Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0148(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0086/2019

Testi mressqa :

A8-0086/2019

Dibattiti :

PV 25/03/2019 - 19
CRE 25/03/2019 - 19

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.10

Testi adottati :

P8_TA(2019)0230

Testi adottati
PDF 560kWORD 396k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu
It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ***I
P8_TA(2019)0230A8-0086/2019
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (COM(2018)0296 – C8-0190/2018 – 2018/0148(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0296),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 u 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0190/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 280.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009
P8_TC1-COD(2018)0148

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ((1)),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  L-Unjoni hija impenjata li tibni Unjoni tal-Enerġija b’politika progressiva dwar il-klima. L-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil hija element kruċjali tal-Qafas ta’ Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, u hija fundamentali għall-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija.

(2)  Il-Kummissjoni wettqet rieżami(3) tal-effettività tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), u identifikat il-bżonn li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet tiegħu biex l-effettività tittejjeb.

(3)  Jixraq li r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 jiġi ssostitwit b'Regolament ġdid, li jinkorpora emendi li saru fl-2011, u li jimmodifika u jtejjeb uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu sabiex il-kontenut jiġi ċċarat u aġġornat, filwaqt li jitqies jqis il-progress teknoloġiku li sar fl-aħħar snin fil-qasam tat-tajers. Madankollu, peress li l-provvista u d-domanda ftit li xejn inbidlu f'termini tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, f'dan l-istadju m'hemmx bżonn li tinbidel l-iskala ta' gradazzjoni għall-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu eżaminati r-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta' żvilupp u l-fatturi tax-xiri, bħalma huma l-prezz, il-prestazzjoni, eċċ.. [Em. 1]

(4)  Is-settur tat-trasport jirrappreżenta terz tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni. Fl-2015, it-trasport bit-triq kien responsabbli għal madwar 22 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE. It-tajers, l-aktar minħabba r-reżistenza għad-dawrien tagħhom, jirrappreżentaw bejn 5 % u 10 % tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi. Għaldaqstant, it-tnaqqis fir-reżistenza għad-dawrien tat-tajers jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-trasport bit-triq, u b'hekk ukoll għat-tnaqqis fl-emissjonijiet u għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. [Em. 2]

(4a)  Sabiex tiġi indirizzata l-isfida tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-trasport bit-triq, huwa xieraq li l-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jipprovdu inċentivi favur l-innovazzjoni ta' proċess teknoloġiku ġdid għat-tajers C1, C2 u C3 effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u sikuri. [Em. 3]

(5)  It-tajers huma kkaratterizzati minn għadd ta’ parametri marbutin ma’ xulxin. It-titjib ta’ parametru wieħed bħar-reżistenza għad-dawrien jista’ jolqot ħażin parametri oħra, bħall-qabda fuq l-imxarrab, u bil-maqlub, it-titjib tal-qabda fuq l-imxarrab jista’ jolqot ħażin l-istorbju estern tad-dawrien. Jenħtieġ li l-manifatturi tat-tajers jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha lil hinn mill-istandards diġà miksuba. [Em. 4, Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.]

(6)  It-tajers li huma effiċjenti fl-użu tal-fjuwil jistgħu jkunu kosteffettivi, billi l-iffrankar fuq il-fjuwil imur lil hinn mis-sempliċi kumpens għaż-żieda fil-prezz tax-xiri tat-tajers minħabba l-kostijiet ogħla ta’ produzzjoni tagħhom.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) jistabbilixxi rekwiżiti minimi għar-reżistenza għad-dawrien tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li t-telf tal-enerġija jitnaqqas permezz ta’ reżistenza għad-dawrien tat-tajers li tkun ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi. Għaldaqstant, sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport bit-triq, jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet għat-tikkettar tat-tajers bil-għan li l-utenti aħħarija jkun mħeġġa jixtru tajers iktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, billi tingħata informazzjoni armonizzata u aġġornata fuq dan il-parametru.

(7a)  It-titjib tat-tikkettar tat-tajers se jippermetti li l-konsumaturi jiksbu informazzjoni aktar rilevanti u kumparabbli dwar l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, is-sikurezza u l-istorbju u jieħdu deċiżjonijiet ta' xiri kosteffettivi u b'rispett lejn l-ambjent meta jiġu biex jixtru tajers ġodda. [Em. 5]

(8)  L-istorbju tat-traffiku huwa ta’ fastidju sinifikanti u għandu effett ta’ ħsara għas-saħħa. Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-istorbju estern tad-dawrien tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-istorbju estern tad-dawrien jitnaqqas ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi. Għaldaqstant, sabiex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku, jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers bil-għan li l-utenti aħħarija jkunu mħeġġa jixtru tajers li jagħmlu inqas storbju estern tad-dawrien, billi tingħata informazzjoni armonizzata fuq dan il-parametru.

(9)  L-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar l-istorbju estern tad-dawrien jiffaċilita wkoll l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġi limitat l-istorbju tat-traffiku, u jikkontribwixxi għal aktar għarfien tal-effett tat-tajers fuq l-istorbju tat-traffiku fil-qafas tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tat-tajers fir-rigward tal-qabda tagħhom fuq l-imxarrab. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-qabda fuq l-imxarrab tittejjeb ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi, u b’hekk li jitnaqqsu d-distanzi tal-ibbrejkjar fuq l-imxarrab. Għaldaqstant, sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers bil-għan li l-utenti aħħarija jkunu mħeġġa jixtru tajers bi prestazzjoni għolja fejn tidħol il-qabda fuq l-imxarrab, billi tingħata informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.

(11)  Sabiex jiġi żgurat allinjament mal-qafas internazzjonali, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirreferi għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117(7), li jinkludi l-metodi ta’ kejl rilevanti għar-reżistenza għad-dawrien, għall-istorbju, u għall-prestazzjoni tat-tajers fir-rigward tal-qabda fuq l-imxarrab u fuq il-borra.

(12)  Sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq ġewwa l-Unjoni fejn il-klima hija aktar kiesħa u biex l-utenti aħħarija jingħataw informazzjoni dwar il-prestazzjoni tat-tajers iddisinjati speċifikament għall-kundizzjonjiet tal-borra u tas-silġ, jixraq li jkun hemm l-obbligu li t-tikketta tinkludi informazzjoni dwar it-tajers tal-borra u tas-silġ. It-tajers tal-borra u tas-silġ għandhom parametri speċifiċi li ma jistgħux jitqabblu bis-sħiħ ma' tipi ta' tajers oħra. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet meqjusa u informati, l-informazzjoni dwar il-qabda fuq il-borra u l-qabda fuq is-silġ u l-kodiċi QR jenħtieġ li jkunu inklużi fit-tikketta. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa skala dwar il-prestazzjonijiet kemm għall-qabda fuq il-borra kif ukoll għall-qabda fuq is-silġ. Dawk l-iskali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq ir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u fuq l-ISO 19447 għall-borra u għas-silġ rispettivament. Fi kwalunkwe każ, il-logo tal-muntanja bi tliet quċċati b'farka borra ("3PMSF") jenħtieġ li jiġi intaljat fuq tajer li jissodisfa l-valuri minimi tal-indiċi għall-prestazzjoni fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. Bl-istess mod, tajer li jissodisfa l-valur minimu tal-indiċi għall-prestazzjoni fuq is-silġ stabbilit fl-ISO 19447 jenħtieġ li juri l-logo tat-tajers tas-silġ miftiehem skont dan l-istandard. [Em. 6]

(13)  Il-brix tat-tajers matul l-użu huwa sors sinifikanti tal-mikroplastiċi, li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent, u għaldaqstant il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Strateġija Ewropea għall-Plastik f'Ekonomija Ċirkolari"(8) ssemmi issemmi l-bżonn li jiġi indirizzat ir-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers, fost l-oħrajn permezz ta' miżuri ta' informazzjoni bħat-tikkettar u rekwiżiti minimi għat-tajers. Madankollu, s'issa ma hemm ebda metodu ta' ttestjar xieraq disponibbli biex ikejjel il-brix tat-tajers. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' tikkettar fir-rigward tar-rata ta' brix tat-tajers toħloq benefiċċji sostanzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqabbad l-iżvilupp ta' tali metodu, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-istandards jew ir-regolamenti kollha tal-aħħar teknoloġija żviluppati jew proposti internazzjonalment, kif ukoll ir-riżultat tar-riċerka industrijali, bil-għan li jiġi stabbilit metodu ta' ttestjar xieraq mill-iktar fis. [Em. 7]

(14)  It-tajers ittredjati mill-ġdid huma parti sostanzjali tas-suq għat-tajers tal-vetturi heavy-duty. L-ittredjar mill-ġdid tat-tajers itawwal il-ħajja utli tagħhom u jikkontribwixxi lejn għanijiet tal-ekonomija ċirkolari, fosthom it-tnaqqis tal-iskart. L-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ tikkettar fuq tali tajers mistennija ġġib magħha ffrankar sostanzjali tal-enerġija. Madankollu, billi s’issa ma hemm ebda metodu ta’ ttestjar xieraq disponibbli biex ikejjel il-prestazzjoni tat-tajers ittredjati mill-ġdid, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-inklużjoni futura ta’ tali rekwiżiti.

(15)  It-tikketta tal-enerġija skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9), li tikklassifika l-konsum tal-enerġija tal-prodotti fi skala minn “A” sa “G”, hija rikonoxxuta minn aktar minn 85 % tal-konsumaturi tal-Unjoni, bħala għodda ta' informazzjoni ċara u trasparenti, u wriet li hija effettiva fil-promozzjoni ta’ prodotti aktar effiċjenti. Jenħtieġ li t-tikketta tat-tajers tkompli tuża l-istess disinn sa fejn huwa possibbli, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-parametri tat-tajers. [Em. 8]

(16)  L-għoti ta’ informazzjoni komparabbli dwar il-parametri tat-tajers fil-forma ta’ tikketta standard x’aktarx li jinfluwenza d-deċiżjonijiet tax-xiri tal-utenti aħħarija favur tajers aktar sikuri, sostenibbli, inqas storbjużi u aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil. Dan min-naħa tiegħu x’aktarx iħeġġeġ lill-manifatturi tat-tajers itejbu kemm jistgħu dawk il-parametri, u b’hekk iwittu t-triq għal konsum u produzzjoni aktar sostenibbli. [Em. 9]

(17)  Il-ħtieġa ta’ aktar informazzjoni dwar l-effiċjenza tat-tajers fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra hija rilevanti għall-utenti aħħarija kollha, inkluż dawk li jixtru t-tajers ta’ rikambju u t-tajers armati fuq vetturi ġodda, kif ukoll il-maniġers tal-flotot u l-intrapriżi tat-trasport, li ma jistgħux iqabblu faċilment il-parametri ta’ marki differenti tat-tajers fin-nuqqas ta’ skema armonizzata ta’ ttestjar u tikkettar. Għaldaqstant, jixraq li jkun hemm obbligu li t-tajers li jitwasslu mal-vetturi jkunu tikkettati fil-każijiet kollha.

(18)  Bħalissa t-tikketti huma espliċitament meħtieġa għat-tajers tal-vetturi (C1) u tal-vannijiet (C2), iżda mhux tal-vetturi heavy-duty (C3). It-tajers C3 jikkonsmaw aktar fjuwil u jkopru aktar kilometri fis-sena mit-tajers C1 u C2, u għalhekk il-potenzjal li jitnaqqsu l-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet mill-vetturi heavy-duty huwa sinifikanti.

(19)  L-inklużjoni bis-sħiħ tat-tajers C3 fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament taqbel ukoll mal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil mill-vetturi heavy-duty(10), u taqbel ukoll mal-proposta tal-Kummissjoni dwar standards tas-CO2 għall-vetturi heavy-duty(11).

(20)  Ħafna utenti aħħarija jieħdu deċiżjonijiet dwar ix-xiri tat-tajers mingħajr ma jaraw it-tajer stess, u b’hekk ma jarawx it-tikketta mwaħħla miegħu. Fis-sitwazzjonijiet kollha, jenħtieġ li t-tikketta tintwera lill-utent aħħari qabel ma jikkonferma d-deċiżjoni tiegħu li jixtri. Jenħtieġ li l-wiri ta’ tikketta fuq it-tajers fil-post tal-bejgħ, kif ukoll fil-materjal promozzjonali tekniku, jiżgura li d-distributuri u l-utenti aħħarija potenzjali jirċievu informazzjoni armonizzata dwar il-parametri rilevanti tat-tajers fil-waqt u fil-post tad-deċiżjoni dwar ix-xiri.

(21)  Xi utenti aħħarija jagħżlu t-tajers qabel ma jaslu fil-post tal-bejgħ, jew jixtruhom bil-posta jew bl-internet. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-utenti finali wkoll ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata abbażi ta’ informazzjoni armonizzata dwar l-effiċjenza tat-tajers fl-użu tal-fjuwil, il-prestazzjoni fir-rigward tal-qabda tagħhom fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tad-dawrien, fost parametri oħra, jenħtieġ li t-tikketti jintwerew fil-materjal promozzjonali tekniku kollu, inkluż fejn tali materjal ikun disponibbli fuq l-internet.

(22)  L-utenti aħħarija potenzjali għandhom jingħataw informazzjoni li tispjega kull komponent tat-tikketta u r-rilevanza tiegħu. Din l-informazzjoni għandha tingħata f’materjal promozzjonali tekniku, pereżempju fuq is-siti web tal-fornituri. Il-materjal promozzjonali tekniku jenħtieġ li ma jinkludix reklami fuq billboards, gazzetti, rivisti jew xandir tar-radju u t-televiżjoni. [Em. 10]

(23)  Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern u parametri oħra dwar it-tajers jitkejlu b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-qisien u l-metodi ta’ kalkolu tal-iktar teknoloġiji riċenti ġeneralment rikonoxxuti. Sa fejn huwa possibbli, jenħtieġ li tali metodi jirriflettu l-imġiba tal-konsumatur medju, u li jkunu b’saħħithom sabiex jiskoraġġixxu l-ksur intenzjonali jew mhux intenzjonali. Jenħtieġ li t-tikketti tat-tajers jirriflettu l-prestazzjoni komparattiva tat-tajers fl-użu reali, fi ħdan il-limiti dderivati mill-bżonn ta’ ttestjar fil-laboratorju li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, sabiex l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jqabblu tajers differenti u sabiex jiġu limitati l-kostijiet tal-ittestjar għall-manifatturi.

(24)  Il-konformità min-naħa tal-fornituri u tad-distributuri mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers hija essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw tali konformità permezz ta’ sorveljanza tas-suq u kontrolli ex-post regolari, skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12).

(25)  Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-konformità, tingħata għodda siewja lill-utenti aħħarija, u jingħata lok għal modi alternattivi biex id-distributuri jirċievu skedi tal-informazzjoni dwar il-prodott, jenħtieġ li t-tajers jiġu inklużi fil-bażi tad-data stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/1369. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1369 jiġi emendat skont dan.

(26)  Mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mas-sorveljanza tas-suq u għall-obbligi tal-fornituri li jivverifikaw il-konformità tal-prodott, jenħtieġ li l-fornituri jagħmlu l-informazzjoni rikjesta dwar il-konformità tal-prodott disponibbli elettronikament fil-bażi tad-data tal-prodotti.

(27)  Sabiex l-utenti aħħarija jkollhom fiduċja fit-tikketta tat-tajer, jenħtieġ li jkunu pprojbiti tikketti oħra li jimitawha. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jkunu pprojbiti tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet addizzjonali li aktarx iqarrqu jew igerfxu lill-utenti aħħarija fir-rigward tal-parametri koperti mit-tikketta tat-tajer.

(28)  Jenħtieġ li l-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(29)  Biex jippromwovu l-effiċjenza enerġetika, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu joħolqu inċentivi għall-użu ta’ prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar in-natura ta’ dawn l-inċentivi. Jenħtieġ li dawn l-inċentivi jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, u jenħtieġ li ma joħolqux xkiel mhux ġustifikat għas-suq. Dan ir-Regolament ma jippreġudika l-eżitu ta’ ebda proċedura futura marbuta mal-għajnuna mill-Istat li tista’ ssir skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward ta’ tali inċentivi.

(30)  Biex jiġu emendati l-kontenut u l-format tat-tikketta, biex jiddaħħlu rekwiżiti dwar it-tajers it-tajers tal-borra jew tas-silġ, ittredjati mill-ġdid, il-brix u l-kilometraġġ, u biex l-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016(13). B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs waqt it-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 12]

(30a)  Id-data dwar il-kilometraġġ u l-brix tat-tajers, ladarba jkun disponibbli metodu ta' ttestjar xieraq, se tkun għodda ta' benefiċċju li tinforma lill-konsumaturi dwar id-durabbiltà, il-ħajja u r-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers li jkunu xtraw. L-informazzjoni dwar il-kilometraġġ tippermetti wkoll li l-konsumaturi jagħmlu għażla infurmata rigward it-tajers b'ħajja itwal, b'kontribuzzjoni għall-ħarsien tal-ambjent, u fl-istess waqt tippermetti wkoll li dawn jagħmlu stima tal-kostijiet operattivi tat-tajers fuq perjodu ta' żmien itwal. Għalhekk, id-data dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-kilometraġġ u l-brix tat-tajers jenħtieġ li tiżdied mat-tikketta meta jkun hemm disponibbli metodu ta' ttestjar rilevanti, sinifikanti u riproduċibbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda f'dak il-qasam jenħtieġ li jkomplu. [Em. 13]

(31)  It-tajers li jkunu diġà tqiegħdu fis-suq qabel id-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti inklużi f’dan ir-Regolament ma hemmx għalfejn jiġu ttikkettati mill-ġdid.

(32)  Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fit-tikketta u tiġi żgurata l-preċiżjoni tagħha, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tal-fornituri fuq it-tikketta rigward il-valuri għar-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, il-qabda fuq il-borra u l-istorbju tkun soġġetta għall-proċess ta' approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009. [Em. 14]

(32a)  Id-daqs tat-tikketta jenħtieġ li jibqa' l-istess bħal dak stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1222/2009. Id-dettalji dwar il-Qabda fuq il-Borra u l-Qabda fuq is-Silġ u l-kodiċi QR jenħtieġ li jiġu inklużi fit-tikketta. [Em. 15]

(33)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji ta’ effiċjenza, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud għall-UE, u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt għal miżuri ulterjuri possibbli.

(34)  Ġaladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, speċifikament iż-żieda tas-sikurezza u tal-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq billi tingħata informazzjoni lill-utenti aħħarija biex dawn ikunu jistgħu jagħżlu tajers aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, iktar sikuri u inqas storbjużi, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri peress li jeħtieġ informazzjoni armonizzata għall-utenti aħħarija, iżda min-naħa l-oħra, bis-saħħa ta’ qafas regolatorju armonizzat u kundizzjonijiet ewki għall-manifatturi, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Regolament jibqa’ l-istrument legali xieraq peress li jimponi regoli ċari u dettaljati li jipprekludu traspożizzjoni diverġenti mill-Istati Membri u b’hekk jiżgura livell ogħla ta’ armonizzazzjoni fl-Unjoni kollha. Qafas regolatorju armonizzat fil-livell tal-Unjoni pjuttost milli fil-livell tal-Istat Membru jnaqqas il-kostijiet għall-manifatturi, jiżgura kundizzjonijiet ekwi u jiżgura l-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern kollu. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat fl-istess l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(35)  Għaldaqsant, ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 għandu jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan u suġġett

1.  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiżdiedu s-sikurezza, il-ħarsien tas-saħħa, u jippromwovi tajers sostenibbli, sikuri u effiċjenti fl-użu tal-fjuwil b'livelli ta' storbju baxxi li jistgħu jgħinu biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt fuq l-ambjent u fuq is-saħħa filwaqt li jitjiebu s-sikurezza u l-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq, permezz tal-promozzjoni ta' tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u tajers sikuri b'emissjonijiet ta' storbju baxxi. [Em. 16]

2.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, sabiex l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru t-tajers.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament japplika għat-tajers C1, C2, u C3 li jitqiegħdu fis-suq. [Em. 17]

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-tajers ittredjati mill-ġdid, ladarba metodu ta’ ttestjar xieraq biex ikejjel il-prestazzjoni ta’ tali tajers jiżdied mal-Annessi permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 12.

3.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:

(a)  tajers off-road professjonali;

(b)  tajers iddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ottubru 1990;

(c)  tajers ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju;

(d)  tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta’ anqas minn 80 km fis-siegħa;

(e)  tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar;

(f)  tajers mgħammra b’mezzi addizzjonali biex itejbu l-proprjetajiet tat-trazzjoni, bħat-tajers bl-istuds;

(g)  tajers iddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi maħsubin esklużivament għat-tlielaq.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “tajers C1, C2 u C3” tfisser il-klassijiet ta’ tajers iddefiniti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009;

(2)  “tajer ittredjat mill-ġdid” tfisser tajer użat rikondizzjonat billi l-wiċċ mikul ta’ barra jinbidel b’materjal ġdid;

(3)  “tajer ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju” tfisser tajer ta’ rikambju għal użu temporanju, iddisinjat biex jintuża fi pressjonijiet ta’ nfiħ ogħla minn dawk stabbiliti għat-tajers standard u rinforzati;

(4)  “tikketta” tfisser dijagramma grafika, stampata jew f’forma elettronika, inkluż fil-forma ta’ stiker, li tinkludi simboli biex jinfurmaw lill-utenti aħħarija dwar il-prestazzjoni ta’ tajer jew lott ta’ tajers, marbuta mal-parametri stabbiliti fl-Anness I;

(5)  “post tal-bejgħ” tfisser post fejn it-tajers huma murija jew maħżuna u offruti għall-bejgħ lil utenti aħħarija, inkluż showrooms tal-karozzi, fir-rigward ta’ tajers li huma offruti għall-bejgħ lil utenti aħħarija iżda li mhumiex armati fuq il-vetturi;

(6)  “materjal promozzjonali tekniku” tfisser dokumentazzjoni, f’forma stampata jew elettronika, prodotta mill-fornitur biex tissupplimenta materjal ta’ riklamar tal-anqas bl-informazzjoni teknika skont l-Anness V;

(7)  “skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott” tfisser dokument li fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV, f’forma stampata jew elettronika;

(8)  “dokumentazzjoni teknika” tfisser dokumentazzjoni suffiċjenti biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jivvalutaw il-preċiżjoni tat-tikketta u tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott, u li tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III;

(9)  “bażi tad-data tal-prodotti” tfisser il-bażi tad-data stabbilita skont ir-Regolament (UE) 1369/2017, li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni rigward il-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b’mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà, kif ukoll minn parti dwar il-konformità, b’rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u ta’ sigurtà speċifikati b’mod ċar;

(10)  “bejgħ mill-bogħod” tfisser l-offerta ta’ bejgħ, kiri, jew bejgħ bin-nifs bil-posta, minn katalgu, bl-internet, bit-telebejgħ jew bi kwalunkwe metodu ieħor, li permezz tagħha l-utent aħħari potenzjali ma jkunx mistenni li jara l-prodott espost;

(11)  “manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tqiegħed dak il-prodott fis-suq f’isimha jew bil-marka kummerċjali tagħha;

(12)  “importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(13)  “rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li rċeviet mandat bil-miktub minn manifattur sabiex taġixxi f’ismu fir-rigward ta’ kompiti speċifikati;

(14)  “fornitur” tfisser manifattur stabbilit fl-Unjoni, ir-rappreżentant awtorizzat ta’ manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew importatur, li jqiegħed prodott fis-suq tal-Unjoni;

(15)  “distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tagħmel tajer disponibbli fis-suq;

(16)  “kummerċjalizzazzjoni” tfisser il-forniment ta’ prodott għad-distribuzzjoni jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, sew jekk bi flus sew ukoll jekk mingħajr ħlas;

(17)  “tqegħid fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(18)  “utent aħħari” tfisser konsumatur, maniġer ta’ flotta jew intrapriża tat-trasport bit-triq, li jixtri jew li huwa mistenni li jixtri tajer;

(19)  "parametru" tfisser parametru ta' tajer kif stabbilit fl-Anness I, bħar-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern tad-dawrien, il-borra jew is-silġ, il-kilometraġġ jew il-brix, li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, fuq is-sikurezza fit-toroq jew fuq is-saħħa matul l-użu; [Em. 18]

(20)  “tip ta’ tajer” tfisser verżjoni ta’ tajer li l-unitajiet kollha tagħha jaqsmu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għat-tikketta u għall-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott, kif ukoll l-istess identifikatur tal-mudell.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers

1.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1, C2 u C3 li jitqiegħdu fis-suq ikunu akkumpanjati, mingħajr ħlas: [Em. 19]

(a)  għal kull tajer individwali, minn tikketta konformi mal-Anness II fil-forma ta’ stiker, li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll minn skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness IV; jew [Em. 20]

(b)  għal kull lott ta’ tajers identiċi (wieħed jew aktar), minn tikketta konformi mal-Anness II f’forma stampata li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll minn skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness IV.

2.  Fir-rigward ta' tajers reklamati jew mibjugħa bl-internet, il-fornituri għandhom jagħmlu t-tikketta disponibbli u jiżguraw f'sitwazzjoni ta' xiri li t-tikketta tintwera b'mod viżibbli qrib il-prezz, u li l-iskeda ta' informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli It-tikketta għandha tintwera permezz ta' immaġni mbejta, wara klikkjatura tal-maws, mogħdija bil-maws jew espansjoni tattili tal-iskrin jew permezz ta' tekniki simili. [Em. 21]

3.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li kull riklam viżiv għal tip speċifiku ta’ tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta. [Em. 22]

4.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li kull materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta' tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta u jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V. [Em. 23]

5.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li l-valuri, il-klassijiet relatati i, l-identifikatur tal-mudell u kull informazzjoni addizzjonali oħra dwar il-prestazzjoni li jiddikjaraw fuq it-tikketta għall-parametri essenzjali stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll il-parametri ta' dokumentazzjoni teknika stabbiliti fl-Anness III ikunu ġew soġġetti għall-proċess ta’ approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009ipprovduti lill-awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip qabel ma jqiegħdu tajer fis-suq. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tirrikonoxxi li tkun irċeviet id-dokumentazzjoni mingħand il-fornitur u tivverifikaha. [Em. 24]

6.  Il-fornituri għandhom jiżguraw il-preċiżjoni tat-tikketti u tal-iskedi ta’ informazzjoni dwar il-prodott li jipprovdu.

7.  Il-fornituri għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni teknika skont l-Anness III disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri jew għal kwalunkwe parti terza akkreditata fuq talba tagħhom. [Em. 25]

8.  Il-fornituri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jieħdu azzjoni immedjata biex jirrimedjaw kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta jintalbu jagħmlu dan mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

9.  Il-fornituri ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħra li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk dawn aktarx iqarrqu jew igerfxu lill-utenti aħħarija fir-rigward tal-parametri essenzjali.

10.  Il-fornituri ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti li jimitaw it-tikketta prevista b’din ir-Regolament.

Artikolu 5

Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers rigward il-bażi tad-data tal-prodotti

1.  B'effett mill-1 ta' Jannar 2020 minn... disa' xhur wara [jekk jogħġbok daħħal d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], qabel ma jqiegħdu fis-suq tajer fis-suqprodott wara dik id-data, il-fornituri għandhom idaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1369 fir-rigward ta' dawk it-tajers, bl-eċċezzjoni tal-parametri tekniċi mkejla tal-mudell.

2.  Fejn jitqiegħdu fis-suq tajers bejn [please insert the date of entry into force of this Regulation] u l-31 ta' Diċembru 2019Meta t-tajers jiġu prodotti bejn [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u disa' xhur nieqes ġurnata wara [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-fornitur għandu jdaħħal, sat-30 ta' Ġunju 2020, sa 12-il xahar wara [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ, dan ir-Regolament], idaħħal fil-bażi tad-data ta' data tal-prodotti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1369 fir-rigward ta' dawk it-tajersbl-eċċezzjoni tal-parametri tekniċi mkejla tal-mudell.

2a.  Meta t-tajers jitqiegħdu fis-suq qabel [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-fornitur jista' jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1369 fir-rigward ta' dawk it-tajers.

3.  Sakemm l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma tkunx iddaħħlet fil-bażi tad-data tal-prodotti, il-fornitur għandu jagħmel verżjoni elettronika tad-dokumentazzjoni teknika disponibbli għall-ispezzjoni fi żmien 10 ijiem minn talba li tkun waslet mingħand l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

4.  Tajer li għalih isiru bidliet li jolqtu t-tikketta jew l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandu jitqies tip ta’ tajer ġdid. Il-fornitur għandu jindika fil-bażi tad-data meta ma jibqax iqiegħed fis-suq l-unitajiet kummerċjali ta’ tip ta’ tajer.

5.  Wara li l-aħħar unità ta’ tip ta’ tajer tkun tqiegħdet fis-suq, il-fornitur għandu jżomm l-informazzjoni dwar dak it-tip ta’ tajer fil-parti dwar il-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti għal perjodu ta’ ħames snin. [Em. 58]

Artikolu 6

Responsabbiltajiet tad-distributuri tat-tajers

1.  Id-distributuri għandhom jiżguraw li:

(a)  it-tajers, fil-post tal-bejgħ, iġorru t-tikketta skont l-Anness II fil-forma ta’ stiker mogħti mill-fornituri skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) f’pożizzjoni ċarament viżibbli; jew [Em. 26]

(b)  qabel il-bejgħ ta’ tajer li huwa parti minn lott ta’ tajers identiċi (wieħed jew aktar), it-tikketta msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tintwera tiġi ppreżentata lill-utent aħħari u tidher b’mod ċar qrib ħafna tat-tajer fil-post tal-bejgħ. [Em. 27]

(ba)  it-tikketta għandha titwaħħal direttament mat-tajer u tkun tista' tinqara kollha kemm, filwaqt li ma jkun hemm xejn li jostakola l-viżibilità tagħha. [Em. 28]

2.  Id-distributuri għandhom jiżguraw li kull riklam viżiv għal tip speċifiku ta’ tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta. [Em. 29]

3.  Id-distributuri għandhom jiżguraw li kull materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta' tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta u jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V [Em. 30]

4.  Id-distributuri għandhom jiżguraw li, fejn it-tajers offruti għall-bejgħ ma jkunux viżibbli għall-utent aħħari, jipprovdu lill-utent aħħari b’kopja tat-tikketta qabel il-bejgħ.

5.  Id-distributuri għandhom jiżguraw li tintwera t-tikketta ma’ kull bejgħ mill-bogħod u bil-karta, u li l-utent aħħari jista’ jaċċessa l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ sit web b’aċċess bla ħlas, jew jista’ jitlob kopja stampata tal-istess skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.

6.  Id-distributuri li jbigħu mill-bogħod abbażi tat-telebejgħ għandhom jinfurmaw speċifikament lill-utenti aħħarija bil-klassijiet tal-parametri essenzjali fuq it-tikketta, u li jistgħu jaċċessaw it-tikketta sħiħa u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ sit web ta’ aċċess bla ħlas, jew billi jitolbu kopja stampata.

7.  Fir-rigward ta' tajers reklamati jew mibjugħa direttament bl-internet, id-distributuri għandhom jagħmlu t-tikketta disponibbli u jiżguraw f'sitwazzjoni ta' xiri li t-tikketta tintwera qrib il-prezz, u li l-iskeda ta' informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli. Din għandha tintwera wara klikkjatura ta' maws, mogħdija bil-maws jew espansjoni tattili tal-iskrin jew tekniki simili; [Em. 31]

Artikolu 7

Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-vetturi u tad-distributuri tal-vetturi

Fejn l-utenti aħħarija jkunu beħsiebhom jakkwistaw vettura ġdida, il-fornituri u d-distributuri tal-vetturi, qabel il-bejgħ, għandhom jagħtuhom it-tikketta għat-tajers offruti mal-vettura, kif ukoll il-materjal promozzjonali tekniku rilevanti.

Artikolu 8

Metodi ta’ ttestjar u ta’ kejl

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 4, 6 u 7 dwar il-parametri inklużi fuq it-tikketta għandha tinkiseb bl-applikazzjoni tal-metodi f'konformità mal-metodi ta' ttestjar u ta' kejl imsemmija fl-Anness I, u bil-proċedura ta' allinjament f'laboratorju msemmija fl-Anness VI. [Em. 32]

Artikolu 9

Proċedura ta’ verifika

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-konformità tal-klassijiet iddikjarati għal kull wieħed mill-parametri essenzjali indikati fl-Anness I, skont il-proċedura stabbilita fl-Anness VII.

Artikolu 10

Obbligi tal-Istati Membri

1.  L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz, fit-territorji tagħhom, ta’ tajers li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu inċentivi għat-tajers ta’ taħt il-klassi B fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil jew il-qabda fuq l-imxarrab fit-tifsira tal-Anness I, it-taqsimiet A u B rispettivament. It-tassazzjoni u l-miżuri fiskali ma jikkostitwixxux inċentivi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jistabbilixxu sistema ta' spezzjonijiet ta' rutina u ad-hoc tal-postijiet tal-bejgħ bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament. [Em. 33]

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali u l-mekkaniżmi ta’ infurzar applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

4.  Sal-1 ta’ Ġunju 2020, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli msemmija fil-paragrafu 3 li ma jkunux ġew innotifikati qabel lill-Kummissjoni, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda suċċessiva li taffettwahom.

Artikolu 11

Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

1.  [L-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 / tar-Regolament dwar il-konformità u l-infurzar propost skont COM(2017)0795] għandhom japplikaw għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament u mill-atti delegati rilevanti adottati skontu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi u tappoġġa l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq relatata mat-tikkettar tal-prodotti bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jkunu responsabbli mis-sorveljanza tas-suq jew inkarigati mill-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll bejniethom u l-Kummissjoni, b’mod partikulari b’involviment aktar mill-qrib tal-Grupp Espert dwar it-Tikkettar tat-Tajers - “Kooperazzjoni Amministrattiva dwar is-Sorveljanza tas-Suq”.

3.  Il-programmi ġenerali ta’ sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri stabbiliti skont [l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 / ir-Regolament dwar il-konformità u l-infurzar skont COM(2017)0795] għandhom jinkludu azzjonijiet biex jiżguraw l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiġu msaħħa; [Em. 34].

Artikolu 11a

Tajers ittredjati mill-ġdid

Sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi rekwiżiti ġodda ta' informazzjoni fl-Annessi għat-tajers ittredjati mill-ġdid, sakemm ikun hemm disponibbli metodu xieraq u fattibbli.. [Em. 35]

Artikolu 12

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 biex:

(a)  iddaħħal bidliet fil-kontenut u fil-format tat-tikketta;

(aa)  iddaħħal parametri u rekwiżiti ta' informazzjoni għat-tajers tal-qabda fuq il-borra u fuq is-silġ; [Em. 37]

(ab)  iddaħħal metodu ta' ttestjar xieraq għall-kejl tal-prestazzjonijiet tat-tajers tal-qabda fuq il-borra u tal-qabda fuq is-silġ; [Em. 38]

(b)  iddaħħal parametri jew rekwiżiti ta’ informazzjoni fl-Anness, b’mod partikulari għall-kilometraġġ u l-brix, dejjem jekk ikunu disponibbli metodi ta’ ttestjar xierqa; [Em. 39]

(c)  tadatta għall-progress tekniku l-valuri, il-metodi ta’ kalkolu u r-rekwiżiti tal-Annessi.

Fejn xieraq, waqt li tkun qiegħda tħejji atti delegati, il-Kummissjoni għandha tittestja d-disinn u l-kontenut tat-tikketti għal gruppi speċifiċi ta’ prodotti għat-tajers ma’ gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi tal-Unjoni biex jiġi żgurat li t-tikketti jifhmuhom b’mod ċar. [Em. 40]

Artikolu 13

Eżerċizzju ta’ delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 12 għal perjodu ta’ ħames snin minn [please insert the date of entry into force of this Regulation]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal dik l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha tolqot il-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma’ esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14

Evalwazzjoni u rapport

Sal-1 ta' Ġunju 2026 2022, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, tressaq ikkomplementata b'valutazzjoni tal-impatt u stħarriġ fost il-konsumaturi, u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat. [Em. 41]

Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-effettività li biha dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu jkunu ppermettew lill-utenti aħħarija jagħżlu tajers ta' prestazzjoni aħjar, filwaqt li jitqiesu l-impatti tar-Regolament fuq in-negozju, il-konsum tal-fjuwil, is-sikurezza, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u , l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll il-kostijiet u l-benefiċċji ta' verifika, indipendenti u obbligatorja minn parti terza, tal-informazzjoni mogħtija fit-tikketta, filwaqt li titqies l-esperjenza b'rabta mal-qafas usa' previst bir-Regolament (KE) Nru 661/2009. [Em. 42]

Artikolu 15

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 2017/1369

Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1369, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

"(a) li tappoġġa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, inkluż l-infurzar tagħhom, u skont ir-Regolament (UE) [insert reference to the present regulation]”.

"

Artikolu 16

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 2009/1222

Ir-Regolament (KE) Nru 2009/1222 huwa mħassar.

Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għar-Regolament preżenti, u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2020minn ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. [Em. 43]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

L-ittestjar, l-ikklassifikar u l-kejl tal-parametri tat-tajers

Taqsima A: Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC), skont l-iskala “A” sa “G” speċifikata hawn isfel, u għandha titkejjel skont l-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, u tiġi allinjata skont il-proċedura stipulata fl-Anness VI.

Jekk tip ta’ tajer jiġi approvat għal aktar minn klassi waħda ta’ tajer (eż. C1 u C2), l-iskala tal-klassifika użata biex tiġi ddeterminata l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ dan it-tip ta’ tajer għandha tkun applikabbli għall-ogħla klassi ta’ tajer (eż. C2, mhux C1). [Em. 44]

Il-klassi F għat-tajers C1, C2, C3 ma għandhiex tibqa' titqiegħed fis-suq wara l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjoni rigward ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u għandha tintwera fuq it-tikketta bil-griż. [Em. 45]

Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

RRC f’kg/t

Klassi tal-

effiċjenza fl-użu

tal-enerġija

RRC f’kg/t

Klassi tal-

effiċjenza fl-użu

tal-enerġija

RRC f’kg/t

Klassi tal-

effiċjenza fl-użu

tal-enerġija

RRC ≤ 5,46,5

A

RRC ≤ 4,45,5

A

RRC ≤ 3,1 4,0

A

5,5 6,6RRC ≤ 6,57,7

B

4,5 5,6RRC ≤ 5,56,7

B

3,24,1RRC ≤ 4,05,0

B

6,6 7,8RRC 7,79,0

C

5,6 6,8 RRC ≤ 6,78,0

C

4,15,1 RRC ≤ 5,0 6,0

C

7,8 ≤ RRC ≤ 9,0Vojta

D

6,8 ≤ RRC ≤ 8,0Vojta

D

5,16,1RRC ≤ 6,07,0

D

9,1 ≤ RRC ≤ 10,5

E

8,1 ≤ RRC ≤ 9,2

E

6,17,1 RRC ≤ 7,8,0

E

10,6 <RRC 10,612,0

F

9,3<RRC 9,310,5

F

RRC 7,18,1

F

[Em. 46]

Taqsima B: Klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab

1.  Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G), skont l-iskala “A” sa “G” speċifikata fit-tabella ta’ hawn isfel, u għandha tiġi kkalkolata skont il-punt 2 u titkejjel skont l-Anness 5 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. [Em. 47]

1a.  Il-klassi F għat-tajers C1, C2, C3 ma għandhiex tibqa' titqiegħed fis-suq wara l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjoni rigward ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u għandha tintwera fuq it-tikketta bil-griż. [Em. 48]

2.  Il-kalkolu tal-qabda fuq l-imxarrab (G):

G = G(T) - 0,03

fejn:

Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

1,681,55 G

A

1,531,40 G

A

1,38 1,25G

A

1,55 1,40 G ≤ 1,671,54

B

1,401,25G ≤ 1,521,39

B

1,25 1,10 G ≤ 1,371,24

B

1,40 1,25 G ≤ 1,541,39

C

1,251,10G ≤ 1,391,24

C

1,100,95G ≤ 1,24 1,09

C

1,25 ≤ G ≤ 1,39Vojta

D

1,10 ≤ G ≤ 1,24Vojta

D

0,95 0,80G ≤ 1,090,94

D

1,10 ≤ G ≤ 1,24

E

0,95 ≤ G ≤ 1,09

E

0,80G ≤ 0,940,79

E

G ≤ 1,09

F

G ≤ 0,94

F

0,65 0,65≤ G ≤ 0,79 0,64

F

Vojta

G

Vojta

G

G ≤ 0,64

G

G(T) = l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat kif imkejjel f’ċiklu tal-ittestjar wieħed

[Em. 49]

Taqsima C: Klassijiet u valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien [Em. 50]

Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (N) għandu jiġi ddikjarat f'deċibeli u għandu jitkejjel skont l-Anness 3 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. [Em. 51]

Il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-valuri f'konformità mal-valuri limitu (LV) stipulati fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) tal-Istadju 2 stipulati fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 661/2009 kif ġej117: [Em. 52]

N f’dB

Klassi tal-istorbju estern tad-dawrien

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000002.png

N ≤ LV - 63

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000003.png

LV - 63 < N ≤ LV - 3

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000004.png

N > LV - 3

[Em. 53]

Taqsima D: Qabda fuq il-borra

Il-prestazzjoni tat-tajers fuq il-borra għandha tiġi ttestjata ttikkettata skont l-Anness 7 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. [Em. 54]

Tajer li jissodisfa l-valuri tal-indiċi minimi għall-borra stipulati fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer tal-borra, u t-tikketta għandha tista' tinkludi l-ikona li ġejja: [Em. 55]

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000005.png

Taqsima E: Qabda fuq is-silġ

Il-prestazzjoni tat-tajers fuq is-silġ għandha tiġi ttestjata ttikkettata skont ISO 19447. [Em. 56]

Tajer li jissodisfa l-valur tal-indiċi minimu għas-silġ stipulat f’ISO 19447 u t-tip approvat skont il-prestazzjoni fuq il-borra fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer tas-silġ, u t-tikketta għandha tista' tinkludi l-ikona li ġejja: [Em. 57]

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000006.png

ANNESS II

Il-format tat-tikketta

1.  Tikketti

1.1.  L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketti, skont l-illustrazzjonijiet hawn isfel.

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000007.png

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000008.png

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000009.png

I.  Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

II.  L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, fejn “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi tip speċifiku ta’ tajer minn tip ieħor bl-istess marka kummerċjali jew bl-istess isem tal-fornitur;

III.  Kodiċi QR;

IV.  Effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

V.  Qabda fuq l-imxarrab;

VI.  Storbju estern tad-dawrien;

VII.  Qabda fuq il-borra;

VIII.  Qabda fuq is-silġ.

2.  Disinn tat-tikketta

2.1.  Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-grafika hawn taħt:

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000010.png

2.2.  It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 90 mm u għolja mill-inqas 130 mm. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq.

2.3.  It-tikketta għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  Il-kuluri huma CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – u jingħataw skont l-eżempju li ġej: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed;

(b)  In-numri elenkati hawn isfel jirreferu għall-ispjegi indikati fil-punt 2.1.:

(1)  Bordura tat-tikketta: linja: 1,5 pts - kulur: X-10-00-05;

(2)  Calibri regular 8 pts;

(3)  Bandiera Ewropea: wisa’: 15 mm, għoli: 10 mm;

(4)  Strixxun: wisa’: 51,5 mm, għoli: 13 mm;

Test "BRAND": Calibri regular 15 pts, 100 % abjad;

Test "Model Number": Calibri regular 13 pts, 100 % abjad;

(5)  Kodiċi QR: wisa’: 13 mm, għoli: 13 mm;

(6)  Skala “A” sa “F”:

Vleġeġ: għoli: 5,6 mm, spazju bejn vleġġa u oħra: 0,78 mm, linja sewda: 0,5 pt - kuluri:

–  A: X-00-X-00;

–  B: 70-00-X-00;

–  C: 30-00-X-00;

–  D: 00-00-X-00;

–  E: 00-30-X-00;

–  F: 00-70-X-00.

(7)  Linja: wisa’: 88 mm, għoli: 2 pts - kulur: X-00-00-00;

(8)  Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien:

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 25,5 mm, għoli: 17 mm - kulur: X-10-00-05;

(9)  Vleġġa:

Vleġġa: wisa’: 20 mm, għoli: 10 mm, 100 % iswed;

Test: Helvetica Bold 20 pts, 100 % abjad;

Test tal-unità: Helvetica Bold 13 pts, 100 % abjad;

(10)  Pittogramma tas-silġ:

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 15 mm, għoli: 15 mm - linja: 1,5 pts - kulur: 100 % iswed;

(11)  Pittogramma tal-borra:

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 15 mm, għoli: 15 mm - linja: 1,5 pts - kulur: 100 % iswed;

(12)  “A” sa “G”: Calibri regular 13 pts, 100 % iswed;

(13)  Vleġeġ:

Vleġeġ: wisa’: 11,4 mm, għoli: 9 mm, 100 % iswed;

Test: Calibri Bold 17 pts, 100 % abjad;

(14)  Pittogramma tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19,5 mm, għoli: 18,5 mm - kulur: X-10-00-05;

(15)  Pittogramma tal-qabda fuq l-imxarrab:

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19 mm, għoli: 19 mm - kulur: X-10-00-05.

(c)  L-isfond għandu jkun abjad.

2.4.  Il-klassi tat-tajer għandha tkun indikata fuq it-tikketta fil-format preskritt fl-illustrazzjoni li tidher fil-punt 2.1.

ANNESS III

Dokumentazzjoni teknika

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 4(7) għandha tinkludi dan li ġej:

(a)  l-isem u l-indirizz tal-fornitur;

(b)  l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna mogħtija s-setgħa li torbot lill-fornitur;

(c)  l-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tal-fornitur;

(d)  il-mudell tat-tajer;

(e)  il-qies, l-indiċi tat-tagħbija u l-klassifikazzjoni tal-veloċità tat-tajer;

(f)  ir-referenza għall-metodi ta’ kejl applikati.

ANNESS IV

Skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

L-informazzjoni fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għat-tajers għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’pubblikazzjonijiet oħra mogħtija mal-prodott, u għandha tinkludi dan li ġej:

(a)  isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

(b)  l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

(c)  il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-tajer skont l-Anness I;

(d)  il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer skont l-Anness I;

(e)  il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien u d-deċibeli skont l-Anness I;

(f)  jekk it-tajer huwiex tajer tal-borra;

(g)  jekk it-tajer huwiex tajer tas-silġ.

ANNESS V

Informazzjoni mogħtija fil-materjal promozzjonali tekniku

1.  L-informazzjoni dwar it-tajers inkluża fil-materjal promozzjonali tekniku għandha tingħata fl-ordni speċifikata kif ġej:

(a)  il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil (ittra “A” sa “G”);

(b)  il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab (ittra “A” sa “G”);

(c)  il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (dB);

(d)  jekk it-tajer huwiex tajer tal-borra;

(e)  jekk it-tajer huwiex tajer tas-silġ.

2.  L-informazzjoni mogħtija fil-punt 1 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  tinqara faċilment;

(b)  tinftiehem faċilment;

(c)  jekk tkun disponibbli klassifikazzjoni differenti għal ċertu tip ta’ tajer skont il-qies jew parametri oħra, għandha tiġi ddikjarata l-firxa bejn it-tajer bl-agħar prestazzjoni u t-tajer bl-aqwa prestazzjoni.

3.  Il-fornituri għandhom ukoll jagħmlu disponibbli fuq is-siti web tagħhom dan li ġej:

(a)  link għall-paġna web rilevanti tal-Kummissjoni ddedikata għal dan ir-Regolament;

(b)  spjega tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta;

(c)  stqarrija li tisħaq fuq il-fatt li l-iffrankar reali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu ħafna mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

–  is-sewqan ekoloġiku jista’ jnaqqas ferm il-konsum tal-fjuwil;

–  il-pressjoni tat-tajers trid tiġi vverifikata regolarment għall-aħjar qabda fuq l-imxarrab u għall-aħjar effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

–  id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu strettament rispettati.

ANNESS VI

Proċedura ta’ allinjament f’laboratorju għall-kejl tar-reżistenza għad-dawrien

1.  Definizzjonijiet

Għall-finijiet tal-proċedura ta’ allinjament f’laboratorju, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.  “laboratorju ta’ referenza” tfisser laboratorju li jagħmel parti min-netwerk ta’ laboratorji msemmija għall-finijiet tal-proċedura ta’ allinjament f’pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u li kapaċi jikseb ir-riżultati tat-testijiet bil-preċiżjoni indikata fit-Taqsima 3 bil-magna ta’ referenza tiegħu;

2.  “laboratorju kandidat” tfisser laboratorju li jipparteċipa fil-proċedura ta’ allinjament u li mhuwiex laboratorju ta’ referenza;

3.  “tajer tal-allinjament” tfisser tajer li jiġi ttestjat biex issir il-proċedura ta’ allinjament;

4.  “sett ta’ tajers tal-allinjament” tfisser sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar għall-allinjament ta’ magna waħda;

5.  “valur assenjat” tfisser valur teoretiku tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien (RRC) ta’ tajer tal-allinjament wieħed kif imkejjel minn laboratorju teoretiku li jirrappreżenta n-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza li jintuża għall-proċedura ta’ allinjament;

6.  “magna” tfisser kull fus għall-ittestjar tat-tajers f’metodu wieħed speċifiku ta’ kejl. Pereżempju, żewġ fusien li jaġixxu fuq l-istess tanbur ma għandhomx jitqiesu bħala magna waħda.

2.  Dispożizzjonijiet ġenerali

2.1.  Prinċipju

Il-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien imkejjel (m) f’laboratorju ta’ referenza (l), (RRCm, l), għandu jiġi allinjat mal-valuri assenjati tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza.

Il-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien imkejjel (m) miksub minn magna f’laboratorju ta’ referenza (c), RRCm, c, għandu jiġi allinjat permezz ta’ laboratorju ta’ referenza wieħed tan-netwerk tal-għażla tiegħu.

2.2.  Rekwiżiti għall-għażla tat-tajers

Għandu jintgħażel sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar għall-proċedura ta’ allinjament skont il-kriterji hawn taħt. Għandu jintgħażel sett wieħed għat-tajers C1 u C2 flimkien, u sett wieħed għat-tajers C3.

(a)  Is-sett ta’ tajers tal-allinjament għandu jintgħażel b’mod li jkopri l-firxa ta’ RRCs differenti tat-tajers C1 u C2 flimkien, jew tat-tajers C3. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn l-ogħla RRCm tas-sett ta’ tajers, u l-inqas RRCm tat-tajer, għandha tkun, qabel u wara l-allinjament, tal-anqas daqs il-valuri li ġejjin:

(i)  3 kg/t għat-tajers C1 u C2; u

(ii)  2 kg/t għat-tajers C3.

(b)  L-RRCm fil-laboratorji kandidati jew ta’ referenza (RRCm,c or RRCm,l), ibbażat fuq valuri tal-RRC iddikjarati ta’ kull tajer tal-allinjament tas-sett, għandu jitqassam b’mod ugwali.

(c)  Il-valuri tal-indiċi tat-tagħbija għandhom ikopru b’mod adegwat il-firxa tat-tajers li għandhom jiġu ttestjati, biex ikun żgurat li l-valuri tal-forza tar-reżistenza għad-dawrien ikopru wkoll il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati.

Kull tajer tal-allinjament għandu jkun ikkontrollat qabel ma jintuża, u għandu jiġi sostitwit meta:

(a)  juri kundizzjoni li minħabba fiha ma jibqax adattat għal aktar testijiet; u/jew

(b)  ikun hemm devjazzjonijiet ta’ RRCm,c jew RRCm,l ta’ aktar minn 1,5 % meta mqabbel ma’ kejl preċedenti wara l-korrezzjoni għal kwalunkwe deriva tal-magna.

2.3.  Metodu ta’ kejl

Il-laboratorju ta’ referenza għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament erba’ darbiet u jżomm l-aħħar tliet riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, filwaqt li japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu.

Il-laboratorju kandidat għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament (n + 1) darbiet, fejn il-valur ta’ n jiġi speċifikat fit-Taqsima 5, u għandu jżomm l-aħħar n riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, filwaqt li japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu.

Kull darba li jitkejjel tajer tal-allinjament, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna, u l-proċedura kollha tat-test speċifikata fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu għandha terġa’ tiġi segwita mill-bidu.

Il-laboratorju kandidat jew ta’ referenza għandu jikkalkula:

(a)  il-valur imkejjel ta’ kull tajer tal-allinjament għal kull kejl kif speċifikat fil-paragrafi 6.2 u 6.3 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu (jiġifieri, jiġi kkoreġut għal temperatura ta’ 25 °C u dijametru tat-tanbur ta’ 2 m);

(b)  il-valur medju tal-aħħar tliet valuri (fil-każ tal-laboratorji ta’ referenza) jew tal-aħħar n valuri (fil-każ tal-laboratorji kandidati) imkejla għal kull tajer tal-allinjament; u

(c)  id-devjazzjoni standard (σm), kif ġej:

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000011.png

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000012.png

fejn:

i hija l-mgħadd minn 1 sa p għat-tajers tal-allinjament;

j hija l-mgħadd minn 2 sa n+1 għall-aħħar n ripetizzjonijiet ta’ kull kejl ta’ tajer tal-allinjament partikolari

n+1 hija n-numru ta’ ripetizzjonijiet ta’ kejl tat-tajers (n+1=4 għal-laboratorji ta’ referenza, u n+1>4 għal-laboratorji kandidati);

p hija n-numru ta’ tajers tal-allinjament (p ≥ 5).

2.4.  Formati tad-data li għandhom jintużaw għall-kalkoli u r-riżultati

–  Il-valuri ta’ RRC imkejla kkoreġuti għad-dijametru tat-tanbur u t-temperatura għandhom jiġu mqarrba sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

–  Wara dan, il-kalkoli għandhom isiru bid-deċimali kollha: ma għandu jkun hemm ebda tqarrib ħlief fl-ekwazzjonijiet tal-allinjament aħħari.

–  Il-valuri kollha tad-devjazzjoni standard għandhom jiġu indikati sa 3 pożizzjonijiet deċimali.

–  Il-valuri kollha ta’ RRC għandhom jiġu indikati sa 2 pożizzjonijiet deċimali.

–  Il-koeffiċjenti kollha tal-allinjament (A1l, B1l, A2c u B2c) għandhom jiġu mqarrba u indikati sa 4 pożizzjonijiet deċimali.

3.  Rekwiżiti applikabbli għal-laboratorji ta’ referenza u d-determinazzjoni tal-valuri assenjati

Il-valuri assenjati għal kull tajer tal-allinjament għandhom jiġu ddeterminati minn netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Kull sentejn, in-netwerk għandu jivvaluta l-istabbiltà u validità tal-valuri assenjati.

Kull laboratorju ta’ referenza li jipparteċipa fin-netwerk għandu jibqa’ konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, b’devjazzjoni standard (σm) kif ġej:

(a)  mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassijiet C1 u C2; u

(b)  mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassi C3.

Is-settijiet ta’ tajers tal-allinjament, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-Taqsima 2.2, għandhom jitkejlu skont it-Taqsima 2.3 minn kull laboratorju ta’ referenza tan-netwerk.

Il-valur assenjat ta’ kull tajer tal-allinjament huwa l-medja tal-valuri mkejla u mogħtija mil-laboratorji ta’ referenza tan-netwerk għal dak it-tajer tal-allinjament.

4.  Proċedura għall-allinjament ta’ laboratorju ta’ referenza mal-valuri assenjati

Kull laboratorju ta’ referenza (l) għandu jallinja ruħu ma’ kull sett ġdid ta’ valuri assenjati, u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna u kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna.

L-allinjament għandu juża teknika ta’ rigressjoni lineari fuq id-data individwali kollha. Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni, A1l u B1l, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000013.png

fejn:

RRC hija l-valur assenjat tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien;

RRCm,l hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza “l” (inkluż il-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur).

5.  Rekwiżiti applikabbli għal-laboratorji kandidati

Il-laboratorji kandidati għandhom jirrepetu l-proċedura ta’ allinjament mill-inqas darba kull sentejn għal kull magna, u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna u kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna.

Sett komuni ta’ ħames tajers differenti, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-Taqsima 2.2, għandu jitkejjel skont it-Taqsima 2.3, l-ewwel mil-laboratorju kandidat u aktar tard minn laboratorju ta’ referenza wieħed. Fuq talba tal-laboratorju kandidat, jistgħu jiġu ttestjati aktar minn ħames tajers tal-allinjament.

Il-laboratorju ta’ referenza magħżul għandu jirċievi s-sett ta’ tajers tal-allinjament mingħand il-laboratorju kandidat.

Il-laboratorju kandidat (c) għandu jibqa’ konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 tr-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, u preferibbilment b’devjazzjonijiet standard m) kif ġej:

(a)  mhux akbar minn 0,075 kg/t għat-tajers C1 u C2; u

(b)  mhux akbar minn 0,06 kg/t għat-tajers C3.

Jekk id-devjazzjoni standard (σm) tal-laboratorju kandidat hija ogħla mill-valuri ta’ hawn fuq b’erba’ kejliet, l-aħħar tlieta li jkunu qegħdin jintużaw għall-kalkoli, u mbagħad in-numru n+1 ta’ ripetizzjonijiet tal-kejl, għandhom jiżdiedu kif ġej għal-lott sħiħ:

n+1 = 1+(σm/γ)2, imqarreb ‘il fuq sal-eqreb numru sħiħ

fejn:

γ = 0,043 kg/t għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2

γ = 0,035 kg/t għat-tajers tal-Klassi C3

6.  Proċedura għall-allinjament ta’ laboratorju kandidat

Laboratorju ta’ referenza wieħed (l) tan-netwerk għandu jikkalkula l-funzjoni tar-rigressjoni lineari fuq id-data kollha individwali tal-laboratorju kandidat (c). Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni, A2c u B2c, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000014.png

fejn:

RRCm,l hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza (l) (inkluż il-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur)

RRCm,c hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju kandidat (c) (inkluż il-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur)

Jekk il-koeffiċjent ta’ determinazzjoni R² huwa inqas minn 0,97, il-laboratorju kandidat ma għandux jiġi allinjat.

L-RRC allinjat tat-tajers ittestjati mil-laboratorju kandidat jiġi kkalkulat kif ġej:

20190326-P8_TA(2019)0230_MT-p0000015.png

ANNESS VII

Proċedura ta’ verifika

Il-konformità ma’ dan ir-Regolament tal-klassijiet iddikjarati ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, ta’ qabda fuq l-imxarrab u ta’ storbju estern tad-dawrien, kif ukoll il-valuri ddikjarati, u kull informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni, għandha tiġi vvalutata għal kull tip ta’ tajer jew grupp ta’ tajers kif iddeterminat mill-fornitur, skont waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a)  l-ewwel jiġi ttestjat tajer wieħed jew sett wieħed ta’ tajers:

1.  jekk il-valuri mkejla jissodisfaw il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-limiti ta’ tolleranza ddefiniti fit-Tabella 1, it-tajer jista’ jitqies li jkun għadda mit-test;

2.  jekk il-valuri mkejla ma jissodisfawx il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-firxa tal-valuri definita fit-Tabella 1, għandhom jiġu ttestjati tliet tajers jew tliet settijiet ta’ tajers oħra. Il-valur medju tal-kejl tat-tliet tajers jew settijiet ta’ tajers għandu jintuża sabiex tiġi vvalutata l-konformità mal-informazzjoni ddikjarata fil-firxa ta’ valuri ddefinita fit-Tabella 1;

(b)  fejn il-klassijiet jew il-valuri tat-tikketti jkunu ġejjin mir-riżultati tat-testijiet tal-approvazzjonijiet tat-tipi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009, jew mar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jużaw data tal-kejl li tkun ġejja minn testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers.

Il-valutazzjoni tad-data tal-kejl li tkun ġejja mit-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers għandha tqis it-tolleranzi ddefiniti fit-Tabella 1.

Tabella 1

Parametru mkejjel

Tolleranzi tal-verifika

Koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (effiċjenza fl-użu tal-fjuwil)

Il-valur medju allinjat ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ fuq (l-ogħla RRC) tal-klassi ddikjarata b’aktar minn 0,3 kg/1 000 kg.

Storbju estern tad-dawrien

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ N b’aktar minn 1 dB(A).

Qabda fuq l-imxarrab

Il-valur imkejjel G(T) ma għandux ikun inqas mil-limitu minimu (l-iżgħar valur ta’ G) tal-klassi ddikjarata.

Qabda fuq il-borra

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-indiċi minimu tal-prestazzjoni fil-borra.

Qabda fuq is-silġ

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-indiċi minimu tal-prestazzjoni fis-silġ.

ANNESS VIII

Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2)

-

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(5)

-

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(7)

-

Artikolu 3(8)

-

Artikolu 3(9)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(10)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(11)

Artikolu 3(8)

Artikolu 3(12)

Artikolu 3(9)

Artikolu 3(13)

Artikolu 3(10)

Artikolu 3(14)

Artikolu 3(11)

Artikolu 3(15)

-

Artikolu 3(16)

Artikolu 3(12)

Artikolu 3(17)

Artikolu 3(13)

Artikolu 3(18)

-

Artikolu 3(19)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4(2)

-

-

Artikolu 4(2)

-

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(6)

-

Artikolu 4(5)

-

Artikolu 4(6)

-

Artikolu 4(7)

-

Artikolu 4(8)

-

Artikolu 4(9)

-

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(1)(a)

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 6(1)(b)

-

Artikolu 6(2)

-

Artikolu 6(3)

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(4)

Artikolu 5(3)

-

-

Artikolu 6(5)

-

Artikolu 6(6)

-

Artikolu 6(7)

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 9(2)

-

Artikolu 10

Artikolu 10(2)

Artikolu 11

Artikolu 12

-

Artikolu 12(a)

-

Artikolu 12(b)

-

Artikolu 12(c)

Artikolu 11(a)

-

Artikolu 11(b)

-

Artikolu 11(c)

Artikolu 12(d)

Artikolu 12

Artikolu 11

-

Artikolu 11(1)

-

Artikolu 11(2)

-

Artikolu 11(3)

-

Artikolu 13

Artikolu 13

-

Artikolu 14

-

-

Artikolu 14

Artikolu 15

-

-

Artikolu 15

-

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

(1)ĠU C […], […], p. […].
(2)ĠU C […], […], p. […].
(3)COM(2017)0658 final.
(4)Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46).
(5)Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).
(6)Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).
(7)ĠU L 307, 23.11.2011, p. 3.
(8) COM(2018)0028.
(9)Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(10)COM(2017)0279.
(11)Reference to be added once the proposal is adopted.
(12)Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(13)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza