Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2186(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0155/2019

Testi mressqa :

A8-0155/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.41

Testi adottati :

P8_TA(2019)0282

Testi adottati
PDF 171kWORD 58k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Kwittanza 2017: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust).
P8_TA-PROV(2019)0282A8-0155/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Eurojust(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0076/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu;

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0155/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 161.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 161.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
(6) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Eurojust(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0076/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu;

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0155/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 161.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 161.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
(6) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0155/2019),

A.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u tal-infiq tagħha(1), il-baġit finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 48 689 237, li jirrappreżenta żieda ta' 11,83 % meta mqabbel mal-2016; billi ż-żieda fil-baġit hija prinċipalment relatata mat-tranżizzjoni tal-Eurojust lejn il-binja l-ġdida tagħha; billi l-baġit kollu tal-Eurojust ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Eurojust huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,97 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta' 0,08 % meta mqabbla mal-2016 u li tinkludi EUR 11 130 000 li huma delimitati għall-binja l-ġdida; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,95 %, li tfisser tnaqqis ta' 3,53 % meta mqabbla mal-2016;

2.  Jilqa' n-nuqqas ta' kummenti mill-Qorti rigward l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-2017 tal-Eurojust; jilqa' b'mod partikolari li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti għas-snin preċedenti ngħalqu;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 234 228, ċifra li tirrappreżenta 2,96 % tal-ammont totali riportat, u turi tnaqqis ta' 2,64 % meta mqabbla mal-2016;

4.  Jenfasizza, b'mod partikolari, li mill-2017 il-Qorti ma baqgħetx tirrapporta riporti eċċessivi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn mis-sena preċedenti (2016) għas-sena attwali (2017) għat-Titolu II (nefqa għall-attivitajiet ta' appoġġ);

Prestazzjoni

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Eurojust tuża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi biex tkejjel il-kisbiet tal-objettivi tagħha għall-attivitajiet annwali tagħha inklużi l-impatt, ir-riżultat u l-indikaturi tekniċi u operattivi biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Eurojust biex ittejjeb il-qafas ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħha sabiex tipprovdi informazzjoni aktar sinifikanti li tkun tista' tindika aħjar il-kisba tal-objettivi strateġiċi tagħha u tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha;

6.  Jinnota li l-Eurojust implimentat riorganizzazzjoni profonda tal-amministrazzjoni tagħha, b'aktar riżorsi ddedikati għat-tisħiħ tal-appoġġ għal ħidma operattiva, li ħolqot sinerġiji u titjib fl-effiċjenza; jinnota li dawn il-kisbiet kienu riflessi fir-rata għolja ta' eżekuzzjoni tal-baġit u tal-pagamenti;

7.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2017, il-Eurojust ikkontribwiet għal proġetti ta' kontra t-terroriżmu tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u sħab oħra fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u, barra minn hekk, ipparteċipat f'żewġ proċeduri konġunti ta' sejħiet għall-offerti mal-Europol; jinnota b'sodisfazzjon li l-Eurojust beħsiebha tiżviluppa strateġija ta' akkwist immirata biex tkompli tikseb il-benefiċċji tal-proċeduri konġunti ta' akkwist interistituzzjonali u bejn l-aġenziji; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Eurojust tiżviluppa aktar proġetti ta' kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni;

8.  Ifakkar fl-importanza u l-valur miżjud tal-Eurojust fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata madwar l-Ewropa u, b'mod partikolari, ir-rwol tagħha fil-finanzjament tal-Iskwadri Investigattivi Konġunti (SIK); jilqa', f'dak ir-rigward, il-konklużjoni reċenti ta' memorandum ta' qbil ġdid bejn l-Eurojust u l-Europol(2) li jistabbilixxi kriterji u kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' SIK offruti mit-tnejn li huma;

Politika dwar il-persunal

9.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal ġiet eżegwita fil-livell ta' 97,2 %, bil-ħatra ta' 202 aġenti temporanji minn 208 aġenti temporanji awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (imqabbla ma' 203 postijiet awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 21 aġent kuntrattwali u 17-il espert nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Eurojust fl-2017;

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Eurojust adottat politika dwar il-prevenzjoni ta' fastidju, organizzat taħriġ u ppermettiet konsulenza kunfidenzjali;

11.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala tal-Eurojust jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal bil-għan li tiżdied il-pubbliċità; jifhem it-tħassib tal-Eurojust rigward l-ispejjeż tat-traduzzjoni;

12.  Iħeġġeġ lill-Eurojust tikkunsidra li tadotta strateġija għad-drittijiet fundamentali, inkluża referenza għad-drittijiet fundamentali f'kodiċi ta' kondotta li jista' jiddefinixxi d-dmirijiet tal-persunal tagħha u t-taħriġ għall-persunal; tistabbilixxi mekkaniżmi li jiżguraw li kwalunkwe ksur tad-drittijiet fundamentali jiġi identifikat u rrapportat filwaqt li r-riskji ta' dan il-ksur jinġiebu malajr għall-attenzjoni tal-korpi ewlenin tal-Eurojust; tistabbilixxi, fejn rilevanti, il-pożizzjoni ta' uffiċjal għad-drittijiet fundamentali li jirrapporta direttament lill-bord maniġerjali biex jiġi żgurat grad stabbilit ta' indipendenza fil-konfront tal-persunal l-ieħor, biex jiġi żgurat li t-theddid għad-drittijiet fundamentali jiġi indirizzat immedjatament u biex jiġi żgurat aġġornament kontinwu tal-politika dwar id-drittijiet fundamentali fi ħdan l-organizzazzjoni; tiżviluppa djalogu regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali; tqiegħed il-konformità mad-drittijiet fundamentali bħala parti ċentrali tat-termini ta' referenza tal-kollaborazzjoni tal-Eurojust li jikkonċernaw l-atturi esterni, inkluż b'mod partikolari membri ta' amministrazzjonijiet nazzjonali li magħhom tinteraġixxi fil-livell operattiv;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

13.  Jagħraf il-miżuri eżistenti tal-Eurojust u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jiddispjaċih li l-politika tal-Eurojust hija li tippubblika dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess aktar milli dikjarazzjonijiet ta' interess għad-Direttur Amministrattiv u l-membri tal-bord ta' ġestjoni; jitlob li jiġu ppubblikati d-dikjarazzjonijiet ta' interess;

14.  Jinnota li l-Eurojust adottat ir-regoli interni tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta abbażi tar-regoli mudell tal-Kummissjoni f'Ġunju 2018; jitlob lill-Eurojust tagħti dettalji dwar każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta fl-2017, jekk kien hemm, u dwar kif ġew ipproċessati; jissottolinja l-importanza tas-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ tal-persunal, biex jiġi promoss ambjent pożittiv u ta' fiduċja, li fih, l-iżvelar ta' informazzjoni protetta jkun parti aċċettata tal-kultura korporattiva;

15.  Jiddispjaċih li r-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Qorti fl-2010 biex terġa' tiġi kkunsidrata d-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi bejn id-Direttur Amministrattiv u l-Kulleġġ tal-Eurojust biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-responsabbiltajiet li tirriżulta mir-Regolament tat-Twaqqif(3) kienet għadha pendenti fi tmiem l-2017; jirrikonoxxi li l-indirizzar ta' din il-kwistjoni mhuwiex taħt il-kontroll tal-Eurojust iżda kien qed jiġi kkunsidrat mill-koleġiżlaturi fil-kuntest tar-rieżami tal-mandat tal-Eurojust; jilqa' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) u jistenna li dawn il-kwistjonijiet jiġu solvuti bl-istruttura l-ġdida u l-kjarifika tar-rwoli u r-responsabbiltajiet fiha, inkluż il-Bord Eżekuttiv il-ġdid;

Kontrolli interni

16.  Josserva li fl-2017, wara r-rakkomandazzjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern, il-Eurojust neħħiet lill-persunal tal-kontabbiltà tagħha mill-Unità għall-Baġit, il-Finanzi u l-Akkwist biex issaħħaħ l-indipendenza tagħhom; jinnota, barra minn hekk, li l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà, bħala Kap tal-Uffiċċju tal-Kontabbiltà, jinħatar mill-Kulleġġ tal-Eurojust;

Kummenti oħra

17.  Jagħraf li, f'Ġunju 2017, il-Eurojust temmet b'suċċess it-trasferiment lejn il-bini l-ġdid tagħha b'ebda telf ta' kapaċità operattiva u li l-arranġamenti finanzjarji, ta' sigurtà, legali u arranġamenti prattiċi oħra saru fil-ħin; jinnota li fir-rigward tal-investimenti fil-bini l-ġdid ippjanat għall-2017, ġew impenjati EUR 11 130 000 u EUR 8 790 000 (79 %) tħallsu sal-31 ta' Diċembru 2017; jistieden lill-Eurojust tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe progress f'dak ir-rigward;

o
o   o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(5) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenzija.

(1) ĠU C 279, 8.8.2018, p. 9.
(2) Memorandum ta' Qbil dwar l-istabbiliment konġunt tar-regoli u l-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju lil attivitajiet ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta bejn l-Europol u l-Eurojust, iffirmat fl-1 ta' Ġunju 2018.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta'  Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).
(5) Testi adottati, P8_TA_PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali