Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2195(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0153/2019

Testi mressqa :

A8-0153/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.44

Testi adottati :

P8_TA(2019)0285

Testi adottati
PDF 180kWORD 57k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Kwittanza 2017: Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
P8_TA-PROV(2019)0285A8-0153/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2195(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-Aġenzija) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0085/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,u

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0153/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 173.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 173.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2195(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-Aġenzija) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0085/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,u

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0153/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 173.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 173.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2195(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0153/2019),

A.  billi, skont ir-rapport tad-dħul u n-nefqa(1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 280 560 000, li jirrappreżenta żieda ta' 20,54 % meta mqabbel ma' dak tal-2016; billi ż-żieda kienet relatata mal-estensjoni konsiderevoli tal-mandat tal-Aġenzija fl-2017, b'reazzjoni għall-kriżi tal-migrazzjoni li laqtet l-Unjoni; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), iddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li t-tranżazzjonijiet ta' bażi tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 97,63 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,27 % meta mqabbla ma' dik tal-2016; jinnota bi tħassib li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 66,42 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,35 % meta mqabbla ma' dik tal-2016;

2.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti li l-baġit inizjali tal-Aġenzija kien jinkludi riserva operattiva finanzjarja statutorja ta' EUR 8 800 000 għall-finanzjament tal-varar ta' interventi rapidi fil-fruntiera u interventi ta' ritorn; jinnota li l-Aġenzija globalment ittrasferiet EUR 3 800 000 mir-riżerva għall-baġit operattiv tagħha biex tiffinanzja attivitajiet oħra; jinnota bi tħassib li t-trasferimenti mhumiex konformi mar-regolament finanzjarju tal-Aġenzija; jieħu nota mir-risposta tal-Aġenzija li tqis li l-leġiżlatur għandu jipprovdi kjarifika dwar l-implimentazzjoni tat-trasferimenti mir-riżerva; jistieden lill-Aġenzija biex fil-futur tevita tali azzjonijiet mhux konformi u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar liema kjarifiki l-Aġenzija tqis li jkunu meħtieġa;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jiddispjaċih dwar il-livell għoli ta' kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017, li jammontaw għal EUR 11 125 174 u li jirrappreżentaw 14,96 % tal-ammont totali riportat, rata simili għal dik tal-2016; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li jridu jittieħdu biex jiġi żgurat l-użu sħiħ tal-approprjazzjonijiet riportati sabiex jiġi evitat li jiġu diżimpenjati riżorsi sostanzjali bħal ma ġara fis-snin preċedenti;

Prestazzjoni

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża diversi Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) biex tkejjel il-valur miżjud ipprovdut permezz tal-attivitajiet tagħha; jieħu nota li l-Aġenzija qed tippjana li tirrevedi l-indikaturi tagħha fl-2019; jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa l-KPIs għat-tisħiħ tal-ġestjoni baġitarja tagħha, b'mod partikolari b'kont meħud tal-estensjoni tal-mandat tagħha u l-baġit li qiegħed jiżdied kontinwament, u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi mwettqa f'dan ir-rigward; jesprimi t-tħassib tiegħu f’dak ir-rigward tal-parti tal-baġit li ma setgħetx tiġi assorbita mill-Aġenzija;

5.  Ifakkar li b'reazzjoni għas-sitwazzjoni tal-migranti u tal-asil li l-Unjoni affaċċjat fl-2015, il-mandat tal-Aġenzija ġie estiż b'mod konsiderevoli fl-2016 biex l-Aġenzija tkun tista' tindirizza aħjar il-ħtiġijiet u l-isfidi li qegħdin jiġu affaċċjati fil-fruntieri esterni tal-Unjoni; jenfasizza li fl-2017 is-sistemi u l-proċeduri kienu għadhom fil-proċess li jiġu adattati biex jissodisfaw il-mandat il-ġdid tal-Aġenzija li ġie aġġornat fl-2016 permezz tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2);

6.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-maġġoranza tal-programmi operattivi tal-Aġenzija għandhom nuqqas ta' objettivi kwantitattivi u valuri fil-mira speċifiċi għall-operazzjonijiet konġunti; jinnota bi tħassib li dan, flimkien ma' dokumentazzjoni insuffiċjenti mill-pajjiżi li jikkooperaw, jistgħu jfixklu l-evalwazzjoni ex post tal-effikaċja tal-operazzjonijiet konġunti fit-tul; jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi objettivi strateġiċi rilevanti għall-attivitajiet tagħha u sistema effikaċi ta' monitoraġġ u rappurtar li tkun orjentata lejn ir-riżultati b'KPIs rilevanti u li jistgħu jitkejlu;

7.  Jinnota l-approvazzjoni mill-bord amministrattiv tar-riorganizzazzjoni tal-istrutturi tal-Aġenzija f'Ġunju 2017, li taffettwa l-allokazzjoni tar-riżorsi; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' din l-istruttura organizzazzjonali ġdida;

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati ma' Schengen kollha pparteċipaw mill-inqas f'operazzjoni konġunta waħda u li 26 Stat Membru ħadu sehem bħala organizzaturi jew parteċipanti f'operazzjonijiet ta' ritorn koordinati u kofinanzjati mill-Aġenzija, li jammontaw għal żewġ Stati Membri iktar milli fl-2016;

9.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tippromwovi l-kooperazzjoni interaġenzjali, speċjalment fil-qasam tal-funzjoni tal-gwardja tal-kosta, iżda wkoll fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali u fl-infurzar tal-liġi, sabiex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-vantaġġi tal-operazzjonijiet b'diversi skopijiet bħala element importanti tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri;

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tikkoopera ma' aġenziji oħra, inter alia billi tappoġġjahom fir-reklutaġġi, fil-proġetti immobiljari u fil-konsulenzi marbuta mas-sigurtà, u tikkondividi uffiċċji mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali u mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil fil-qafas tat-Task Force Reġjonali tal-Unjoni Ewropea fl-Italja u l-Greċja;

11.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżviluppa pjan komprensiv għall-kontinwità operattiva;

Politika dwar il-persunal

12.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet mimlija 74,43 % biss, u nħatru 262 aġent temporanju mit-352 awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (apparagun tal-275 post awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, fl-2017 kien hemm 113-il aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat jaħdmu għall-Aġenzija;

13.  Jinnota bi tħassib, għal darb'oħra, l-iżbilanċ bejn is-sessi fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija; ifakkar li l-Istati Membri huma responsabbli biex jinnominaw il-membri tal-bord amminsitrattiv; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li n-nomini tal-membri tagħhom għall-bord amministrattiv tal-Aġenzija juru bilanċ bejn is-sessi; jistieden lill-Aġenzija tfakkar b'mod proattiv lill-Istati Membri dwar l-importanza tal-bilanċ bejn is-sessi; jirrimarka li huma mixtieqa miżuri mmirati lejn il-kisba ta' bilanċ ġeografiku aħjar fil-kompożizzjoni tal-persunal tal-Aġenzija;

14.  Jinnota li l-2017 kienet it-tieni sena tal-pjan ta' tkabbir ta' ħames snin wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624 li żied b'mod sinifikanti r-riżorsi fil-qasam tal-baġit u tal-persunal tal-Aġenzija; jinnota mir-rapport tal-Qorti li, wara l-estensjoni tal-mandat tagħha, il-persunal tal-Aġenzija se jiżdied b'aktar mid-doppju, minn 365 fl-2016 għal 1 000 fl-2020; jinnota, barra minn hekk, li ż-żieda ppjanata fil-persunal se tirrikjedi spazju addizzjonali għall-uffiċċji; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda sabiex jiġu indirizzati l-isfidi fir-rigward taż-żieda fin-numru tal-persunal u żżommha infurmata mill-qrib dwar il-passi li jmiss, inklużi l-kalkoli finanzjarji, rigward il-bini tal-kwartieri ġenerali l-ġodda;

15.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija tesperjenza diffikultajiet biex issib persunal bil-profili meħtieġa, ħafna drabi minħabba l-koeffiċjent baxx tal-korrezzjoni tas-salarju (66,7%); jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tad-diskussjonijiet mal-Kummissjoni dwar miżuri ta' mitigazzjoni possibbli, u l-pjanijiet tal-Aġenzija għal miżuri oħra possibbli biex tattira persunal ġdid, b'mod partikolari b'kont meħud tal-mandat li qed jiġi estiż tal-Aġenzija u ż-żieda fl-ammont ta' reklutaġġi; jistieden lill-Aġenzija taħtar uffiċjal għad-drittijiet fundamentali ġdid mingħajr aktar dewmien sabiex jiġi żgurat li t-theddid għall-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali jiġi indirizzat immedjatament, u li l-politika dwar id-drittijiet fundamentali fi ħdan l-organizzazzjoni tiġi aġġornata kontinwament;

16.  Jiddeplora bil-qawwa l-fatt li minkejja l-appelli ripetuti tal-Parlament u ż-żieda ġenerali sinifikanti fil-persunal tal-Aġenzija, l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għad m'għandhiex ir-riżorsi umani adegwati u għalhekk jidher ċar li għadha qed tiġi mxekkla fit-twettiq xieraq tal-kompiti fdati lilha permezz tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624; iħeġġeġ lill-Aġenzija tipprovdi lill-uffiċjal tagħha għad-drittijiet fundamentali r-riżorsi u l-persunal adegwati, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-ilmenti u għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-istrateġija tal-Aġenzija għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;

17.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jifhem it-tħassib tal-Aġenzija rigward l-ispejjeż tat-traduzzjoni;

18.  Jinnota li l-Aġenzija tuża l-"Kodiċi ta' Kondotta għall-persuni kollha li jipparteċipaw fl-attivitajiet operattivi tal-Frontex" u r-rapportar kunfidenzjali bħala miżuri biex tindirizza l-kwistjonijiet ta' fastidju;

19.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li fl-2017 l-Aġenzija kompliet twettaq reklutaġġ irregolari permezz ta' proċeduri ta' għażla esterni, u ħatret kandidati fi gradi ta' AST ogħla mill-grad massimu previst skont ir-Regolamenti tal-Persunal; jirrimarka li f'dan ir-rigward fl-2017 kien hemm żewġ reklutaġġi meqjusa irregolari (meta mqabbla ma' 14 fl-2016); jieħu nota tal-ġustifikazzjoni tal-Aġenzija għar-reklutaġġi u jirrikonoxxi li minn Marzu 2017 l-Aġenzija ma ħatret l-ebda kandidat estern għal gradi ogħla minn AST4;

Akkwist

20.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li fl-2017 hija kinet qiegħda tirrevedi l-iskema finanzjarja sħiħa tagħha bl-għan li tissimplifika, taqleb minn għotjiet għal kuntratti ta' servizz u tintroduċi rati fissi; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-iskema l-ġdida;

21.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li sa tmiem l-2017 l-Aġenzija kienet għadha ma introduċietx l-għodod kollha mnedija mill-Kummissjoni mmirati lejn l-introduzzjoni ta' soluzzjoni unika għall-għall-ħżin u l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jinnota li l-Aġenzija kienet introduċiet fatturazzjoni elettronika u proċeduri għas-sejħiet għall-offerti elettroniċi għal ċerti prodotti, iżda mhux is-sottomissjoni elettronika tal-offerti. jistieden lill-Aġenzija tintroduċi l-għodod neċessarji kollha biex tiġġestixxi l-proċeduri ta' akkwist u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

22.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi li għaddejjin bħalissa biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jieħu nota mill-Aġenzija li fasslet abbozz ta' regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, iżda fuq parir tal-Kummissjoni, se timplimenta d-deċiżjoni mudell tal-Kummissjoni ladarba tiġi notifikata lill-aġenziji; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' din id-deċiżjoni u tadotta l-politika tagħha dwar l-żvelar ta' informazzjoni protetta mingħajr dewmien ulterjuri;

23.  Ifakkar li d-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni bħala parti mir-responsabbiltà tal-Aġenzija lejn il-pubbliku ġew modifikati b'mod konsiderevoli bir-Regolament (UE) Nru 2016/1624, u dan jirrikjedi li l-Aġenzija tkun aktar trasparenti dwar l-attivitajiet tagħha; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Aġenzija għadha ma wettqitx bis-sħiħ dawn ir-regoli l-ġodda u jitlobha timplimentahom mingħajr dewmien;

Kontrolli interni

24.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-infiq fuq l-għotjiet tal-Aġenzija żdied b'mod konsiderevoli minn EUR 123 000 000 fl-2016 għal EUR 167 000 000 fl-2017; jinnota bi tħassib li fl-2017 l-Aġenzija ma wettqitx verifiki ex post fuq ir-rimborżi tal-infiq fuq l-għotjiet. jieħu nota li l-Aġenzija tqis li l-verifiki ex ante mwettqa qabel ir-rimborż tjiebu u jistgħu jipprovdu l-aċċertament meħtieġ ladarba l-kopertura ex ante tilħaq ċertu livell; jirrimarka, madankollu, li l-Qorti ilha tirrapporta b'mod konsistenti mill-2014, li l-prova tan-nefqa ddikjarata mill-pajjiżi li jikkooperaw, spiss ma tkunx suffiċjenti u dan ġie kkonfermat ukoll fl-2017; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex dawn ir-riskji jiġu mitigati;

25.  Jieħu nota li l-Aġenzija rrevediet il-qafas ta' kontroll intern tagħha u biddlet l-approċċ preċedenti bbażat fuq konformità għal wieħed ibbażat fuq ir-riskju; jirrikonoxxi li l-qafas ta' kontroll intern rivedut ġie adottat f'Novembru 2017 sussegwentement, ġie stabbilit Reġistru ta' Titjib ikkonsolidat tal-Frontex;

26.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ffinanzjat appoġġ għall-Gwardji tal-Kosta tal-Iżlanda għall-istazzjonament ta' ajruplan fil-Greċja u li qabel ir-rimborż tan-nefqa ddikjarata mill-Iżlanda, l-Aġenzija talbet fatturi bħala evidenza għal kategorija waħda ta' nefqa ddikjarata; jiddispjaċih li għalkemm il-fatturi qatt ma ngħataw, l-Aġenzija rrimborżat EUR 440 000, u dan juri li l-verifika ex ante ma kinetx effettiva; jieħu nota tal-kunsiderazzjoni tal-Aġenzija li l-istima tal-ispiża tal-manutenzjoni fis-siegħa toffri raġunijiet suffiċjenti għall-approvazzjoni tan-nefqa;

27.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija għad m'għandhiex pjan komprensiv għall-kontinwità operattiva approvat mill-bord amministrattiv; jistieden lill-Aġenzija tieħu l-passi meħtieġa sabiex tadotta tali pjan u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-adozzjoni tiegħu;

28.  jitlob lill-bord amministrattiv tal-Aġenzija jadotta ftehimiet ċari dwar il-livell ta' servizz għall-kontinwità tal-attivitajiet tagħha f'każ ta' diżastru fuq il-post, kif ukoll objettivi korrispondenti ta' rkupru tal-IT u telf massimu permissibbli ta' data għas-sistemi u l-applikazzjonijiet l-aktar kritiċi tagħha; jitlob lill-Aġenzija tiżviluppa l-pjanijiet ta' appoġġ, teżerċitahom b'mod adegwat u tara li r-riżultati tat-testijiet jiġu approvati b'mod responsabbli mill-bord amministrattiv tagħha;

Kummenti oħra

29.  Josserva li l-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-gvern Pollakk daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2017; jinnota li dan għandu effett fuq diversi proċessi tal-Aġenzija b'konsegwenzi kbar fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-faċilitajiet ta' ġestjoni; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-proġetti li jirriżultaw, b'mod partikolari l-kostruzzjoni tal-bini tal-kwartieri ġenerali l-ġodda u l-istabbiliment ta' skola Ewropea f'Varsavja;

o
o   o

30.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(3) dwar il-

(1) ĠU C 108, 22.03.2018, p. 112.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).
(3) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali