Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2180(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0136/2019

Testi mressqa :

A8-0136/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.43

Testi adottati :

P8_TA(2019)0284

Testi adottati
PDF 171kWORD 54k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Kwittanza 2017: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
P8_TA-PROV(2019)0284A8-0136/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2180(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0070/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0136/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 169.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 169.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2180(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0070/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0136/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 169.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 169.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2180(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0136/2019),

A.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u l-infiq tagħha(1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 22 852 250, u dan jirrappreżenta żieda ta' 5,78 % meta mqabbel ma' dak għall-2016; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, l-istess rata bħal fl-2016; jinnota bi tħassib li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 72,11 %, li tfisser biss tnaqqis żgħir ta' 1,1 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 117 566, ċifra li tirrappreżenta 2,05 % tal-ammont totali riportat u li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,22 % meta mqabbla mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża 31 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPI) bħala parti mill-Qafas tal-Kejl tal-Prestazzjoni tagħha biex tivvaluta r-riżultati u l-impatt tal-attivitajiet tagħha, u ħames KPI addizzjonali biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

4.  Jilqa' l-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma' aġenziji oħra, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' politika komuni;

5.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tintensifika l-kooperazzjoni tagħha ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Kunsill tal-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti, sabiex issib u tuża sinerġiji, kull meta jkun possibbli;

6.  Jinnota li t-tieni evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija seħħet fl-2017; jinnota b'sodisfazzjon li r-riżultati huma ġeneralment pożittivi; jinnota r-rakkomandazzjonijiet imressqa lill-Kummissjoni mill-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija;

7.  Jinnota li l-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija għall-ewwel darba biex tevalwa l-impatt tad-drittijiet fundamentali ta' strument tad-dritt tal-Unjoni; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Aġenzija żviluppat modulu ta' taħriġ għall-awtoritajiet nazzjonali sabiex tippromwovi l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“Il-Karta”);

8.  Jenfasizza l-valur tal-istudji u l-opinjonijiet tal-Aġenzija għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; jenfasizza li l-Aġenzija għandha tkun tista' toffri opinjonijiet dwar proposti leġiżlattivi fuq l-inizjattiva proprja tagħha u li l-mandat tagħha għandu jiġi estiż biex jinkludi l-oqsma kollha tad-drittijiet protetti skont il-Karta, inklużi l-kwistjonijiet ta' kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali; jiddispjaċih li l-mandat kurrenti tal-Aġenzija jillimita l-possibilitajiet tagħha li twettaq azzjonijiet u studji f'ċerti oqsma tematiċi; jirrakkomanda l-inklużjoni ta' dawn l-oqsma tematiċi fil-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid;

9.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tkompli r-riċerka tagħha dwar is-sitwazzjoni tal-minoranzi fl-Unjoni fil-kuntest tat-tieni Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, speċjalment il-pubblikazzjoni tal-aktar rapport tematiku reċenti dwar id-diskriminazzjoni li tiltaqa' magħha l-popolazzjoni ta' oriġini Afrikana fl-Unjoni; jilqa', barra minn hekk, il-pubblikazzjoni tal-istudji dwar it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg taż-żgħażagħ Rom;

10.  Japprezza l-ħidma kontinwa tal-Aġenzija fir-riċerka dwar is-sitwazzjoni tar-Rom fl-Unjoni, b'hekk tikkontribwixxi għall-monitoraġġ tal-effiċjenza u tan-nuqqasijiet fl-istrateġiji ta' inklużjoni u fil-politiki relatati tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha; jilqa' b'mod speċjali r-rakkomandazzjonijiet strateġiċi tal-Aġenzija, ibbażati fuq ir-riċerka, dwar il-ġlieda b'suċċess kontra l-anti-Żingariżmu u l-ġlieda favur l-inklużjoni soċjali tar-Rom;

11.  Jilqa' l-impenn tal-Aġenzija favur id-drittijiet tat-tfal, li tkompla bis-saħħa tal-istudji li twettqu dwar ir-rekwiżiti tal-età minima għall-parteċipazzjoni fil-proċedimenti ċivili u kriminali fl-Unjoni kollha, dwar il-valutazzjoni tal-età u t-teħid tal-marki tas-swaba' tat-tfal fil-kuntest tal-proċeduri tal-asil kif ukoll dwar il-faqar fost it-tfal fl-Unjoni.

Politika dwar il-persunal

12.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, 97,22 % tat-tabella tal-persunal kienet eżegwita, u li, mit-total ta' 72 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 74 post tax-xogħol awtorizzati fl-2016) kienu nħatru 70; jinnota li, barra minn hekk, fl-2017 ħadmu għall-Aġenzija 30 aġent kuntrattwali u 8 esperti nazzjonali sekondati;

13.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li din toffri konsulenza kunfidenzjali kif ukoll sessjonijiet ta' taħriġ; jinnota li ġew investigati żewġ allegazzjonijiet ta' mġiba mhux xierqa fl-2017 u dawn ingħalqu fl-2018;

Akkwist

14.  jiddispjaċih li dan irriżulta fi spejjeż ġenerali amministrattivi addizzjonali għall-Aġenzija, u minkejja li dan affettwa t-twaqqit tal-operazzjonijiet tagħha ma kkawżax dewmien fil-perjodu ta' implimentazzjoni tal-proġetti; jinnota l-Aġenziji ħadet miżuri maħsuba biex itaffu r-riskji tal-proċeduri tal-offerti futuri li ma jirnexxux; jinnota t-talba għal finanzjament addizzjonali tal-Aġenzija iżda jirrimarka li l-limitazzjonijiet baġitarji m'għandhomx iwasslu għal proċeduri ta' akkwist pubbliku subottimali; jitlob għalhekk lill-Aġenzija twettaq riċerka tas-suq adegwata qabel ma tvara sejħa għall-offerti għal studji u tkompli ttejjeb l-effiċjenza tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku tagħha;

15.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2017, l-Awtorità ma kinitx qed tuża l-għodod kollha varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju u l-ħżin elettroniċi ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jinnota li, skont l-Aġenzija, diġà għandha xi għodod fis-seħħ u li hija fil-proċess li tintroduċi l-għodod li fadal sal-bidu tal-2019; jappella lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-għodod meħtieġa kollha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li, skont l-Aġenzija, hija vvalutat u taffiet għadd ta' kunflitti ta' interess potenzjali u perċepiti fl-2017, fejn l-ebda wieħed minnhom ma wassal għal kunflitti reali;

17.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi jsir direttament responsabbli lejn id-Direttur u l-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija; jilqa' l-fatt li din ir-riorganizzazzjoni hija mistennija li tiġi implimentata sa tmiem l-2018; jappella lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-riorganizzazzjoni;

18.  Jinnota li, matul dawn l-aħħar snin, tressqu żewġ proċedimenti legali kontra l-Aġenzija dwar allegazzjonijiet ta' deċiżjonijiet ta' reklutaġġ irregolari; jinnota li l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ċaħdet iż-żewġ każijiet u ordnat lill-applikanti jħallsu l-ispejjeż; jinnota l-allegazzjonijiet fl-istampa rigward kunflitt ta' interess potenzjali marbut mal-użu tas-servizzi ta' konsulenza ta' eks imħallef temporanju ta' riżerva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar miżuri meħuda biex jimmitigaw kull riskju ta' kunflitt ta' interess potenzjali;

Kontrolli interni

19.  Jinnota li, fl-2017, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar il-governanza u l-etika fl-Aġenzija, u li evalwazzjoni esterna tal-prestazzjoni tal-Aġenzija fil-perjodu 2013-2017 twettqet f'isem il-Kummissjoni; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ħejjiet pjanijiet ta' azzjoni biex tindirizza l-oqsma fejn jista' jsir titjib.

20.  Jilqa' l-għeluq tar-rakkomandazzjoni tal-2016 tal-Qorti rigward it-titjib tal-proċess ta' (sotto) delegazzjonijiet formali għall-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni;

Kummenti oħra

21.  Jinnota l-isforzi tal-Aġenzija biex tiżgura post tax-xogħol kosteffikaċi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jirrimarka, madankollu, li l-Aġenzija ma għandhiex miżuri speċifiċi addizzjonali fis-seħħ biex tnaqqas jew tinnewtralizza l-emissjonijiet ta' CO2;

o
o   o

22.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 116/04, 28.03.2018, p 17
(2) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali