Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2204(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0141/2019

Testi mressqa :

A8-0141/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.35

Testi adottati :

P8_TA(2019)0276

Testi adottati
PDF 171kWORD 54k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Kwittanza 2017: Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
P8_TA-PROV(2019)0276A8-0141/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2204(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0094/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0141/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 87.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 87.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2204(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0094/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0141/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 87.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 87.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2204(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0141/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(1), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 42 076 719, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 6,37 % meta mqabbel mal-2016; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 11 019 552, 26,19 %), minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 18 584 866, 44,17 %) u minn tariffi li tirċievi mill-entitajiet taħt is-superviżjoni tagħha (EUR 11 831 781, 28,12 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem "il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2017 (minn hawn 'il quddiem "ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,03 % meta mqabbla mal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,76 %, liema rata tirrappreżenta żieda ta' 2,47 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota li l-kanċellazzjoni tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienet tammonta għal EUR 164 310, ċifra li tirrappreżenta 3,51 % tal-ammont totali riportat u tnaqqis ta' 3,65 % meta mqabbla mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jirrikonoxxi li l-Awtorità tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

4.  Jinnota li l-Awtorità lestiet 90 % tal-attivitajiet inklużi fil-programm ta' ħidma annwali tagħha;

5.  Jissottolinja r-rwol tal-Awtorità biex tiffaċilita u tippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u, fejn xieraq, ma' istituzzjonijiet responsabbli għas-superviżjoni internazzjonali;

6.  Jirrikonoxxi li l-kompitu tal-Awtorità huwa li ttejjeb il-funzjonament tas-swieq finanzjarji interni tal-UE billi tiżgura livell għoli, effettiv u konsistenti ta' regolamentazzjoni u superviżjoni, li tippromwovi l-integrità u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji u li ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali sabiex tiżgura l-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja;

7.  Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-funzjonijiet kollha assenjati jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha twettaq il-kompiti u l-mandat assenjati lilha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u ma għandhiex tmur lil hinn mill-mandat ta' dawk il-funzjonijiet; jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

8.  Jenfasizza li l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju ta' proporzjonalità fit-twettiq tal-mandat tagħha; jissottolinja li, b'mod partikolari meta jkunu qed jiġu fformulati l-miżuri tal-Livell 2 u tal-Livell 3, għandha tingħata attenzjoni lill-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq finanzjarji nazzjonali;

9.  Jinnota li, minħabba li l-ħidma tal-Awtorità qiegħda tinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ir-riżorsi baġitarji u tal-persunal tal-Awtorità għandhom jiġu riallokati; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat livell xieraq ta' prijoritizzazzjoni rigward l-allokazzjoni tar-riżorsi;

10.  Jemmen li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tal-Awtorità trid tkun akkumpanjata minn miżuri ta' razzjonalizzazzjoni adegwati;

11.  Jitlob lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) iwettqu inkjesta dwar l-iskemi kummerċjali ta' arbitraġġ tad-dividendi, bħal cum-ex, sabiex jivvalutaw it-theddid potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-baġits nazzjonali; jistabbilixxu n-natura u l-kobor tal-atturi f'dawn l-iskemi; jivvalutaw jekk kienx hemm ksur tal-liġijiet nazzjonali jew ta' dawk tal-Unjoni; jivvalutaw l-azzjonijiet meħuda mis-superviżuri finanzjarji fl-Istati Membri; u jagħmlu rakkomandazzjonijiet xierqa għal riforma u għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

12.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu allokati biżżejjed riżorsi, jiġu indirizzati l-kompetenzi eżistenti fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u jiġi żgurat skambju rapidu mal-EBA rigward il-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; jitlob lill-Awtorità tiżviluppa gwida komuni bi skambju mal-EBA u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) dwar kif ir-riskji fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jistgħu jiġu integrati fis-superviżjoni prudenzjali;

13.  Jilqa' l-fatt li l-Awtorità, flimkien mal-EBA u l-EIOPA, tifforma parti minn Kumitat Konġunt maħsub biex jiżgura konsistenza transettorjali u pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet transettorjali oħra u li għandha uffiċjal tal-kontabbiltà komuni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji;

14.  Jinnota li fl-2017 saret evalwazzjoni esterna tat-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda (mill-Awtorità) biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-evalwazzjoni esterna;

Politika dwar il-persunal

15.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita fil-livell ta' 97,33 %, bil-ħatra ta' 146 aġent temporanju mill-150 aġent temporanju li huma awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (apparagun tal-140 post li kienu awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 55 aġent kuntrattwali u 23 espert nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2017;

16.  Jinnota li r-rata ta' rotazzjoni tal-persunal fl-Awtorità kienet ta' 6,5 %, liema rata tissodisfa l-mira tal-Awtorità ta' anqas minn 10 % u timplika tnaqqis ta' 1,50 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

17.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal bil-għan li tiżdied il-pubbliċità; jifhem it-tweġiba tal-Awtorità rigward l-ispejjeż għolja tat-traduzzjoni li jirriżultaw minn tali pubblikazzjoni;

18.  Jinnota li l-Awtorità adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju;

Akkwist

19.  Josserva b'sodisfazzjon li l-Awtorità mexxiet b'suċċess proċedura miftuħa ta' sejħa għal offerti bejn aġenziji tal-UE għat-tagħlim elettroniku tal-lingwi u qiegħdet pjattaforma ta' tagħlim online għal-lingwi Ewropej għad-dispożizzjoni tal-persunal; jinnota li tletin aġenzija tal-UE ssieħbu f'dik il-proċedura;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

20.  Jirrikonoxxi l-miżuri li l-Awtorità diġà għandha fis-seħħ u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta' interess u tipproteġi lill-informaturi; jilqa', barra minn hekk, il-fatt li l-Awtorità tippubblika reġistru tal-laqgħat tal-persunal ma' partijiet ikkonċernati esterni;

21.  Jilqa', fil-kuntest tal-funzjoni ta' sorveljanza tal-Awtorità rigward il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-adozzjoni ta' politika dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jadottaw politiki simili;

22.  Jinnota li 28 % tal-baġit tal-Awtorità ġej minn tariffi imposti fuq l-entitajiet li jinsabu taħt is-superviżjoni tagħha; jinnota b'sodisfazzjon li ġew implimentati miżuri sabiex jittaffa kwalunkwe kunflitt ta' interess u li dawk l-istrutturi u l-proċessi ġew awditjati; jistieden lill-Awtorità tkompli tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri tagħha biex tiżgura li ma jseħħ l-ebda kunflitt ta' interess; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità temmen li, kieku kellha tkun il-Kummissjoni li tiġbor it-tariffi, jinħolqu ineffiċjenzi, peress li l-Awtorità diġà għandha fis-seħħ strutturi u proċessi xierqa għall-iffissar u l-ġbir tat-tariffi u li l-Awtorità tqis li l-proċedura tirrikjedi għarfien espert speċifiku minħabba n-natura dinamika u teknika tagħha;

23.  Iqis li, waqt it-twettiq ta' xogħolha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-miżuri ta' implimentazzjoni, l-Awtorità jeħtieġ li tinforma b'mod regolari u komprensiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tagħha; jenfasizza li huwa essenzjali li l-Awtorità, fid-dawl tan-natura tal-funzjonijiet assenjati lilha, turi trasparenza mhux biss fil-konfront tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, iżda anki fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni;

Kontrolli interni

24.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar l-evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u kkonkluda li l-proċessi huma ġeneralment adegwati, effiċjenti u effettivi; jinnota li l-IAS għamel erba' rakkomandazzjonijiet, li l-ebda waħda minnhom ma ġiet kkunsidrata bħala kritika jew importanti ħafna; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

Kummenti oħra

25.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, id-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropew tista' taffettwa l-attivitajiet tal-Awtorità peress li, fil-preżent, l-aktar entitajiet sinifikanti taħt is-superviżjoni tagħha jinsabu hemmhekk; jinnota li huwa possibbli li, fil-ġejjieni, id-dħul tal-Awtorità jonqos bħala riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Awtorità tibqa' attenta għal din is-sitwazzjoni, tħejji ruħha biex ittaffi kwalunkwe riskju li jista' jseħħ u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'dak ir-rigward;

o
o   o

26.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 154/01, 2.5.2018, p. 3.
(2) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali