Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0247(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0174/2019

Testi mressqa :

A8-0174/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 20
CRE 26/03/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 27/03/2019 - 10.5
CRE 27/03/2019 - 10.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0299

Testi adottati
PDF 348kWORD 103k
L-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
L-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) ***I
P8_TA-PROV(2019)0299A8-0174/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (COM(2018)0465 – C8-0274/2018 – 2018/0247(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0465),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0274/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0174/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  L-għanijiet ta' strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni huma distinti fis-sustanza mill-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, minħabba li dan l-istrument għandu l-għan li jipprepara lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I għal sħubija futura fl-Unjoni u li jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni tagħhom. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jinżamm strument dedikat bħala appoġġ għat-tkabbir, filwaqt li tiġi żgurata l-komplementarjetà tiegħu mal-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI – Neighbourhood, Development and International Cooperation Instrument).
(2)  L-objettiv ta' strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni huwa li jipprepara lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I ("benefiċjarji") għal sħubija futura fl-Unjoni u li jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni tagħhom, bi qbil mal-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż ir-rispett għad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali kif ukoll il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt kif imniżżla fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Filwaqt li n-natura distinta tal-proċess ta' adeżjoni jitlob strument dedikat bħala appoġġ għat-tkabbir, l-objettivi u l-funzjonament ta' dan l-istrument jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u kumplimentari għalihom u b'mod partikolari mal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI – Neighbourhood, Development and International Cooperation Instrument).
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprevedi li kull stat Ewropew li jirrispetta l-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tad-demokrazija, tal-ugwaljanza, tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, u li jimpenja ruħu li jippromwovi dawn il-valuri, jista' japplika biex isir membru tal-Unjoni. Stat Ewropew li jkun applika biex jissieħeb fl-Unjoni jista' jsir membru biss meta jiġi kkonfermat li jissodisfa l-kriterji ta' sħubija stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen f'Ġunju 1993 (il-“kriterji ta' Copenhagen”) u dejjem jekk l-Unjoni jkollha l-kapaċità li tintegra lill-membru l-ġdid. Il-kriterji ta' Copenhagen huma relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi, l-eżistenza ta' ekonomija tas-suq operattiva kif ukoll il-kapaċità li jlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni, u l-abbiltà li jieħu fuqu mhux biss id-drittijiet iżda wkoll l-obbligi stabbiliti fit-Trattati, inkluża aderenza mal-għanijiet ta' unjoni politika, ekonomika u monetarja.
(3)  L-Artikolu 49 tat-TUE jipprevedi li kull stat Ewropew li jirrispetta l-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tad-demokrazija, tal-ugwaljanza, tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, u li jimpenja ruħu li jippromwovi dawn il-valuri, jista' japplika biex isir membru tal-Unjoni. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Il-proċess tat-tkabbir huwa mibni fuq kriterji stabbiliti u kundizzjonalità ġusta u rigoruża. Kull benefiċjarju jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-merti proprji tiegħu. Il-valutazzjoni tal-progress miksub u l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet għandhom l-għan li jipprovdu inċentivi u gwida lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I biex jaħdmu fuq ir-riformi estensivi meħtieġa. Sabiex il-prospett ta' tkabbir isir realtà, l-impenn sod għall-prinċipju tal-"fundamentali l-ewwel"15 huwa essenzjali. Il-progress lejn l-adeżjoni jiddependi fuq ir-rispett ta' kull applikant għall-valuri tal-Unjoni u l-kapaċità tiegħu li jwettaq ir-riformi meħtieġa sabiex jallinja s-sistemi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi u ekonomiċi mar-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki fl-Unjoni.
(4)  Il-proċess tat-tkabbir huwa mibni fuq kriterji stabbiliti u kundizzjonalità ġusta u rigoruża. Kull benefiċjarju jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-merti proprji tiegħu. Il-valutazzjoni tal-progress miksub u l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet għandhom l-għan li jipprovdu inċentivi u gwida lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I biex jaħdmu fuq ir-riformi estensivi meħtieġa. Sabiex il-prospett ta' tkabbir isir realtà, l-impenn sod għall-prinċipju tal-"fundamentali l-ewwel"15 huwa essenzjali. Ir-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u l-kooperazzjoni reġjonali bbażati fuq soluzzjoni definittiva, inklużiva u vinkolanti ta' tilwim bilaterali huma elementi essenzjali tal-proċess ta' tkabbir u kritiċi għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Unjoni kollha kemm hi. Il-progress lejn l-adeżjoni jiddependi fuq ir-rispett ta' kull applikant għall-valuri tal-Unjoni u l-kapaċità tiegħu li jwettaq u jimplimenta r-riformi meħtieġa sabiex jallinja s-sistemi politiċi, istituzzjonali, legali, soċjali, amministrattivi u ekonomiċi mar-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki fl-Unjoni. Il-Qafas ta' Negozjati jistabbilixxi r-rekwiżiti li magħhom jiġi valutat il-progress fin-negozjati ta' adeżjoni ma' kull pajjiż kandidat.
_________________
_________________
15 L-approċċ tal-"fundamentali l-ewwel" jorbot l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali maż-żewġ oqsma kruċjali l-oħrajn tal-proċess ta' adeżjoni: il-governanza ekonomika – enfasi msaħħa fuq l-iżvilupp ekonomiku u kompetittività mtejba – u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. Kull wieħed minn dawn it-tliet prinċipji fundamentali huwa ta' importanza kruċjali għall-proċessi ta' riforma fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali u jindirizza t-tħassib ewlieni taċ-ċittadini.
15 L-approċċ tal-"fundamentali l-ewwel" jorbot l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali maż-żewġ oqsma kruċjali l-oħrajn tal-proċess ta' adeżjoni: il-governanza ekonomika – enfasi msaħħa fuq l-iżvilupp ekonomiku u kompetittività mtejba – u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. Kull wieħed minn dawn it-tliet prinċipji fundamentali huwa ta' importanza kruċjali għall-proċessi ta' riforma fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali u jindirizza t-tħassib ewlieni taċ-ċittadini.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Stat Ewropew li jkun applika biex jaderixxi mal-Unjoni jista' jsir membru tal-Unjoni biss meta jiġi kkonfermat li jissodisfa totalment il-kriterji ta' adeżjoni stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen f'Ġunju 1993 (il-"kriterji ta' Copenhagen") u dejjem jekk l-Unjoni jkollha l-kapaċità li tintegra lill-membru l-ġdid. Il-kriterji ta' Copenhagen huma relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi, l-eżistenza ta' ekonomija tas-suq li tiffunzjona kif ukoll il-kapaċità li jlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni, u l-abbiltà li jieħu fuqu mhux biss id-drittijiet iżda wkoll l-obbligi stabbiliti fit-Trattati, inkluż il-ksib tal-għanijiet ta' unjoni politika, ekonomika u monetarja.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Il-politika tat-tkabbir tal-Unjoni hija investiment fil-paċi, fis-sigurtà u fl-istabbiltà fl-Ewropa. Din tagħti aktar opportunitajiet ekonomiċi u kummerċjali, għall-benefiċċju reċiproku tal-Unjoni u tal-Istati Membri aspiranti. Il-prospett ta' sħubija fl-Unjoni għandu effett trasformattiv qawwi, li jintroduċi bidla pożittiva demokratika, politika, ekonomika u soċjali.
(5)  Il-politika tat-tkabbir hija parti integrali mill-azzjoni esterna tal-Unjoni, u tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà, il-prosperità u l-istabbiltà kemm ġewwa kif ukoll barra l-fruntieri tal-Unjoni. Din tagħti aktar opportunitajiet ekonomiċi u kummerċjali, għall-benefiċċju reċiproku tal-Unjoni u tal-Istati Membri aspiranti filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta' integrazzjoni progressiva biex tiġi żgurata trasformazzjoni bla xkiel għall-benefiċjarji. Il-prospett ta' sħubija fl-Unjoni għandu effett trasformattiv qawwi, li jintroduċi bidla pożittiva demokratika, politika, ekonomika u soċjali.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll assistenza f'konformità mal-ftehimiet konklużi mill-Unjoni mal-benefiċjarji elenkati fl-Anness I. Jenħtieġ li l-assistenza tkun tiffoka l-aktar fuq l-għajnuna lill-benefiċjarji elenkati fl-Anness I biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, biex jirriformaw l-amministrazzjoni ġudizzjarja u pubblika, biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni. Jenħtieġ ukoll li l-assistenza ssostni l-prinċipji u d-drittijiet ewlenin kif definiti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali17. Jenħtieġ li l-assistenza tkompli tappoġġa l-isforzi tagħhom biex javvanzaw fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Jenħtieġ ukoll li ssaħħaħ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku u l-governanza ekonomika tagħhom, filwaqt li tirfed aġenda tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiva, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta' politiki ta' żvilupp reġjonali, ta' agrikoltura u żvilupp rurali, soċjali u tal-impjiegi, u l-iżvilupp tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali, f'konformità wkoll mal-inizjattiva emblematika l-Aġenda Diġitali għall-Balkani tal-Punent.
(7)  Jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll assistenza f'konformità mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, inkluż mal-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-assistenza tkun tiffoka l-aktar fuq l-għajnuna lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, biex jirriformaw l-amministrazzjoni ġudizzjarja u pubblika, biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, u biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali, ir-rispett tal-istandards internazzjonali tax-xogħol relatati mad-drittijiet tal-ħaddiema u n-nondiskriminazzjoni kontra gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal u persuni b'diżabbiltajiet. Jenħtieġ li l-assistenza ssostni wkoll l-osservanza, min-naħa tal-benefiċjarji, tal-prinċipji u d-drittijiet ewlenin kif definiti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali17, kif ukoll tal-ekonomija soċjali tas-suq u tal-konverġenza lejn l-acquis soċjali. Jenħtieġ li l-assistenza tkompli tappoġġa l-isforzi tagħhom biex javvanzaw fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE, bil-ħsieb li jiġu żviluppati relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u tissaħħaħ ir-rikonċiljazzjoni. Jenħtieġ li wkoll tippromwovi stutturi ta' kooperazzjoni settorjali reġjonali u ssaħħaħ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku u l-governanza ekonomika tagħhom, trawwem l-integrazzjoni ekonomika mas-suq uniku tal-Unjoni, inkluża l-kooperazzjoni doganali, tippromwovi kummerċ miftuħ u ġust, filwaqt li tirfed aġenda tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiva, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta' politiki ta' żvilupp reġjonali, ta' koeżjoni u inklużjoni, ta' agrikoltura u żvilupp rurali, soċjali u tal-impjiegi, u l-iżvilupp tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali, f'konformità wkoll mal-inizjattiva emblematika l-Aġenda Diġitali għall-Balkani tal-Punent.
_________________
_________________
17 Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamat solennement mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir li sar f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017.
17 Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamat solennement mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir li sar f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)   Meta wieħed iqis in-natura trasformattiva tal-proċess ta' riforma matul il-proċess ta' tkabbir fil-pajjiżi kandidati, l-Unjoni jenħtieġ li ttejjeb l-isforzi tagħha fil-prijoritizzazzjoni ta' oqsma ewlenin għall-finanzjament tal-Unjoni, bħalma huma l-bini tal-istituzzjoni u tas-sigurtà, u ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għal pajjiżi kandidati meta jimplimentaw proġetti bil-għan li tipproteġi dawk il-pajjiżi kandidati minn influwenzi mhux tal-UE.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
(7b)   L-isforzi tal-Unjoni biex tappoġġa l-progress tar-riforma fil-pajjiżi kandidati permezz tal-finanzjament tal-IPA jenħtieġ li jkunu kkomunikati sew fil-pajjiżi kandidati, kif ukoll fl-Istati Membri. L-Unjoni, f'dak ir-rigward, jenħtieġ li ssaħħaħ l-isforzi ta' komunikazzjoni u ta' kampanja sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-IPA, bħala l-istrument ewlieni tal-UE ta' paċi u stabbiltà f'oqsma tat-tkabbir. 
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7c (ġdida)
(7c)   L-importanza tal-faċilitazzjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit hija rikonoxxuta fir-rigward tal-bini tal-istituzzjonijiet, li mbagħad tgħin fl-antiċipazzjoni ta' kwistjonijiet ta' sigurtà possibbli, u tipprevjeni l-flussi migratorji illegali possibbli fil-futur lejn l-Istati Membri.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Il-kooperazzjoni strateġika u operazzjonali msaħħa bejn l-Unjoni u l-benefiċjarji elenkati fl-Anness I dwar is-sigurtà hija kruċjali biex it-theddid ta' terroriżmu u għas-sigurtà jiġi indirizzat effettivament u effiċjentement.
(9)  Il-kooperazzjoni strateġika u operazzjonali msaħħa bejn l-Unjoni u l-benefiċjarji elenkati fl-Anness I dwar is-sigurtà u r-riforma tas-settur tad-difiża hija kruċjali biex it-theddid ta' terroriżmu, il-kriminalità organizzata u s-sigurtà jiġu indirizzat b'mod effettiv u effiċjenti.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Jenħtieġ li l-azzjonijiet meħuda fl-ambitu tal-istrument stabbilit minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu wkoll biex jagħtu għajnuna lill-benefiċjarji fl-allinjament progressiv mal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), u l-implimentazzjoni ta' miżuri restrittivi kif ukoll il-politiki esterni usa' tal-Unjoni fl-istituzzjonijiet internazzjonali u fil-fora multilaterali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkoraġġixxi l-benefiċjarji jżommu ordni globali abbażi tar-regoli u l-valuri u jikkooperaw dwar il-promozzjoni tal-multilateraliżmu u t-tisħiħ ulterjuri tas-sistema internazzjonali tal-kummerċ, inklużi r-riformi tad-WTO.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Huwa essenzjali li tiżdied iktar l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni inkluża l-ġestjoni tal-fruntieri, dwar l-iżgurar tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, dwar il-kondiviżjoni ta' informazzjoni rilevanti, dwar it-tisħiħ tal-benefiċċji għall-iżvilupp tal-migrazzjoni, dwar il-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni legali u tal-ħaddiema, dwar it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u fuq l-isforz tagħna fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, kontra t-traffikar ta' bnedmin u kontra l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali.
(10)  Il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni inkluża l-ġestjoni u l-kontroll tal-fruntieri, dwar l-iżgurar tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, dwar il-kondiviżjoni ta' informazzjoni rilevanti, dwar it-tisħiħ tal-benefiċċji għall-iżvilupp tal-migrazzjoni, dwar il-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni legali u tal-ħaddiema, dwar it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u l-isforzi li jipprevjenu u jiskoraġġixxu l-migrazzjoni irregolari u l-ispustar furzat tal-persuni, u l-ġlieda kontra t-traffikar ta' bnedmin u d-dħul klandestin ta' persuni huma aspett importanti ta' kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-benefiċjarji.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  It-tisħiħ tal-istat ta' dritt, inkluż il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, u l-governanza tajba, inkluża r-riforma fl-amministrazzjoni pubblika, għandhom sfidi ewlenin fil-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji elenkati fl-Anness I u huma essenzjali sabiex il-benefiċjarji jersqu eqreb lejn l-Unjoni u aktar tard biex jieħdu fuqhom b'mod sħiħ l-obbligi tas-sħubija fl-Unjoni. Minħabba li r-riformi mixtieqa f'dawk l-oqsma huma fit-tul u minħabba l-ħtieġa li jinbnew rekords ta' prestazzjoni, l-assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li tindirizza r-rekwiżiti imposti fuq il-benefiċjarji elenkati fl-Anness I mill-aktar fis possibbli.
(11)  It-tisħiħ tal-istat ta' dritt, inkluż l-indipendenza tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-kriminalità organizzata, u l-governanza tajba, inkluża r-riforma fl-amministrazzjoni pubblika, filwaqt li jingħata appoġġ lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-allinjament kontinwu dwar it-trasparenza, l-akkwist pubbliku, il-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat, il-proprjetà intellettwali u l-investiment barrani għadhom sfidi ewlenin u huma essenzjali sabiex il-benefiċjarji jersqu eqreb lejn l-Unjoni u jitħejjew biex aktar tard jieħdu fuqhom b'mod sħiħ l-obbligi tas-sħubija fl-Unjoni. Minħabba li r-riformi mixtieqa f'dawk l-oqsma huma fit-tul u minħabba l-ħtieġa li jinbnew rekords ta' prestazzjoni, l-assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun programmata biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet mill-aktar fis possibbli.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  F'konformità mal-prinċipju tad-demokrazija parteċipattiva, is-sorveljanza parlamentari ta' kull benefiċjarju elenkat fl-Anness I ta' min tiġi inkoraġġita mill-Kummissjoni.
(12)  Id-dimensjoni parlamentari tibqa' fundamentali fil-proċess ta' adeżjoni. Għalhekk, f'konformità mal-prinċipju tad-demokrazija parteċipattiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet parlamentari, is-sorveljanza parlamentari, il-proċeduri demokratiċi u r-rappreżentanza ġusta ta' kull benefiċjarju.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Il-benefiċjarji elenkati fl-Anness I hemm bżonn li jkunu ppreparati aħjar sabiex jindirizzaw l-isfidi dinjija, bħall-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, u li jallinjaw ruħhom mal-isforzi tal-Unjoni biex tindirizza dawk il-kwistjonijiet. Biex jirrifletti l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat konformi mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs – Sustainable Development Goals), dan il-programm għandu jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira globali ta' 25 % tal-infiq baġitarju tal-UE li jappoġġa l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet li jaqgħu taħt dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 16 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm favur objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u l-kontribuzzjoni kumplessiva minn dan il-programm jenħtieġ li tkun parti mill-evalwazzjonijiet u mill-proċessi ta' rieżami rilevanti.
(13)  Il-benefiċjarji hemm bżonn li jkunu ppreparati aħjar sabiex jindirizzaw l-isfidi dinjija, bħall-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, u li jallinjaw ruħhom mal-isforzi tal-Unjoni biex tindirizza dawk il-kwistjonijiet. Biex jirrifletti l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat konformi mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs – Sustainable Development Goals), dan il-programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira globali ta' 25 % tal-infiq baġitarju tal-UE li jappoġġa l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet li jaqgħu taħt dan il-Programm jenħtieġ li jimmiraw biex jikkontribwixxu tal-inqas 16 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm favur objettivi klimatiċi, filwaqt li jistinkaw biex jilħqu l-għan li l-infiq relatat mal-klima jilħaq, sal-2027, it-30 % tan-nefqa tal-QFP. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-proġetti ambjentali li jindirizzaw it-tniġġis transfruntier. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-Programm, u l-kontribuzzjoni kumplessiva minn dan il-programm jenħtieġ li tkun parti mill-evalwazzjonijiet u mill-proċessi ta' rieżami rilevanti.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw il-konformità, il-koerenza u l-komplementarjetà tal-assistenza tagħhom, b'mod partikolari permezz ta' konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-assistenza. Jenħtieġ li jittieħdu wkoll il-passi meħtieġa sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni u komplementarjetà aħjar, inkluż permezz ta' konsultazzjonijiet regolari, ma' donaturi oħrajn. Ir-rwol tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jiġi msaħħaħ kemm fil-programmi implimentati permezz ta' korpi ta' governanza u bħala benefiċjarju dirett tal-assistenza tal-Unjoni.
(16)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw il-konformità, il-koerenza, il-konsistenza u l-komplementarjetà tal-assistenza finanzjarja esterna, b'mod partikolari permezz ta' konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-assistenza. Jenħtieġ li jittieħdu wkoll il-passi meħtieġa sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni u komplementarjetà aħjar, inkluż permezz ta' konsultazzjonijiet regolari, ma' donaturi oħrajn. Organizzazzjonijiet differenti indipendenti tas-soċjetà ċivili u tipi u livelli differenti ta' awtoritajiet lokali jenħtieġ li jiżvolġu rwol sinifikanti fil-proċess. B'konformità mal-prinċipju ta' sħubija inklużiva, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jkunu parti mit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi eżegwiti permezz ta' korpi governattivi u jkunu l-benefiċjarji diretti tal-assistenza tal-Unjoni.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Il-prijoritajiet għall-azzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet fl-oqsma ta' politika relevanti li se jiġu appoġġati taħt dan ir-regolament jenħtieġ li jiġu definiti f'qafas ta' programmazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni għad-durata tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027 fi sħubija mal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, fuq il-bażi tal-aġenda tat-tkabbir u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, f'konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi ddefiniti minn dan ir-Regolament u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istrateġiji nazzjonali rilevanti. Jenħtieġ li l-qafas ta' programmazzjoni jidentifika l-oqsma li għandhom jiġu appoġġati permezz tal-assistenza b'allokazzjoni indikattiva għal kull qasam ta' appoġġ, inkluż stima tan-nefqa relatata mal-klima.
(17)  L-objettivi speċifiċi u miżurabbli fl-oqsma ta' politika rilevanti jenħtieġ li jiġu definiti għal kull benefiċjarju, segwiti minn prijoritajiet għal azzjoni biex jintlaħqu dawn l-objettivi f'qafas ta' programmazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati. Il-qafas ta' programmazzjoni jenħtieġ li jiġi stabbilit fi sħubija mal-benefiċjarji, fuq il-bażi tal-aġenda tat-tkabbir u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, f'konformità mal-objettivi ġenerali u speċifiċi ddefiniti minn dan ir-Regolament u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istrateġiji nazzjonali rilevanti u r-riżoluzzjonijiet pertinenti tal-Parlament Ewropew. Jenħtieġ li tali sħubija tinkludi, kif hu xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-koordinament bejn id-donaturi. Il-qafas ta' programmazzjoni jenħtieġ li jiġi rieżaminat wara l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu. Jenħtieġ li l-qafas ta' programmazzjoni jidentifika l-oqsma li għandhom jiġu appoġġati permezz tal-assistenza b'allokazzjoni indikattiva għal kull qasam ta' appoġġ, inkluż stima tan-nefqa relatata mal-klima.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Huwa fl-interess tal-Unjoni li tassisti l-benefiċjarji elenkati fl-Anness I fl-isforzi tagħhom għar-riforma bil-ħsieb ta' sħubija fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-assistenza tiġi ġestita b'enfasi qawwija fuq ir-riżultati u b'inċentivi għal dawk li juru l-impenn tagħhom għar-riforma permezz tal-implimentazzjoni effiċjenti tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni u l-progress lejn l-ilħuq tal-kriterji tas-sħubija.
(18)  Huwa fl-interess komuni tal-Unjoni u tal-benefiċjarji li tassisti l-benefiċjarji fl-isforzi tagħhom għar-riforma tas-sistemi politiċi, legali u ekonomiċi tagħhom bil-ħsieb ta' sħubija fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-assistenza tiġi ġestita f'konformità mal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni b'inċentivi sinifikanti abbażi ta' użu iżjed effiċjenti u effettiv tal-fondi għal dawk li juru l-impenn tagħhom għar-riforma permezz tal-implimentazzjoni effiċjenti tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni u l-progress lejn l-ilħuq tal-kriterji tas-sħubija. Jenħtieġ li l-assistenza tkun allokata f'konformità mal-prinċipju tas-"sehem ġust" u tal-konsegwenzi ċari fil-każ ta' deterjorament gravi jew nuqqas ta' progress fir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
(18a)   Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni ċari biex tiżgura li l-objettivi u l-azzjonijiet li jikkonċernaw benefiċjarji differenti jibqgħu rilevanti u fattibbli u li jkejlu l-progress b'mod regolari. Għal dak il-għan, kull objettiv jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn indikatur tal-prestazzjoni wieħed jew aktar, li jivvaluta l-adozzjoni mill-benefiċjarji tar-riformi u l-implimentazzjoni konkreta tagħhom.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  It-tranżizzjoni minn ġestjoni diretta mill-Kummissjoni tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni għal ġestjoni indiretta mill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I jenħtieġ li tkun progressiva u li timxi mal-kapaċitajiet rispettivi ta' dawk il-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-assistenza tkompli tagħmel użu mill-istrutturi u mill-istrumenti li wrew kemm huma ta' valur fil-proċess ta' qabel l-adeżjoni.
(19)  It-tranżizzjoni minn ġestjoni diretta mill-Kummissjoni tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni għal ġestjoni indiretta mill-benefiċjarji jenħtieġ li tkun progressiva u li timxi mal-kapaċitajiet rispettivi ta' dawk il-benefiċjarji. Dik it-tranżizzjoni jenħtieġ li titreġġa' lura jew tiġi sospiża f'oqsma ta' politika jew ta' programm speċifiċi fil-każ li l-benefiċjarji jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi rilevanti jew li jamministraw il-fondi tal-Unjoni f'konformità mar-regoli, il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti. Jenħtieġ li tali deċiżjoni tqis b'mod debitu kwalunkwe konsegwenza ekonomika u soċjali negattiva possibbli. Jenħtieġ li l-assistenza tkompli tagħmel użu mill-istrutturi u mill-istrumenti li wrew kemm huma ta' valur fil-proċess ta' qabel l-adeżjoni.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  L-Unjoni jenħtieġ li tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli sabiex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan jenħtieġ li jinkiseb permezz tal-koerenza u l-komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u programmi tal-Unjoni oħrajn. Dan jinkludi, fejn huwa rilevanti, il-koerenza u l-komplementarjetà mal-assistenza makrofinanzjarja.
(20)  L-Unjoni jenħtieġ li tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli sabiex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan jenħtieġ li jinkiseb, sabiex jiġi evitat it-trikkib ma' strumenti ta' finanzjament estern eżistenti oħra, permezz tal-koerenza, il-konsistenza u l-komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u programmi tal-Unjoni oħrajn. Dan jinkludi, fejn huwa rilevanti, il-koerenza u l-komplementarjetà mal-assistenza makrofinanzjarja.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)   Mingħajr preġudizzju għall-proċedura tal-baġit u d-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-għajnuna stabbilita fil-ftehimiet internazzjonali mal-benefiċjarji, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex temenda l-Anness I ta' dan ir-Regolament biex tissospendi, anki parzjalment, l-assistenza tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali setgħa tintuża meta jkun hemm rigress konsistenti fuq wieħed jew aktar mill-kriterji ta' Copenhagen jew meta l-benefiċjarju jonqos milli jirrispetta l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jew jikser l-impenji li ħa fl-ambitu tal-ftehimiet rilevanti konklużi mal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li r-raġunijiet li jiġġustifikaw is-sospensjoni tal-assistenza ma jkunux japplikaw aktar, jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex temenda l-Anness I biex terġa' tintroduċi l-assistenza tal-Unjoni.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-regolament jenħtieġ li jingħażlu fuq il-bażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jiksbu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Ta' min jitqies l-użu ta' somom f'daqqa, prezzijiet fissi u kostijiet tal-unità, kif ukoll ta' finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet, kif inhu msemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' eżekuzzjoni skont dan ir-regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jiksbu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, prezzijiet fissi u kostijiet tal-unità, kif ukoll ta' finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet, kif inhu msemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tapplika regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni. Ir-regoli u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-istrumenti għall-finanzjament tal-azzjoni esterna tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru [NDICI] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet addizzjonali dettaljati biex jindirizzaw sitwazzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari għall-oqsma ta' politika tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-agrikoltura u żvilupp rurali.
(25)  Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tapplika regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni. Ir-regoli u l-proċeduri għall-applikazzjoni tal-istrumenti għall-finanzjament tal-azzjoni esterna tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru [NDICI] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet addizzjonali dettaljati biex jindirizzaw sitwazzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari għall-oqsma ta' politika tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  L-azzjonijiet esterni spiss jiġu implimentati f'ambjent volatili ħafna u jkun hemm bżonn adattament rapidu u kontinwu għall-ħtiġijiet li qed jevolvu tas-sħab tal-Unjoni u għal sfidi dinjija għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba, is-sigurtà u l-istabbiltà, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, u l-migrazzjoni irregolari u l-għeruq tagħha. Li l-prinċipju tal-prevedibbiltà jiġi rikonċiljat mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda, għaldaqstant, jimplika li l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi tiġi adattata. Biex tiżdied l-abbiltà tal-Unjoni li tirrispondi għal ħtiġijiet imprevisti, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stabbilit annwalment, ir-Regolament jenħtieġ li jippreserva l-possibbiltà li jiġu applikati l-flessibilitajiet diġà permessi mir-Regolament Finanzjarju għal politiki oħrajn, jiġifieri trasferimenti u impenji mill-ġdid ta' fondi impenjati, biex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-fondi tal-UE, kemm għaċ-ċittadini tal-UE u għall-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, biex b'hekk jiġu massimizzati l-fondi tal-UE disponibbli għall-interventi ta' azzjoni esterna tal-UE.
(26)  L-azzjonijiet esterni spiss jiġu implimentati f'ambjent volatili ħafna u jkun hemm bżonn adattament rapidu u kontinwu għall-ħtiġijiet li qed jevolvu tas-sħab tal-Unjoni u għal sfidi dinjija għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba, is-sigurtà, id-difiża u l-istabbiltà, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, il-protezzjoniżmu ekonomiku, il-migrazzjoni irregolari u l-ispustar furzat tal-persuni u l-għeruq tagħha. Li l-prinċipju tal-prevedibbiltà jiġi rikonċiljat mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda, għaldaqstant, jimplika li l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-programmi tiġi adattata. Biex tiżdied l-abbiltà tal-Unjoni li tirrispondi għal ħtiġijiet imprevisti, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stabbilit annwalment, ir-Regolament jenħtieġ li jippreserva l-possibbiltà li jiġu applikati l-flessibilitajiet diġà permessi mir-Regolament Finanzjarju għal politiki oħrajn, jiġifieri trasferimenti u impenji mill-ġdid ta' fondi impenjati filwaqt li taderixxi mal-għanijiet u l-objettivi mniżżla f'dan ir-Regolament, biex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-fondi tal-UE, kemm għaċ-ċittadini tal-UE u għall-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, biex b'hekk jiġu massimizzati l-fondi tal-UE disponibbli għall-interventi ta' azzjoni esterna tal-UE. Jenħtieġ li jitħallew forom addizzjonali ta' flessibbiltà bħal pereżempju r-riallokazzjoni fost il-prijoritajiet, il-qsim ta' proġetti f'fażijiet differenti u l-ikkuntrattar eċċessiv.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 29a (ġdida)
(29a)   Il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera huma l-aktar programmi viżibbli tal-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, kif ukoll huma magħrufa sew miċ-ċittadini. Il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera jistgħu għalhekk itejbu b'mod sinifikanti l-viżibilità tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fl-istati kandidati;
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 31a (ġdida)
(31a)   Jenħtieġ li l-allokazzjonijiet ta' finanzjament kollha fl-ambitu ta' dan ir-Regolament isiru b'mod trasparenti, effettiv, responsabbli, depolitiċizzat u mhux diskriminatorju, anki permezz ta' distribuzzjoni ekwa li tirrifletti l-bżonnijiet tar-reġjuni u tal-muniċipalitajiet lokali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, il-Viċi President/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ("VP/RGħ") u, b'mod partikolari, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jagħmlu monitoraġġ mill-qrib tal-fatt li dawk il-kriterji jiġu ssodisfati u li l-prinċipji tat-trasparenza, tal-obbligu ta' rendikont u tan-nondiskriminazzjoni jiġu rispettati fl-allokazzjoni tal-fondi.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 31b (ġdida)
(31b)   Jenħtieġ li l-Kummissjoni, il-VP/ir-RGħ u, b'mod partikolari, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-benefiċjarji jsaħħu l-viżibbiltà tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni tal-Unjoni bil-għan li jikkomunikaw il-valur miżjud tal-appoġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni jirrikonoxxu l-oriġini tal-finanzjament tal-Unjoni u jiżguraw il-viżibbiltà adegwata tiegħu. Jenħtieġ li l-IPA jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-azzjonijiet ta' komunikazzjoni għal finijiet ta' promozzjoni tar-riżultati tal-assistenza tal-Unjoni indirizzati lejn pubbliku ta' tipi differenti fil-benefiċjarji.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)   Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' kundizzjonijiet u strutturi speċifiċi għall-ġestjoni indiretta mal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-assistenza għall-iżvilupp rurali, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont [ir-Regolament (UE) Nru 182/201125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]. Meta jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, it-tagħlimiet mitgħallma mill-ġestjoni u mill-implimentazzjoni tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni passata jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. Dawk il-kundizzjonijiet uniformi jenħtieġ li jiġu emendati jekk l-iżviluppi jkunu jirrikjedu dan.
imħassar
_________________
25 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 34
(34)   Il-kumitat stabbilit skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun kompetenti wkoll għall-atti u l-impenji legali skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/200626 skont ir-Regolament (UE) 231/2014 kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/200627.
imħassar
_________________
26 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82)
27 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006 tas-27 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi strument ta' sostenn finanzjarju għall-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2667/2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 5).
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 34a (ġdida)
(34a)   Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkun involut bis-sħiħ fil-fażijiet tat-tfassil, tal-programmazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-istrumenti sabiex jiżgura kontroll politiku u skrutinju demokratiku u obbligu ta' rendikont tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna. Jenħtieġ li jiġi stabbilit djalogu msaħħaħ bejn l-istituzzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew ikun f'pożizzjoni li jeżerċita kontroll politiku waqt l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'mod sistematiku u bla xkiel sabiex b'hekk jissaħħu kemm l-effiċjenza kif ukoll il-leġittimità.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
(1a)  "Prinċipju tas-sehem ġust tal-assistenza" tfisser li l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni jkun kkomplementat b'mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni, fil-każijiet li fihom l-assistenza mogħtija lill-benefiċjarji nkella tkun sproporzjonatament baxxa jew għolja meta mqabbla mal-benefiċjarji l-oħra, fid-dawl tal-bżonnijiet tal-popolazzjoni milquta u l-progress relattiv fir-riformi relatati mal-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni jew il-progress f'dawn tal-aħħar;
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  L-għan ġenerali tal-IPA III għandu jkun li jappoġġa l-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni tar-riformi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi, soċjali u ekonomiċi meħtieġa minn tali benefiċjarji biex jikkonformaw mal-valuri tal-Unjoni u biex progressivament jallinjaw irwieħhom mar-regoli, mal-istandards, mal-politiki u mal-prattiki tal-Unjoni bil-ħsieb tas-sħubija mal-Unjoni, biex b'hekk jikkontribwixi għall-istabbiltà, għas-sigurtà u għall-prosperità tagħhom.
1.  L-għan ġenerali tal-IPA III għandu jkun li jappoġġa l-benefiċjarji fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni tar-riformi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi, soċjali u ekonomiċi meħtieġa minn tali benefiċjarji biex jikkonformaw mal-valuri u l-acquis tal-Unjoni u biex progressivament jallinjaw ruħhom mar-regoli, mal-istandards, mal-politiki u mal-prattiki tal-Unjoni bil-ħsieb tal-adeżjoni mal-Unjoni, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-paċi, għall-istabbiltà, għas-sigurtà u għall-prosperità kif ukoll għall-interessi strateġiċi tal-Unjoni.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
(a)  Li jsaħħaħ l-istat tad-dritt, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-drittijiet fundamentali u għad-dritt internazzjonali, is-soċjetà ċivili u s-sigurtà, kif ukoll li jtejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-ġestjoni tal-fruntieri;
(a)  Li jsaħħaħ l-istat tad-dritt, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk tal-minoranzi u t-tfal, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet fundamentali u d-dritt internazzjonali, is-soċjetà ċivili, il-libertà akkademika, il-paċi u s-sigurtà, ir-rispett għad-diversità kulturali, in-nondiskriminazzjoni u t-tolleranza;
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)   Li jindirizza l-ispostament furzat u l-migrazzjoni irregolari, filwaqt li jiżgura li l-migrazzjoni sseħħ b'mod sikur, ordnat u regolari, u jissalvagwardja l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali;
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
(b)  Li jsaħħaħ l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika u li jappoġġa r-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha;
(b)  Li jsaħħaħ l-effikaċja tal-amministrazzjoni pubblika, jappoġġa t-trasparenza, ir-riformi strutturali, l-indipendenza ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-governanza tajba fil-livelli kollha, inkluż fil-qasam tal-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat, il-kompetizzjoni, l-investiment barrani u l-proprjetà intellettwali;
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
(c)  Li jsawwar ir-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I biex jiġu pariġġ dawk tal-Unjoni, u biex isaħħaħ ir-rikonċiljazzjoni u r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, kif ukoll il-kuntatti bejn il-persuni u l-komunikazzjoni;
(c)  Li jsawwar ir-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-benefiċjarji f'allinjament ma' dawk tal-Unjoni, inkluż dwar il-PESK , isaħħaħ l-ordni internazzjonali multilaterali bbażat fuq ir-regoli u jsaħħaħ ir-rikonċiljazzjoni interna u esterna u r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, kif ukoll il-bini tal-paċi u l-prevenzjoni tal-kunflitti, inkluż permezz tal-bini tal-fiduċja u l-medjazzjoni, edukazzjoni inklużiva u integrata fil-kuntatti bejn il-persuni, il-libertà tal-midja u l-komunikazzjoni;
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d
(d)  Li jsaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku u soċjali inkluż permezz ta' iktar konnettività u żvilupp reġjonali, ta' politiki ta' agrikoltura u żvilupp rurali, ta' politiki soċjali u tal-impjiegi, li jsaħħaħ il-ħarsien tal-ambjent, li jżid ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, li jaċċellera t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u li jiżviluppa l-ekonomija u s-soċjetà diġitali.
(d)  Li jsaħħaħ l-iżvilupp u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, inkluż permezz ta' iktar konnettività u żvilupp reġjonali, politiki agrikoli u tal-iżvilupp rurali u politiki soċjali u tal-impjiegi, it-tnaqqis tal-faqar u tal-iżbilanċi reġjonali, il-promozzjoni tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali billi jissaħħu l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali fil-livell tal-istat, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), il-kapaċitajiet ta' inizjattivi bbażati fil-komunità, l-appoġġ għall-investiment f'żoni rurali u t-titjib tal-klima tan-negozju u tal-investiment ;
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da)  Li jsaħħaħ il-protezzjoni ambjentali, iżid ir-resiljenza għat-tibdil fil-klima, jaċċellera l-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju u jiżviluppa l-ekonomija u s-soċjetà diġitali, b'hekk joħloq opportunitajiet ta' impjiegi, partikolarment għaż-żgħażagħ;
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e
(e)  Li jappoġġa l-kooperazzjoni territorjali u transfruntiera.
(e)  Li jappoġġa l-kooperazzjoni territorjali u transfruntiera, inkluż tul il-fruntieri marittimi u li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi billi jiġu implimentati bis-sħiħ il-ftehimiet eżistenti mal-Unjoni, filwaqt li jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-IPA III għall-perjodu 20212027 għandu jkun ta' EUR 14 500 000 000 fi prezzijiet kurrenti.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-IPA III għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 13 009 976 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 14 663 401 000 fi prezzijiet kurrenti).
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għall-assistenza teknika u amministrativa għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħall-attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi, u kwalunkwe attività relatata mat-tħejjija tal-programm suċċessur għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni, f'konformità mal-Artikolu 20 tar-[Regolament NDICI].
2.  Perċentwali stabbilit tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-eżekuzzjoni tal-Programm, li għandu jinkludi attivitajiet ta' tħejjija ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni, appoġġ għat-tisħiħ istituzzjonali u l-bini tal-kapaċità amministrattiva inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi, u kwalunkwe attività relatata mat-tħejjija tal-programm suċċessur għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandu jkun żgurat li jkun hemm il-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, ma' politiki u programmi rilevanti tal-Unjoni oħrajn, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.
1.  Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandu jkun żgurat li jkun hemm il-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, ma' politiki u programmi rilevanti tal-Unjoni oħrajn, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  [Ir-Regolament NDICI] għandu japplika għal-attivitajiet implimentati taħt dan ir-Regolament fejn imsemmi f'dan ir-Regolament.
2.  [Ir-Regolament NDICI] għandu japplika għal-attivitajiet eżegwiti taħt dan ir-Regolament fejn imsemmi f'dan ir-Regolament.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
4.  L-assistenza taħt l-IPA III tista' tingħata lit-tip ta' azzjonijiet previsti fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u fil-Fond ta' Koeżjoni30, fil-Fond Soċjali Ewropew Plus31 u fil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali32.
4.  L-assistenza taħt l-IPA III tista' tingħata lit-tip ta' azzjonijiet previsti fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u fil-Fond ta' Koeżjoni30, fil-Fond Soċjali Ewropew Plus31, fil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali32 u l-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri, fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-kuntest transfruntier, transnazzjonali, interreġjonali jew makroreġjonali.
__________________
__________________
30 COM(2018) 372 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni.
30 COM(2018) 372 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni.
31 COM(2018) 382 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+).
31 COM(2018) 382 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+).
32 COM(2018) 392 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
32 COM(2018) 392 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Il-Kummissjoni għandha talloka perċentwal tar-riżorsi tal-IPA III biex tħejji lill-benefiċjarji elenkati fl-Anness I għall-parteċipazzjoni fil-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), b'mod partikolari fil-Fond Soċjali Ewropew (FSE).
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5
5.  Il-[FEŻR]32 għandu jikkontribwixxi għal programmi jew miżuri stabbiliti għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u l-Istati Membri. Dawn il-programmi u l-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 16. L-ammont tal-kontribuzzjoni mill-IPA-KTF għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 10 (3) tar-[Regolament KTE]. Il-Programmi IPA-Kooperazzjoni Transfruntiera għandhom jiġu mmaniġjati f'konformità mar-[Regolament KTE].
5.  Il-[FEŻR]32 għandu jikkontribwixxi għal programmi jew miżuri stabbiliti għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji u Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-programmi u l-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 16. L-ammont tal-kontribuzzjoni mill-IPA-KTF għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 10(3) tar-[Regolament KTE], b'livell limitu massimu ffissat għal 85 % għall-kontribuzzjoni mill-IPA III. Il-Programmi IPA-Kooperazzjoni Transfruntiera għandhom jiġu mmaniġjati f'konformità mar-[Regolament KTE].
________________________
_____________________
32 COM(2018) 372 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni.
32 COM(2018) 372 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 8
8.  F'ċirkostanzi debitament iġġustifikati u sabiex tiżgura l-koerenza u l-effettività tal-finanzjament tal-Unjoni u biex trawwem il-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li testendi l-eliġibbiltà tal-programmi u l-miżuri ta' azzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) għal pajjiżi, territorji u reġjuni minbarra dawk imsemmija fl-Anness I, fejn il-programm jew il-miżura li għandha tiġi implimentata hija ta' natura dinjija, reġjonali jew transfruntiera.
8.  F'ċirkostanzi debitament iġġustifikati u sabiex tiżgura l-koerenza u l-effikaċja tal-finanzjament tal-Unjoni u biex trawwem il-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li testendi l-eliġibbiltà tal-programmi u l-miżuri ta' azzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) għal pajjiżi, territorji u reġjuni minbarra dawk imsemmija fl-Anness I, fejn il-programm jew il-miżura li għandha tiġi applikata hija ta' natura dinjija, reġjonali jew transfruntiera.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Il-qafas tal-politika tat-tkabbir iddefinit mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill, il-ftehimiet li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti mal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Komunikazzjonijiet Konġunti tal-kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rilevanti, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta' politika kumplessiv għall-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza bejn il-qafas ta' politika tat-tkabbir u tal-assistenza.
1.  Il-qafas tal-politika tat-tkabbir iddefinit mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill, il-ftehimiet li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti mal-benefiċjarji, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Komunikazzjonijiet Konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rilevanti, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta' politika komprensiv għall-applikazzjoni ta' dan ir-regolament. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza bejn il-qafas ġenerali ta' politika tat-tkabbir u tal-assistenza.
Il-VP/ir-RGħ u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw koordinazzjoni bejn l-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika tat-tkabbir fi ħdan il-qafas tal-objettivi tal-politika stabbiliti fl-Artikolu 3.
Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-programmazzjoni skont dan ir-Regolament b'involviment xieraq tas-SEAE.
Il-qafas tal-politika tat-tkabbir għandu jkun il-bażi li fuqha tingħata l-assistenza.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Il-programmi u l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jintegraw it-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-ugwaljanza bejn is-sessi u, fejn applikabbli, għandhom jindirizzaw l-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli33, għall-promozzjoni ta' azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu benefiċċji kollaterali u jilħqu għanijiet multipli b'mod koerenti.
2.  Il-programmi u l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jintegraw it-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent, il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitt dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-migrazzjoni, u l-ispustar furzat, is-sigurtà, il-koeżjoni soċjali u reġjonali, it-tnaqqis tal-faqar u l-ugwaljanza bejn is-sessi u, fejn applikabbli, għandhom jindirizzaw l-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli33, għall-promozzjoni ta' azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu benefiċċji kollaterali u jilħqu għanijiet multipli b'mod koerenti. Għandhom jimmiraw li jikkontribwixxu 16 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv favur objettivi klimatiċi.
__________________
____________________
33 https://ec.europa.eu/europeaid/policies/sustainable-development-goals_en
33 https://ec.europa.eu/europeaid/policies/sustainable-development-goals_en
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-koerenza u għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw id-duplikazzjoni bejn l-assistenza mogħtija taħt l-IPA III u assistenza oħra mogħtija mill-Unjoni, mill-Istati Membri u mill-Bank Ewropew tal-Investiment, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operazzjonali fil-qasam tal-assistenza esterna, u għall-armonizzazzjoni tal-politiki u l-proċeduri, b'mod partikolari l-prinċipji internazzjonali dwar l-effettività tal-iżvilupp35. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsulazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta' assistenza u laqgħat inklużivi mmirati għall-koordinazzjoni tal-assistenza, u għandha tikkostitwixxi pass ewlieni fil-proċessi ta' programmazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri.
3.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-koerenza u għandhom jevitaw id-duplikazzjoni bejn l-assistenza mogħtija taħt l-IPA III u assistenza oħra mogħtija mill-Unjoni, mill-Istati Membri u mill-Bank Ewropew tal-Investiment, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operazzjonali fil-qasam tal-assistenza esterna, u għall-armonizzazzjoni tal-politiki u l-proċeduri, b'mod partikolari l-prinċipji internazzjonali dwar l-effikaċja tal-iżvilupp35. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta' assistenza u laqgħat inklużivi mmirati għall-koordinazzjoni tal-assistenza, u għandha tikkostitwixxi pass ewlieni fil-proċessi ta' programmazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri. L-assistenza għandu jkollha l-għan li tiżgura l-allinjament mal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-fondi, arranġamenti għall-prinċipju ta' sħubija u approċċ integrat għal żvilupp territorjali.
_________________
_________________
35 https://ec.europa.eu/europeaid/policies/eu-approach-aid-effectiveness_en
35 https://ec.europa.eu/europeaid/policies/eu-approach-aid-effectiveness_en
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni għandha taġixxi fi sħubija mal-benefiċjarji. Is-sħubija għandha tinkludi, kif xieraq, awtoritajiet nazzjonali u lokali kompetenti, kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li tippermettilhom li jkollhom rwol sinifikanti matul il-fażijiet tat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ.
Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-koordinazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti. L-assistenza tal-IPA III ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż, kif xieraq, bħala benefiċjarji diretti tal-assistenza;
Emenda 53
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – titolu
IMPLIMENTAZZJONI
QAFAS TA' PROGRAMMAZZJONI U EŻEKUZZJONI
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  L-assistenza bl-IPA III għandha tkun ibbażata fuq il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għall-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3. Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni għad-durata tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni.
1.  Dan ir-Regolament għandu jkun supplimentat minn qafas ta' programmazzjoni tal-IPA li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ulterjuri dwar il-mod li bih jinkisbu l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3. Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati, f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti ta' programmazzjoni rilevanti f'ħin utli qabel ma jibda l-perjodu ta' programmazzjoni. Dawk id-dokumenti għandhom jistabbilixxu l-allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull settur tematiku u, meta disponibbli, għal kull pajjiż/reġjun, u jkopru r-riżultati mistennija u l-għażla tal-arranġamenti ta' assistenza.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet annwali fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2021 sal-2027.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jqis l-istrateġiji nazzjonali u l-politiki tas-settur rilevanti.
Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jqis ir-riżoluzzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-istrateġiji nazzjonali u l-politiki tas-settur rilevanti.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 16.
3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA, inklużi l-arranġamenti għall-attwazzjoni tal-prinċipju tas-"sehem ġust", permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14. Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2025 l-aktar tard. Sat-30 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta qafas ta' programmazzjoni tal-IPA ġdid, ibbażat fuq l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li tkun konsistenti ma' strumenti finanzjarji esterni oħra u tqis ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni tista' wkoll tirrieżamina, meta meħtieġ, l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA, b'mod partikolari meta jkun hemm bidliet sostanzjali fil-qafas ta' politika msemmi fl-Artikolu 6 b'kont meħud tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 5
5.  Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jinkludi indikaturi għall-valutazzjoni tal-progress fir-rigward tal-ilħuq tal-miri stabbiliti fih.
5.  Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jkun ibbażat fuq indikaturi tal-prestazzjoni ċari u verifikabbli stabbiliti fl-Anness IV għall-valutazzjoni tal-progress fir-rigward tal-ilħuq tal-miri stabbiliti fih, inter alia, il-progress u r-riżultati fl-oqsma ta':
(a)  id-demokrazija, l-istat tad-dritt u sistema ġudizzjarja indipendenti u effiċjenti;
(b)  id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u gruppi vulnerabbli;
(c)  l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tat-tfal;
(d)  il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;
(e)  ir-rikonċiljazzjoni, il-bini tal-paċi, relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien;
(f)  il-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni;
(g)  il-ġestjoni tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi.
Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-progress imqabbel ma' dawk l-indikaturi fir-rapporti annwali tagħha.
L-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għal skambju regolari ta' fehmiet fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill.
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
Evalwazzjoni u rieżami ta' nofs it-terminu
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta qafas ta' programmazzjoni ġdid għall-IPA abbażi tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu. Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2023 u jeżamina l-kontribut tal-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, permezz ta' indikaturi li jkejlu r-riżultati miksuba u kwalunkwe konstatazzjoni u konklużjoni dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament.
Il-Parlament Ewropew jista' jagħti l-kontribut tiegħu għal din l-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jorganizzaw konsultazzjoni mal-benefiċjarji u l-partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiżguraw ir-rappreżentanza tal-aktar persuni emarġinati.
Permezz ta' evalwazzjonijiet esterni, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-effikaċja tal-programmazzjoni flimkien mal-impatt u l-effikaċja tal-azzjonijiet tagħha f'kull qasam ta' intervent. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu l-proposti u l-fehmiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-evalwazzjonijiet esterni indipendenti. L-evalwazzjoni interim għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Unjoni b'rabta mal-miri stabbiliti minn dan ir-Regolament.
2.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jindirizza wkoll l-effiċjenza, il-valur miżjud, il-funzjonament tal-arkitettura ssimplifikata u razzjonalizzata tal-finanzjament estern, il-koerenza interna u esterna, kif ukoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn l-azzjonijiet iffinanzjati, il-kontribut tal-miżuri għal azzjoni esterna konsistenti min-naħa tal-Unjoni u l-grad ta' kemm il-pubbliku fil-pajjiżi benefiċjarji jkun konxju mill-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, jekk ikun il-każ.
3.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jsir bl-iskop speċifiku li titjieb l-applikazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni. Għandu jikkontribwixxi għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tat-tipi ta' azzjonijiet implimentati fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.
4.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jinkludi ukoll informazzjoni konsolidata minn rapporti annwali rilevanti dwar il-finanzjament kollu regolat minn dan ir-Regolament – li jinkludi d-dħul assenjat u l-kontribuzzjonijiet esterni lill-fondi fiduċjarji – u jindika t-tqassim tal-infiq skont il-pajjiż benefiċjarju, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti. 
5.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri. Ir-riżultati għandhom jintużaw fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.
6.  Il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni previst f'dan ir-Regolament, u tista', jekk ikun il-każ, twettaq evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri u b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-benefiċjarji.
7.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmi f'dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk ikun il-każ, takkumpanjah bi proposti leġiżlattivi li jintroduċu l-emendi li jkun hemm bżonn isiru f'dan ir-Regolament.
8.  Fi tmiem il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tar-Regolament bl-istess kundizzjonijiet bħal fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija f'dan l-Artikolu.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 7b (ġdid)
Artikolu 7b
Sospensjoni tal-assistenza
 1. F'konformità mal-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat sabiex temenda l-Anness I ta' dan ir-Regolament b'tali mod li tissospendi l-assistenza tal-Unjoni – jew tissospendiha parzjalment – jekk benefiċjarju jonqos milli jirrispetta l-prinċipju tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jew l-istandards tas-sikurezza nukleari, jew imur kontra l-impenji meħuda fl-ambitu tal-ftehimiet rilevanti konklużi mal-Unjoni jew jonqos konsistentement milli josserva xi wieħed jew aktar mill-kriterji ta' Copenhagen. Fl-eventwalità ta' sospensjoni parzjali, għandhom ikunu indikati l-programmi li għalihom tapplika s-sospensjoni. 
2.  F'konformità mal-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Anness I u tirrikostitwixxi l-assistenza tal-Unjoni jekk tasal għall-konklużjoni li r-raġunijiet li jiġġustifikaw is-sospensjoni tal-assistenza ma jkunux japplikaw iżjed. 
3.  F'każijiet ta' sospensjoni parzjali, l-assistenza tal-Unjoni għandha tintuża primarjament biex jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi mhux statali fir-rigward ta' miżuri maħsuba biex jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u b'appoġġ għall-proċessi ta' demokratizzazzjoni u djalogu fil-pajjiżi sħab. 
4.  Il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew fil-proċess deċiżjonali tagħha. 
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 7c (ġdid)
Artikolu 7c
Governanza
Grupp ta' tmexxija orizzontali magħmul mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE u ppresedut mill-VP/RGħ jew minn rappreżentant ta' dak l-uffiċċju għandu jkun inkarigat mit-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni ta' dan l-istrument tul iċ-ċiklu kollu tal-ġestjoni sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-finanzjament estern kollu tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni politika globali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni għandha tkun assigurata mill-VP/RGħ. Tul iċ-ċiklu kollu tal-programmazzjoni, l-ippjanar u l-applikazzjoni tal-istrument, il-VP/RGħ u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni – identifikati abbażi tan-natura u l-objettivi tal-azzjoni prevista – u jagħmlu użu mill-għarfien espert tagħhom. Il-VP/RGħ, is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom iħejju kull proposta għal deċiżjoni skont il-proċeduri tal-Kummissjoni u jippreżentawha għall-adozzjoni. 
Il-Parlament Ewropew għandu jkun involut bis-sħiħ fil-fażijiet tat-tfassil, il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji esterni sabiex jiġi żgurat kontroll politiku, skrutinju demokratiku u obbligu ta' rendikont f'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – titolu
Miżuri u metodi ta' implimentazzjoni
Miżuri u metodi ta' eżekuzzjoni
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  L-assistenza taħt l-IPA III għandha tiġi implimentata f'ġestjoni diretta jew f'ġestjoni indiretta f'konformità mar-Regolament Finanzjarju permezz ta' pjanijiet u miżuri ta' azzjoni pluriennali kif imsemmi fil-Kapitolu III tat-Titolu II tar-[Regolament NDICI]. Il-Kapitolu III tat-Titolu II tar-[Regolament NDICI] għandu japplika għal dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 [persuni u entitajiet eliġibbli].
1.  L-assistenza taħt l-IPA III għandha tiġi eżegwita f'ġestjoni diretta jew f'ġestjoni indiretta f'konformità mar-Regolament Finanzjarju permezz ta' pjanijiet u miżuri ta' azzjoni pluriennali kif imsemmi fil-Kapitolu IIIa.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Ġestjoni indiretta tista' titreġġa' lura jekk il-benefiċjarju ma jkunx jista' jew ma jkunx irid jamministra l-fondi mogħtija skont ir-regoli, il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti skont Fil-każ li benefiċjarju jonqos milli jirrispetta l-prinċipju tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jew fil-każ li jikser l-impenji meħuda fl-ambitu tal-ftehimiet rilevanti konklużi mal-Unjoni, il-Kummissjoni tista', f'oqsma ta' politika jew fi programmi speċifiċi, tibdel mill-ġestjoni indiretta ma' dak il-benefiċjarju għal ġestjoni indiretta ma' entità jew entitajiet fdati għajr benefiċjarju jew ġestjoni diretta.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu mal-Parlament Ewropew, u tqis il-fehmiet tal-Parlament Ewropew dwar oqsma li fihom dan tal-aħħar qed imexxi l-programmi ta' assistenza tiegħu stess, bħat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-osservazzjoni elettorali.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew kompletament involut fi kwistjonijiet relatati mal-ippjanjar u mal-implimentazzjoni tal-miżuri pertinenti għal dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe bidla sostanzjali jew allokazzjoni prevista.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  L-iżborż tal-appoġġ baġitarju ġenerali jew settorjali għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li jsir progress sodisfaċenti biex jinkisbu l-objettivi miftiehma mal-benefiċjarju.
Il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-kundizzjonalità tal-appoġġ baġitarju stabbiliti fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) .../.... [ir-Regolament NDICI]. Għandha tieħu azzjoni biex tnaqqas jew tissospendi l-finanzjament tal-Unjoni permezz tal-appoġġ baġitarju fil-każijiet ta' irregolaritajiet sistemiċi fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jew ta' progress insodisfaċenti biex jinkisbu l-objettivi miftiehma mal-benefiċjarju.
Ir-reintroduzzjoni tal-assistenza wara s-sospensjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn assistenza mmirata lill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Kapitolu IIIa (ġdid) – titolu
Kapitolu IIIa
Eżekuzzjoni
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 8a (ġdid)
Artikolu 8a
Pjanijiet ta' azzjoni u miżuri
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta' azzjoni jew miżuri annwali jew pluriennali. Il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta' miżuri individwali, miżuri speċjali, miżuri ta' appoġġ jew miżuri ta' assistenza eċċezzjonali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jispeċifikaw, għal kull azzjoni, l-objettivi mixtieqa, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet ewlenin, il-metodi ta' implimentazzjoni, il-baġit u n-nefqiet kollha ta' appoġġ relatati.
2.  Il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4.
Fejn ikun meħtieġ, azzjoni tista' tiġi adottata bħala miżura individwali qabel jew wara l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni. Il-miżuri individwali għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u f'każijiet oħra debitament ġustifikati.
Fil-każ ta' ħtiġijiet jew ċirkostanzi mhux previsti, u meta ma jkunx possibbli finanzjament minn sorsi aktar xierqa, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 tar-Regolament ...[ir-Regolament NDICI] li jistipulaw miżuri speċjali mhux ibbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni.
3.  Pjanijiet ta' azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri individwali jistgħu jintużaw biex jiġu eżegwiti azzjonijiet ta' rispons rapidu msemmija fl-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament... [ir-Regolament NDICI].
4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' assistenza eċċezzjonali għal azzjonijiet ta' rispons rapidu kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament... [ir-Regolament NDICI].
5.  Miżuri meħuda skont l-Artikolu 19(3) u (4) jistgħu jibqgħu validi sa 18-il xahar, u jistgħu jiġu estiżi darbtejn b'perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sitt xhur, sa żmien massimu ta' 30 xahar, fil-każ ta' ostakli oġġettivi u mhux mistennija għall-eżekuzzjoni, dment li ma jkun hemm l-ebda żieda fl-ammont finanzjarju tal-miżura.
F'każijiet ta' kriżijiet u konflitti mtawla, il-Kummissjoni tista' tadotta t-tieni miżura ta' assistenza eċċezzjonali b'perjodu ta' żmien ta' mhux aktar minn 18-il xahar. F'każijiet debitament ġustifikati, meta l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni skont dan il-paragrafu tkun essenzjali u ma tistax tiġi żgurata b'mezzi oħra, ikunu jistgħu jiġu adottati aktar miżuri.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 8b (ġdid)
Artikolu 8b
Miżuri ta' appoġġ
1.  Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jkopri n-nefqa li tappoġġa l-eżekuzzjoni tal-Istrument u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mal-attivitajiet ta' tħejjija, segwitu, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni meħtieġa għal dik l-eżekuzzjoni, kif ukoll in-nefqa fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fuq l-appoġġ amministrattiv meħtieġ għall-programm, u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni u s-sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.
2.  Meta n-nefqa ta' appoġġ ma tkunx inkluża fil-pjanijiet ta' azzjoni jew fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 8c, il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn xieraq, miżuri ta' appoġġ. Il-finanzjament tal-Unjoni taħt il-miżuri ta' appoġġ jista' jkopri:
(a)  studji, laqgħat, informazzjoni, sensibilizzazzjoni, taħriġ, tħejjija u skambju tat-tagħlimiet miksuba u tal-aqwa prattiki, attivitajiet ta' pubblikazzjoni u kwalunkwe nefqa amministrattiva u ta' assistenza teknika oħra meħtieġa għall-programmazzjoni u l-ġestjoni tal-azzjonijiet, inklużi esperti esterni remunerati;
(b)  attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u studji dwar kwistjonijiet rilevanti u d-disseminazzjoni tagħhom;
(c)  infiq relatat mal-provvediment ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni u l-komunikazzjoni u l-viżibbiltà korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 8c (ġdid)
Artikolu 8c
 Adozzjoni ta' miżuri u pjanijiet ta' azzjoni 
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri u pjanijiet ta' azzjoni permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.
2.  Fl-interess tal-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ strateġiku rilevanti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew fl-ippjanar u l-applikazzjoni sussegwenti ta' tali miżuri u pjanijiet ta' azzjoni. 
Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew bl-ippjanar ta' miżuri u pjanijiet ta' azzjoni skont dan l-Artikolu, kif ukoll bl-ammonti finanzjarji previsti, u għandha tinfurmah ukoll meta tagħmel bidliet jew estensjonijiet sostanzjali f'dik l-assistenza. Malajr kemm jista' jkun wara l-adozzjoni jew il-modifika sostanzjali ta' miżura, u – ikun xi jkun – fi żmien xahar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti sommarju tan-natura u r-raġunament wara l-miżura adottata kif ukoll tat-tul, il-baġit u l-kuntest tagħha, inkluża l-komplementarjetà ta' dik il-miżura ma' kwalunkwe assistenza oħra eżistenti u ppjanata tal-Unjoni. Għal miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, il-Kummissjoni għandha tindika wkoll jekk, kif u kemm se tiżgura l-kontinwità tal-politika eżegwita bl-assistenza eċċezzjonali permezz ta' assistenza għal żmien medju u fit-tul skont dan ir-Regolament. 
3.  Qabel ma tadotta miżuri u pjanijiet ta' azzjoni mhux ibbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8a(2), ħlief għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8a(3) u (4), il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 14 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-objettivi speċifiċi li jridu jintlaħqu, ir-riżultati mistennija, l-istrumenti li jridu jintużaw, l-attivitajiet ewlenin u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi ta' tali miżuri u pjanijiet ta' azzjoni. 
4.  Fil-livell tal-azzjonijiet għandu jsir skrinjar adegwat tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll ta' kwistjonijiet soċjali u ambjentali – inkluż dwar l-impatt fuq it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità – f'konformità mal-atti leġiżlattivi applikabbli tal-Unjoni, inklużi d-Direttiva 2011/92/UE1a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE1b, u dan għandu jinkludi, meta applikabbli, valutazzjoni tal-impatt ambjentali għal azzjonijiet ambjentalment sensittivi, partikolarment infrastrutturi ġodda kbar. 
Barra minn hekk, għandhom isiru valutazzjonijiet ex ante tal-impatt f'termini soċjali u ta' kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem, is-sessi u x-xogħol, kif ukoll valutazzjoni tar-riskju u analiżi tal-kunflitti. 
Jekk ikun rilevanti, fl-eżekuzzjoni tal-programmi settorjali għandhom jintużaw valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi kif ukoll soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-involviment tal-partijiet ikkonċernati f'dawn il-valutazzjonijiet u aċċess pubbliku għar-riżultati tagħhom. 
 __________________ 
1a Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kodifikazzjoni) (ĠU L 26 28.1.2012, p. 1). 
1b Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, 5.07.1985, p. 40). 
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 8d (ġdid)
Artikolu 8d
Metodi ta' kooperazzjoni
1.  Il-finanzjament taħt dan l-Istrument għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni, kif previst mir-Regolament Finanzjarju, jew direttament mill-Kummissjoni stess, mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u minn aġenziji eżekuttivi jew indirettament permezz ta' xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
2.  Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jista' jiġi pprovdut ukoll permezz ta' kontribuzzjonijiet għal fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, mill-Istati Membri, mill-pajjiżi u r-reġjuni sħab jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, jew donaturi oħra.
3.  L-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament ...[ir-Regolament NDICI] għandhom jissodisfaw annwalment l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont l-Artikolu 155 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rekwiżiti ta' rapportar għal kull waħda minn dawk l-entitajiet huma stabbiliti fil-ftehim qafas ta' sħubija, fil-ftehim ta' kontribuzzjoni, fil-ftehim dwar il-garanziji baġitarji jew fil-ftehim ta' finanzjament.
4.  L-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' dan l-Istrumenti jistgħu jiġu implimentati permezz ta' kofinanzjament parallel jew konġunt.
5.  Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni tinqasam f'numru ta' komponenti identifikabbli b'mod ċar li kull wieħed minnhom huwa ffinanzjat minn sħab differenti li jipprovdu kofinanzjament b'tali mod li l-użu aħħari tal-finanzjament jista' dejjem jiġi identifikat.
6.  Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, l-ispiża totali ta' azzjoni għandha tinqasam bejn is-sħab li jipprovdu l-kofinanzjament filwaqt li r-riżorsi għandhom jiġu akkomunati b'mod li ma jibqax aktar possibbli li jkun identifikat is-sors ta' finanzjament ta' kwalunkwe attività speċifika mwettqa bħala parti mill-azzjoni.
7.  Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u s-sħab tagħha tista' tieħu l-forma, fost affarijiet oħra, ta’:
(a)  arranġamenti triangolari li permezz tagħhom l-Unjoni tikkoordina ma' pajjiżi terzi l-finanzjament tal-assistenza tagħha lil pajjiż jew reġjun sieħeb;
(b)  miżuri ta' kooperazzjoni amministrattivi bħal ġemellaġġ bejn istituzzjonijiet pubbliċi, awtoritajiet lokali, korpi pubbliċi nazzjonali jew entitajiet tad-dritt privat responsabbli għal kompiti ta' servizz pubbliku ta' Stat Membru u dawk ta' pajjiż jew reġjun sieħeb, kif ukoll miżuri ta' kooperazzjoni li jinvolvu esperti tas-settur pubbliku mibgħuta mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom;
(c)  kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż meħtieġa għall-istabbiliment u l-amministrazzjoni ta' sħubija pubblika-privata inkluż appoġġ ta' parteċipazzjoni wiesgħa bit-twaqqif ta' korp indipendenti ta' organizzazzjonijiet indipendenti ta' partijiet terzi CSO biex jivvalutaw u jimmonitorjaw strutturi ta' sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat;
(d)  programmi ta' appoġġ għall-politika tas-settur li permezz tagħhom l-Unjoni tipprovdi appoġġ għall-programm tas-settur ta' pajjiż sieħeb;
(e)  kontribuzzjonijiet għall-kost tal-parteċipazzjoni f'programmi u azzjonijiet tal-Unjoni implimentati minn aġenziji u korpi tal-Unjoni, kif ukoll korpi jew persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
(f)  sussidji tar-rati tal-imgħax.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 8e (ġdid)
Artikolu 8e
Forom ta' finanzjament mill-Unjoni u metodi ta' applikazzjoni
1.  Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jiġi pprovdut permezz tat-tipi ta' finanzjament previsti mir-Regolament Finanzjarju, u b'mod partikolari:
(a)  sussidji;
(b)  kuntratti pubbliċi għal servizzi, provvisti jew xogħlijiet;
(c)  appoġġ baġitarju;
(d)  kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju;
(e)  strumenti finanzjarji;
(f)  garanziji baġitarji;
(g)  finanzjamenti mħallta;
(h)  ħelsien mid-dejn fil-kuntest ta' programm miftiehem internazzjonalment dwar il-ħelsien mid-dejn;
(i)  assistenza finanzjarja;
(j)  esperti esterni mħallsa.
2.  Fil-ħidma mal-partijiet ikkonċernati tal-pajjiżi sħab, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tagħhom, inklużi l-ħtiġijiet tagħhom u l-kuntest rilevanti, meta tiddefinixxi l-modalitajiet ta' finanzjament, it-tip ta' kontribuzzjoni, il-modalitajiet tal-għotja u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-ġestjoni tal-għotjiet, bil-ħsieb li jinkiseb u li jingħata l-aħjar rispons għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' tali partijiet ikkonċernati. Dik il-valutazzjoni għandha tqis il-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni u involviment sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari tas-soċjetà ċivili lokali. Għandhom jiġu inkoraġġiti modalitajiet speċifiċi skont ir-Regolament Finanzjarju, bħal ftehimiet ta' sħubija, awtorizzazzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju lil terzi persuni, għoti dirett jew sejħiet għall-proposti ristretti għall-eliġibbiltà, jew somom f'daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b'rata fissa kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Dawk il-modalitajiet differenti għandhom jiżguraw trasparenza, traċċabbiltà u innovazzjoni. Il-kooperazzjoni bejn l-NGOs lokali u internazzjonali għandha tiġi mħeġġa sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili lokali bil-għan li tinkiseb il-parteċipazzjoni sħiħa tagħha fil-programmi ta' żvilupp.
3.  Minbarra l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju, il-proċedura ta' għoti dirett tista' tintuża għal;
(a)  għotjiet ta' valur baxx lil difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lil mekkaniżmi għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju, biex jiffinanzjaw azzjonijiet ta' protezzjoni urġenti, fejn xieraq mingħajr il-ħtieġa ta' kofinanzjament, kif ukoll għall-medjaturi u atturi oħra tas-soċjetà ċivili involuti fi djalogu relatat mal-kriżi u l-kunflitti armati, fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, fir-rikonċiljazzjoni u fil-bini tal-paċi;
(b)  għotjiet, fejn xieraq mingħajr il-ħtieġa ta' kofinanzjament, biex jiffinanzjaw azzjonijiet fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli fejn il-pubblikazzjoni ta' sejħa għal proposti ma tkunx xierqa inklużi sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, theddid għal istituzzjonijiet demokratiċi, eskalazzjoni ta' kriżi, kunflitt armat fejn is-sigurtà tal-bniedem tkun l-aktar f'riskju jew fejn l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u d-difensuri, il-medjaturi u atturi oħra tas-soċjetà ċivili involuti fi djalogu relatat ma' kriżi u kunflitt armat, ir-rikonċiljazzjoni u l-bini tal-paċi joperaw taħt l-aktar kundizzjonijiet diffiċli. Għotjiet bħal dawn ma għandhomx jaqbżu l-EUR 1 000 000 u għandu jkollhom tul ta' żmien ta' mhux aktar minn 18-il xahar, li jista' jiġi estiż bi 12-il xahar ieħor fl-eventwalità ta' ostakli oġġettivi u mhux previsti għall-applikazzjoni tagħhom;
(c)  għotjiet lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll lill-Global Campus, liċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni, li jipprovdi Lawrja Ewropea ta' Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, u n-netwerk assoċjat tiegħu ta' universitajiet li jipprovdu diplomi postgraduate dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi boroż ta' studju lil studenti, riċerkaturi, għalliema u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi terzi.
(d)  Proġetti żgħar kif deskritti fl-Artikolu 23a tar-Regolament... [ir-Regolament NDICI].
L-appoġġ baġitarju kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, inkluż permezz ta' kuntratti ta' prestazzjoni ta' riforma tas-setturi, għandu jkun ibbażat fuq is-sjieda tal-pajjiż, dover ta' rendikont reċiproku u impenji kondiviżi għall-valuri universali, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem u l-istat tad-dritt u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab. Għandha tinkludi djalogu msaħħaħ ta' politika, żvilupp tal-kapaċità, u governanza mtejba, li jikkumplimentaw l-isforzi tas-sħab biex jiġbru aktar u jonfqu aħjar sabiex jappoġġaw żvilupp soċjoekonomiku sostenibbli u inklużiv li jkun ta' benefiċċju għal kulħadd, il-ħolqien ta' impjiegi deċenti, b'attenzjoni partikolari għaż-żgħażagħ, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-eliminazzjoni tal-faqar b'kunsiderazzjoni xierqa għall-ekonomiji lokali, id-drittijiet ambjentali u soċjali.
Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi pprovdut appoġġ baġitarju għandha tkun ibbażata fuq politiki ta' appoġġ baġitarju maqbula mill-Unjoni, sett ċar ta' kriterji ta' eliġibbiltà u evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji u l-benefiċċji. Wieħed mill-fatturi determinanti prinċipali ta' dik id-deċiżjoni għandu jkun valutazzjoni tal-impenn, ir-rekord u l-progress tal-pajjiżi sħab fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.
4.  L-appoġġ baġitarju għandu jiġi differenzjat b'mod li jwieġeb aħjar għall-kuntest politiku, ekonomiku u soċjali tal-pajjiż sieħeb, b'kont meħud tas-sitwazzjonijiet ta' fraġilità.
Meta tipprovdi appoġġ baġitarju f'konformità mal-Artikolu 236 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b'mod ċar u tissorvelja l-kriterji għall-kundizzjonalità tal-appoġġ baġitarju, inkluż il-progress fir-riformi u t-trasparenza, u għandha tappoġġa l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari, il-kapaċitajiet ta' awditjar nazzjonali, il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ u ż-żieda fit-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi ta' akkwist pubbliku b'saħħithom li jappoġġaw l-iżvilupp ekonomiku lokali u n-negozji lokali.
5.  L-iżborż tal-appoġġ baġitarju għandu jkun ibbażat fuq indikaturi li juru li jkun qiegħed isir progress sodisfaċenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet miftehma mal-pajjiż sieħeb.
6.  L-istrumenti finanzjarji skont dan ir-Regolament jistgħu jieħdu forom, bħal self, garanziji, ekwità jew kważi ekwità, investimenti jew parteċipazzjonijiet, u strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji, kull meta jkun possibbli u skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 209(1) tar-Regolament Finanzjarju taħt it-tmexxija tal-BEI, istituzzjoni finanzjarja Ewropea multilaterali, bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, jew istituzzjoni finanzjarja Ewropea bilaterali, bħal banek bilaterali tal-iżvilupp, possibbilment magħquda ma' forom addizzjonali oħra ta' appoġġ finanzjarju, kemm mill-Istati Membri kif ukoll minn partijiet terzi.
Il-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni skont dan ir-Regolament jistgħu jsiru mill-Istati Membri kif ukoll minn kwalunkwe entità msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
7.  Dawk l-istrumenti finanzjarji jistgħu jinġabru f'faċilitajiet għall-għanijiet tal-applikazzjoni u tar-rappurtar.
8.  Il-Kummissjoni u s-SEAE ma għandhomx jidħlu f'operazzjonijiet ġodda jew imġedda ma' entitajiet inkorporati jew stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet definiti taħt il-politika rilevanti tal-Unjoni bħala li ma jikkooperawx, jew li huma identifikati bħala pajjiżi terzi b'riskju kbir skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew li mhumiex effettivament konformi mal-istandards fiskali tal-Unjoni jew dawk miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni.
9.  Il-finanzjament mill-Unjoni ma għandux jiġġenera jew jattiva l-ġbir ta' taxxi, dazji jew imposti speċifiċi.
10.  It-taxxi, dazji u imposti debitati mill-pajjiżi sħab, jistgħu jkunu eliġibbli għall-finanzjament skont dan ir-Regolament.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 8f (ġdid)
Artikolu 8f
Riporti, pagamenti akkont annwali, approprjazzjonijiet ta' impenn u dħul iġġenerat minn strumenti finanzjarji
1.  Minbarra l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li ma jintużawx skont dan ir-Regolament għandhom jiġu riportati awtomatikament u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja ta' wara. L-ammont differit għandu jintuża bħala prijorità matul is-sena finanzjarja sussegwenti.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni dwar l-approprjazzjonijiet li ġew riportati awtomatikament f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament Finanzjarju.
2.  Minn barra r-regoli stipulati fl-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju dwar il-fatt li l-approprjazzjonijiet jerġgħu isiru disponibbli, l-approprjazzjonijiet ta' impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta' diżimpenji magħmula b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali ta' azzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jerġgħu jsiru disponibbli għall-benefiċċju tal-linja baġitarja tal-oriġini.
Referenzi għall-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju fl-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għandha tinftiehem bħala li tinkludi referenza għal dan il-paragrafu għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
3.  L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta' aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f'pagamenti akkont annwali, f'konformità mal-Artikolu 112(2) tar-Regolament Finanzjarju.
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju ma japplikax għal tali azzjonijiet pluriennali. Il-Kummissjoni għandha awtomatikament tiddiżimpenja kwalunkwe porzjon ta' impenn baġitarju għal azzjoni li sal-31 ta' Diċembru tal-ħames sena wara dik tal-impenn baġitarju, ma jkunx intuża għall-fini ta' prefinanzjament jew biex isiru pagamenti interim jew li għalih ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa jew xi talba għall-pagament.
Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-pagamenti annwali.
4.  B'deroga mill-Artikolu 209(3) tar-Regolament Finanzjarju, ir-ripagamenti u d-dħul iġġenerati minn strument finanzjarju għandhom jiġu assenjati lil-linja baġitarja tal-oriġini bħala dħul assenjat intern wara li jitnaqqsu l-kostijiet u t-tariffi ta' ġestjoni. Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kontribut li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni, kif ukoll l-effikaċja, tal-istrumenti finanzjarji eżistenti.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.  Meta programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera ma jitkomplewx f'konformità mal-Artikolu 12 tar-[Regolament KTE], l-appoġġ minn dan ir-regolament għall-programm li ma jkunx tkompla li jkun għadu disponibbli jista' jintuża biex jiffinanzja kwalunkwe azzjoni eliġibbli oħra taħt dan ir-Regolament.
4.  Meta programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera ma jitkomplewx f'konformità mal-Artikolu 12 tar-[Regolament KTE], l-appoġġ minn dan ir-regolament għall-programm li ma jkunx tkompla li jkun għadu disponibbli jista' jintuża biex jiffinanzja kwalunkwe azzjoni eliġibbli oħra taħt dan ir-Regolament. F'każ bħal dan, jekk ma jkun hemm l-ebda azzjoni eliġibbli x'tiġi ffinanzjata fis-sena kurrenti, l-approprjazzjonijiet jiġu riportati għas-sena ta' wara. 
Emenda 76
Proposta għal regolament
Kapitolu IV – Titolu
MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI
MONITORAĠĠ, RAPPORTAR, EVALWAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-IPA III lejn il-ksib tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma mniżżlin fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.
2.  L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni u l-progress tal-IPA III lejn il-ksib tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma mniżżlin fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4
4.  Flimkien mal-indikaturi msemmija fl-Anness IV, ir-rapporti dwar it-tkabbir għandhom jitqiesu fil-qafas tar-riżultati tal-assistenza tal-IPA III.
4.  Flimkien mal-indikaturi msemmija fl-Anness IV, ir-rapporti dwar it-tkabbir u l-valutazzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni tal-Programmi ta' Riforma Ekonomika għandhom jitqiesu fil-qafas tar-riżultati tal-assistenza tal-IPA III.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Il-Kummissjoni għandha tressaq u tippreżenta r-rapporti interim u finali ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) .../.... [tar-Regolament NDICI] lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk ir-rapporti.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
5.  Flimkien mal-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni , taħt ġestjoni indiretta, il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I għandhom jirrappurtaw l-irregolaritajiet inkluż il-frodi li kienu s-suġġett ta' riżultanza amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u jżommu lil din tal-aħħar infurmata dwar il-progress tal-proċediment amministrattiv u legali. Ir-rapportar għandu jsir permezz ta' mezzi elettroniċi, bl-użu tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet, stabbilita mill-Kummissjoni.
5.  Flimkien mal-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, taħt ġestjoni indiretta, il-benefiċjarji għandhom jirrappurtaw l-irregolaritajiet inkluż il-frodi li kienu s-suġġett ta' riżultanza amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u jżommu lil din tal-aħħar infurmata dwar il-progress tal-proċediment amministrattiv u legali. Ir-rapportar għandu jsir permezz ta' mezzi elettroniċi, bl-użu tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet, stabbilita mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-benefiċjarji fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' kontroll u awditjar parlamentari u żżid it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni. Il-Kummissjoni, il-VP/ir-RGħ u, b'mod partikolari, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-benefiċjarji għandhom jiżguraw li l-allokazzjonijiet ta' finanzjament kollha f'reġim ta' ġestjoni indiretta jitwettqu b'mod trasparenti, depolitiċizzat u imparzjali, inkluża d-distribuzzjoni ekwa, li tirrifletti l-bżonnijiet tar-reġjuni u tal-muniċipalitajiet lokali.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni.
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(3), l-Artikolu 7a, l-Artikolu 7b (1) u (2), l-Artikolu 8c(3) u l-Artikoli 13 u 15 hija mogħtija lill-Kummissjoni.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 14a (ġdid)
Artikolu 14a
Ir-responsabilità demokratika
1.   Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet u s-servizzi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u s-SEAE, titrawwem il-koerenza ġenerali tal-Istrumenti ta' Finanzjament Esterni kollha, u biex jiġu żgurati trasparenza u responsabbiltà akbar, kif ukoll l-espedjenza fl-adozzjoni ta' atti u miżuri mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jidhru quddiemu biex jiddiskutu l-orjentazzjonijiet u l-linji gwida strateġiċi għall-programmazzjoni skont dan ir-Regolament. Dak id-djalogu jista' jsir qabel l-adozzjoni ta' atti delegati u tal-abbozz tal-baġit annwali mill-Kummissjoni jew, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni jew tas-SEAE, fuq bażi ad hoc fid-dawl ta' żviluppi politiċi ewlenin.
2.   Meta jkun ser isir djalogu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jippreżentaw lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti kollha fir-rigward ta' dak id-djalogu. Meta d-djalogu ikun relatat mal-baġit annwali, informazzjoni kkonsolidata dwar il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri kollha adottati jew ippjanati f'konformità mal-Artikolu 8c, informazzjoni dwar il-kooperazzjoni għal kull pajjiż, reġjun u qasam tematiku, u l-użu ta' azzjonijiet ta' rispons rapidu u l-Garanzija tal-Azzjoni Esterna.
3.   Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu bis-sħiħ il-pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew. Fil-każ li l-Kummissjoni jew is-SEAE ma jqisux il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, dawn għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni xierqa.
4.  Il-Kummissjoni u s-SEAE, b'mod partikolari permezz tal-grupp ta' tmexxija skont l-Artikolu 7c, għandhom ikunu responsabbli biex iżommu lill-Parlament Ewropew infurmat dwar l-istat ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar il-miżuri, l-azzjonijiet u r-riżultati li jkunu għaddejjin.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – titolu
Adozzjoni ta' regoli ta' implimentazzjoni ulterjuri
Adozzjoni ta' regoli ulterjuri
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Ir-regoli speċifiċi li jistabbilixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment b'rabta mal-istrutturi li għandhom jitwaqqfu bi tħejjija għall-adeżjoni u għall-għajnuna għall-iżvilupp rurali, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16.
1.  Ir-regoli speċifiċi b'rabta mal-istrutturi li għandhom jitwaqqfu bi tħejjija għall-adeżjoni u għall-għajnuna għall-iżvilupp rurali, għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta' azzjoni u miżuri permezz ta' deċiżjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 16
Artikolu 16
imħassar
Kumitat
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat (“Il-Kumitat tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni”). Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-[Regolament (UE) Nru 182/2011].
2.  Fejn ikun meħtieġ li tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk, jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob hekk.
3.  Osservatur mill-BEI għandu jieħu sehem fil-proċeduri tal-Kumitat dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-BEI.
4.  Il-Kumitat tal-IPA III għandu jassisti lill-Kummissjoni u għandu jkun kompetenti wkoll għall-atti legali u l-impenji skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006, ir-Regolament 231/2014 kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006.
5.  Il-Kumitat tal-IPA III ma għandux ikun kompetenti għall-kontribuzzjoni għal Erasmus+ kif speċifikat fl-Artikolu 5(3).
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – titolu
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
Informazzjoni, komunikazzjoni, viżibbiltà u pubbliċità
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  Għandhom japplikaw l-Artikoli 36 u 37 tar-[Regolament NDICI].
1.  Huma u jagħtu l-assistenza finanzjarja fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, il-VP/ir-RGħ u, b'mod partikolari, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-benefiċjarji għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw il-viżibbiltà tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, inkluż il-monitoraġġ tal-konformità tad-destinatarju ma' dawk ir-rekwiżiti. L-azzjonijiet iffinanzjati mill-IPA għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Manwal ta' Komunikazzjoni u Viżibbiltà għall-Azzjonijiet Esterni tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tadotta gwida għal kull benefiċjarju rigward il-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni dwar l-azzjonijiet ta' viżibbiltà u komunikazzjoni.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex issaħħaħ il-komunikazzjoni strateġika u d-diplomazija pubblika biex tikkomunika l-valuri tal-Unjoni u tenfasizza l-valur miżjud tal-appoġġ tal-Unjoni.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini tal-finanzjament tal-Unjoni u jiżguraw il-viżibbiltà adegwata tagħha billi:
(a)  jipprovdu dikjarazzjoni li tenfasizza l-appoġġ li rċevew mill-Unjoni b'mod viżibbli fuq id-dokumenti u l-materjal ta' komunikazzjoni relatat mal-implimentazzjoni tal-fondi, anki f'sit web uffiċjali, fil-każ li tali sit web jeżisti; kif ukoll
(b)  jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u proporzjonata mmirata lil diversi tipi ta' udjenzi, inkluż il-midja u l-pubbliku.
Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati ma' dan ir-Regolament, kif ukoll l-azzjonijiet stabbiliti bis-saħħa tiegħu u r-riżultati miksuba. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawk il-prijoritajiet ikunu direttament relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u fl-Annessi II u III.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
Għandu japplika mill-1  ta' Jannar 2021.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 8
L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq
Emenda 92
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt a
(a)  L-istabbiliment u l-promozzjoni sa minn stadju bikri tal-funzjonament korrett tal-istituzzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-istat tad-dritt. L-interventi f'dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li: jistabbilixxu sistemi ġudizzjarji indipendenti, responsabbli u effiċjenti, inkluż reklutaġġ trasparenti u bbażat fuq il-mertu u jippromwovu kooperazzjoni ġudizzjarja, sistemi ta' evalwazzjoni u promozzjoni u proċeduri dixxiplinari effettivi f'każijiet ta' għemil ħażin; jiżguraw it-twaqqif ta' sistemi robusti ta' protezzjoni tal-fruntieri, jimmaniġjaw il-flussi migratorji u jipprovdu ażil għal dawk fil-bżonn; jiżviluppaw strumenti effettivi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-ħasil tal-flus/il-finanzjament tat-terroriżmu u l-korruzzjoni; jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, inklużi r-Rom kif ukoll persuni lesbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali, u l-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni u l-protezzjoni tad-data.
(a)  L-istabbiliment u l-promozzjoni sa minn stadju bikri tal-funzjonament korrett tal-istituzzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-istat tad-dritt. L-interventi f'dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li: ikun hemm separazzjoni tas-setgħat, jistabbilixxu sistemi ġudizzjarji indipendenti, responsabbli u effiċjenti, inkluż reklutaġġ trasparenti u bbażat fuq il-mertu u jippromwovu kooperazzjoni ġudizzjarja, sistemi ta' evalwazzjoni u promozzjoni u proċeduri dixxiplinari effettivi f'każijiet ta' għemil ħażin; jiżguraw it-twaqqif ta' sistemi adegwati ta' protezzjoni tal-fruntieri, jimmaniġġjaw il-flussi migratorji u jipprovdu asil għal dawk fil-bżonn; jiżviluppaw strumenti effettivi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, it-traffikar tad-drogi, il-ħasil tal-flus/il-finanzjament tat-terroriżmu u l-korruzzjoni; jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tat-tfal, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, inklużi r-Rom kif ukoll persuni lesbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali, u l-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni u l-protezzjoni tad-data.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt c
(c)  It-tisħiħ tal-governanza ekonomika: L-interventi għandu jkollhom l-għan li jappoġġaw il-parteċipazzjoni fil-proċess tal-programm ta' riforma ekonomika (ERP – economic reform process) u l-kooperazzjoni sistematika mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali rigward il-prinċipji fundamentali tal-politika ekonomika. It-titjib tal-kapaċità ta' tisħiħ tal-istabbiltà makroekonomika u l-appoġġ tal-progress ta' żvilupp ta' ekonomija tas-suq li tiffunzjona bil-kapaċità li tlaħħaq mal-pressjonijiet kompettitivi u l-forzi tas-suq ġewwa l-Unjoni.
(c)  It-tisħiħ tal-governanza ekonomika: L-interventi għandu jkollhom l-għan li jappoġġaw il-parteċipazzjoni fil-proċess tal-programm ta' riforma ekonomika (ERP) u l-kooperazzjoni sistematika mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali rigward il-prinċipji fundamentali tal-politika ekonomika u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet ekonomiċi multikulturali. It-titjib tal-kapaċità ta' tisħiħ tal-istabbiltà makroekonomika, il-koeżjoni soċjali u l-appoġġ tal-progress lejn żvilupp sostenibbli u żvilupp ta' ekonomija tas-suq li tiffunzjona bil-kapaċità li tlaħħaq mal-pressjonijiet kompetittivi u l-forzi tas-suq ġewwa l-Unjoni.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt d
(d)  It-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni u tas-sħab tagħha biex jipprevjenu l-kunflitti, jibnu l-paċi u jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-kriżi, inkluż permezz ta' twissija bikrija u analiżi tar-riskju sensittiva għall-kunflitti; il-promozzjoni tal-kuntatti bejn in-nies, ir-rikonċiljazzjoni, il-miżuri għall-bini tal-paċi u għall-bini tal-fiduċja, l-appoġġ tal-azzjonijiet tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-sigurtà u l-iżvilupp (CBSD – capacity building in support of security and development);
(d)  It-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni u tas-sħab tagħha biex jipprevjenu l-kunflitti, jibnu l-paċi, relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-kriżi, inkluż permezz ta' twissija bikrija u analiżi tar-riskju sensittiva għall-kunflitti; il-promozzjoni tal-kuntatti interpersonali, ir-rikonċiljazzjoni, id-dover ta' rendikont, il-ġustizzja soċjali, il-miżuri għall-bini tal-paċi u għall-bini tal-fiduċja, inkluż il-ħolqien ta' Kummissjoni Reġjonali inkarigata bl-aċċertament tal-fatti rigward id-delitti tal-gwerra u ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem kommessi f'dik li kienet il-Jugoslavja (RECOM), kif ukoll l-appoġġ tal-azzjonijiet tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-sigurtà u l-iżvilupp (CBSD – capacity building in support of security and development), it-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-ċiberdifiża u l-komunikazzjoni strateġika biex jitrawwem il-kxif sistematiku tad-diżinformazzjoni.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt e
(e)  It-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali inkluż assoċjazzjonijiet professjonali f'benefiċjarji elenkati fl-Anness I u l-inkoraġġiment ta' netwerking fil-livelli kollha fost l-organizzazzjonijiet ibbażati fl-Unjoni u dawk ta' benefiċjarji elenkati fl-Anness I, biex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom fi djalogu effettiv mal-atturi pubbliċi u privati.
(e)  It-tisħiħ tal-kapaċitajiet, l-indipendenza u l-pluralità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali, inklużi l-assoċjazzjonijiet professjonali, tal-benefiċjarji u l-inkoraġġiment ta' kuntatti fil-livelli kollha fost l-organizzazzjonijiet ibbażati fl-Unjoni u dawk ta' benefiċjarji, biex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom fi djalogu effettiv mal-atturi pubbliċi u privati. L-assistenza għandha tipprova tkun aċċessibbli għal firxa kemm jista' jkun wiesgħa ta' organizzazzjonijiet fil-benefiċjarji.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt f
(f)  Il-promozzjoni tal-allinjament tar-regoli, tal-istandards, tal-politiki u tal-prattiki tal-pajjiżi sħab ma' dawk tal-Unjoni inklużi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
(f)  Il-promozzjoni tal-allinjament tar-regoli, tal-istandards, tal-politiki u tal-prattiki tal-pajjiżi sħab ma' dawk tal-Unjoni inklużi l-PESK, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt g
(g)  It-tisħiħ fl-aċċess għall-edukazzjoni, għat-taħriġ u għat-tagħlim tul il-ħajja u l-kwalità tagħhom fil-livelli kollha, u l-offerta ta' appoġġ lis-setturi kulturali u kreattivi. L-interventi f'dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li: jippromwovu aċċess ugwali għall-edukazzjoni u kura bikrija ta' kwalità tat-tfal, għall-edukazzjoni primarja u sekondarja, itejbu l-għoti tal-ħiliet bażiċi; iżidu l-livelli edukattivi milħuqa, inaqqsu t-tluq bikri mill-iskola u jsaħħu t-taħriġ tal-għalliema; jiżviluppaw sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET – vocational and educational training) u jippromwovu sistemi ta' tagħlim imsejsin fuq ix-xogħol biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol; itejbu l-kwalità u r-relevanza tal-edukazzjoni għolja; jinkoraġġixxu attivitajiet relatati mal-alumni; itejbu l-aċċess għal tagħlim tul il-ħajja u jappoġġaw l-investiment fl-infrastruttura tal-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod partikolari bil-għan li jnaqqsu l-ispariġġi territorjali u jrawmu edukazzjoni mhux segregata u wkoll permezz tal-użu tat-teknoloġiji diġitali.
(g)  It-tisħiħ fl-aċċess għall-edukazzjoni, għat-taħriġ u għat-tagħlim tul il-ħajja u l-kwalità tagħhom fil-livelli kollha, u l-offerta ta' appoġġ lis-setturi kulturali u kreattivi u l-isport. L-interventi f'dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li: jippromwovu aċċess ugwali għall-edukazzjoni u kura bikrija ta' kwalità inklużivi u bbażati fil-komunità għat-tfal, għall-edukazzjoni primarja u sekondarja, itejbu l-għoti tal-ħiliet bażiċi; iżidu l-livelli edukattivi milħuqa, inaqqsu t-tluq bikri mill-iskola u jsaħħu t-taħriġ tal-għalliema; l-għoti tas-setgħa lit-tfal u ż-żgħażagħ u l-possibbiltà li dawn jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Jiżviluppaw sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET – vocational and educational training) u jippromwovu sistemi ta' tagħlim imsejsin fuq ix-xogħol biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol; itejbu l-kwalità u r-relevanza tal-edukazzjoni għolja; jinkoraġġixxu attivitajiet relatati mal-alumni; itejbu l-aċċess għal tagħlim tul il-ħajja u l-attività fiżika u jappoġġaw l-investiment fl-infrastruttura tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-isport, b'mod partikolari bil-għan li jnaqqsu l-inugwaljanzi territorjali u jrawmu edukazzjoni mhux segregata u wkoll permezz tal-użu tat-teknoloġiji diġitali.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt h
(h)  It-trawwim ta' impjiegi ta' kwalità u l-aċċess għas-suq tax-xogħol. L-interventi f'dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li: jindirizzaw il-qgħad u l-inattività għoljin billi jappoġġaw l-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari taż-żgħażagħ (speċjalment dawk barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET), in-nisa, il-persuni qiegħda fit-tul u l-gruppi kollha li huma l-inqas rappreżentati. Il-miżuri għandhom jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u japoġġaw l-infurzar effettiv tar-regoli u l-istandards tax-xogħol fit-territorju kollu. Oqsma oħrajn ta' intervent għandhom ikunu l-appoġġ għall-ugwaljanza bejn is-sessi, il-promozzjoni tal-impjegabbiltà u l-produttività, l-adattament tal-ħaddiema u l-intrapriżi għall-bidla, it-twaqqif ta' djalogu soċjali sostenibbli u l-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u l-ispettorati tax-xogħol.
(h)  It-trawwim ta' impjiegi ta' kwalità u l-aċċess għas-suq tax-xogħol. L-interventi f'dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li: jindirizzaw il-qgħad u l-inattività għoljin billi jappoġġaw l-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari taż-żgħażagħ (speċjalment dawk barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET), in-nisa, il-persuni qiegħda fit-tul u l-gruppi kollha li huma l-inqas rappreżentati. Il-miżuri għandhom jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u jappoġġaw l-infurzar effettiv tar-regoli u l-istandards, li hemm qbil fuqhom fil-livell internazzjonali, tax-xogħol fit-territorju kollu, inkluż billi titrawwem l-osservanza tal-prinċipji u tad-drittijiet ewlenin kif imsemmi fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Oqsma oħrajn ta' intervent għandhom ikunu l-appoġġ għall-ugwaljanza bejn is-sessi, il-promozzjoni tal-impjegabbiltà u l-produttività, l-adattament tal-ħaddiema u l-intrapriżi għall-bidla, it-twaqqif ta' djalogu soċjali sostenibbli u l-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u l-ispettorati tax-xogħol.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt i
(i)  Il-promozzjoni tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar. L-interventi f'dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li jimmodernizzaw is-sistemi ta' protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni effettiva, effiċjenti u adegwata fl-istadji kollha tal-ħajja ta' persuna, irawmu l-inklużjoni soċjali, jippromwovu l-opportunitajiet indaqs u jindirizzaw l-inugwaljanzi u l-faqar. L-interventi f'dan il-qasam għandhom ukoll jiffukaw fuq: l-integrazzjoni tal-komunitajiet emarġinati bħar-Rom; il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; it-titjib fl-aċċess għal servizzi affordabbli, sostenibbli u ta' kwalità għolja, bħall-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, is-settur tal-abitazzjoni, il-kura tas-saħħa, servizzi soċjali essenzjali u kura fit-tul, inkluż permezz tal-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali.
(i)  Il-promozzjoni tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar. L-interventi f'dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li jimmodernizzaw is-sistemi ta' protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni effettiva, effiċjenti u adegwata fl-istadji kollha tal-ħajja ta' persuna, irawmu l-inklużjoni soċjali, jippromwovu l-opportunitajiet indaqs u jindirizzaw l-inugwaljanzi u l-faqar, u jippromwovu t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal waħda bbażata fil-familja u l-komunità. L-interventi f'dan il-qasam għandhom ukoll jiffukaw fuq: l-integrazzjoni tal-komunitajiet emarġinati bħar-Rom; il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; it-titjib fl-aċċess għal servizzi bbażati fil-familja u l-komunità affordabbli, sostenibbli u ta' kwalità għolja, bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija inklużivi u mhux segregati għat-tfal, is-settur tal-abitazzjoni, il-kura tas-saħħa, servizzi soċjali essenzjali u kura fit-tul, inkluż permezz tal-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali. Azzjonijiet li jikkontribwixxu għal kwalunkwe forma ta' segregazzjoni jew esklużjoni soċjali m'għandhomx ikunu appoġġati.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt j
(j)  Il-promozzjoni ta' trasport intelliġenti, sostenibbli, inklużiv u sikur u t-tneħħija ta' konġestjoni fl-infrastrutturi tan-netwerk prinċipali, b'mod partikolari permezz ta' investiment fi proġetti b'valur Ewropew għoli miżjud. Jenħtieġ li l-investimenti jiġu pprijoritizzati skont ir-relevanza tagħhom għall-konnessjonijiet TEN-T mal-UE, il-kontribuzzjoni għall-mobilità sostenibbli, it-tnaqqis fl-emissjonijiet, l-impatt ambjentali, il-mobilità sikura, f'sinerġija mar-riformi promossi mit-Trattat dwar il-Komunità tat-Trasport.
(j)  Il-promozzjoni ta' trasport intelliġenti, sostenibbli, inklużiv u sikur u t-tneħħija ta' konġestjoni fl-infrastrutturi tan-netwerk prinċipali, b'mod partikolari permezz ta' investiment fi proġetti b'valur Ewropew għoli miżjud. Jenħtieġ li l-investimenti jingħataw prijorità skont ir-rilevanza tagħhom għall-konnessjonijiet TEN-T mal-UE, konnessjonijiet transfruntiera, il-ħolqien tal-impjiegi, il-kontribut għall-mobilità sostenibbli, it-tnaqqis fl-emissjonijiet, l-impatt ambjentali, il-mobilità sikura, f'sinerġija mar-riformi promossi mit-Trattat dwar il-Komunità tat-Trasport.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt k
(k)  It-titjib tal-ambjent tas-settur privat u l-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, bħala muturi ewlenin għat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni. Għandha tingħata prijorità għal proġetti li jtejbu l-ambjent tan-negozju.
(k)  It-titjib tal-ambjent tas-settur privat u l-kompetittività tal-intrapriżi, b'mod partikolari l-SMEs, inkluż l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, bħala muturi ewlenin għat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni. Għandha tingħata prijorità għal proġetti sostenibbli li jtejbu l-ambjent tan-negozju.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt m
(m)  Isir kontribut għas-sigurtà u s-sikurezza tal-provvista alimentari u ż-żamma ta' sistemi ta' biedja diversifikati u vijabbli f'komunitajiet rurali vibranti u fil-kampanja.
(m)  Isir kontribut għas-sigurtà u s-sikurezza tal-provvista alimentari u tal-ilma u ż-żamma ta' sistemi ta' biedja diversifikati u vijabbli f'komunitajiet rurali vibranti u fil-kampanja.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt p
(p)  Iż-żieda tal-kapaċità tas-setturi agroalimentari u tas-sajd sabiex ilaħħqu mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq, kif ukoll sabiex jallinjaw irwieħhom progressivament mar-regoli u l-istandards tal-Unjoni, filwaqt li jfittxu li jiksbu l-għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali fi żvilupp territorjali bbilanċjat taż-żoni rurali u tal-kosta.
(p)  Iż-żieda tal-kapaċità tas-setturi agroalimentari u tas-sajd sabiex ilaħħqu mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq, kif ukoll sabiex jallinjaw ruħhom progressivament mar-regoli u l-istandards tal-Unjoni, bil-għan li jżidu l-kapaċità ta' esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni, filwaqt li jfittxu li jiksbu l-għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali fi żvilupp territorjali bbilanċjat taż-żoni rurali u tal-kosta.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt pa (ġdid)
(pa)   Il-promozzjoni ta' attivitajiet u t-titjib tal-istrateġiji u tal-politiki fuq terminu twil li jipprevjenu u jiġġieldu r-radikaliżmu u l-estremiżmu vjolenti.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-promozzjoni tal-impjiegi, il-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali u kulturali transfruntiera, fost l-oħrajn permezz ta': l-integrazzjoni tas-swieq transfruntiera tax-xogħol, inkluża l-mobilità transfruntiera; inizjattivi konġunti ta' impjieg lokali; servizzi ta' informazzjoni u konsulenza u taħriġ konġunt; l-ugwaljanza bejn is-sessi; l-opportunitajiet indaqs; l-integrazzjoni tal-komunitajiet tal-immigranti u tal-gruppi vulnerabbli; l-investiment fis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi; u l-appoġġ tal-investiment fis-saħħa pubblika u s-servizzi soċjali;
(a)  il-promozzjoni tal-impjiegi, il-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali u kulturali transfruntiera, fost l-oħrajn permezz ta': l-integrazzjoni tas-swieq transfruntiera tax-xogħol, inkluża l-mobilità transfruntiera; inizjattivi konġunti ta' impjieg lokali; servizzi ta' informazzjoni u konsulenza u taħriġ konġunt; l-ugwaljanza bejn is-sessi; l-opportunitajiet indaqs; l-integrazzjoni tal-komunitajiet tal-immigranti u tal-gruppi vulnerabbli; l-investiment fis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi; u l-appoġġ tal-investiment fis-saħħa pubblika kif ukoll fit-tranżizzjoni lejn servizzi soċjali bbażati fil-familja u l-komunità;
Emenda 106
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)   il-promozzjoni tat-tneħħija ta' ostakoli żejda għall-kummerċ, inklużi ostakli burokratiċi, tariffi u ostakli nontariffarji; 
Emenda 107
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt e
(e)  l-inkoraġġiment tat-turiżmu u l-patrimonju kulturali u naturali;
(e)  l-inkoraġġiment tat-turiżmu, tal-isport kif ukoll tal-patrimonju kulturali u naturali;
Emenda 108
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt f
(f)  l-investiment fiż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u l-ħiliet permezz inter alia tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' edukazzjoni konġunta, taħriġ vokazzjonali, skemi ta' taħriġ u infrastruttura li tappoġġa l-attivitajiet konġunti favur iż-żgħażagħ;
(f)  l-investiment fiż-żgħażagħ, l-isports, l-edukazzjoni u l-ħiliet permezz, inter alia, tal-iżgurar tar-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki, tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' edukazzjoni konġunta, taħriġ vokazzjonali, skemi ta' taħriġ u infrastruttura li tappoġġa l-attivitajiet konġunti favur iż-żgħażagħ;
Emenda 109
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt g
(g)  il-promozzjoni ta' governanza lokali u reġjonali u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-ippjanar u amministrattiva ta' awtoritajiet lokali u reġjonali;
(g)  il-promozzjoni tal-governanza lokali u reġjonali, inkluż il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-amministrazzjonijiet bil-għan li jitrawmu r-rikonċiljazzjoni u l-konsolidament tal-paċi, it-tisħiħ tal-kapaċità tal-ippjanar u amministrattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;
Emenda 110
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
(ga)   l-investiment fil-bini tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
Emenda 111
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)
(gb)  il-promozzjoni ta' kooperazzjoni transfruntiera bejn l-amministrazzjonijiet bil-għan li jitrawmu r-rikonċiljazzjoni u l-konsolidament tal-paċi, inkluż il-ħolqien ta' Kummissjoni Reġjonali inkarigata bl-aċċertament tal-fatti rigward id-delitti tal-gwerra u ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem kommessi f'dik li kienet il-Jugoslavja (RECOM).
Emenda 112
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)
(ia)   it-titjib tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija transfruntiera u l-iskambju ta' informazzjoni biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-kriminalità organizzata transfruntiera u ta' każijiet konnessi ta' reati u korruzzjoni ekonomika u finanzjarja, traffikar u kuntrabandu.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-lista' ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandha tintuża biex tgħin biex jitkejjel il-kontribut tal-Unjoni għall-kisba tal-għanijiet speċifiċi tagħha:
Il-lista ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-evoluzzjoni annwali tagħhom għandha tintuża biex tgħin biex jitkejjel il-kontribut tal-Unjoni għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tagħha u l-progress magħmul mill-benefiċjarji:
Emenda 114
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
1a.  Indikatur kompost dwar l-isforzi tas-sħab relatati mar-rikonċiljazzjoni, il-bini tal-paċi, ir-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u l-obbligi internazzjonali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa;
Emenda 115
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
1b.  Indikatur tan-nuqqas ta' vjolenza f'rabta ma' tnaqqis fl-instigaturi ta' konflitt (eż. esklużjoni politika jew ekonomika) kontra valutazzjoni bażi.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)
1c.  Is-sehem taċ-ċittadini benefiċjarji li jaħsbu li huma infurmati sew dwar l-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament (sors: il-Kummissjoni Ewropea).
Emenda 117
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
3a.  Ir-rata u l-evoluzzjoni annwali tal-allinjament mad-deċiżjonijiet u mal-miżuri tal-PESK (sors: is-SEAE).
Emenda 118
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 5
5.  5. Nefqa pubblika fuq is-sigurtà soċjali (perċentwal tal-PDG) (sors: ILO) jew ir-Rata ta' Impjieg (sors: statistika nazzjonali)
5.  Nefqa pubblika fuq is-sigurtà soċjali (perċentwal tal-PDG) kif indikat mill-ILO, in-nefqa fuq is-saħħa, l-inugwaljanza fl-introjtu, ir-rata ta' faqar, ir-rata ta' impjieg u r-rata tal-qgħad, kif indikat mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
5a.  Varjazzjonijiet maż-żmien fil-koeffiċjent GINI.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 10
10.  Għadd ta' programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera konklużi bejn benefiċjarji tal-IPA u IPA/Stati Membri tal-UE (sors: il-Kummissjoni Ewropea)
10.  Għadd ta' programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera konklużi u implimentati bejn benefiċjarji tal-IPA u bejn il-benefiċjarji tal-IPA u l-Istati Membri tal-UE kif indikati mill-Kummissjoni Ewropea
Emenda 121
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)
10a.  Għadd ta' organizzazzjonijiet ġodda li maż-żmien jipparteċipaw fl-azzjonijiet u fil-programmi.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Anness IV – paragrafu 2
L-indikaturi, meta jkun rilevanti, se jkunu diżaggregati skont is-sess.
L-indikaturi, meta jkun rilevanti, se jkunu diżaggregati fil-livell tal-età minima u tas-sess.

(1) ĠU C 110, 22.3.2019, p. 156.
(2) ĠU C 86, 7.3.2019, p. 8.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali