Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0069(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0381/2018

Testi mressqa :

A8-0381/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.14

Testi adottati :

P8_TA(2019)0234

Testi adottati
PDF 409kWORD 198k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) Żona tal-Ftehim ***I
P8_TA-PROV(2019)0234A8-0381/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (COM(2018)0143 – C8-0123/2018 – 2018/0069(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0143),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0123/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0381/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 283, 10.8.2018, p. 95.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)
P8_TC1-COD(2018)0069

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Il-Ftehim dwar it-twaqqif tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran ("il-Ftehim tal-GFCM") jipprovdi qafas adattat għall-kooperazzjoni multilaterali sabiex jiġu promossi l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aħjar użu tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f'livelli li huma kkunsidrati sostenibbli u b'riskju baxx li l-istokkijiet jinqerdu;

(2)   Wieħed mill-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3), huwa li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jkunu sostenibbli mil-lat ambjentali fit-tul, u li jkunu ġestiti b'mod konsistenti mal-għanijiet għall-ksib ta' benefiċċji f'dak li għandu x'jaqsam mal-ekonomija, is-soċjetà u l-impjiegi, u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel.

(3)  L-Unjoni, kif ukoll il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, Malta, ir-Rumanija u s-Slovenja huma partijiet kontraenti għall-Ftehim tal-GFCM.

(4)  Ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (il-'GFCM', General Fisheries Commission for the Mediterranean) huma vinkolanti għall-partijiet kontraenti tagħha. Peress li l-Unjoni hi parti kontraenti tal-Ftehim tal-GFCM, dawk ir-rakkomandazzjonijiet huma vinkolanti għall-Unjoni u għalhekk jenħtieġ li jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni, sakemm il-kontenut tagħhom mhuwiex diġà kopert minnu.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) jistipula ċerti dispożizzjonijiet dwar is-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM. Hu l-att leġiżlattiv xieraq għall-implimentazzjoni tal-kontenut tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM li ġew adottati mill-GFCM u li għadhom mhumiex koperti mid-dritt tal-Unjoni.

(6)  Matul is-Sessjoni Annwali tagħha fl-2015, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/39/2015/2 dwar l-istabbiliment ta' sett ta' standards minimi għas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ fuq stokkijiet demersali fil-Kanal ta' Sqallija. Dawk l-istandards jinkludu miżuri tekniċi ta' konservazzjoni għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u għall-merluzz (Merluccius merluccius). Partijiet minn dawk il-miżuri diġà jinsabu fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006(5) dwar daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ispeċijiet ikkonċernati. Madankollu, il-miżuri li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-flotta li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni 39/2015/2 jenħtieġ li jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

(7)  Matul is-Sessjoni Annwali tagħha fl-2015, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/39/2015/3 dwar l-istabbiliment ta' sett ta' miżuri għall-prevenzjoni, għad-deterrenza u għall-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) għall-barbun imperjali (Psetta maxima) fil-Baħar l-Iswed. Ħafna minn dawk il-miżuri diġà huma previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004(6), fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008(7), fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009(8), fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011, fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 404/2011(9). Numru ta' miżuri ta' ġestjoni tal-flotta stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 39/2015/3 mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u għaldaqstant jenħtieġ li dawn jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

(8)  Fis-Sessjoni Annwali tagħha fl-2015, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/39/2015/4 dwar il-miżuri ta' ġestjoni tas-sajd għall-tal-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed li tintroduċi daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għall-ispeċijiet ikkonċernati.

(9)  Matul is-Sessjoni Annwali tagħha fl-2016, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni tal-GFCM 40/2016/4 li tistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-merluzz u għall-gamblu abjad fil-Kanal ta' Sqallija (subżoni ġeografiċi 12 sa 16). Uħud mill-elementi ta' dak il-pjan pluriennali diġà huma previsti fir-Regolament (KE) Nru 26/2004 u fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Minkejja dan, ċerti miżuri stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 40/2016/4 mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

(10)  Matul is-Sessjoni Annwali tagħha fl-2017, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/2 dwar il-ġestjoni tas-sajd għall-paġella ħamra fil-Baħar Alboran (subżoni ġeografiċi 1, 2, 3) għal perjodu tranżitorju ta' sentejn. L-għan operazzjonali ta' dik ir-Rakkomandazzjoni hu li żżomm il-mortalità mis-sajd għall-paġella ħamra fi ħdan il-punti ta' referenza prekawzjonali miftiehma u tikseb jew iżżomm ir-rendiment massimu sostenibbli mill-aktar fis possibbli.

(11)  Matul is-Sessjoni Annwali tagħha fl-2017, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/3 dwar l-istabbiliment ta' żona ristretta tas-sajd fil-Fossa ta' Jabuka/Pomo fil-Baħar Adrijatiku.

(12)  Fis-Sessjoni Annwali tagħha fl-2017, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (subżona ġeografika 29). Ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi sett ta' miżuri ta' ġestjoni, ta' miżuri tekniċi, ta' miżuri tal-flotta u ta' miżuri ta' kontroll, bħala proġett pilota biex tiġġieled kontra s-sajd IUU fil-Baħar l-Iswed. Uħud mill-elementi ta' dak il-pjan pluriennali diġà huma previsti fir-Regolament (KE) Nru 26/2004, fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008, fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011, fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 404/2011. Minkejja dan, ċerti miżuri stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 41/2017/4 mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

(13)  Matul is-Sessjoni Annwali tagħha fl-2017, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/5 dwar l-istabbiliment ta' pjan ta' ġestjoni adattiv reġjonali għall-isfruttament tal-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran

(14)  Matul is-Sessjoni Annwali tagħha fl-2017, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/8 dwar skema konġunta internazzjonali ta' spezzjoni u ta' sorveljanza barra mill-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali fil-Kanal ta' Sqallija (subżoni ġeografiċi 12 sa 16) li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieħdu sehem fih. Biex tkun żgurata l-konformità mal-PKS, ġiet adottata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi sistema ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar, li tiġġieled ukoll l-attivitajiet IUU. B'mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-kontroll, għall-ispezzjoni u għall-infurzar mill-Unjoni b'approċċ globali u integrat biex jiżgura l-konformità mar-regoli kollha tal-PKS. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistabbilixxi sistema Komunitarja li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU (illegali, mhux rappurtat u mhux regolat). Dawk ir-Regolamenti diġà jipprovdu għal numru mill-miżuri stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/8. Għaldaqstant, mhuwiex meħtieġ li dawk il-miżuri jiddaħħlu f'dan ir-Regolament. Minkejja dan, ċerti miżuri stabbiliti f’dik ir-Rakkomandazzjoni mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

(15)  Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 jigi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 hu emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet kummerċjali kollha tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll għall-attivitajiet tas-sajd rikreattivi fejn ikun speċifikament previst f'dan ir-Regolament, imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u miċ-ċittadini tal-Istati Membri fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.";

"

(2)  L-Artikolu 3 hu emendat kif ġej:

(a)  il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien ma' dawk stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009**:

–––––––––

(*) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(**) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1)”;

"

(b)  jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

(e) "żona ta' lqugħ" tfisser żona li ddur madwar żona ristretta tas-sajd sabiex jiġi evitat l-aċċess aċċidentali għaliha, u b'hekk tissaħħaħ il-protezzjoni taż-żona mdawra;

   (f) "Sajd speċifikament għall-paġella ħamra" tfisser it-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd li fihom il-kwantitajiet ta' paġella ħamra abbord jew li nħatt l-art jikkostitwixxu aktar minn 20% tal-qabda f'piż ħaj wara t-tqassim skont il-marea.";

"

(3)  It-Taqsima li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 9:"

"Sezzjoni Ia

Żoni ristretti għas-sajd għall-Protezzjoni ta' Ħabitats Essenzjali ta' Ħut u Ekosistemi tal-Baħar Vulnerabbli

Artikolu 9a

Żoni ristretti għas-sajd fil-Kanal ta' Sqallija

Is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit f'dawn iż-żoni:

   (1) iż-żona ristretta għas-sajd "Lvant mill-Adventure Bank" konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
   37° 23,850′ N, 12° 30,072′ E
   37° 23,884′ N, 12° 48,282′ E
   37° 11,567′ N, 12° 48,305′ E
   37° 11,532′ N, 12° 30,095′ E
   (2) iż-żona ristretta tas-sajd "Punent mill-Baċin ta' Gela" konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
   37° 12,040′ N, 13° 17,925′ E
   37° 12,047′ N, 13° 36,170′ E
   36° 59,725′ N, 13° 36,175′ E
   36° 59,717′ N, 13° 17,930′ E
   (3) iż-żona ristretta tas-sajd "Lvant mill-Malta Bank" konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
   36° 12,621′ N, 15° 13,338′ E
   36° 12,621′ N, 15° 26,062′ E
   35° 59,344′ N, 15° 26,062′ E
   35° 59,344′ N, 15° 13,338′ E.

Artikolu 9b

Żoni ta' lqugħ fil-Kanal ta' Sqallija

1.  Żona ta' lqugħ konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin għandha tiġi stabbilita madwar iż-żona ristretta tas-sajd "Lvant mill-Adventure Bank" kif imsemmi fl-Artikolu 9a(1):

   37° 24,849′ N, 12° 28,814′ E
   37° 24,888′ N, 12° 49,536′ E
   37° 10,567′ N, 12° 49,559′ E
   37° 10,528′ N, 12° 28,845′ E

2.  Żona ta' lqugħ konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin għandha tiġi stabbilita madwar iż-żona ristretta tas-sajd "Punent mill-Baċin ta' Gela" kif imsemmi fl-Artikolu 9a(2):

   37° 13,041′ N, 13° 16,672′ E
   37° 13,049′ N, 13° 37,422′ E
   36° 58,723′ N, 13° 37,424′ E
   36° 58,715′ N, 13° 16,682′ E

3.  Żona ta' lqugħ konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin għandha tiġi stabbilita madwar iż-żona ristretta tas-sajd "Lvant mill-Malta Bank" kif imsemmi fl-Artikolu 9a(3):

   36° 13,624′ N, 15° 12,102′ E
   36° 13,624′ N, 15° 27,298′ E
   35° 58,342′ N, 15° 27,294′ E
   35° 58,342′ N, 15° 12,106′ E

4.  Bastimenti li jwettqu attivitajiet tas-sajd bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fiż-żoni ta' lqugħ imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiżguraw il-frekwenza tat-trażmissjoni xierqa tas-sinjali tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) tagħhom. Bastimenti mhux mgħammra bi transponder tal-VMS u li jkollhom l-għan li jistadu bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fiż-żoni ta' lqugħ għandhom ikunu mgħammra bi kwalunkwe sistema oħra ta' ġeolokalizzazzjoni biex jippermettu lill-awtoritajiet ta' kontroll jintraċċaw l-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 9c

Restrizzjonijiet fuq is-sajd fiż-żona tal-Fossa ta' Jabuka / Pomo fil-Baħar Adrijatiku

1.  Sajd rikreazzjonali u sajd bix-xbieki tal-qiegħ, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ u bin-nases għandhom ikunu pprojbiti f'żona konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

   43° 32,044' N, 15° 16,501' E
   43° 05,452' N, 14° 58,658' E
   43° 03,477' N, 14° 54,982' E
   42° 50,450' N, 15° 07,431' E
   42° 55,618' N, 15° 18,194' E
   43° 17,436' N, 15° 29,496' E
   43° 24,758' N, 15° 33,215' E

2.  Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Ottubru kull sena, sajd bix-xbieki tal-qiegħ, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ u bin-nases għandu jkun ipprojbit f'żona konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

   43° 03,477' N, 14° 54,982' E
   42° 49,811' N, 14° 29,550' E
   42° 35,205' N, 14° 59,611' E
   42° 49,668' N, 15° 05,802' E
   42° 50,450' N, 15° 07,431' E

3.  Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Ottubru kull sena, sajd rikreazzjonali u sajd bix-xbieki tal-qiegħ, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ u bin-nases għandhom ikunu pprojbiti f'żona konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

   43° 17,436' N, 15° 29,496' E
   43° 24,758' N, 15° 33,215' E
   43° 20,345' N, 15° 47,012' E
   43° 18,150' N, 15° 51,362' E
   43° 13,984' N, 15° 55,232' E
   43° 12,873' N, 15° 52,761' E
   43° 13,494' N, 15° 40,040' E

Artikolu 109d

Bastimenti awtorizzati fiż-żona tal-Fossa ta' Jabuka / Pomo

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 109c(2) u (3), l-attivitajiet tas-sajd kummerċjali mwettqa bix-xbieki tal-qiegħ, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ u bin-nases għandhom ikunu awtorizzati biss, fiż-żoni msemmija f'dawk il-paragrafi, jekk il-bastiment ikun fil-pussess ta' awtorizzazzjoni speċifika u jekk dan ikun jista' juri li storikament wettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żoni kkonċernati.

2.  Fiż-żona msemmija fl-Artikolu 9c(2), il-bastimenti tas-sajd awtorizzati m'għandhomx ikunu intitolati li jistadu għal aktar minn jumejn tas-sajd fil-ġimgħa. Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati li jużaw irkaptu li jkun xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti tewmin m'għandhomx ikollhom id-dritt li jistadu għal aktar minn jum wieħed tas-sajd fil-ġimgħa.

3.  Fiż-żona msemmija fl-Artikolu 9c(3), il-bastimenti awtorizzati li jistadu bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandhom ikunu intitolati li jistadu biss kull nhar ta' Sibt u Ħadd mill-5.00 H sal-22.00 H. Bastimenti awtorizzati li jistadu bix-xbieki tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ u bin-nases għandhom jitħallew jistadu biss minn nhar ta' Tnejn 05.00 H sal-Ħamis 22.00 H.

4.  Il-bastimenti awtorizzati jistadu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 9c(2) u (3) bl-irkaptu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tinħarġilhom awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tagħhom f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

5.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu kull sena, il-lista ta' bastimenti li għalihom ikunu ħarġu l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lis-Segretarjat tal-GFCM, mhux aktar tard mit-30 ta' April kull sena, il-lista ta' bastimenti awtorizzati stabbiliti għas-sena li jmiss. Għal kull bastiment, il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

   (a) l-isem tal-bastiment;
   (b) in-numru tar-reġistru tal-bastiment;
   (c) L-identifikatur uniku tal-GFCM (il-kodiċi 3-alfa tal-ISO tal-pajjiż + 9 figuri, eż. xxx000000001);
   (d) l-isem ta' qabel (jekk kien hemm);
   (e) il-bandiera ta' qabel (jekk kien hemm);
   (f) id-dettalji tat-tħassir ta' qabel minn reġistri oħra (jekk kien hemm);
   (g) is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (jekk hemm);
   (h) it-tip ta' bastiment, it-tul totali (LOA) u t-tunnellaġġ gross (GT) u/jew it-tunnellaġġ irreġistrat gross (GRT);
   (i) l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju/i u l-operatur(i);
   (j) l-irkaptu ewlieni użat għas-sajd fiż-Żona Ristretta tas-Sajd;
   (k) il-perjodu staġjonali awtorizzat għas-sajd fiż-Żona Ristretta tas-Sajd;
   (l) in-numru ta' jiem tas-sajd li għalih huwa intitolat kull bastiment;
   (m) il-port magħżul.

6.  Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati għandhom iħottu biss qabdiet ta' stokkijiet demersali fil-portijiet magħżula. Għal dak l-għan, kull Stat Membru kkonċernat għandu jagħżel portijiet li fihom hu awtorizzat il-ħatt tal-qabdiet miż-Żona Ristretta tas-Sajd tal-Fossa ta' Jabuka/Pomo. Il-lista ta' dawk il-portijiet għandha tiġi kkomunikata lis-Segretarjat tal-GFCM u lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta' April kull sena.

7.  Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati biex jistadu fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 9c(2) u (3) bl-irkaptu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkollhom VMS u/jew Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatiċi (AIS) li jaħdmu kif suppost, u l-irkaptu tas-sajd abbord jew użat għandu jkun identifikat, enumerat u mmarkat kif xieraq qabel tibda kwalunkwe operazzjoni tas-sajd jew in-navigazzjoni f'dawk iż-żoni.

8.  Il-bastimenti tas-sajd bix-xbieki tal-qiegħ, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, bil-konzijiet tal-qiegħ u bin-nases mingħajr awtorizzazzjonijiet għandhom jitħallew jgħaddu miż-Żona Ristretta tas-Sajd biss jekk dawn isegwu rotta diretta b'veloċità kostanti ta' mhux anqas minn 7 knots u b'VMS u/jew l-AIS attivi abbord, u jekk ma jwettqu l-ebda tip ta' attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 9e

Restrizzjonijiet spazjali/temporali fil-Baħar Alboran

1.  Filwaqt li jikkunsidraw il-parir xjentifiku disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu restrizzjonijiet spazjali/temporali fil-Baħar Alboran (subżoni ġeografiċi 1, 2 u 3 tal-GFCM kif iddefiniti fl-Anness I), li fihom l-attivitajiet tas-sajd għandhom ikunu pprojbiti jew ristretti biex jiġu protetti żoni ta' aggregazzjoni ta' paġelli ħomor li għadhom qed jikbru u/jew li jkunu ser iwelldu.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-GFCMu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] iż-żoni u r-restrizzjonijiet applikati fihom.";

"

(4)  Fil-Kapitolu I tat-Titolu II, tiżdied it-Taqsima li ġejja:"

"Taqsima III

Għeluq temporanju fil-Golf ta' Gabès

Artikolu 11a

Għeluq temporanju fil-Golf ta' Gabès

Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Settembru kull sena, is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit bejn il-kosta u l-isobat ta' 200 metru fond tas-Subżona Ġeografika 14 tal-GFCM (il-Golf ta' Gabès kif iddefinit fl-Anness I).";

"

(5)  Fit-Titolu II, jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:"

"KAPITOLU IIa

GĦELUQ TEMPORALI FIL-BAĦAR L-ISWED

Artikolu 14a

Perjodu tal-għeluq matul l-istaġun tar-riproduzzjoni tal-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed

1.  Fil-perjodu ta' bejn April u Ġunju kull sena, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi perjodu tal-għeluq ta' tal-anqas xahrejn fil-Baħar l-Iswed.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw restrizzjonijiet spazjali/temporali addizzjonali li fihom l-attivitajiet tas-sajd jistgħu jiġu pprojbiti jew ristretti biex jipproteġu żoni ta' aggregazzjoni ta' barbuni imperjali li għadhom qed jikbru."

"

(6)  Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

"Artikolu 16ca

Għeluq ta' prekawzjoni għall-qroll aħmar

1.  Meta jintlaħaq il-livell ta' qabdiet skattatur tal-qroll aħmar kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jagħlqu ż-żona kkonċernata b'mod temporali għal kwalunkwe sajd għall-qroll aħmar.

2.  Il-livell ta' qabdiet skattatur għandu jitqies li ntlaħaq meta l-kolonji tal-qroll aħmar b'dijametru bażiku ta' anqas minn 7 mm jaqbżu l-25 % tal-qabda totali li ssir minn bank partikolari tal-qroll aħmar għal sena partikolari.

3.  Meta l-banks tal-qroll ma jkunux għadhom ġew identifikati kif suppost, il-livell ta' qabdiet skattatur u l-għeluq previst fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw fuq l-iskala tar-rettangolu statistiku tal-GFCM.

4.  Fid-deċiżjoni tagħhom li tistabbilixxi għeluq kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membri għandhom jiddefinixxu ż-żona ġeografika kkonċernata, id-durata tal-għeluq u l-kundizzjonijiet li jirregolaw is-sajd f'dik iż-żona matul l-għeluq.

5.  L-Istati Membri li jistabbilixxu l-għeluq għandhom jinformaw lis-Segretarjat tal-GFCM u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 16cb

Għeluq spazjali/temporali

L-Istati Membri li jistadu b'mod attiv għall-qroll aħmar għandhom jintroduċu għeluq addizzjonali għall-protezzjoni tal-qroll aħmar fuq il-bażi tal-parir xjentifiku disponibbli u mhux aktar tard minn ... [sitt xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].";

"

(7)  Fit-Titolu II, jiddaħħal il-Kapitolu li ġej wara l-Kapitolu IV:"

"KAPITOLU IVa

DAQS MINIMU TA' REFERENZA GĦALL-KONSERVAZZJONI GĦALL-MAZZOLA GRIŻA TAL-BAĦAR L-ISWED

Artikolu 16da

Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għall-mazzola griża tal-Baħar l-Iswed

Eżemplari ta' mazzola griża fil-Baħar l-Iswed iżgħar minn 90 cm m'għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrażbordati, jinħattu l-art, jinħażnu, jinbiegħu jew jiġu offruti għall-bejgħ. Meta jinqabdu bi żball, dawn l-eżemplari tal-mazzola griża għandhom jinħelsu minnufih mingħajr ma ssirilhom ħsara u ħajjin, sa fejn ikun possibbli. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jirreġistraw qbid inċidentali, avvenimenti ta' rilaxx u/jew ta' rimi għall-mazzola griża fil-ġurnal ta' abbord. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dik l-informazzjoni lill-GFCM u lill-Kummissjoni fir-rappurtar annwali tagħhom lill-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku u permezz tal-qafas ta' ġbir tad-data tal-GFCM.";

"

(8)  Jiddaħħal it-Titolu li ġej:"

"TITOLU IIa

KAPAĊITÀ TAS-SAJD U OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 16m

Il-limiti ta' qbid għall-qroll aħmar

Kull Stat Membru jista' jistabbilixxi fil-Baħar Mediterran sistema ta' limiti ta' qbid ta' kuljum u/jew annwali individwali għall-qroll aħmar.

Artikolu 16n

Kapaċità jew sforz tas-sajd tal-flotta tas-sajd għall-paġella ħamra fil-Baħar Alboran

Sa mhux aktar tard mill-2020, l-Istati Membri għandhom iżommu l-livelli tal-kapaċità jew tal-isforz tas-sajd tal-flotta tas-sajd fil-livelli awtorizzati u applikati fis-snin reċenti għall-qbid tal-paġella ħamra fil-Baħar Alboran (subżoni ġeografiċi 1, 2 u 3 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I).;

"

(9)  Jitħassar l-Artikolu 17a;

(10)  Fit-Titolu III, jiżdiedu l-Kapitoli li ġejjin:"

"Kapitolu iii

Il-kontroll tas-sajd għall-qroll

Artikolu 22a

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-qroll aħmar

1.  Bastimenti jew sajjieda awtorizzati li jistadu għall-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran għandu jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida, li għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet tekniċi li fihom jista' jsir is-sajd.

2.  Fin-nuqqas ta' awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkun ipprojbit li wieħed jistad, iżomm abbord, jittrasborda, iħott, jittrasferixxi, jaħżen, ibigħ jew juri jew joffri għall-bejgħ il-qroll aħmar.

3.  L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru aġġornat tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu kull sena, il-lista ta' bastimenti li għalihom ikunu nħarġu l-awtorizzazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM sa mhux aktar tard mit-30 ta' April kull sena. Dik il-lista għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għal kull bastiment:

   (a) l-isem tal-bastiment;
   (b) In-numru tar-reġistru tal-bastiment (kodiċi assenjat mill-parti kontraenti);
   (c) In-numru ta' reġistrazzjoni tal-GFCM (il-kodiċi 3-alfa tal-ISO tal-pajjiż + 9 figuri, eż. xxx000000001)
   (d) il-port tar-reġistrazzjoni (l-isem sħiħ tal-port)
   (e) l-isem ta' qabel (jekk kien hemm);
   (f) il-bandiera ta' qabel (jekk kien hemm);
   (g) id-dettalji tat-tħassir ta' qabel minn reġistri oħra (jekk kien hemm);
   (h) is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (jekk hemm);
   (i) il-VMS jew tagħmir ieħor għall-ġeolokalizzazzjoni tal-bastimenti (indika I/L);
   (j) it-tip ta' bastiment, it-tul totali (LOA) u t-tunnellaġġ gross (GT) u/jew it-tunnellaġġ reġistrat gross (GRT) u s-saħħa tal-magna espressa f'kW;
   (k) it-tagħmir ta' sikurezza u ta' sigurtà għall-ospitar tal-osservatur(i) abbord (indika I/L);
   (l) il-perjodu ta' żmien li fih hu awtorizzat is-sajd għall-qroll aħmar
   (m) iż-żona/i li fiha/fihom hu awtorizzat is-sajd għall-qroll aħmar: is-subżoni ġeografiċi tal-GFCM u ċ-ċelloli tal-grilja statistika tal-GFCM;
   (n) il-parteċipazzjoni fi programmi ta' riċerka mmexxija minn istituzzjonijiet xjentifiċi nazzjonali/internazzjonali (indika I/L; ipprovdi deskrizzjoni).

4.  L-Istati Membri m'għandhomx iżidu n-numru ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd sakemm il-parir xjentifiku jindika status favorevoli tal-popolazzjonijiet tal-qroll aħmar.

Artikolu 22b

Reġistrazzjoni tal-qabdiet għall-qroll aħmar

1.  Is-sajjieda jew il-kaptani tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu għall-qroll aħmar għandhom jirreġistraw il-qabdiet f'piż ħaj, u jekk possibbli n-numru ta' kolonji, wara l-operazzjonijiet tas-sajd, jew, sa mhux aktar tard minn meta dawn jinħattu fil-port, f'każ ta' vjaġġi tas-sajd ta' kuljum.

2.  Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati jistadu għall-qroll aħmar għandu jkollhom abbord ġurnal ta' abbord li fih jiġu rreġistrati l-qabdiet ta' kuljum tal-qroll aħmar, irrispettivament mill-piż ħaj tal-qabda, u l-attività tas-sajd skont iż-żona u l-fond, inkluż, fejn possibbli, in-numru ta' jiem tas-sajd u ta' għadsiet. Dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti qabel l-iskadenza stabbiliti fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 22c

Notifika minn qabel għall-qroll aħmar

Bejn sagħtejn u erba' sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd jew ir-rappreżentant tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet rilevanti bl-informazzjoni li ġejja:

   (a) il-ħin stmat tal-wasla;
   (b) in-numru ta' identifikazzjoni estern u l-isem tal-bastiment tas-sajd;
   (c) il-kwantità stmata f'piż ħaj u, jekk possibbli, in-numru ta' kolonji tal-qroll aħmar miżmuma abbord;
   (d) l-informazzjoni dwar iż-żona ġeografika fejn tkun saret il-qabda.

Artikolu 22d

Il-portijiet magħżula għall-qroll aħmar

Is-sajjieda jew il-bastimenti tas-sajd awtorizzati għandhom iħottu qabdiet tal-qroll aħmar f'portijiet magħżula biss. Għaldaqstant, kull Stat Membru għandu jagħżel il-portijiet li fihom hu awtorizzat il-ħatt tal-qroll aħmar u jikkomunika lista ta' dawk il-portijiet lis-Segretarjat tal-GFCM u lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta' April kull sena, ħlief fil-każ li ma jkun seħħ ebda tibdil fil-portijiet magħżula diġà kkomunikati.

Artikolu 22e

Kontroll tal-ħatt tal-qroll aħmar

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi programm ta' kontroll ibbażat fuq l-analiżi tar-riskju, b'mod partikolari biex jivverifika l-ħatt u jivvalida l-ġurnali ta' abbord.

Artikolu 22f

Trasbord tal-qroll aħmar

L-operazzjonijiet ta' trasbord fil-baħar tal-qroll aħmar għandhom ikunu pprojbiti.

Artikolu 22g

Informazzjoni xjentifika għall-qroll aħmar

L-Istati Membri li jkollhom flotot tas-sajd li jistadu għall-qroll aħmar għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmu għall-monitoraġġ xjentifiku adegwat tas-sajd u tal-qabdiet bl-għan li jippermettu lill-kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-GFCM jipprovdi informazzjoni deskrittiva u pariri fuq tal-anqas:

   (a) l-isforz skjerat tas-sajd (eż. in-numru ta' għadsiet għas-sajd fil-ġimgħa) u l-livelli totali ta' qabdiet skont l-istokkijiet f'livell lokali, nazzjonali jew supranazzjonali;
   (b) il-punti ta' referenza tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni bl-għan li jkompli jittejjeb il-pjan ta' ġestjoni reġjonali f'konformità mal-objettiv ta' rendiment massimu sostenibbli u ta' riskju baxx li l-istokkijiet jinqerdu;
   (c) l-effetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi tax-xenarji ta' ġestjoni alternattivi, inklużi l-kontroll tal-input/output u/jew il-miżuri tekniċi, kif proposti mill-partijiet kontraenti għall-GFCM;
   (d) għeluq spazjali/temporali possibbli biex tiġi ppreservata s-sostenibbiltà tas-sajd.

KAPITOLU

MIŻURI TA' KONTROLL RELATATI MA' ĊERTI SUBŻONI ĠEOGRAFIĊI TAL-GFCM

Taqsima I

Kontroll tas-sajd għall-Paġella ħamra fil-Baħar Alboran

Artikolu 22h

Ir-rapportar tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali ta' kuljum tal-paġella ħamra

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 14 tar-Regolament 1224/2009, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu biex jiżguraw li l-qabdiet u l-qabdiet inċidentali kummerċjali ta' kuljum kollha tal-paġella ħamra fil-Baħar Alboran (subżoni ġeografiċi 1, 2, 3 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I), irrispettivament mill-piż ħaj tal-qabda, jiġu rrapportati. Rigward is-sajd rikreazzjonali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jirreġistraw jew jagħmlu stimi tal-qabdiet ta' dik l-ispeċi.

Artikolu 22i

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd u attivitajiet tas-sajd

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru tal-bastimenti tas-sajd li huma awtorizzati jġorru abbord jew iħottu kwantitajiet ta' paġella ħamra maqbuda fil-Baħar Alboran li jikkostitwixxu aktar minn 20 % tal-qabda f'piż ħaj wara t-tqassim skont il-marea. Dak ir-reġistru għandu jinżamm u jiġi aġġornat.

2.  Il-bastimenti tas-sajd li jistadu għall-paġella ħamra għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd biss jekk dawk l-attivitajiet tas-sajd ikunu indikati f'awtorizzazzjoni valida tas-sajd maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti u li tispeċifika l-kundizzjonijiet tekniċi li fihom jistgħu jitwettqu t-tali attivitajiet. L-awtorizzazzjoni għandha tinkludi d-data stabbilita fl-Anness VIII.

L-Istati Membri għandhom:

   (a) jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar kull sena, il-lista tal-bastimenti operazzjonali li għalihom inħarġet l-awtorizzazzjoni għas-sena kurrenti jew għas-sena/snin li jmiss; il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM sa mhux aktar tard minn tmiem Frar kull sena. Il-lista għandu jkun fiha d-data stabbilita fl-Anness VIII;
   (b) jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-GFCM, sa tmiem Novembru kull sena, filwaqt li jibdew mit-30 ta' Novembru 2018 u sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2020, rapport dwar l-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1, f'format aggregat, inkluża l-informazzjoni minima li ġejja:
   (i) in-numru ta' jiem tas-sajd,
   (ii) iż-żona tas-sajd, u
   (iii) il-qabdiet ta' paġella ħamra.

4.  Il-bastimenti kollha itwal minn 12-il metru komplessivi awtorizzati għas-sajd għall-paġella ħamra għandhom ikunu mgħammra b'VMS jew bi kwalunkwe sistema oħra ta' ġeolokalizzazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet jintraċċaw l-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 22j

Monitoraġġ xjentifiku

L-Istati Membri li għandhom flotot tas-sajd li jistadu għall-paġella ħamra għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmu għall-monitoraġġ adegwat tas-sajd u tal-qabdiet bl-għan li jippermettu lill-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku jipprovdi informazzjoni deskrittiva u pariri dwar tal-anqas dawn li ġejjin:

   (a) il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, fost l-oħrajn, it-tul massimu tal-konz u tax-xbieki fissi u n-numru, it-tip u d-daqs tas-sunnara;
   (b) l-isforz skjerat tas-sajd (eż. in-numru ta' jiem tas-sajd fil-ġimgħa) u l-livelli ġenerali ta' qabdiet mill-flotot tas-sajd kummerċjali; jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll stima tal-qabdiet mis-sajd rikreazzjonali;
   (c) il-punti ta' referenza tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni bl-għan li jiġu stabbiliti pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli f'konformità mal-objettiv ta' rendiment massimu sostenibbli u ta' riskju baxx li l-istokkijiet jinqerdu;
   (d) l-effett soċjoekonomiku tax-xenarji ta' ġestjoni alternattivi, inklużi l-kontroll tal-input/tal-output u/jew il-miżuri tekniċi, kif identifikati mill-GFCM u/jew mill-partijiet kontraenti;
   (e) għeluq spazjali/temporali possibbli biex tiġi ppreservata s-sostenibbiltà tas-sajd;
   (f) l-impatt potenzjali tas-sajd rikreazzjonali fuq l-istatus tal-istokk(ijiet) tal-paġella ħamra.

Taqsima II

Il-Kanal ta' Sqallija

Artikolu 22k

Awtorizzazzjonijiet għas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ għal stokkijiet demersali fil-Kanal ta' Sqallija

1.  Il-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jistadu għal stokkijiet demersali fil-Kanal ta' Sqallija (subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16 tal-GFCM kif iddefiniti fl-Anness I), għandhom jitħallew iwettqu l-attivitajiet speċifiċi tas-sajd indikati f'awtorizzazzjoni valida tas-sajd maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti u li tispeċifika l-kundizzjonijiet tekniċi li fihom għandhom jitwettqu t-tali attivitajiet.

2.  L-awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, minbarra d-data ddefinita fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218*, id-data li ġejja:

   (a) in-numru ta' reġistrazzjoni tal-GFCM;
   (b) l-isem ta' qabel (jekk kien hemm);
   (c) il-bandiera ta' qabel (jekk kien hemm);
   (d) id-dettalji tat-tħassir ta' qabel minn reġistri oħra (jekk kien hemm).

3.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Ottubru kull sena, il-lista ta' bastimenti li għalihom ikunu ħarġu l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik il-lista lill-korp maħtur minnha u lis-Segretarjat tal-GFCM mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru kull sena.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-GFCM, mhux aktar tard mil-31 ta' Awwissu kull sena, f'format aggregat, rapport dwar l-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1, inkluża l-informazzjoni minima li ġejja:

   (i) in-numru ta' jiem ta' sajd;
   (ii) iż-żona tas-sajd; u
   (iii) il-qbid tal-merluzz Ewropew u l-gamblu abjad.

Artikolu 221

Portijiet magħżulin

1.  Kull Stat Membru konċernat għandu jagħżel il-portijiet tal-ħatt l-art li fihom jista' jsir il-ħatt l-art tal-merluzz u tal-gamblu abjad mill-Kanal ta' Sqallija, b'konformità mal-Artikolu 43(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lis-Segretarjat tal-GFCM u lill-Kummissjoni lista tal-portijiet tal-ħatt l-art magħżula sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2018. Kwalunkwe bidla sussegwenti li ssir lil dik il-lista għandha tiġi notifikata fil-pront lis-Segretarjat tal-GFCM u lill-Kummissjoni.

2.  Għandu jkun ipprojbit li tinħatt l-art jew li tiġi trażbordata kwalunkwe kwantità ta' merluzz u ta' gamblu abjad li jkun ġie mistad fil-Kanal ta' Sqallija fi kwalunkwe post ħlief fil-portijiet tal-ħatt l-art magħżula mill-Istati Membri.

Artikolu 22m

Skema Internazzjonali Konġunta ta' Spezzjoni u ta' Sorveljanza fil-Kanal ta' Sqallija

1.  L-Istati Membri jistgħu jwettqu attivitajiet ta' spezzjoni u ta' sorveljanza fil-qafas ta' Skema Internazzjonali Konġunta ta' Spezzjoni u ta' Sorveljanza ('l-Iskema') li tkopri l-ilmijiet li jaqgħu barra mill-ġurisdizzjoni nazzjonali fis-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I ("iż-żona ta' spezzjoni u ta' sorveljanza").

2.  L-Istati Membri jistgħu jassenjaw spetturi u mezzi ta' spezzjoni, u jwettqu spezzjonijiet fl-ambitu tal-Iskema. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha wkoll jistgħu jassenjaw spetturi tal-Unjoni għall-Iskema.

3.  Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta' sorveljanza u spezzjoni għall-UE u jistgħu jfasslu, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, pjan ta' eżerċizzju konġunt biex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligu tagħha fl-ambitu tal-Iskema. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' dawk il-pjanijiet, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u mal-perjodi u maż-żoni ġeografiċi li fihom iridu jintużaw dawk ir-riżorsi.

4.   Kull Stat Membru għandu, mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru kull sena, jinnotifika lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha l-lista ta' ismijiet tal-ispetturi awtorizzati jwettqu l-ispezzjoni u s-sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll l-ismijiet tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza li beħsiebhom jassenjaw lill-Iskema għas-sena ta' wara. Il-Kummissjoni jew l-entità maħtura minnha għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sal-1 ta' Diċembru kull sena jew mill-aktar fis possibbli qabel il-bidu tal-attivitajiet ta' spezzjoni.

5.   L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom iġorru karta ta' spettur tal-GFCM maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, li għandha tkun fil-forma stabbilita fl-Anness IV.

6.  Il-bastimenti li jwettqu dmirijiet ta' imbarkazzjoni u ta' spezzjoni skont l-Iskema għandhom itajru bandiera speċjali jew ċinga ta' rkupru, kif deskritta fl-Anness V.

7.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull pjattaforma għall-ispezzjoni intitolata ttajjar il-bandiera tagħha u li topera fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 iżżomm kuntatt sigur, ta' kuljum fejn possibbli, ma' kull pjattaforma għall-ispezzjoni oħra li topera f'dik iż-żona, biex jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja bl-għan li jikkoordinaw l-attivitajiet.

8.  Kull Stat Membru bi preżenza ta' spezzjoni jew ta' sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi lil kull pjattaforma għall-ispezzjoni, mad-dħul tiegħu fiż-żona, lista ta' osservazzjonijiet stabbilita skont l-Anness VII, ta' imbarkar u ta' spezzjonijiet li jkun għamel fil-perjodu ta' għaxart ijiem preċedenti, inklużi d-dati, il-koordinati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Artikolu 22n

It-twettiq tal-ispezzjonijiet

1.  L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom:

   (a) qabel l-imbarkazzjoni, jinnotifikaw lill-bastimenti tas-sajd bl-isem tal-bastiment ta' spezzjoni;
   (b) juru, fuq il-bastiment ta' spezzjoni u fuq il-bastiment ta' imbarkazzjoni, iċ-ċinga ta' rkupru deskritta fl-Anness V;
   (c) jillimitaw kull tim ta' spezzjoni għal massimu ta' tliet spetturi.

2.  Mal-imbarkazzjoni fuq il-bastiment, l-ispetturi għandhom jipproduċu l-karta tal-identità deskritta fl-Anness IV lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd. L-ispezzjonijiet għandhom isiru f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-GFCM u, fejn possibbli, fil-lingwa mitkellma mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd.

3.  L-ispetturi għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni fil-format stabbilit fl-Anness VI.

4.  L-ispetturi għandhom jiffirmaw ir-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment li għandu jkollu d-dritt iżid mar-rapport kwalunkwe osservazzjoni li jaħseb li hi xierqa u li jrid jiffirma wkoll.

5.  Għandhom jingħataw kopji tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u lill-awtoritajiet tat-tim tal-ispezzjoni, li, min-naħa tiegħu, għandu jgħaddi kopji tiegħu lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat u lill-Kummissjoni u/jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja lis-Segretarjat tal-GFCM.

6.  Id-daqs tal-parti ta' spezzjoni u t-tul tal-ispezzjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-uffiċjal kmandant tal-bastiment ta' spezzjoni filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha.

Artikolu 22o

Ksur

1.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu li huma ksur:

   (a) l-attivitajiet imsemmija fil-punti (a),(b),(c),(e),(f),(g) u (h) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) 1005/2008;
   (b) interferenza mas-sistema ta' monitoraġġ abbażi ta' satellita; kif ukoll
   (c) operat mingħajr VMS.

2.  Fil-każ ta' kwalunkwe imbarkazzjoni u spezzjoni ta' bastimenti tas-sajd li matulhom l-ispetturi jidentifikaw ksur, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment ta' spezzjoni għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha, li għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd taħt spezzjoni, kemm b'mod dirett kif ukoll permezz tas-Segretarjat tal-GFCM. Għandhom jinfurmaw ukoll lil kwalunkwe bastiment ta' spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun magħruf li jinsab fil-viċinanza.

3.  L-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment għandu jiżgura li, wara spezzjoni li fiha jkun ġie individwat ksur, il-bastiment tas-sajd ikkonċernat iwaqqaf kull attività tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd jipproċedi fi żmien 72 siegħa lejn port magħżul minnu, fejn għandha tinbeda investigazzjoni.

4.  Fil-każ li xi ksur ġie skopert matul spezzjoni, l-azzjonijiet meħuda u s-segwitu mogħti mill-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandhom jgħaddu l-azzjoni u s-segwitu li jkun sar lis-Segretarjat tal-GFCM.

5.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jaġixxu fuq ir-rapporti tal-ispezzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 22n(3), u d-dikjarazzjonijiet li jirriżultaw mill-ispezzjonijiet dokumentarji mill-ispetturi fuq bażi simili bħalma jaġixxu fuq rapporti u dikjarazzjonijiet ta' spetturi nazzjonali.

Taqsima III

Il-Baħar l-Iswed

Artikolu 22p

Miżuri għall-prevenzjoni, għad-deterrenza u għall-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed

1.  Sal-20 ta' Jannar kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, permezz tal-appoġġ normali tal-proċessar ta' data, lista aġġornata tal-bastimenti li jużaw għeżula tal-qiegħ awtorizzati biex jistadu għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29 tal-GFCM, kif iddefinita fl-Anness I). Sal-1 ta' Jannar kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM.

2.  Il-lista indikata fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, minbarra d-data stabbilita fl-Anness I għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/218, id-data li ġejja:

   (a) in-numru ta' reġistrazzjoni tal-GFCM;
   (b) l-isem ta' qabel (jekk kien hemm);
   (c) il-bandiera ta' qabel (jekk kien hemm);
   (d) id-dettalji tat-tħassir ta' qabel minn reġistri oħra (jekk kien hemm);
   (e) l-ispeċi ewlenija fil-mira;
   (f) l-irkaptu ewlieni użat għall-barbun imperjali, is-segment tal-flotta u l-unità operazzjonali kif iddefiniti fil-matriċi statistika tal-Kompitu 1 stabbilita fit-Taqsima C tal-Anness III;
   (g) il-perjodu ta' żmien awtorizzat għas-sajd bl-għażel jew bi kwalunkwe rkaptu ieħor aktarx għas-sajd tal-barbun imperjali (jekk teżisti tali awtorizzazzjoni).

3.  Fuq talba mill-GFCM, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar il-bastimenti tas-sajd awtorizzati biex iwettqu attività tas-sajd f'perjodu speċifiku. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-ismijiet tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati, in-numru ta' identifikazzjoni estern tagħhom u l-opportunitajiet tas-sajd allokati lil kull wieħed minnhom.

4.  Għeżula abbandunati mhux immarkati użati fis-sajd għall-barbun imperjali u li jinstabu fil-baħar għandhom jinġabru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali. Imbagħad, dawk ix-xbieki għandhom jew jiġu kkonfiskati sakemm jiġi identifikat kif xieraq sidhom jew inkella jinqerdu jekk is-sid ma jkunx jista' jiġi identifikat.

5.  Kull Stat Membru kkonċernat għandu jagħżel il-punti tal-ħatt, fejn għandhom isiru l-ħatt u t-trasbord tal-barbun imperjali maqbud fil-Baħar l-Iswed, f'konformità mal-Artikolu 43(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Lista tat-tali punti għandha tiġi kkomunikata lis-Segretarjat tal-GFCM u lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru kull sena.

6.  Għandu jkun ipprojbit li wieħed iħott jew jittrasborda mill-bastimenti tas-sajd kwalunkwe kwantità ta' barbun imperjali maqbud fil-Baħar l-Iswed fi kwalunkwe post ieħor li ma jkunx il-punti ta' ħatt imsemmija fil-paragrafu 5.

Artickolu 22q

Pjanijiet nazzjonali ta' monitoraġġ, ta' kontroll u ta' sorveljanza għas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali ta' monitoraġġ, ta' kontroll u ta' sorveljanza ("pjanijiet nazzjonali") biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22p billi jiżguraw, fost l-oħrajn, monitoraġġ u reġistrazzjoni xierqa u preċiżi tal-qabdiet ta' kull xahar u/jew tal-isforz tas-sajd skjerat.

2.  L-elementi li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-pjanijiet nazzjonali:

   (a) definizzjoni ċara tal-mezzi ta' kontroll, b'deskrizzjoni tal-mezzi umani, tekniċi u finanzjarji speċifikament disponibbli għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali;
   (b) definizzjoni ċara tal-istrateġija ta' spezzjoni, (inklużi protokolli tal-ispezzjoni), li għandha tikkonċentra fuq il-bastimenti tas-sajd li aktarx li jaqbdu l-barbun imperjali u l-ispeċijiet assoċjati;
   (c) Il-pjanijiet ta' azzjoni għall-kontroll tas-swieq u tat-trasport;
   (d) definizzjoni tal-kompiti u tal-proċeduri ta' spezzjoni, inklużi l-istrateġija ta' kampjunar applikata għall-verifika tal-użin tal-qabdiet fl-ewwel bejgħ u l-istrateġija ta' kampjunar għall-bastimenti li mhumiex soġġetti għal regoli dwar il-ġurnal ta' abbord/id-dikjarazzjoni tal-ħatt;
   (e) linji gwida esploratorji għall-ispetturi, għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u għas-sajjieda rigward is-sett ta' regoli fis-seħħ għas-sajd li aktarx li jkun immirat lejn il-qbid tal-barbun imperjali, inklużi:
   (i) regoli għat-tlestija tad-dokumenti, inklużi rapporti tal-ispezzjonijiet, ġurnali ta' abbord tas-sajd, dikjarazzjonijiet tat-trasbord, dikjarazzjonijiet tal-ħatt u tat-teħid tal-kontroll, dokumenti tat-trasport u noti tal-bejgħ;
   (ii) il-miżuri tekniċi fis-seħħ, inklużi d-daqs tal-malja u/jew id-dimensjonijiet tal-malja, id-daqs minimu tal-qabdiet, restrizzjonijiet temporanji;
   (iii) l-istrateġiji tal-kampjunar;
   (iv) mekkaniżmi ta' kontroverifika.
   (f) taħriġ tal-ispetturi nazzjonali bil-ħsieb li jitwettqu l-kompiti msemmija fl-Anness II.

3.  Sal-20 ta' Jannar kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw, lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha, il-pjanijiet nazzjonali . Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandhom jgħaddu dawn il-pjanijiet lis-Segretarju tal-GFCM qabel il-31 ta' Jannar kull sena.

Artikolu 22r

Monitoraġġ xjentifiku tas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lis-SAC (il-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku) u lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru kull sena, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali b'appoġġ tal-monitoraġġ xjentifiku tas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed.

__________________

* Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 tas-6 ta' Frar 2017 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni (ĠU L 34, 9.2.2017, p. 9).";

"

(11)  L-Artikolu 23a hu emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-punt (a) jinbidel b'li ġej:"

"(a) id-data dwar il-qroll aħmar imsemmija fl-Artikolu 22b; kif ukoll";

"

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"8. Kull Stat Membru għandu jissottometti rapport dettaljat dwar l-attivitajiet tas-sajd b'rabta mal-qroll aħmar tiegħu lis-Segretarjat tal-GFCM u lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju kull sena. It-tali rapport għandu jinkludi tal-anqas informazzjoni dwar il-qabdiet totali u ż-żoni tas-sajd u, jekk possibbli, dwar in-numru ta' għadsiet u l-qabda medja għal kull għadsa.";

"

(12)  L-Annessi IV, V, VI, VII u VIII jiddaħħlu kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi […],

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

L-Annessi li ġejjin jiżdiedu mar-Regolament (UE) 1343/2011:

"ANNESS IV

Mudell tal-Karta tal-Identità għall-ispetturi tal-GFCM

Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd

fil-Mediterran

20190326-P8_TA-PROV(2019)0234_MT-p0000002.png

G.F.C.M.

20190326-P8_TA-PROV(2019)0234_MT-p0000003.png

G.F.C.M.

Id-detentur ta' din il-karta tal-identità tal-ispettur hu spettur tal-GFCM maħtur kif xieraq skont it-termini tal-Iskema Konġunta ta' Spezzjoni u ta' Sorveljanza tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) u għandu s-setgħa li jaġixxi skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli tal-GFCM.

KARTA TAL-IDENTITÀ TAL-ISPETTUR

Ritratt

Parti Kontraenti

Isem l-Ispettur:

Nru tal-Karta

………………………………

Awtorità tal-Ħruġ

………………………………

Spettur

Data tal-ħruġ:

Valida għal ħames snin

ANNESS V

Mudell taċ-ċinga ta' rkupru tal-GFCM

20190326-P8_TA-PROV(2019)0234_MT-p0000004.png

ANNESS VI

Rapport tal-Ispezzjoni tal-GFCM

1.  SPETTUR(I)

Isem…………….……………………Parti Kontraenti…………….…………….GFCM Numru tal-Karta tal-Identità…………………

Isem…………….……………………Parti Kontraenti…………….…………….GFCM Numru tal-Karta tal-Identità…………………

Isem…………….……………………Parti Kontraenti…………….…………….GFCM Numru tal-Karta tal-Identità…………………

2.  BASTIMENT LI JĠORR LILL-ISPETTUR(I)

2.1  Isem u Reġistrazzjoni …………………………………………

2.2  Bandiera……………………………………………………………..

3.  INFORMAZZJONI DWAR IL-BASTIMENT SPEZZJONAT

3.1  Isem u Reġistrazzjoni…………………………………………....…..

3.2  Bandiera…………………………………………………………………...............

3.3  Kaptan (Isem u indirizz)………………………………………….

3.4  Sid il-bastiment (Isem u indirizz)…………………………………….

3.5  Numru tar-rekord tal-GFCM…………………………………………....……..

3.6  Tip ta' bastiment………………………………………....…....…....……....

4.  POŻIZZJONI

4.1  Il-pożizzjoni kif iddeterminata mill-kaptan tal-bastiment ta' l-ispezzjoni fi………UTC; Lat………. Lonġ………

4.2  Il-pożizzjoni kif iddeterminata mill-kaptan tal-bastiment ta' l-ispezzjoni fi ………UTC; Lat……… Lonġ………

5.  ID-DATA U L-ĦINIJIET LI FIHOM BDIET U NTEMMET L-ISPEZZJONI

5.1  Data ……… Ħin tal-wasla abbord UTC-Ħin tat-Tluq ………UTC

6.   TIP TA' RKAPTU TAS-SAJD ABBORD

Xibka tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti – OTB

 

Xibka tat-tkarkir tan-nofs fond bid-diriġenti – OTM

 

Xbieki tat-tkarkir għall-gambli – TBS

 

Tartarun tal-borża – PS

 

Għeżula ankrati (fissi) – GNS

 

Konzijiet tal-qiegħ – LLS

 

Rkaptu ta' rikreazzjoni – RG

 

Ieħor (Speċifika)

 

7.   IL-QIES TAL-MALJA – F'MILLIMETRI

7.1  Id-daqs legali tal-malja li għandu jintuża: ………………mm

7.2  Riżultat tal-qies medju tad-daqs tal-malja: ……………mm

7.3  Ksur: IVA - LE  -------- Fil-każ li IVA, referenza legali:

8.  SPEZZJONIJIET TAL-QABDIET ABBORD

8.1  Riżultati tal-ispezzjoni tal-ħut abbord

SPEĊI

(Kodiċi tri alfa tal-FAO)

 

 

 

 

 

 

Total (Kg)

 

 

 

 

 

 

Preżentazzjoni

 

 

 

 

 

 

Kampjun spezzjonat

 

 

 

 

 

 

% tal-ħut iżgħar milli suppost

 

 

 

 

 

 

8.2  Ksur: IVA - LE  -------- Fil-każ li IVA, referenza legali:

9.  SPEZZJONI TAD-DOKUMENTI ABBORD U TAL-VMS

9.1  Ġurnal ta' Abbord tas-Sajd: IVA  - LE 

9.2  Ksur: IVA - LE  -------- Fil-każ li IVA, referenza legali:

9.3  Liċenzja tas-Sajd IVA  - LE 

9.4  Ksur: IVA - LE  -------- Fil-każ li IVA, referenza legali:

9.5  Awtorizzazzjoni speċifika: IVA  - LE 

9.6  Ksur: IVA - LE  -------- Fil-każ li IVA, referenza legali:

9.7  VMS: IVA  - LE  --------operattiva: IVA  - LE 

9.8  Ksur: IVA - LE  -------- Fil-każ li IVA, referenza legali:

10.  LISTA TAL-KSUR

□ Sajd mingħajr liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni maħruġa mis-CPC tal-bandiera – referenza legali:

□ Nuqqas ta' żamma ta' reġistri suffiċjenti dwar il-qbid u ta' data relatata mal-qbid skont l-obbligi ta' rapportar tal-GFCM jew rapportar ħażin sinifikanti ta' data bħal din dwar il-qbid u/jew relatata mal-qbid – referenza legali:;

□ Sajd f'żona magħluqa – referenza legali:

□ Sajd matul staġun magħluq – referenza legali:

□ Użu ta' rkaptu tas-sajd ipprojbit – referenza legali:

□ Falsifikazzjoni jew ħabi intenzjonali tal-markar, tal-identità jew tar-reġistrazzjoni ta' bastiment tas-sajd – referenza legali:

□ Ħabi, tbagħbis jew rimi ta' provi li jkollhom x'jaqsmu ma' investigazzjoni ta' ksur – referenza legali:

□ Każijiet ta' ksur multiplu li meħuda flimkien jikkostitwixxu nuqqas serju ta' osservanza tal-miżuri skont il-GFCM;

□ Attakk, reżistenza, intimidazzjoni, fastidju sesswali, interferenza ma', jew tfixkil jew dewmien żejjed kontra spettur jew osservatur awtorizzat;

□ Indħil fis-sistema ta' monitoraġġ abbażi ta' satellita u/jew operazzjonijiet mingħajr is-sistema VMS – referenza legali:

11.  Lista tad-dokumenti kkupjati abbord

…………………………………………………………………………………………………………………………………………………….. ……………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………..…………………………………………………………………………………………………

12.  Kummenti u firma mill-kaptan tal-bastiment

…………………………………………………………………………………………………………………………………………………….. ……………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………..…………………………………………………………………………………………………

Firma tal-kaptan: …………………………………………………………………..

13.  Kummenti u firma mill-Ispettur(i)

…………………………………………………………………………………………………………………………………………………….. ……………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………..…………………………………………………………………………………………………………………………………………………………….

Firma tal-ispettur(i): ………………………………………………………….

ANNESS VII

Rapport tal-Osservazzjonijiet tal-GFCM

1.  Data tal-osservazzjonijiet: ……/……/…….. Ħin: …………………UTC

2.  Pożizzjoni tal-bastiment osservat: Latitudni……………………… - Lonġitudni…………………………….

3.  Rotta:……………………………….. – Veloċità………………………………………..

4.  L-isem tal-bastiment osservat:

5.  Il-bandiera tal-bastiment osservat:

6.  In-numru/il-markar estern:

7.  Tip ta' bastiment:

 Bastiment tas-sajd

 Bastiment tal-ġarr

 Bastiment bil-friża

 Ieħor (speċifika)

8.  Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju:

9.  In-numru IMO (fejn dan ikun applikabbli) :

10.  Attività(jiet):

 Sajd

 Trattament bil-fwar

 Mitluq mal-kurrent

 Trasbord

11.  Kuntatt bir-radju: IVALE

12.  Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment osservat:…………………………………………..

13.  Numru ta' nies abbord il-bastiment osservat……………………………………………………………..

14.  Qabdiet abbord il-bastiment osservat: ……………………………………………………………………………………

15.  Informazzjoni miġbura minn:

Isem l-ispettur:

Parti Kontraenti:

Numru tal-Karta tal-Identità tal-GFCM:

Isem il-bastiment tal-għassa:

ANNESS VIII

Data li għandha tiġi inkluża fil-lista ta' bastimenti li jistadu għall-paġella ħamra

Il-lista msemmija fil-Artikolu 22i għandha tinkludi, għal kull bastiment, l-informazzjoni li ġejja:

–  L-isem tal-bastiment

–  In-numru tar-reġistru tal-bastiment (kodiċi assenjat mis-CPCs)

–  In-numru ta' reġistrazzjoni tal-GFCM (il-kodiċi 3-alfa tal-ISO tal-pajjiż + 9 figuri, eż. xxx000000001)

–  Il-port tar-reġistrazzjoni (l-isem sħiħ tal-port)

–  L-isem ta' qabel (jekk kien hemm)

–  Il-bandiera ta' qabel (jekk kien hemm)

–  Id-dettalji preċedenti tat-tħassir minn reġistri oħra (jekk kien hemm)

–  Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (jekk hemm)

–  VMS (indika I/L)

–  It-tip ta' bastiment, it-tul totali (LOA) u t-tunnellaġġ gross (GT) u/jew it-tunnellaġġ reġistrat gross (GRT) u s-saħħa tal-magna espressa f'kW

–  L-isem u l-indirizz tal-proprjetarju/i u tal-operatur(i)

–  L-irkaptu ewlieni użat għas-sajd għall-paġella ħamra u l-allokazzjoni tas-segment tal-flotta u l-unità operazzjonali kif identifikati fid-DCRF

–  Perjodu staġjonali awtorizzat għas-sajd għall-paġella ħamra".

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar is-sajd rikreattiv

Il-Kummissjoni tfakkar li wieħed mill-objettivi stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Malta MedFish4Ever li ġiet adottata f’Marzu tal-2017 huwa li jiġi stabbilit, malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-2020, sett ta’ regoli bażiċi biex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tas-sajd rikreattiv fil-Mediterran.

Skont dan l-objettiv, l-istrateġija ta’ nofs it-terminu tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (il-GFCM) għall-2017 sal-2020 tinkludi, fost l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fiż-żona ta’ din il-Kummissjoni, il-valutazzjoni tal-impatti tas-sajd rikreattiv u l-fatt li jitqiesu l-aħjar miżuri ta’ ġestjoni biex jiġu rregolati dawn l-attivitajiet. F’dan il-kuntest, fil-GFCM ġie stabbilit grupp ta’ ħidma dwar is-sajd rikreattiv bil-għan li tiġi żviluppata metodoloġija reġjonali armonizzata għall-valutazzjoni tas-sajd rikreattiv.

Il-Kummissjoni se tkompli taħdem qatigħ fil-GFCM sabiex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fid-Dikjarazzjoni MedFish4Ever.

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar il-qroll l-aħmar

Il-Kummissjoni tfakkar li l-miżuri ta’ konservazzjoni adottati fil-qafas tal-pjan ta’ ġestjoni reġjonali adattiv għall-isfruttament tal-qroll l-aħmar fil-Mediterran [ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/5] huma miżuri temporanji. Fl-2019, il-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku tal-GFCM se jivvaluta dawn il-miżuri, li jinkludu l-possibbiltà li jiddaħħlu limiti fuq il-qbid, bil-għan li l-GFCM tirrevedihom waqt it-43 sessjoni annwali tagħha (li se ssir f’Novembru tal-2019).

(1) ĠU C 283, 10.8.2018, p. 95.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(4) Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).
(5)Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11)
(6)Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.01.2004, p. 25)
(7)Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1)
(8)Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1)
(9)Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Marzu 2019Avviż legali