rilevanza reġjonali li ġejjin fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema kollu kemm hu fejn ikun stabbilit:

(a)  it-twettiq tal-kalkolu koordinat tal-kapaċità skont il-metodoloġiji żviluppati f'konformità mal-linja gwida tal-allokazzjoni tal-kapaċità u tal-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(b)  it-twettiq tal-analiżi koordinata tas-sigurtà f'konformità mal-metodoloġiji żviluppati skont il-linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(c)  il-ħolqien ta' mudelli tal-grilja komuni f'konformità mal-metodoloġiji u mal-proċeduri żviluppati skont il-linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(d)  l-appoġġ għall-valutazzjoni tal-konsistenza tal-pjanijiet ta' difiża u ta' restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-kodiċi tan-netwerk għall-emerġenza u restawr adottat abbażi tal-Artikolu 6(11) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(e)  it-twettiq ta' previżjonijiet u tħejjija reġjonali dwar l-adegwatezza tas-sistema minn ġimgħa bil-quddiem sa mill-anqas ġurnata bil-quddiem tal-azzjonijiet li jnaqqsu r-riskji f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fir-Regolament (UE) 2019/...(42) u mal-proċeduri stabbiliti fil-Linja Gwida dwar it-Tħaddim tas-Sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(f)  it-twettiq ta' koordinazzjoni tal-ippjanar tal-indisponibbiltà reġjonali f'konformità mal-proċeduri u metodoloġiji stabbiliti fil-Linja Gwida dwar it-Tħaddim tas-Sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(g)  it-taħriġ u ċertifikazzjoni għall-persunal li jaħdem għaċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali;

(h)  l-appoġġ lill-koordinazzjoni u l-ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali kif mitlub minn operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(i)  it-twettiq ta' analiżi u rappurtar ta' wara t-tħaddim u t-tfixkil;

(j)  l-iffissar tad-dimensjoni reġjonali tal-kapaċità ta' riserva;

(k)  l-iffaċilitar tal-akkwist reġjonali tal-kapaċità ta' bbilanċjar;

(l)  l-appoġġ lill-operaturi tas-sistema ta' tranżizzjoni, fuq talba tagħhom, fl-ottimizzazzjoni tas-saldu fost l-operaturi tas-sistema ta' tranżizzjoni;

(m)  it-twettiq ta' kompiti relatati mal-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali tal-elettriku jekk u sal-punt li jiġu ddelegati liċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/...(43) ▌;

(n)  it-twettiq ta' relatati mal-identifikazzjoni tal-valutazzjonijiet staġonali tal-adegwatezza jekk u safejn jiġu ddelegati liċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2019/...(44);

(o)  il-kalkolu tal-valur tal-kapaċità fi dħul massimu disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija fil-mekkaniżmi ta' kapaċità għal skopijiet ta' formulazzjoni ta' rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 26(7).

(p)  it-twettiq ta' kompiti relatati mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kapaċità ta' trażmissjoni ġdida, għal titjib fil-kapaċità ta' trażmissjoni eżistenti jew l-alternattivi tagħhom, li għandhom jiġu ppreżentati lill-gruppi reġjonali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 u inklużi fil-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/...(45) .

Il-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu huma stabbiliti f'aktar dettall fl-Anness I.

2.  Abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni Ewropea jew minn Stat Membru, il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 68 tad-Direttiva 2019 /...(46) għandu joħroġ opinjoni dwar l-assenjazzjoni ta' kompiti ta' konsulenza ġodda liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali. Fejn dak il-Kumitat joħroġ opinjoni favorevoli dwar l-assenjazzjoni tal-kompiti ta' konsulenza ġodda, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu dawk il-kompiti abbażi ta' proposta żviluppat mill-ENTSO għall-Elettriku u approvata mill-ACER skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27..

3.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali tagħhom l-informazzjoni meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti tagħhom.

4.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jipprovdu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu implimentati l-azzjonijiet koordinati u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali.

Fir-rigward tal-kompiti stabbiliti f'dan l-Artikolu u mhux diġà koperti mill-kodiċijiet tan-netwerk jew mil-linji gwida rilevanti, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jiżviluppa proposta f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali għandhom iwettqu dawk il-funzjonijiet abbażi tal -proposta wara li tkun ġiet approvata mill-ACER.

Artikolu 38

Kooperazzjoni fi ħdan u fost iċ-ċentri operazzjonali reġjonali u bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali

Il-koordinazzjoni ta' kuljum fi ħdan u fost iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jiġi ġestit permezz ta' proċessi kooperattivi fost l-operaturi tas-sistema ta' trażmizzjoni tar-reġjun, fosthom arranġamenti għall-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali meta rilevanti. Il-proċess kooperattiv għandu jkun ibbażat fuq:

(a)  arranġamenti ta' ħidma li jindirizzaw l-aspetti operazzjonali u ta' ppjanar rilevanti għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 37;

(b)  proċedura għall-kondiviżjoni tal-analiżi u għall-konsultazzjoni tal-proposti taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali nal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u maċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali l-oħrajn, b'mod effiċjenti u inklużiv, fl-eżerċizzju tal-obbligi u tal-kompiti operazzjonali ▌skont l-Artikolu 40;

(c)  proċedura għall-adozzjoni ta' azzjonijiet koordinati u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 42.

Artikolu 39

Arranġamenti ta' ħidma

1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jiżviluppaw arranġamenti ta' ħidma li jkunu effiċjenti, inklużivi, trasparenti u li jiffaċilitaw il-kunsens, sabiex jindirizzaw l-aspetti operazzjonali u ta' ppjanar relatati mal-kompiti li jridu jitwettqu, billi jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispeċifiċitajiet u r-rekwiżiti ta' dawk il-kompiti kif speċifikat fl-Anness I. Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jiżviluppaw ukoll proċess għar-reviżjoni ta' dawn l-arranġamenti ta' ħidma.

2.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' ħidma msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu regoli għan-notifika tal-partijiet ikkonċernati.

Artikolu 40

Proċedura ta' konsultazzjoni

1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jiżviluppaw proċedura biex jorganizzaw, fl-eżerċizzju tal-obbligi u tal-kompiti operazzjonali tagħhom ta' kuljum, il-konsultazzjoni xierqa u regolari tal-operaturi fis-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema, ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali oħrajn u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Sabiex jiżguraw li jistgħu jiġu indirizzati l-kwistjonijiet regolatorji, l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu involuti meta jkun meħtieġ.

2.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jikkonsultaw lill-Istati Membri tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u, fejn hemm forum reġjonali, lill-fora reġjonali tagħhom dwar kwistjonijiet ta' rilevanza politika li jeskludu l-attivitajiet ta' kuljum taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali u l-implimentazzjoni tal-kompiti tagħhom. Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jieħdu kont debitu tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri u fejn applikabbli, mill-fora reġjonali tagħhom.

Artikolu 41

Trasparenza

1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jiżviluppaw proċess għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati u għandhom jorganizzaw laqgħat regolari mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiddiskutu dwar kwistjonijiet relatati mat-tħaddim effiċjenti, sigur u affidabbli tas-sistema interkonnessa kif ukoll sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet u jiġi propost titjib.

2.  L-ENTSO tal-Elettriku u ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom joperaw b'trasparenza sħiħa fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati u tal-pubbliku ġenerali. Id-dokumentazzjoni kollha rilevanti għandha tkun ippubblikata fuq is-siti web rispettivi tagħhom.

Artikolu 42

Adozzjoni u reviżjonijiet tal-azzjonijiet koordinati u tar-rakkomandazzjonijiet

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni f' reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jiżviluppaw proċedura għall-adozzjoni u għar-reviżjoni tal-azzjonijiet koordinati u tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa miċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4. s

2.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom joħorġu azzjonijiet koordinati indirizzati lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni dwar il-kompiti msemmija fil-punti (a) u (b) ▌tal-Artikolu 37(1). L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jimplimentaw l-azzjonijiet koordinati għajr meta l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet koordinati tkun tirriżulta fi ksur tal-limiti tas-sigurtà operazzjonali definiti minn kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni f'konformità mal-linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

Meta operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jiddeċiedi li ma jimplimentax azzjoni koordinata għall-motivazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, huwa għandu jirrapporta b'mod trasparenti l-motivazzjoni fid-dettall liċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali u lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema. F'każijiet bħal dawn, iċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jivvaluta l-impatt ta’ dik id-deċiżjoni fuq l-operaturi l-oħra tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u jista' jipproponi ġabra differenti ta' azzjonijiet koordinati soġġetti għall-proċedura stipulata fil-paragrafu 1.

3.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom joħorġu rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward mal-kompiti elenkati fil-punti (c) sa (p) tal-Artikolu 37(1) jew assnejati skont l-Artikolu 37(2)..

Meta operatur ta' sistema ta' trażmissjoni jiddeċiedi li jiddevja minn-rakkomandazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jippreżenta ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tiegħu liċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali u lill-operaturi l-oħra tas-sistemi ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema mingħajr dewmien żejjed.

4.  Ir-reviżjoni tal-azzjonijiet koordinati jew ta' rakkomandazzjoni għandha tkun attivata fuq talba ta' operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema. Wara r-reviżjoni tal-azzjoni koordinata jew tar-rakkomandazzjoni, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jikkonformaw jew jimmodifikaw il-miżura.

5.  Fejn azzjoni koordinata hija soġġetta għal reviżjoni skont il-paragrafu 4, it-talba għal reviżjoni ma għandhiex tissospendi l-azzjoni koordinata ħlief fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni koordinata tkun tirriżulta fi ksur tal-limiti tas-sigurtà operazzjonali definiti minn kull operatur individwali tas-sistema ta' trażmissjoni skont l-linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

6.  Fuq proposta ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 68 tad-Direttiva 2019/... (47), l-Istati Membri f' reġjun ta' tħaddim tas-sistema jistgħu jiddeċiedu b'mod konġunt li jagħtu l-kompetenza tal-ħruġ ta' azzjonijiet koordinati liċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali tagħhom għal kompitu wieħed jew aktar previsti fil-punti (c) sa (p) tal-Artikolu 37(1).

Artikolu 43

Bord maniġerjali taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali

1.  Sabiex jadotta miżuri relatati mal-governanza tagħhom u biex jimmonitorja l-prestazzjoni tagħhom, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jistabbilixxu bord maniġerjali.

2.  Il-bord maniġerjali għandu jkun magħmul minn membri li jirrappreżentaw lill-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni li jipparteċipaw fiċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali rispettivi.

3.  Il-bord maniġerjali għandu jkun responsabbli:

(a)  mill-abbozzar u mill-approvazzjoni tal-istatuti u mir-regoli ta' proċedura taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;

(b)  mit-teħid tad-deċiżjonijiet u mill-implimentazzjoni tal-istruttura organizzattiva;

(c)  mit-tħejjija u mill-approvazzjoni tal-baġit annwali;

(d)  mill-iżvilupp u mill-approvazzjoni tal-proċessi kooperattivi ▌skont l-Artikolu 38.

4.  Il-kompetenzi tal-bord maniġerjali ma jinkludux dawk li huma relatati mal-attivitajiet ta' kuljum taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali u mat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Artikolu 44

Struttura organizzattiva

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali li tappoġġa s-sikurezza tal-kompiti tagħhom.

L-istruttura organizzattiva tagħhom għandha tispeċifika:

(a)  s-setgħat, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persunal▌;

(b)  ir-relazzjoni u l-linji ta' rappurtar bejn partijiet u proċessi differenti tal-organizzazzjoni.

2.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jistgħu jistabbilixxu uffiċċji reġjonali biex jindirizzaw l-ispeċifiċitajiet sottoreġjonali jew jistabbilixxu appoġġ għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għall-eżerċizzju effiċjenti u affidabbli tal-kompiti tagħhom meta jintwera bil-provi li huwa strettament neċessarju.

Artikolu 45

Tagħmir u persunal

Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod indipendenti u imparzjali.

Artikolu 46

Sorveljanza u rappurtar

1.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jistabbilixxu proċess għas-sorveljanza kontinwa ta' mill-inqas:

(a)  il-prestazzjoni operazzjonali tagħhom;

(b)  l-azzjonijiet koordinati u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa, sa fejn l-azzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet koordinati u rakkomandazzjonijiet ġew implimentati mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u r-riżultati miksuba; ‘

(c)  l-effettività u l-effiċjenza ta' kull waħda mill-kompiti li huma responsabbli għalihom u, fejn, applikabbli, ir-rotazzjoni ta’ dawk il-kompiti.

2.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jagħtu kont tal-kostijiet tagħhom b'mod trasparenti u jirrappurtawhom lill-ACER u lill-awtoritajiet regolatorji fir-reġjun ta’ tħaddim tas-sistema.

3.  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar ir-riżultat tal-monitoraġġ previst fil-paragrafu 1 u informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom lill-ENTSO għall-Elettriku, lill- ACER, lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u lill-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku..

4.  Iċ-ċentri operazzjonali reġjonali għandhom jirrappurtaw kwalunkwe nuqqas li jidentifikaw fil-proċess ta' monitoraġġ taħt il-paragrafu lill-ENTSO għall-Elettriku, lill-awtoritajiet regolatorji tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema, lill- ACERu lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-Istati Membri responsabbli mill-prevenzjoni u mill-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi. Abbażi ta' dak ir-rapport, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema jistgħu jipproponu miżuri biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fiċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.

5.  Mingħajr preġudizzju għal-ħtieġa li tiġi protetta s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jippubblikaw ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 3 u 4.

Artikolu 47

Responsabbiltà

Fil-proposti għall-istabbiliment ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 35, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jinkludu l-passi meħtieġa biex ikopru r-responsabbiltà relatata mat-twettiq tal-kompiti taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali. Il-metodu użat biex jipprovdu kopertura għandu jqis l-istatus ġuridiku taċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali u l-livell ta' kopertura tal-assigurazzjoni kummerċjali disponibbli.

Artikolu 48

Pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq perjodu ta' għaxar snin

1.  Il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha msemmi taħt il-punt (b) tal-Artikolu 30(1) għandu jinkludi t-tfassil tan-netwerk integrat, l-iżvilupp tax-xenarju u l-valutazzjoni tal-kapaċità ta' reżiljenza tas-sistema.

Il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha għandu, b'mod partikolari:

(a)  jibni fuq pjanijiet ta' investiment nazzjonali, filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet ta' investiment reġjonali kif imsemmijin fl-Artikolu 34(1) ta' dan ir-Regolament, u, jekk ikun il-każ, l-aspetti tal-Unjoni tal-ippjanar tan-netwerk, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48); għandu jkun soġġett għal analiżi tal-benefiċċji meta mqabblin mal-kostijiet permezz tal-metodoloġija stabbilita kif stipulat fl-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament;

(b)  rigward l-interkonnessjonijiet transkonfinali, jibni wkoll fuq il-ħtiġijiet raġonevoli tal-utenti differenti tas-sistema u jintegra impenji fit-tul mill-investituri, kif imsemmija fl-Artikoli 44 u 51 tad-Direttiva (UE) 2019/...(49); u

(c)  jidentifika l-lakuni fl-investiment, b’ mod partikolari, fir-rigward tal-kapaċitajiet transkonfinali.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, għandha tkun annessa mal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha, reviżjoni tal-ostakoli għaż-żieda fil-kapaċitá transkonfinali tan-netwerk, li ġejjin mill-proċeduri jew prattiki ta' approvazzjoni differenti.

2.  L-ACER għandha tagħti opinjoni dwar il-pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerk nazzjonali fuq perjodu ta' għaxar snin biex tevalwa l-konsistenza tagħhom mal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha. Jekk l-ACER tidentifika inkonsistenzi bejn il-pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerk nazzjonali fuq perjodu ta' għaxar snin u l-pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha, hija għandha tirrakkomanda li jkun emendat kif xieraq il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk nazzjonali fuq perjodu ta' għaxar snin jew il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha. Jekk dan il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk nazzjonali fuq perjodu ta' għaxar snin ikun elaborat skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/...(50), l-ACER għandha tirrakkomanda lill-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti biex temenda l-pjan ta' żvilupp tan-netwerk nazzjonali fuq perjodu ta' għaxar snin skont l-Artikolu 51(7) ta' dik id-Direttiva u tinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 49

Mekkaniżmu ta' kumpens għall-operaturi tas-sistema ta' intertrażmissjoni

1.  L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jirċievu kumpens għall-kostijiet imġarrba talli ospitaw il-flussi transkonfinali tal-elettriku fuq in-netwerks tagħhom.

2.  Il-kumpens li jirriferi għalih il-paragrafu 1 għandu jitħallas mill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali li minnhom joriġinaw il-flussi transkonfinali u tas-sistemi fejn jaslu l-flussi.

3.  Il-pagamenti ta' kumpens għandhom isiru fuq bażi regolari fir-rigward ta' perjodu ta' żmien partikolari li jkun għadda. L-aġġustamenti ex post ta' kumpens imħallas għandhom isiru fejn meħtieġ biex jikkorrispondu mal-kostijiet realment imġarrba.

L-ewwel perjodu ta' żmien li għalih għandu jsir pagament ta' kumpens għandu jiġi determinat fil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 61.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 biex jissumplimentaw dan ir-Regolament, biex jistabbilixxi dwar l-ammonti ta' kumpens li għandhom jitħallsu.

5.  Id-dimensjoni tal-flussi transkonfinali ospitati u d-dimensjoni tal-flussi transkonfinali denominati bħala li joriġinaw jew jitterminaw f'sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali għandhom jiġu determinati fuq il-bażi tal-flussi fiżiċi tal-elettriku li attwalment jiġu mkejla matul perjodu ta' żmien partikolari.

6.  Il-kostijiet imġarrba għall-ospitar tal-flussi transkonfinali għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-kostijiet medji inkrimentali mistennija għat-tul ta' żmien li ġej, meta wieħed jikkunsidra t-telf, l-investiment f'infrastruttura ġdida, u l-proporzjon xieraq tal-kost fuq l-infrastruttura eżistenti, sa fejn l-infrastruttura tkun użata għat-trażmissjoni tal-flussi transkonfinali, partikolarment billi tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li tkun iggarantita s-sigurtà tal-provvista. Meta jiġu stabbiliti l-kostijiet imġarrba, għandhom jintużaw metodoloġiji rikonoxxuti ta' kost standard. Il-benefiċċji li netwerk igawdi minnhom għall-ospitar ta' flussi transkonfinali għandhom jiġu kkunsidrati biex jitnaqqas il-kumpens riċevut.

7.  Għall-iskop biss tal-mekkaniżmu ta' kumpens tal-operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni meta n-netwerks ta' trażmissjoni ta' żewġ Stati Membri jew iżjed jifformaw parti, kompletament jew parzjalment, minn blokka unika ta' kontroll, il-blokka ta' kontroll sħiħa għandha titqies li tifforma parti min-netwerk ta' trażmissjoni ta' wieħed mill-Istati Membri konċernati, sabiex jiġi evitat li flussi fil-blokki ta' kontroll jkunu kkunsidrati bħala flussi transkonfinali taħt il-punt (b) tal-Artikolu 2(2) u li jagħtu lok għal pagamenti ta' kumpens taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu liema mill-Istati Membri kkonċernati għandu jkun dak li l-blokka sħiħa ta' kontroll tifforma parti integrata tiegħu.

Artikolu 50

Għoti ta' informazzjoni

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni biex jassiguraw is-sigurtà tan-netwerks fil-kuntest tal-ġestjoni tal-konġestjoni.

2.  L-istandards ta' sikurezza, ta' tħaddim u ta' ppjanar użati mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom ikunu pubbliċi. L-informazzjoni ppublikata għandha tinkludi skema ġenerali għall-kalkolu tal-kapaċità totali ta' trażmissjoni u l-marġni tal-affidabbiltà tat-trażmissjoni bbażata fuq il-karatteristiċi elettriċi u fiżiċi tan-netwerks. Tali skemi għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji.

3.  L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jippubblikaw stimi tal-kapaċità ta' trażmissjoni disponibbli għal kull jum, waqt li tkun indikata kull kapaċità ta' trasferiment diġà riservata. Dawn il-pubblikazzjonijiet għandhom isiru f'intervalli speċifikati qabel il-jum tat-trasport u għandhom jinkludu, f'kull każ, stimi tal-ġimgħa u tax-xahar minn qabel, kif ukoll indikazzjoni kwantitattiva tal-affidabbiltà mistennija tal-kapaċità disponibbli.

4.  L-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni għandhom jippubblikaw id-dejta rilevanti dwar it-tbassir aggregat u d-domanda attwali, dwar id-disponibbiltà u l-użu attwali ta' assi ta' ġenerazzjoni u ta' tagħbija, dwar id-disponibbiltà u l-użu tan-netwerks u tal-interkonnessjonijiet, dwar l-ibbilanċjar tal-enerġija u l-kapaċità ta' riserva u dwar id-disponibbiltà tal-flessibbiltà. Għad-disponibbiltà u l-użu attwali ta' assi ta' ġenerazzjoni u tagħbija żgħar, tista' tintuża dejta stmata aggregata.

5.  Il-parteċipanti konċernati fis-suq għandhom jagħtu d-dejta rilevanti lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

6.  L-impriżi ta' ġenerazzjoni li jkunu proprjetarji jew li joperaw assi ta' ġenerazzjoni, fejn mill-inqas assi ta' ġenerazzjoni wieħed minnhom ikollu kapaċità installata ta' mill-anqas 250 MW, jew li għandhom portafoll magħmul mill-inqas minn assi ta' ġenerazzjoni ta' 400 MW ta' assi ta' ġenerazzjoni, għal ħames snin għandhom iżommu għad-disponibbiltà tal-awtorità regolatorja, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni, id-dejta ta' kull siegħa ta' kull impjant li hi meħtieġa biex tivverifika d-deċiżjonijiet operazzjonali kollha ta' dispaċċ u kif isiru l-offerti fi skambji tal-enerġija, fl-irkanti ta' interkonnessjonijiet, fis-swieq ta' riserva u fis-swieq barra l-Borża. L-informazzjoni għal kull impjant u kull siegħa li għandha tinħażen għandha tinkludi, iżda mhux limitata għal, dejta dwar il-kapaċità ta' ġenerazzjoni disponibbli u r-riservi impenjati, inkluża l-allokazzjoni ta' dawk ir-riservi impenjati fuq il-livell ta' kull impjant, fil-waqt meta jsiru l-offerti u meta sseħħ il-produzzjoni.

7.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiskambjaw regolarment sett ta' dejta tan-netwerk u tal-fluss tat-tagħbija preċiż biżżejjed sabiex jippermetti li jsiru l-kalkoli tal-fluss tat-tagħbija għal kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fiż-żona rilevanti tiegħu. L-istess sett ta' dejta għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet regolatorji, u għall-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq talba. L-awtoritajiet regolatorji, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jittrattaw dak is-sett ta' dejta b'mod kunfidenzjali u għandhom jiżguraw li dak it-trattament kunfidenzjali jingħata wkoll minn kwalunkwe konsulent li jwettaq ħidma analitika fuq talba tagħhom abbażi ta' dik id-dejta.

Artikolu 51

Ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe notifika ta' deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur ta' sistema ta' trażmissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 52(6) tad-Direttiva (UE) 2019/...(51) hekk kif tirċeviha. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi din in-notifika, il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja rilevanti fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mal-Artikolu 43 u jew l-Artikolu 52(2) jew l-Artikolu 53 tad-Direttiva (UE) 2019/...(52).

Fit-tħejjija tal-opinjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista' titlob lill-ACER tagħti l-opinjoni tagħha dwar id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja. F'tali każ, il-perjodu ta' xahrejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jittawwal b'xahrejn oħra.

Fin-nuqqas ta' opinjoni mill-Kummissjoni fil-perjodi msemmijin fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-Kummissjoni għandha titqies li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.

2.  Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi opinjoni tal-Kummissjoni, l-awtorità regolatorja għandha tadotta d-deċiżjoni finali tagħha rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, filwaqt li tieħu kont kemm jista' jkun ta' dik l-opinjoni. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja u l-opinjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu pubblikati flimkien.

3.  Fi kwalunkwe waqt matul il-proċedura, l-awtoritajiet regolatorji jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew lill-impriżi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista, kull informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan l-Artikolu.

4.  L-awtoritajiet regolatorji u l-Kummissjoni għandhom jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

5.  Fejn il-Kummissjoni tkun irċeviet notifika taċ-ċertifikazzjoni ta' operatur ta' sistema ta' trażmissjoni taħt l-Artikolu 43(9) tad-Direttiva (UE) 2019/...(53), il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni. L-awtorità regolatorja għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Kapitolu VI

Tħaddim tas-sistema ta' distribuzzjoni

Artikolu 52

Entità Ewropea għall-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni

1.   L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ▌ għandhom jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni bl-entitàl-entità tal-UE għad-DSO, sabiex jippromwovu l-ikkompletar u l-funzjonament tas-suq intern tal-elettriku u biex jippromwovu l-ġestjoni ottimali u operazzjoni koordinata tas-sistemi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li jixtiequ jipparteċipaw fl-entità tal-UE għad-DSO għandu jkollhom id-dritt lijirreġistraw bħala membri tal-entità.

Il-membri reġistrati jistgħu jipparteċipaw fl-entità tal-UE għad-DSO direttament jew ikunu rappreżentati minn assoċjazzjoni nazzjonali maħtura mill-Istat Membru jew minn assoċjazzjoni fuq livell tal-Unjoni.

2.  L-entità tal-UE għad-DSO għandha twettaq il-kompiti u l-proċeduri f'konformità mal-Artikolu 55. Bħala entità esperta li taħdem għall-interess komuni tal-Unjoni, l-entità tal-UE għad-DSO m'għandha la tirrappreżenta interessi partikolari u lanqas tfittex li tinfluwenza l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet sabiex tippromwovi interessi speċifiċi.

3.  Il-membri tal-entità tal-UE għad-DSO għandhom ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni u għall-ħlas ta' tariffa ta' sħubija ġusta u proporzjonata li tirrifletti in-numru ta' klijenti konnessi mal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni konċernat.

Artikolu 53

L-istabbiliment tal-entità tal-UE għad-DSO ▌

1.  L-entità tal-UE għad-DSO għandha tikkonsisti, mill-inqas, minn assemblea ġenerali, bord tad-diretturi, grupp strateġiku ta' konsulenti, gruppi ta' esperti u segretarju ġenerali.

2.  Sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ▌ għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-ACER l-abbozz tal-istatuti f'konformità mal-Artikolu 54, inkluż kodiċi ta' kondotta, lista tal-membri rreġistrati, l-abbozz tar-regoli ta' proċedura, inklużi r-regoli tal-proċeduri tal-konsultazzjoni mal-ENTSO tal-Elettriku u partijiet ikkonċernati oħra u r-regoli għall-iffinanzjar, sabiex tiġi stabbilita l-entità tal-UE għad-DSO.

L-abbozz tar-regoli ta' proċedura tal-entità tal-UE għad-DSO għandu jiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-parteċipanti kollha tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni .

3.  Fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura, l-ACER għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari lill-utenti tas-sistema ta' distribuzzjoni.

4.  Fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-opinjoni tal-ACER, il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-abbozz tal-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-ACER kif prevista fil-paragrafu 3.

5.  Fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-opinjoni pożittiva tal-Kummissjoni, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu entità tal-UE għad-DSO u għandhom jadottaw u jippubblikaw l-istatuti u r-regoli ta' proċedura tagħha.

6.  Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill-ACER fejn ikun hemm bidliet fihom jew fuq talba motivata ta’ kwalunkwe waħda minnhom. Il-Kummissjoni u l-ACER għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom f'konformità mal-proċess stabbilit fil-paragrafi 2, 3 u 4.

7.  Il-kostijiet relatati mal-attivitajiet tal-entità tal-UE għad-DSO għandhom jiġġarbu mill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li huma membri rreġistrati u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw biss il-kostijiet li huma raġonevoli u proporzjonati.

Artikolu 54

Regoli u proċeduri prinċipali tal-entità tal-UE għad-DSO

1.  L-istatuti tal-entità tal-UE għad-DSO adottati skont l-Artikolu 53 għandhom iħarsu l-prinċipji li ġejjin:

(a)  il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-entità tal-UE għad-DSO hija limitata għal membri rreġistrati bil-possibbiltà ta' delega fi ħdan is-sħubija;

(b)  id-deċiżjonijiet strateġiċi dwar l-attivitajiet tal-entità tal-UE għad-DSO, kif ukoll il-linji gwida ta' politika għall-bord tad-diretturi, jiġu adottati mill-assemblea ġenerali;

(c)  id-deċiżjonijiet tal-assemblea ġenerali huma adottati skont ir-regoli li ġejjin:

(i)  kull membru jkollu numru ta' voti proporzjonali għan-numru tal- klijenti ta' dak il-membru;

(ii)  65% tal-voti attribwiti lill-membri jintefgħu; u

(iii)  id-deċiżjoni hija adottata minn maġġoranza ta’ 55 % tal-membri;

(d)  id-deċiżjonijiet tal-assemblea ġenerali huma miċħuda skont ir-regoli li ġejjin:

(i)  kull membru jkollu numru ta' voti proporzjonali għan-numru tal- klijenti ta' dak il-membru;

(ii)  35 % tal-voti attribwiti lill-membri jintefgħu; u

(iii)  id-deċiżjoni hija miċħuda minn tal-anqas minn 25 % tal-membri;

(e)  il-bord tad-diretturi jiġi elett mill-assemblea ġenerali għal mandat massimu ta' erba' snin;

(f)  il-bord tad-diretturi jinnomina lill-President u lit-tliet Viċi Presidenti minn fost il-membri tal-bord;

(g)  il-kooperazzjoni bejn operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni u operaturi ta' sistema ta' distribuzzjoni skont l-Artikoli 56 u 57 titmexxa mill-bord tad-diretturi;

(h)  id-deċiżjonijiet tal-bord tad-diretturi jiġu adottati b'maġġoranza assoluta;

(i)  abbażi ta' proposta mill-bord tad-diretturi, is-segretarju ġenerali jinħatar mill-assemblea ġenerali minn fost il-membri tagħha għal mandat ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba;

(j)  abbażi ta' proposta mill-bord tad-diretturi, il-Gruppi ta' Esperti jinħatru mill-assemblea ġenerali u ma jaqbżux it-30 membru, bil-possibbiltà li terz tal-membri ikunu ġejjin minn barra s-sħubija fl-entità tal-UE għad-DSO; barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit grupp ta' esperti ta' ‘pajjiż wieħed’ u għandu jkun stabbilit u għandu jikkonsisti minn rappreżentant wieħed tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni minn kull Stat Membru.

2.  Il-proċeduri adottati mill-entità tal-UE għad-DSO għandhom jissalvagwardjaw it-trattament ġust u proporzjonat tal-membri tagħha u għandhom jirriflettu l-istruttura ġeografika u ekonomika diversa tas-sħubija tagħha. B'mod partikolari, il-proċeduri għandhom jipprevedu li:

(a)  il-bord tad-diretturi jkun kompost mill-President tal-Bord u minn 27 rappreżentant tal-membri, li minnhom:

–  disgħa jkunu rappreżentanti ta' membri b'aktar minn miljun utent tal-grilja;

–  disgħa jkunu rappreżentanti ta' membri b'aktar minn 100 000 u inqas minn miljun utent tal-grilja; u

–  disgħa jkunu rappreżentanti ta' membri b'inqas minn 100 000 utent tal-grilja;

(b)  rappreżentanti ta' assoċjazzjonijiet eżistenti ta' DSO huma permessi li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-bord tad-diretturi;

(c)  il-bord tad-diretturi mhux permess li jkun magħmul minn aktar minn tliet rappreżentanti ta' membri bbażati fl-istess Stat Membru jew fl-istess grupp industrijali;

(d)  kull Viċi President tal-Bord huwa nnominat minn fost ir-rappreżentanti tal-membri f'kull kategorija deskritta fil-punt (a);

(e)  rappreżentanti ta' membri li huma bbażati fi Stat Membru wieħed jew l-istess grupp industrijali ma jikkostitwuwx il-maġġoranza tal-parteċipanti tal-Grupp ta' Esperti;

(f)  il-bord tad-diretturi jistabbilixxi grupp Strateġiku Konsultattiv li jipprovdi l-opinjoni tiegħu lill-bord tad-diretturi u l-Gruppi ta' Esperti u jikkonsisti f'rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet ta' DSOs Ewropej u rappreżentanti ta' dawk l-Istati Membri li mhumiex rappreżentati fuq il-bord tad-diretturi.

Artikolu 55

Kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO

1.  Il-kompiti tal-entità tal-UE għad-DSO għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)  il-promozzjoni tat-tħaddim u l-ippjanar tan-netwerks ta' distribuzzjoni u f'kooperazzjoni mat-tħaddim u l-ippjanar tan-netwerks ta' trażmissjoni;

(b)  il-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija rinnovabbli, tal-ġenerazzjoni distribwita u ta' riżorsi oħra inkorporati fin-netwerk ta' distribuzzjoni bħall-ħżin tal-enerġija;

(c)  il-faċilitazzjoni tar-rispons u l-flessibbiltà min-naħa tad-domanda u l-aċċess tal-utenti tal-grilja ta' distribuzzjoni għas-swieq;

(d)  il-kontribut għad-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta' distribuzzjoni inkluż l-użu ta' grilji intelliġenti u ta' sistemi ta' kejl intelliġenti;

(e)  l-appoġġ għall-iżvilupp ta' ġestjoni tad-dejta, sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u l-entitajiet regolati;

(f)  il-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk li huma rilevanti għat-tħaddim u l-ippjanar tal-grilji ta' distribuzzjoni u t-tħaddim ikkoordinat tan-netwerks ta' trażmissjoni u n-netwerks ta' distribuzzjoni skont l-Artikolu 59.

2.  Barra minn hekk l-entità tal-UE għad-DSO għandha:

(a)  tikkoopera mal-ENTSO għall-Elettriku dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida adottati skont dan ir-Regolament li huma rilevanti għat-tħaddim u l-ippjanar tal-grilji ta' distribuzzjoni u t-tħaddim koordinat tan-netwerks ta' trażmissjoni u n-netwerks ta' distribuzzjoni;

(b)  tikkoopera mal-ENTSO għall-Elettriku u tadotta l-aħjar prattiki dwar it-tħaddim u l-ippjanar koordinat tas-sistemi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni inklużi kwistjonijiet bħall-iskambju ta' dejta bejn operaturi u koordinazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija distribwiti;

(c)  taħdem biex tidentifika l-aħjar prattiki fl-oqsma identifikati fil-paragrafu 1 u biex tintroduċi t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija fin-netwerk ta' distribuzzjoni;

(d)  tadotta programm ta' ħidma annwali u rapport annwali;

(e)  topera skontil-liġi tal-kompetizzjoni u tiżgura n-newtralità.

Artikolu 56

Konsultazzjonijiet fil-proċess ta' żvilupp tal-kodiċi tan-netwerk

1.  Filwaqt li tipparteċipa fl-iżvilupp tal-kodiċijiet ġodda tan-netwerk skont l-Artikolu 59, l-entità tal-UE għad-DSO għandha twettaq proċess ta' konsultazzjoni estensiv, fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti, li jkun jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u, b'mod partikolari, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw tali partijiet ikkonċernati, skont ir-regoli ta' proċedura dwar konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 53. Dik il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet nazzjonali oħrajn, l-impriżi ta' forniment u ta' ġenerazzjoni, l-utenti tas-sistema, inklużi l-klijenti, ▌ il-korpi tekniċi u l-pjattaformi tal-partijiet ikkonċernati. Il-konsultazzjoni għandha l-għan li tidentifika l-opinjonijiet u l-proposti tal-partijiet rilevanti kollha waqt il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

2.  Id-dokumenti u l-minuti kollha tal-laqgħat relatati ma' dawn il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu pubbliċi.

3.  L-entità tal-UE għad-DSO għandha tqis l-opinjonijiet mogħtija waqt il-konsultazzjonijiet. Qabel ma jiġu adottati l-proposti għall-kodiċijiet tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 59, l-entità tal-UE għad-DSO għandha tindika kif qieset l-osservazzjonijiet li rċeviet waqt il-konsultazzjoni. Din għandha tagħti raġunijiet fejn hi ma tkunx qieset tali osservazzjonijiet.

Artikolu 57

Kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni

1.  L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jippjanaw u jħaddmu n-netwerks tagħhom. B'mod partikolari, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dejta kollha meħtieġa dwar, il-prestazzjoni tal-assi ta' ġenerazzjoni u r-rispons fin-naħa tad-domanda, it-tħaddim ta' kuljum tan-netwerks tagħhom u l-ippjanar fit-tul tal-investimenti tan-netwerk sabiex jiġu żgurati l-iżvilupp u t-tħaddim kosteffiċjenti, sigur u affidabbli tan-netwerks tagħhom.

2.  L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkooperaw flimkien sabiex jiksbu aċċess koordinat għar-riżorsi bħall-ġenerazzjoni distribwita, il-ħżin tal-enerġija jew ir-rispons tad-domanda li jistgħu jappoġġaw il-ħtiġijiet partikolari kemm tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni kif ukoll tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

Kapitolu VII

Kodiċijiet tan-netwerk u linji gwida

Artikolu 58

Adozzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida

1.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni jew atti delegati mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija fl-Artikoli 59, 60 u 61. Dawn l-atti ▌ jistgħu jew jiġu adottati bħala kodiċijiet tan-netwerk abbażi tal-proposti tat-test żviluppati mill-ENTSO għall-Elettriku, jew, fejn jiġi previst fil-lista ta' prijorità skont l-Artikolu 59(3), mill-entità tal-UE għad-DSO, fejn rilevanti f'kooperazzjoni mal-ENTSO għall-Elettriku, u mill-ACER skont il-proċedura fl-Artikolu 59, jew bħala linji gwida skont il-proċedura fl-Artikolu 61.

2.  Il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida għandhom:

(a)  jiżguraw li dawn jipprovdu livell minimu ta' armonizzazzjoni meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament;

(b)  iqisu l-ispeċifiċitajiet reġjonali, fejn xieraq;

(c)  ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ għall-għanijiet tal-punt (a); u

(d)  jkunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu kodiċijiet tan-netwerk nazzjonali li ma jaffettwawx il-kummerċ transżonali.

Artikolu 59

Stabbiliment tal-Kodiċijiet tan-Netwerk

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament permezz tal-istabbiliment ta' kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma li ġejjin:

(a)  regoli ta' sigurtà u affidabbiltà tan-netwerk inklużi regoli għal kapaċità ta' riserva ta' trażmissjoni teknika għas-sigurtà operazzjonali tan-netwerk kif ukoll ir-regoli ta' interoperabbiltà li jimplimentaw l-Artikoli 34 sa 47 u l-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu  40 tad-Direttiva (UE) 2019/...(54), inkluż regoli dwar l-istati tas-sistema, l-azzjonijiet ta' rimedju u l-limiti tas-sigurtà operazzjonali, il-kontroll tal-vultaġġ u l-ġestjoni tal-potenza reattiva, il-ġestjoni tal-kurrent f'ċirkwit kort, il-ġestjoni tal-flussi tal-enerġija, analiżi u mmaniġġjar tal-kontinġenzi, tagħmir u skemi ta' protezzjoni, skambju ta' dejta, il-konformità, it-taħriġ, l-analiżi tal-ippjanar operazzjonali u tas-sigurtà, il-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali, il-koordinazzjoni tal-indisponibbiltà, il-pjanijiet tad-disponibbiltà tal-assi rilevanti, analiżi tal-adegwatezza, servizzi anċillari, l-iskedar, u l-ambjenti ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali;

(b)  allokazzjoni ta' kapaċità u regoli dwar il-ġestjoni tal-konġestjoni li jimplimentaw l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/...(55) U l-Artikolu 7 sa 10, ll-Artikoli 13 sa 17 u l-Artikoli 35 sa 37 ta' dan ir-Regolament, inkluż regoli dwar il-metodoloġiji u proċessi tal-kalkolu tal-kapaċità ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata u bil-quddiem, mudelli tal-grilja, il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti, dispaċċ mill-ġdid u skambju kompensatorju, algoritmi ta' negozjar, akkoppjament singolu ġurnata bil-quddiem u fl-istess ġurnata, ċertezza tal-kapaċità transżonali allokata, il-qsim tal-introjtu mill-konġestjoni, iħħeġġjar kontra r-riskju transżonali tat-trażmissjoni, il-proċeduri ta' nomina, u allokazzjoni tal-kapaċità u rkupru tal-ispiża tal-ġestjoni tal-konġestjoni;

(c)  regoli li jimplimentaw l-Artikoli 5, 6 u 17 fir-rigward tal-kummerċ relatat mal-provvista teknika u operazzjonali tas-servizzi ta' aċċess għan-netwerk u l-ibbilanċjar tas-sistema inklużi regoli dwar ir-riserva tal-enerġija relatati man-netwerk, inklużi funzjonijiet u responsabbiltajiet, il-pjattaformi għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar, il-ħinijiet tal-għeluq, ir-rekwiżiti għall-prodotti tal-ibbilanċjar standard u speċifiċi, l-akkwist ta' servizzi tal-ibbilanċjar, l-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali għall-iskambju ta' servizzi tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riservi, is-saldu tal-enerġija ta' bbilanċjar, is-saldu ta' skambji tal-enerġija bejn l-operaturi tas-sistema, is-saldu tal-iżbilanċi u s-saldu tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, il-kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija, id-definizzjoni tal-kwalità tal-frekwenza u l-parametri fil-mira, ir-riservi ta' konteniment tal-frekwenza, ir-riservi ta' restawr tal-frekwenza, ir-riservi ta' sostituzzjoni, l-iskambju u l-kondiviżjoni tar-riservi, il-proċessi ta' attivazzjoni traskonfinali tar-riservi, il-proċessi tal-kontroll tal-ħin u t-trasparenza tal-informazzjoni;

(d)  regoli li jimplimentaw l-Artikoli 36, 40 u 54 tad-Direttiva (UE) 2019/...(56), fir-rigward ta’ forniment nondiskriminatorju u trasparenti ta' servizzi anċillari mhux tal-frekwenza, inklużi regoli dwar l-kontroll tal-voltaġġ tal-istatiċità, l-inerzja, l-injezzjoni ta' kurrent b'reattività mgħaġġla, inerzja għall-istabbiltà tal-grilja, kurrent f'ċirkwit kort, l-abilità ta' startjar minn mitfi totali u l-abilità ta' operat ta' netwerk iżolat;

(e)  regoli li jimplimentaw l-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 17, 31, 32, 36, 40 u 54 tad-Direttiva (UE) 2019/...+ fir-rigward tar-rispons tad-domanda, inklużi regoli dwar l-aggregazzjoni, il-ħżin tal-enerġija, u t-tnaqqis fid-domanda.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 67(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 li jissupplementaw dan ir-Regolament fir-rigward ta’ l-istabbiliment ta' kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma li ġejjin:

(a)  regoli dwar il-konnessjoni man-netwerk inkluż regoli dwar konnessjoni ta' faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni u s-sistemi tad-distribuzzjoni, konnessjoni ta' unitajiet tad-domanda użati biex jipprovdu rispons tad-domanda, rekwiżiti għall-konnessjoni tal-ġeneraturi mal-grilja, rekwiżiti għal konnessjoni mal-grilja b'kurrent dirett b'vultaġġ għoli, ir-rekwiżiti għal moduli ta' parks tal-enerġija konnessi b'kurrent dirett ta' konverżjoni u l-istazzjonijiet ta' konverżjoni ta' kurrent dirett ta' vultaġġ għoli mbiegħda, u proċeduri ta' notifika operazzjonali għal konnessjoni mal-grilja;

(b)  regoli dwar l-iskambju ta' dejta, is-saldu u t-trasparenza, inklużi b'mod partikolari regoli dwar kapaċitajiet ta' trasferiment għal orizzonti ta' żmien rilevanti, stimi u valuri reali dwar l-allokazzjoni u l-użu ta' kapaċitajiet ta' trasferiment, tbassir u domanda reali tal-faċilitajiet u l-aggregazzjoni tagħhom inkluż in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' faċilitajiet, tbassir u l-ġenerazzjoni proprja ta' unitajiet ta' ġenerazzjoni u l-aggregazzjoni tagħhom inkluż in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' unitajiet, disponibbiltà u użu ta' netwerks, miżuri ta' ġestjoni tal-konġestjoni u dejta dwar is-suq tal-ibbilanċjar. Ir-regoli għandhom jinkludu modi li bihom l-informazzjoni tiġi ppubblikata, iż-żmien tal-pubblikazzjoni, l-entitajiet responsabbli għall-immaniġġar;

(c)  regoli ta' aċċess għal partijiet terzi;

(d)  proċeduri ta' emerġenza u restawr operazzjonali f'emerġenza inkluż pjanijiet tad-difiża tas-sistema, pjanijiet ta' restawr, l-interazzjonijiet tas-swieq, l-iskambju ta' informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-għodod u l-faċilitajiet;

(e)  regoli speċifiċi għas-settur dwar l-aspetti taċ-ċibersigurtà għall-flussi transkonfinali tal-elettriku, inklużi regoli dwar rekwiżiti minimi komuni, l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-ġestjoni tal-kriżijiet.

3.  Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ACER, mal-ENTSO għall-Elettriku, mal-entità tal-UE għad-DSO u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħrajn, kull tliet snin tistabbilixxi lista ta' prijoritajiet li tidentifika l-oqsma stipulati fil-paragrafi 1 u 2 li jridu jiġu inklużi fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk.

Jekk is-suġġett tal-kodiċi tan-netwerk ikun direttament relatat mat-tħaddim tas-sistema ta' distribuzzjoni u mhux primarjament rilevantigħas-sistema ta' trażmissjoni, il-Kummissjoni tista' titlob lill-entità tal-UE għad-DSO, f'kooperazzjoni mal-ENTSO għall-Elettriku, biex tlaqqa' kumitat għall-abbozzar u tippreżenta proposta għal kodiċi tan-netwerk lill-ACER.

4.  Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ACER sabiex din tippreżentalha fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx sitt xhur minn meta tirċievi t-talba tal-Kummissjoni linji gwida ta’ qafas mhux vinkolanti li jistabbilixxu prinċipji ċari u oġġettivi għall-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk relatat mal-oqsma identifikati fil-lista ta' prijorità (linja gwida ta' qafas). It-talba tal-Kummissjoni tista' tinkludi kundizzjonijiet li għandhom jiġu indirizzati mil-linji gwida ta' qafas. Kull linja gwida ta' qafas għandha tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nuqqas ta' diskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq. Fuq talba raġunata mill-ACER, il-Kummissjoni tista' testendi il-perjodu għall-preżentazzjoni tal-linji gwida.

5.  L-ACER għandha tikkonsulta lill-ENTSO għall-Elettriku, lill-entità tal-UE għad-DSO u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħrajn dwar il-linja gwida ta' qafas, matul perjodu ta' mhux inqas minn xahrejn, b'mod miftuħ u trasparenti.

6.  Meta tiġi mitluba, l-ACER għandha tippreżenta lill-Kummissjoni ,linji gwida ta' qafas mhux vinkolanti skont il-paragrafu 4.

7.  Jekk il-Kummissjoni tqis li l-linji gwida ta' qafas ma jikkontribwixxux għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nuqqas ta' diskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq, hija tista' titlob lill-ACER biex tirrevedi l-linji gwida ta' qafas f'perjodu raġonevoli, u terġa' tippreżentahom lill-Kummissjoni.

8.  Jekk l-ACER tonqos milli tippreżenta jew li tippreżenta mill-ġdid il-linji gwida ta' qafas fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni taħt il-paragrafi 4 jew 7, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-linji gwida ta' qafas inkwistjoni.

9.  Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ENTSO għall-Elettriku jew, fejn previst fil-lista ta' prijorità msemmija fil-paragrafu 3, l-entità tal-UE għad-DSO f'kooperazzjoni mal-ENTSO għall-Elettriku, biex jippreżenta lill-ACER proposta għal kodiċi tan-netwerk li jikkonforma mal-linja gwida ta' qafas, f’perjodu raġonevoli ta' mhux aktar minn 12-il xahar minn meta tirċievi t-talba tal-Kummissjoni.

10.  L-ENTSO għall-Elettriku, jew fejn previst fil-lista ta' prijorità msemmija fil-paragrafu 3 l-entità tal-UE għad-DSO, f'koopereazzjoni mal-ENTO għall-Elettriku, għandu jlaqqa' kumitat għall-abbozzar biex jappoġġah fil-proċess ta' żvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk. Il-kumitat għall-abbozzar għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-ACER, l-ENTSO għall-Elettriku, fejn xieraq l-entità tal-UE għad-DSOu ln-NEMOs, u għadd limitat tal-partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin. L-ENTSO għall-Elettriku jew fejn previst fil-lista ta' prijorità skont il-paragrafu 3 l-entità tal-UE għad-DSO, f'kooperazzjoni mal-ENTSO għall-Elettriku għandu jiżviluppa proposti għal kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 meta hekk mitlub mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9.

11.  L-ACER għandha tirrevedi l-kodiċi tan-netwerk propost biex tiżgura li l-kodiċi tan-netwerk li għandu jiġi adottat jikkonforma mal-linji gwida ta' qafas rilevanti u li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nuqqas ta' diskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq u, għandha tippreżenta l-kodiċi tan-netwerk rivedut lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-proposta. Fil-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, l-ACER għandha tqis l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet kollha involuti waqt l-abbozzar tal-proposta mmexxija mill-ENTSO għall-Elettriku jew mill-entità tal-UE għad-DSO u għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni li trid tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni.

12.  Meta l-ENTSO għall-Elettriku jew l-entità tal-UE għad-DSO jkunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-netwerk fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9, il-Kummissjoni tista' titlob lill-ACER biex tħejji abbozz ta' kodiċi tan-netwerk fuq il-bażi tal-linji gwida ta' qafas rilevanti. L-ACER tista' tniedi konsultazzjoni oħra matul it-tħejjija ta' abbozz ta' kodiċi tan-netwerk taħt dan il-paragrafu. L-ACER għandha tippreżenta lill-Kummissjoni abbozz ta' kodiċi tan-netwerk imħejji taħt dan il-paragrafu u tista' tirrakkomanda li jiġi adottat.

13.  Il-Kummissjoni tista' tadotta, fuq inizjattiva tagħha stess, meta l-ENTSO għall-Elettriku jew l-entità tal-UE għad-DSO jkunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-netwerk, jew l-ACER tkun naqset milli tħejji abbozz ta' kodiċi tan-netwerk kif imsemmi fil-paragrafu 12, jew fuq rakkomandazzjoni tal-ACER taħt il-paragrafu 11, kodiċi wieħed jew aktar tan-netwerk fl-oqsma elenkati fil-paragrafi 1 u 2.

14.  Jekk il-Kummissjoni tipproponi l-adozzjoni ta' kodiċi tan-netwerk fuq inizjattiva tagħha, hija għandha tikkonsulta lill-ACER, lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar l-abbozz ta' kodiċi tan-netwerk matul perjodu ta' mhux inqas minn xahrejn.

15.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tadotta u temenda l-linji gwida kif stabbilit fl-Artikolu 61. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-ENTSO għall-Elettriku li jiżviluppa gwida mhux vinkolanti fl-oqsma stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 fejn tali gwida ma tkunx relatata mal-oqsma koperti minn talba indirizzata lill-ENTSO għall-Elettriku mill-Kummissjoni.  L-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta kwalunkwe gwida bħal din lill-ACER għal opinjoni u għandu jqis dik l-opinjoni kif xieraq.

Artikolu 60

Emendi tal-Kodiċijiet tan-Netwerk

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda l-kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 59(1) u (2) skont il-proċedura rilevanti stabbilita f'dak l-Artikolu. L-ACER tista' tipproponi wkoll emendi għall-kodiċijiet tan-netwerks skont il-paragrafi 2 sa 3 ta' dan l-Artikolu.

2.  Persuni li x'aktarx ikollhom interess fi kwalunkwe kodiċi tan-netwerk adottat taħt l-Artikolu 59, inklużi l-ENTSO għall-Elettriku, l-entità tal-UE għad-DSO, l-awtoritajiet regolatorji, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, l-utenti tas-sistema u l-konsumaturi, jistgħu jipproponu abbozzi ta' emendi għal dak il-kodiċi tan-netwerk għall-ACER. L-ACER tista' wkoll tipproponi emendi fuq l-inizjattiva tagħha stess.

3.  L-ACER tista' tagħmel proposti raġunati lill-Kummissjoni għal emendi, u tispjega kif proposti bħal dawn ikunu konsistenti mal-objettivi tal-kodiċijiet tan-netwerk stipulati fl-Artikolu 59(3). Fejn tqis li proposta għal emenda hija aċċettabbli u fejn tipproponi emendi fuq inizjattiva tagħha stess, l-ACER għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati kollha skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/...(57).

Artikolu 61

Linji gwida

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta linji gwida vinkolanti fl-oqsma elenkati f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta linji gwida ta' atti delegati jew ta' implimentazzjoni fl-oqsma fejn atti bħal dawn jistgħu jiġu żviluppati wkoll skont il-proċedura tal-kodiċijiet tan-netwerk fl-Artikolu 59(1) u (2). Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati fil-forma ta' atti delegati jew ta' implimentazzjoni, skont l-għoti tas-setgħa rilevanti previst f'dan ir-Regolament.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi linji gwida relatati mal-mekkaniżmu ta' kumpens għal operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni. Dawk il-linji gwida għandhom jispeċifikaw, konformement mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 18 u 49:

(a)  dettalji tal-proċedura biex jiġi stabbilit liema operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jkunu soġġetti għal ħlas ta' kumpens għall-flussi transkonfinali fosthom dawk dwar il-qsim bejn l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali li minnhom joriġinaw dawk il-flussi transkonfinali u s-sistemi fejn jaslu l-flussi, taħt l-Artikolu 49(2);

(b)  dettalji tal-proċedura ta' pagament li trid tiġi segwita, inkluża d-determinazzjoni tal-ewwel perjodu ta' żmien li għalih ikollu jitħallas kumpens, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(3);

(c)  metodoloġiji ddettaljati biex jiġu stabbiliti l-flussi transkonfinali ospitati li għalihom għandu jitħallas kumpens taħt l-Artikolu 49, f'termini kemm ta' kwantità u ta' tip ta' flussi, kif ukoll tad-deżinjazzjoni tad-dimensjoni ta' dawn il-flussi kif joriġinaw jew jaslu fis-sistemi ta' trażmissjoni ta' Stati Membri individwali, taħt l-Artikolu 49(5);

(d)  metodoloġija ddettaljata biex jiġu stabbiliti l-kostijiet u l-benefiċċji mġarrba għax ikunu ospitati l-flussi transkonfinali, taħt l-Artikolu 49(6);

(e)  trattament iddettaljat ta' flussi tal-elettriku li joriġinaw jew jaslu f'pajjiżi barra miż-Żona Ekonomika Ewropea fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta' kumpens tal-operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni; u

(f)  arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta' sistemi nazzjonali li jkunu interkonnessi permezz ta' linji ta' kurrent diretti, taħt l-Artikolu 49.

4.  Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-linji gwida li jipprovdu livell minimu ta' armonizzazzjoni meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-linji gwida jistgħu jispeċifikaw:

(a)  dettalji dwar regoli għall-kummerċ tal-elettriku li jimplimentaw l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/ ...(58) u l-Artikoli 5 sa 10, 13 sa 17, 35, 36 u 37 ta' dan ir-Regolament;

(b)  dettalji dwar regoli ta' inċentiv għall-investiment għall-kapaċità ta' interkonnettur inklużi s-sinjali differenzjati skont il-lokalità li jimplimentaw l-Artikolu 19.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 67(2).

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu linji gwida dwar il-koordinazzjoni operazzjonali bejn l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni fil-livell tal-Unjoni. Dawk il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-kodiċijiet tan-netwerk imsemmijin fl-Artikolu 59 u għandhom jibnu fuqhom l-ispeċifikazzjonijiet adottati msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 30(1). Meta tkun qed tadotta dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rekwiżiti operazzjonali reġjonali u nazzjonali li jvarjaw bejniethom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 67(2).

6.  Meta tadotta jew temenda l-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ACER, lill-ENTSO għall-Elettriku, lill-entità tal-UE għad-DSO u, fejn rilevanti, lil partijiet ikkonċernati oħra.

Artikolu 62

Dritt tal-Istati Membri li jipprovdu miżuri aktar dettaljati

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Istati Membri li jżommu jew idaħħlu miżuri li jkun fihom dispożizzjonijiet aktar dettaljati minn dawk imniżżla f'dan ir-Regolament, fil-linji gwida li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 61 jew fil-kodiċijiet tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 61, sakemm dawk il-miżuri jkunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.

Kapitolu VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 63

Interkonnetturi ġodda

1.  L-interkonnetturi l-ġodda tal-kurrent dirett jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati, għal perjodu limitat, mill-Artikolu 19(2) u (3) ta' dan ir-Regolament u mill-Artikoli 6 u 43, l-Artikolu 59(7) u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva (UE) 2019/...(59) sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-investiment ikabbar il-kompetizzjoni fil-provvista tal-elettriku;

(b)  il-livell ta' riskju assoċjat mal-investiment huwa tali li l-investiment ma jsirx jekk ma tingħatax eżenzjoni;

(c)  l-interkonnettur huwa proprjetà ta' persuna fiżika jew ġuridika li mill-inqas tkun separata f'termini tal-forma ġuridika tagħha, mill-operaturi tas-sistema li l-interkonnettur għandu jinbena fis-sistemi tagħhom;

(d)  jingħataw imposti fuq l-utenti ta' dak l-interkonnettur;

(e)  mill-ftuħ parzjali tas-suq li hemm referenza għalih fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(60), ma tkun ġiet irkuprata l-ebda parti mill-kostijiet kapitali jew operattivi tal-interkonnettur minn xi komponent tal-imposti magħmula għall-użu tas-sistemi ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni kkollegati mal-interkonnettur; u

(f)  eżenzjoni ma tkunx għad-detriment tal-kompetizzjoni jew għall-funzjonament effettiv tas-suq intern għall-elettriku, jew għall-funzjonament effiċjenti tas-sistema regolata li l-interkonnettur huwa kkollegat magħha.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll, f'każijiet eċċezzjonali, għal interkonnetturi ta' kurrent alternat, sakemm il-kostijiet u r-riskji tal-investiment inkwistjoni jkunu partikolarment għoljin meta mqabbla mal-kostijiet u r-riskji normalment iffaċċjati meta jkunu qegħdin jiġu konnessi żewġ sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali ġirien minn interkonnettur ta' kurrent alternat.

3.  Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal żidiet sinifikanti fil-kapaċità tal-interkonnetturi eżistenti.

4.  Id-deċiżjoni li tagħti eżenzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tittieħed fuq bażi ta' każ b'każ mill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati. Eżenzjoni tista' tkopri l-kapaċità kollha jew parti minnha tal-interkonnettur il-ġdid, jew tal-interkonnettur eżistenti b'żieda sinifikanti tal-kapaċità.

Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi t-talba għall-eżenzjoni mill-aħħar awtoritajiet regolatorja kkonċernata, l-ACER tista' tipprovdi opinjoni lil dawk l-awtoritajiet regolatorji. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq dik l-opinjoni.

Meta jiddeċiedu li jagħtu eżenzjoni , l-awtoritajiet regolatorji għandhom iqisu, fuq bażi ta' każ b'każ, il-ħtieġa li jiġu imposti kundizzjonijiet rigward it-tul tal-eżenzjoni u l-aċċess mhux diskriminatorju għall-interkonnettur. Meta jiddeċiedu dwar dawk il-kundizzjonijiet,, l-awtoritajiet regolatorji għandhom b'mod partikolari iqisu l-kapaċità addizzjonali li għandha tinbena jew il-modifika tal-kapaċità eżistenti, il-perjodu ta' żmien tal-proġett u ċ-ċirkostanzi nazzjonali.

Qabel ma jagħtu eżenzjoni, l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddeċiedu dwar ir-regoli u l-mekkaniżmi għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità. Dawk ir-regoli ta' ġestjoni tal-konġestjoni għandhom jinkludu l-obbligu li tiġi offruta kapaċità mhux użata fis-suq, u l-utenti tal-faċilità għandhom ikunu intitolati li jagħmlu kummerċ fil-kapaċitajiet kuntrattwali tagħhom fis-suq sekondarju. Fil-valutazzjoni tal-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (f) tal-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tar-riżultati tal-proċedura tal-allokazzjoni ta' kapaċità.

Meta l-awtoritajiet regolatorji kollha kkonċernati jilħqu ftehim dwar id-deċiżjoni rigward l-eżenzjoni fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu t-talba, dawn għandhom jinfurmaw lill-ACER b'dik id-deċiżjoni.

Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, li tinkludi kwalunkwe mill-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandha tkun motivata u ppubblikata kif jixraq.

5.  Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tittieħed mill-ACER:

(a)  fejn l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunx irnexxielhom jilħqu ftehim fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-aħħar waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji tkun irċeviet it-talba għal eżenzjoni; jew

(b)  fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati.

Qabel tieħu din id-deċiżjoni, l-ACER għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati u lill-applikanti.

6.  Minkejja l-paragrafi 4 u 5, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtorità regolatorja jew l-ACER, skont il-każ, tippreżenta, għal deċiżjoni formali, lill-korp rilevanti fl-Istat Membru, l-opinjoni tagħha dwar it-talba għal eżenzjoni. Dik l-opinjoni għandha tiġi pubblikata flimkien mad-deċiżjoni.

7.  L-awtoritajiet regolatorji għandhom jibagħtu mingħajr dewmien, għall-finijiet ta' informazzjoni, kopja ta' kull talba għal eżenjoni lill-Kummissjoni u lill-ACER hekk kif din tiġi riċevuta. Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata, mingħajr dewmien, mill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati jew mill-ACER ("il-korpi notifikatorji") lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha rigward id-deċiżjoni. Din l-informazzjoni tista' tkun mogħtija lill-Kummissjoni f'forma aggregata, b'tali mod li tgħin lill-Kummissjoni tasal għal deċiżjoni mibnija fuq sisien sodi. Partikolarment, l-informazzjoni għandu jkollha:

(a)  ir-raġunijiet dettaljati li abbażi tagħhom tkun ingħatat jew ġiet miċħuda l-eżenzjoni, inkluża l-informazzjoni finanzjarja li tiġġustifika l-ħtieġa għall-eżenzjoni;

(b)  l-analiżi li tkun saret dwar l-effett fuq il-kompetizzjoni u l-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-elettriku li jirriżultaw mill-għoti tal-eżenzjoni;

(c)  ir-raġunijiet tal-perjodu taż-żmien u tas-sehem tal-kapaċità totali tal-interkonnettur ikkonċernat li għalihom ingħatat l-eżenzjoni; u

(d)  ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji konċernati.

8.  Fi żmien 50 jum ta' xogħol mill-jum wara dak li fih tirċievi notifika taħt il-paragrafu 7, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li titlob lill-korpi notifikatorji biex jemendaw jew jirtiraw id-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni. Dak il-perjodu jista' jittawwal b'50 jum ieħor ta' xogħol meta tiġi mitluba informazzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni. Il-perjodu addizzjonali għandu jibda l-għada li tasal l-informazzjoni kompluta. Il-perjodu inizjali jista' wkoll jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-korpi notifikatorji.

Fejn l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet ipprovduta fil-perjodu stipulat fit-talba tal-Kummissjoni, in-notifika għandha titqies li ġiet irtirata, ħlief jekk qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-perjodu jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-korpi notifikatorji, jew jekk il-korpi notifikatorji, f'dikjarazzjoni motivata kif xieraq, jinfurmaw lill-Kummissjoni li huma jqisu li n-notifika hija kompluta.

Il-korpi notifikatorji għandhom jikkonformaw mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jemendaw jew jirtiraw id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni fi żmien xahar minn meta jirċevuha u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.

Il-Kummissjoni għandha tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

L-approvazzjoni tal-Kummissjoni għal deċiżjoni ta' eżenzjoni għandha tiskadi sentejn mid-data ta' adozzjoni tagħha, fil-każ li l-bini tal-interkonnettur ma jkunx beda sa dik id-data u wara ħames snin mill-adozzjoni tagħha jekk, sa dak iż-żmien, l-interkonnettur ma jsirx operazzjonali, ħlief jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, abbażi ta' talba motivata mill-korpi notifikatorji, id-dewmien huwa dovut għal ostakoli kbar li mhumiex fil-kontroll tal-persuna li lilha tkun ingħatat l-eżenzjoni.

9.  Fejn l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu li jimmodifikaw deċiżjoni ta’ eżenzjoni, huma għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti dwar id-deċiżjoni. Il-paragrafi 1 sa 8 għandhom japplikaw għad-deċiżjoni li modifikata deċiżjoni ta 'eżenzjoni, filwaqt li jqisu l-partikolaritajiet tal-eżenzjoni eżistenti.

10.  Il-Kummissjoni tista', fuq talba jew fuq inizjattiva tagħha stess, tiftaħ mill-ġdid il-proċedimenti relatati ma' talba għal eżenzjoni fejn:

(a)  filwaqt li jitqiesu b’ mod xieraq l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet u tal-bilanċ ekonomiku miksub fl-eżenzjoni oriġinali tad-deċiżjoni, kien hemm bidla materjali ta' kwalunkwe fatt li fuqu kienet ibbażata d-deċiżjoni;

(b)  l-impriżi kkonċernati jaġixxu b'mod li jmur kontra l-impenji tagħhom; jew

(c)  id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa li ngħatat mill-partijiet.

11.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tispeċifika linji gwida għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tistabbilixxi l-proċedura li għandha tkun segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 7 sa 10 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 64

Derogi

1.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw għal derogi mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 3 u 6, l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(1) u (4), l-Artikoli 9, 10 u 11, l-Artikoli 14 sa 17, l-Artikoli 19 sa 27, l-Artikoli 35 sa 47 u l-Artikolu 51 sakemm:

(a)  l-Istat Membru jista' juri li hemm problemi sostanzjali għat-tħaddim tas-sistemi iżolati żgħar u sistemi żgħar konnessi;.

(b)  ir-reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE ma jistgħux jiġu interkonnessi fis-suq tal-Unjoni tal-enerġija għal raġunijiet fiżiċi evidenti.

Fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, id-deroga għandha tkun għal żmien limitat u għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet li jimmiraw għal aktar kompetizzjoni u integrazzjoni fis-suq intern tal-elettriku.

Fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, id-deroga m'għandhiex tkun limitata fiż-żmien.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dawk l-applikazzjonijiet qabel ma tadotta d-deċiżjoni, u tipproteġi l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Deroga mogħtija taħt dan l-Artikolu għandha timmira li tiżgura li ma tfixkilx it-transizzjoni lejn enerġija rinnovabbli, aktar flessibilità, ħażna ta 'enerġija, elettromobilità u reazzjoni ta' domanda.

Fid-deċiżjoni tagħha fejn tagħti deroga l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sa fejn id-deroga għandha tieħu kont tal-applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida.

2.  LArtikoli 3, 5 u 6, l-Artikolu 7(1), il-punti (c) u (g) tal-Artikolu 7(2), l-Artikoli 8 sa 17, l-Artikoli 18(5) u (6), l-Artikoli 19 u 20, l-Artikolu 21(1), (2) u (4) sa (8), il-punt (c) tal-Artikolu 22(1), ( il-punt (b) u (c) tal-Artikolu 22(2), l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 22(2), l-Artikoli 23 sa 27, l-Artikolu 34(1), (2) u (3), l-Artikoli 35 sa 47, l-Artikolu 48(2) u l-Artikoli 49 u 51 ma għandhomx japplikaw għal Ċipru sakemm is-sistema ta' trażmissjoni tiegħu tkun konnessa ma' sistemi ta' trażmissjoni ta' Stati Membri oħra permezz ta' interkonnessjonijiet.

Jekk is-sistema ta' trażmissjoni ta' Ċipru ma tiġix konnessa ma' sistemi ta' trażmissjoni ta' Stati Membri oħra permezz ta' interkonnessjonijiet sal-1 ta' Jannar 2026, Ċipru għandu jivvaluta l-ħtieġa għal deroga minn dawk id-dispożizzjonijiet u jista' jippreżenta talba biex itawwal id-deroga lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tirriskjax li tikkawża problemi sostanzjali għat-tħaddim tas-sistema tal-elettriku f'Ċipru jew jekk l-applikazzjoni tagħhom f'Ċipru hijiex mistennija tipprovdi benefiċċju għall-funzjonament tas-suq. Abbażi ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ deċiżjoni motivata biex ittawwal id-deroga kollha kemm hi jew parti minnha. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.  Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni tad-derogi mogħtija taħt l-Artikolu 66 tad-Direttiva (UE) 2019/...(61).

4.  Fir-rigward tal-kisba tal-mira ta' interkonnessjoni għall-2030, kif stipulat skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, għandha titqies kif xieraq ir-rabta tal-elettriku bejn Malta u l-Italja.

Artikolu 65

Għoti ta' informazzjoni u kunfidenzjalità

1.  L-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-finijiet ta' l-infurzar ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li matulu l-informazzjoni għandha tkun provduta, filwaqt li tqis il-komplessità u l-urġenza tal-informazzjoni meħtieġa.

2.  Jekk l-Istat Membru jew l-awtorità regolatorja kkonċernata ma jipprovdux dik l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-limitu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1 il-Kummissjoni tista' titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-fini ta' infurzar ta' dan ir-Regolament direttament lill-impriża kkonċernata.

Meta tibgħat talba għal informazzjoni lil xi impriża, il-Kummissjoni għandha, fl-istess ħin, tibgħat kopja lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istat Membru li fih tkun qiegħda s-sede tal-impriża.

3.  Fit-talba tagħha għall-informazzjoni taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiddikjara l-bażi ġuridika tat-talba, it-terminu ta' żmien li fih l-informazzjoni għandha tiġi provduta, l-għan tat-talba, u l-penali previsti fl-Artikolu 66(2) għall-għoti ta' informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa. .

4.  Il-proprjetarji tal-impriżi jew ir-rappreżentanti tagħhom, u fil-każ ta' persuni ġuridiċi, il-persuni fiżiċi awtorizzati li jirrappreżentaw l-impriża legalment jew bl-istrument ta' inkorporazzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Fejn l-avukati huma awtorizzati li jipprovdu l-informazzjoni f'isem il-klijent tagħhom, il-klijent għandu jibqa' totalment responsabbli fil-każ li l-informazzjoni pprovduta tkun mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa.

5.  Meta impriża ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni tista' b'deċiżjoni tesiġi li l-informazzjoni tkun ipprovduta. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika x'informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi żmien xieraq li matulu għandha tkun ipprovduta. Għandha tindika l-penali previsti fl-Artikolu 66(2). Għandha wkoll tindika d-dritt li jkollha d-deċiżjoni eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tibgħat kopja tad-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istat Membru li fih tkun ir-residenza tal-persuna kkonċernata jew tkun stabbilita s-sede tal-impriża kkonċernata.

6.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tintuża biss għall-finjiet ta' infurzar ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni ma għandhiex tiżvela informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament fejn dik l-informazzjoni hi koperta bl-obbligu ta' segretezza professjonali.

Artikolu 66

Penali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament, il-kodiċijiet tan-netwerk adottati skont l-Artikolu 59 u l-linji gwida adottati skont l-Artikolu 61 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penaliti previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u b'dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.  Il-Kummissjoni tista' b'deċiżjoni timponi fuq impriżi multi li ma jaqbżux il-1 % tal-fatturat totali fis-sena finanzjarja preċedenti fejn, bi ħsieb jew b'negliġenza, dawk l-impriżi jagħtu informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa bħala tweġiba għal talba magħmula skont l-Artikolu 65(3) jew jonqsu milli jagħtu informazzjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit f’deċiżjoni adottata skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 65(5). Meta jiġi stabbilit l-ammont tal-multa, il-Kummissjoni għandha tqis il-gravità tan-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ta 'dan l-Artikolu.

3.  Il-penalitajiet previsti skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe deċiżjonijiet meħuda taħt il-paragrafu 2 ma għandhomx ikunu ta' natura kriminali.

Artikolu 67

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 68 tad-Direttiva (UE) 2019/...(62). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 68

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall- kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 34(3), l-Artikolu 49(4), l-Artikolu 59(2), l-Artikolu 61(2) u l-Artikolu 63(11) hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem dak il-perjodu u, jekk applikabbli, qabel tmiem perjodi sussegwenti. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' tmien snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 34(3), l-Artikolu 49(4), l-Artikolu 59(2), l-Artikolu 61(2) u l-Artikolu 63(11) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 34(3), l-Artikolu 49(4), l-Artikolu 59(2), l-Artikolu 61(2) u l-Artikolu 63(11) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien t xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 69

Reviżjonijiet u rapporti tal-Kummissjoni

1.  Sal-1 ta' Lulju 2025, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-kodiċijiet u l-linji gwida eżistenti tan-netwerk sabiex tevalwa liema mid-dispożizzjonijiet tagħhom jidtgħu jiġu inkorporati i f'atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar is-suq intern tal-elettriku u kif l-għoti tas-setgħa għal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida stabbiliti fl-Artikoli 59 u 61jistgħu jiġu riveduti.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dettaljat tal-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa l-istess data.

Sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tressaq proposti leġiżlattivi abbażi tal-valutazzjoni tagħha.

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2030 il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament u għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill abbażi ta' dik ir-reviżjoni, akkumpanjat minn proposta leġislattiva fejn xieraq.

Artikolu 70

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 huwa mħassar. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw konformement mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 71

Dħul fis-seħħ

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Artikoli 14, 15, 22(4), 23(3) u (6), 35, 36 u 62 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14(7) u l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 16 għandu japplika minn dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

KOMPITI TAĊ-ĊENTRI TA' KOORDINAZZJONI REĠJONALI

1.  Kalkolu koordinat tal-kapaċità

1.1  Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu l-kalkolu koordinat tal-kapaċitajiet transżonali.

1.2  Il-kalkolu koordinat tal-kapaċità għandu jitwettaq ▌ għal perjodi ta' żmien ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata.

1.3   Il-kalkolu koordinat tal-kapaċità għandu jitwettaq abbażi tal-metodoloġiji żviluppati f'konformità mal-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

1.4  Il-kalkolu koordinat tal-kapaċità għandu jitwettaq abbażi ta' mudell komuni tal-grilja skont il-punt 3.

1.5  Il-kalkolu koordinat tal-kapaċità għandu jiżgura ġestjoni effiċjenti tal-konġestjoni skont il-prinċipji ta' ġestjoni tal-konġestjoni definiti f'dan ir-Regolament.

2.  Analiżi koordinata tas-sigurtà

2.1  Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu analiżi koordinata tas-sigurtà bil-għan li jiżguraw it-tħaddim sigur tas-sistema.

2.2  L-analiżi tas-sigurtà għandha ssir għall-perjodi kollha ta' żmien ta' ppjanar operazzjonali, bejn il-perjodi ta' żmien ta' sena bil-quddiem u tal-istess ġurnata, billi jintużaw il-mudelli komuni tal-grilja.

2.3   Analiżi koordinata tas-sigurtà għandha ssir abbażi tal-metodoloġiji żviluppati skont il-linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

2.4  Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jaqsmu r-riżultati tal-analiżi koordinata tas-sigurtà mill-inqas mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.

2.5  Jekk b'riżultat tal-analiżi koordinata tas-sigurtà ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali jidentifika xi restrizzjoni potenzjali, dan għandu jfassal azzjonijiet ta' rimedju li jimmassimizzaw l-effikaċja u l-effiċjenza ekonomika.

3.  Ħolqien ta' mudelli komuni tal-grilja

3.1  Iċ-Ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jistabbilixxu proċessi effiċjenti għall-ħolqien ta' mudell komuni tal-grilja għal kull perjodu ta' żmien ta' ppjanar operazzjonali bejn il-perjodi ta' żmien ta' sena bil-quddiem u tal-istess ġurnata.

3.2  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jinnominaw ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali biex jibni l-mudelli komuni tal-grilja mal-Unjoni kollha.

3.3   Il-mudelli komuni tal-grilja għandhom jitwettqu bi qbil mal-metodoloġiji żviluppati skont il-Linja Gwida dwar it-tħaddim tas-sistema u l-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

3.4  Il-mudelli komuni tal-grilja għandhom jinkludu d-dejta rilevanti għall-ippjanar operazzjonali u l-kalkolu tal-kapaċità b'mod effiċjenti fil-perjodi kollha ta' żmien ta' ppjanar operazzjonali bejn il-perjodi ta' żmien ta' sena bil-quddiem u tal-istess ġurnata.

3.5  Il-mudelli komuni tal-grilja għandhom ikunu disponibbli għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali kollha, għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, għall-ENTSO għall-Elettriku u, fuq talba għall-ACER.

4.  Appoġġ għall-pjanijiet tad-difiża u r-restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsistenza

4.1   Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-konsistenza tal-pjanijiet tad-difiża u tal-pjanijiet tar-restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-kodiċi tan-netwerk dwar l-emerġenza u r-restawr tal-elettriku adottat abbażi tal-Artikolu 6(11) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

4.2  L-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiftiehmu dwar livell limitu li 'l fuq minnu l-impatt tal-azzjonijiet ta' operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta' trażmissjoni fl-istati ta' emerġenza, ta' blekawt jew ta' restawr jitqies bħala sinifikanti għal operaturi oħra tas-sistema ta' trażmissjoni interkonnessi b'mod sinkroniku jew asinkroniku.

4.3  B'dan l-appoġġ lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom:

(a)  jidentifikaw inkompatibbiltajiet potenzjali;

(b)  jipproponu azzjonijiet ta' mitigazzjoni.

4.4  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jivvalutaw u jqisu l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni proposti.

5.  Appoġġ għall-koordinazzjoni u l-ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali

5.1  Kull ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali rilevanti għandu jappoġġa lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni nnominati bħala mexxejja tal-frekwenza u mexxejja tar-risinkronizzazzjoni skont il-kodiċi tan-netwerk dwar l-emerġenza u r-restawr adottat abbażi tal-Artikolu 6(11) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 biex jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta' restawr. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun tat- tħaddim tas-sistema għandhom jistabbilixxi r-rwol taċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali relatati mal-appoġġ għall-koordinazzjoni u l-ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali.

5.2  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jistgħu jitolbu assistenza liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali jekk is-sistema tagħhom tkun fi stat ta' blekawt jew ta' restawr.

5.3  Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom ikunu mgħammra b'sistemi ta' akkwist tad-dejta u ta' kontroll superviżorju qrib il-ħin reali bl-osservabbiltà ddefinita bl-applikazzjoni tal-livell limitu msemmija fil-punt 4.2.

6.  Analiżi u rappurtar wara t-tħaddim u wara t-tfixkil

6.1   Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jinvestigaw u jħejju rapport dwar kwalunkwe inċident 'il fuq mil-livell limitu imsemmija fil-punt 4.2. Fuq talba tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u l-ACER jistgħu jkunu involuti fl-investigazzjoni. Ir-rapport għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet bil-għan li fil-futur biex tipprevjeni inċidenti simili.

6.2   Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jippubblikaw ir-rapport. L-ACER tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet bil-għan li fil-futur jipprevjenu inċidenti simili.

7.  Kejl reġjonali tal-kapaċità ta' riserva

7.1  Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-kapaċità ta' riserva għar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema. L-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-kapaċità ta' riserva għandu:

(a)  jilħaq l-objettiv ġenerali li tinżamm is-sigurtà operazzjonali bl-aktar mod kosteffettiv;

(b)  jitwettaq fil-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata jew ta' ġurnata bil-quddiem, jew it-tnejn;

(c)  jikkalkula l-ammont ġenerali ta' kapaċità ta' riserva meħtieġ għar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema;

(d)  jiddetermina r-rekwiżiti minimi tal-kapaċità ta' riserva għal kull tip ta' kapaċità ta' riserva;

(e)  iqis is-sostituzzjonijiet possibbli bejn tipi differenti ta' kapaċità ta' riserva bil-għan li jimminimizza l-kostijiet ta' akkwist;

(f)  jekk ikun hemm, jistabbilixxi r-rekwiżiti neċessarji għad-distribuzzjoni ġeografika tal-kapaċità ta' riserva meħtieġa.

8.  Faċilitazzjoni tal-akkwist reġjonali tal-kapaċità ta' bbilanċjar

8.1  Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi fis-sistema ta' trażmissjoni fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema biex jistabbilixxu l-ammont ta' kapaċità ta' bbilanċjar li jeħtieġ tiġi akkwistata. L-istabbiliment tal-ammont ta' kapaċità ta' bbilanċjar għandu:

(a)  jitwettaq fil-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata jew ta' ġurnata bil-quddiem, jew it-tnejn;

(b)  iqis is-sostituzzjonijiet possibbli bejn tipi differenti ta' kapaċità ta' riserva bil-għan li jimminimizza l-kostijiet ta' akkwist;

(c)  iqis il-volumi tal-kapaċità ta' riserva meħtieġa li mistennija jiġu pprovduti bl-offerti għall-enerġija ta' bbilanċjar, li ma jiġux ippreżentati abbażi ta' kuntratt għall-kapaċità ta' bbilanċjar.

8.2  Iċ-Ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema biex jakkwistaw l-ammont meħtieġ ta' kapaċità ta' bbilanċjar stabbilit skont il-punt 8.1. L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar għandu:

(a)  jitwettaq fil-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata jew ta' ġurnata bil-quddiem, jew it-tnejn

(b)  iqis is-sostituzzjonijiet possibbli bejn tipi differenti ta' kapaċità ta' riserva bil-għan li jimminimizza l-kostijiet ta' akkwist.

9.  Valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza tas-sistema reġjonali minn ġimgħa bil-quddiem sa ġurnata bil-quddiem u t-tħejjija ta' azzjonijiet li jnaqqsu r-riskji

9.1  Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza reġjonali sa mill-inqas ġurnata bil-quddiem f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament 2017/1485u abbażi tal-metodoloġija żviluppata skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/....(63).

9.2  Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jibbażaw il-valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza reġjonali fuq terminu qasir fuq l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema bil-għan li jidentifikaw sitwazzjonijiet fejn hu mistenni nuqqas ta' adegwatezza fi kwalunkwe waħda miż-żoni ta' kontroll jew fil-livell reġjonali. Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom iqisu l-iskambji transżonali u l-limiti tas-sigurtà operazzjonali possibbli fil-perjodi ta' żmien rilevanti kollha ta' ppjanar operazzjonali.

9.3  Meta jwettaq valutazzjoni dwar l-adegwatezza ta' sistema reġjonali, kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jikkoordina ma' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali oħra biex:

(a)  jivverifika s-suppożizzjonijiet u t-tbassir sottostanti;

(b)  jidentifika s-sitwazzjonijiet possibbli ta' nuqqas ta' adegwatezza transreġjonali.

9.4  Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jikseb ir-riżultati tal-valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza ta' sistema reġjonali flimkien mal-azzjonijiet li jipproponi biex jitnaqqsu r-riskji tan-nuqqas ta' adegwatezza għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u għal ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali oħra.

10.  Koordinazzjoni tal-ippjanar tal-indisponibbiltà reġjonali

10.1  Kull Ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jwettaq koordinazzjoni tal-indisponibbiltà reġjonali f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-linja gwida għat-tħaddim ta' sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 sabiex jimmonitorja l-istatus ta' disponibbiltà tal-assi rilevanti u jikkoordina l-pjanijiet ta' disponibbiltà tagħhom biex jiżgura s-sigurtà operazzjonali tas-sistema ta' trażmissjoni filwaqt li jimmassimizza l-kapaċità tal-interkonnetturi u tas-sistemi ta' trażmissjoni li jaffettwaw il-flussi transżonali.

10.2  Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jżomm lista unika tal-elementi tal-grilja rilevanti, tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-faċilitajiet tad-domanda tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u jqiegħdha għad-dispożizzjoni tal-ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO għall-Elettriku.

10.3  Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin relatati mal-koordinazzjoni tal-indisponibbiltà fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema:

(a)  jivvaluta l-kompatibbiltà tal-ippjanar tal-indisponibbiltà billi juża l-pjanijiet kollha tad-disponibbiltà ta' sena bil-quddiem tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(b)  jipprovdi lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema b'lista tal-inkompatibbiltajiet ta' ppjanar individwati u tas-soluzzjonijiet li jipproponi biex jissolvew l-inkompatibbiltajiet.

11.  Ottimizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta' kumpens għall-operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni

11.1  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema jistgħu jiddeċiedu b'mod konġunt li jirċievu appoġġ miċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali biex jamministraw il-flussi finanzjarji relatati mas-saldu bejn operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jinvolvu aktar minn żewġ operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, bħall-kostijiet ta' dispaċċ mill-ġdid, l-introjtu mill-konġestjoni, il-kostijiet tad-devjazzjonijiet mhux intenzjonati jew tal-akkwist ta' riserva.

12.  Taħriġ u ċertifikazzjoni għall-persunal li jaħdem għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali

12.1  Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom iħejju u jwettqu programmi ta' taħriġ u ta' ċertifikazzjoni li jiffukaw fuq ir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema għall-persunal li jaħdem fiċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali.

12.2  Il-programmi ta' taħriġ għandhom ikopru l-komponenti rilevanti kollha ta' tħaddim tas-sistema, fejn iċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali jwettaq kompiti inklużi x-xenarji ta' kriżi reġjonali.

13.  Identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku f'livell reġjonali

13.1  Jekk l-ENTSO għall-Elettriku jiddelega din il-funzjoni, iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jidentifikaw ix-xenarji ta' kriżi reġjonali tal-elettriku skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/...(64).

L-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali tal-elettriku għandha titwettaq f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/...+.

13.2  Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' kull reġjun ta' tħaddim tas-sistema fuq talba tagħhom fi tħejjija u twettiq tas-simulazzjonijiet ta' kriżi biennali bi qbil mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2019/...+.

14.   Identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kapaċità ta' trażmissjoni ġdida, għat-titjib tal-kapaċità ta' trażmissjoni eżistenti jew tal-alternattivi għalihom.

14.1   Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kapaċità ta' trażmissjoni ġdida, għal titjib fil-kapaċità ta' trażmissjoni eżistenti jew għall-alternattivi tagħhom, li għandhom jiġu ppreżentati lill-gruppi reġjonali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 u biex jiġu inklużi fil-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/...(65).

15.  Il-kalkolu tal-kapaċità massima ta' dħul disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija fil-mekkaniżmi ta' kapaċità

15.1  Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fil-kalkolu tal-kapaċità massima ta' dħul disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija fil-mekkaniżmi ta' kapaċità b'kont meħud tad-disponibbiltà mistennija ta' interkonnessjoni u l-konkorrenza probabbli ta' pressjoni fuq is-sistema bejn is-sistema fejn jiġi applikat il-mekkaniżmu u s-sistema fejn tkun tinsab il-kapaċità barranija.

15.2  Il-kalkolu għandu jitwettaq f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 26(11).

15.3  Iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom jipprovdu kalkolu għal kull konfini taż-żona tal-offerti kopert mir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.

16.  Tħejjija ta' valutazzjonijiet tal-adegwatezza staġjonali

16.1  Jekk l-ENTSO għall-Elettriku jiddelega din il-funzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/...(66), iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu valutazzjonijiet tal-adegwatezza staġjonali fuq bażi reġjonali.

16.2  It-tħejjija tal-valutazzjonijiet tal-adegwatezza staġjonali għandha titwettaq abbażi tal-metodoloġija żviluppata skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/...+.

ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009

(ĠU L 115 25.4.2013, p. 39)

Il-punt (a) tal-Artikolu 8(3)

Il-punt (a) tal-Artikolu 8(10)

L-Artikolu 11

L-Artikolu 18(4a)

L-Artikolu 23(3)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1)

Punti 5.5 sa 5.9 tal-Anness I

ANNESS III

Tabella ta' Korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009

Dan ir-Regolament

-

Artikolu 1(a)

-

Artikolu 1(b)

Artikolu 1(a)

Artikolu 1(c)

Artikolu 1(b)

Artikolu 1(d)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)(a)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)(b)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(2)(c)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(2)(d)

-

Artikolu 2(2)(e)

-

Artikolu 2(2)(f)

-

Artikolu 2(2)(g)

Artikolu 2 (5)

-

Artikolu 2 (6) sa (71)

-

Artikolu 3

-

Artikolu 4

-

Artikolu 5

-

Artikolu 6

-

Artikolu 7

-

Artikolu 8

-

Artikolu 9

-

Artikolu 10

-

Artikolu 11

-

Artikolu 12

-

Artikolu 13

-

Artikolu 14

-

Artikolu 15

Artikolu 16(1) sa (3)

Artikolu 16(1) sa (4)

-

Artikolu 16(5) sa (8)

Artikolu 16(4) sa (5)

Artikolu 16(9) sa (11)

-

Artikolu 16(12) u (13)

-

Artikolu 17

Artikolu 14(1)

Artikolu 18(1)

-

Artikolu 18(2)

Artikolu 14(2) sa (5)

Artikolu 18(3) sa (6)

-

Artikolu 18(7) sa (11)

-

Artikolu 19(1)

Artikolu 16(6)

Artikolu 19(2) u (3)

-

Artikolu 19(4) u (5)

-

Artikolu 20

-

Artikolu 21

-

Artikolu 22

Artikolu 8(4)

Artikolu 23(1)

-

Artikolu 23(2) sa (7)

-

Artikolu 25

-

Artikolu 26

-

Artikolu 27

Artikolu 4

Artikolu 28(1)

-

Artikolu 28(2)

Artikolu 5

Artikolu 29 (1) sa (4)

-

Artikolu 29(5)

Artikolu 8(2) (l-ewwel sentenza)

Artikolu 30(1)(a)

Artikolu 8(3)(b)

Artikolu 30(1)(b)

-

Artikolu 30(1)(c)

Artikolu 8(3)(c)

Artikolu 30 (1)(d)

-

Artikolu 30 (1)(e) u (f)

 

Artikolu 30(1) (g) u (h)

Artikolu 8 (3)(a)

Artikolu 30(1)(i)

Artikolu 8(3)(d)

Artikolu 30(1)(j)

 

Artikolu 30(1)(k)

Artikolu 8(3)(e)

Artikolu 30(1)(l)

 

Artikolu 30(1)(m) sa (o)

-

Artikolu 30(2) u (3)

Artikolu 8(5)

Artikolu 30(4)

Artikolu 8(9)

Artikolu 30(5)

Artikolu 10

Artikolu 31

Artikolu 9

Artikolu 32

Artikolu 11

Artikolu 33

Artikolu 12

Artikolu 34

-

Artikolu 35

-

Artikolu 36

-

Artikolu 37

-

Artikolu 38

-

Artikolu 39

-

Artikolu 40

 

Artikolu 41

-

Artikolu 42

-

Artikolu 43

-

Artikolu 44

-

Artikolu 45

-

Artikolu 46

-

Artikolu 47

Artikolu 8(10)

Artikolu 48

Artikolu 13

Artikolu 49

Artikolu 2(2) (subparagrafu finali

Artikolu 49(7)

Artikolu 15

Artikolu 50(1) sa (6)

Anness I punt 5.10

Artikolu 50(7)

Artikolu 3

Artikolu 51

-

Artikolu 52

-

Artikolu 53

 

Artikolu 54

-

Artikolu 55

-

Artikolu 56

-

Artikolu 57

-

Artikolu 58

Artikolu 8(6)

Artikolu 59(1)(a), (b) u (c)

-

Artikolu 59(1)(d) u (e)

 

Artikolu 59(2)

Artikolu 6(1)

Artikolu 59(3)

Artikolu 6(2)

Artikolu 59(4)

Artikolu 6(3)

Artikolu 59(5)

-

Artikolu 59(6)

Artikolu 6(4)

Artikolu 59(7)

Artikolu 6(5)

Artikolu 59(8)

Artikolu 6(6)

Artikolu 59(9)

Artikolu 8(1)

Artikolu 59(10)

Artikolu 6(7)

-

Artikolu 6(8)

-

Artikolu 6(9) u (10)

Artikolu 59(11) u (12)

Artikolu 6(11)

Artikolu 59(13) u (14)

Artikolu 6 (12)

Artikolu 59(15)

Artikolu 8(2)

Artikolu 59(15)

-

Artikolu 60(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 60(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 60(3)

Artikolu 7(3)

-

Artikolu 7(4)

-

-

Artikolu 61(1)

-

Artikolu 61(2)

Artikolu 18(1)

Artikolu 61(3)

Artikolu 18(2)

-

Artikolu 18(3)

Artikolu 61(4)

Artikolu 18(4)

-

Artikolu 18(4a)

Artikolu 61(5)

Artikolu 18(5)

Artikolu 61(5) u (6)

Artikolu 19

-

Artikolu 21

Artikolu 62

Artikolu 17

Artikolu 63

-

Artikolu 64

Artikolu 20

Artikolu 65

Artikolu 22

Artikolu 66

Artikolu 23

Artikolu 67

Artikolu 24

-

-

Artikolu 68

-

Artikolu 69

Artikolu 25

Artikolu 70

Artikolu 26

Artikolu 71

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR ID-DEFINIZZJONI TA’ INTERKONNETTUR

“Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ftehim tal-koleġiżlaturi rigward ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Elettriku u r-riformulazzjoni tar-Regolament dwar l-Elettriku, li jerġgħu lura għad-definizzjoni ta’ “interkonnettur” kif intużat fid-Direttiva 2009/72/KE u fir-Regolament (KE) 714/2009. Il-Kummissjoni taqbel li s-swieq tal-elettriku huma differenti minn swieq oħra bħal dak tal-gass naturali, pereżempju permezz tal-kummerċ ta’ prodotti li attwalment ma jistgħux jinħażnu faċilment u li jiġu prodotti minn varjetà kbira ta’ installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni, inkluż installazzjonijiet fil-livell tad-distribuzzjoni.  B’konsegwenza ta’ dan, ir-rwol tal-konnessjonijiet ma’ pajjiżi terzi jvarja b’mod sinifikanti bejn is-setturi tal-elettriku u tal-gass u jistgħu jintgħażlu approċċi regolatorji differenti.

Il-Kummissjoni se tkompli teżamina l-impatt ta’ dan il-ftehim u se tipprovdi gwida dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fejn ikun meħtieġ.

Għal raġunijiet ta’ ċarezza ġuridika, il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza dan li ġej:

Id-definizzjoni maqbula ta’ interkonnettur fid-Direttiva dwar l-Elettriku tirreferi għal tagħmir ta’ konnessjoni tas-sistemi tal-elettriku. Din il-formulazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn oqfsa regolatorji jew sitwazzjonijiet tekniċi differenti, u b’hekk tinkludi minn qabel il-konnessjonijiet tal-elettriku kollha lejn pajjiżi terzi fl-ambitu tal-applikazzjoni. Fir-rigward tad-definizzjoni maqbula ta’ interkonnettur fir-Regolament dwar l-Elettriku, il-Kummissjoni tisħaq li l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku teħtieġ livell għoli ta’ kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema, il-parteċipanti fis-suq u r-regolaturi. Filwaqt li l-ambitu tar-regoli applikabbli jista’ jvarja skont il-livell ta’ integrazzjoni mas-suq intern tal-elettriku, jenħtieġ li l-integrazzjoni mill-qrib ta’ pajjiżi terzi fis-suq intern tal-elettriku, bħall-parteċipazzjoni fi proġetti tal-akkoppjament tas-swieq, tkun ibbażata fuq ftehimiet li jeħtieġu l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni rilevanti.”

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-PJANIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAR-RIFORMA TAS-SUQ

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ftehim tal-koleġiżlaturi rigward l-Artikolu 20(3) li jipprevedi li l-Istati Membri bi tħassib identifikat dwar l-adegwatezza għandhom jippubblikaw pjan ta’ implimentazzjoni bi skeda ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ miżuri biex tiġi eliminata kwalunkwe distorsjoni regolatorja identifikata u/jew kwalunkwe falliment tas-suq bħala parti mill-proċess ta’ Għajnuna mill-Istat.

Skont l-Artikolu 108 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha l-kompetenza esklużiva biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq intern. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni skont it-TFUE u ma jistax jaffettwaha. Għalhekk, fejn ikun rilevanti, il-Kummissjoni tista’ tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-pjanijiet ta’ riforma tas-suq b’mod parallel mal-proċess ta’ approvazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kapaċità skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda ż-żewġ proċessi huma ġuridikament separati.

(1) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 91.
(2) ĠU C 342, 12.10.2017, p. 79.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019.
(4)Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15).
(5)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 tat-23 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku (ĠU L 312, 28.11.2017, p. 6).
(6)Direttiva (UE) 2019//… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ...
(7)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE-CONS …/… (2016/0380(COD)) u daħħal in-numru, d-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 tas-26 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità (ĠU L 259, 27.9.2016, p. 42).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/631 tal-14 ta' April 2016 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar rekwiżiti għall-konnessjoni tal-ġeneraturi mal-grilja (ĠU L 112, 27.4.2016, p. 1).
(11) Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' …(ĠU …).
(12)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS …/… (2016/0378(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(13)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS …/… (2016/0377(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(14)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 tat-2 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku (ĠU L 220, 25.8.2017, p. 1).
(15)Ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 1).
(16)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(18)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(19)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(20)Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (GU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(21)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)) u inkludi in-numru, id-data u t-tiolu u r-referenza ĠU ta’dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(22)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)) u inkludi in-numru, id-data u t-tiolu u r-referenza ĠU ta’dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(23)+ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)) u inkludi in-numru, id-data u t-tiolu u r-referenza ĠU ta’dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(24) Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).
(25)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(26)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(27)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(28)++ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE‑CONS …/… (2016/0378(COD)).
(29) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(30) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(31)Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16);
(32)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(33)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE‑CONS …/… (2016/0378(COD)).
(34)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(35)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(36)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(37) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 li twaqqaf Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku (ĠU C 353, 17.11.2012, p. 2).
(38)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(39)++ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE‑CONS …/… (2016/0377(COD)).
(40)Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
(41)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(42)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE‑CONS …/… (2016/0377(COD)).
(43)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE‑CONS …/… (2016/0377(COD)).
(44)+ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE‑CONS …/… (2016/0377(COD)).
(45)++ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(46)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(47)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(48)Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).
(49)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(50)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(51)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(52)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(53)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(54)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(55)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(56)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(57)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE‑CONS …/… (2016/0378(COD)).
(58)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(59)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(60)Id-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20).
(61)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(62)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(63)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS .../... (2016/0377(COD)).
(64)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE‑CONS …/… (2016/0377(COD)).
(65)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE‑CONS .../... (2016/0380(COD)).
(66)+ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS .../... (2016/0377(COD)).

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' April 2019Avviż legali