Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2183(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0138/2019

Testi mressqa :

A8-0138/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.38

Testi adottati :

P8_TA(2019)0279

Testi adottati
PDF 174kWORD 54k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Kwittanza 2017: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
P8_TA-PROV(2019)0279A8-0138/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0073/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0138/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 90.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 90.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(6) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0073/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0138/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 90.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 90.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(6) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0138/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ('l-Aġenzija') għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 15 656 308, li jfisser tnaqqis ta' 6,10 % meta mqabbel mal-2016; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 96,03 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,28 % meta mqabbel mal-2016; jinnota bi tħassib li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 72,23 %, li tfisser biss żieda żgħira ta' 1,88 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 ammontaw għal EUR 194 467,98 li jirrappreżentaw 4,93 % tal-ammont totali riportat, li juri żieda ta' 1,17 % meta mqabbel mal-2016; jinnota, barra minn hekk, il-livell relattivament għoli ta' riporti mhux ippjanati mill-2017 sal-2018 għat-Titolu II, li jammontaw għal EUR 200 000, b'rabta prinċipalment mar-riorganizzazzjoni interna ta' spazju għall-uffiċċji;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tkejjel il-prestazzjoni tagħha u biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; jinnota, barra minn hekk, b'sodisfazzjon li l-Aġenzija qed tippjana li tintroduċi qafas ta' ġestjoni tal-prestazzjoni rivedut fl-2018, li għandu l-għan li jipprovdi indikaturi tal-prestazzjoni aktar sinifikanti biex jivvalutaw aħjar il-valur miżjud tal-attivitajiet tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-qafas;

4.  Jinnota li, għalkemm l-Aġenzija kellha prestazzjoni tajba fl-użu tar-riżorsi disponibbli, il-partiti relatati mal-komunikazzjonijiet web u t-twassil tal-programm ta' ħidma kienu kemxejn taħt il-miri stabbiliti;

5.  Jappoġġa l-attivitajiet u l-analiżi tal-Aġenzija dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, li jikkontribwixxu għall-politika tal-UE li għandha l-għan li tippromwovi postijiet tax-xogħol sikuri u ħielsa mill-periklu madwar l-Unjoni, u għal dan il-għan jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li jkun hemm persunal u riżorsi finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Aġenzija timplimenta l-kompiti tagħha;

6.  Jilqa' l-impenn qawwi tal-Aġenzija biex tiżgura li l-ħaddiema kollha jgawdu l-istess drittijiet ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol irrispettivament mid-daqs tal-kumpanija, mit-tip ta' kuntratt jew mir-relazzjoni ta' impjieg;

7.  Japprezza l-appoġġ sostnut tal-Aġenzija lill-intrapriżi medji, żgħar u mikro, fil-forma ta' għodod prattiċi u linji gwida li jippermettulhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali (OSH); jilqa' b'sodisfazzjon il-finalizzazzjoni tal-proġett "Postijiet tax-Xogħol li Jagħtu s-Saħħa f'Kull Età" li jippromwovi kundizzjonijiet sikuri u tajbin għas-saħħa tul il-ħajja tax-xogħol kollha;

8.  Jinnota li tliet evalwazzjonijiet esterni spiċċaw fl-2017: evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm Strateġiku Pluriennali mill-2014 sal-2020, evalwazzjoni ex-post tax-xogħol aktar sikur u aktar f'saħħtu f'kull età, u evalwazzjoni ex-post tal-Istħarriġ Ewropew tal-Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti II; jirrikonoxxi li kollha kemm huma kisbu riżultat pożittiv u li r-rakkomandazzjonijiet li saru diġà ġew implimentati;

9.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija li tintegra l-multilingwiżmu fil-prodotti tagħha rikonoxxuti mill-Ombudsman Ewropew fl-2017 billi ta lill-Aġenzija flimkien mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) il-Premju tal-Ombudsman għal Amministrazzjoni Tajba fil-kategorija ta' "Excellence in citizen/customer focused services delivery" għall-proġett innovattiv tagħhom żviluppat b'mod konġunt li jiffaċilita l-ġestjoni tat-traduzzjoni ta' siti web multilingwi;

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tikkondividi b'mod proattiv il-kompiti ma' aġenziji oħra f'suġġetti bħas-sigurtà, il-ġestjoni tal-faċilitajiet jew is-servizzi bankarji, u qed tippjana li tkompli żżid il-kollaborazzjoni fil-futur; jenfasizza li huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni tajba bejn l-Aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni, u b'mod partikolari kooperazzjoni bejn l-Aġenzija, il-Eurofound, is-Cedefop u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE);

Politika dwar il-persunal

11.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita 97,5 %, bil-ħatra ta' 39 aġent temporanju minn 40 aġent temporanju li kienu awtorizzati taħt il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-41 post awtorizzat fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 24 aġent kuntrattwali ħadmu għall-Aġenzija fl-2017;

12.  Jinnota li l-Aġenzija għandha politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju stabbilita; jinnota bi tħassib li investigazzjoni waħda dwar il-fastidju nbdiet fl-2016 u ġiet konkluża fl-2017; jiddispjaċih li r-riżultat wera ksur tal-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri dixxiplinari meħuda u dwar il-miżuri previsti sabiex jittaffew dawn ir-riskji fil-futur;

Akkwist

13.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, sa tmiem l-2017, l-Aġenzija ma kienet qed tuża ebda għodda mnedija mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jistieden lill-Aġenzija timplimenta l-għodod kollha meħtieġa u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq f'dak ir-rigward;

14.  Jilqa' l-fatt li, f'Novembru 2018, l-Aġenzija varat b'suċċess l-ewwel sejħa għall-offerti elettroniċi tagħha;

15.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas għall-għoti ta' servizzi ta' konsulenza tal-IT mill-2014 sal-2017, li għalih il-prezzijiet kienu stabbiliti kontinġenti għaż-żmien fuq il-proġetti u mhux marbuta mal-kunsinna, u li fuqhom l-Aġenzija għandha possibilitajiet limitati ta' monitoraġġ, peress li pereżempju, fl-2016 nofs is-servizzi twettqu barra l-bini tagħha; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li ttieħdu f'dan ir-rigward;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.  Jagħraf il-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota, barra minn hekk, mill-Aġenzija, li qed tippjana li tadotta l-mudell ta' deċiżjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li għalih il-Kummissjoni tat ftehim(2) ex ante;

17.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi dan ikollu responsabbiltà diretta lejn id-direttur eżekuttiv u l-bord governattiv tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-passi li ttieħdu f'din id-direzzjoni; jirrikonoxxi li, bi tweġiba għal din ir-rakkomandazzjoni mill-Qorti, bħalissa l-EU-OSHA qed tħejji deċiżjoni għall-bord governattiv biex testernalizza l-pożizzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà lid-DĠ BUDG;

18.  Jitlob li l-Aġenzija tuża r-Regolament Fundatur ġdid tagħha bħala opportunità biex tkompli ssaħħaħ l-indipendenza tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà;

Kummenti oħra

19.  Jinnota li, l-Aġenzija wettqet analiżi tal-impatt probabbli tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni fuq l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet u l-kontijiet tiegħu; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultat ta' dik l-analiżi;

o
o   o

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 248/01, 29.07.2017, p. 3
(2) Deċiżjoni tal-KE C(2018) 1362 tas-27.02.2018
(3) Testi adottati, P8_TA(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali