Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2182(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0127/2019

Testi mressqa :

A8-0127/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.24

Testi adottati :

P8_TA(2019)0265

Testi adottati
PDF 179kWORD 54k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Kwittanza 2017: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
P8_TA-PROV(2019)0265A8-0127/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0072/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0127/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 103.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 103.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0072/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0127/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 103.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 103.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0127/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 70 430 306 – żieda sinifikanti ta' 39,44 % meta mqabbel mal-2016; billi ż-żieda kienet relatata mar-rwol tal-Aġenzija fil-futur u l-kompiti l-ġodda li ngħatawlha; billi l-baġit tal-Aġenzija ġej prinċipalment mill-baġit tal-Unjoni (59,19 %) u minn kontribuzzjonijiet fil-qafas ta' ftehimiet speċifiċi, jiġifieri l-programmi Copernicus u HBM4EU (40,80 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), sostniet li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,97 %, jiġifieri l-istess rata bħal fl-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,04 % – tnaqqis żgħir ta' 0,78 % meta mqabbel mas-sena ta' qabel;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jiddeplora l-livell għoli ta' kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017, li kienu jammontaw għal EUR 443 556, jiġifieri 10,55 % tal-ammont totali riportat u żieda konsiderevoli ta' 5,16 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud iġġenerat mill-attivitajiet tagħha, u li fl-2017 l-Aġenzija tejbet il-ġestjoni tal-kwalità tagħha billi żviluppat struttura globali għall-ġestjoni tal-prestazzjoni li tistabbilixxi l-KPIs għall-perjodu 2019-2021; jinnota wkoll li l-Aġenzija tagħmel użu minn tabella ta' valutazzjoni bbilanċjata biex tkejjel it-titjib li tagħmel fil-ġestjoni tal-baġit;

4.  Jirrikonoxxi li, skont il-bord maniġerjali tagħha, l-Aġenzija kisbet riżultati sodisfaċenti fir-rigward tal-miri stabbiliti fil-programm ta' ħidma annwali għall-2017; jinnota, madankollu, li ċerti attivitajiet ma setgħux jitwettqu sal-aħħar minħabba għadd ta' ċirkustanzi bħal riżorsi umani limitati jew dewmien fl-informazzjoni meħtieġa; jirrikonoxxi li l-Aġenzija kompliet tikkoopera b'mod effikaċi man-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (EIONET) tagħha, u kompliet tinvolvi ruħha wkoll – fost l-oħrajn – fil-Komunità tal-Għarfien Ambjentali, is-seminars konġunti tal-EEA u l-Kumitat Xjentifiku dwar l-oqsma prijoritarji tal-EEA u l-EEAcademy; jinsisti li l-kapaċità tal-Aġenzija li tirrispondi għall-iżviluppi tal-politika tiddependi mil-livell ta' riżorsi allokati fil-futur jew mill-abbandun ta' wħud mill-kompiti attwali tagħha;

5.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma tikkondividix riżorsi f'kompiti li fihom trikkib max-xogħol ta' aġenziji oħra li jagħmlu attivitajiet simili; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija tikkollabora kontinwament mal-Kummissjoni biex jiġu identifikati u jintlaħaq qbil dwar qsim ta' kompiti mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni (eż. id-DĠ Ambjent, id-DĠ CLIMA, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-Eurostat); jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-iżviluppi f'dan ir-rigward;

6.  Jinnota li, fl-2016, il-Kummissjoni bdiet evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija u l-EIONET; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-eżitu ta' din l-evalwazzjoni;

7.  Ifaħħar il-kwalità tar-riżultati tal-ħidma tal-Aġenzija fl-2017, bħar-rapport "Climate change, impacts and vulnerability in Europe", l-Indiċi Ewropew tal-Kwalità tal-Arja u r-rapport dwar l-indikaturi ambjentali tal-2017;

Politika dwar il-persunal

8.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet 99,21 % mimlija, u li, mit-total ta' 127 post tax-xogħol awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (130 post awtorizzat fl-2016) kienu nħatru 126 bejn uffiċjali u aġenti temporanji; jinnota wkoll li, fl-2017, l-Aġenzija ħaddmet 66 aġent kuntrattwali u 20 espert nazzjonali sekondat;

9.  Jiddeplora profondament l-iżbilanċ bejn is-sessi fost it-tmien komponenti tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, li sebgħa minnhom huma rġiel u waħda minnhom biss hija mara; jitlob lill-Aġenzija tieħu miżuri li jiżguraw bilanċ aħjar bejn is-sessi fil-maniġment superjuri tagħha;

10.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li toffri korsijiet ta' tagħlim elettroniku u li ħarġet sejħa għal espressjonijiet ta' interess fost il-membri tal-persunal biex joffru assistenza kunfidenzjali;

11.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, fil-proċeduri ta' reklutaġġ organizzati mill-Aġenzija ġew indikati bosta dgħufijiet li jwasslu għal nuqqas ta' trasparenza u għall-possibbiltà li l-kandidati ma jiġux ittrattati bl-istess mod; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li fiha tgħid li qed tippjana li tiżviluppa l-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha fid-dawl tad-dgħufijiet identifikati; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-iżviluppi f'dan ir-rigward;

12.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati anke fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jifhem ir-risposta tal-Aġenzija rigward l-ispejjeż tat-traduzzjoni; jirrikonoxxi wkoll l-intenzjoni tal-Aġenzija li tippubblika l-postijiet battala kollha tagħha fuq l-Inter-Agency Job Market stabbilit min-Netwerk tal-Aġenziji;

Akkwist

13.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, ġew identifikati xi dgħufijiet f'diversi proċeduri ta' akkwist pubbliku, inkluż il-fatt li l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti użati mill-Aġenzija għal sejħiet differenti ma kienu jispeċifikaw l-ebda rekwiżit minimu għall-kriterji tal-għażla fir-rigward tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li fiha tgħid li dawn ir-rekwiżiti ġew modifikati fl-2017;

14.  Jinnota li sa tmiem l-2017, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija ma kinitx għadha qed tuża l-għodod kollha varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jinnota li, fir-risposta tagħha, l-Aġenzija tgħid li introduċiet il-fatturazzjoni elettronika u s-sejħiet għall-offerti elettroniċi għal ċerti proċeduri u qed taħdem biex testendihom għall-proċeduri kollha tagħha; jistieden lill-Aġenzija tintroduċi l-għodod kollha meħtieġa biex tamministra l-proċeduri tal-akkwist u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-progress magħmul f'dan il-qasam;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

15.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni, il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi;

16.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi dan jibda jirrapporta direttament lid-direttur eżekuttiv u l-bord maniġerjali tal-Aġenzija; jinnota li, fir-risposta tagħha, l-Aġenzija ssostni li l-indipendenza funzjonali tal-uffiċjal tal-kontabbiltà diġà hija garantita;

Kontrolli interni

17.  Jinnota li, skont l-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni fl-2015 – li xi rakkomandazzjonijiet minn tiegħu għadhom miftuħin – l-Aġenzija għandha timplimenta qafas ta' ġestjoni tad-data u l-informazzjoni fl-operat ta' kuljum u għandha taġġorna u timplimenta l-istrateġija tal-IT biex tkun konformi mat-teknoloġiji l-ġodda tal-IT u mal-programm ta' ħidma pluriennali l-ġdid; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

18.  Jinnota li l-bord maniġerjali kien beda jaħdem fuq rieżami taż-żewġ korpi ta' governanza tal-Aġenzija, li kellu jitlesta sa tmiem l-2018;

Kummenti oħra

19.  Jinnota li l-bord maniġerjali tal-Aġenzija jaqbel mar-rwol tal-Aġenzija u l-EIONET fil-futur b'rabta mal-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi tqal u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex tissimplifika r-rappurtar ambjentali, u jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tipprovdi riżorsi addizzjonali lill-Aġenzija – fl-għamla ta' aġenti kuntrattwali u fondi – għall-kompiti l-ġodda tagħha;

o
o   o

20.   Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 360, 24.10.2017, p. 1.
(2) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali