Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2200(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0154/2019

Testi mressqa :

A8-0154/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.42

Testi adottati :

P8_TA(2019)0283

Testi adottati
PDF 162kWORD 55k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu
Kwittanza 2017: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)
P8_TA(2019)0283A8-0154/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (qabel l-1 ta' Mejju 2017: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2200(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Europol(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Europol fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0090/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0154/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Europol għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 165.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 165.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(6) ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (qabel l-1 ta' Mejju 2017: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2200(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Europol(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Europol fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0090/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0154/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 165.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 165.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(6) ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (qabel l-1 ta' Mejju 2017: l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2200(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0154/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa tagħha(1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 119 234 720, li jfisser żieda ta' 14,35 % meta mqabbel mal-2016; billi ż-żieda kienet dovuta għal kompiti addizzjonali li jestendu l-mandat tagħha; billi l-baġit tal-Europol huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Europol huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,72 %, li meta mqabbla mal-2016 tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,03 %; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,01 %, li tindika tnaqqis ta' 1,97 % meta mqabbla mal-2016;

2.  Jinnota li wara l-analiżi tat-tkabbir tal-Europol ser ikun meħtieġ bini permanenti addizzjonali mill-2023; jappella lill-Europol sabiex tagħti attenzjoni partikolari lill-ispejjeż addizzjonali;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jinnota bi tħassib li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 834 972, u li dan jirrappreżenta 9,08 % tal-ammont totali riportat filwaqt li juri tnaqqis notevoli ta' 6,35 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Europol mmonitorjat il-prestazzjoni tagħha permezz ta' 36 Indikatur Ewlieni tal-Prestazzjoni, 36-il indikatur ieħor tal-prestazzjoni u l-implimentazzjoni ta' madwar 140 azzjoni speċifika ppjanati fil-Programm ta' Ħidma tagħha, bil-qafas ta' rappurtar tal-prestazzjoni mmirat, b'mod ġenerali, lejn il-valutazzjoni tal-valur miżjud tal-attivitajiet tal-Europol u lejn it-tisħiħ tal-ġestjoni baġitarja tagħha;

5.  Jinnota li l-Europol kisbet 78 % tal-miri stabbiliti għall-indikaturi tal-prestazzjoni (86 % fl-2016) u li għamlet progress fl-implimentazzjoni ta' 80 % tal-azzjonijiet li jinsabu fil-Programm ta' Ħidma tal-2017 (76 % fl-2016);

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li, f'Mejju 2017, sar applikabbli r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) li jsaħħaħ il-mandat tal-Europol biex tiġġieled b'mod effikaċi t-theddid li qiegħed jevolvi kontinwament mill-kriminalità transnazzjonali u mit-terroriżmu madwar l-Unjoni u lil hinn minnha;

7.  Jitlob lill-Europol tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-kompiti u l-implikazzjonijiet baġitarji tal-Unità ta' Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet (UE IRU) tagħha, li mhijiex elenkata b'mod espliċitu fil-baġit, iżda li tifforma parti miċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (ECTC) tagħha; ifakkar li l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/794 jirreferi għal riferimenti ta' kontenut tal-internet fir-rigward tat-terroriżmu lill-fornituri tas-servizzi online, filwaqt li l-Europol, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija, tappoġġja l-investigazzjonijiet relatati mill-awtoritajiet kompetenti; jitlob, b'mod speċifiku, informazzjoni dwar is-segwitu sussegwenti dwar il-każijiet identifikati u riferuti ta' kontenut ta' internet terroristiku, inkluż fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri;

8.  Ifakkar fl-importanza u l-valur miżjud tal-Europol fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata madwar l-Ewropa u, b'mod partikolari, ir-rwol tagħha fil-finanzjament tal-Iskwadri ta' Investigazzjoni Konġunta ("SIK"); jilqa', f'dak ir-rigward, il-konklużjoni reċenti ta' memorandum ta' qbil ġdid bejn l-Europol u l-Eurojust(3) li jistabbilixxi kriterji u kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' SIK offruti mit-tnejn li huma;

9.  Jinnota b'apprezzament li l-Europol twettaq kompiti ta' sigurtà flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u mal-awtoritajiet nazzjonali; jinnota, barra minn hekk, li l-Europol ikkondiviet il-pariri legali ma' aġenziji oħra tal-Unjoni li jinsabu fin-Netherlands u pparteċipat f'diversi proċeduri ta' akkwist interistituzzjonali; jinkoraġġixxi lill-Europol tiżviluppa aktar il-kooperazzjoni tagħha mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni;

10.  Jenfasizza li l-Europol hija waħda mid-disa' aġenziji tal-Unjoni dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni; jesprimi d-diżappunt tiegħu rigward l-eżitu miksub mill-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali (IIWG) dwar ir-riżorsi tal-aġenziji deċentralizzati, peress li l-ebda proposta speċifika ma ġiet żviluppata biex l-aġenziji li jikkonċentraw fuq oqsma ta' politika relatati jingħaqdu jew jiġu kolokati; jitlob lill-Europol tikkoopera mat-tmien aġenziji tal-Unjoni l-oħra dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni sabiex jiġu investigati mergers possibbli;

Politika dwar il-persunal

11.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet 97,27 % eżegwita, bil-ħatra ta' 535 aġent temporanju mill-550 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (mqabbla mal-505 postijiet awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 159 aġent kuntrattwali u 71 espert nazzjonali sekondat kienu qegħdin jaħdmu għall-Europol fl-2017; iħeġġeġ lill-Europol biex ma tiddependix wisq fuq aġenti kuntrattwali u biex ma tibdilx il-persunal permanenti b'aġenti kuntrattwali li jkunu aktar għaljin;

12.  Jiddispjaċih dwar l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-membri tal-maniġment superjuri tal-Europol, fejn 133 minn 151 membru huma rġiel u 18 huma nisa, u fi ħdan il-bord maniġerjali fejn 11 minn 53 huma nisa; jitlob f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jippreżentaw in-nomini tagħhom għall-membri tal-bord maniġerjali; jitlob ukoll lill-Europol biex tieħu miżuri li jiżguraw bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tagħha;

13.  Jinnota li l-Europol adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li l-Europol organizzat sessjonijiet ta' taħriġ u offriet servizz ta' assistenza psikoloġika kunfidenzjali;

14.  Jinnota bi tħassib li nfetħu erba' proċeduri formali fil-forma ta' inkjesti amministrattivi fir-rigward ta' fastidju sesswali u imġiba mhux xierqa matul l-2017; jinnota li l-Europol temmet, b'mod rapidu, l-inkjesti amministrattivi flimkien ma' azzjoni dixxiplinari fejn applikabbli u nediet azzjonijiet korrispondenti biex tindirizza l-kwistjoni filwaqt li ma tressaq ebda każ quddiem il-qorti; jinnota li fl-2018 ma tressqet ebda inkjesta amministrattiva dwar l-allegazzjonijiet ta' fastidju sesswali fl-Europol; jappella lill-Europol tagħmel l-almu kollu tagħha biex tevita nuqqasijiet strutturali fir-rigward ta' mġiba mhux xierqa sabiex l-ewwel u qabel kollox jiġi evitat li jseħħu każijiet bħal dawn;

15.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jifhem it-tħassib tal-Europol fir-rigward tal-ispejjeż tat-traduzzjoni;

16.  Jinkoraġġixxi lill-Europol: tqis l-adozzjoni ta' strateġija dwar id-drittijiet fundamentali; tinkludi referenza għad-drittijiet fundamentali fil-kodiċi ta' kondotta li tista' tiddefinixxi d-dmirijiet tal-persunal tagħha u t-taħriġ għall-persunal; tistabbilixxi mekkaniżmi li jiżguraw li kwalunkwe ksur tad-drittijiet fundamentali jiġi identifikat u rrapportat filwaqt li r-riskji ta' dan il-ksur jinġiebu malajr għall-attenzjoni tal-korpi ewlenin tal-Europol; tistabbilixxi, fejn rilevanti, il-pożizzjoni ta' uffiċjal għad-drittijiet fundamentali li jirrapporta direttament lill-bord maniġerjali biex jiġi żgurat grad stabbilit ta' indipendenza fil-konfront tal-persunal l-ieħor, biex jiġi żgurat li t-theddid għad-drittijiet fundamentali jiġi indirizzat immedjatament u biex jiġi żgurat aġġornament kontinwu tal-politika dwar id-drittijiet fundamentali fi ħdan l-organizzazzjoni; tiżviluppa djalogu regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali; tqiegħed il-konformità mad-drittijiet fundamentali bħala parti ċentrali tat-termini ta' referenza tal-kollaborazzjoni tal-Europol li jikkonċernaw l-atturi esterni, inkluż b'mod partikolari membri ta' amministrazzjonijiet nazzjonali li magħhom tinteraġixxi fil-livell operattiv;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

17.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Europol u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota l-miżuri proattivi meħuda kontra l-erba' każijiet potenzjali ta' kunflitt ta' interess li ġew identifikati fl-2017; jinnota li l-Europol ippubblikat dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess u mhux dikjarazzjonijiet ta' interess; jirrikonoxxi madankollu l-adozzjoni, abbażi ta' proposta tal-Europol, li saret f'Ottubru 2018 mill-bord maniġerjali rigward mudell ta' dikjarazzjoni ġdid għad-dikjarazzjoni tal-interessi; jinnota b'sodisfazzjon li dan il-mudell ta' dikjarazzjoni ġdid qiegħed jiġi applikat għall-membri kollha tal-bord maniġerjali kif ukoll għad-Direttur Eżekuttiv u l-viċi diretturi eżekuttivi; jinnota madankollu li, sa dan il-mument, mhux id-dikjarazzjonijiet kollha ġew aġġornati għall-mudell il-ġdid; jappella lill-Europol tipproċedi malajr f'dan ir-rigward u tippubblika d-dikjarazzjonijiet il-ġodda;

Kontrolli interni

18.  Jinnota li, fl-2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar l-akkwist, u li fl-2017 ħareġ ir-rapport finali tal-awditjar tal-IAS dwar l-akkwist, li kien fih tliet rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala "importanti"; jinnota li l-Europol fl-2017 żviluppat pjan ta' azzjoni u f'Awwissu 2018 infurmat lill-IAS dwar l-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS wettaq valutazzjoni tar-riskju fuq l-istruttura kollha tal-organizzazzjoni u l-ebda qasam tal-proċess ma ġie kklassifikat bħala "titjib fil-mitigazzjoni tar-riskju";

o
o   o

19.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(4) dwar il-

(1) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 245.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(3) Memorandum ta' Qbil dwar l-istabbiliment konġunt tar-regoli u l-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju lil attivitajiet ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta bejn l-Europol u l-Eurojust, iffirmat fl-1 ta' Ġunju 2018.
(4) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza