Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2211(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0126/2019

Testi mressqa :

A8-0126/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.51

Testi adottati :

P8_TA(2019)0292

Testi adottati
PDF 169kWORD 54k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Kwittanza 2017 - L-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
P8_TA-PROV(2019)0292A8-0126/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2211(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05827/2019 – C8-0100/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha l-vantaġġi fuqha(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0126/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 452, 14.12.2018, p. 36.
(2) ĠU C 452, 14.12.2018, p. 36.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2211(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05827/2019 – C8-0100/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0126/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2017

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 452, 14.12.2018, p. 36.
(2) ĠU C 452, 14.12.2018, p. 36.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2211(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0126/2019),

A.  billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita f'Marzu 2007 għal perjodu ta' 35 sena permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom(1);

B.  billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Euratom, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-Euratom, u pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta' kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata;

C.  billi l-objettivi tal-Impriża Konġunta huma li tipprovdi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-proġett internazzjonali ITER għall-enerġija mill-fużjoni, li timplimenta l-ftehim ta' approċċ usa' bejn il-Euratom u l-Ġappun, u li tipprepara għall-kostruzzjoni ta' reattur dimostrattiv tal-enerġija mill-fużjoni;

D.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Marzu 2008;

Ġenerali

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti") isib li l-kontijiet annwali, fl-aspetti materjali kollha, jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2016 kif ukoll li r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena li kienet għadha kemm intemmet, huma konformi mar-regolament finanzjarju tagħha u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jirrikonoxxi l-fatt li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2017 huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;

3.  Jenfasizza l-fatt li l-Impriża Konġunta hija responsabbli għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-proġett ITER u li l-limitu massimu tal-baġit ta' EUR 6 600 000 000 sal-2020 irid jinżamm kif inhu; jinnota li din iċ-ċifra ma tinkludix is-EUR 663 000 000 proposti mill-Kummissjoni fl-2010 biex ikopru l-kontinġenzi potenzjali;

4.  Jinnota li f'Novembru 2016, il-Kunsill tal-Organizzazzjoni ITER ("il-Kunsill ITER") approva linja bażi ġdida tal-proġett ITER għall-ambitu, l-iskeda u l-ispejjeż tal-proġett; jinnota, barra minn hekk, li l-iskeda tal-proġett globali għall-operazzjonijiet "l-Ewwel Plażma" u "Dewterju-Tritju" ġiet approvata; jinnota l-fatt li wara l-approvazzjoni tal-linja bażi l-ġdida għall-proġett ITER, l-Impriża Konġunta ffissat l-iskeda ta' żmien il-ġdida u kkalkulat mill-ġdid l-ispiża relatata, mal-ikkompletar tal-kontribuzzjoni mill-Impriża Konġunta għall-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett.

5.  Jesprimi tħassib kontinwu li d-data stmata tat-tlestija tal-fażi kollha tal-kostruzzjoni hija attwalment ippjanata b'dewmien ta' madwar 15-il sena meta mqabbel mal-linja bażi oriġinali; jirrikonoxxi l-fatt li l-Proġett ITER irrapporta li kien lesta 50 fil-mija tal-"ambitu totali tax-xogħol ta' kostruzzjoni permezz tal-Ewwel Plażma" fi tmiem l-2017; jinnota l-fatt li l-iskeda l-ġdida li ġiet approvata mill-Kunsill ITER tiddefinixxi approċċ imqassam f'erba' stadji, li fih, Diċembru 2025 huwa d-data ta' skadenza biex jitlesta l-ewwel stadju strateġiku tal-fażi tal-kostruzzjoni tal-proġett ("L-Ewwel Plażma") u Diċembru 2035 huwa d-data stmata tat-tlestija għalkollox tal-fażi kollha tal-kostruzzjoni; jagħraf il-fatt li l-għan tal-approċċ il-ġdid imqassam fi stadji huwa li l-implimentazzjoni tal-proġett tkun allinjata aħjar mal-prijoritajiet u l-limitazzjonijiet tal-Membri kollha tal-Organizzazzjoni ITER;

6.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti sab li r-riżultati, li ġew ippreżentati lill-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta f'Diċembru 2016, indikaw rekwiżit mistenni ta' finanzjament addizzjonali ta' EUR 5 400 000 000 (f'valuri tal-2008) għal dak li diġà kien impenjat għall-fażi ta' kostruzzjoni wara l-2020, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 82 % meta mqabbel mal-baġit approvat ta' EUR 6 600 000 000 (f'valuri tal-2008); itenni l-fatt li s-somma ta' EUR 6 600 000 000 adottata mill-Kunsill fl-2010 sservi bħala limitu massimu għall-infiq tal-Impriża Konġunta sal-2020; jirrikonoxxi li l-finanzjament addizzjonali meħtieġ biex jitlesta għalkollox il-proġett ITER irid jinvolvi impenji futuri tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali;

7.  Jenfasizza l-fatt li, flimkien mal-fażi ta' kostruzzjoni, l-Impriża Konġunta se jkollha tikkontribwixxi għall-fażi operattiva tal-ITER u għall-fażijiet sussegwenti tad-diżattivazzjoni u tad-dekummissjonar tal-ITER; jinnota li l-kontribuzzjoni għall-fażijiet ta' diżattivazzjoni u ta' dekummissjonar ġew stmati għal EUR 95 540 000 (f'valuri tal-2001) u EUR 180 200 000 (f'valuri tal-2001); jinsab imħasseb li l-kontribuzzjoni għall-fażi operattiva wara l-2035 għadha ma ġietx stmata f'termini finanzjarji; jistieden lill-Impriża Konġunta tagħmel stima tal-ispiża tal-fażi operattiva ta' wara l-2035 mill-aktar fis possibbli;

8.  Jenfasizza li fl-14 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni intitolata "Il-kontribuzzjoni tal-UE lejn il-proġett ITER riformat", fejn issuġġeriet li jkun xieraq li jkun hemm kontinġenza sa 24 xahar fir-rigward tal-iskeda ta' żmien u 10 sa 20 % fir-rigward tal-baġit; jinnota, barra minn hekk, li l-miżuri li ttieħdu biex jiġi rrispettat il-limitu massimu tal-baġit ta' EUR 6 600 000 000 kienu jinkludu l-posponiment tal-akkwist u l-installazzjoni tal-komponenti kollha li mhumiex essenzjali għall-Ewwel Plażma; jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li filwaqt li ttieħdu passi pożittivi biex jittejbu l-ġestjoni u l-kontroll tal-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett ITER, għad hemm ir-riskju ta' aktar żidiet fl-ispejjeż u aktar dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett meta mqabbel mal-linja bażi l-ġdida li ġiet proposta; jistieden lill-Impriża Konġunta u lill-partijiet kollha tal-proġett biex jieħdu azzjoni xierqa biex jidentifikaw u janalizzaw ir-riskji potenzjali kollha u jistabbilixxu Pjan ta' Azzjoni li jkun jinkludi wkoll analiżi ulterjuri dwar l-impatt tal-Brexit;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

9.  Jinnota li l-baġit finali 2017 disponibbli għall-implimentazzjoni kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 588 916 058 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 864 914 263; jinnota li r-rati ta' utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 99,9 % u 96,3 % rispettivament (99,8 % u 98,1 % fl-2016);

10.  Jiddispjaċih li, minħabba nuqqasijiet serji fil-proċess ta' ppjanar tal-baġit, flimkien mal-aċċelerazzjoni ta' ċerti kuntratti, l-Impriża Konġunta finalment kellha bżonn EUR 832 600 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2017, filwaqt li l-ammont inizjali approvat fi Frar 2017 kien jammonta għal EUR 548 600 000; jinnota b'dispjaċir li l-Impriża Konġunta stmat li madwar EUR 150 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament għall-baġit tal-2018 għadhom ma tħallsux; jinnota mir-risposta tal-Impriża Konġunta li l-Euratom ipprovdiet approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali u li s-sistema ta' previżjoni tal-pagamenti ġiet totalment imfassla mill-ġdid u integrata;

11.  Jinnota li mill-EUR 588 916 058 disponibbli għall-approprjazzjonijiet ta' impenn, kważi 96,5 % ġew implimentati permezz ta' impenji individwali diretti (99,7 % fl-2016);

12.  Jirrikonoxxi l-implimentazzjoni kważi sħiħa tal-baġit 2017 u r-riporti awtomatiċi;

13.  Jinnota li, fl-2017, il-bilanċ tal-eżitu tal-baġit ammonta għal EUR 17 236 192 (EUR 5 880 000 fl-2016);

Prestazzjoni

14.  Josserva li l-Impriża Konġunta tuża settijiet ta' objettivi tekniċi u mhux tekniċi u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tkejjel il-prestazzjoni tagħha; jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta pprovdiet sebgħa mid-disa' stadji importanti ppjanati tal-Kunsill ITER fl-2017; japprezza li, fil-livell globali tal-Proġett ITER, inkisbu 30 minn 32 stadju importanti tal-Kunsill ITER;

15.  Jinnota li l-kontenut, l-istruttura u għalhekk l-affidabbiltà u l-effettività tal-iskedi tjiebu f'dawn l-aħħar snin;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.  Jinnota li, fl-2017, il-bord ta' tmexxija tal-Impriża Konġunta kompla jimplimenta l-parti tal-akkwist pubbliku tal-istrateġija kontra l-frodi; jinnota li l-Impriża Konġunta adottat lista ta' kontroll abbażi tas-sett tagħha stess ta' indikaturi tar-riskju tal-frodi tal-akkwist, jiġifieri, bnadar ħomor, meqjusa bħala prerekwiżit għall-iżvilupp tal-għodda tal-IT kontra l-frodi, wara li kienet żviluppathom internament; jirrikonoxxi li l-użu tal-lista ta' kontroll issa qed jiġi introdott fil-proċessi interni tal-Impriża Konġunta flimkien ma' bidliet oħra fl-akkwist; jinnota li s-sessjonijiet tal-Etika u l-Integrità ngħataw lil dawk li għadhom jaslu;

Selezzjoni u reklutaġġ tal-persunal

17.  Jinnota b'dispjaċir li l-Qorti sabet nuqqasijiet sinifikanti fir-rigward tar-reklutaġġ ta' persunal maniġerjali prinċipali; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp li jsir f'dan ir-rigward;

Kontroll Intern

18.  Jinnota li l-Impriża Konġunta ma segwitx b'mod konsistenti d-dikjarazzjonijiet ta' interessi mill-maniġment superjuri; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp li jsir f'dan ir-rigward;

19.  Josserva li fl-2018, il-Qorti Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja annullat żewġ deċiżjonijiet ta' impjieg li kienu saru fl-2015 minħabba irregolaritajiet fil-proċess ta' reklutaġġ; jinnota mir-risposta tal-Impriża Konġunta li hija appellat kontra dawk l-annullamenti u li l-Ombudsman Ewropew kienet iddeċidiet favur l-Impriża Konġunta f'dawk il-każijiet;

20.  Jinnota b'dispjaċir li nuqqasijiet sinifikanti fl-istrateġiji ta' komunikazzjoni interna ma żgurawx it-tixrid ta' informazzjoni xierqa dwar l-ispejjeż stmati tal-fażi ta' dekummissjonar fi ħdan l-organizzazzjoni u, għalhekk, l-Impriża Konġunta ma ddivulgat l-ebda dispożizzjoni għal tali responsabbiltà fil-kontijiet tas-snin preċedenti; jinnota li l-ammont tal-provvediment kontabilistiku sal-31 ta' Diċembru 2017 ġie stmat għal EUR 85 200 000;

Akkwist u għotjiet operattivi

21.  Jinnota li, matul l-2017, ġew varati 83 proċedura ta' akkwist operattiv u ġew iffirmati 69 kuntratt ta' akkwist operattiv.

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58).

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali