Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2194(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0121/2019

Testi mressqa :

A8-0121/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.18

Testi adottati :

P8_TA(2019)0259

Testi adottati
PDF 172kWORD 55k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Kwittanza 2017: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)
P8_TA-PROV(2019)0259A8-0121/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2194(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0084/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0121/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 112.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 112.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2017; (2018/2194(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0084/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0121/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 112.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 112.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2194(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0121/2019),

A.  billi skont ir-rapport tad-dħul u n-nefqa(1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 10 524 359, li jirrapreżenta żieda ta' 2,26 % meta mqabbel mal-2016; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 97,09 %, li tfisser żieda ta' 1,14 % meta mqabbla mal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 84,02 %, li tfisser żieda ta' 5,17 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 189 154, u li dan jirrappreżenta 12,81 % tal-ammont totali riportat filwaqt li juri tnaqqis żgħir ta' 1,44 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tkejjel l-attivitajiet ta' taħriġ tagħha u l-impatt tagħhom, b'mod partikolari l-livell ta' sodisfazzjon tal-parteċipanti, sabiex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut minnhom, u l-indikaturi tal-prestazzjoni biex itejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

4.  Josserva li l-pjan ta' tmexxija tal-bidla tal-Aġenzija rigward it-tħejjijiet meħtieġa għall-operat taħt il-mandat estiż il-ġdid tagħha ġie implimentat b'rata ta' 83 %; jinnota li 93 % tal-parteċipanti fl-attivitajiet ta' taħriġ tal-Aġenzija iddikjaraw li huma kienu tal-anqas sodisfatti bit-taħriġ, u li l-Aġenzija ffinalizza l-implimentazzjoni tal-programm ta' Sħubija ta' Taħriġ Kontra t-Terroriżmu UE/MENA;

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tikkoopera mill-qrib man-netwerk tal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni u d-disa' aġenziji membri tiegħu; jinnota li dawn jaqsmu t-taħriġ u jorganizzaw korsijiet flimkien;

6.  Jilqa' l-impenn tal-Aġenzija biex issegwi r-rapport tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar "Needs assessment, Planning and Budgeting of Training activities" (il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet, l-ippjanar u l-ibbaġitjar ta' attivitajiet ta' taħriġ); jisħaq fuq l-importanza li l-Aġenzija twettaq l-impenn tagħha;

7.  Josserva li l-evalwazzjoni esterna perjodika ta' ħames snin konkluża f'Jannar 2016 ħarġet 17-il rakkomandazzjoni, li għalihom il-Aġenzija qed tippjana li timplimenta l-azzjonijiet korrettivi kollha sa tmiem l-2018; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-azzjonijiet meħuda biex tindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

8.  Jiddispjaċih mill-fatt li l-Aġenzija tinsab ġeografikament 'l bogħod mill-Europol, li jimmina l-possibbiltà li jinstabu sinerġiji ma' din l-aġenzija l-oħra speċjalizzata fi kwistjonijiet tal-pulizija; jistieden lill-Aġenzija tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b'rapport li jiddeskrivi fil-qosor l-ostakli possibbli fl-interazzjonijiet tagħha mal-Europol u l-miżuri meħuda u li għandhom jittieħdu biex jingħelbu dawn l-isfidi;

Politika dwar il-persunal

9.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet 96,77 % eżegwita, bil-ħatra ta' 30 aġent temporanju minn total ta' 31 aġent temporanju li ġew awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla mat-28 post awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 16-il  aġent kuntrattwali u sitt esperti nazzjonali sekondati qed jaħdmu għall-Aġenzija fl-2017;

10.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija kompliet torganizza webinars biex tagħti lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi l-informazzjoni u l-aħjar prattika dwar l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni tar-reati ta' mibegħda u forom differenti ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, u li offriet taħriġ ta' sensibilizzazzjoni dwar l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-komunitajiet tar-Rom u l-persuni LGBTI (bħal interventi żejda jew nieqsa mill-pulizija u nuqqas ta' fiduċja fil-membri tal-forzi tal-pulizija), u dwar kif dawn jistgħu jiġu indirizzati fil-livell tal-infurzar tal-liġi; jappella sabiex ikompli jingħata taħriġ fil-qasam tad-drittijet fundamentali u s-sensitizzazzjoni relatata tal-forza tal-pulizija.

11.  Jistieden lill-Aġenzija biex fil-kurrikulu u fl-attivitajiet kollha ta' taħriġ tagħha tkompli tinkorpora element sinifikanti ta' taħriġ kontra r-radikalizzazzjoni, kontra r-razziżmu u kontra d-diskriminazzjoni, kull fejn possibbli; jitlob lill-Aġenzija tiżviluppa wkoll taħriġ speċifiku dwar is-salvagwardji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali;

12.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jikkonstata li dan jippermetti l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u t-taħriġ kif ukoll il-konsulenza kunfidenzjali;

13.  Josserva li, bħala konsegwenza tar-rilokazzjoni tiegħu mir-Renju Unit lejn l-Ungerija u l-koeffiċjent ta' korrezzjoni aktar baxx li jirriżulta, applikat għas-salarji tal-persunal, il-fatturat tal-persunal kien għoli u l-bilanċ ġeografiku mhuwiex dejjem żgurat peress li l-applikazzjonijiet minn Stati Membri apparti l-pajjiż ospitanti, issa naqsu; jinnota bi tħassib li xi membri tal-persunal għandhom tilwima legali pendenti rigward ir-rilokazzjoni; jinnota li ġew implimentati għadd ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni; jinnota bi tħassib li dan jista' jkollu impatt fuq il-kontinwità tan-negozju u fuq il-kapaċità tal-Aġenzija li timplimenta attivitajiet; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar kull żvilupp f'dan ir-rigward;

14.  Jaqbel mal-Qorti li l-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) isaħħaħ it-trasparenza u l-pubbliċità u jippermetti liċ-ċittadini jidentifikaw il-postijiet battala ppubblikati mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji differenti Ewropej b'mod kollettiv; jitlob għaldaqstant li l-Aġenzija tippubblika wkoll l-avviżi kollha ta' postijiet battala tagħha fuq is-sit web tal-EPSO; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tqis miżuri maħsuba biex inaqqsu l-piż finanzjarju għat-traduzzjoni tal-avviżi ta' postijiet battala fuq l-aġenziji, inkluż billi jiġi stabbilit ftehim qafas ad hoc maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT);

15.  Jilqa' bi pjaċir is-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO bil-għan li tiżdied il-pubbliċità; jifhem ir-risposta tal-Aġenzija dwar l-ispejjeż kbar involuti biex issir it-traduzzjoni; jirrikonoxxi, barra minn hekk, l-intenzjoni tal-Aġenzija li tippubblika l-postijiet battala kollha tagħha fuq il-bord tal-impjiegi bejn l-aġenziji żviluppat min-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE;

Akkwist

16.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2017, l-Aġenzija għadha ma kinitx qed tuża l-għodod kollha varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jinnota skont ir-risposta tal-Aġenzija li l-azzjonijiet preparatorji għall-implimentazzjoni tas-sottomissjoni elettronika għadhom għaddejjin; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq f'dan il-qasam;

17.  Jinnota bi tħassib li f'Diċembru 2016 l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas ta' erba' snin li jiswa EUR 1,6 miljun għall-forniment ta' persunal temporanju ma' operatur ekonomiku wieħed għal raġunijiet ta' prezz biss, mingħajr kunsiderazzjoni tal-kriterji ta' kwalità; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li kkunsidrat li l-kwalità ġiet inkorporata fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-għażla li jingħata kuntratt uniku saret abbażi ta' esperjenza preċedenti u tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

18.  Jilqa' bi pjaċir il-fatt li, fl-2017 l-Aġenzija adottat strateġija kontra l-frodi; jiddispjaċih li sal-31 ta' Diċembru 2017 l-Aġenzija ma ħolqitx u ma implimentatx regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jinnota madankollu li regoli interni speċifiċi għall-aġenziji huma mistennija li jiġu adottati sa tmiem l-2018; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Kummenti oħra

19.  Jisħaq li r-rilokazzjoni tal-Aġenzija lejn Budapest fl-2014 u r-reviżjoni tal-mandat tagħha fl-2016 wasslu għal modifiki fil-proċeduri kontabilistiċi tal-Aġenzija li għadhom ma reġgħux ġew ivvalidati sa mill-2013; jikkonstata r-risposta tal-Aġenzija li l-validazzjoni mill-ġdid hija attwalment soġġetta għal diskussjonijiet u ppjanar fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DĠ BUDG);

20.  Jinnota li f'Frar 2017 l-Aġenzija lestiet b'suċċess iċ-ċertifikazzjoni ISO 9001:2015 tas-Sistema ta' Tmexxija tal-Aġenzija sabiex ittejjeb u turi aħjar l-impenn tagħha lejn il-kwalità;

21.  Jinnota bi tħassib li, għall-kuntrarju tal-maġġoranza ta' Aġenziji oħra, l-Aġenzija ma wettqitx analiżi komprensiva tal-impatt probabbli tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea fuq l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet u l-kontijiet tagħha; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li r-riskji korrispondenti ġew evalwati b'mod informali bħala baxxi; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda sabiex tiġi konkluża analiżi aktar formali li tkun qed tħejji biex timmitiga kwalunkwe riskju potenzjali involut;

22.  Jinnota l-isforzi tal-Aġenzija biex tiżgura post tax-xogħol kosteffikaċi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jirrimarka li l-Aġenzija m'għandhiex fis-seħħ skema ta' kumpens tal-karbonju iżda jirrikonoxxi li qed tikkunsidra l-introduzzjoni ta' tali skema, u li l-Aġenzija tħeġġeġ lill-persunal tagħha jagħmel użu mit-trasport pubbliku biex jitnaqqsu l-emissjonijiet;

o
o   o

23.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 258/01, 08.08.2017, p. 4
(2) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali