Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 12 ta' Marzu 2019 - Strasburgu 
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde
 Proroga tal-Artikolu 159 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sa tmiem id-disa' leġiżlatura
 Informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija ***I
 Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-UE u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali ***
 Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-UE u l-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (riżoluzzjoni)
 Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali ***
 Awtorizzazzjoni tal-Istati Membri biex isiru parti għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar approċċ integrat ta' sikurezza, sigurtà, u servizz f'partiti tal-futbol u avvenimenti sportivi oħra (CETS Nru 218) ***
 Protokoll li jemenda l-Ftehim UE-Ċina dwar it-Trasport Marittimu (adeżjoni tal-Kroazja) ***
 Ftehim Ewro-Mediterranju UE-Eġittu (adeżjoni tal-Kroazja) ***
 Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE/Turkmenistan
 Deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-varar fir-Renju Unit tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA *
 Skambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) ***I
 Sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (ECRIS-TCN) ***I
 Il-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ***I
 Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà ***I
 Prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel ***I
 Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ***I
 L-importazzjoni ta' beni kulturali ***I
 Il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ***I
 Theddidiet għas-sigurtà b'rabta mal-preżenza teknoloġika Ċiniża li qed tiżdied fl-UE u azzjoni possibbli fil-livell tal-UE biex dawn jitnaqqsu
 L-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja
 Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE rigward il-prevenzjoni u l-medjazzjoni tal-kunflitti

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier
PDF 134kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier (2019/2002(IMM))
P8_TA-PROV(2019)0135A8-0165/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier, imressqa fis-27 ta' Novembru 2018 mill-Uffiċju tal-Prosekutur Ġenerali ta' Cobourg b'rabta ma' proċediment ta' inkjesta preliminari, u mħabbra fis-seduta plenarja fl-14 ta' Jannar 2019,

–  wara li kkunsidra r-rinunzja ta' Monika Hohlmeier għad-dritt għal smigħ tagħha, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0165/2019),

A.  billi l-Prosekutur Ġenerali ta' Cobourg bagħat talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier, Membru tal-Parlament Ewropew għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, rigward ksur fis-sens tal-Artikolu 142 tal-Kodiċi Kriminali Ġermaniż; b'mod partikolari, il-proċediment jikkonċerna reat ta' ħarba;

B.  billi fl-4 ta' Settembru 2018, madwar it-tlieta ta' filgħaxija, Monika Hohlmeier ippruvat tipparkja l-karozza tagħha f'post ta' parkeġġ f'Lichtenfels (il-Ġermanja); billi l-parti ta' quddiem tal-karozza laqtet il-wara ta' karozza oħra li kienet ipparkjata, u dan ikkawża danni għall-karozza l-oħra li ġew stmati li jammontaw għal madwar EUR 287,84; billi Monika Hohlmeier sussegwentement telqet mis-sit tal-inċident, mingħajr ma għamlet arranġament biex tħallas għad-danni;

C.  billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju nazzjonali, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tal-pajjiż tagħhom;

D.  billi l-Artikolu 46 tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jiddisponi li għal att li għalih hija prevista sanzjoni, membru jista' jinżamm responsabbli jew jiġi arrestat biss wara l-awtorizzazzjoni tal-Bundestag, ħlief jekk jinqabad in flagrante delicto jew l-għada tal-ġurnata li fiha ikun wettaq dan l-att;

E.  billi huwa l-Parlament biss li jista' jiddeċiedi li jneħħi jew ma jneħħix l-immunità f'każ partikolari; billi l-Parlament jista' raġonevolment jikkunsidra l-pożizzjoni tal-Membru biex jieħu d-deċiżjoni dwar jekk ineħħix l-immunità tiegħu(2);

F.  billi r-reat allegat la għandu rabta diretta jew evidenti mal-qadi minn Monika Hohlmeier tal-funzjonijiet tagħha ta' Membru tal-Parlament Ewropew, u lanqas ma jikkostitwixxi opinjoni espressa jew vot mixħut fil-qadi tal-funzjonijiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

G.  billi fil-każ preżenti, il-Parlament ma setax jikkonstata l-eżistenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri suspett fondat u preċiż biżżejjed li l-kawża tressqet bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Monika Hohlmeier;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil Monika Hohlmeier.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Sentenza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, EU:T:2008:440, punt 28.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen
PDF 139kWORD 51k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen (2018/2247(IMM))
P8_TA-PROV(2019)0136A8-0167/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen, imressqa fil-5 ta' Settembru 2018 mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża fuq il-bażi ta' talba li saret mill-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti tal-Appell ta' Pariġi, u mħabbra fis-seduta plenarja tat-22 ta' Ottubru 2018, b'rabta ma' kawża pendenti quddiem il-Maġistrati Inkwirenti dwar investigazzjoni ġudizzjarja għal raġunijiet ta' reati allegati ta' ksur ta' fiduċja, ħabi ta' ksur ta' fiduċja, frodi minn grupp organizzat, falsifikazzjoni u l-użu ta' dokumenti falsifikati, u xogħol moħbi permezz tal-ħabi ta' impjegati, fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-assistenti parlamentari,

–  wara li sema' lil Jean-François Jalkh, li kien qed jissostitwixxi lil Jean-Marie Le Pen, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0167/2019),

Α.  billi l-Maġistrati Inkwirenti fil-Qorti Reġjonali ta' Pariġi talbu t-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jean-Marie Le Pen sabiex jisimgħuh b'rabta mar-reati allegati;

Β.  billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen hija relatata ma' reati allegati ta' ksur ta' fiduċja, ħabi ta' ksur ta' fiduċja, frodi minn grupp organizzat, falsifikazzjoni u l-użu ta' dokumenti falsifikati, u xogħol moħbi permezz tal-ħabi ta' impjegati, b'rabta mal-kundizzjonijiet tal-impjieg ta' assistenti tal-Membri tal-Parlament Ewropew affiljati mal-Front National;

C.  billi fil-5 ta' Diċembru 2016 inbdiet investigazzjoni ġudizzjarja wara investigazzjoni preliminari mibdija wara denunzja mill-President tal-Parlament Ewropew ta' dak iż-żmien fid-9 ta' Marzu 2015 dwar ċertu numru ta' assistenti parlamentari tal-Membri tal-Parlament Ewropew affiljati mal-Front National;

D.  billi waqt perkwiżizzjoni li saret fil-kwartieri ġenerali tal-Front National fi Frar 2016, ġew issekwestrati għadd ta' dokumenti fl-uffiċċju tat-teżorier tal-Front National, li taw prova tax-xewqa ta' dan il-partit li "inaqqas l-ispejjeż" bis-saħħa tal-ħlas mill-Parlament Ewropew tar-remunerazzjoni ta' impjegati tal-partit abbażi tal-kariga tagħhom ta' assistenti parlamentari;

E.  billi l-organigramma tal-Front National, ippubblikata fi Frar 2015 elenkat biss 15-il- Membru tal-Parlament Ewropew (minn total ta' 23), 21 assistent parlamentari lokali u 5 assistenti parlamentari akkreditati (minn total ta' 54 assistent); billi għadd ta' assistenti parlamentari ddikjaraw li l-post tal-impjieg tagħhom kien il-kwartieri ġenerali tal-Front National f'Nanterre u f'xi każijiet indikaw li kienu impjegati hemm fuq bażi full-time, għad li kienu jirrisjedu bejn 120 u 945 km mill-post tal-impjieg iddikjarat; billi f'dan l-istadju tal-investigazzjoni, irriżulta li 8 assistenti parlamentari ma wettqu kważi l-ebda xogħol ta' assistenza parlamentari jew li wettquh biss bħala parti żgħira ħafna minn dmirijiethom;

F.  billi l-investigazzjonijiet żvelaw ukoll ċirkostanzi li għamluha tidher improbabbli li l-assistenti parlamentari kkonċernati kienu ġenwinament qed iwettqu dmirijiet marbuta mal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari:

   il-kuntratti ta' impjieg tal-assistenti parlamentari tal-UE mqassma bejn żewġ kuntratti tal-impjieg mal-Front National,
   il-kuntratti ta' impjieg tal-assistenti parlamentari tal-UE għall-Parlament Ewropew u għall-Front National fis-seħħ simultanjament;
   il-kuntratti ta' impjieg għall-Front National konklużi għal perjodi immedjatament wara perjodi koperti minn kuntratti ta' impjieg tal-assistenti parlamentari tal-UE;

G.  billi l-investigazzjoni żvelat li fil-kariga tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, Jean-Marie Le Pen impjega assistent parlamentari fl-2011, iżda l-assistent parlamentari inkwistjoni qal lill-investigaturi li kien ħadem fuq il-kampanja elettorali ta' Membru ieħor tal-Parlament Ewropew matul il-perjodu kkonċernat; billi Jean-Marie Le Pen għamel arranġament għall-ħlas tas-salarji tal-assistenti parlamentari lil tliet persuni oħra, minkejja li prattikament ma kienu għamlu l-ebda xogħol f'dik il-kapaċità;

H.  billi l-investigazzjoni żvelat ukoll li bħala President tal-Front National fi żmien ir-reati allegati, Jean-Marie Le Pen stabbilixxa sistema, li nkixfet mill-Parlament Ewropew, ta' użu tal-fondi tal-UE għall-ħlas ta' xi wħud mill-impjegati tal-Front National permezz ta' kuntratti parlamentari ma' persuni li, fir-realtà, jaħdmu mal-partit, bi ksur tar-regoli tal-UE fis-seħħ;

I.  billi l-Maġistrati Inkwirenti jqisu li huwa meħtieġ li jisimgħu lil Jean-Marie Le Pen;

J.  billi Jean-Marie Le Pen irrifjuta li jidher b'reazzjoni għat-taħrikiet notifikati mill-investigaturi fil-21 ta' Ġunju 2018 u għamel l-istess meta ġie notifikat b'taħrika mill-Maġistrati Inkwirenti f'Lulju 2018, u invoka l-immunità parlamentari tiegħu;

K.  billi bil-ħsieb li ssir l-interrogazzjoni ta' Jean-Marie Le Pen b'rabta mal-akkużi miġjuba kontrih, l-awtorità kompetenti ressqet rikors biex l-immunità tiegħu titneħħa;

L.  billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;

M.  billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni Franċiża tiddikjara li "L-ebda Membru tal-Parlament ma għandu jiġi arrestat jew soġġett għal kwalunkwe miżura oħra li tneħħilu l-libertà jew tirristrinġilu dik il-libertà għal delitt kriminali serju jew reat serju ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Assemblea li tagħha jkun membru. Din l-awtorizzazzjoni ma hijiex meħtieġa fil-każ ta' delitt serju jew reat serju ieħor imwettaq in flagrante delicto jew meta kundanna tkun saret definittiva";

N.  billi ma hemm l-ebda evidenza ta' kwalunkwe motiv biex wieħed jissuspetta fumus persecutionis;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Jean-Marie Le Pen;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża u lil Jean-Marie Le Pen.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde
PDF 139kWORD 51k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde (2018/2267(IMM))
P8_TA-PROV(2019)0137A8-0166/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde, imressqa fid-19 ta' Ottubru 2018 mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża fuq il-bażi ta' talba li saret mill-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti tal-Appell ta' Pariġi, u mħabbra fis-seduta plenarja tat-12 ta' Novembru 2018, b'rabta ma' kawża pendenti quddiem il-Maġistrati Inkwirenti dwar inkjesta ġudizzjarja għal motivi tar-reati allegati ta' ksur ta' fiduċja, ħabi ta' ksur ta' fiduċja, frodi minn grupp organizzat, falsifikazzjoni u l-użu ta' dokumenti falsifikati, u xogħol moħbi permezz tal-ħabi ta' impjegati, fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-assistenti parlamentari,

–  wara li sema' lil Jean-François Jalkh, li kien qed jissostitwixxi lil Dominique Bilde, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0166/2019),

Α.  billi l-Maġistrati Inkwirenti fil-Qorti Reġjonali ta' Pariġi talbu t-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Dominique Bilde sabiex jisimgħuha b'rabta mar-reati allegati;

Β.  billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde hija relatata ma' reati allegati ta' ksur ta' fiduċja, ħabi ta' ksur ta' fiduċja, frodi minn grupp organizzat, falsifikazzjoni u l-użu ta' dokumenti falsifikati, u xogħol moħbi permezz tal-ħabi ta' impjegati, b'rabta mal-kundizzjonijiet tal-impjieg ta' assistenti tal-Membri tal-Parlament Ewropew affiljati mal-Front National;

C.  billi fil-5 ta' Diċembru 2016 inbdiet investigazzjoni ġudizzjarja wara investigazzjoni preliminari mibdija wara denunzja mill-President tal-Parlament Ewropew ta' dak iż-żmien tad-9 ta' Marzu 2015 dwar ċertu numru ta' assistenti parlamentari tal-Membri tal-Parlament Ewropew affiljati mal-Front National;

D.  billi waqt perkwiżizzjoni li saret fil-kwartieri ġenerali tal-Front National fi Frar 2016, ġew issekwestrati għadd ta' dokumenti fl-uffiċċju tat-teżorier tal-Front National, li taw prova tax-xewqa ta' dan il-partit li "jnaqqas l-ispejjeż" bis-saħħa tal-ħlas mill-Parlament Ewropew tar-remunerazzjoni ta' impjegati tal-partit abbażi tal-kariga tagħhom ta' assistenti parlamentari; billi, f'dan l-istadju tal-investigazzjoni, irriżulta li 8 assistenti parlamentari ma wettqu kważi l-ebda xogħol ta' assistenza parlamentari jew wettquh biss f'proporzjon żgħir ħafna mit-totalità ta' dmirijiethom;

E.  billi rriżulta li l-assistent parlamentari ta' Dominique Bilde mill-1 ta' Ottubru 2014 sal-31 ta' Lulju 2015 kien wieħed mill-assistenti li ma kellu kważi l-ebda xogħol ta' assistenza parlamentari; billi fl-organigramma tal-Front National ippubblikata fi Frar  2015, it-titlu tal-kariga tal-assistent parlamentari ta' Dominique Bilde kien "uffiċjal nazzjonali għall-pjanifikazzjoni" u kien jaħdem fl-Unità tal-Monitoraġġ u l-Pjanifikazzjoni tal-Politika taħt ir-responsabbiltà ta' Membru ieħor tal-Parlament Ewropew; billi l-kuntratt tiegħu bħala assistent parlamentari kien segwit minn żewġ kuntratti oħra relatati mal-attivitajiet tal-Front National għall-perjodu li beda minn Awwissu 2015 sal-31 ta' Diċembru 2016; billi matul il-perjodu kopert mill-kuntratt tiegħu bħala assistent parlamentari, huwa kien wettaq ukoll il-kompiti li ġejjin: Segretarju Ġenerali tal-grupp Collectif Marianne, Segretarju Ġenerali tal-grupp Collectif Mer et Francophonie u kandidat għall-elezzjonijiet dipartimentali f'Marzu 2015 fid-dipartiment ta' Doubs;

F.  billi l-Parlament Ewropew issospenda l-ħlas tal-ispejjeż għall-assistenza parlamentari relatati mal-kuntratt tal-assistent parlamentari ta' Dominique Bilde;

G.  billi l-Maġistrati Inkwirenti jqisu li huwa meħtieġ li jisimgħu lil Dominique Bilde;

H.  billi Dominique Bilde rrifjutat li twieġeb għall-mistoqsijiet tal-investigaturi meta nstemgħet minnhom f'Awwissu 2017 u rrifjutat li tidher quddiem il-Maġistrati Inkwirenti għall-smigħ preparatorju, li kellu jsir fl-24 ta' Novembru 2017, għall-akkuża tagħha ta' abbuż ta' fiduċja, billi invokat l-immunità parlamentari tagħha;

I.  billi bil-ħsieb li ssir l-interrogazzjoni ta' Dominique Bilde b'rabta mal-akkużi miġjuba kontriha, l-awtorità kompetenti ressqet rikors biex l-immunità tagħha titneħħa;

J.  billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;

K.  billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni Franċiża tiddikjara li "L-ebda Membru tal-Parlament ma għandu jiġi arrestat jew soġġett għal kwalunkwe miżura oħra li tneħħilu l-libertà jew tirristrinġilu dik il-libertà għal delitt kriminali serju jew reat serju ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Assemblea li tagħha jkun membru. Din l-awtorizzazzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ ta' delitt serju jew reat serju ieħor imwettaq in flagrante delicto jew meta kundanna tkun saret definittiva";

L.  billi ma hemm l-ebda evidenza ta' kwalunkwe motiv biex wieħed jissuspetta fumus persecutionis;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Dominique Bilde;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża u lil Dominique Bilde.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


Proroga tal-Artikolu 159 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sa tmiem id-disa' leġiżlatura
PDF 129kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 li testendi l-Artikolu 159 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tad-disa' leġiżlatura (2019/2545(RSO))
P8_TA-PROV(2019)0138B8-0147/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 342 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Nru 1 tal-Kunsill, tal-15 ta' April 1958, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005(2) u (UE, Euratom) 2015/2264(3)

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu adottat mill-Bureau fis-16 ta' Ġunju 2014,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014(4) li testendi l-applikabilità tal-Artikolu 159 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sa tmiem it-tmien leġiżlatura u d-deċiżjonijiet sussegwenti tal-Bureau li jestendu d-deroga mill-Artikolu 158 sal-aħħar ta' din il-leġiżlatura,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 158 u 159 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont l-Artikolu 158, id-dokumenti kollha tal-Parlament għandhom jitfasslu fil-lingwi uffiċjali, u l-Membri kollha għandhom id-dritt li fil-Parlament jitkellmu bil-lingwa uffiċjali tal-għażla tagħhom, b'interpretazzjoni pprovduta fil-lingwi uffiċjali l-oħra;

B.  billi, skont l-Artikolu 159, huwa permess li jingħataw derogi mill-Artikolu 158 sa tmiem it-tmien leġiżlatura jekk, u wara li, minkejja t-teħid ta' prekawzjonijiet xierqa, il-lingwisti meħtieġa għal lingwa uffiċjali ma jkunux disponibbli fl-għadd meħtieġ; billi, fir-rigward ta' kull lingwa uffiċjali li għaliha deroga hija kkunsidrata meħtieġa, il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-arranġamenti speċjali temporanji adottati mill-Kunsill fuq il-bażi tat-Trattati li jikkonċernaw l-abbozzar ta' atti legali, huwa meħtieġ jivverifika jekk il-kundizzjonijiet humiex issoddisfati u jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu kull sitt xhur;

C.  billi r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 u (UE, Euratom) 2015/2264 jipprevedu restrizzjoni gradwali tad-deroga fir-rigward tal-Irlandiż u, fin-nuqqas ta' Regolament ieħor tal-Kunsill li jiddikjara mod ieħor, l-iskadenza ta' dik id-deroga mill-1 ta' Jannar 2022;

D.  billi, minkejja l-prekawzjonijiet kollha xierqa, il-kapaċità tal-Irlandiż u tal-Malti mhijiex mistennija li tkun tali li tippermetti servizz sħiħ ta' interpretazzjoni f'dawk il-lingwi mill-bidu tad-disa' leġiżlatura;

E.  billi, minkejja sforzi istituzzjonali bla heda u kontinwi u progress sinifikanti, in-numru ta' tradutturi għall-Irlandiż għadu mistenni li jkun tant limitat li, sa fejn wieħed jista' jbassar, ma tistax tiġi żgurata kopertura sħiħa ta' dik il-lingwa skont l-Artikolu 158; billi, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 u (UE, Euratom) 2015/2264, numru dejjem jikber ta' atti legali għandu jiġi tradott bl-Irlandiż, li jnaqqas il-possibbiltà li dokumenti parlamentari oħra jiġu tradotti f'dik il-lingwa;

F.  billi l-Artikolu 159(4) jipprevedi li abbażi ta' rakkomandazzjoni motivata mill-Bureau, il-Parlament jista' jiddeċiedi, fl-aħħar tal-leġiżlatura, li jestendi dak l-Artikolu;

G.  billi, fid-dawl tal-informazzjoni ta' hawn fuq, il-Bureau rrakkomanda li l-Artikolu 159 jiġi estiż sal-aħħar tad-disa' leġiżlatura;

1.  Jiddeċiedi li jestendi l-Artikolu 159 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tad-disa' leġiżlatura;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

(1) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u li jintroduċi miżuri derogatorji temporanji għal dawk ir-Regolamenti (ĠU L 156, 18.6.2005, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/2264 tat-3 ta' Diċembru 2015 li jestendi u li jelimina gradwalment il-miżuri derogatorji temporanji tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika introdotti mir-Regolament (KE) Nru 920/2005 (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 1).
(4) ĠU C 285, 29.8.2017, p. 164.


Informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija ***I
PDF 306kWORD 81k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (COM(2018)0279 – C8-0191/2018 – 2018/0140(COD))
P8_TA(2019)0139A8-0060/2019

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-UE u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali ***
PDF 130kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018 – C8-0445/2018 – 2018/0272(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0140A8-0083/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10877/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u tal-Artikolu 218(7) tiegħu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0445/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2019(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0083/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.

(1) Testi Adottati, P8_TA-PROV(2019)0141.


Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-UE u l-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (riżoluzzjoni)
PDF 174kWORD 60k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018 – C8-0445/2018 – 2018/0272M(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0141A8-0093/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarja tad-9 ta' Ottubru 2018 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10877/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(3) u 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u mal-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0445/2018),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra(1),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2173/2005 tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' skema ta' liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta' injam fil-Komunità Ewropea(2) (ir-Regolament FLEGT),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi, il-Governanza u l-Kummerċ Forestali (COM(2003)0251),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2016 dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ forestali (10721/2016),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam(3) (ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam),

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Aġenzija tal-Investigazzjoni Ambjentali tal-31 ta' Mejju 2018 bit-titlu "Serial Offender: Vietnam's continued imports of illegal Cambodian timber"(4) u tal-25 ta' Settembru 2018 bit-titlu "Vietnam in Violation: Action required on fake CITES permits for rosewood trade"(5),

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2015-2030,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi tat-12 ta' Diċembru 2015 li ntlaħaq fil-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21),

–  wara li kkunsidra l-Bonn Challenge (Sfida ta' Bonn) tal-2011, li hija sforz globali sabiex 150 miljun ettaru ta' art deforestata u degradata fid-dinja jiġu restawrati sal-2020, u 350 miljun ettaru sal-2030,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) tal-2012 bit-titlu "Green carbon, black trade: illegal logging, tax fraud and laundering in the world's tropical forests"(6),

–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tan-NU biex jindirizzaw il-kriminalità u l-korruzzjoni, inklużi l-Konvenzjoni kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Konvenzjoni kontra l-Korruzzjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu ta'...(7) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0093/2019),

A.  billi l-Vjetnam sar it-tielet pajjiż fl-Asja li daħal f'negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Volontarja (VPA) dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (FLEGT) fl-2010, wara l-Indoneżja u l-Malasja; billi n-negozjati ġew konklużi f'Mejju 2017 u l-ftehim ġie ffirmat fid-19 ta' Ottubru 2018;

B.  billi l-objettiv tal-VPA huwa li jipprovdi qafas legali mmirat li jiżgura li l-importazzjonijiet kollha tal-injam u tal-prodotti tal-injam mill-Vjetnam lejn l-UE koperti mill-VPA jkunu ġew prodotti legalment; billi l-VPAs huma ġeneralment maħsuba biex irawmu bidliet sistemiċi fis-settur tal-forestrija mmirati lejn il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, il-qerda tal-qtugħ illegali tas-siġar u l-appoġġ għall-isforzi dinjija biex jitwaqqfu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti;

C.  billi l-Vjetnam huwa pajjiż sinifikanti fil-kuntest tal-kummerċ tal-injam, li s-settur tiegħu tal-ipproċessar tal-injam fid-dinja, orjentat lejn l-esportazzjoni, huwa r-raba' l-akbar fid-dinja u għandu l-għan li jsir l-akbar wieħed; billi, bħala ċentru ta' pproċessar, il-Vjetnam huwa esportatur ewlieni ta' prodotti tal-injam għall-UE iżda anke għal pajjiżi fir-reġjun, b'mod partikolari ċ-Ċina u l-Ġappun;

D.  billi l-Vjetnam huwa importatur ewlieni ta' injam u prodotti tal-injam, li fl-2017, il-fabbriki tiegħu kkonsmaw madwar 34 miljun metru kubu ta' injam u prodotti tal-injam li minnhom 25 % kienu importati u 75 % kienu minn pjantaġġuni domestiċi – ħafna minn dawn il-pjantaġġuni huma proprjetà ta' bdiewa żgħar u huma ġestiti minnhom; billi l-importazzjonijiet kibru fil-valur bi 68 % matul il-perjodu 2011-2017; billi f'dawn l-aħħar snin, il-Vjetnam għamel progress konsiderevoli fit-tnaqqis tad-deforestazzjoni domestika u żied iż-żona forestali tiegħu minn 37 % fl-2005 għal 41,65 % fl-2018, inklużi pjantaġġuni industrijali; billi l-Vjetnam ilu mill-2016 jinforza projbizzjoni fuq il-qtugħ tas-siġar fil-foresti naturali domestiċi;

E.  billi l-pajjiżi li fl-2017 kienu l-akbar sors ta' zkuk u injam isserrat kienu l-Kamerun, l-Istati Uniti u l-Kambodja, flimkien mar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) bħala fornitur notevoli; billi, mill-2015, il-Kambodja kienet it-tieni l-akbar fornitur ta' injam tropikali tal-Vjetnam, minkejja l-projbizzjoni rappurtata(8) ta' esportazzjonijiet lejn il-Vjetnam; billi, bejn l-2016 u l-2017, ġiet irrappurtata żieda ta' 43 % fil-volum u żieda ta' 40 % fil-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi Afrikani; billi l-NGOs b'għarfien espert rilevanti indikaw li l-injam esportat mill-Kambodja u r-RDK għandu jitqies bħala "riskju għoli", filwaqt li l-injam mhux ipproċessat spiss jiġi importat minn pajjiżi kkaratterizzati minn governanza dgħajfa, livelli għoljin ta' korruzzjoni jew kunflitt, b'riskju mifrux ta' illegalità fil-ħsad tal-injam;

F.  billi l-Kambodja għandha l-ħames l-ogħla rata ta' deforestazzjoni fid-dinja u billi l-istatistika tan-NU turi li l-kopertura forestali tal-Kambodja naqset minn 73 % fl-1990 għal 57 % fl-2010;

G.  billi, abbażi tal-Artikolu 3 tas-sottodigriet Nru 131 tat-28 ta' Novembru 2006, il-Kambodja tipprojbixxi l-esportazzjonijiet ta' zkuk tondi minbarra minn pjantaġġuni, injam isserrat aħrax għajr minn pjantaġġuni, u injam kwadru u rettangolari bi ħxuna u wisa' ta' aktar minn 25 cm(9); billi l-esportazzjonijiet kollha ta' prodotti tal-injam forestali naturali mill-Kambodja fil-prinċipju huma meqjusa li jiksru l-liġi tal-Kambodja; billi, skont il-VPA, il-Vjetnam huwa impenjat li jimporta biss injam li nħasad b'mod legali f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ta' oriġini;

H.  billi skont VPA, pajjiż jimpenja ruħu li jistabbilixxi politika bil-ħsieb li jiżgura li l-injam u l-prodotti tal-injam ivverifikati bħala legali biss jiġu esportati lejn l-UE(10); billi l-Vjetnam se jkollu jadotta leġiżlazzjoni li tistabbilixxi s-Sistema ta' Garanzija tal-Legalità tal-Injam (Timber Legality Assurance System – TLAS), u jistabbilixxi l-istrutturi amministrattivi u l-kapaċità meħtieġa sabiex jimplimenta u jsaħħaħ l-impenji tal-VPA tiegħu; billi dan il-VPA se japplika għall-injam u l-prodotti tal-injam maħsuba kemm għal swieq domestiċi kif ukoll għal dawk tal-esportazzjoni, ħlief għall-pass finali tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT, li għalissa huwa maħsub għall-esportazzjonijiet lejn l-UE biss;

I.  billi l-Vjetnam ħa l-impenn li jadotta leġiżlazzjoni li tiżgura li l-injam prodott legalment(11) biss jiġi importat fis-suq tiegħu, fuq il-bażi tal-obbligi tad-diliġenza dovuta għall-importaturi tal-injam u tal-prodotti tal-injam; billi l-Vjetnam impenja ruħu wkoll li jirrikonoxxi l-liġijiet rilevanti tal-pajjiżi tal-ħsad bħala parti mid-definizzjoni ta' legalità fl-ambitu tal-VPA;

J.  billi l-promozzjoni ta' dan il-VPA fir-reġjun kieku tiżvolġi rwol importanti biex titrawwem l-integrazzjoni ekonomika u jinkisbu miri internazzjonali ta' żvilupp sostenibbli; billi l-konklużjoni ta' VPAs ġodda – b'mod partikolari maċ-Ċina, li tmiss mal-Vjetnam u hija attur ewlieni fl-industrija tal-injam ipproċessat – kieku tagħmilha possibbli li jiġu pprovduti garanziji dwar il-legalità u l-vijabbiltà tal-kummerċ tal-injam u tal-prodotti tal-injam fir-reġjun;

K.  billi huwa biss ladarba l-Vjetnam ikun ta prova tal-implimentazzjoni sħiħa tal-impenji kollha tal-VPA(12) u jkun stabbilixxa l-kapaċità li jinforza l-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata, li jkun jista' jaderixxi mal-iskema ta' liċenzjar FLEGT tal-UE; billi l-injam importat skont liċenzja FLEGT jitqies li huwa legali skont ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam; billi l-adeżjoni tal-Vjetnam mal-iskema ta' liċenzjar FLEGT hija approvata minn att delegat;

L.  billi l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam se jilliberalizza l-kummerċ fl-injam u l-prodotti tal-injam mad-dħul fis-seħħ tiegħu u l-importazzjonijiet mill-Vjetnam se jkunu koperti mill-obbligi ġenerali ta' diliġenza dovuta tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam sa ma jidħol fis-seħħ il-liċenzjar FLEGT(13);

1.  Ifakkar li l-ġestjoni u l-governanza sostenibbli u inklużivi tal-foresti huma essenzjali biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u fil-Ftehim ta' Pariġi;

2.  Jitlob lill-UE tiżgura l-koerenza tal-VPA mal-politiki kollha tagħha, inkluż fl-oqsma tal-iżvilupp, l-ambjent, l-agrikoltura u l-kummerċ;

3.  Jappoġġja bil-qawwa l-proċess FLEGT mal-Vjetnam minħabba r-rwol tal-pajjiż fis-settur tal-ipproċessar tal-injam; jilqa' l-iffirmar tal-VPA, ftehim imfassal biex progressivament iġib riforma kompluta tal-politika fil-pajjiż immirata lejn it-tindif ta' injam prodott illegalment mill-ktajjen ta' provvista tal-operaturi tal-Vjetnam; jilqa' l-impenn tal-Vjetnam u l-progress li għamel s'issa u jinsab konxju li l-implimentazzjoni sħiħa tal-VPA se tkun proċess fit-tul li jinvolvi mhux biss l-adozzjoni ta' sett sħiħ ta' leġiżlazzjoni (TLAS) iżda anke l-iżgurar li jkun hemm kapaċità amministrattiva adegwata u għarfien espert għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-VPA; ifakkar li l-liċenzjar FLEGT jista' jibda biss ladarba l-Vjetnam ikun wera li s-sistema tat-TLAS hija disponibbli; jieħu nota tal-isfidi rappreżentati mill-koordinazzjoni bejn il-livelli nazzjonali u provinċjali, li huma meħtieġa sabiex jiġi infurzat b'mod adegwat u konsistenti l-VPA fil-pajjiż kollu u jistieden lill-Gvern tal-Vjetnam jiżgura din il-koordinazzjoni;

4.  Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-VPA trid tikkomplementa l-impenji tal-UE għall-protezzjoni ambjentali u tiżgura koerenza mal-impenji sabiex tiġi evitata d-deforestazzjoni tal-massa;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jallokaw riżorsi umani adegwati għall-implimentazzjoni ta' dan il-VPA, filwaqt li jiżguraw riżorsi adegwati għad-Delegazzjoni tal-UE f'Hanoi, kif ukoll riżorsi finanzjarji għall-Vjetnam fil-qafas tal-istrumenti ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp preżenti u futuri li għandhom jiġu speċifikament allokati għall-implimentazzjoni tal-VPA; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jgħinu lill-awtoritajiet Vjetnamiżi u lis-soċjetà ċivili, inkluż billi jagħmlu l-immaġni bis-satellita disponibbli għalihom; jappella lill-UE tidderieġi l-isforzi tagħha lejn it-tisħiħ tal-qafas legali u l-kapaċità istituzzjonali tal-Vjetnam, billi tindirizza l-isfidi tekniċi u ekonomiċi li jxekklu l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tar-regolamenti nazzjonali u internazzjonali eżistenti;

6.  Jirrikonoxxi l-impenji li għamlet l-industrija tal-injam tal-Vjetnam biex telimina l-injam illegali mill-ktajjen tal-provvista u tqajjem kuxjenza dwar dawn il-kwistjonijiet; jisħaq, madankollu, li bidla fil-mentalità fl-industrija, kif ukoll infurzar b'saħħtu, huma essenzjali; ifakkar li l-preżenza ta' injam illegali fil-ktajjen tal-provvista tirriskja li tkun ta' ħsara għar-reputazzjoni tal-industrija tal-ipproċessar tal-Vjetnam;

7.  Jinsab konxju, madankollu, li fil-passat il-Vjetnam kellu jħabbat wiċċu ma' sfida sinifikanti fil-ġlieda kontra l-kummerċ illegali tal-injam mil-Laos, u f'dawn l-aħħar snin mill-Kambodja; iqis li f'każijiet bħal dawn, il-Vjetnam u l-pajjiżi fornituri huma flimkien responsabbli għaż-żieda f'dan il-kummerċ illegali, peress li l-awtoritajiet tal-Vjetnam, b'mod partikolari fil-livell provinċjali, ħadu deċiżjonijiet formali li jiksru l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tal-ħsad, bħall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni formali;

8.  Jilqa' l-impenn tal-Vjetnam li jadotta leġiżlazzjoni biex jiżgura li l-injam prodott legalment biss jiġi importat fis-suq tiegħu, fuq il-bażi ta' diliġenza dovuta mandatorja għall-importaturi, bħala waħda mill-kisbiet ewlenin tal-VPA; ifakkar li l-obbligi tad-diliġenza dovuta ma għandhomx jitnaqqsu għal sempliċi eżerċizzju burokratiku, iżda li għandhom jinkludu l-passi kollha meħtieġa – bħall-ġbir ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskji u t-teħid ta' miżuri addizzjonali biex jiġi mitigat kwalunkwe riskju identifikat bil-ħsieb li l-livell tar-riskju jitnaqqas għal "negliġibbli" – li għandhom jissaħħu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti permezz ta' kontrolli sodi u sistematiċi ta' kumpaniji individwali; jenfasizza l-isfida tal-infurzar tal-obbligi ta' diliġenza dovuta permezz tal-awtoritajiet doganali, li se jirrikjedu taħriġ adegwat; ifakkar li l-awtoritajiet Vjetnamiżi għandhom jadottaw sistema ta' diliġenza dovuta li tikkorrispondi għal dik dettaljata fir-Regolament tal-UE dwar l-Injam u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu previsti sottomissjonijiet indipendenti minn partijiet terzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-diliġenza dovuta; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Vjetnamiżi jikkunsidraw l-awditjar ta' partijiet terzi u r-rappurtar pubbliku mill-kumpaniji bħala rekwiżiti tas-sistema ta' diliġenza dovuta tagħhom, kif ukoll jipprovdu appoġġ adegwat lill-kumpaniji biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom u jevitaw li jqiegħdu piżijiet sproporzjonati fuq il-fornituri domestiċi tal-injam, filwaqt li jevitaw li jinħolqu lakuni;

9.  Jistieden lill-Gvern tal-Vjetnam jipprevedi pieni adegwati, dissważivi u proporzjonati għall-ksur tal-leġiżlazzjoni li timplimenta t-TLAS, li fil-każ ta' importazzjonijiet tinkludi projbizzjoni sħiħa li jitqiegħed fis-suq tal-Vjetnam injam illegali, filwaqt li dan l-injam jiġi konfiskat;

10.  Jilqa' l-mekkaniżmu indipendenti ta' evalwazzjoni, ilmenti u rispons u jistieden lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jiżguraw li dawn jingħataw tweġiba b'mod adegwat, inkluż permezz ta' azzjoni ta' infurzar effettiva u dissważiva meta jkun meħtieġ; jistenna li dawn il-mekkaniżmi joperaw bi trasparenza sħiħa u jrawmu l-qsim tal-informazzjoni bejn is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet tal-infurzar; jilqa' l-impenn mill-Vjetnam li jiżgura monitoraġġ indipendenti tal-implimentazzjoni tal-VPA minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, assoċjazzjonijiet tal-foresti, intrapriżi, trade unions, komunitajiet lokali u persuni li jgħixu fiż-żoni forestali; jisħaq fuq l-importanza kruċjali tal-involviment u l-aċċess tagħhom għal informazzjoni rilevanti u aġġornata biex ikunu jistgħu jwettqu r-rwol tagħhom f'dan il-proċess u biex jikkontribwixxu aktar għall-kredibbiltà tat-TLAS u għat-tisħiħ kontinwu tagħha; jilqa' l-impenn magħmul mill-Vjetnam biex jippermetti l-aċċess tas-soċjetà ċivili għall-bażi ta' data nazzjonali dwar il-forestrija u jħeġġeġ lill-gvern jissottometti l-leġiżlazzjoni dwar l-implimentazzjoni tat-TLAS għal konsultazzjoni pubblika u jqis il-feedback li jirċievi;

11.  Jilqa' l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili matul u wara n-negozjati tal-VPA u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Vjetnam jiżgura inklużjoni ġenwina u sħiħa matul il-fażi kollha ta' implimentazzjoni u lil hinn minnha, li tkopri l-kamp ta' applikazzjoni sħiħ tal-VPA, inklużi kontrolli tal-importazzjoni, obbligi ta' diliġenza dovuta, is-sistema ta' klassifikazzjoni tal-organizzazzjoni u l-verifika bbażata fuq ir-riskju tal-kumpaniji u l-liċenzji FLEGT; jisħaq fuq kemm hu importanti li jiġu involuti l-komunitajiet lokali kemm għal raġunijiet soċjoekonomiċi kif ukoll sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-Liġi l-ġdida tal-Forestrija u l-impenji tal-VPA;

12.  Jikkundanna bil-qawwa l-kummerċ illegali tal-injam li jseħħ tul il-fruntiera tal-Kambodja u jistieden lill-awtoritajiet taż-żewġ pajjiżi jwaqqfu l-flussi illegali minnufih u kompletament, bħala ħtieġa assoluta għal tkomplija b'suċċess tal-proċess tal-VPA; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jinvestigaw, ineħħu mill-funzjoni u jressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli talli awtorizzaw u mmaniġġjaw il-kummerċ illegali mill-Kambodja u bnadi oħra; jilqa' d-deċiżjoni reċenti li ħadu l-awtoritajiet tal-Vjetnam biex jippermettu biss il-kummerċ tal-injam mir-rotot internazzjonali ewlenin, kif ukoll biex isaħħu l-kapaċitajiet ta' infurzar kontra l-kummerċ illegali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jikkategorizzaw immedjatament l-injam mill-Kambodja bħala "riskju għoli" u jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tal-Kambodja dwar il-ħsad u l-esportazzjoni tal-injam tiġi rispettata, f'konformità mal-impenji tal-VPA; jistieden liż-żewġ pajjiżi jrawmu u jtejbu d-djalogu, il-kooperazzjoni transkonfinali, l-iskambju tad-data kummerċjali u l-informazzjoni dwar ir-riskji relatati mal-kummerċ illegali tal-injam u l-leġiżlazzjoni rispettiva fis-seħħ, u jħeġġiġhom jinvolvu lill-UE fl-iffaċilitar ta' dan id-djalogu; iħeġġeġ lill-Vjetnam u lill-Kambodja jitolbu appoġġ mill-Interpol u jaħdmu flimkien fuq miżuri effettivi u fit-tul biex jiġġieldu kontra l-qtugħ illegali u bla rażan tas-siġar u l-kuntrabandu transkonfinali ta' injam lejn il-Vjetnam; jistieden lill-awtoritajiet tal-Vjetnam japplikaw l-istess miżuri għall-importazzjonijiet minn pajjiżi fornituri oħra fejn jeżisti jew jista' jinqala' tħassib simili, b'mod partikolari dawk fl-Afrika, bħar-RDK;

13.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata d-dimensjoni reġjonali tal-qtugħ illegali tas-siġar u t-trasport, l-ipproċessar u l-kummerċ tal-injam illegali tul il-katina tal-provvista; jitlob li din id-dimensjoni reġjonali tiġi inkluża fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-VPA fil-forma ta' valutazzjoni tar-rabta bejn l-eżistenza ta' mekkaniżmi aktar dgħajfa ta' infurzar f'pajjiżi oħra tar-reġjun u ż-żieda fl-esportazzjonijiet minn tali pajjiżi lejn l-UE;

14.  Jisħaq li l-governanza ħażina u l-korruzzjoni fis-settur tal-forestrija jaċċelleraw il-qtugħ illegali tas-siġar u d-degradazzjoni tal-foresti u jenfasizza l-fatt li s-suċċess tal-inizjattiva FLEGT jiddependi wkoll mill-fatt li jiġu indirizzati l-frodi u l-korruzzjoni tul il-katina kollha tal-provvista tal-injam; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Vjetnam jaħdem biex iwaqqaf il-korruzzjoni mifruxa u jindirizza fatturi oħra li jwasslu għal dan il-kummerċ, b'mod partikolari fir-rigward ta' awtoritajiet doganali u oħrajn li se jkollhom rwol ċentrali fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-VPA, bħala sinjal konkret li l-Vjetnam huwa impenjat bis-sħiħ għall-proċess tal-VPA; jisħaq fuq il-ħtieġa li tintemm l-impunità fis-settur tal-foresti billi jiġi żgurat li ssir prosekuzzjoni tal-ksur;

15.  Jilqa' l-adozzjoni reċenti mill-Gvern tal-Vjetnam ta' pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-VPA u jistieden lill-gvern isegwi approċċ konkret, marbut biż-żmien u li jista' jitkejjel; jilqa' d-dħul fis-seħħ tal-Liġi l-ġdida dwar il-Forestrija fl-1 ta' Jannar 2019, li tinkludi projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' injam prodott illegalment fil-Vjetnam u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jinfurzaw din il-projbizzjoni u jadottaw malajr miżuri ta' implimentazzjoni jekk ikun meħtieġ, bil-ħsieb li jitnaqqas id-distakk sakemm it-TLAS issir operattiva;

16.  Jilqa' l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fil-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam, li jagħmlu wkoll konnessjoni mal-VPA; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-kummerċ fl-injam u l-prodotti tal-injam waqt l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles u timmonitorja l-flussi kummerċjali mill-qrib sabiex tiżgura li l-liberalizzazzjoni addizzjonali tal-kummerċ ma twassalx għal riskji addizzjonali ta' kummerċ illegali;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament kull sena dwar il-progress li jagħmel il-Vjetnam fl-implimentazzjoni tal-VPA, inkluż kontra r-rekwiżiti ta' din ir-riżoluzzjoni, kif ukoll dwar l-attivitajiet tal-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni, bil-ħsieb li tiġi permessa deċiżjoni infurmata ladarba jkun propost l-att delegat li jawtorizza li jiġu aċċettati l-liċenzji FLEGT; jistieden lill-Kummissjoni tqis li ttejjeb ir-regolament dwar il-liċenzjar FLEGT matul l-eżerċizzju ta' rieżami li jmiss sabiex tkun tista' tirreaġixxi malajr għal każijiet ta' ksur sinifikanti tal-impenji tal-VPA;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni trawwem djalogu u tippromwovi r-Regolament tal-UE dwar l-Injam mal-pajjiżi importaturi ewlenin fir-reġjun u ma' sħab kummerċjali ewlenin tal-UE bħaċ-Ċina u l-Ġappun, u tkompli tagħti prijorità, f'relazzjonijiet bilaterali ma' dawk il-pajjiżi, inkluż fir-relazzjonijiet kummerċjali, lis-soluzzjonijiet konkreti biex jitwaqqaf il-kummerċ illegali tal-injam, bil-ħsieb li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi globali biex tiġi indirizzata l-kwistjoni; jappoġġja lill-Kummissjoni fit-tnedija ta' negozjati tal-VPA mal-pajjiżi ġirien tal-Vjetnam hekk kif jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa u jissottolinja l-importanza tal-VPAs tal-FLEGT fi strumenti futuri ta' żvilupp u kooperazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi strumenti li jiffaċilitaw l-iskambji tal-aħjar prattiki bejn il-Vjetnam u pajjiżi oħra li diġà kkonkludew VPAs mal-UE;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u r-Renju tal-Kambodja.

(1) ĠU L 329, 3.12.2016, p. 8.
(2) ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.
(3) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(4) https://eia-international.org/wp-content/uploads/eia-serial-offender-web.pdf
(5) https://eia-international.org/report/vietnam-violation-action-required-fake-cites-permits-rosewood-trade/
(6) Nellemann, C., INTERPOL Environmental Crime Programme (eds). 2012. Green Carbon, Black Trade: Illegal Logging, Tax Fraud and Laundering in the Worlds Tropical Forests. A Rapid Response Assessment. Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, GRIDArendal, http://wedocs.unep.org/bitstream/handle/20.500.11822/8030/Green%20carbon%20Black%20Trade_%20Illegal %20logging.pdf?sequence=5&isAllowed=y
(7) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0140.
(8) https://www.phnompenhpost.com/national/despite-ban-timber-exports-vietnam-nearing-2016-total
(9) https://eia-international.org/wp-content/uploads/eia-serial-offender-web.pdf, p. 6.
(10) Il-VPA jkopri l-prodotti ewlenin kollha esportati lejn l-UE, b'mod partikolari l-ħames prodotti tal-injam obbligatorji kif definiti fir-Regolament FLEGT tal-2005 (zkuk, injam isserrat, traversi ferrovjarji, plywood u fuljetta) u jinkludi wkoll għadd ta' prodotti oħra tal-injam bħall-partiċelli taċ-ċippa tal-injam, kisi tal-art bil-parkè, bord tal-injam mill-frak u għamara tal-injam. Il-VPA jkopri l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi kollha għalkemm, tal-inqas għall-ewwel, l-iskema ta' liċenzjar tapplika biss għall-esportazzjonijiet tal-UE.
(11) Skont il-punt (j) tal-Artikolu 2 tal-VPA, "injam prodott legalment" (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ukoll "injam legali") tfisser "prodotti tal-injam maħsuda jew importati u prodotti f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Vjetnam stabbilita fl-Anness II u dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta' dan il-Ftehim; u, fil-każ ta' injam importat, tfisser prodotti tal-injam maħsuda, prodotti u esportati f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-ħsad u l-proċeduri deskritti fl-Anness V".
(12) Id-disponibbiltà tas-sistema TLAS għal-liċenzjar FLEGT l-ewwel se tiġi vvalutata b'mod konġunt mill-UE u l-Vjetnam. Huwa biss jekk iż-żewġ partijiet jaqblu li s-sistema hija robusta biżżejjed li l-liċenzjar ikun jista' jibda.
(13) L-Artikolu 13.8, paragrafu 2(a): "[kull Parti għandha] tħeġġeġ il-promozzjoni tal-kummerċ tal-prodotti forestali minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli u maħsuda skont il-leġiżlazzjoni domestika fil-pajjiż tal-ħsad; dan jista' jinkludi l-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarja dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ (FLEGT)".


Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali ***
PDF 127kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali (10923/2018 – C8-0440/2018 – 2018/0238(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0142A8-0070/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10923/2018),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali (ETS Nru 108) (CETS Nru. 223),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 16 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0440/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0070/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa.


Awtorizzazzjoni tal-Istati Membri biex isiru parti għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar approċċ integrat ta' sikurezza, sigurtà, u servizz f'partiti tal-futbol u avvenimenti sportivi oħra (CETS Nru 218) ***
PDF 131kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru Parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218) (12527/2018 – C8-0436/2018 – 2018/0116(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0143A8-0080/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12527/2018),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 87(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0436/2018),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/348/ĠAI tal-25 ta' April 2002 dwar sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar approċċ integrat għall-Politika tal-Isport: governanza tajba, aċċessibbiltà u integrità(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0080/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u u lill-Kunsill tal-Ewropa.

(1) ĠU L 121, 8.5.2002, p. 1.
(2) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 2.


Protokoll li jemenda l-Ftehim UE-Ċina dwar it-Trasport Marittimu (adeżjoni tal-Kroazja) ***
PDF 129kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (05083/2015 – C8-0022/2019 – 2014/0327(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0144A8-0168/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05083/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (05880/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0022/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0168/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.


Ftehim Ewro-Mediterranju UE-Eġittu (adeżjoni tal-Kroazja) ***
PDF 130kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (10219/2016 – C8-0135/2017 – 2016/0121(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0145A8-0025/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10219/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (10221/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0135/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0025/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.


Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE/Turkmenistan
PDF 160kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra (12183/1/2011 – C8-0059/2015 – 1998/0031R(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0146A8-0072/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (12183/1/2011),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra (12288/2011),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207, 209 u 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (C8-0059/2015),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-reġjun tal-Asja Ċentrali, b'mod partikolari dawk tal-20 ta' Frar 2008 dwar Strateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali(1), tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali(2), tat-13 ta' April 2016 dwar l-implimentazzjoni u r-rieżami tal-Istrateġija UE-Asja Ċentrali(3), tat-22 ta' April 2009 dwar il-Ftehim Kummerċjali Interim mat-Turkmenistan(4), u tal-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interim tal-1999 dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, konkluż mill-Kunsill fis-27 ta' Lulju 2009 (5144/1999), u l-laqgħat regolari tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħtu,

–  wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil dwar l-Enerġija ffirmat bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkmenistan f'Mejju 2008,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR), li t-Turkmenistan hu firmatarju tagħhom,

–  wara li kkunsidra d-Djalogu annwali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u t-Turkmenistan,

–  wara li kkunsidra l-impenn magħmul mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) fl-ittra tagħha lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fis-16 ta' Diċembru 2015, li fiha l-aspetti msemmija fil-paragrafu 3 hawnhekk,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-VP/RGħ lill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-5 ta' Lulju 2018 li tinnota l-appoġġ tagħha għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) mat-Turkmenistan,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0072/2019),

A.  billi l-Asja Ċentrali hija reġjun fejn l-Unjoni Ewropea hija dejjem aktar involuta;

B.  billi Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) mat-Turkmenistan ġie inizjalat fl-1997 u ffirmat fl-1998; billi 14-il Stat Membru mill-15-il firmatarju oriġinali rratifikaw l-FSK minn dak iż-żmien (u billi r-Renju Unit huwa l-aħħar wieħed li baqa'); billi t-Turkmenistan irratifika l-FSK fl-2004; billi l-adeżjoni mal-FSK minn dawk l-Istati Membri li ssieħbu mal-UE wara li ġie ffirmat il-ftehim hija soġġetta għal proċedura separata ta' protokoll u ratifika;

C.  billi l-FSK, ladarba jiġi rratifikat għalkollox, se jiġi konkluż għal perjodu inizjali ta' 10 snin, u wara jiġġedded kull sena, li jagħti possibbiltà lill-UE toħroġ mill-ftehim jekk iqumu dubji serji dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur serju ieħor; billi l-partijiet jistgħu jemendaw l-FSK bl-għan li jitqiesu żviluppi ġodda;

D.  billi l-Parlament Ewropew ġie kkonsultat dwar il-Ftehim Kummerċjali Interim (ITA) mat-Turkmenistan mill-Kunsill f'April 2009, bħala parti minn proċedura mhux obbligatorja u legalment mhux vinkolanti;

E.  billi l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) stabbilixxew il-parametri referenzjarji tagħhom li magħhom għandu jitkejjel il-progress fit-Turkmenistan u għandhom jitkejlu l-kriterji li jawtorizzaw l-eżerċizzju ta' kooperazzjoni ulterjuri, f'konformità mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment dwar l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem;

F.  billi r-rispett għad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali u tal-bniedem, u għall-prinċipji ta' ekonomija tas-suq, li jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-ITA (kif stabbilit fl-Artikolu 1 tiegħu u fl-Artikolu 2 tal-FSK), għandhom jibqgħu għanijiet fit-tul għat-Turkmenistan; billi s-sospensjoni unilaterali tal-applikazzjoni hija possibbiltà fil-każ li xi waħda mill-partijiet tikser dawn l-elementi;

G.  billi, wara kunsiderazzjonijiet tal-abbozz ta' rakkomandazzjoni biex il-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-FSK, u tal-abbozz ta' rapport mehmuż tiegħu tat-8 ta' Mejju 2015 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin iddeċieda li temporanjament jissospendi l-proċedura fl-24 ta' Mejju 2016 sakemm jitqies li kien sar biżżejjed progress fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u ddeċieda li jiftaħ il-proċedura interim attwali;

H.  billi l-validità kontinwa tal-punti ta' riferiment għall-progress fid-drittijiet tal-bniedem għat-Turkmenistan, kif artikolata mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, hija ta' importanza kruċjali għal politika tal-UE koerenti u ta' prinċipju għar-relazzjonijiet mal-pajjiż;

I.  billi t-Turkmenistan adotta Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għall-2016-2020 (NAPHR) fl-2015, imħejji bl-assistenza tal-Programm ta' Żvilupp tan-NU fl-2013;

J.  billi t-Turkmenistan ikkonkluda ftehimiet internazzjonali, bħall-ICCPR, l-ICESCR u l-Konvenzjonijiet tal-ILO;

1.  Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jistabbilixxu, bħala kwistjoni ta' urġenza, il-punti ta' riferiment li ġejjin fuq terminu qasir biex ikejlu l-progress sostenibbli mill-awtoritajiet statali tat-Turkmenistan, ibbażati fuq rakkomandazzjonijiet min-NU, l-OSKE u l-BERŻ, u qabel ma jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-FSK:

Is-sistema politika, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba

Id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

   (i) Diviżjoni ċara bejn il-fergħat eżekuttivi, leġiżlattivi u ġudizzjarji u, fost l-oħrajn , li tippermetti u tiggarantixxi l-parteċipazzjoni reali tal-popolazzjoni fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istat, inkluża konsultazzjoni mal-esperti internazzjonali bħall-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-OSKE, dwar il-konformità tal-Kostituzzjoni tat-Turkmenistan ma' dawn il-prinċipji demokratiċi, u rieda evidenti min-naħa tat-Turkmenistan li jqis ir-rakkomandazzjonijiet għar-riformi proposti minn dawn l-organizzazzjonijiet;
   (ii) It-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq ir-reġistrazzjoni u l-funzjonament ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi;
   (iii) L-implimentazzjoni tal-impenji li saru mill-Gvern Turkmen fil-NAPHR tiegħu għall-2016-2020;
   (iv) Waqfien tad-detenzjonijiet sigrieti u l-għajbien sfurzat, ix-xogħol furzat, it-tortura u l-iżvelar tad-destin jew tal-post li jinsabu fih il-persuni li għebu, sabiex il-familji jkunu jistgħu jżommu kuntatt ma' persuni miżmuma f'kustodja; rikonoxximent mill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-eżistenza ta' priġunieri politiċi u aċċess tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u monitors indipendenti għall-pajjiż, inkluż il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar;
   (v) L-iżgurar tal-aċċess bla xkiel għal diversi sorsi ta' informazzjoni u, b'mod partikolari, sabiex il-persuni jkunu jistgħu jaċċessaw sorsi alternattivi ta' informazzjoni, inklużi faċilitajiet ta' komunikazzjoni internazzjonali, u jżommu t-tagħmir ta' telekomunikazzjoni, bħalma huma d-dixxijiet tas-satellita privati jew il-konnessjonijiet tal-internet bi prezz raġonevoli;
   (vi) It-tmiem tal-persekuzzjoni u l-intimidazzjoni ta' ġurnalisti indipendenti u ta' attivisti tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem ibbażati fil-pajjiż u barra mill-pajjiż, inkluż tal-membri tal-familja tagħhom; il-garanzija tal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda.
   (vii) Il-permess ta' żjarat min-NU u minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u reġjonali li talbuhom u għadhom qed jistennew it-tweġibiet;
   (viii) It-tmiem tas-sistema informali u arbitrarja ta' projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iżgurar li persuni li ma ngħatawx permess li jitilqu mill-pajjiż ikunu jistgħu jivvjaġġaw liberament;

2.  Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ iqisu r-rakkomandazzjonijiet fit-tul li ġejjin għal progress sostenibbli u kredibbli:

Is-sistema politika, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba

Id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

   (i) Ir-rispett għall-prinċipji tal-pluraliżmu politiku u tar-responsabbiltà demokratika, b'partiti politiċi u organizzazzjonijiet oħra li jiffunzjonaw sew, ħielsa minn interferenza;
   (ii) It-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-riformi fil-livelli kollha skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u fl-oqsma kollha tal-amministrazzjoni, speċjalment fil-ġudikatura u fl-infurzar tal-liġi;
   (iii) Salvagwardji b'saħħithom u effettivi kontra l-korruzzjoni ta' livell għoli, il-ħasil tal-flus, il-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga;
   (iv) Implimentazzjoni sħiħa tal-liġi li tipprojbixxi t-tħaddim tat-tfal;
   (v) Ir-rispett ġenerali tal-eżerċizzju paċifiku u leġittimu tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni u tal-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin;
   (vi) Il-libertà tal-moviment ġenerali, kemm ġewwa kif ukoll barra l-pajjiż;

3.  Jissottolinja l-bżonn għall-Parlament Ewropew li jsegwi u jimmonitorja mill-qrib l-iżviluppi fit-Turkmenistan u l-implimentazzjoni tal-partijiet kollha tal-FSK fis-snin li ġejjin, ladarba jidħol fis-seħħ; jistieden lill-VP/RGħ, f'dan il-kuntest, timplimenta u timpenja b'mod pubbliku l-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem, li jippermetti li l-Parlament jiġi infurmat kif xieraq mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar l-implimentazzjoni tal-FSK, ladarba jidħol fis-seħħ, u, b'mod partikolari, l-objettivi tiegħu u l-konformità mal-Artikolu 2, sabiex ikun jista' jirrispondi għall-iżviluppi fuq il-post fil-każ ta' ksur serju ddokumentat u evidenzjat tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-possibbiltà ta' mekkaniżmu li jissospendi l-FSK f'każijiet bħal dawn u jilqa', f'dan ir-rigward, l-ittra tal-VP/RGħ lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tas-16 ta' Diċembru 2015, li tinkludi l-objettivi li ġejjin:

   (i) l-iżgurar li l-Parlament Ewropew ikun infurmat b'mod xieraq dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni tal-FSK, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar l-iżvolġiment tas-sitwazzjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u li jiġi infurmat, fuq talba, qabel u wara l-laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni f'ħin xieraq, soġġett għar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità;
   (ii) interazzjoni aktar mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mas-soċjetà ċivili bi tħejjija għad-Djalogi annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u s-sessjonijiet ta' informazzjoni;
   (iii) konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew meta jitħejjew aġġornamenti tal-Istrateġija tal-pajjiż dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE għat-Turkmenistan;

4.  Jilqa' t-tħabbir mill-VP/RGħ f'Novembru 2018 dwar l-istabbiliment ta' Delegazzjoni sħiħa tal-UE f'Ashgabat; jenfasizza li d-Delegazzjoni l-ġdida jenħtieġ li tiżviluppa strateġija ta' kooperazzjoni ta' benefiċċju reċiproku mfassla skont il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-iżvilupp tat-Turkmenistan, timmonitorja s-sitwazzjoni fil-pajjiż, inklużi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u każijiet individwali ta' tħassib, tidħol fi djalogu mad-diversi protagonisti politiċi, soċjali u ekonomiċi tal-pajjiż, tippermetti d-diplomazija fuq il-post, u ttejjeb il-ġestjoni u s-sorveljanza tal-proġetti ffinanzjati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE;

5.  Jikkonkludi li se jikkunsidra li jagħti l-approvazzjoni tiegħu ladarba jqis li r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 jkunu ġew indirizzati kif xieraq mill-Kummissjoni, il-Kunsill, il-VP/RGħ u l-awtoritajiet statali tat-Turkmenistan;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jipprovdu regolarment lill-Parlament informazzjoni sostanzjali dwar is-sitwazzjoni fit-Turkmenistan;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, u lill-Gvern u l-Parlament tat-Turkmenistan.

(1) ĠU C 184 E, 6.8.2009, p. 49.
(2) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 91.
(3) ĠU C 58, 15.2.2018, p. 119.
(4) ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 20.
(5) ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 107.


Deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-varar fir-Renju Unit tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA *
PDF 127kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar il-varar fir-Renju Unit tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA (13123/2018 – C8-0474/2018 – 2018/0812(CNS))
P8_TA-PROV(2019)0147A8-0092/2019

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13123/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0164/2018),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0092/2019),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.


Skambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) ***I
PDF 222kWORD 65k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (COM(2016)0007 – C8-0012/2016 – 2016/0002(COD))
P8_TA-PROV(2019)0148A8-0219/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0007),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, punt (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0012/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0219/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI

P8_TC1-COD(2016)0002


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (d) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  L-Unjoni stabbiliet għaliha nnifisha l-għan li tipprovdi liċ-ċittadini tagħha żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fiha jkun żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Dak l-għan jenħtieġ li jinkiseb permezz ta', fost oħrajn, miżuri xierqa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, inklużi l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu.

(2)  Dak l-objettiv jirrikjedi li informazzjoni dwar kundanni mogħtija fl-Istati Membri tiġi ikkunsidrata barra l-Istat Membru tal-kundanna waqt proċedimenti kriminali ġodda, kif stabbilit fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI(2), kif ukoll biex jiġu prevenuti reati ġodda.

(3)  Dak l-objettiv jippresupponi l-iskambju ta' informazzjoni misluta minn rekords kriminali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Tali skambju ta' informazzjoni hu organizzat u ffaċilitat bir-regoli stabbiliti bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI(3) u bis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), stabbilita skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI(4).

(4)  Madankollu, il-qafas legali eżistenti tal-ECRIS ma jindirizzax b'mod suffiċjenti l-partikolaritajiet tat-talbiet li jirrigwardaw ċittadini ta' pajjiż terz. Għalkemm diġà huwa possibbli li tiġi skambjata informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiż terz permezz tal-ECRIS, ma hemm l-ebda proċedura jew mekkaniżmu tal-Unjoni komuni mħaddem biex dan isir b'mod effiċjenti, rapidu u preċiż.

(5)  Fl-Unjoni, l-informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiż terz ma tinġabarx bħalma jsir għal ċittadini ta' Stati Membri fl-Istati Membri taċ-ċittadinanza, iżda tinħażen biss fl-Istati Membri fejn ikunu ngħataw il-kundanni. Għalhekk, ħarsa ġenerali kompluta lejn l-istorja kriminali ta' ċittadin ta' pajjiż terz tista' tkun aċċertata biss jekk tali informazzjoni tkun mitluba mill-Istati Membri kollha.

(6)  Tali "talbiet ġenerali" jimponu piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-Istati Membri kollha, inkluż fuq dawk li ma jkollhomx informazzjoni fuq iċ-ċittadin ta' pajjiż terz partikolari. Fil-prattika, dak il-piż jiskoraġġixxi lill-Istati Membri milli jitolbu informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi minn Stati Membri oħra, li serjament ifixkel l-iskambju ta' informazzjoni bejniethom, u jillimita l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni ta' rekords kriminali għal informazzjoni maħżuna fir-reġistru nazzjonali tagħhom. B'konsegwenza ta' dan, jiżdied ir-riskju li l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri jkun ineffiċjenti u inkomplet.

(7)  Bil-għan li ttejjeb is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)(6) li jistabbilixxi sistema ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni, li fiha d-data personali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew ikkundannati, li tippermetti li jiġu identifikati l-Istati Membri li għandhom informazzjoni dwar il-kundanni preċedenti tagħhom ("ECRIS-TCN").

(8)  L-ECRIS-TCN ser tippermetti lill-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ssib fil-pront u b'mod effiċjenti f'liema Stat Membru ieħor tkun maħżuna l-informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz sabiex ikun jista' ▌jintuża l-qafas eżistenti tal-ECRIS biex issir talba għall-informazzjoni ta' rekords kriminali mingħand dawk l-Istati Membri f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI.

(9)  L-iskambju ta' informazzjoni fuq kundanni kriminali hu importanti f'kull strateġija għall-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu. Dan jikkontribwixxi biex il-ġustizzja kriminali twieġeb għar-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti jekk l-Istati Membri jużaw ECRIS bil-potenzjal kollu tagħha.

(10)  Bil-għan li tiżdied l-utilità tal-informazzjoni dwar kundanni u skwalifiki li jirriżultaw minn kundanni għal reati sesswali kontra t-tfal, id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) stipulat l-obbligu li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li għall-fini ta' reklutaġġ ta' persuna għal post li jinvolvi kuntatt dirett u regolari mat-tfal, l-informazzjoni li tikkonċerna l-eżistenza ta' kundanni kriminali għal reati sesswali kontra t-tfal imdaħħla fir-rekords kriminali, jew ta' kwalunkwe skwalifika li tirriżulta minn dawk il-kundanni kriminali, tiġi trażmessa skont il-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI. L-għan ta' dak il-mekkaniżmu huwa li jiġi żgurat li persuna kkundannata għal reat sesswali kontra tfal ma tkunx tista' taħbi dik il-kundanna jew skwalifika bil-ħsieb li twettaq attività professjonali li tinvolvi kuntatt dirett u regolari ma' tfal fi Stat Membru ieħor.

(11)  Din id-Direttiva għandha l-għan li tintroduċi l-modifiki meħtieġa għad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI li ser jippermettu skambju effettiv ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi permezz tal-ECRIS. Hija tobbliga l-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kundanni jkunu akkumpanjati minn informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza jew ċittadinanza tal-persuna kkundannata, sakemm l-Istati Membri jkollhom din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom. Hija tintroduċi wkoll il-proċeduri għat-tweġibiet għal talbiet għall-informazzjoni, tiżgura li l-estratt ta' rekords kriminali mitlub minn ċittadin ta' pajjiż terz jiġi supplimentat b'informazzjoni minn Stati Membri oħra, u tipprovdi għall-bidliet tekniċi ▌neċessarji biex is-sistema għall-iskambju ta' informazzjoni tkun tista' titħaddem.

(12)  Jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) tapplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra t-theddidiet għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tagħhom. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet nazzjonali meta dan l-ipproċessar ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/680.

(13)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI, il-prinċipji tad-Deċiżjoni 2009/316/ĠAI jenħtieġ li jiġu inkorporati f'dik id-Deċiżjoni Qafas, u s-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10).

(14)   L-infrastruttura ta' komunikazzjoni komuni użata għall-iskambju ta' informazzjoni ta' rekords kriminali jenħtieġ li tkun is-Servizzi Trans-Ewropej sikuri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (sTESTA), xi żvilupp ulterjuri ta' din jew xi network sigur alternattiv.

(15)  Minkejja l-possibbiltà li jintużaw il-programmi finanzjarji tal-Unjoni skont ir-regoli applikabbli, kull Stat Membru jenħtieġ li jħallas l-ispejjeż tiegħu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni tal-bażi ta' data ta' rekords kriminali tiegħu u mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni ta' alterazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex ikun jista' juża ECRIS.

(16)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali imnaqqxa, b'mod partikolari, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali, id-drittijiet għal rikors ġudizzjarju u amministrattiv, il-prinċipju tal-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi, id-dritt għal proċess ġust, u l-preżunzjoni tal-innoċenza u l-projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni. Din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi implimentata f'konformità ma' dawn id-drittijiet u prinċipji.

(17)  Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tippermetti l-iskambju rapidu u effiċjenti ta' informazzjoni preċiża ta' rekords kriminali dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, billi jiġu stabbiliti regoli komuni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(18)  F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(19)  F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. ▌

(20)  F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(21)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) u ta opinjoni fit-13 ta' April 2016(12).

(22)  Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI tiġi emendata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI

Id-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI hija emendata kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni Qafas:

   (a) tiddefinixxi l-kondizzjonijiet li bihom Stat Membru tal-kundanna jiskambja informazzjoni ma' ▌Stati Membri oħra dwar kundanni;
   (b) tiddefinixxi ▌l-obbligi għall-Istat Membru tal-kundanna u għall-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna kkundannata (l-“Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna”), u tispeċifika l-metodi li għandhom jiġu segwiti fit-tweġiba għal talba għal informazzjoni estratta mir-rekords kriminali;
   (c) tistabbilixxi sistema deċentralizzata bit-teknoloġija tal-informatika għall-iskambju ta' informazzjoni dwar kundanni bbażata fuq il-bażijiet ta' data ta' rekords kriminali f'kull Stat Membru, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS).";

"

(2)  Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(d) "Stat Membru tal-kundanna" tfisser l-Istat Membru fejn tkun ingħatat kundanna;

   (e) "ċittadin ta' pajjiż terz" tfisser persuna li mhijiex ċittadin tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 20(1) TFUE, jew li hija persuna apolida ▌ jew persuna li ċ-ċittadinanza tagħha mhix magħrufa ▌;
   (f) "data tal-marki tas-swaba'" tfisser id-data relatata mal-impressjonijiet ċatti jew irroljati tal-marki tas-swaba' ta' kull wieħed mis-swaba' ta' persuna;
   (g) "immaġni tal-wiċċ" tfisser immaġni diġitali ta' wiċċ il-persuna;
   (h) "implimentazzjoni ta' referenza ECRIS" tfisser is-software żviluppat mill-Kummissjoni u li tqiegħed għad-disponibbiltà tal-Istati Membri għall-iskambju ta' informazzjoni ta' rekords kriminali permezz tal-ECRIS.";

"

(3)  Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Kull Stat Membru tal-kundanna għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex jassigura li ▌l-kundanni mogħtija fit-territorju tiegħu jkunu akkumpanjati minn informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza jew ċittadinanzi tal-persuna kkundannata ▌jekk il-persuna tkun ċittadin ta' Stat Membru ieħor jew ċittadin ta' pajjiż terz. Fejn il-persuna kkundannata tkun persuna li ċ-ċittadinanza tagħha ma tkunx magħrufa jew hija persuna apolida, ir-rekords kriminali għandhom jirriflettu dan.";

"

(4)  L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. Fejn ċittadin ta' Stat Membru wieħed jitlob lill-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ieħor għal informazzjoni dwar ir-rekords kriminali tiegħu stess, dik l-awtorità ċentrali għandha ▌ tissottometti talba lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna għal informazzjoni u data relatata biex tkun estratta mir-rekords kriminali u din għandha ▌tinkludi tali informazzjoni u data relatata fl-estratt li għandu jiġi pprovdut lill-persuna kkonċernata.";

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"3a. Fejn ċittadin ta' pajjiż terz ▌ jitlob lill-awtorità ċentrali ta' Stat Membru għal informazzjoni dwar ir-rekords kriminali tiegħu, dik l-awtorità ċentrali għandha tissottometti talba biss lil dawk l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar ir-rekords kriminali ta' dik il-persuna għal informazzjoni u data relatata biex tkun estratta mir-rekords kriminali u din għandha tinkludi tali informazzjoni u data relatata fl-estratt li għandu jiġi pprovdut lill-persuna kkonċernata.";

"

(5)  L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"4. Fejn informazzjoni estratta mir-rekords kriminali dwar kundanni mogħtija kontra ċittadin ta' Stat Membru tintalab taħt l-Artikolu 6 mill-awtorità ċentrali ta' Stat Membru barra mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna, l-Istat Membru rikjest għandu jibgħat tali informazzjoni ▌ bl-istess mod kif stabbilit fl-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali.";

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"4a. Fejn informazzjoni estratta mir-rekords kriminali dwar kundanni mogħtija lil ċittadin ta' pajjiż terz tintalab taħt l-Artikolu 6 għall-iskopijiet ta' proċedimenti kriminali, l-Istat Membru rikjest għandu jibgħat informazzjoni ▌dwar kull kundanna mogħtija fl-Istat Membru rikjest u mdaħħla fir-rekords kriminali u fuq kull kundanna mogħtija f'pajjiżi terzi u sussegwentement trażmessi lilu u mdaħħla fir-rekords kriminali.

Għaldaqstant, jekk tali informazzjoni tintalab għal kwalunkwe skop għajr dak ta' proċedimenti kriminali, għandu japplika l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.".

"

(6)  Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. Tweġibiet għat-talbiet imsemmija fl-Artikolu 6(2), (3) u (3a) għandhom jintbagħtu fi żmien għoxrin jum ta' ħidma mid-data tal-wasla tat-talba.";

"

(7)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-kliem "Artikolu 7(1) u (4)" huma sostitwiti b'"Artikolu 7(1), (4) u (4a)";

(b)  fil-paragrafu 2, il-kliem "Artikolu 7(2) u (4)" huma sostitwiti b'"Artikolu 7(2), (4) u (4a)";

(c)  fil-paragrafu 3, il-kliem "Artikolu 7(1), (2) u (4)" huma sostitwiti b'"Artikolu 7(1), (2), (4) u (4a)";

(8)  L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:"

"(iv) l-immaġni tal-wiċċ.";

"

(b)  il-paragrafi 3 sa 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"3. L-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni li ġejja b'mod elettroniku bl-użu ta' ECRIS u b'format standardizzat skont l-istandards li għandhom jiġu stabbiliti f'atti ta' implimentazzjoni:

   (a) l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4; ▌
   (b) it-talbiet imsemmija fl-Artikolu 6;
   (c) it-tweġibiet imsemmija fl-Artikolu 7; u
   (d) informazzjoni rilevanti oħra.

4.  Jekk il-mod tat-trasmissjoni msemmi fil-paragrafu 3 ma jkunx disponibbli ▌, l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 3 ▌bi kwalunkwe mezz li kapaċi jipproduċi rekords bil-miktub taħt il-kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru riċeventi biex tistabbilixxi l-awtentiċità tal-informazzjoni, b'kont meħud tas-sigurtà tat-trasmissjoni.

Jekk il-mezz ta' trasmissjoni msemmi fil-paragrafu 3 ma jkunx disponibbli għal perijodu estiż ta' żmien, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

5.  Kull Stat Membru għandu jagħmel l-alterazzjonijiet tekniċi neċessarji biex ikun jista' juża il-format standardizzat biex jittrasmetti b'mod elettroniku l-informazzjoni kollha kif imsemmi fil-paragrafu 3 lil Stati Membri oħra permezz ta' ECRIS. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-data li minnha jkun jista' jwettaq tali trasmissjonijiet ▌.";

"

(9)  Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

"Artikolu 11a

Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS)

1.  Sabiex tiġi skambjata informazzjoni estratta minn rekords kriminali skont din id-Deċiżjoni Qafas b'mod elettroniku, qed tiġi stabbilita sistema deċentralizzata bl-użu tat-teknoloġija tal-informatika bbażata fuq il-bażijiet ta' data ta' rekords kriminali f'kull Stat Membru, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS). Hija tikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

   (a) l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS;
   (b) ▌infrastruttura għal komunikazzjoni komuni bejn l-awtoritajiet ċentrali li tipprovdi network kriptat.

Biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni ta' rekords kriminali trażmessi lil Stati Membri oħra, għandhom jintużaw miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati, b'kont meħud tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, l-ispiża tal-implimentazzjoni u r-riskji ppreżentati mill-ipproċessar ta' informazzjoni.

2.  Id-data kollha dwar ir-rekords kriminali għandha tinħażen biss f'bażijiet ta' data mħaddma mill-Istati Membri.

3.  L-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri m'għandhomx ikollhom aċċess ▌ dirett għal bażijiet ta' data ta' rekords kriminali ta' Stati Membri oħra.

4.  L-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS u l-bażijiet ta' data li jaħżnu, jibagħtu u jirċievu informazzjoni estratta minn rekords kriminali għandhom joperaw taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* għandha tappoġġa lill-Istati Membri f'konformità mal-kompiti tagħha kif stabbilit fir-Regolament (UE) …/…(13).

5.  L-infrastruttura għal komunikazzjoni komuni għandha topera taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Din għandha tilħaq ir-rekwiżiti ta' sigurtà neċessarji u tilħaq b'mod sħiħ il-ħtiġijiet tal-ECRIS.

6.  eu-LISA għandha tipprovdi, tkompli tiżviluppa u żżomm l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS.

7.  Kull Stat Membru għandu jġorr l-ispejjeż tiegħu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni tal-bażi ta' data ta' rekords kriminali tiegħu u l-installazzjoni u l-użu tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS.

Il-Kummissjoni għandha ġġorr l-ispejjeż li jirriżultaw mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur tal-infrastruttura komuni tal-komunikazzjoni ▌.

8.  L-Istati Membri li jużaw is-software nazzjonali tagħhom tal-implimentazzjoni tal-ECRIS skont il-paragrafi 4 sa 8 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) …/…(14) jistgħu jkomplu jużaw is-software nazzjonali tagħhom tal-implimentazzjoni tal-ECRIS minflok l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, sakemm ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti f'dawk il-paragrafi.".

Artikolu 11b

Atti ta' Implimentazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-atti ta' implimentazzjoni segwenti:

   (a) il-format standardizzat imsemmi fl-Artikolu 11(3), inkluż fir-rigward ta' informazzjoni dwar ir-reat li jwassal għal kundanna u informazzjoni dwar il-kontenut tal-kundanna;
   (b) ir-regoli li jirrigwardaw l-implimentazzjoni teknika tal-ECRIS ▌ u l-iskambju tad-data tal-marki tas-swaba';
   (c) kull mezz ieħor tekniku biex jiġu organizzati u ffaċilitati l-iskambji ta' informazzjoni dwar kundanni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri, inkluż:
   (i) il-mezz biex jiġi ffaċilitat il-fehim u t-traduzzjoni awtomatika ta' informazzjoni trasmessa;
   (ii) il-mezz li bih informazzjoni tista' tiġi skambjata b'mod elettroniku, b'mod partikolari fir-rigward ta' speċifikazzjonijiet tekniċi li jridu jintużaw u, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe proċedura ta' skambju applikabbli.

2.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12a(2).

__________________

* Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).”;

"

(10)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 12a

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.";

"

(11)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 13a

Rapportar mill-Kummissjoni u rieżami

1.  Sa ... [12-il xahar wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jevalwa l-punt sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri neċessarji biex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni Qafas, inkluż l-implimentazzjoni teknika tagħha.

2.  Ir-rapport għandu jinkludi, fejn xieraq, proposti leġislattivi rilevanti.

3.  Il-Kummissjoni għandha b'mod regolari tippubblika rapport dwar l-iskambju ▌ ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali permezz tal-ECRIS u dwar l-użu tal-ECRIS-TCN ibbażat b'mod partikolari fuq l-istatistika pprovduta mill-eu-LISA u mill-Istati Membri f'konformità mar-Regolament (UE) .../...(15). Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat għall-ewwel darba, sena wara li jkun ġie ppreżentat ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

4.  Ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 3 għandu jkopri b'mod partikolari l-livell ta' skambju ta' informazzjoni bejn Stati Membri, inkluż dik relatata ma' ċittadini ta' pajjiż terz, kif ukoll l-għan tat-talbiet u n-numru rispettiv tagħhom, inkluż talbiet għal finijiet li mhumiex proċedimenti kriminali, bħalma huma verifiki tal-preċedenti personali u talbiet għal informazzjoni mill-persuni kkonċernati dwar ir-rekords kriminali tagħhom stess".

"

Artikolu 2

Sostituzzjoni tad-Deċiżjoni 2009/316/ĠAI

Id-Deċiżjoni 2009/316/ĠAI hija sostitwita fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b'din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' dawk l-Istati Membri fir-rigward tad-data tal-implimentazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa... [36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih ▌it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Deċiżjoni sostitwiti b'din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza u dwar kif dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi fformulata.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-alterazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 11(5) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI, kif emendata b'din id-Direttiva sa ... [36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja].

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2 għandu japplika minn …. [36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja]

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019.
(2)Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta' Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32).
(3)Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23).
(4)Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 33).
(5) Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'…li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2018/1726 (ĠU L….,p. …).
(6)+ĠU: jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 88/18 (2017/0144(COD)) u daħħal in-numru, d-data u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(7)Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).
(8) Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(9) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(10)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11)Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(12)ĠU C 186, 25.5.2016, p. 7.
(13)+ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 88/18 (2017/0144(COD)).
(14)+ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 88/18 (2017/0144(COD)).
(15)+ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 88/18 (2017/0144 (COD)).


Sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (ECRIS-TCN) ***I
PDF 349kWORD 118k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta' sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (COM(2017)0344 – C8-0217/2017 – 2017/0144(COD))
P8_TA-PROV(2019)0149A8-0018/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0344),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0217/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0018/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2018/1726

P8_TC1-COD(2017)0144


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (d) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  L-Unjoni stabbilixxiet għaliha nnifisha l-objettiv li tipprovdi liċ-ċittadini tagħha spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih ikun assigurat il-moviment liberu tal-persuni. Dak l-objettiv jenħtieġ li jinkiseb permezz ta', fost oħrajn, miżuri xierqa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, inkluż il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu.

(2)  Dak l-objettiv jirrikjedi li informazzjoni dwar kundanni mogħtija fl-Istati Membri tkun ikkunsidrata barra mill-Istat Membru tal-kundanna waqt proċedimenti kriminali ġodda, kif stabbilit fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI(2), kif ukoll għall-prevenzjoni ta' reati ġodda.

(3)  Dak l-objettiv jippresupponi l-iskambju ta' informazzjoni misluta minn rekords kriminali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Tali skambju ta' informazzjoni huwa organizzat u ffaċilitat permezz tar-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI(3) u fis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI(4).

(4)  Madankollu, il-qafas legali eżistenti tal-ECRIS ma jindirizzax b'mod suffiċjenti l-partikolaritajiet tat-talbiet dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi. Għalkemm diġà huwa possibbli li tiġi skambjata informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi permezz tal-ECRIS, ma teżisti l-ebda proċedura jew mekkaniżmu komuni tal-Unjoni biex dan isir b'mod effiċjenti, rapidu u preċiż.

(5)  Fl-Unjoni, l-informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi ma tinġabarx bħalma jsir għal ċittadini ta' Stati Membri fl-Istati Membri taċ-ċittadinanza, iżda tinħażen biss fl-Istati Membri fejn ikunu ngħataw il-kundanni. Għaldaqstant, ħarsa ġenerali kompluta lejn l-istorja kriminali ta' ċittadin ta' pajjiż terz tista' tkun aċċertata biss jekk l-informazzjoni tkun mitluba mill-Istati Membri kollha.

(6)  "Talbiet ġenerali" bħal dawn jimponu piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-Istati Membri kollha, inkluż fuq dawk li ma jkollhomx informazzjoni dwar iċ-ċittadin partikolari ta' pajjiż terz. Fil-prattika, dak il-piż jiskoraġġixxi lill-Istati Membri milli jitolbu informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi mingħand Stati Membri oħra, u dan ixekkel serjament l-iskambju ta' informazzjoni bejniethom, filwaqt li jillimita l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni ta' rekords kriminali għall-informazzjoni maħżuna fir-reġistru nazzjonali tagħhom. B'konsegwenza ta' dan, jiżdied ir-riskju li l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri jkun ineffiċjenti u inkomplet, u dan min-naħa tiegħu jaffettwa l-livell ta' sigurtà u sikurezza pprovdut liċ-ċittadini u lir-residenti tal-Unjoni.

(7)  Sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema li biha l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru tkun tista' ssib fil-pront u b'mod effiċjenti ▌ liema Stati Membri oħra jkollhom informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz ▌("ECRIS-TCN"). Il-qafas attwali tal-ECRIS imbagħad jista' jintuża biex l-informazzjoni ta' rekords kriminali tintalab minn dawk l-Istati Membri f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI.

(8)  Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula regoli li jistabbilixxu sistema ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni li jkun fiha data personali, u regoli dwar il-qsim tar-responsabbiltajiet bejn l-Istat Membru u l-organizzazzjoni responsabbli għall-iżvilupp u għall-manutenzjoni tas-sistema ċentralizzata, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni speċifika dwar il-protezzjoni tad-data li tkun meħtieġa biex jiġu ssupplimentati l-arranġamenti eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data u biex jiġi previst livell ġenerali adegwat ta' protezzjoni tad-data ▌, ta' sigurtà tad-data u tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati ▌.

(9)  L-objettiv li ċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu offruti spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih ikun żgurat il-moviment liberu tal-persuni, jeħtieġ ukoll li tinżamm informazzjoni kompluta dwar il-kundanni ta' ċittadini tal-Unjoni li jkollhom iċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz. Billi hemm il-possibbiltà li dawk il-persuni jippreżentaw ruħhom b'ċittadinanza waħda jew aktar u li kundanni differenti jkunu maħżuna fl-Istat Membru tal-kundanna, jew fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza, huwa neċessarju li ċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom ukoll iċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-esklużjoni ta' tali persuni twassal biex l-informazzjoni maħżuna fl-ECRIS-TCN ma tkunx kompluta. Dak jipperikola l-affidabbiltà tas-sistema,. Madankollu, billi dawn il-persuni jkollhom ċittadinanza tal-Unjoni, il-kondizzjonijiet li fihom tista' tiġi inkluża data tal-marki tas-swaba' fl-ECRIS-TCN fir-rigward ta' dawk il-persuni jenħtieġ li jkunu paragunabbli mal-kondizzjonijiet li bihom tiġi skambjata d-data tal-marki tas-swaba' taċ-ċittadini tal-Unjoni bejn l-Istati Membri permezz tal-ECRIS, li ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI u d-Deċiżjoni 2009/316/ĠAI. Għalhekk, fir-rigward ta' ċittadini tal-Unjoni li jkollhom ukoll iċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz, jenħtieġ li d-data tal-marki tas-swaba' tiġi inkluża biss fl-ECRIS-TCN meta tkun inġabret f'konformità mal-liġi nazzjonali waqt proċedimenti kriminali, bil-fehim li għal tali inklużjoni jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw d-data tal-marki tas-swaba' li tkun inġabret għal finijiet oħra minbarra proċedimenti kriminali, fejn it-tali użu jkun permess skont il-liġi nazzjonali.

(10)  L-ECRIS-TCN jenħtieġ li tippermetti l-ipproċessar tad-data tal-marki tas-swaba' bl-għan li jiġu ddeterminati l-Istat Membri li jkollhom informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz. Jenħtieġ li hija tippermetti wkoll għall-ipproċessar ta' immaġnijiet tal-wiċċ sabiex tiġi kkonfermata l-identità tiegħu. Huwa essenzjali li d-dħul u l-użu tad-data tal-marki tas-swaba' u tal-immaġnijiet tal-wiċċ ma jeċċedux dak li hu strettament neċessarju biex jintlaħaq l-għan, jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, kif ukoll l-aħjar interessi tat-tfal, u jkunu konformi mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

(11)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) tiġi fdata bl-iżvilupp u t-tħaddim tal-ECRIS-TCN ▌, minħabba l-esperjenza tagħha fil-ġestjoni ta' sistemi oħra fuq skala kbira fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. Jenħtieġ li l-mandat tagħha jkun emendat biex jirrifletti dawk il-kompiti l-ġodda.

(12)  Jenħtieġ li eu-LISA tkun mgħammra bil-finanzjament u l-persunal adegwati biex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha skont dan ir-Regolament.

(13)  Minħabba l-ħtieġa li jinħolqu konnessjonijiet tekniċi mill-qrib bejn l-ECRIS-TCN u l-ECRIS, jenħtieġ li eu-LISA tkun fdata wkoll bl-iżvilupp ulterjuri u l-manutenzjoni tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, u jenħtieġ li l-mandat tagħha jiġi emendat biex dan jiġi rifless.

(14)  Erba' Stati Membri żviluppaw is-software ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom tal-ECRIS f'konformità ma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI, u qed jużawh minflok l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS għall-iskambju ta' informazzjoni ta' rekords kriminali. Minħabba l-karatteristiċi partikolari li dawk l-Istati Membri introduċew fis-sistemi tagħhom għall-użu nazzjonali u l-investimenti li għamlu, jenħtieġ li dawn jitħallew jużaw is-software ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom tal-ECRIS għall-finijiet tal- ECRIS-TCN ukoll, dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġu milħuqa.

(15)  Jenħtieġ li l-ECRIS-TCN ikun fiha biss l-informazzjoni dwar l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati minn qorti kriminali fl-Unjoni. Jenħtieġ li din l-informazzjoni dwar l-identità tkun tinkludi data alfanumerika u data tal-marki tas-swaba' ▌. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-immaġnijiet tal-wiċċ jiġu inklużi sa fejn il-liġi tal-Istat Membru fejn tingħata kundanna tippermetti l-ġbir u l-ħażna tal-immaġnijiet tal-wiċċ ta' persuna kkundannata.

(16)  Jenħtieġ li d-data alfanumerika li għandha tiddaħħal fis-sistema ċentrali mill-Istati Membri tinkludi l-kunjom (l-isem tal-familja) u l-ewwel ismijiet (l-ismijiet mat-twelid) tal-persuna kkundannata, kif ukoll, meta tali informazzjoni tkun disponibbli għall-awtorità ċentrali, kwalunkwe psewdonimu jew isem li bihom tkun magħrufa dik il-persuna. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun jaf b'data personali differenti oħra, bħal isem b'ortografija differenti b'alfabett ieħor, jenħtieġ li jkun possibbli li tali data tiddaħħal fis-sistema ċentrali bħala informazzjoni addizzjonali.

(17)  Jenħtieġ li d-data alfanumerika tinkludi wkoll, bħala informazzjoni addizzjonali, in-numru tal-identità, jew it-tip u n-numru tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna, kif ukoll l-isem tal-awtorità emittenti ta' dawk id-dokumenti, fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtorità ċentrali. Jenħtieġ li l-Istat Membru jipprova jivverifika l-awtentiċità tad-dokumenti ta' identifikazzjoni qabel ma jdaħħal l-informazzjoni rilevanti fis-sistema ċentrali. Fi kwalunkwe każ, peress li tali informazzjoni tista' ma tkunx affidabbli, jenħtieġ li din tintuża bil-prudenza.

(18)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet ċentrali jużaw l-ECRIS-TCN biex jidentifikaw l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz meta tali informazzjoni ta' rekords kriminali ta' dik il-persuna tintalab fl-Istat Membru kkonċernat għall-finijiet ta' proċedimenti kriminali kontra dik il-persuna, jew għall-finijiet imsemmija f'dan ir-Regolament. Filwaqt li jenħtieġ li l-ECRIS-TCN fil-prinċipju tintuża fil-każijiet kollha bħal dawn, l-awtorità responsabbli mit-tmexxija tal-proċedimenti kriminali jenħtieġ li tkun tista' tiddeċiedi li l-ECRIS-TCN ma għandhiex tintuża meta dan ma jkunx xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ, eż. f'ċerti tipi ta' proċedimenti kriminali urġenti, f'każijiet ta' tranżitu, meta informazzjoni ta' rekords kriminali tkun inkisbet reċentement permezz tal-ECRIS, jew fir-rigward ta' reati minuri, b'mod partikolari reati minuri tat-traffiku, reati minuri b'rabta ma' regolamenti muniċipali ġenerali u ksur minuri tal-ordni pubbliku.

(19)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll jużaw l-ECRIS-TCN għal finijiet oħra apparti dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, jekk dan ikun previst skont u f'konformità mal-liġi nazzjonali. Madankollu, sabiex titjieb it-trasparenza tal-użu tal-ECRIS-TCN, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw tali finijiet oħra lill-Kummissjoni, li jenħtieġ li tiżgura li n-notifiki kollha jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(20)  Jenħtieġ ukoll li jkun possibbli li awtoritajiet oħra li jitolbu informazzjoni ta' rekords kriminali jiddeċiedu li l-ECRIS-TCN jenħtieġ li ma tintużax meta dan ma jkunx xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ, eż. meta jkun meħtieġ li jitwettqu ċerti kontrolli amministrattivi standard dwar il-kwalifiki professjonali ta' persuna, speċjalment jekk ikun magħruf li mhux ser tintalab informazzjoni ta' rekords kriminali mingħand Stati Membri oħra, irrispettivament mir-riżultat tat-tiftix fl-ECRIS-TCN. Madankollu, jenħtieġ li l-ECRIS-TCN tintuża dejjem meta t-talba għal informazzjoni ta' rekords kriminali tkun inbdiet minn persuna li titlob informazzjoni ta' rekord kriminali tagħha stess skont id-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI, jew meta t-talba tkun saret sabiex tinkiseb informazzjoni ta' rekords kriminali skont id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6).

(21)  Jenħtieġ li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jkollhom id-dritt li jiksbu informazzjoni bil-miktub dwar ir-rekord kriminali tagħhom stess f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru li fih jitolbu li tingħatalhom din l-informazzjoni u f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI. Qabel ma jagħti din l-informazzjoni lil ċittadin ta' pajjiż terz, l-Istat Membru kkonċernat jeħtieġ li jfittex fl-ECRIS-TCN.

(22)  Ċittadini tal-Unjoni li għandhom ukoll iċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz ser jiġu inklużi biss fl-ECRIS-TCN jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu konxji li dawn il-persuni għandhom iċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz. Madankollu, fejn l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux konxji li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ukoll iċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz, jista' jkun li dawn il-persuni jkollhom kundanni preċedenti bħala ċittadini ta' pajjiż terz. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom perspettiva ġenerali kompleta tar-rekords kriminali, jenħtieġ li jkun possibbli li jfittxu fl-ECRIS-TCN biex jivverifikaw jekk, fir-rigward ta' ċittadin tal-Unjoni, ikunx hemm xi Stat Membru li jkollu informazzjoni ta' rekords kriminali dwar dik il-persuna bħala ċittadin ta' pajjiż terz.

(23)  F'każ ta' konkordanza bejn id-data rreġistrata fis-sistema ċentrali u dik użata għat-tiftix minn Stat Membru (hit), l-informazzjoni dwar l-identità li fil-konfront tagħha tkun ġiet irreġistrata hit, jenħtieġ li tingħata flimkien mal-hit. Jenħtieġ li r-riżultat tat-tiftix jintuża mill-awtoritajiet ċentrali biss bil-fini li ssir talba permezz tal-ECRIS jew mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ('UPPE') stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939(9), biss bil-fini li ssir talba għal informazzjoni dwar kundanni kif imsemmi f'dan ir-Regolament.

(24)  L-ewwel, jenħtieġ li l-immaġnijiet tal-wiċċ inklużi fl-ECRIS-TCN jintużaw biss biex tiġi kkonfermata l-identità ta' ċittadin ta' pajjiż terz sabiex jiġu identifikati l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta' dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz. Fil-futur, ▌ jenħtieġ li jkun possibbli li l-immaġnijiet tal-wiċċ jintużaw għal tqabbil bijometriku awtomatizzat, dment li jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tekniċi u ta' politika biex dan isir. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, b'kont meħud tan-neċessità u l-proporzjonalità, kif ukoll tal-iżviluppi tekniċi fil-qasam tas-software ta' rikonoxximent tal-wiċċ, tivvaluta d-disponibbiltà u l-istat ta' tħejjija tat-teknoloġija meħtieġa qabel ma tadotta att delegat rigward l-użu ta' immaġnijiet tal-wiċċ għall-fini tal-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jiġu identifikati l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta' dawk il-persuni.

(25)  L-użu tal-bijometrika huwa neċessarju għaliex huwa l-aktar metodu affidabbli biex jiġu identifikati ċittadini ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri, li spiss ma jkollhomx dokumenti jew xi mezz ieħor ta' identifikazzjoni, kif ukoll għal tqabbil aktar affidabbli ta' data ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

(26)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu fis-sistema ċentrali tad-data tal-marki tas-swaba' ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati, li jkunu nġabru f'konformità mal-liġi nazzjonali matul proċedimenti kriminali. Sabiex l-informazzjoni dwar l-identità disponibbli fis-sistema ċentrali tkun kemm jista' jkun kompluta, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jdaħħlu wkoll fis-sistema ċentrali tad-data tal-marki tas-swaba' li tkun ittieħdet għal finijiet oħra li mhumiex proċedimenti kriminali, fejn dik id-data tal-marki tas-swaba' tkun disponibbli għall-użu fi proċedimenti kriminali f'konformità mal-liġi nazzjonali.

(27)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji minimi fir-rigward tad-data tal-marki tas-swaba' li l-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu fis-sistema ċentrali. Jenħtieġ li -Istati Membri jingħataw l-għażla li jew idaħħlu d-data tal-marki tas-swaba' ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw sentenza ta' priġunerija ta' mill-inqas sitt xhur, jew idaħħlu d-data tal-marki tas-swaba' ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew ikkundannati b'reat kriminali li huwa punibbli skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat b'sentenza ta' priġunerija għal perijodu massimu ta' mill-inqas 12-il xahar.

(28)  Jenħtieġ li l-Istati Membri joħolqu rekords fl-ECRIS-TCN dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati. Jenħtieġ li dan, fejn ikun possibbli, isir b'mod awtomatiku u mingħajr dewmien żejjed wara li l-kundanna tagħhom tkun iddaħħlet fir-rekords kriminali nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri, f'konformità ma' dan ir-Regolament, idaħħlu fis-sistema ċentrali data alfanumerika u data tal-marki tas-swaba' marbuta ma' kundanni mogħtija wara d-data tal-bidu tad-dħul tad-data fl-ECRIS-TCN. Mill-istess data, u fi kwalunkwe żmien wara dan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jdaħħlu immaġnijiet tal-wiċċ fis-sistema ċentrali.

(29)  Jenħtieġ li l-Istati Membri, f'konformità ma' dan ir-Regolament, joħolqu wkoll rekords fl-ECRIS-TCN fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati qabel id-data tal-bidu tad-dħul tad-data, sabiex tiġi żgurata l-effettività massima tas-sistema. Madankollu, għal dak il-fini, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux obbligati jiġbru informazzjoni li ma tkunx diġà fir-rekords kriminali tagħhom qabel id-data tal-bidu tad-dħul tad-data. Jenħtieġ li d-data tal-marki tas-swaba' ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi miġbura b'rabta ma' tali kundanni preċedenti tiġi inkluża biss fejn tkun inġabret waqt proċedimenti kriminali, u fejn l-Istat Membru kkonċernat iqis li tista' titqabbel b'mod ċar ma' informazzjoni oħra dwar l-identità f'rekords kriminali.

(30)  It-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni dwar il-kundanni huwa mistenni li jassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/675/ĠAI, li tobbliga lill-Istati Membri biex jieħdu kont tal-kundanni preċedenti fi Stati Membri oħra waqt proċedimenti kriminali ġodda sa fejn il-kundanni nazzjonali preċedenti jkunu jitqiesu skont il-liġi nazzjonali.

(31)  Hit li tiġi indikata mill-ECRIS-TCN jenħtieġ li ma tkunx awtomatikament tfisser li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ġie ikkundannat fl-Istati Membri li ġew indikati ▌. Jenħtieġ li l-eżistenza ta' kundanni preċedenti tkun ikkonfermata biss abbażi ta' informazzjoni riċevuta mir-rekords kriminali tal-Istati Membri kkonċernati.

(32)  Minkejja l-possibilità li jintużaw il-programmi finanzjarji tal-Unjoni f'konformità mar-regoli applikabbli, jenħtieġ li kull Stat Membru jġarrab l-ispejjeż tiegħu stess li jirriżultaw mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni tal-bażi ta' data ta' rekords kriminali u l-bażijiet ta' data nazzjonali tal-marki tas-swaba' tiegħu, u mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni ta' alterazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex ikun jista' juża l-ECRIS-TCN, inkluż il-konnessjonijiet tagħhom mal-punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali.

(33)  Jenħtieġ li l-Eurojust, l-Europol u l-UPPE jkollhom aċċess għall-ECRIS-TCN sabiex jiġu identifikati l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jiġu appoġġati fit-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom. Jenħtieġ li l-Eurojust ikollha wkoll aċċess dirett għall-ECRIS-TCN biex tkun tista' twettaq il-kompitu tagħha, skont dan ir-Regolament, li taġixxi bħala punt ta' kuntatt għal pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-prinċipji marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, inkluż ir-regoli dwar l-assistenza legali reċiproka. Filwaqt li jenħtieġ li jittieħed kont tal-pożizzjoni tal-Istati Membri li mhumiex parti mill-kooperazzjoni mtejba dwar l-istabbiliment tal-UPPE, jenħtieġ li l-UPPE ma jiġix irrifjutat l-aċċess għal informazzjoni dwar kundanni għall-unika raġuni li l-Istat Membru kkonċernat ma jagħmilx parti minn dik il- kooperazzjoni mtejba.

(34)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli stretti dwar l-aċċess għall-ECRIS-TCN u s-salvagwardji neċessarji, inkluż ir-responsabbiltà tal-Istati Membri biex jiġbru u jużaw id-data. Jistabbilixxi wkoll kif l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal kumpens, aċċess, rettifika, tħassir u rimedju, b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u s-superviżjoni ta' operazzjonijiet ta' pproċessar minn awtoritajiet indipendenti pubbliċi. Għaldaqstant dan jirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentaliminquxa, b'mod partikolari, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali, il-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni. F'dan ir-rigward, ir-Regolament iqis ukoll il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u obbligi oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-ambitu tad-dritt internazzjonali.

(35)  Jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) ▌ tapplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inklużi s-salvagwardji kontra theddid għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tiegħu. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) ▌ japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet nazzjonali meta dan l-ipproċessar ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/680. Jenħtieġ li tiġi żgurata superviżjoni koordinata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), li jenħtieġ li japplika wkoll għall-ipproċessar ta' data personali minn eu-LISA.

(36)  Fir-rigward ta' kundanni preċedenti, jenħtieġ li l-awtoritajiet ċentrali jdaħħlu d-data alfanumerika sa tmiem il-perijodu għad-dħul ta' data skont dan ir-Regolament, u data tal-marki tas-swaba' fi żmien sentejn wara d-data tal-bidu tat-tħaddim tal-ECRIS-TCN. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jdaħħlu d-data kollha fl-istess ħin, dment li dawk il-limiti ta' żmien jiġu rrispettati.

(37)  Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, tal-Eurojust, tal-Europol, tal-UPPE u tal-eu-LISA fir-rigward ta' dannu li jirriżulta minn kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament.

(38)  Sabiex tittejjeb l-identifikazzjoni tal-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat billi jiġi previst l-użu ta' immaġnijiet tal-wiċċ għall-fini tal-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jiġu identifikati l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar kundanni preċedenti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(13). B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni inkarigati mit-tħejjija tal-atti delegati.

(39)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-istabbiliment u l-ġestjoni operazzjonali tal-ECRIS-TCN, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14).

(40)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' dan ir-Regolament mill-aktar fis possibbli sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ECRIS-TCN, b'kont meħud taż-żmien li eu-LISA teħtieġ biex tiżviluppa u timplimenta l-ECRIS-TCN. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom tal-inqas 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament biex jieħdu l-miżuri biex jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.

(41)  Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jagħti lok għal skambju rapidu u effiċjenti ta' informazzjoni preċiża ta' rekords kriminali dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, bl-istabbiliment ta' regoli komuni , l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(42)  F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(43)  F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(44)  F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(45)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) u ta opinjoni fit-12 ta' Diċembru 2017(16),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

(a)  ▌ sistema biex jiġu identifikati l-Istati Membri li għandhom informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ("ECRIS-TCN");

(b)  ▌il-kondizzjonijiet li taħthom l-ECRIS-TCN għandha tintuża mill-awtoritajiet ċentrali sabiex tinkiseb informazzjoni dwar tali kundanni preċedenti permezz tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) stabbilita bid-Deċiżjoni 2009/316/ĠAI, kif ukoll il-kondizzjonijiet li taħthom il-Eurojust, il-Europol u l-UPPE għandhom jużaw l-ECRIS-TCN.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' informazzjoni dwar l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li kienu soġġetti għal kundanni fl-Istati Membri għall-fini tal-identifikazzjoni tal-Istati Membri li fihom ikunu ngħataw tali kundanni. Bl-eċċezzjoni tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 5(1), id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li japplikaw għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi japplikaw ukoll għaċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom ukoll iċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz u li kienu soġġetti għal kundanni fl-Istati Membri.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet ▌li ġejjin:

(1)  "kundanna" tfisser kwalunkwe deċiżjoni finali minn qorti kriminali kontra persuna fiżika b'rabta ma' reat kriminali, sa fejn din id-deċiżjoni tkun iddaħħlet fir-rekords kriminali tal-Istat Membru tal-kundanna;

(2)  "proċedimenti kriminali" tfisser l-istadju ta' qabel il-proċess kriminali, l-istadju tal-proċess u l-eżekuzzjoni tal-kundanna;

(3)  "rekord kriminali" tfisser ir-reġistru jew ir-reġistri nazzjonali fejn jiġu rreġistrati l-kundanni f'konformità mal-liġi nazzjonali;

(4)  "Stat Membru tal-kundanna" tfisser l-Istat Membru li fih tkun ingħatat kundanna;

(5)  "awtorità ċentrali" tfisser awtorità ▌ maħtura f'konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI;

(6)  "awtoritajiet kompetenti" tfisser l-awtoritajiet ċentrali u l-Eurojust, il-Europol u l-UPPE, li għandhom il-kompetenza li jaċċedu jew ifittxu fl-ECRIS-TCN f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(7)  "ċittadin ta' pajjiż terz" tfisser persuna li mhijiex ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20(1) TFUE, jew li hija persuna apolida jew persuna li ċ-ċittadinanza tagħha mhix magħrufa ▌;

(8)  "sistema ċentrali" tfisser il-bażi jew il-bażijiet ta' data żviluppati u miżmuma minn eu-LISA, li fihom tinħażen informazzjoni dwar l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li kienu soġġetti għal kundanni fl-Istati Membri ▌;

(9)  "software tal-interfaċċa" tfisser is-software ospitat mill-awtoritajiet kompetenti li jippermettilhom li jkollhom aċċess għas-sistema ċentrali permezz tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1);

(10)  "informazzjoni dwar l-identità" tfisser data alfanumerika, data tal-marki tas-swaba' u immaġnijiet tal-wiċċ li jintużaw biex tiġi stabbilita konnessjoni bejn din id-data u persuna fiżika;

(11)  "data alfanumerika" tfisser data rappreżentata b'ittri, numri, karattri speċjali, spazji u sinjali tal-punteġġatura;

(12)  "data tal-marki tas-swaba'" tfisser id-data relatata mal-impressjonijiet ċatti jew irroljati tal-marki tas-swaba' ta' kull wieħed mis-swaba' ta' persuna;

(13)  "immaġni tal-wiċċ" tfisser immaġni diġitali ta' wiċċ il-persuna;

(14)  "hit" tfisser konkordanza jew konkordanzi stabbilita/i permezz ta' tqabbil bejn l-informazzjoni dwar l-identità rreġistrata fis-sistema ċentrali u l-informazzjoni dwar l-identità użata għal tiftix ▌;

(15)  "punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali" tfisser il-punt ta' konnessjoni nazzjonali mal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1);

(16)  "implimentazzjoni ta' referenza ECRIS" tfisser is-software żviluppat mill-Kummissjoni u li tqiegħed għad-disponibbiltà tal-Istati Membri għall-iskambju ta' informazzjoni ta' rekords kriminali permezz tal-ECRIS.

(17)  “awtorità superviżorja nazzjonali” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tkun stabbilita minn Stat Membru skont regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;

(18)  “awtoritajiet superviżorji” tfisser is-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.

Artikolu 4

Qafas tekniku tal-ECRIS-TCN

1.  L-ECRIS-TCN għandha tkun magħmula minn:

(a)  sistema ċentrali li fiha tinħażen informazzjoni dwar l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati;

(b)  punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali f'kull Stat Membru;

(c)  software tal-interfaċċa li jippermetti l-konnessjoni tal-awtoritajiet kompetenti mas-sistema ċentrali permezz tal-punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt (d);

(d)  infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-punti ta' aċċess ċentrali nazzjonali.

2.  Is-sistema ċentrali għandha tkun ospitata minn eu-LISA ▌fis-siti tekniċi tagħha.

3.  Is-software tal-interfaċċa għandu jkun integrat flimkien mal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS. L-Istati Membri għandhom jużaw l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS jew, fis-sitwazzjoni u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 sa 8, is-software ta' implimentazzjoni nazzjonali tal-ECRIS, biex ifittxu fl-ECRIS-TCN u biex jibagħtu talbiet sussegwenti għal informazzjoni ta' rekords kriminali.

4.  L-Istati Membri li jużaw is-software ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom tal-ECRIS għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li s-software ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom tal-ECRIS jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom tar-rekords kriminali jużaw l-ECRIS-TCN, bl-eċċezzjoni tas-Software tal-Interfaċċa, f'konformità ma' dan ir-Regolament. Għal dak il-fini, qabel id-data li fiha tibda titħaddem l-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 35(4), huma għandhom jiżguraw li s-software ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom tal-ECRIS jiffunzjona f'konformità mal-protokolli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10, u ma' kwalunkwe rekwiżit tekniku ulterjuri stabbilit mill-eu-LISA skont dan ir-Regolament abbażi ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni.

5.  Sakemm ma jużawx l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, l-Istati Membri li jużaw is-software ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom tal-ECRIS għandhom jiżguraw ukoll l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe adattament tekniku sussegwenti għas-software ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom tal-ECRIS li jkun meħtieġ minħabba xi bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10, jew tibdil għal kwalunkwe rekwiżit tekniku ulterjuri stabbilit mill-eu-LISA skont dan ir-Regolament abbażi ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, mingħajr dewmien bla bżonn.

6.  L-Istati Membri li jużaw is-software ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom tal-ECRIS għandhom iġarrbu l-ispejjeż kollha relatati mal-implimentazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tas-software ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom tal-ECRIS u l-interkonnessjoni tiegħu mal-ECRIS-TCN, bl-eċċezzjoni tas-software tal-interfaċċa.

7.  F'każ li Stat Membru li juża s-software ta' implimentazzjoni nazzjonali tiegħu tal-ECRIS ma jkunx jista' jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan l-Artikolu, huwa għandu jkun obbligat juża l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, inkluż is-software tal-interfaċċa integrat, biex juża l-ECRIS-TCN.

8.  Fid-dawl tal-evalwazzjoni li għandha titwettaq mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal- Artikolu 36(10), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni.

KAPITOLU II

DĦUL U UŻU TA' DATA MILL-AWTORITAJIET ĊENTRALI

Artikolu 5

Dħul ta' data fl-ECRIS-TCN

1.  Għal kull ċittadin ta' pajjiż terz ikkundannat, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru ta' kundanna għandha toħloq rekord tad-data fis-sistema ċentrali. Ir-rekord tad-data għandu jinkludi:

(a)   fir-rigward ta' data alfanumerika:

(i)  informazzjoni li għandha tiġi inkluża ħlief, f'każijiet individwali, meta din l-informazzjoni ma tkunx magħrufa mill-awtorità ċentrali (informazzjoni obbligatorja):

kunjom (isem tal-familja);

l-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija),

data tat-twelid,

post tat-twelid (belt u pajjiż),

ċittadinanza jew ċittadinanzi,

ġeneru,

ismijiet preċedenti, jekk applikabbli,

kodiċi tal-Istati Membru tal-kundanna,

(ii)  informazzjoni li għandha tiġi inkluża jekk tkun imdaħħla fir-rekords kriminali (informazzjoni fakultattiva):

− l-ismijiet tal-ġenituri,

(iii)  informazzjoni li għandha tiġi inkluża jekk din tkun disponibbli lill-awtorità ċentrali (informazzjoni addizzjonali):

− in-numru tal-identità, jew it-tip u n-numru tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna, kif ukoll l-isem tal-awtorità emittenti tad-dokumenti;

− il-psewdonimi jew l-ismijiet li bihom tkun magħrufa dik il-persuna;

(b)  fir-rigward ta' data tal-marki tas-swaba':

(ii)  bħala minimu, data tal-marki tas-swaba' miġbura fuq il-bażi ta' wieħed mill-kriterji li ġejjin:

–  meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun ġie kkundannat għal sentenza ta' kustodja ta' mill-inqas sitt xhur;

jew

–  meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun ġie kkundannat fuq reat kriminali li huwa punibbli skont il-liġi tal-Istat Membru b'sentenza ta' kustodja b'perijodu massimu ta' mill-inqas 12-il xahar.

2.  Id-data tal-marki tas-swaba' imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkollha l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kwalità, għar-riżoluzzjoni u l-ipproċessar tad-data tal-marki tas-swaba' prevista fl-att ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1). In-numru ta' referenza tad-data tal-marki tas-swaba' tal-persuna kkundannata għandu jinkludi l-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna.

3.  Ir-rekord tad-data jista' jinkludi wkoll immaġnijiet tal-wiċċ taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkundannat, jekk il-liġi tal-Istat Membru tal-kundanna tippermetti l-ġbir u l-ħżin tal-immaġnijiet tal-wiċċ ta' persuni kkundannati.

4.   L-Istat Membru tal-kundanna għandu joħloq rekord tad-data awtomatikament, fejn possibbli, u mingħajr dewmien bla bżonn wara li l-kundanna tkun iddaħħlet fir-rekords kriminali ▌.

5.  L-Istati Membri tal-kundanna għandhom joħolqu anke rekords tad-data għall-kundanni mogħtija qabel id-data tal-bidu tad-dħul tad-data f'konformità mal-Artikolu 35(1) dment li d-data marbuta mal-persuni kkundannati tinħażen ▌fil-bażijiet tad-data nazzjonali tagħhom. F'dawk il-każijiet, id-data dwar il-marki tas-swaba' għandha tiġi inkluża biss meta jkunu ttieħdu waqt proċedimenti kriminali f'konformità mal-liġi nazzjonali, u meta jistgħu jitqabblu b'mod ċar ma' informazzjoni oħra dwar l-identità f'rekords kriminali.

6.  Sabiex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-punti (b)(i) u (ii) tal-paragrafu 1, u fil-paragrafu 5 l-Istati Membri jistgħu jużaw id-data tal-marki tas-swaba' meħuda għal finijiet oħra għajr għal proċedimenti kriminali, meta tali użu jkun permess skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 6

Immaġnijiet tal-wiċċ

1.  Sakemm jidħol fis-seħħ l-att delegat previst fil-paragrafu 2, l-immaġnijiet tal-wiċċ jistgħu jintużaw biss biex jikkonfermaw l-identità ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jkun ġie identifikat b'riżultat ta' tiftix alfanumeriku jew tiftix bl-użu tad-data tal-marki tas-swaba'.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 37 li jissupplimenta dan ir-Regolament rigward l-użu ta' immaġnijiet tal-wiċċ għall-fini tal-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jiġu identifikati l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar kundanni preċedenti rigward tali persuni meta dan issir possibbli teknikament. Qabel ma teżerċita din is-setgħa, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis in-neċessità u l-proporzjonalità kif ukoll l-iżviluppi tekniċi fil-qasam ta' software għar-rikonoxximent tal-uċuħ, tivvaluta d-disponibbiltà u t-tħejjija tat-teknoloġija meħtieġa.

Artikolu 7

Użu tal-ECRIS-TCN għall-identifikazzjoni tal-Istati Membri li jkollhom informazzjoni ta' rekords kriminali

1.  L-awtoritajiet ċentrali għandhom jużaw l-ECRIS-TCN biex jidentifikaw l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz, sabiex jiksbu informazzjoni dwar kundanni preċedenti permezz tal-ECRIS, meta l-informazzjoni ta' rekords kriminali ta' dik il-persuna tkun meħtieġa fl-Istat Membru kkonċernat għall-finijiet ta' proċedimenti kriminali kontra dik il-persuna jew għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin, jekk dan ikun previst skont u f'konformità mal-liġi nazzjonali:

–  verifika tar-rekord kriminali tal-persuna nfisha fuq talba tagħha,

–  approvazzjonijiet tas-sigurtà,

–  ksib ta' liċenzja jew permess,

–  evalwazzjoni għall-fini ta' impjieg,

–  evalwazzjoni għal attivitajiet volontarji li jinvolvu kuntatti diretti u regolari ma' tfal jew persuni vulnerabbli,

–  proċeduri tal-viża, proċeduri biex tinkiseb ċittadinanza u proċeduri tal-migrazzjoni, inkluż proċeduri tal-asil, u

–  verifiki rigward kuntratti pubbliċi u eżamijiet pubbliċi.

Madankollu, f'każijiet speċifiċi għajr dawk fejn ċittadin ta' pajjiż terz jitlob lill-awtorità ċentrali informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tiegħu stess, jew fejn it-talba issir sabiex tinkiseb informazzjoni ta' rekords kriminali skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2011/93/UE, l-awtorità li qed titlob informazzjoni ta' rekords kriminali tista' tiddeċiedi li tali użu tal-ECRIS-TCN ma jkunx adegwat.

2.  Kwalunkwe Stat Membru li jiddeċiedi, jekk dan ikun previst skont u f'konformità mal-liġi nazzjonali, li juża l-ECRIS-TCN għal finijiet oħra li mhumiex dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 sabiex jikseb informazzjoni dwar kundanni preċedenti permezz tal-ECRIS, għandu, sad-data li fiha jibda t-tħaddim kif imsemmi fl-Artikolu 35(4), jew kwalunkwe żmien wara dik id-data, jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawn il-finijiet l-oħra u dwar kwalunkwe bidla għal tali finijiet. Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tali notifiki f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien 30 jum minn meta tirċevihom.

3.  L-Eurojust, l-Europol ▌ u l-UPPE għandhom id-dritt ifittxu fl-ECRIS-TCN biex jidentifikaw l-Istati Membri li għandhom informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz f'konformità mal-Artikoli 14 sa 18. Madankollu, dawn ma għandhom idaħħlu, jirrettifikaw jew iħassru l-ebda data fl-ECRIS-TCN.

4.  Għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll ifittxu fl-ECRIS-TCN biex jivverifikaw jekk, fir-rigward ta' ċittadin tal-Unjoni, ikunx hemm xi Stat Membru li jkollu informazzjoni ta' rekords kriminali dwar dik il-persuna bħala ċittadin ta' pajjiż terz.

5.  Meta jfittxu fl-ECRIS-TCN, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw id-data kollha msemmija fl-Artikolu 5(1), jew parti minnha biss. Is-sett minimu ta' data li hi meħtieġa biex isir tiftix fis-sistema għandu jiġi speċifikat f'att ta' implimentazzjoni adottat f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 10(1).

6.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll ifittxu fl-ECRIS-TCN bl-użu ▌ ta' immaġnijiet tal-wiċċ ▌, dment li din il-funzjonalità tkun ġiet implimentata f'konformità mal-Artikolu 6(2).

7.  Fil-każ ta' hit, is-sistema ċentrali għandha tipprovdi awtomatikament lill-awtorità ċentrali informazzjoni dwar l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni ta' rekords kriminali dwar iċ-ċittadin ta' pajjiż terz, flimkien man-numri ta' referenza assoċjati u kwalunkwe informazzjoni korrispondenti dwar l-identità. Din l-informazzjoni dwar l-identità għandha tintuża biss bil-għan li tiġi vverifikata l-identità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat. Ir-riżultat ta' tiftix fis-sistema ċentrali jista' jintuża biss biex issir talba skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI jew talba msemmija fl-Artikolu 17(3) ta' dan ir-Regolament.

8.  F'każ li ma jkun hemm l-ebda hit, is-sistema ċentrali għandha awtomatikament tgħarraf lill-awtorità kompetenti.

KAPITOLU III

ŻAMMA U MODIFIKA TAD-DATA

Artikolu 8

Perijodu ta' żamma għall-ħżin tad-data

1.  Kull ▌rekord tad-data għandu jinħażen fis-sistema ċentrali sakemm id-data marbuta mal-kundanni tal-persuna kkonċernata tkun maħżuna ▌fir-rekords kriminali ▌.

2.  Hekk kif il-perijodu ta' żamma msemmi fil-paragrafu 1 jiskadi, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna għandha tħassar ▌ir-rekord tad-data, inkluż kwalunkwe data tal-marki tas-swaba' jew immaġni tal-wiċċ, mis-sistema ċentrali. It-tħassir għandu jsir b'mod awtomatiku, fejn possibbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar wara l-iskadenza tal-perijodu ta' żamma.

Artikolu 9

Modifika u tħassir tad-data

1.  L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw jew iħassru d-data li jkunu daħħlu fl-ECRIS-TCN.

2.  Kwalunkwe modifika sussegwenti tal-informazzjoni fir-rekords kriminali ▌li tkun wasslet għall-ħolqien ta' rekord tad-data f'konformità mal-Artikolu 5 għandha tinkludi modifika identika tal-informazzjoni maħżuna f'dak ir-rekord tad-data fis-sistema ċentrali mill-Istat Membru tal-kundanna mingħajr dewmien bla bżonn.

3.  Jekk ikun hemm raġuni biex Stat Membru tal-kundanna jemmen li d-data li huwa jkun irreġistra fis-sistema ċentrali mhijiex preċiża jew li dik id-data ġiet ipproċessata fis-sistema ċentrali bi ksur ta' dan ir-Regolament, huwa għandu:

(a)  iniedi immedjatament proċedura biex jivverifika l-preċiżjoni tad-data kkonċernata jew il-legalità tal-ipproċessar tagħha, kif xieraq;

(b)  jekk ikun meħtieġ, jirrettifika d-data jew iħassarha mis-sistema ċentrali mingħajr dewmien bla bżonn.

4.  Jekk Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-kundanna li daħħal id-data, ikollu għal xiex jifhem li d-data rreġistrata fis-sistema ċentrali mhijiex preċiża jew li ġiet ipproċessata data fis-sistema ċentrali fi ksur ta' dan ir-Regolament, huwa għandu jikkuntattja lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna mingħajr dewmien bla bżonn.

L-Istat Membru tal-kundanna għandu:

(a)  iniedi immedjatament proċedura biex jivverifika l-preċiżjoni tad-data kkonċernata jew il-legalità tal-ipproċessar tagħha, kif xieraq;

(b)  jekk ikun meħtieġ, jirrettifika d-data jew iħassarha mis-sistema ċentrali mingħajr dewmien bla bżonn;

(c)  jgħarraf lill-Istat Membru l-ieħor li d-data ġiet rettifikata jew imħassra, jew bir-raġunijiet għaliex id-data ma ġietx rettifikata jew imħassra, mingħajr dewmien bla bżonn.

KAPITOLU IV

ŻVILUPP, TĦADDIM U RESPONSABBILTAJIET

Artikolu 10

Adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tadott, l-atti ta' implimentazzjoni neċessarji għall-iżvilupp tekniku u ▌għall-implimentazzjoni teknika tal-ECRIS-TCN malajr kemm jista' jkun, u b'mod partikolari atti li jikkonċernaw:

(a)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar tad-data alfanumerika;

(b)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-ipproċessar tad-data tal-marki tas-swaba' ▌;

(c)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-software tal-interfaċċa;

(d)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-ipproċessar tal-immaġnijiet tal-wiċċ għall-finijiet tal-Artikolu 6 u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fih;

(e)  il-kwalità tad-data, inkluż mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq tal-kontrolli tal-kwalità tad-data;

(f)  id-dħul tad-data f'konformità mal-Artikolu 5;

(g)  l-aċċess u t-tfittix fl-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 7;

(h)  il-modifika u t-tħassir tad-data f'konformità mal-Artikoli 8 u 9;

(i)  iż-żamma tar-reġistrazzjonijiet u l-aċċess għalihom f'konformità mal-Artikolu 31;

(j)  it-tħaddim tar-repożitorju ċentrali u regoli dwar is-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data applikabbli għar-repożitorju, f'konformità mal-Artikolu 32;

(k)  il-forniment ta' statistika f'konformità mal-Artikolu 32;

(l)  ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni u d-disponibbiltà tal-ECRIS-TCN, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti minimi dwar il-prestazzjoni bijometrika tal-ECRIS-TCN b'mod partikolari fir-rigward tar-rata ta' identifikazzjoni pożittiva falza u r-rata ta' identifikazzjoni negattiva falza.

2.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 11

Żvilupp u ġestjoni operazzjonali tal-ECRIS-TCN

1.  eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tal-ECRIS-TCN skont il-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku. Barra minn hekk, eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni operazzjonali tal-ECRIS-TCN. L-iżvilupp għandu jikkonsisti mill-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, ittestjar u koordinazzjoni ġenerali tal-proġett.

2.  eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ulterjuri tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS.

3.  eu-LISA għandha tiddefinixxi d-disinn tal-qafas fiżiku tal-ECRIS-TCN inkluż l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħha u l-evoluzzjoni fir-rigward tas-sistema ċentrali, il-punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali u s-software tal-interfaċċa. Dak id-disinn għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija tagħha, soġġett għal opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni.

4.  eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta l-ECRIS-TCN mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ▌ u wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 10.

5.  Qabel il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tal-ECRIS-TCN, il-Bord tat-Tmexxija ta' eu-LISA għandu jistabbilixxi Bord tat-Tmexxija tal-Programm li jkun magħmul minn għaxar membri.

Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jkun magħmul minn tmien membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija, mill-President tal-Grupp Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 39 u membru wieħed maħtur mill-Kummissjoni. Il-membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija għandhom jiġu eletti biss minn dawk l-Istati Membri li huma marbuta kompletament skont il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġislattivi li jirregolaw l-ECRIS u li ser jipparteċipaw fl-ECRIS-TCN. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li l-membri li jaħtar fil-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jkollhom l-esperjenza u l-għarfien espert neċessarji fl-iżvilupp u fil-ġestjoni tas-sistemi tal-IT ta' sostenn għall-awtoritajiet ġudizzjarji u għall-awtoritajiet tar-rekords kriminali.

eu-LISA għandha tipparteċipa fil-ħidma tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm. Għal dan il-għan, rappreżentanti tal-eu-LISA għandhom jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm sabiex jirrapportaw dwar ħidma li tirrigwarda d-disinn u l-iżvilupp tal-ECRIS-TCN u kwalunkwe ħidma jew attività relatata oħra.

Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jiltaqa' minn tal-inqas darba kull tliet xhur, u aktar ta' spiss meta jkun hemm bżonn. Huwa għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tal-ECRIS-TCN u għandu jiżgura konsistenza bejn il-proġetti ċentrali u nazzjonali tal-ECRIS-TCN, u ma' software nazzjonali ta' implimentazzjoni tal-ECRIS. Fuq bażi regolari u jekk jista' jkun kull xahar, il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jippreżenta rapporti bil-miktub lill-Bord tat-Tmexxija ta' eu-LISA dwar il-progress tal-proġett. Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm ma għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet u lanqas mandat biex jirrappreżenta lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija.

6.  Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu li b'mod partikolari għandhom jinkludu regoli dwar:

(a)  il-presidenza;

(b)  il-postijiet tal-laqgħat;

(c)  it-tħejjija tal-laqgħat;

(d)  l-ammissjoni ta' esperti għal-laqgħat;

(e)  pjanijiet ta' komunikazzjoni sabiex ikun żgurat li l-Membri mhux parteċipanti tal-Bord tat-Tmexxija jinżammu kompletament infurmati.

7.  Il-presidenza tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandha tkun f'idejn Stat Membru li jkun marbut b'mod sħiħ skont il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġislattivi li jirregolaw l-ECRIS u bl-istrumenti leġislattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operat u l-użu tas-sistemi kollha tal-IT fuq skala kbira ġestiti minn eu-LISA.

8.  L-ispejjeż kollha tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandhom jitħallsu mill-eu-LISA. L-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura ta' eu-LISA għandu japplika mutatis mutandis. eu-LISA għandha taċċerta s-segretarjat tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm.

9.  Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, il-Grupp Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 39 għandu jkun magħmul mill-maniġers tal-proġett nazzjonali tal-ECRIS-TCN u ppresedut minn eu-LISA. Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, huwa għandu jiltaqa' regolarment, jekk jista' jkun mhux inqas minn darba fix-xahar, sakemm tibda titħaddem l-ECRIS-TCN. Wara kull laqgħa għandu jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija tal-Programm ▌. Huwa għandu jipprovdi l-għarfien espert tekniku biex isostni l-kompiti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm u għandu jwettaq segwitu fir-rigward tal-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri.

10.  Sabiex ikunu żgurati l-kunfidenzjalità u l-integrità tad-data maħżuna fl-ECRIS-TCN f'kull ħin, eu-LISA għandha f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tipprovdi għal miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, b'kont meħud tal-aqwa teknoloġija disponibbli, l-ispiża tal-implimentazzjoni u r-riskji ppreżentati mill-ipproċessar.

11.  eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-kompiti segwenti relatati mal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1):

(a)  superviżjoni;

(b)  sigurtà;

(c)  il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni.

12.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti l-oħra kollha relatati mal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1), b'mod partikolari:

(a)  kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;

(b)  akkwiżizzjoni u tiġdid;

(c)  kwistjonijiet kuntrattwali.

13.  eu-LISA għandha tiżviluppa u twettaq manutenzjoni ta' mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq tal-kontrolli tal-kwalità tad-data maħżuna fl-ECRIS-TCN u għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri. eu-LISA għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-kwistjonijiet li jkunu nqalgħu u lill-Istati Membri kkonċernati.

14.  Il-ġestjoni operazzjonali tal-ECRIS-TCN għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha neċessarji biex l-ECRIS-TCN tibqa' operazzjonali f'konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi neċessarji sabiex ikun żgurat li l-ECRIS-TCN tiffunzjona f'livell sodisfaċenti f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

15.  eu-LISA għandha twettaq il-kompiti relatati mal-għoti ta' taħriġ dwar l-użu tekniku tal-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS.

16.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68(17), eu-LISA għandha tapplika regoli xierqa ta' sigriet professjonali jew obbligi ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità għall-persunal tagħha kollu li huwa meħtieġ jaħdem bid-data rreġistrata fis-sistema ċentrali. Dak l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dan il-persunal ikun telaq mill-kariga jew mill-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tiegħu.

Artikolu 12

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal:

(a)  l-iżgurar ta' konnessjoni sigura bejn ir-rekords kriminali nazzjonali tiegħu ▌u l-bażijiet ta' data tal-marki tas-swaba' u l-punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali;

(b)  l-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni tal-konnessjoni msemmija fil-punt (a);

(c)  l-iżgurar ta' konnessjoni bejn is-sistemi nazzjonali tiegħu u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS;

(d)  il-ġestjoni u l-arranġamenti għall-aċċess tal-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet ċentrali għall-ECRIS-TCN f'konformità ma' dan ir-Regolament u għall-istabbiliment u l-aġġornament regolari ta' lista ta' dawn il-membri tal-persunal u tal-profili msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 19(3).

2.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi taħriġ xieraq lill-persunal tal-awtorità ċentrali tiegħu li għandu dritt għal aċċess għall-ECRIS-TCN li jkopri, b'mod partikolari taħriġ dwar ir-regoli tal-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data u dwar id-drittijiet fundamentali applikabbli, qabel ma jawtorizzahom biex jipproċessaw data maħżuna fis-sistema ċentrali.

Artikolu 13

Responsabbiltà għall-użu tad-data

1.  F'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data rreġistrata fl-ECRIS-TCN tkun ipproċessata legalment, u b'mod partikolari li:

(a)  il-persunal li jkun debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-data għat-twettiq tal-kompiti tiegħu;

(b)  id-data tinġabar b'mod legali u b'mod li jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadin ta' pajjiż terz;

(c)  id-data tiddaħħal fl-ECRIS-TCN b'mod legali;

(d)  id-data tkun preċiża u aġġornata meta tiddaħħal fl-ECRIS-TCN.

2.  eu-LISA għandha tiżgura li l-ECRIS-TCN titħaddem f'konformità ma' dan ir-Regolament, mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 6(2) u mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10, kif ukoll f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725. B'mod partikolari, eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura s-sigurtà tas-sistema ċentrali u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1), mingħajr preġudizzju għar-responsabiltajiet ta' kull Stat Membru.

3.  eu-LISA għandha tgħarraf mill-aktar fis possibbli lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-miżuri li tieħu skont il-paragrafu 2 fid-dawl tal-bidu tal-operat tal-ECRIS-TCN

4.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku permezz ta' sit web pubbliku aġġornat regolarment.

Artikolu 14

Aċċess għall-Eurojust, għall-Europol, u għall-UPPE

1.  Il-Eurojust għandu jkollha aċċess dirett għall-ECRIS-TCN għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 17, kif ukoll għat-twettiq tal-kompiti tagħha skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/1727, sabiex tidentifika l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

2.  Il-Europol għandu jkollha aċċess dirett għas-sistema ECRIS-TCN għall-fini li twettaq il-kompiti tagħha skont il-punti (a) sa (e) u (h) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/794, sabiex tidentifika l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

3.  L-UPPE għandu jkollu aċċess dirett għall-ECRIS-TCN għall-fini li jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1939, sabiex jidentifika l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

4.  B'segwitu għal hit li tindika l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz, il-Eurojust, il-Europol u l-UPPE jistgħu jużaw il-kuntatti rispettivi tagħhom mal-awtoritajiet nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri biex jitolbu l-informazzjoni ta' rekords kriminali bil-mod previst fl-atti kostituttivi rispettivi tagħhom.

Artikolu 15

Aċċess minn persunal awtorizzat tal-Eurojust, tal-Europol u tal-UPPE

L-Eurojust, l-Europol u l-UPPE għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-arranġamenti biex il-persunal debitament awtorizzat ikollu aċċess għall-ECRIS-TCN f'konformità ma' dan ir-Regolament u ▌għall-istabbiliment u l-aġġornament regolari ta' lista ta' tali persunal u l-profili tagħhom.

Artikolu 16

Responsabbiltajiet tal-Eurojust, tal-Europol u tal-UPPE

L-Eurojust, l-Europol u l-UPPE għandhom:

(a)  jistabbilixxu l-mezzi tekniċi biex jikkonnettjaw mal-ECRIS-TCN u għandhom ikunu responsabbli għall-manutenzjoni ta' dik il-konnessjoni ▌;

(b)  jipprovdu taħriġ xieraq li jkopri, b'mod partikolari, is-sigurtà tad-data u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali applikabbli lill-membri tal-persunal tagħhom li għandhom dritt ta' aċċess għall-ECRIS-TCN qabel ma jawtorizzawhom biex jipproċessaw data maħżuna fis-sistema ċentrali;

(c)  jiżguraw li d-data personali pproċessata minnhom skont dan ir-Regolament tkun protetta f'konformità mar-regoli għall-protezzjoni tad-data applikabbli.

Artikolu 17

Punt ta' kuntatt għal pajjiżi terzi u għal organizzazzjonijiet internazzjonali

1.  Il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu, għall-finijiet ta' proċedimenti kriminali, jindirizzaw it-talbiet għal informazzjoni dwar liema Stati Membri, jekk ikun hemm, għandhom informazzjoni dwar rekords kriminali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi lill-Eurojust. Għal dak il-għan, għandhom jużaw il-formola standard li tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.  Meta l-Eurojust tirċievi talba kif imsemmi fil-paragrafu 1, hija għandha tuża l-ECRIS-TCN biex tidentifika liema Stati Membri, jekk ikun hemm, ikollhom informazzjoni ta' rekords kriminali taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat.

3.  Jekk ikun hemm hit, il-Eurojust għandha tistaqsi lill-Istat Membru li jkollu informazzjoni ta' rekords kriminali taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat jekk jagħtix il-kunsens tiegħu biex il-Eurojust tgħarraf lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali bl-isem tal-Istat Membru kkonċernat. F'każ li dak l-Istat Membru jagħti l-kunsens tiegħu, il-Eurojust għandha tgħarraf lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali bl-isem ta' dak l-Istat Membru, u b’kif tista' tintroduċi talba għal estratti mir-rekords kriminali lil dak l-Istat Membru skont il-proċeduri applikabbli.

4.  F'każ li ma jkunx hemm hit jew meta l-Eurojust ma tkunx tista' tipprovdi tweġiba f'konformità mal-paragrafu 3 għal talbiet li jsiru skont dan l-Artikolu, hija għandha tgħarraf lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata li l-proċedura tlestiet, mingħajr ma tipprovdi l-ebda indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni ta' rekords kriminali dwar il-persuna kkonċernata hijiex qed tinżamm minn wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 18

Għoti ta' informazzjoni lil pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata

La l-Eurojust, l-Europol, l-UPPE kif ukoll l-ebda awtorità ċentrali ma għandha tittrasferixxi jew tqiegħed għad-disponibbiltà ta' pajjiż terz, ta' organizzazzjoni internazzjonali jew ta' parti privata, informazzjoni miksuba mill-ECRIS-TCN li tikkonċerna ċittadin ta' pajjiż terz. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(3).

Artikolu 19

Sigurtà tad-data

1.  eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura s-sigurtà tal-ECRIS-TCN, mingħajr preġudizzju għar-responsabiltajiet ta' kull Stat Membru, filwaqt li tqis il-miżuri ta' sigurtà speċifikati fil-paragrafu 3.

2.  Fir-rigward tat-tħaddim tal-ECRIS-TCN, eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tilħaq l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 3, inkluż l-adozzjoni ta' pjan ta' sigurtà u ta' pjan għall-kontinwità operazzjonali u pjan ta' rkupru minn diżastri, u sabiex tiżgura li s-sistemi installati jistgħu jiġu restawrati f'każ ta' interruzzjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà tad-data qabel u waqt it-trasmissjoni għall-punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali u qabel u waqt li d-data tasal għandu. B'mod partikolari, kull Stat Membru għandu:

(a)  jipproteġi fiżikament id-data, inkluż billi jagħmel pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' ▌infrastruttura;

(b)  jirrifjuta l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal installazzjonijiet nazzjonali li fihom l-Istat Membru jwettaq operazzjonijiet relatati mal-ECRIS-TCN;

(c)  jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, l-immodifikar jew it-tneħħija mhux awtorizzata ta' mezzi ta' data;

(d)  jimpedixxi d-dħul mhux awtorizzat ta' data u l-ispezzjoni, l-immodifikar jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali maħżuna;

(e)  jimpedixxi l-ipproċessar mhux awtorizzat ta' data fl-ECRIS-TCN u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta' data pproċessata fl-ECRIS-TCN;

(f)  jiżgura li persuni awtorizzati li jaċċessaw l-ECRIS-TCN ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet individwali tal-utent u modi għal aċċess kunfidenzjali biss;

(g)  jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt ta' aċċess għall-ECRIS-TCN joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati jdaħħlu, jirrettifikaw, iħassru, jikkonsultaw u jfittxu fid-data, u jqiegħdu l-profili tagħhom għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet ▌superviżorji nazzjonali mingħajr dewmien bla bżonn fuq talba tagħhom;

(h)  jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni tista' tiġi trasmessa data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;

(i)  jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data tkun ġiet ipproċessata fl-ECRIS-TCN, meta, mingħand min u għal liema skop;

(j)  jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, l-immodifikar jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali matul it-trasmissjoni ta' data personali lill-ECRIS-TCN jew minnha jew matul it-trasport ta' mezzi tad-data, b'mod partikolari permezz ta' tekniki adegwati ta' kriptaġġ;

(k)  iwettaq monitoraġġ tal-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzazzjonali neċessarji relatati mal-monitoraġġ u l-awtomonitoraġġ biex tkun żgurata konformità ma' dan ir-Regolament.

4.  eu-LISA u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw approċċ koerenti għas-sigurtà tad-data msejjes fuq proċess ta' ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà li jinkludi l-ECRIS-TCN kollha.

Artikolu 20

Responsabbiltà

1.  Kwalunkwe persuna li, jew kwalunkwe Stat Membru li jkun ġarrab ħsara materjali jew mhux materjali li tirriżulta minn operazzjoni ta' pproċessar illegali jew ta' kwalunkwe att ieħor inkompatibbli ma' dan ir-Regolament għandu jkun intitolat jirċievi kumpens:

(a)  mill-Istat Membru li jkun responsabbli għall-ħsara mġarrba; jew

(b)  minn eu-LISA fejn eu-LISAma tkunx osservat l-obbligi tagħha stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fir-Regolament (UE) 2018/1725.

L-Istat Membru responsabbli għall-ħsara mġarrba jew eu-LISA, rispettivament, għandhom ikunu eżentati mir-responsabbiltà, kollha jew parzjalment, jekk jagħtu prova li mhumiex responsabbli għall-avveniment li jkun wassal għall-ħsara.

2.  Jekk xi nuqqas min-naħa ta' Stat Membru, l-Eurojust, l-Europol jew l-UPPE milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament jikkaġuna ħsara lill-ECRIS-TCN, dak l-Istat Membru, l-Eurojust, l-Europol jew l-UPPE rispettivament għandu jinżamm responsabbli għal din il-ħsara, sakemm u sa fejn eu-LISA jew Stat Membru ieħor parteċipanti fl-ECRIS-TCN ma jkunx naqas milli jieħu miżuri raġonevoli sabiex jipprevjeni li ssir ħsara jew biex inaqqas kemm jista' jkun l-impatt tagħha.

3.  Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għall-ħsara msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu rregolati mil-liġi tal-Istat Membru konvenut. Talbiet għal kumpens kontra eu-LISA, l-Eurojust, l-Europol u l-UPPE għall-ħsara msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu rregolati mill-atti kostituttivi rispettivi tagħhom.

Artikolu 21

Awtomonitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità ċentrali tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkonforma ma' dan ir-Regolament u tikkoopera, meta jkun hemm bżonn, mal-awtoritajiet superviżorji.

Artikolu 22

Penali

Kwalunkwe użu ħażin ta' data mdaħħla fl-ECRIS-TCN għandu jkun soġġett għal penali jew miżuri dixxiplinarji, f'konformità mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

KAPITOLU V

DRITTIJIET U SUPERVIŻJONI TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA

Artikolu 23

Il-kontrollur tad-data u l-proċessur tad-data

1.  Kull awtorità ċentrali għandha titqies bħala kontrollur tad-data f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data għall-ipproċessar tad-data personali mill-awtorità ċentrali ta' dak l-Istat Membru skont dan ir-Regolament.

2.  eu-LISA għandha titqies bħala proċessur tad-data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward tad-data personali mdaħħla mill-Istati Membri fis-sistema ċentrali.

Artikolu 24

Fini tal-ipproċessar tad-data personali

1.  Id-data mdaħħla fis-sistema ċentrali għandha tkun ipproċessata biss għall-fini li jiġuidentifikati l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi.

2.  Bl-eċċezzjoni ta' persunal debitament awtorizzat tal-Eurojust, l-Europol u l-UPPE, li jkollu aċċess għall-ECRIS-TCN għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-aċċess għall-ECRIS-TCN għandu jkun riżervat esklużivament għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet ċentrali ▌. L-aċċess għandu jkun limitat sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti f'konformità mal-fini msemmi fil-paragrafu 1, u sa fejn ikun meħtieġ u proporzjonat għall-objettivi li jridu jintlaħqu.

Artikolu 25

Dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir u restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar

1.  It-talbiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi rigward id-drittijiet ta' aċċess għal data personali, għar-rettifika u t-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali li huma stipulati fir-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità ċentrali ta' kull Stat Membru.

2.  Fejn issir talba lil Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-kundanna, ▌l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jgħaddiha lill-Istat Membru tal-kundanna mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi t-talba. Hekk kif jirċievi t-talba, l-Istat Membru tal-kundanna għandu:

(a)  immedjatament jibda proċedura biex jivverifika l-preċiżjoni tad-data kkonċernata jew il-legalità tal-ipproċessar tagħha fl-ECRIS-TCN; u

(b)  jwieġeb lill-Istat Membru li bagħat it-talba mingħajr dewmien bla bżonn.

3.  Fil-każ li d-data rreġistrata fl-ECRIS-TCN ma tkunx ▌ preċiża jew tkun ġiet ipproċessata b'mod illegali, l-Istat Membru tal-kundanna għandu jirrettifika jew iħassar id-data f'konformità mal-Artikolu 9. L-Istat Membru tal-kundanna jew, meta applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jikkonferma bil-miktub mingħajr dewmien bla bżonn lill-persuna kkonċernata li ttieħdet azzjoni biex tiġi rettifikata jew imħassra d-data li tikkonċernaha. L-Istat Membru tal-kundanna għandu wkoll jgħarraf mingħajr dewmien bla bżonn x'azzjoni tkun ittieħdet lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkun irċieva informazzjoni dwar kundanni miksuba b'riżultat ta' tiftix fl-ECRIS-TCN.

4.  Jekk l-Istat Membru tal-kundanna ▌ ma jaqbilx li d-data rreġistrata fl-ECRIS-TCN mhijiex preċiża jew li ġiet ipproċessata b'mod illegali, dak l-Istat Membru għandu jadotta deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja li fiha jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata ▌ r-raġuni għaliex mhux lest li jirrettifika jew iħassar id-data li tirrigwardaha. Każijiet bħal dawn jistgħu, fejn xieraq, jiġu kkomunikati lill-awtorità superviżorja nazzjonali.

5.  L-Istat Membru li jkun adotta d-deċiżjoni ▌ skont il-paragrafu 4 għandu wkoll jipprovdi informazzjoni ta' spjegazzjoni lill-persuna kkonċernata dwar il-passi li dik il-persuna tista' tieħu jekk ▌ l-ispjegazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 4 ma tkunx aċċettabbli għaliha. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tressaq azzjoni jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati ta' dak l-Istat Membru u kull assistenza, inkluż mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, li tkun disponibbli f'konformità mal-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.

6.  Kull talba li ssir skont il-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni ▌ neċessarja biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata. Dik l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament biex ikunu jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandha titħassar immedjatament wara.

7.  Fejn japplika l-paragrafu 2, l-awtorità ċentrali li lilha ġiet indirizzata t-talba, għandha żżomm rekord bil-miktub li tkun saret din it-talba u dwar kif din tkun ġiet indirizzata, u lil liema awtorità ġiet mgħoddija. Fuq talba tal-awtorità superviżorji nazzjonali, l-awtorità ċentrali għandha tagħmel dak ir-rekord disponibbli lil dik l-awtorità superviżorja nazzjonali mingħajr dewmien. L-awtoritajiet ċentrali u l-awtorità superviżorja nazzjonali għandhom iħassru dawk ir-rekords wara tliet snin minn meta jinħolqu.

Artikolu 26

Kooperazzjoni biex jiġu żgurati d-drittijiet dwar il-protezzjoni tad-data

1.  L-awtoritajiet ċentrali għandhom jikkooperaw ma' xulxin sabiex jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet stipulati fl-Artikolu 25.

2.  F'kull Stat Membru, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha, fuq talba, tipprovdi informazzjoni lill-persuna kkonċernata dwar kif tista' teżerċita d-dritt tagħha biex issir rettifika jew titħassar data li tikkonċernaha, f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

3.  Għal finijiet ta' dan l-Artikolu, l-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru li jkun ittrasmetta d-data u l-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru li lilha tkun saret it-talba għandhom jikkooperaw ma' xulxin.

Artikolu 27

Rimedji

▌ Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment u d-dritt għal rimedju legali fl-Istat Membru tal-kundanna li jkun irrifjuta d-dritt ta' aċċess għad-data li tikkonċernaha, jew id-dritt ta' rettifika jew tħassir ta' din id-data, imsemmija fl-Artikolu 25 f'konformità mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

Artikolu 28

Superviżjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali maħtura skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data għandhom iwettqu monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data personali, imsemmija fl-Artikoli 5 u 6, mill-Istat Membru kkonċernat, inkluża t-trasmissjoni tagħha lejn u mill-ECRIS-TCN.

2.  L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tiżgura li jsir awditu tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data fil-bażijiet ta' data nazzjonali tar-rekords kriminali u tal-marki tas-swaba' b'rabta mal-iskambju ta' data bejn dawk is-sistemi u l-ECRIS-TCN f'konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti tal-awditjar tal-inqas kull tliet snin mid-data tal-bidu tal-operat tal-ECRIS-TCN.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tagħhom għandhom biżżejjed riżorsi biex iwettqu l-kompiti mogħtija lilhom skont dan ir-Regolament.

4.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tiegħu u għandu, b'mod partikolari, jipprovdilhom informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 12, 13 u 19. Kull Stat Membru għandu jagħti aċċess lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tiegħu għar-rekords tiegħu skont l-Artikolu 25(7) u għar-reġistrazzjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 31(6) u jippermettilhom aċċess f'kull ħin għall-bini kollu tiegħu relatat mal-ECRIS-TCN.

Artikolu 29

Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jara li l-attivitajiet ta' pproċessar tad-data personali ta' eu-LISA fir-rigward tal-ECRIS-TCN jitwettqu f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jsir awditu tal-attivitajiet ta' pproċessar tad-data personali mwettqa minn eu-LISA f'konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti tal-awditjar minn tal-inqas kull tliet snin. Għandu jintbagħat rapport ta' dak l-awditu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lil eu-LISA u lill-awtoritajiet superviżorji. eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel ma jiġi adottat ir-rapport.

3.  eu-LISA għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tagħtih aċċess għad-dokumenti kollha u għar-reġistrazzjonijiet tagħha msemmija fl-Artikolu 31 u tagħtih il-permess għal aċċess f'kull ħin għall-bini kollu tagħha.

Artikolu 30

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Għandha tiġi żgurata superviżjoni koordinata tal-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 31

Iż-żamma ta' reġistrazzjonijiet

1.  eu-LISA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, li l-operazzjonijiet kollha ta' pproċessar tad-data fl-ECRIS-TCN jiġu rreġistrati skont il-paragrafu 2 għall-finijiet tal-verifika tal-ammissibbiltà tat-talbiet, il-monitoraġġ tal-integrità tad-data u s-sigurtà u l-legalità tal-ipproċessar tad-data kif ukoll għall-finijiet ta' awtomonitoraġġ.

2.  Ir-reġistrazzjoni ▌għandha tindika:

(a)  il-fini tat-talba għal aċċess għad-data tal-ECRIS-TCN;

(b)  id-data trasmessa kif imsemmija fl-Artikolu 5;

(c)  ir-referenza tal-fajl nazzjonali;

(d)  id-data u l-ħin preċiż tal-operazzjoni;

(e)  id-data użata biex jitwettaq it-tiftix;

(f)  il-marka li tidentifika lill-uffiċjal li jkun għamel it-tiftix ▌.

3.  Ir-reġistrazzjoni tal-konsultazzjonijiet u tad-divulgazzjonijiet għandha tippermetti li tiġi stabbilita ġustifikazzjoni għal tali operazzjonijiet.

4.  Ir-reġistrazzjonijiet ▌ għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u sabiex ikunu żgurati l-integrità u s-sigurtà tad-data. Għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 36 jistgħu jintużaw biss reġistrazzjonijiet li ma jkunx fihom data personali. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru wara perijodu ta' tliet snin, dment li ma jibqgħux meħtieġa aktar għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

5.  Jekk issirilha talba, eu-LISA għandha tqiegħed ir-reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet ta' pproċessar tagħha għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet ċentrali mingħajr dewmien bla bżonn.

6.  L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti responsabbli għall-ivverifikar tal-ammissibbiltà tat-talba u għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u għall-integrità u s-sigurtà tad-data għandu jkollhom aċċess għar-reġistrazzjonijiet meta ssir talba mingħandhom bil-fini li jaqdu dmirijiethom. Jekk issirilhom talba, l-awtoritajiet ċentrali għandhom iqiegħdu r-reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet ta' pproċessar tagħhom għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 32

Użu tad-data għar-rappurtar u għall-istatistika

1.  Il-persunal debitament awtorizzat ta' eu-LISA, tal-awtoritajiet kompetenti ▌ u tal-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għad-data pproċessata fl-ECRIS-TCN, unikament għall-finijiet ta' rappurtar u biex jipprovdu statistika, mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni ta' individwi.

2.  Għall-fini tal-paragrafu 1, eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali fis-siti tekniċi tagħha li jkun fih id-data msemmija fil-paragrafu 1 li, mingħajr ma jippermetti l-identifikazzjoni ta' individwi, jippermetti li jinkisbu rapporti u statistika li jistgħu jiġu personalizzati. L-aċċess għar-repożitorju ċentrali għandu jingħata permezz ta' aċċess sigur b'kontroll tal-aċċess u profili speċifiċi tal-utent unikament għall-fini ta' rappurtar u ta' statistika.

3.  Il-proċeduri stabbiliti minn eu-LISA għall-monitoraġġ tat-tħaddim tal-ECRIS-TCN imsemmija fl-Artikolu 36 kif ukoll l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS għandhom jinkludu l-possibbiltà li tiġi prodotta statistika regolari għall-finijiet ta' monitoraġġ ▌.

Kull xahar, eu-LISA għandha tippreżenta statistika lill-Kummissjoni ▌ rigward ir-reġistrazzjoni, il-ħżin u l-iskambju tal-informazzjoni misluta mir-rekords kriminali permezz tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS. eu-LISA għandha tiżgura li ma tkunx possibbli l-identifikazzjoni ta' individwi abbażi ta' dik l-istatistika. Meta ssirilha talba mill-Kummissjoni, eu-LISA għandha tipprovdilha statistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-istatistika neċessarja lil eu-LISA sabiex taqdi d-dmirijiet tagħha msemmija f'dan l-Artikolu. Huma għandhom jipprovdu statistika lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati, kif ukoll l-għadd ta' kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom ▌.

Artikolu 33

Spejjeż

1.  L-ispejjeż imġarrba b'rabta mal-istabbiliment u mat-tħaddim tas-sistema ċentrali, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1), is-software tal-interfaċċa u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.  L-ispejjeż tal-konnessjoni tal-Eurojust, l-Europol u ▌l-UPPE ▌ mal-ECRIS-TCN għandhom jitħallsu mill-baġits rispettivi tagħhom.

3.  L-ispejjeż l-oħra għandhom jitħallsu mill-Istati Membri, b'mod speċifiku l-ispejjeż imġarrba għall-konnessjoni tar-reġistri nazzjonali eżistenti tar-rekords kriminali, tal-bażijiet ta' data tal-marki tas-swaba' u tal-awtoritajiet ċentrali mal-ECRIS-TCN, kif ukoll l-ispejjeż għall-ospitar tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS.

Artikolu 34

Notifiki

1.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lil eu-LISA dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali tiegħu li għandha jew għandhom aċċess biex idaħħlu, jirrettifikaw, iħassru, jikkonsultaw jew ifittxu data, kif ukoll kwalunkwe bidla f'dan ir-rigward.

2.  eu-LISA għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tal-lista tal-awtoritajiet ċentrali notifikati mill-Istati Membri, kemm f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq is-sit web tagħha. Meta eu-LISA tirċievi notifika dwar bidla fl-awtorità ċentrali ta' Stat Membru, hija għandha taġġorna l-lista mingħajr dewmien bla bżonn.

Artikolu 35

Dħul ta' data u bidu tat-tħaddim

1.  Ladarba l-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ntlaħqu, hija għandha tiddetermina d-data minn meta l-Istati Membri għandhom jibdew idaħħlu d-data msemmija fl-Artikolu 5 fl-ECRIS-TCN ▌:

(a)  ikunu ġew adottati l-atti ta' implimentazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 10;

(b)  l-Istati Membri jkunu vvalidaw l-arranġamenti tekniċi u ġuridiċi biex jiġbru d-data msemmija fl-Artikolu 5 u jittrasmettuha lill-ECRIS-TCN u jkunu nnotifikawhom lill-Kummissjoni;

(c)  eu-LISA tkun wettqet test komprensiv tal-ECRIS-TCN, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, bl-użu ta' data tal-ittestjar anonima.

2.  Meta l-Kummissjoni tkun iddeterminat id-data ta' meta għandha tibda tiddaħħal id-data skont il-paragrafu 1, hija għandha tikkomunika dik id-data lill-Istati Membri. Fi żmien xahrejn wara dik id-data, l-Istati Membri għandhom idaħħlu d-data msemmija fl-Artikolu 5 fl-ECRIS-TCN, b'kont meħud tal-Artikolu 41(2).

3.  Wara tmiem il-perijodu msemmi fil-paragrafu 2, eu-LISA għandha twettaq test finali tal-ECRIS-TCN, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

4.  Meta t-test imsemmi fil-paragrafu 3 jkun tlesta b'suċċess u eu-LISA tqis li l-ECRIS-TCN tkun lesta biex tibda taħdem, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tat-test u għandha tiddeċiedi d-data minn meta l-ECRIS-TCN għandha tibda taħdem.

5.  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar id-data tal-bidu tat-tħaddim tal-ECRIS-TCN, kif imsemmi fil-paragrafu 4, għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.  L-Istati Membri għandhom jibdew jużaw l-ECRIS-TCN mid-data determinata mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 4.

7.  Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tispeċifika dati differenti għad-dħul fl-ECRIS-TCN ta' data alfanumerika u data tal-marki tas-swaba' kif imsemmi fl-Artikolu 5, kif ukoll għall-bidu tat-tħaddim fir-rigward ta' dawk il-kategoriji differenti ta' data.

Artikolu 36

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.  eu-LISA għandha tiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ għall-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-ECRIS-TCN fid-dawl tal-objettivi relatati mal-ippjanar u l-ispejjeż u għall-monitoraġġ tat-tħaddim tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS fid-dawl tal-objettivi relatati mar-rendiment tekniku, il-kosteffettività, is-sigurtà u l-kwalità tas-servizz.

2.  Għall-finijiet tal-monitoraġġ tat-tħaddim tal-ECRIS-TCN u l-manutenzjoni teknika tagħha, eu-LISA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja relatata mal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data mwettqa fl-ECRIS-TCN u fl-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS.

3.  Sa ... [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sitt xhur minn dakinhar 'il quddiem matul il-fażi tat-tfassil u tal-iżvilupp, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tal-ħidma tal-iżvilupp tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS.

4.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-ispejjeż u l-progress attwali tal-proġett, valutazzjoni tal-impatt finanzjarju, kif ukoll informazzjoni dwar il-problemi u r-riskji tekniċi li jista' jkollhom impatt fuq l-ispejjeż kumplessivi tal-ECRIS-TCN li għandhom jinġarru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 33.

5.  F'każ ta' dewmien sostanzjali fil-proċess ta' żvilupp, eu-LISA għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kemm jista' jkun malajr bir-raġunijiet għal dan id-dewmien, kif ukoll dwar l-impatt tiegħu f'termini ta' żmien u finanzi.

6.  Ladarba l-iżvilupp tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS ikunu ffinalizzati, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega kif ikunu nkisbu l-objettivi, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, u li jiġġustifika kwalunkwe diverġenza.

7.  Fil-każ ta' aġġornament tekniku tal-ECRIS-TCN li jista' jwassal għal spejjeż sostanzjali, eu-LISA għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

8.  Sentejn wara l-bidu tat-tħaddim tal-ECRIS-TCN u kull sena minn dakinhar 'il quddiem, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar it-tħaddim tekniku tal-ECRIS-TCN u dwar l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, inkluż dwar is-sigurtà tagħhom, abbażi, b'mod partikolari, tal-istatistika dwar it-tħaddim u l-użu tal-ECRIS-TCN u l-iskambju, permezz tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, tal-informazzjoni misluta mir-rekords kriminali.

9.  Erba' snin wara l-bidu tat-tħaddim tal-ECRIS-TCN u kull erba' snin minn dakinhar 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ġenerali tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS. Ir-rapport ta' evalwazzjoni ġenerali stabbilit abbażi ta' dan għandu jinkludi valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u eżami tar-riżultati li nkisbu b'rabta mal-objettivi li kienu stabbiliti u tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni ta' jekk ir-raġunament sottostanti għat-tħaddim tal-ECRIS-TCN għadux validu, tal-adegwatezza tal-użu tad-data bijometrika użata għall-finijiet tal-ECRIS-TCN, tas-sigurtà tal-ECRIS-TCN u ta' kwalunkwe implikazzjoni ta' sigurtà għal operazzjonijiet futuri. L-evalwazzjoni għandha tinkludi r-rakkomandazzjonijiet kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ▌lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

10.  Barra minn hekk, l-ewwel evalwazzjoni ġenerali kif imsemmija fil-paragrafu 9 għandha tinkludi valutazzjoni ta':

(a)  kemm, meta titqies id-data statistika rilevanti u informazzjoni ulterjuri mill-Istati Membri, l-inklużjoni fl-ECRIS-TCN ta' informazzjoni dwar l-identità ta' ċittadini tal-Unjoni li għandhom ukoll ċittadinanza ta' pajjiż terz ikkontribwiet għall-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament;

(b)  il-possibbiltà, li xi Stati Membri jkomplu jużaw software nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-ECRIS, kif imsemmi fl-Artikolu 4;

(c)  id-dħul ta' data tal-marki tas-swaba' fl-ECRIS-TCN, b'mod partikolari l-applikazzjoni tal-kriterji minimi kif imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 5(1);

(d)  l-impatt tal-ECRIS u tal-ECRIS-TCN fuq il-protezzjoni tad-data personali.

Il-valutazzjoni tista' tkun akkumpanjata, jekk meħtieġ, minn proposti leġislattivi. Evalwazzjonijiet ġenerali sussegwenti jistgħu jinkludu valutazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-aspetti jew tal-aspetti kollha.

11.  L-Istati Membri, l-Eurojust, l-Europol ▌ u l-UPPE ▌ għandhom jipprovdu lil eu-LISA u lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 3, 8 u 9 skont l-indikaturi kwantitattivi definiti minn qabel mill-Kummissjoni jew minn eu-LISA jew mit-tnejn. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tippreġudika l-metodi ta' ħidma u lanqas ma għandha tinkludi informazzjoni li tiżvela s-sorsi, il-membri tal-persunal jew l-investigazzjonijiet.

12.  Fejn rilevanti, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jipprovdu lil eu-LISA u lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 9 skont l-indikaturi kwantitattivi definiti minn qabel mill-Kummissjoni jew minn eu-LISA jew mit-tnejn. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tippreġudika l-metodi ta' ħidma u lanqas ma għandha tinkludi informazzjoni li tiżvela s-sorsi, il-membri tal-persunal jew l-investigazzjonijiet.

13.  eu-LISA għandha tipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa sabiex tipproduċi l-evalwazzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 9.

Artikolu 37

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 6(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 38

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.▌

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 39

Grupp Konsultattiv

eu-LISA għandha tistabbilixxi Grupp Konsultattiv sabiex tikseb għarfien espert relatat mal-ECRIS-TCN u mal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, b'mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta' ħidma annwali tagħha u tar-rapport annwali tal-attività tagħha. Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, għandu japplika l-Artikolu 11(9).

Artikolu 40

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1726

Ir-Regolament (UE) 2018/1726 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"4. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tħejjija, l-iżvilupp jew il-ġestjoni operazzjonali tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), DubliNet, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), l-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS.";

"

(2)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 8a

Kompiti relatati mal-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS

B'rabta mal-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, l-Aġenzija għandha twettaq:

   (a) il-kompiti mogħtija lilha permezz tar-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ▌*(18)
   (b) il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS.

* Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ……. li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L ..., p...). (19)";

"

(3)  Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-Aġenzija għandha timmonitorja ▌l-iżviluppi fir-riċerka rilevanti għat-tmexxija operattiva tas-SIS II, il-VIS, l-Eurodac, l-EES, l-ETIAS, DubliNet, l-ECRIS-TCN u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira kif imsemmi fl-Artikolu 1(5).";

"

(4)  Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (ee) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(ee) jadotta r-rapporti dwar l-iżvilupp tal-EES skont l-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, ir-rapporti dwar l-iżvilupp tal-ETIAS skont l-Artikolu 92(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 u r-rapporti dwar l-iżvilupp tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza tal-ECRIS skont l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) .../...(20);";

"

(b)  il-punt (ff) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(ff) jadotta r-rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS II skont l-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66(4) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI rispettivament, tal-VIS skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 17(3) tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, tal-EES skont l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, tal-ETIAS skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240, u tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS skont l-Artikolu 36(8) tar-Regolament (UE) .../...(21);";

"

(c)  il-punt (hh) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(hh) jadotta kummenti formali dwar ir-rapporti tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-awditi mwettqa skont l-Artikolu 45(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2018/1240 u l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) .../...(22) u jiżgura segwitu xieraq ta' dawk l-awditi;";

"

(d)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(lla) jippreżenta lill-Kummissjoni statistika relatata mal-ECRIS-TCN u mal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament .../...+;";

"

(e)  Il-punt (mm) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(mm) jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta' awtoritajiet kompetenti awtorizzati jfittxu direttament id-data li tinsab fis-SIS II skont l-Artikolu 31(8) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 46(8) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, flimkien mal-lista ta' Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali tas-SIS II (Uffiċċji N.SIS II) u Uffiċċji SIRENE skont ▌l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI rispettivament kif ukoll il-lista ta' awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-lista ta' awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 u ▌l-lista ta' awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament .../...(23);";

"

(5)  Fl-Artikolu 22(4), is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara t-tielet subparagrafu:"

"L-Eurojust, l-Europol u l-UPPE jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna l-ECRIS-TCN b'rabta mal-applikazzjoni tar-Regolament .../...(24).";

"

(6)  Fl-Artikolu 24(3), il-punt (p) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(p) jistabbilixxi, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal, ▌ rekwiżiti ta' kunfidenzjalità sabiex ikun konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, l-Artikolu 26(9) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, ▌l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 74(2) tar-Regolament 2018/1240 u l-Artikolu 11(16) tar-▌Regolament (UE) .../...(25);";

"

(7)  Fl-Artikolu 27(1), jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(da) il-Grupp Konsultattiv tal-ECRIS-TCN;".

"

Artikolu 41

Implimentazzjoni u dispożizzjonijiet transitorji

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' ▌dan ir-Regolament malajr kemm jista' jkun biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tal-ECRIS-TCN.

2.  Għall-kundanni li jkunu ngħataw qabel id-data tal-bidu tad-dħul tad-data f'konformità mal-Artikolu 35(1), l-awtoritajiet ċentrali għandhom joħolqu r-rekords tad-data individwali fis-sistema ċentrali kif ġej:

a)  id-data alfanumerika li għandha tiddaħħal fis-sistema ċentrali sa tmiem il-perijodu msemmi fl-Artikolu 35(2);

b)  id-data tal-marki tas-swaba' li għandha tiddaħħal fis-sistema ċentrali mhux aktar tard minn sentejn wara l-bidu tat-tħaddim f'konformità mal-Artikolu 35(4).

Artikolu 42

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Formola standard ta' talba għal informazzjoni

kif msemmi fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) .../...(26)

sabiex tinkiseb informazzjoni dwar liema Stat Membru, jekk ikun hemm, għandu

informazzjoni ta' rekords kriminali ta' ċittadin ta' pajjiż terz

Din il-formola, li hija disponibbli fuq www.eurojust.europa.eu fl-24 lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandha tkun indirizzata b'waħda minn dawk il-lingwi lil ECRIS-TCN@eurojust.europa.eu

Stat jew organizzazzjoni internazzjonali rikjedenti:

Isem l-Istat jew l-organizzazzjoni internazzjonali:

Awtorità li tippreżenta t-talba:

Irrappreżentata minn (isem il-persuna):

Titlu:

Indirizz:

Numru tat-telefon:

Indirizz elettroniku:

Proċedimenti kriminali li għalihom qed tintalab l-informazzjoni:

Numru ta' referenza domestiku:

Awtorità kompetenti:

Tip ta' reati kriminali li qed jiġu investigati (jekk jogħġbok semmi l-artikolu/i rilevanti tal-kodiċi kriminali):

Informazzjoni rilevanti oħra (eż: l-urġenza tat-talba):

Informazzjoni dwar l-identità tal-persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz li fir-rigward tagħha qed tintalab informazzjoni dwar l-Istat Membru ta' kundanna :

NB: jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista' jkun informazzjoni disponibbli.

Kunjom (isem tal-familja):

L-ewwel isem/ismijiet (ismijiet mogħtija):

Data tat-twelid:

Post tat-twelid (belt u pajjiż):

Ċittadinanza jew ċittadinanzi:

Ġeneru:

Isem/ismijiet preċedenti, jekk applikabbli:

Ismijiet tal-ġenituri:

Numru tal-identità:

Tip u numru tad-dokument/i ta' identità tal-persuna:

Awtorità tal-ħruġ tad-dokument/i:

Psewdonimi jew ismijiet li bihom tkun magħrufa dik il-persuna:

Jekk id-data tal-marki tas-swaba' hija disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdiha.

Fil-każ ta' aktar minn persuna waħda, jekk jogħġbok indikahom b'mod separat

Tieqa li tinżel tippermetti li jiddaħħlu suġġetti addizzjonali

Post

 

Data

 

Firma u timbru (elettroniċi):

(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019.
(2)Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta' Lulju 2008 dwar it-teħid inkonsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32).
(3)Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23).
(4)Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 33).
(5)Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).
(6)Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).
(7) Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).
(8) Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(9) Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(10) Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(11) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(12) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(13)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(14)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(15)Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(16)ĠU C 55, 14.2.2018, p. 4.
(17) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
(18)+ ĠU: Jekk jogħġbok niżżel in-numru ta' dan ir-Regolament
(19)++ ĠU: Jekk jogħġbok niżżel in-numru, id-data u referenza tal-ĠU ta' dan ir-Regolament.
(20)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(21)
(22)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(23)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(24)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(25)+ ĠU Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament
(26)+ ĠU: jekk jogħġbok niżżel in-numru ta' dan ir-Regolament.


Il-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ***I
PDF 391kWORD 133k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014 (COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD))
P8_TA(2019)0150A8-0079/2019

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà ***I
PDF 516kWORD 152k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA, l-"Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà" li jħassar ir-Regolament (UE) 526/2013, u li jikkonċerna ċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni ("l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà") (COM(2017)0477 – C8-0310/2017 – 2017/0225(COD))
P8_TA-PROV(2019)0151A8-0264/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0477),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0310/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Frar 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta’ Jannar 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0264/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)

P8_TC1-COD(2017)0225


(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  In-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni kif ukoll in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettroniċi għandhom rwol ċentrali fis-soċjetà u saru s-sinsla tat-tkabbir ekonomiku. It-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) isservi ta' xprun għas-sistemi kumplessi li jappoġġaw l-attivitajiet soċjetali ta' kuljum, iżommu l-ekonomiji tagħna f'qagħda operattiva f'setturi ewlenin bħalma huma s-saħħa, l-enerġija, il-finanzi u t-trasport u, b'mod partikolari, jappoġġaw il-funzjonament tas-suq intern.

(2)  L-użu tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni miċ-ċittadini, mill-organizzazzjonijiet u min-negozji madwar l-Unjoni, issa nfirex sew. Id-diġitalizzazzjoni u l-konnettività qegħdin isiru fatturi ċentrali f'għadd dejjem akbar ta' prodotti u ta' servizzi u bl-introduzzjoni tal-Internet tal-Oġġetti (IoT) huwa mistenni li jiddaħħlu numru estremament għoli ta' apparati diġitali konnessi madwar l-Unjoni fl-għaxar snin li ġejjin. Filwaqt li għadd dejjem jiżdied ta' apparati huwa konness mal-internet, is-sigurtà u r-reżiljenza mhumiex biżżejjed integrati mill-istadju tad-disinn, u b'hekk iċ-ċibersigurtà għadha mhix b'saħħitha biżżejjed. F'dak il-kuntest, l-użu limitat taċ-ċertifikazzjoni jwassal biex utenti individwali, dawk organizzazzjonali u dawk tan-negozju jkollhom informazzjoni insuffiċjenti dwar il-karatteristiċi taċ-ċibersigurtà ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT, u b'hekk qiegħda tiġi mminata l-fiduċja fis-soluzzjonijiet diġitali. In-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni huma kapaċi jappoġġaw l-aspetti kollha ta' ħajjitna u jmexxu t-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni. Huma l-bażi biex ikun jista' jinkiseb is-suq uniku diġitali.

(3)  Żieda fid-diġitalizzazzjoni u l-konnettività jżidu r-riskji għaċ-ċibersigurtà u b'hekk is-soċjetà ġenerali ssir aktar vulnerabbli għat-theddid ċibernetiku u l-perikli li jħabbtu wiċċhom magħhom l-individwi, fosthom il-persuni vulnerabbli bħalma huma t-tfal. Sabiex dawk ir-riskji jittaffew, jeħtieġ li jittieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex tittejjeb iċ-ċibersigurtà fl-Unjoni biex b'hekk in-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni, in-netwerks tal-komunikazzjoni, il-prodotti diġitali, is-servizzi u l-apparati użati miċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji – li jvarjaw minn intrapriżi ż-żgħar u medji (SMEs) sa operaturi tal-infrastruttura kritika – jiġu mħarsa aħjar mit-theddid ċibernetiku.

(4)  Billi l-informazzjoni rilevanti ssir disponibbli għall-pubbliku, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA ), kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 526/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-industrija taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni, b'mod partikolari SMEs u negozji ġodda. Jenħtieġ li l-ENISA tfittex kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-universitajiet u l-entitajiet tar-riċerka sabiex tikkontribwixxi għal tnaqqis tad-dipendenzi fuq prodotti u servizzi taċ-ċibersigurtà minn barra l-Unjoni u għall-infurzar tal-katini ta' provvista ġewwa l-Unjoni.

(5)  L-attakki ċibernetiċi qed jiżdiedu, u ekonomija u soċjetà konnessi li huma aktar vulnerabbli għat-theddid u l-attakki ċibernetiċi jeħtieġu difiżi aktar b'saħħithom. Madankollu, filwaqt li l-attakki ċibernetiċi kemm-il darba jseħħu minn naħa għall-oħra tal-fruntiera, il-kompetenza ta', u r-risponsi politiċi mill-awtoritajiet taċ-ċibersigurtà u tal-infurzar tal-liġi huma fil-biċċa l-kbira ta' natura nazzjonali. Inċidenti fuq skala kbira jistgħu jfixklu l-provvista ta' servizzi essenzjali madwar l-Unjoni. Dan jesiġi risponsi u ġestjoni tal-kriżijiet effikaċi u koordinati fil-livell tal-UE, abbażi ta' politiki apposta u strumenti usa' għas-solidarjetà Ewropea u l-assistenza reċiproka. Barra minn hekk, għal dawk li jfasslu l-politika, għall-industrija u għall-utenti hu importanti li ssir valutazzjoni regolari tal-istat taċ-ċibersigurtà u tar-reżiljenza fl-Unjoni, ibbażata fuq data affidabbli tal-Unjoni, kif ukoll previżjonijiet sistematiċi tal-iżviluppi, l-isfidi u t-theddidiet futuri fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell globali.

(6)  Fid-dawl tal-isfidi dejjem akbar taċ-ċibersigurtà li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni, teżisti l-ħtieġa għal sett komprensiv ta' miżuri li jkun jibni fuq azzjoni mgħoddija tal-Unjoni u li jitrawmu għanijiet li jappoġġaw lil xulxin b'mod reċiproku. Dawk l-objettivi jinkludu ż-żieda ulterjuri tal-kapaċitajiet u l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri u tan-negozji, kif ukoll it-titjib tal-kooperazzjoni, il-kondiviżjoni u l-koordinazzjoni tal-informazzjoni fost l-Istati Membri u bejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u tal-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba n-natura bla fruntieri tat-theddid ċibernetiku, hemm il-ħtieġa li jiżdiedu l-kapaċitajiet fil-livell tal-Unjoni li jistgħu jikkumplimentaw l-azzjoni tal-Istati Membri, b'mod partikolari f'każijiet ta' inċidenti u kriżijiet transfruntiera fuq skala kbira, filwaqt li titqies l-importanza li jinżammu u jissaħħu aktar il-kapaċitajiet nazzjonali biex jingħata rispons għal theddid ċibernetiku ta' kull daqs.

(7)  Huma meħtieġa wkoll sforzi addizzjonali biex jittejjeb l-għarfien taċ-ċittadini, tal-organizzazzjonijiet u tan-negozji dwar kwistjonijiet marbuta maċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, peress li l-inċidenti ċibernetiċi jdgħajfu l-fiduċja fil-fornituri tas-servizz diġitali u fis-suq uniku diġitali nnifsu, speċjalment fost il-konsumaturi, jenħtieġ li tissaħħaħ aktar il-fiduċja billi tiġi offruta informazzjoni b'mod trasparenti tal-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT filwaqt li jiġi enfasizzat li lanqas livell għoli ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ma jista' jiggarantixxi li l-prodott ICT, is-servizz ICT u l-proċess tal-ICTikun kompletament sigur. Żieda fil-fiduċja jista' jiġi ffaċilitat permezz ta' ċertifikazzjoni għall-Unjoni kollha, billi jiġu pprovduti rekwiżiti taċ-ċibersigurtà u kriterji ta' evalwazzjoni komuni għas-swieq nazzjonali u s-setturi kollha.

(8)  Iċ-ċibersigurtà mhix biss kwistjoni relatata mat-teknoloġika, iżda waħda li fiha l-imġiba umana hija daqstant importanti. Għalhekk, jenħtieġ li ssir promozzjoni qawwija tal-"iġjene ċibernetika", jiġifieri miżuri sempliċi ta' rutina li meta jiġu implimentati u mwettqa regolarment miċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji jimminimizzaw l-espożizzjoni tagħhom għal riskji minn theddid ċibernetiku.

(9)  Għall-fini tat-tisħiħ tal-istrutturi tal-Unjoni taċ-ċibersigurtà, huwa importanti li jinżammu u jiġu żviluppati l-kapaċitajiet tal-Istati Membri sabiex iwieġbu għal theddid ċibernetiku, inkluż għal inċidenti transfruntiera.

(10)  Jenħtieġ li n-negozji u l-konsumaturi individwali jkollhom informazzjoni preċiża dwar il-livell ta' assigurazzjoni li bihom tkun ġiet iċċertifikat s-sigurtà tal-prodotti ICT, s-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT. Fl-istess ħin, ebda prodott ICT jew servizz ICT ma huwa ċibersigur għalkollox u regoli bażiċi tal-iġjene ċibernetika jridu jiġu promossi u jingħataw prijorità. Peress li qed tiżdied id-disponibbiltà tal-apparati tal-internet tal-oġġetti, hemm firxa ta' miżuri volontarji li s-settur privat jista' jieħu biex isaħħaħ il-fiduċja fis-sigurtà tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT.

(11)  Prodotti u sistemi moderni tal-ICT spiss jintegraw jew jistrieħu fuq teknoloġiji u komponenti ta' parti terza, pereżempju moduli tas-software, libreriji jew interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet. Din id-"dipendenza" tista' tippreżenta riskji addizzjonali għaċ-ċibersigurtà hekk kif vulnerabbiltajiet li jinsabu f'komponenti ta' parti terza jistgħu jaffettwaw ukoll is-sigurtà tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT. F'ħafna każijiet, l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' tali dipendenzi jippermettu lill-utenti aħħarin tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT itejbu l-attivitajiet tagħhom ta' ġestjoni tar-riskju għaċ-ċibersigurtà billi jtejbu, pereżempju, il-proċeduri tal-utenti għall-ġestjoni u r-rimedju tal-vulnerabbiltajiet taċ-ċibersigurtà.

(12)  Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet, il-manifatturi jew il-fornituri involuti fid-disinn u l-iżvilupp ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT jiġu mħeġġa jimplimentaw miżuri, fl-istadji tal-bidu nett tad-disinn u l-iżvilupp biex tiġi protetta s-sigurtà ta' dawk il-prodotti, proċessi u servizzi bl-ogħla grad possibbli, b'mod li l-okkorrenza ta' attakki ċibernetiċi tkun preżunta u li l-impatt tagħhom ikun antiċipat u minimizzat ("sigurtà ppjanata"). Jenħtieġ li s-sigurtà tkun żgurata tul il-ħajja kollha tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT, permezz ta'proċessi tad-disinn u l-iżvilupp li qed jevolvu l-ħin kollu biex inaqqsu r-riskju ta' ħsara minn esplojtazzjoni malizzjuża.

(13)  Jenħtieġ li l-impriżi, l-organizzazzjonijiet u s-settur pubbliku jikkonfiguraw il-prodotti ICT,s-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT iddiżinjati minnhom b'mod li jiżgura livell aktar għoli ta' sigurtà li jkun jippermetti lill-ewwel utent jirċievi konfigurazzjoni prestabbilita bis-settings l-aktar siguri possibbli ("sigurtà prestabbilita"), biex b'hekk inaqqas il-piż li l-utenti jkollhom jikkonfiguraw prodott ICT, servizz ICT u proċess tal-ICT b'mod xieraq. Jenħtieġ li s-sigurtà prestabbilita ma tkunx tirrikjedi ħafna konfigurazzjoni jew għarfien tekniku speċifiku jew imġiba mhux intwittiva min-naħa tal-utent, u jenħtieġ li taħdem b'mod faċli u affidabbli meta tiġi implimentata. Jekk, abbażi ta' każ b'każ, analiżi tar-riskju u tal-użu twassal għall-konklużjoni li tali prestabbiliment ma jkunx fattibbli, jenħtieġ li l-utenti jiġu mħeġġa biex jagħżlu l-aktar setting sigur.

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)stabbilixxa l-ENISA bl-għanijiet li tikkontribwixxi għall-għanijiet li jiġi żgurat livell għoli u effettiv tas-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni fl-Unjoni, u biex tiġi żviluppata kultura ta' sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tal-konsumaturi, tal-intrapriżi u tal-amministrazzjonijiet tas-settur pubbliku. Ir-Regolament (KE) Nru 1007/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) estenda l-mandat tal-ENISA sa Marzu 2012. Ir-Regolament (KE) Nru 580/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) kompla jestendi l-mandat tal-Aġenzija sat-13 ta' Settembru 2013. Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 estenda l-mandat tal-ENISA sad-19 ta' Ġunju 2020.

(15)  L-Unjoni diġà ħadet passi importanti biex tiżgura ċ-ċibersigurtà u biex ittejjeb il-fiduċja fit-teknoloġiji diġitali. Fl-2013, ġiet adottata l-Istrateġija dwar iċ-Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea biex tiggwida r-rispons politiku tal-Unjoni għat-theddid u r-riskji għaċ-ċibersigurtà. Fi sforzi tagħha biex tħares liċ-ċittadini b'mod aħjar meta jkunu fuq l-internet, l-ewwel att ġuridiku tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà ġie adottat fl-2016 fl-għamla tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Id-Direttiva (UE) 2016/1148 stabbiliet rekwiżiti dwar il-kapaċitajiet nazzjonali fil-qasam taċ-ċibersigurtà, stabbiliet l-ewwel mekkaniżmi biex tittejjeb il-kooperazzjoni strateġika u operazzjonali bejn l-Istati Membri, u introduċiet obbligi dwar miżuri ta' sigurtà u n-notifiki dwar l-inċidenti f'setturi li huma kruċjali għall-ekonomija u s-soċjetà, bħalma huma l-enerġija, it-trasport, il-provvista u d-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb, is-settur bankarju, l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji, il-kura tas-saħħa, l-infrastruttura diġitali kif ukoll fornituri tas-servizzi diġitali ewlenin (magni tat-tiftix, servizzi ta' cloud computing u s-swieq fuq l-internet). L-ENISA ngħatat rwol ewlieni fl-appoġġar tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, il-ġlieda effikaċi kontra ċ-ċiberkriminalità hija prijorità importanti tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, u tikkontribwixxi għall-għan ġenerali tal-kisba ta' livell għoli ta' ċibersigurtà. Strumenti legali oħra bħar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) u d-Direttivi 2002/58/KE(12) u (UE) 2018/1972(13) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill wkoll jikkontribwixxu għal livell għoli ta' ċibersigurtà fis-suq uniku diġitali.

(16)  Mill-adozzjoni tal-Istrateġija dwar iċ-Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea fl-2013 u l-aħħar reviżjoni tal-mandat tal-ENISA, il-kuntest ġenerali tal-politika nbidel b'mod sinifikanti billi l-ambjent globali sar aktar inċert u inqas sikur. F'dan l-isfond u fil-kuntest tal-iżvilupp pożittiv tar-rwol tal-ENISA bħala punt ta' referenza għal pariri u kompetenza esperta, bħala faċilitatriċi tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċitajiet kif ukoll fil-qafas tal-politika l-ġdida tal-Unjoni dwar iċ-ċibersigurtà, jeħtieġ li l-mandat tal-ENISA jiġi rivedut, biex jiġi stabbilit ir-rwol tagħha fl-ekosistema mibdula taċ-ċibersigurtà u biex jiġi żgurat li tikkontribwixxi b'mod effikaċi għar-rispons tal-Unjoni għall-isfidi taċ-ċibersigurtà li jirriżultaw mix-xenarju ta' theddid ċibernetiku radikalment mibdul, li għalih, kif rikonoxxut waqt l-evalwazzjoni tal- ENISA , il-mandat attwali mhux biżżejjed.

(17)  L-ENISA kif stabbilita minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tissuċċedi l-ENISA kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 526/2013. L- ENISA jenħtieġ li twettaq il-kompiti mogħtija lilha permezz ta' dan ir-Regolament u permezz ta' atti legali tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà, fost affarijiet oħra, billi tipprovdi konsulenza u għarfien espert, u billi sservi ta' ċentru ta' informazzjoni u ta' għarfien tal-Unjoni. Jenħtieġ li hija tippromwovi l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati privati, toffri suġġerimenti ta' politika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, isservi ta' punt ta' referenza għall-inizjattivi ta' politika settorjali tal-Unjoni għal kwistjonijiet marbuta maċ-ċibersigurtà, u trawwem il-kooperazzjoni operazzjonali, kemm bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni.

(18)  Fil-qafas tad-Deċiżjoni (2004/97/KE, Euratom) bi qbil komuni bejn ir-rappreżentanti tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-livell ta' Kap ta' Stat jew ta' gvern(14), ir-rappreżentanti tal-Istati Membri ddeċidew li l-ENISA jkollha s-sede tagħha f'belt fil-Greċja, li kellha tintgħażel mill-Gvern Grieg. L-Istat Membru ospitanti tal-ENISA jenħtieġ li jiżgura l-aħjar kondizzjonijiet possibbli għal ħidma effiċjenti u bla xkiel tal- ENISA . Hu essenzjali għat-twettiq xieraq u effiċjenti tal-kompiti tagħha, għar-reklutaġġ u ż-żamma tal-persunal u biex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-attivitajiet tan-networking, li l-ENISA tkun ibbażata f'post xieraq, li fost affarijiet oħra jipprovdi konnessjonijiet u faċilitajiet tat-trasport adegwati għall-familjari li jakkumpanjaw il-membri tal-persunal tal- ENISA. L-arranġamenti neċessarji jenħtieġ li jiġu elenkati fi ftehim bejn l- ENISA u l-Istat Membru ospitanti, konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal- ENISA.

(19)  Minħabba ż-żieda fir-riskji u l-isfidi fil-qasam taċ-ċibersigurtà li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni, ir-riżorsi finanzjarji u umani allokati lill-ENISA jenħtieġ li jiżdiedu biex jirriflettu r-rwol u l-kompiti msaħħa tagħha, kif ukoll il-pożizzjoni kritika tagħha fl-ekosistema ta' organizzazzjonijiet li jiddefendu s-sistema diġitali tal-Unjoni, li b'hekk jippermetti lill-ENISA twettaq b'mod effettiv il-kompiti mogħtija lilha minn dan ir-Regolament.

(20)  L-ENISA jenħtieġ li tiżviluppa u żżomm livell għoli ta' għarfien espert u topera bħala punt ta' referenza li tistabbilixxi fiduċja u kunfidenza fis-suq intern permezz tal-indipendenza tagħha, il-kwalità tal-konsulenza li toffri, il-kwalità tal-informazzjoni li xxerred, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha, it-trasparenza tal-metodi tal-operat tagħha, u r-reqqa fit-twettiq tal-kompiti tagħha. Jenħtieġ li l-ENISA tappoġġa attivament l-isforzi nazzjonali u jenħtieġ li tikkontribwixxi b'mod proattiv għall-isforzi ▌tal-Unjoni filwaqt li twettaq il-kompiti tagħha f'kooperazzjoni sħiħa mal-istituzzjonijiet, ▌ il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u mal-Istati Membri, waqt li tevita kwalunkwe duplikazzjoni ta' ħidma u tippromwovi s-sinerġija. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ENISA tibni fuq l-input minn u l-kooperazzjoni mas-settur privat u ma' partijiet ikkonċernati oħra. Jenħtieġ li jkun hemm sett ta' kompiti li jistabbilixxi kif l- ENISA għandha tikseb l-għanijiet tagħha filwaqt li jippermetti flessibbiltà fl-attivitajiet tagħha.

(21)  Sabiex tkun tista' tipprovdi appoġġ adegwat għall-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li l-ENISA tkompli ssaħħaħ il-kapaċitajiet u l-ħiliet tekniċi u umani tagħha. Jenħtieġ li l-ENISA ttejjeb l-għarfien u l-kapaċitajiet tagħha. L-ENISA u l-Istati Membri jistgħu, fuq bażi volontarja, jiżviluppaw programmi biex jissekondaw esperti nazzjonali lill- ENISA u b'hekk joħolqu gruppi komuni ta' esperti u skambju ta' persunal.

(22)  Jenħtieġ li l-ENISA tassisti lill-Kummissjoni permezz ta' pariri, opinjonijiet u analiżi fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha tal-Unjoni relatati mal-iżvilupp tal-politika u tal-liġi, aġġornamenti u reviżjonijiet fil-qasam taċ-ċibersigurtà u l-aspetti tagħhaspeċifiċi għas-settur sabiex ittejjeb ir-rilevanza tal-politiki u tal-liġi tal-Unjoni li jkollhom dimensjoni marbuta maċ-ċibersigurtà u sabiex tippermetti konsistenza fl-implimentazzjoni ta' dawk il-politiki u l-liġijiet fil-livell nazzjonali. Jenħtieġ li l-ENISA sservi ta' punt ta' referenza għall-pariri u l-għarfien espert għall-inizjattivi ta' politika u ta' liġi tal-Unjoni speċifiċi għal setturi partikolari fejn ikunu involuti kwistjonijiet marbuta maċ-ċibersigurtà. Jenħtieġ li l-ENISA tgħarraf lill-Parlament Ewropew regolarment bl-attivitajiet tagħha.

(23)  Il-qalba essenzjali pubblika tal-internet miftuħ, jiġifieri l-protokolli u l-infrastruttura prinċipali tiegħu, li huma beni pubbliċi globali, tipprovdi l-funzjonalità essenzjali tal-internet b'mod ġenerali u tirfed l-operat normali tiegħu. Jenħtieġ li l-ENISA tappoġġa s-sigurtà tal-parti pubblika tal-internet miftuħ u l-istabbiltà tal-funzjonament tagħha, inkluż, iżda mhux biss, il-protokolli essenzjali (b'mod partkolari d-DNS, il-BGP u l-IPv6), l-operat tas-sistema tal-ismijiet tad-dominji (bħat-tħaddim tad-dominji tal-ogħla livell kollha), u l-operat tar-root zone.

(24)  Il-kompitu fundamentali tal-ENISA huwa li tippromwovi l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas legali rilevanti, b'mod partikolari l-implimentazzjoni effikaċi tad-Direttiva (UE) 2016/1148 u strumenti legali oħra rilevanti li jinkludu aspetti ta' ċibersigurtà, li hija essenzjali biex tiżdied ir-reżiljenza ċibernetika. Fid-dawl tax-xenarju ta' theddid ċibernetiku li qed jevolvi b'pass mgħaġġel, huwa ċar li l-Istati Membri jkollhom jiġu appoġġati minn approċċ aktar komprensiv u transpolitiku biex tinbena r-reżiljenza ċibernetika.

(25)  Jenħtieġ li l-ENISA tgħin lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet, ▌il-korpi, l-uffiċċji y l-aġenziji tal-Unjoni fl-isforzi tagħhom biex jibnu u jtejbu l-kapaċitajiet u l-istat tat-tħejjija biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrispondu għal theddidiet u inċidenti ċibernetiċi u fir-rigward tas-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-ENISA tappoġġa l-iżvilupp u t-titjib tal-Ikwadra ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters ('CSIRTs') nazzjonali u tal-Unjoni prevista fid-Direttiva (UE) 2016/1148 bil-għan li jinkiseb livell għoli komuni tal-maturità tagħhom fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-attivitajiet imwettqa mill-ENISA fir-rigward tal-kapaċitajiet operazzjonali tal-Istati Membri jappoġġaw attivament l-azzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva (UE) 2016/1148 u għaldaqstant ma għandhomx jissostitwixxuhom.

(26)  Jenħtieġ li l-ENISA tgħin ukoll fl-iżvilupp u l-aġġornar tal-istrateġiji dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni u, fuq talba, fil-livell tal-Istati Membri, b'mod partikolari dwar iċ-ċibersigurtà, u jenħtieġ li tippromwovi t-tixrid ta' tali strateġiji u ssegwi l-progress fl-implimentazzjoni tagħhom. Jenħtieġ ukoll li l-ENISA tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtieġa għal taħriġ u materjali tat-taħriġ, inkluż il-ħtiġijiet ta' korpi pubbliċi, u fejn ikun xieraq, tħarreġ lill-ħarrieġa, b'mod estensiv abbażi tal-Qafas ta' Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini bil-ħsieb li tassisti lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom ta' taħriġ.

(27)  Jenħtieġ li l-ENISA tappoġġa lill-Istati Membri fil-qasam tas-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà billi tiffaċilita koordinazzjoni aktar mill-qrib u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri. Dak l-appoġġ jista' jikkonsisti fl-iżvilupp ta' netwerk ta' punti ta' kuntatt edukattivi nazzjonali u l-Iżvilupp ta' pjattaforma ta' taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà. In-netwerk ta' punti ta' kuntatt edukattivi nazzjonali jista' jopera fi ħdan in-Netwerk ta' Uffiċjali ta' Kollegament Nazzjonali u jkun punt tal-bidu għal koordinazzjoni futura fl-Istati Membri.

(28)  Jenħtieġ li l-ENISA tgħin lill-Grupp ta' Kooperazzjoni maħluq bid-Direttiva (UE) 2016/1148 fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu, b'mod partikolari billi tipprovdi għarfien espert u konsulenza u billi tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki, fost l-oħrajn fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' operaturi ta' servizzi essenzjali mill-Istati Membri, kif ukoll fir-rigward ta' dipendenza transfruntiera fir-rigward ta' riskji u ta' inċidenti.

(29)  Bil-għan li tistimula l-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat kif ukoll fi ħdan is-settur privat, b'mod partikolari biex tappoġġa l-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi, jenħtieġ li l-ENISA tappoġġa l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fis-setturi u bejniethom, b'mod partikolari fis-setturi elenkati fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/1148, billi tipprovdi l-aħjar prattiki u gwida dwar l-għodod disponibbli u dwar il-proċedura, kif ukoll gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-kwistjonijiet regolatorji relatati mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni, pereżempju billi tiffaċilita l-istabbiliment ta' ċentri ta' kondiviżjoni u ta' analiżi tal-informazzjoni) settorjali.

(30)  Peress li l-impatt negattiv potenzjali tal-vulnerabbiltajiet fil-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT qiegħed dejjem jiżdied, l-iskoperta ta' u r-rimedju għal vulnerabbiltajiet bħal dawn jaqdu rwol importanti fit-tnaqqis tar-riskju ġenerali għaċ-ċibersigurtà. Irriżulta li l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet, il-manifatturi jew il-fornituri ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT vulnerabbli, u l-membri tal-komunità tar-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà u l-gvernijiet li jsibu vulnerabbiltajiet żiedet sostanzjalment kemm ir-rata tal-iskoperta kif ukoll ir-rimedju tal-vulnerabbiltajiet fil-prodotti ICT, servizzi ICTu proċessi tal-ICT. Divulgazzjoni koordinata tal-vulnerabbiltajiet tispeċifika proċess strutturat ta' kooperazzjoni fejn il-vulnerabbiltajiet jiġu rrappurtati lis-sid tas-sistema ta' informazzjoni, u b'hekk l-organizzazzjoni jkollha l-opportunità twettaq dijanjożi u rimedju qabel ma l-informazzjoni dettaljata dwar il-vulnerabbiltà tiġi żvelata lil partijiet terzi jew lill-pubbliku. Il-proċess jipprevedi wkoll koordinazzjoni bejn min jiskopri u l-organizzazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta' dawk il-vulnerabbiltajiet. Il-politiki ta' divulgazzjoni koordinata tal-vulnerabbiltajiet jistgħu jaqdu rwol importanti fl-isforzi tal-Istati Membri biex isaħħu ċ-ċibersigurtà.

(31)  Jenħtieġ li l-ENISA taggrega u tanalizza r-rapporti nazzjonali kondiviżi b'mod volontarju mis-CSIRTs u mill-iskwadra interistituzzjonali ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE) stabbilit bl-Arranġament bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Bank Ewropew tal-Investiment dwar l-organizzazzjoni u l-operazzjoni ta' skwadra ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE) (15) sabiex tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' proċeduri, lingwa u terminoloġija komuni għall-iskambju tal-informazzjoni. F'dak il-kuntest jenħtieġ li l-ENISA tinvolvi lis-settur privat fil-qafas tad-Direttiva (UE) 2016/1148 li tistabbilixxi il-bażi għall-iskambju volontarju tal-informazzjoni teknika fil-livell operazzjonali, fin-netwerk tal-iskwadri ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters ('CSIRTs') maluq minn dik id-Direttiva.

(32)  Jenħtieġ li l-ENISA tikkontribwixxi għal risponsi fil-livell tal-Unjoni fil-każ ta' inċidenti u kriżijiet transfruntiera fuq skala kbira relatati maċ- ta' ċibersigurtà. Jenħtieġ li dak il-kompitu jitwettaq f'konformità mal-mandat tal-ENISA skont dan ir-Regolament u ma' approċċ li jenħtieġ li jiġi maqbul mill-Istati Membri fil-kuntest tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1584(16)u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2018 dwar rispons tal-UE għal Inċidenti u Kriżijiet taċ-Ċibersigurtà fuq Skala Kbira. Dak il-kompitu jista' jinkludi l-ġbir ta' informazzjoni rilevanti u jservi ta' faċilitatriċi bejn in-netwerk tas-CSIRTs u l-komunità teknika, kif ukoll bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għall-ġestjoni tal-kriżijiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ENISA tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali fost l-Istati Membri, meta ssir talba minn Stat Membru wieħed jew aktar, fl-indirizzar tal-inċidenti minn perspettiva teknika, ▌billi tiffaċilita skambji rilevanti ta' soluzzjonijiet tekniċi bejn l-Istati Membri, u billi tipprovdi kontribut fil-komunikazzjonijiet pubbliċi. Jenħtieġ li l-ENISA tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali billi tittestja l-arranġamenti għal tali kooperazzjoni permezz ta' eżerċizzji regolari taċ-ċibersigurtà.

(33)  Jenħtieġ li, meta tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali, l-ENISA tagħmel użu mill-għarfien espert tekniku u operazzjonali disponibbli tac-CERT-UE permezz ta' kooperazzjoni strutturata ▌. Tali kooperazzjoni strutturata tista' tibni fuq l-għarfien espert tal-ENISA . Fejn ikun xieraq, jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti dedikati bejn iż-żewġ entitajiet biex tiġi definita l-implimentazzjoni prattika ta' kooperazzjoni bħal din u biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet.

(34)  Fit-twettiq tal-kompitu tagħha li tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali fi ħdan in-netwerk tas-CSIRTs, jenħtieġ li l-ENISA tkun tista' tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fuq talba tagħhom, pereżempju billi tipprovdi pariri dwar kif itejbu l-kapaċitajiet tagħhom għall-prevenzjoni, il-kxif u r-rispons għal inċidenti, billi tiffaċilita l-indirizzar tekniku ta' inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti jew sostanzjali jew billi tiżgura lli t-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi jiġu analizzati. Jenħtieġ li l-ENISA tiffaċilita l-indirizzar tekniku ta' inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti jew sostanzjali b'mod partikolari billi tappoġġa l-kondiviżjoni volontarja ta' soluzzjonijiet tekniċi bejn l-Istati Membri jew billi tipproduċi informazzjoni teknika kombinata - bħal soluzzjonijiet tekniċi kondiviżi volontarjament mill-Istati Membri. Ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2017/1584 tirrakkomanda li l-Istati Membri jikkooperaw in bona fede u jaqsmu bejniethom u mal-ENISA informazzjoni dwar kriżijiet u inċidenti fuq skala kbira relatati maċ-ċibersigurtà mingħajr dewmien żejjed. Tali informazzjoni tkompli tgħin lill-ENISA fit-twettiq tal-kompiti tagħha ta' appoġġ għall-kooperazzjoni operazzjonali.

(35)  Bħala parti mill-kooperazzjoni regolari fuq livell tekniku b'appoġġ għall-għarfien tas-sitwazzjoni fl-Unjoni, jenħtieġ li l-ENISA , f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tħejji Rapport dettaljat dwar is-Sitwazzjoni Teknika taċ-Ċibersigurtà fl-UE dwar l-inċidenti u t-theddid ċibernetiċi, abbażi ta' informazzjoni disponibbli pubblikament, l-analiżi tagħha u r-rapporti kondiviżi magħha mis-CSIRTs tal-Istati Membri ▌ jew il-punti ta' kuntatt uniċi nazzjonali dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerk u tal-informazzjoni ('punti uniċi ta' kuntatt') previsti fid-Direttiva (UE) 2016/1148, it-tnejn fuq bażi volontarja, iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) fl-Europol, is-CERT-UE u, fejn xieraq, iċ-Ċentru ta' Analiżi tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EU INTCEN) fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Dak ir-rapport jenħtieġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tan-Netwerk tal-CSIRTs.

(36)  Jenħtieġ li l-appoġġ mill-ENISA għal inkjesti tekniċi ex-post dwar inċidenti li jkollhom impatt ▌sinifikanti jew sostanzjali mwettqa ▌fuq talba ▌ mill-Istati Membri kkonċernati jkun iffokat fuq il-prevenzjoni ta' inċidenti futuri ▌. Jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jipprovdu l-informazzjoni u l-assistenza neċessarji sabiex l-ENISA tkun tista' tappoġġa b'mod effettiv l-inkjesta teknika ex-post.

(37)  L-Istati Membri jistgħu jistiednu l-impriżi milquta mill-inċident biex jikkooperaw billi jipprovdu t-tagħrif u l-għajnuna meħtieġa lill-ENISA mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li jipproteġu informazzjoni kummerċjalment sensittiva u informazzjoni li tkun rilevanti għas-sigurtà pubblika.

(38)  Sabiex tifhem aħjar l-isfidi fil-qasam taċ-ċibersigurtà, u bil-għan li tipprovdi pariri strateġiċi fit-terminu twil lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, l-ENISA jeħtieġ li tanalizza r-riskji kurrenti u dawk li qegħdin jitfaċċaw. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-ENISA , f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u, kif xieraq, mal-korpi tal-istatistika u korpi oħrajn, tiġbor informazzjoni rilevanti li tkun disponibbli pubblikament jew kondiviża volontarjament u twettaq analiżijiet tat-teknoloġiji emerġenti u tipprovdi valutazzjonijiet speċifiċi għal ċerti suġġetti dwar l-impatti mistennija soċjetali, legali, ekonomiċi u regolatorji tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi fuq is-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni, b'mod partikolari ċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ENISA tappoġġa lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex jidentifikaw ir-riskji ta' ċibersigurtà emerġenti u jipprevjenu ▌ inċidenti, billi jwettqu analiżijiet tat-theddid, il-vulnerabbiltajiet u l-inċidenti ta-ċibernetika.

(39)  Sabiex iżżid ir-reżiljenza tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ENISA tiżviluppa għarfien espert fil-qasam taċ-ċibersigurtà tal-infrastrutturi, b'mod partikolari biex tappoġġa lis-setturi elenkati fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2016/1148 u dawk li jintużaw mill-fornituri tas-servizzi diġitali elenkati fl-Anness III għal dik id-Direttiva, billi tipprovdi pariri, toħroġ linji gwida u tagħmel skambju gtal-aħjar prattiki. Bil-għan li jiġi żgurat aċċess eħfef għal informazzjoni aktar strutturata dwar ir-riskji għaċ-ċibersigurtà u rimedji possibli, l-ENISA jenħtieġ li tiżviluppa u żżomm 'hub tal-informazzjoni' tal-Unjoni, portal one-stop shop li jipprovdi lill-pubbliku informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà li toriġina minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-~Unjoni u nazzjonali. L-iffaċilitar tal-aċċess għal informazzjoni strutturata aħjar dwar ir-riskji għaċ-ċibersigurtà u rimedji possibli jista' wkoll jgħin lill-Istati Membri jżidu l-kapaċitajiet tagħhom u jallinjaw il-prattiki tagħhom, u b'hekk iżidu r-reżiljenza globali tagħhom għal attakki ċibernetiċi.

(40)  Jenħtieġ li l-ENISA tikkontribwixxi għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku għar-riskji taċ-ċibersigurtà, inkluż permezz ta' kampanja ta' sensibilizzazzjoni mifruxa fl-UE billi tippromwovi l-edukazzjoni u għall-għoti ta' gwida dwar prattiki tajba għall-utenti individwali mmirata lejn iċ-ċittadini ▌, l-organizzazzjonijiet u n-negozji. Jenħtieġ li l-ENISA tikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-aqwa prattiki u soluzzjonijiet, inkluż l-iġjene ċibernetika u l-litteriżmu ċibernetiku fil-livell taċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji billi tiġbor u tanalizza informazzjoni disponibbli pubblikament dwar inċidenti sinifikanti, u billi tikkompila u tippubblika rapporti u gwida għaċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji, biex ittejjbu l-livell ġenerali ta' tħejjija u ta' reżiljenza tagħhom. L-ENISA jenħtieġ li tistinka wkoll sabiex tipprovdi lill-konsumaturi informazzjoni rilevanti dwar skemi ta' ċertifikazzjoni applikabbli, pereżempju billi tipprovdi linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ENISA torganizza, f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tal-Edukazzjoni Diġitali stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2018 u f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, ▌ il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, kampanji ta' sensibilizzazzjoni u kampanji edukattivi pubbliċi diretti lejn l-utenti aħħarin, biex jippromwovu mġiba online aktar sikura minn individwi u l-litteriżmu diġitali, biex ikabbru s-sensibilizzazzjoni dwar it-theddid potenzjali taċ-ċibernetika, inkluż l-attività kriminali li seħħ online bħal attakki tal-phishing, botnets, frodi finanzjarja u bankarja, inċidenti ta' frodi tad-data, u biex jippromwovu pariri bażiċi dwar l-awtentikazzjoni b'diversi fatturi, is-software korrettiv, il-kriptaġġ, l-anonimizzazzjoni u l-protezzjoni tad-data.

(41)  L-ENISA jenħtieġ li tieħu rwol ċentrali fl-aċċellerazzjoni tas-sensibilizzazzjoni tal-utenti aħħarin tas-sigurtà tal-apparati u tal-użu sigur tas-servizzi, u jenħtieġ li tippromwovi s-sigurtà ppjanata u l-privatezza mid-disinn fil-livell tal-Unjoni. Biex jintlaħaq dak l-objettiv, jenħtieġ li l-ENISA tagħmel użu mill-aqwa prattiki u esperjenza disponibbli, speċjalment l-aqwa prattiki u l-esperjenza tal-istituzzjonijiet akkademiċi u r-riċerkaturi tas-sigurtà tal-IT.

(42)  Bil-għan li tappoġġa n-negozji li joperaw fis-settur taċ-ċibersigurtà, kif ukoll l-utenti tas-soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà, jenħtieġ li l-ENISA tiżviluppa u ssostni "osservatorju tas-suq" billi twettaq analiżijiet regolari u xxered informazzjoni dwar ix-xejriet ewlenin fis-suq taċ-ċibersigurtà, kemm fuq in-naħa tad-domanda kif ukoll fuq dik tal-provvista.

(43)  Jenħtieġ li l-ENISA tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni biex tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll fi ħdan oqfsa rilevanti ta' kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam taċ-ċibersigurtà. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-ENISA tikkontribwixxi, fejn ikun adatt, għal kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet bħall-OECD, l-OSKE u n-NATO. Kooperazzjoni bħal din tista' tinkludi eżerċizzji konġunti b'rabta maċ-ċibersigurtà u koordinazzjoni ta' rispons konġunt għal inċidenti. Dawk l-attivitajiet iridu jitwettqu b'rispett sħiħ għall-prinċipji tal-inklużività, ir-reċiproċità u l-awtonomija deċiżjonali tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-karattru speċifiku tal-politika tas-sigurtà u d-difiża ta' kwalunkwe Stat Membru.

(44)  Biex jiġi żgurat li tilħaq l-għanijiet tagħha kompletament, jenħtieġ li l-ENISA żżomm kuntatt mal-awtoritajiet superviżorji u ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn fl-Unjoni, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji u kompetenti oħrajn tal-Unjoni, inkluż is-CERT-UE, EC3, , l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża (EDA), l-Agenzija Ewropea tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea), il-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fil-Qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja (eu-LISA), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), il-Bord tal-Protezzjoni tad-Data Ewropea (EDPB), l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), l Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), u kwalunkwe aġenzija oħra tal-Unjoni involuta fiċ-ċibersigurtà. Jenħtieġ li l- ENISA żżomm ukoll kuntatt mal-awtoritajiet li jittrattaw il-protezzjoni tad-data sabiex tiskambja magħhom it-tattika u l-aqwa prattiki u jenħtieġ li tipprovdi pariri dwar kwistjonijiet taċ-ċibersigurtà li jista' jkollhom impatt fuq xogħolhom. Ir-rappreżentanti nazzjonali u tal-Unjoni tal-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi u għall-protezzjoni tad-data jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal rappreżentanza fil-Grupp Konsultattiv tal-ENISA. Fil-koordinament mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi dwar kwistjonijiet ta' sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni li jista' jkollhom impatt fuq il-ħidma tagħha, jenħtieġ li l-ENISA tirrispetta l-kanali eżistenti ta' informazzjoni u n-netwerks stabbiliti.

(45)  Jistgħu jiġu stabbiliti sħubijiet ma' istituzzjonijiet akkademiċi li jkollhom inizjattivi ta' riċerka fl-oqsma rilevanti, u jenħtieġ li jkun hemm kanali xierqa għall-input mill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u minn organizzazzjonijiet oħra, li jenħtieġ li jiġi kkunsidrat.

(46)  Jenħtieġ li l-ENISA , fir-rwol tagħha ta' ▌ Segretarjat tan-netwerk tas-CSIRTs, tappoġġa lis-CSIRTs tal-Istati Membri u lis-CERT-UE fil-kooperazzjoni operazzjonali fir-rigward tal-kompiti rilevanti tan-netwerk tas-CSIRTs, kif imsemmi fid-Direttiva (UE) 2016/1148. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ENISA tippromwovi u tappoġġa l-kooperazzjoni bejn is-CSIRTs rilevanti f'każ ta' inċidenti, attakki fuq jew tħarbit tan-netwerks jew l-infrastruttura ġestiti jew protetti mis-CSIRTs u li jinvolvu jew li jkunu kapaċi jinvolvu minn tal-inqas żewġ CSIRTs filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-Proċeduri Operattivi Standard tan-netwerk tas-CSIRTs.

(47)  Bil-għan li jittejjeb il-livell ta' tħejjija tal-Unjoni biex tirrispondi għal inċidenti taċ-ċibersigurtà, jenħtieġ li l-ENISA torganizza regolarment eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni u, fuq talba tagħhom, tappoġġa lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fl-organizzazzjoni ta' tali eżerċizzji. Jenħtieġ li eżerċizzji komprensivi fuq skala kbira li jinkludu elementi tekniċi, operazzjonali jew strateġiċi jġi organizzati darba kull sentejn. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ENISA tkun tista' torganizza regolarment eżerċizzji inqas komprensivi bl-istess għan li jitjieb l-istat ta' tħejjija tal-Unjoni fir-rispons għal inċidenti.

(48)  Jenħtieġ li l-ENISA tkompli tiżviluppa u ssostni l-għarfien espert tagħha fiċ-ċertifikazzjoni taċ-ċiberisigurtà bil-għan li tappoġġa l-politika tal-Unjoni f'dak il-qasam. Jenħtieġ li l-ENISA tibni fuq l-aqwa prattiki eżistenti u tħeġġeġ l-adozzjoni taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni, anke billi tikkontribwixxi għall-istabbiliment u ż-żamma ta' qafas taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni (Qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà) bil-għan li ttejjeb it-trasparenza tal-assigurazzjoni taċ-ċibersigurtà tal-prodotti ICT,servizzi ICTu proċessi tal-ICT biex b'hekk tissaħħaħ il-fiduċja fis-suq intern diġitali u l-kompetittività tiegħu.

(49)  Il-politiki effiċjenti taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jkunu bbażati fuq metodi tal-valutazzjoni tar-riskju li huma żviluppati sewwa, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat. Il-metodi tal-valutazzjoni tar-riskju jintużaw f'livelli differenti b'ebda prattika komuni dwar kif għandhom jiġu applikati b'mod effiċjenti. Il-promozzjoni u l-iżvilupp tal-aqwa prattika għall-valutazzjoni tar-riskju u għal soluzzjonijiet interoperabbli tal-ġestjoni tar-riskju f'organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u tas-settur privat ser iżidu l-livell taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-ENISA tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati fil-livell tal-Unjoni u tiffaċilita l-isforzi tagħhom relatati mal-istabbiliment u l-adozzjoni ta' standards Ewropej u internazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju u għal sigurtà li tista' titkejjel ta' prodotti, sistemi, netwerks u servizzi elettroniċi li, flimkien mas-software, jinkludu n-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni.

(50)  Jenħtieġ li l-ENISA tħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-manifatturi jew il-fornituri ta' prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT biex itejbu l-istandards tas-sigurtà ġenerali tagħhom sabiex l-utenti kollha tal-internet ikunu jistgħu jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw iċ-ċibersigurtà personali tagħhom stess u jenħtieġ li jagħtu inċentivi biex jagħmlu dan. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-manifatturi u l-fornituri ta' prodotti ICT, ta' servizzi ICT u ta' proċessi ICT jipprovdu kwalunkwe aġġornament u jenħtieġ li jiġbru lura, jirtiraw jew jirriċiklaw prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT li ma jissodisfawx l-istandards taċ-ċibersigurtà, filwaqt li l-importaturi u d-distributuri jenħtieġ li jiżguraw li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT li jqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli u ma jippreżentawx riskju għall-konsumaturi tal-Unjoni.

(51)  F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-ENISA tkun tista' xxerred informazzjoni dwar il-livell taċ-ċibersigurtà tal-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICToffruti fis-suq intern, u jenħtieġ li toħroġ twissijiet immirati lejn il- il-manifatturi jew il-fornituri ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT u li tesiġi minnhom li jtejbu s-sigurtà tal-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT tagħhom, inkluż iċ-ċibersigurtà.

(52)  Jenħtieġ li l-ENISA tieħu kont sħiħ tal-attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u valutazzjoni teknoloġika li qed isiru, b'mod partikolari dawk l-attivitajiet imwettqa mill-inizjattivi differenti ta' riċerka tal-Unjoni sabiex jagħtu pariri lill-istituzzjonijiet, ▌, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u, fejn rilevanti, lill-Istati Membri fuq talba tagħhom, dwar il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet ta' riċerka fil-qasam ▌taċ-ċibersigurtà. Sabiex tidentifika l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tar-riċerka, l-ENISA jenħtieġ li tikkonsulta wkoll lill-gruppi tal-utenti rilevanti. Aktar speċifikament, tista' tiġi stabbilita kooperazzjoni mal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji dwar is-Sigurtà.

(53)  L-ENISA jenħtieġ li tikkonsulta regolarment lill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni, b'mod partikolari dawk Ewropej, meta tkun qed tħejji l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

(54)  It-theddid għaċ-ċibersigurtà huwa kwistjoni globali. Hemm bżonn kooperazzjoni internazzjonali aktar mill-qrib biex jittejbu l-istandards taċ-ċibersigurtà, inkluż il-ħtieġa għal definizzjonijiet ta' normi komuni tal-imġiba, l-adozzjoni ta' kodiċijiet tal-kondotta, l-użu ta' standards internazzjonali, u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-promozzjoni ta' kollaborazzjoni internazzjonali aktar imħaffa b'rispons għal kwistjonijiet tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni u l-promozzjoni ta' approċċ globali komuni għal tali kwistjonijiet. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-ENISA tappoġġa aktar l-involviment u l-kooperazzjoni tal-Unjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali billi tipprovdi l-għarfien espert u l-analiżi meħtieġa lill-istituzzjonijiet, ▌, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, fejn xieraq.

(55)  Jenħtieġ li l-ENISA tkun tista' tirrispondi għal talbiet ad hoc għal konsulenza u għajnuna mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-ENISA .

(56)  Jagħmel sens u hu rakkomandat li jiġu implimentati ċerti prinċipji rigward il-governanza tal-ENISA biex tkun konformi mad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni li dwarhom sar ftehim f'Lulju 2012 fil-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE, li l-għan tagħhom huwa li jirrazzjonalizzaw l-attivitajiet tal-aġenziji deċentralizzati u li jtejbu l-prestazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet fid-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni jiġu riflessi wkoll, kif adatt,▌fil-Programmi ta' Ħidma tal-ENISA , l-evalwazzjonijiet tal-ENISA, u r-rappurtar u l-prattika amministrattiva tal-ENISA.

(57)  Il-Bord ta' Tmexxija, kompost mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, jenħtieġ li jistabbilixxi d-direzzjoni ġenerali tal-operat tal-ENISA u jiżgura li din twettaq il-kompiti skont dan ir-Regolament. Il-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jiġi fdat bil-poteri meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tal-baġit, jadotta regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-ENISA , jadotta d-dokument uniku tal-programmazzjoni tal-ENISA , jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess, jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jiddeċiedi dwar l-estensjoni u t-tmiem tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv.

(58)  Sabiex l-ENISA tiffunzjona b'mod korrett u effikaċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li jkunu ser jinħatru membri fil-Bord ta' Tmexxija jkollhom il-kompetenza professjonali u l-esperjenza . Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu wkoll l-isforzi biex jillimitaw ir-rata tas-sostituzzjoni tar-rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tiegħu.

(59)  Il-funzjonament bla xkiel tal-ENISA jirrikjedi li d-Direttur Eżekuttiv tagħha jinħatar fuq il-bażi tal-mertu u l-ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll tal-kompetenza u l-esperjenza rilevanti għaċ-ċibersigurtà. Id-dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv għandhom jitwettqu b'indipendenza sħiħa. Jenħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv iħejji proposta għall-programm ta' ħidma annwali tal-ENISA , wara konsultazzjoni minn qabel mas-servizzi tal-Kummissjoni, u jenħtieġ li jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiżgura l-implimentazzjoni adatta tata' dak il-programm ta' ħidma. Jenħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv iħejji rapport annwali li jrid jiġi ppreżentat lill-Bord ta' Tmexxija, li jkopri l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-ENISA, ifassal abbozz ta' prospett tal-estimi tad-dħul u l-infiq għall-ENISA , u jimplimenta l-baġit. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv ikollu l-għażla li jwaqqaf gruppi ta' ħidma ad hoc biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari kwsitjonijiet ta' natura xjentifika, teknika, legali jew soċjoekonomika. B'mod partikolari, fir-rigward tat-tħejjija ta' skema Ewropea kandidata ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà speċifika ('skema kandid Jenħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv jiżgura li l-membri ta' gruppi ta' ħidma ad hoc jintgħażlu abbażi tal-ogħla standards ta' għarfien espert, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi u bilanċ adatt, skont il-kwistjonijiet speċifiċi inkwistjoni, bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u s-settur privat, inkluż l-industrija, l-utenti, u l-esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

(60)  Jenħtieġ li l-Bord Eżekuttiv jikkontribwixxu għall-funzjonament effikaċi tal-Bord ta' Tmexxija. Bħala parti mix-xogħol ta' tħejjija marbut mad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija, jenħtieġ li l-Bord Eżekuttiv jeżamina l-informazzjoni disponibbli fid-dettall, jesplora l-għażliet disponibbli kif ukoll joffri pariri u soluzzjonijiet biex jitħejjew id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Bord ta' Tmexxija.

(61)  L-ENISA jenħtieġ li jkollha Grupp Konsultattiv tal-ENISA bħala korp ta' konsulenza, biex jiżgura djalogu regolari bejn is-settur privat, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA , stabbilit mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, jenħtieġ li jiffoka fuq kwistjonijiet rilevanti għall-partijiet ikkonċernati u jenħtieġ li jippreżentahom għall-attenzjoni tal-ENISA . Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA jenħtieġ li jiġi kkonsultat b'mod partikolari fir-rigward tal-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali tal-ENISA. Il-kompożizzjoni tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA u l-kompiti assenjati lilu jenħtieġ li jiżguraw rappreżentanza suffiċjenti tal-partijiet ikkonċernati fil-ħidma tal-ENISA .

(62)  Il-Grupp ta' Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tal-Partijiet Ikkonċernati jenħtieġ li jiġi stabbilit sabiex jgħin lill-ENISA u l-Kummissjoni jiffaċilitaw il-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Il-Grupp ta' Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tal-Partijiet Ikkonċernati jenħtieġ li jkun magħmul minn membri li jirrappreżentaw lill-industrija fi proporzjonijiet bilanċjati, kemm min-naħa tad-domanda kif ukoll min-naħa tal-provvista ta' prodotti ICT u servizzi ICT, u inkluż, b'mod partikolari, SMEs, fornituri ta' servizzi diġitali, korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali, korpi tal-akkreditazzjoni nazzjonali, awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data u korpi ta' valutazzjoni tal-konformità skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), u d-dinja akkademika kif ukoll organizzazzjonijiet tal-konsumaturi.

(63)  Jenħtieġ li l-ENISA tadotta regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti ta' interess. Jenħtieġ li l-ENISA tapplika wkoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18). Jenħtieġ li l-ipproċessar tad-data personali mill-ENISA jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19). Jenħtieġ li l-ENISA tikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, u mal-leġislazzjoni nazzjonali fir-rigward tat-trattament tal-informazzjoni, b'mod partikolari informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI).

(64)  Sabiex ikun hemm garanzija tal-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-ENISA u sabiex tingħata l-kapaċità li twettaq kompiti addizzjonali, inkluż kompiti ta' emerġenza mhux previsti, l-ENISA jenħtieġ li tingħata baġit suffiċjenti u awtonomu fejn id-dħul tagħha jenħtieġ li jiġi primarjament minn kontribuzzjoni mill-Unjoni u kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkun qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-ENISA . Baġit xieraq huwa essenzjali biex jiżgura li l-ENISA jkollha biżżejjed kapaċità sabiex twettaq il-kompiti kollha tagħha li qegħdin dejjem jiżdiedu u biex tilħaq l-objettivi tagħha. Il-parti l-kbira tal-persunal tal-ENISA jenħtieġ li jkun involut direttament fl-implimentazzjoni operazzjonali tal-mandat tal-ENISA. L-Istat Membru ospitanti, u kwalunkwe Stat Membru ieħor, jenħtieġ li jitħalla jagħmel kontibuzzjonijiet volontarji għall-baġit tal-ENISA . Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni jenħtieġ li tibqa' applikabbli fir-rigward ta' kwalunkwe sussidju li jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jenħtieġ li tivverifika l-kontijiet tal-ENISA biex tiżgura t-trasparenza u r-responsabbiltà.

(65)  Iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha rwol importanti biex jiżdiedu l-fiduċja u s-sigurtà fi prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT . Is-suq uniku diġitali, u b'mod partikolari l-ekonomija xprunata mid-data u l-IoT, jistgħu jiffjorixxu biss jekk ikun hemm fiduċja pubblika ġenerali li prodotti ▌, servizzi u proċessi bħal dawn jipprovdu ċertu livell ta' ċibersigurtà. Karozzi konnessi u awtomatizzati, apparati mediċi elettroniċi, sistemi industrijali ta' kontroll awtomatizzat u grilji intelliġenti huma biss xi eżempji ta' setturi fejn iċ-ċertifikazzjoni diġà tintuża ferm jew x'aktarx li tintuża fil-futur qrib. Is-setturi regolati mid-Direttiva (UE) 2016/1148 huma wkoll setturi fejn iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà hija kritika.

(66)  Fil-Komunikazzjoni tal-2016 "Insaħħu r-Reżiljenza tal-UE għaċ-Ċibersigurtà u Nrawmu Industrija taċ-Ċibersigurtà Kompetittiva u Innovattiva", il-Kummissjoni ddiskutiet il-ħtieġa għal prodotti u soluzzjonijiet ta' kwalità għolja, affordabbli u interoperabbli fil-qasam taċ-ċibersigurtà. Il-provvista tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT fis-suq uniku għadha frammentata ħafna mil-lat ġeografiku. Dan għaliex l-industrija taċ-ċibersigurtà fl-Ewropa żviluppat l-aktar bis-saħħa tad-domanda tal-gvernijiet nazzjonali. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' soluzzjonijiet interoperabbli (standards tekniċi), prattiki u mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni madwar l-Unjoni huma fost in-nuqqasijiet l-oħra li jolqtu s-suq uniku fil-qasam taċ-ċibersigurtà. Minħabba f'hekk huwa diffiċli biex in-negozji Ewropej jikkompetu fil-livell nazzjonali, dak tal-Unjoni u dak globali. B'hekk, titnaqqas ukoll l-għażla ta' teknoloġiji vijabbli u li jistgħu jintużaw taċ-ċibersigurtà li għandhom aċċess għalihom l-individwi u l-impriżi. Bl-istess mod, fil-Komunikazzjoni dwar l-Analiżi ta' Nofs it-Terminu dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali - Suq Uniku Diġitali Konness għal Kulħadd, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa għal prodotti u sistemi konnessi b'mod sikur, u indikat li l-ħolqien ta' qafas Ewropew ta' sigurtà fil-qasam tal-ICT li jistabbilixxi regoli dwar kif tiġi organizzata ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà fil-qasam tal-ICT fl-Unjoni jista' jwassal kemm għall-preservazzjoni tal-fiduċja fl-internet kif ukoll jindirizza l-frammentazzjoni attwali tas-suq intern.

(67)  Attwalment, iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT tintuża biss b'mod limitat. Fejn teżisti, din tokkorri l-aktar fil-livell tal-Istati Membri jew fil-qafas ta' skemi xprunati mill-industrija. F'dak il-kuntest, ċertifikat maħruġ minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fil-prinċipju mhux rikonoxxut fi Stati Membri oħra. Il-kumpaniji b'hekk jista' jkollhom jiċċertifikaw il-prodotti ICT▌, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT tagħhom f'diversi Stati Membri minn fejn joperaw, pereżempju bil-għan li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist nazzjonali, lib'hekk iżid mal-ispejjeż tagħhom. Barra minn hekk, filwaqt li qegħdin jitfaċċaw skemi ġodda, jidher li ma hemm ebda approċċ koerenti u olistiku għal kwistjonijiet ta' ċibersigurtà orizzontali, pereżempju fil-qasam tal-IoT. L-iskemi attwali jippreżentaw nuqqasijiet u differenzi sinifikanti f'termini ta' kopertura tal-prodotti, livelli ta' assigurazzjoni, kriterji sostantivi u użu reali, u dan jimpedixxi mekkaniżmi ta' rikonoxximent reċiproku fi ħdan l-Unjoni.

(68)  Saru xi sforzi biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati fl-Unjoni. Madankollu, dawn irnexxew biss parzjalment. L-aktar eżempju importanti f'dan ir-rigward huwa l-Ftehim ta' Rikonoxximent Reċiproku (MRA) tal-Grupp ta' Uffiċjali Għolja għas-Sigurtà tas-Sistemi tal-Informazzjoni (SOG-IS). Filwaqt li dan jirrappreżenta l-aktar mudell importanti għall-kooperazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà, ▌is-SOG-IS jinkludi biss xi Stati Membri. Dan il-fatt illimita l-effikaċja tal-MRA tas-SOG-IS mill-perspettiva tas-suq intern.

(69)  Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi adottat approċċ komuni u li jiġi stabbilit qafas Ewropew għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jistabbilixxi r-rekwiżiti orizzontali ewlenin għall-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jridu jiġu żviluppati u li jippermetti li ċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE għall-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT jiġu rikonoxxuti u jintużaw fl-Istati Membri kollha. B'dan il-mod, huwa essenzjali li wieħed jibni fuq l-iskemi nazzjonali u internazzjonali eżistenti, kif ukoll fuq sistemi ta' rikonoxximent reċiproku, b'mod partikolari l-SOG-IS, u li tkun possibbli transizzjoni bla xkiel mill-iskemi eżistenti li jiffunzjonaw abbażi ta' sistemi bħal dawn għal skemi bbażati fuq il-qafas Ewropew ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà il-ġdid. Il-qafas Ewropew ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jkollu żewġ għanijiet. L-ewwel, jenħtieġ li jgħin biex tiżdied il-fiduċja fil-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT li ġew iċċertifikati skont skemi Ewropej ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. It-tieni, jenħtieġ li jgħin biex tkun evitata l-multiplikazzjoni ta' skemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali taċ-ċibersigurtà li jkunu kunfliġġenti jew li jidduplikaw lil xulxin u b'hekk inaqqas l-ispejjeż għall-impriżi li joperaw fis-suq uniku diġitali. L-iskemi Ewropej ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jkunu nondiskriminatorji u bbażati fuq standards Ewropej jew internazzjonali, sakemm dawk l-istandards ma jkunux ineffikaċi jew mhux xierqa biex jissodisfaw l-għanijiet leġittimi tal-Unjoni f'dak ir-rigward.

(70)  Jenħtieġ li dan il-qafas Ewropew ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jkun stabbilit b'mod omoġenju fl-Istati Membri kollha biex tiġi evitata t-tfittxija għall-aħjar ċertifikazzjonijiet minħabba livelli differenti ta' strettezza fi Stati Membri differenti.

71)  L-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jkunu bbażati fuq dak li jeżisti diġà fil-livell nazzjonali u internazzjonali u, jekk ikun meħtieġ, fuq speċifikazzjonijiet tekniċi minn forums u konsorzji, tagħlim mill-punti b'saħħithom attwali u korrezzjoni tad-dgħufijiet.

(72)  Huma meħtieġa soluzzjonijiet flessibbli ta' ċibersigurtà biex l-industrija tibqa' pass 'il quddiem mit-theddid ċibernetiku, u għalhekk jenħtieġ li kwalunkwe skema ta' ċertifikazzjoni tkun mfassla b'mod li tevita r-riskju li ssir obsoleta f'qasir żmien.

(73)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jirrigwardaw gruppi speċifiċi ta' prodotti ICT▌, servizzi ICT u proċessi tal-ICT. Jenħtieġ li dawk l-iskemi jiġu implimentati u sorveljati minn awtoritajiet nazzjonali ▌responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u li ċ-ċertifikati maħruġa skont dawk l-iskemi jkunu validi u rikonoxxuti fl-Unjoni kollha. L-iskemi taċ-ċertifikazzjoni mħaddmin mill-industrija jew minn organizzazzjonijiet privati oħra jenħtieġ li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Madankollu, il-korpi li joperaw skemi bħal dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu jipproponu li l-Kummissjoni tikkunsidra dawn l-iskemi bħal bażi għall-approvazzjoni tagħhom bħala skema Ewropea ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

(74)  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni li tipprovdi regoli speċifiċi dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT . B'mod partikolari, ir-Regolament (UE) 2016/679 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-istabbiliment mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni u siġilli u ta' siġilli u marki tal-protezzjoni tad-data, għall-finijiet ta' dimostrazzjoni tal-konformità ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar minn kontrolluri u proċessuri ma' dak ir-Regolament. Mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni u siġillli u marki ta' protezzjoni tad-data bħal dawn jenħtieġ li jippermettu lis-suġġetti tad-data jivvalutaw malajr il-livell ta' protezzjoni tad-data tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICTrilevanti. Dan ir-Regolament huwa bla preġudizzju għaċ-ċertifikazzjoni ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679, anke meta tali operazzjonijiet ikunu integrati fi prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT.

(75)  Jenħtieġ li l-fini tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jkun li jiġi żgurat li prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT li jiġu ċċertifikati skont dawn l-iskemi jkunu jikkonformaw ma' rekwiżiti speċifikati li l-għan tagħhom ikun li jiġu protetti d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data maħżuna, trasmessa jew ipproċessata jew tal-funzjonijiet relatati jew tas-servizzi offruti minn, jew aċċessibbli permezz ta' dawk il- prodotti, servizzi u proċessi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom Mhux possibbli li jiġu stabbiliti fid-dettall ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà li jikkonċernaw il-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT u l-ħtiġijiet taċ-ċibersigurtà kollha f'dan ir-Regolament. Il-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT u l-ħtiġijiet taċ-ċibersigurtà relatati ma' dawk il-prodotti, servizzi jew proċessi tant huma varji li huwa diffiċli ħafna li jiġu żviluppati rekwiżiti ġenerali li jkunu validi f'kull ċirkostanza. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi adottat kunċett wiesa' u ġenerali taċ-ċibersigurtà għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni, li jenħtieġ li jkun kumplimentat minn sett ta' għanijiet speċifiċi taċ-ċibersigurtà li jridu jitqiesu fid-disinn ta' skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. L-arranġamenti li bihom għandhom jinkisbu dawn l-għanijiet fi prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT speċifiċi tal-ICT jenħtieġ għalhekk li jkomplu jiġu speċifikati fid-dettall fil-livell tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni individwali adottata mill-Kummissjoni, pereżempju permezz ta' referenza għal standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi jekk ma jkunux disponibbli standards adatti.

(76)  Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jridu jintużaw fi skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20). Madankollu, xi devjazzjonijiet minn dawk ir-rekwiżiti jistgħu jitqiesu bħala neċessarji f'każijiet ġustifikati kif dovut fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkunu ser jintużaw fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li tirreferi għal livell għoli ta' assigurazzjoni. Ir-raġunijiet għal devjazzjonijiet bħal dawn għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(77)  Valutazzjonital-konformità hija proċedura għall-evalwazzjoni ta' jekk ir-rekwiżiti speċifikati marbutin ma' prodott ICT, servizz ICT u proċess tal-ICT ikunux ġew issodisfati. Dik il-proċedura titwettaq minn parti terza indipendenti li mhijiex il-manifattur jew il-fornitur tal- prodotti ICT, is-servizzi ICT jew tal-proċesis tal-ICT li jkunu qed jiġu valutati. Jenħtieġ li ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jinħareġ wara evalwazzjoni huwa konformi mal-proċedura għall-evalwazzjoni ta' prodott ICT, servizz ICT u proċess tal-ICT. Jenħtieġ li ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jitqies bħala konferma li l-evalwazzjoni tkun twettqet sew. Skont il-livell tal-assigurazzjoni, jenħtieġ li l-iskema Ewropea għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tipprevedi jekk iċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà ikunx irid jinħareġ minn korp privat jew pubbliku. Il-valutazzjoni tal-konformità u ċ-ċertifikazzjoni per se ma jistgħux jiggarantixxu li prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT humiex ċibersiguri. Huma pjuttost proċeduri u metodoloġiji tekniċi li jixhdu li l-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT ġew ittestjati u li jikkonformaw ma' ċerti rekwiżiti taċ-ċibersigurtà stabbiliti xi mkien ieħor, pereżempju fi standards tekniċi.

(78)  Jenħtieġ li l-għażla taċ-ċertifikazzjoni adatta u r-rekwiżiti ta' sigurtà assoċjati mill-utenti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà tkun ibbażata fuq analiżi tar-riskji assoċjati mal-użu tal-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-livell tal-assigurazzjoni jkun proporzjonat għal-livell tar-riskju assoċjat mal-użu intenzjonat ta' prodott ICT, servizz ICT u proċess tal-ICT .

(79)  Skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista' tipprevedi li l-valutazzjoni tal-konformità titwettaq taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur jew tal-fornitur tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT ('awtovalutazzjoni tal-konformità'). F'tali każijiet, jenħtieġ li jkun suffiċjenti li l-manifattur jew il-fornitur ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT iwettaq hu stess il-verifiki kollha biex jiżgura li l-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT jikkonformaw mal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Jenħtieġ li dan it-tip ta' awtovalutazzjoni tal-konformità jitqies bħala adatt għal prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT b'kumplessità baxxa li jippreżentaw riskju baxx għall-pubbliku, bħal mekkaniżmi ta' disinn u ta' produzzjoni sempliċi. Barra minn hekk, l-awtovalutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li tkun permessa biss għall-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT biss fejn huma jikkorrispondu għal livell bażiku ta' assigurazzjoni.

(80)  Skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jistgħu jippermettu kemm għal awtovalutazzjonijiet tal-konformità kif ukoll ċertifikazzjonijiet ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT. F'tali każ, jenħtieġ li l-iskema tipprevedi mezzi ċari u li jinftehmu biex il-konsumaturi jew utenti oħra jiddifferenzjaw bejn prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICTfir-rigward tal-manifattur jew tal-fornitur ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICThuwa responsabbli għall-valutazzjoni, u ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT li huma ċċertifikati minn parti terza.

(81)  Jenħtieġ li l-manifattur jew il-fornitur ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT li jwettqu awtovalutazzjoni tal-konformità jkun jista' jabbozza u jiffirma d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bħala parti mill-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità. Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE hija dokument li jiddikjara li prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICTspeċifikuhuwa konformi mar-rekwiżiti tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Permezz tal-abbozzar u l-iffirmar tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, il-manifattur jew il-fornitur tal-prodott ICT, servizz ICT u proċess tal-ICT jassumi responsabbiltà għall-konformità tal-prodott ICT, servizz ICT u proċess tal-ICTmar-rekwiżiti legali tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Jenħtieġ li tiġi ppreżentata kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u lill-ENISA .

(82)  Jenħtieġ li l-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICTjagħmlu d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha marbuta mal-konformità tal-prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICTbi skema Ewropea taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà disponibbli għall-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għal perijodu previst fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà rilevanti. Jenħtieġ li d-dokumentazzjoni teknika tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli taħt l-iskema u jenħtieġ li tkoprid-disinn, il-manifattura u l-operat tal-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT safejn ikun rilevanti għall-awtovalutazzjoni tal-konformità. Jenħtieġ li d-dokumentazzjoni teknika tkun miġbura b'tali mod li tippermetti l-valutazzjoni ta' jekk prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICTjikkonformax mar-rekwiżiti applikabbli taħt dik l-iskema.

(83)  Il-governanza tal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tieħu kont tal-involviment tal-Istati Membri kif ukoll tal-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati, u tistabbilixxi r-rwol tal-Kummissjoni matul l-ippjanar u meta tiġi proposta, tintalab, titħejja, tiġi adottata u tiġi eżaminata skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

(84)  ▌ Jenħtieġ li l-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (the 'ECCG') u l-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà u wara konsultazzjoni miftuħa u wiesgħa, tħejji programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni għall-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u jenħtieġ li tippubblikah fil-forma ta' strument li mhux vinkolanti. Il-programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni jenħtieġ li jkun dokument strateġiku li jippermetti li l-industrija, l-awtoritajiet nazzjonali u l-korpi tal-istandardizzazzjoni, b'mod partikolari, iħejju minn qabel għal skemi Ewropej futuri taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Il-programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni jenħtieġ li jinkludi perspettiva ġenerali multiannwali tat-talbiet għal skemi kandidati li l-Kummissjoni beħsiebha tissottometti lill-ENISA għal tħejjija fuq bażi ġustifikata. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni waqt li tħejji l-Pjan Kontinwu għall-Istandardizzazzjoni tagħha tal-ICT u talbiet ta' standardizzazzjoni lil organizzazzjonijiet Ewropej ta' Standardizzazzjoni. Fid-dawl tal-introduzzjoni rapida u l-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda, li feġġew każijiet li ma kinux magħrufa ta' riskji għaċ-ċibersigurtà, u żviluppi leġislattivi u żviluppi tas-suq, il-Kummissjoni jew il-ECCG jenħtieġ li jkunu intitolati jitolbu lill-ENISA tħejji skemi kandidati li ma kinux inklużi fil-programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l- ECCG jivvalutaw ukoll il-ħtieġa għal talba bħal din, billi jqisu l-għanijiet u l-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità fir-rigward tal-ippjanar u l-użu tar-riżorsi mill-ENISA .

Wara talba bħal din, ikun jenħtieġ li l-ENISA tħejji l-iskemi kandidati għal prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT speċifiċi mingħajr dewmien żejjed. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-impatt pożittiv u dak negattiv tat-talba tagħha fuq is-suq speċifiku in kwistjoni, speċjalment l-impatt fuq l-SMEs, fuq l-innovazzjoni, fuq l-ostakli għad-dħul f’dak is-suq u fuq l-ispejjeż għall-utenti aħħarin. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, abbażi tal-iskema kandidata proposta mill-ENISA, ikollha s-setgħa tadotta l-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Fid-dawl tal-għan ġenerali u l-objettivi ta' sigurtà stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati mill-Kummissjoni jenħtieġ li jispeċifikaw sett minimu ta' elementi li jikkonċernaw is-suġġett, l-ambitu u l-funzjonament tal-iskema individwali. Dawk l-elementi jenħtieġ li jinkludu, fost affarijiet oħra, l-ambitu u l-oġġett taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, inkluż il-kategoriji ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICTkoperti, l-ispeċifikazzjoni dettaljata tar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà, pereżempju b'referenza għal standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi, il-kriterji speċifiċi tal-evalwazzjoni u l-metodi tal-evalwazzjoni, kif ukoll il-livell ta' assigurazzjoni maħsub ('bażiku', 'sostanzjali' jew 'għoli') u l-livelli tal-evalwazzjoni fejn applikabbli. L-ENISA jenħtieġ li tkun tista' tiċħad talba mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Konsumaturi. Tali deċiżjonijiet jenħtieġ li jittieħdu mill-Bord ta' Tmexxija u għandhom ikunu sostanzjati kif xieraq.

(85)  Jenħtieġ li l-ENISA tiġġestixxi sit web li jipprovdi informazzjoni dwar u li tirreklama skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, li jenħtieġ li jinkludu, fost affarijiet oħra, it-talbiet għat-tħejjija ta' skema kandidata kif ukoll il-kummenti li tirċievi fil-proċess tal-konsultazzjoni mwettqa mill-ENISA fil-fażi tat-tħejjija. Jenħtieġ li s-sit web jipprovdi wkoll informazzjoni dwar iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE maħruġa skont dan ir-Regolament inkluż informazzjoni dwar l-irtirar u l-iskadenza. Jenħtieġ li s-sit web jindika wkoll l-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkunu ġew sostitwiti minn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

(86)  Il-livell tal-assigurazzjoni ta' skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni huwa bażi għall-fiduċja li prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICTjissodisfa r-rekwiżiti ta' sigurtà ta' skema speċifika Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Sabiex tiżgura l-konsistenza tal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, jenħtieġ li skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tkun tista' tispeċifika l-livelli ta' assigurazzjoni għaċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u għad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE maħruġa taħt dik l-iskema. Kull ċertifikat Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jista' jirreferi għal wieħed mil-livelli tal-assigurazzjoni: 'bażiku', 'sostanzjali' jew 'għoli', filwaqt li d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE tista' tirreferi biss għal-livell bażiku ta' assigurazzjoni. Il-livelli tal-assigurazzjoni jipprovdu l-grad ta' serjetà u approfondiment korrispondenti tal-evalwazzjoni tal-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT u jkunu kkaratterizzati minn referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-proċeduri relatati magħhom, inkluż kontrolli tekniċi, bl-għan li jiġu mitigati jew jiġu evitati inċidenti. Jenħtieġ li kull livell tal-assigurazzjoni jkun konsistenti fl-oqsma settorjali differenti ta' fejn tkun applikata ċ-ċertifikazzjoni.

(87)  Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista' tispeċifika diversi livelli ta' evalwazzjoni skont ir-rigorożità u l-profondità tal-metodoloġija tal-evalwazzjoni użata. Il-livelli ta' evalwazzjoni jenħtieġ li jikkorrispondu ma' wieħed mil-livelli tal-assigurazzjoni u jkunu assoċjati ma' taħlita adatta ta' komponenti tal-assigurazzjoni. Jenħtieġ li għal-livelli kollha tal-assigurazzjoni, il-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT ikun fih għadd ta' funzjonijiet siguri, kif speċifikat mill-iskema, li jistgħu jinkludu: konfigurazzjoni innovattiva sigura, kodiċi ffirmat, aġġornament sigur u tekniki użati biex ixekklu l-isfruttament tal-vulnerabbiltajiet (exploit mitigations) u protezzjoni sħiħa tal-memorja stack jew heap. Jenħtieġ li dawk il-funzjonijiet ikunu ġew żviluppati u jinżammu, bl-użu ta' approċċi għall-iżvilupp iffokati fuq is-sigurtà u għodod assoċjati sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmi effettivi tas-software u l-hardware jiġu inkorporati b'mod affidabbli.

(88)  Għal-livell tal-assigurazzjoni 'bażiku', jenħtieġ li l-evalwazzjoni tkun gwidata tal-inqas mill-komponenti ta' assigurazzjoni li ġejjin: jenħtieġ li l-evalwazzjoni tinkludi tal-inqas rieżami tad-dokumentazzjoni teknika tal-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICTmill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità. Fejn iċ-ċertifikazzjoni tinkludi proċessi tal-ICT, jenħtieġ li l-proċess użat għad-disinn, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-prodott ICT jew tas-servizz ICT ikun ukoll soġġett għar-rieżami tekniku. Fejn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tipprevedi awtovalutazzjoni tal-konformità, jenħtieġ li jkun suffiċjenti li l-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT ikun wettaq awtovalutazzjoni tal-konformità tal-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT mal-iskema taċ-ċertifikazzjoni.

(89)  Għal-livell tal-assigurazzjoni 'sostanzjali', minbarra r-rekwiżiti għal-livell tal-assigurazzjoni ' bażiku', jenħtieġ li l-evalwazzjoni tkun gwidata tal-inqas mill-verifika tal-konformità tal-funzjonalitajiet tas-sigurtà tal-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICTmad-dokumentazzjoni teknika tiegħu.

(90)  Għal-livell tal-assigurazzjoni 'għoli', l-evalwazzjoni, minbarra r-rekwiżiti għal-livell tal-assigurazzjoni 'sostanzjali', jenħtieġ li tkun gwidata tal-inqas minn ittestjar tal-effiċjenza li jivvaluta r-reżistenza tal-funzjonalitajiet tas-sigurtà tal-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT kontra attakki ċibernetiċi elaborati mwettqa minn persuni li jkollhom ħiliet u riżorsi sinifikanti.

(91)  Jenħtieġ li r-rikors għaċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà għad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE jibqa' fuq bażi volontarja, dment li ma jkunx previst mod ieħor fil-liġi tal-Unjoni, jew fil-liġi tal-Istati Membri adottata f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' liġi tal-Unjoni armonizzata, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regolamenti tekniċi nazzjonali li jipprevedu ċertifikazzjoni obbligatorja taħt skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21). L-Istati Membri għandhom rikors ukoll għaċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà fil-kuntest tal-akkwist pubbliku u tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22).

(92)  F'ċerti oqsma, jista' jkun neċessarju fil-futur li jiġu imposti rekwiżiti speċifiċi taċ-ċibersigurtà u li ċ-ċertifikazzjoni tagħha jsiru obbligatorji għal ċerti prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT,sabiex jittejjeb il-livell ta' ċibersigurtà fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja regolarment l-impatt tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati fuq id-disponibbiltà prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT siguri fis-suq intern u jenħtieġ li li tivvaluta regolarment il-livell ta' użu tal-iskemi ta' ċertifikazzjoni mill-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICTfl-Unjoni. L-effiċjenza tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u l-kwistjoni ta' jekk xi skemi speċifiċigħandhomx isiru obbligatorji jenħtieġ li jiġu vvalutati fid-dawl tal-leġislazzjoni tal-Unjoni marbuta maċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari d-Direttiva (UE) 2016/1148, b'kont meħud tas-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni użati minn operaturi ta' servizzi essenzjali.

(93)  Jenħtieġ li ċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-UE dwar il-konformità jgħinu lill-utenti aħħarin jagħmlu għażliet infurmati. Għalhekk, jenħtieġ li prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT li jkunu ġew iċċertifikati jew li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni tal-UE dwar il-konformità jkunu akkumpanjati minn informazzjoni strutturata li tkun adattata għal-livell tekniku mistenni tal-utent aħħari intenzjonat. L-informazzjoni kollha ta' dan it-tip jenħtieġ li tkun disponibbli online, u, fejn xieraq, fil-forma fiżika. Jenħtieġ li l-utent aħħari jkollu aċċess għall-informazzjoni rigward in-numru ta' referenza tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni, il-livell ta' assigurazzjoni, id-deskrizzjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà assoċjati mal-prodott ICT, servizzi ICT jew proċess tal-ICT, u l-korp jew l-awtorità li joħorġu ċ-ċertifikat, jew ikun jista' jakkwista kopja taċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-utent aħħari jkun mgħarraf bil-politika tal-appoġġ għaċ-ċibersigurtà, jiġifieri għal kemm żmien l-utent aħħari jista' jistenna li jirċievi aġġornamenti jew software korrettiv għaċ-ċibersigurtà, tal-manifattur jew il-fornitur ta' prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT. Fejn japplika, jenħtieġ li tingħata gwida dwar azzjonijiet jew settings li l-utent aħħari jista' jimplimenta biex iżomm jew biex itejjeb iċ-ċibersigurtà tal-prodott ICT jew tas-servizz ICT u l-informazzjoni ta' kuntatt ta' punt uniku ta' kuntatt fejn jintbagħtu rapporti jew mnejn jingħata appoġġ f'każ ta' attakki ċibernetiċi (minbarra rappurtar awtomatiku). Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tiġi aġġornata regolarment fuq sit web filwaqt li tkun ipprovduta informazzjoni dwar l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

(94)  Bil-għan li jinkisbu l-objettivi ta' dan ir-Regolament u biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern, jenħtieġ li l-iskemi jew il-proċeduri nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICTkoperti minn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ma jibqgħux effettivi minn data stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jintroduċux skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ġodda għall-prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT diġà koperti minn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà eżistenti. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux impediti milli jadottaw jew iżommu skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-finijiet ta' sigurtà nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ECCG bi kwalunkwe intenzjoni li jfasslu skemi nazzjonali ġodda ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-ECCG jevalwaw l-impatt tal-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà l-ġodda fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u fid-dawl ta' kwalunkwe interess strateġiku li, minflok, tintalab skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

(95)  L-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà huma maħsuba biex jgħinu fl-armonizzazzjoni tal-prattiki taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. Dawn jeħtieġ li jikkontribwixxu biex iżidu l-livell taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. It-tfassil tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jikkunsidraw u jippermettu l-iżvilupp ta' innovazzjonijiet fil-qasam taċ-ċibersigurtà.

(96)  Jenħtieġ li l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jqisu l-metodi attwali tal-iżvilupp tas-software u tal-hardware u, b'mod partikolari, l-impatt ta' aġġornamenti frekwenti ta' software jew firmware fuq iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà individwali. Jenħtieġ li l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li jwasslu biex aġġornament jista' jkun jeħtieġ li prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT jiġi ċċertifikat mill-ġdid jew li l-ambitu ta' ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà speċifiku jitnaqqas, b'kont meħud ta' kwalunkwe effett negattiv possibbli tal-aġġornament fuq il-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà ta' dak iċ-ċertifikat.

(97)  Ladarba tiġi adottata skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT jenħtieġ li jkunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICTtagħhom lill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità li jagħżlu huma ikun fejn ikun fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità jkunu akkreditati minn korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali jekk ikunu jikkonformaw ma' ċerti rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-akkreditazzjoni jenħtieġ li tinħareġ għal perijodu massimu ta' ħames snin u li jenħtieġ li tkun tista' tiġġedded bl-istess kondizzjonijiet sakemm il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun għadu jissodisfa r-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-korpi tal-akkreditazzjoni nazzjonali jirrestrinġu, jissospendu jew jirrevokaw l-akkreditazzjoni ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità jekk il-kondizzjonijiet għall-akkreditazzjoni ma jkunux ġew issodisfati jew ma jibqgħux issodisfati, jew fejn il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jikser dan ir-Regolament.

(98)  Ir-referenzi fil-leġislazzjoni nazzjonali għall-istandards nazzjonali li jkunu waqfu milli jipproduċu effetti legali minħabba d-dħul fis-seħħ ta' skema ta' ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà jistgħu jkunu sors ta' konfużjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jirriflettu l-adozzjoni ta' skema Ewropea ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.

(99)  Sabiex jintlaħqu standards ekwivalenti fl-Unjoni kollha, sabiex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku u jippromwovu l-aċċettazzjoni ġenerali ta' ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta' rieżami bejn il-pari bejn l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Jenħtieġ li r-rieżami bejn il-pari jkopri l-proċeduri għas-sorveljanza tal-konformità tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICTmaċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, għall-monitoraġġ tal-obbligi tal-manifatturi jew tal-fornituri tal-prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT li jwettqu l-awtovalutazzjoni tal-konformità, għall-monitoraġġ tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, kif ukoll tal-adegwatezza tal-kompetenza esperta tal-persunal tal-korpi li joħorġu ċertifikati għal livelli ta' assigurazzjoni ' għoli'. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tkun tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi pjan ta' mill-inqas ħames snin għar-rieżamijiet bejn il-pari, kif ukoll tistabbilixxi kriterji u metodoloġiji għat-tħaddim tas-sistema ta' rieżami bejn il-pari.

(100)  Mingħajr preġudizzju għall-istabbiliment ta' sistema ġenerali ta' rieżami bejn il-pari fl-awtoritajiet nazzjonali kollha taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fi ħdan il-qafasEwropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, ċerti skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jistgħu jinkludu mekkaniżmu ta' rieżami bejn il-pari għall-korpi li joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà għall-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT f'livell ta' assigurazzjoni 'għoli' taħt skemi bħal dawn. Jenħtieġ li l-ECCG jappoġġa l-implimentazzjoni ta' tali mekkaniżmi ta' rieżami bejn il-pari. Jenħtieġ li r-rieżamijiet bejn il-pari jivvalutaw b'mod partikolari jekk il-korpi kkonċernati jwettqux il-kompiti tagħhom b'mod armonizzat, u jistgħu jinkludu mekkaniżmi ta' appelli. Jenħtieġ li r-riżultati tar-rieżamijiet bejn il-pari jkunu disponibbli għall-pubbliku. Il-korpi kkonċernati jistgħu jadottaw miżuri adatti biex jadattaw il-prattiki u l-għarfien espert tagħhom kif meħtieġ.

(101)  ▌ Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà waħda jew aktar biex jissorveljaw il-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament. Awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista' tkun awtorità eżistenti jew waħda ġdida. Jenħtieġ li Stat Membru jkun jista' wkoll jaħtar, wara li jkun laħaq qbil ma' Stat Membru ieħor, awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà waħda jew aktar fit-territorju ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.

(102)  Jenħtieġ li awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà b'mod partikolari jimmonitorja u tinforza l-obbligi tal-manifatturi jew tal-fornituri tal-prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT li jkunu stabbiliti fit-territorju rispettiv tagħha fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, jenħtieġ li jassistu lill-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni fil-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità billi tipprovdilhom għarfien espert u informazzjoni rilevanti, jenħtieġ li jawtorizzaw lill-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità biex iwettqu l-kompiti tagħhom meta dawn il-korpi jissodisfaw rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u jenħtieġ li jimmonitorjaw żviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ▌. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jittrattaw l-ilmenti mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fir-rigward taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn dawk l-awtoritajiet jew fir-rigward taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità meta tali ċertifikati jindikaw il-livell ta' assigurazzjoni 'għoli', jenħtieġ li jinvestigaw, sa fejn ikun xieraq, is-suġġett tal-ilment u jenħtieġ li jinformaw lill-ilmentatur dwar il-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni f'perijodu raġonevoli. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jikkooperaw ma' awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew awtoritajiet pubbliċi oħra, inkluż permezz tal-qsim tal-informazzjoni dwar in-n-nonkonformità possibbli tal- prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew mal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà speċifiċi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiffaċilita dak il-qsim ta' informazzjoni billi tagħmel disponibbli sistema ġenerali ta' appoġġ għall-informazzjoni elettronika, pereżempju s-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS) u s-Sistema ta' Twissija Rapida għall-prodotti perikolużi li mhumiex tal-ikel (RAPEX), li diġà qegħdin jintużaw mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(103)  Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, jenħtieġ li jiġi stabbilit ECCG li jkun jikkonsisti minn rappreżentanti ta' awtoritajiet nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra. Jenħtieġ li l-kompiti ewlenin tal-ECCG ikunu li jipprovdi pariri u għajnuna lill-Kummissjoni f'ħidmietha lejn l-assigurazzjoni ta' implimentazzjoni u applikazzjoni konsistenti tal-Qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, li jgħin lill-ENISA u li jikkoopera mill-qrib magħha fit-tħejjija ta' skemi kandidati taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, f'każijiet debitament ġutsifikati li jitlob lill-ENISA tħejji skema kandidata, u li jadotta opinjonijiet indirizzati lill-ENISA dwar skemi kandidati u li jadotta opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni dwar il-ġestjoni u r-rieżami ta' skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li diġà jeżistu. Jenħtieġ li l-ECCG jiffaċilita l-iskambju ta' prattiki tajba u għarfien espert bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà varji li jkunu responsabbli għall-awtorizzazzjoni ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-ħruġ ta' ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà.

(104)  Għall-finijiet tas-sensibilizzazzjoni u tiġi ffaċilitata l-aċċettazzjoni ta' skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà futuri, il-Kummissjoni tista' toħroġ linji gwida taċ-ċibersigurtà speċifiċi għas-setturi, per eżempju dwar prattiki tajbin taċ-ċibersigurtà inkella imġiba responsabbli taċ-ċibersigurtà fejn jiġi enfasizzat l-effett pożittiv tal-użu ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT.

(105)  Sabiex jiġi ffaċilitat aktar il-kummerċ, u b'kont meħud tal-fatt li l-katini tal-provvista tal-ICT huma globali, l-Unjoni tista' tikkonkludi ftehimiet ta' rikonoxximent reċiproku dwar ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà f'konformità mal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis pariri mill-ENISA u mill-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, tista' tirrakkomanda l-ftuħ ta' negozjati rilevanti. Jenħtieġ li kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tipprevedi kondizzjonijiet speċifiċi għal tali ftehimiet tar-rikonoxximent reċiproku ma' pajjiżi terzi.

(106)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23).

(107)  Il-proċedura ta' eżami jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni dwar skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għal prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT, għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni dwar arranġamenti għat-twettiq ta' inkjesti mill-ENISA, għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni dwar pjan għar-rieżami bejn il-pari ta' awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, kif ukoll għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi, il-formati u l-proċeduri ta' notifika tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità akkreditati mill-awtoritajiet nazzjonali ▌ responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà lill-Kummissjoni.

(108)  L-attivitajiet tal-ENISA jenħtieġ li jkunu soġġetti għal evalwazzjoni regolari u indipendenti. Dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tqis l-objettivi tal-ENISA , il-prattiki tax-xogħol tagħha u r-rilevanza tal-kompiti tagħha, b'mod partikolari l-kompiti tagħha relatati mal-kooperazzjoni operazzjonali fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tivvaluta wkoll l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Fil-każ ta' rieżami, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa kif ir-rwol tal-ENISA bħala punt ta' referenza għal pariri u għarfien espert jista' jiġi msaħħaħ u jenħtieġ li tevalwa l-possibbiltà ta' rwol għall-ENISA li tappoġġa l-valutazzjoni tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICTta' pajjiżi terzi li ma jikkonformawx mar-regoli tal-Unjoni, meta tali prodotti, servizzi u proċessi jidħlu fl-Unjoni..

(109)  Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(110)  Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 526/2013 jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern bl-intensjoni li jinkiseb livell għoli ta' ċibersigurtà, ta' reżiljenza ċibernetika u ta' fiduċja fl-Unjoni, dan ir-Regolament jistabbilixxi:

(a)  l-objettivi, il-kompiti u kwistjonijiet organizzattivi relatati mal-ENISA (l-Aġenzija tal-▌Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà),; u

(b)  qafas għall-istabbiliment ta' skemi Ewropej ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà bil-għan li jiġi żgurat livell adegwat ta' ċibersigurtà għall-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT fl-Unjoni, kif ukoll bil-għan li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern fir-rigward ta' skemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni.

Il-qafas imsemmi fil-punt (b)tal-ewwel sub-paragrafu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi f'atti legali oħra tal-Unjoni li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni volontarja jew obbligatorja ▌.

2.  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward ta' attivitajiet li jirrigwardaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-attivitajiet tal-Istat fl-oqsma tad-dritt kriminali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "ċibersigurtà" tfisser l-attivitajiet meħtieġa biex jiġu mħarsa n-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti ta' tali sistemi, u persuni oħra milquta minn theddid ċibernetiku;

(2)  "netwerk u sistema tal-informazzjoni" tfisser netwerk u sistema tal-informazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;

(3)  "strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni" tfisser strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;

(4)  "operatur ta' servizzi essenzjali" tfisser operatur ta' servizzi essenzjali kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;

(5)  "fornitur ta' servizz diġitali" tfisser ▌ fornitur ta' servizz diġitali kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;

(6)  "inċident" tfisser inċident kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;

(7)  "l-indirizzar ta' inċident" tfisser l-indirizzar ta' inċident kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/1148;

(8)  "theddida ċibernetika" tfisser kwalunkwe ċirkostanza, avveniment jew azzjoni potenzjali ▌li tista' tkun ta' ħsara għal, tfixkel jew b'xi mod ieħor ikollha impatt negattiv fuq in-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti ta' tali sistemi u persuni oħra;

(9)  "skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà" tfisser sett komprensiv ta' regoli, rekwiżiti tekniċi, standards u proċeduri, li huma stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, u li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni jew il-valutazzjoni tal-konformità ta' prodotti ICT▌, servizzi ICT u proċessi tal-ICT speċifiċi;

(10)  "skema nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà" tfisser sett komprensiv ta' regoli, rekwiżiti tekniċi, standards u proċeduri żviluppati u adottati minn awtorità pubblika nazzjonali u li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni jew għall-valutazzjoni tal-konformità ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema speċifika;

(11)  "ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà" tfisser dokument li jinħareġ minn korp rilevanti, li jiddikjara li prodott ICT▌, servizz ICT jew proċess tal-ICT partikolari jkun ġie evalwat għall-konformità ma' rekwiżiti ta' sigurtà speċifiċi stabbiliti fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(12)  "prodott tal-ICT ▌ tfisser element jew grupp ta' elementi ta' netwerk jew sistema tal-informazzjoni;

(13a)  "servizz tal-ICT" tfisser servizz li jikkonsisti b'mod sħiħ jew prinċipalment mit-trasmissjoni, il-ħżin, il-ġbir jew l-ipproċessar ta' informazzjoni permezz ta' netwerks u sistemi tal-informazzjoni;

(14)  "proċess tal-ICT" tfisser sett ta' attivitajiet imwettqa biex jiġi ddiżinjat, żviluppat, fornut jew sostnut prodott ICT jew servizz tal-ICT;

(15)  "akkreditazzjoni" tfisser akkreditazzjoni kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(16)  "korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni" tfisser korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(17)  "valutazzjoni tal-konformità" tfisser valutazzjoni tal-konformità kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(18)  "korp ta' valutazzjoni tal-konformità" tfisser korp ta' valutazzjoni tal-konformità kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(19)  "standard" tfisser standard kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(20)  "speċifikazzjoni teknika" tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn, jew proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità ma', prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT;

(21)  "livell ta' assigurazzjoni" tfisser bażi għall-fiduċja li prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT jissodisfa r-rekwiżiti ta' sigurtà ta' skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà speċifika, jindika l-livell li fih prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT ikun ġie evalwat iżda fil-fatt ma jkejjilx is-sigurtà tal-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT kkonċernat.

(22)  "awtovalutazzjoni tal-konformità" tfisser azzjoni mwettqa minn manifattur jew fornitur ta', prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT, li tevalwa jekk dawk il-prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà speċifika.

TITOLU II

ENISA -( l-"Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà")

KAPITOLU I

MANDAT U OBJETTIVI

Artikolu 3

Mandat

1.  L-ENISA għandha twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament bil-fini li tikseb livell komuni għoli ta' ċibersigurtà fl-Unjoni kollha, inkluż billi tappoġġa b'mod attiv lill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex itejbu ċ-ċibersigurtà. L-ENISA għandha taġixxi bħala punt ta' referenza għal pariri u għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kif ukoll għal partijiet ikkonċernati rilevanti oħra tal-Unjoni.

L- ENISA għandha tagħti kontribut biex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq intern billi twettaq il-kompiti mogħti lilha skont dan ir-Regolament.

2.  L-ENISA għandha twettaq il-kompiti assenjati lilha permezz ta' atti legali tal-Unjoni li jistabbilixxu miżuri għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri marbuta maċ-ċibersigurtà.

3.  Meta twettaq il-kompiti tagħha, l-ENISA għandha taġixxi b'mod indipendenti filwaqt li tevita d-duplikazzjoni ta' attivitajiet tal-Istati Membri u b'konsiderazzjoni tal-għarfien espert diġà eżistenti tal-Istati Membri.

4.  L-ENISA għandha tiżviluppa r-riżorsi tagħha stess, inkluż kapaċitajiet u ħiliet tekniċi u umani, meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha b''dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Objettivi

1.  L-ENISA għandha topera bħala ċentru tal-għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà minħabba l-indipendenza tagħha, il-kwalità teknika u xjentifika tal-konsulenza li toffri, l-informazzjoni li tipprovdi, it-trasparenza tal-proċeduri tal-operat tagħha, il-metodi tal-operat, u r-reqqa tagħha fit-twettiq tal-kompiti tagħha.

2.  L- ENISA għandha tgħin lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-Unjoni marbuta maċ-ċibersigurtà, inkluż politiki settorjali dwar iċ-ċibersigurtà.

3.  L- ENISA għandha tappoġġa l-bini tal-kapaċitajiet u l-istat ta' tħejjija madwar l-Unjoni, billi tgħin lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati,biex itejbu l-protezzjoni tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom, biex jiżviluppaw u jtejbu r-reżiljenza ċibernetika u l-kapaċitajiet ta' rispons, u biex jiżviluppaw ħiliet u kompetenzi fil-qasam taċ-ċibersigurtà ▌.

4.  L-ENISA għandha tippromwovi l-kooperazzjoni inkluż il-kondiviżjoni ta' informazzjoni u l-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni fost l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u partijiet ikkonċernati rilevanti privati u pubbliċi ▌ fi kwistjonijiet marbuta maċ-ċibersigurtà.

5.  L- ENISA għandha tikkontribwixxi biex jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu appoġġati l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-prevenzjoni ta' u r-rispons għal ta' theddid ċibernetiku, b'mod partikolari fil-każ ta' inċidenti transfruntiera.

6.  L- ENISA għandha tippromwovi l-użu taċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà, bil-ħsieb li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern. L- ENISA għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment u ż-żamma ta' qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont it-Titolu III ta' dan ir-Regolament, bil-għan li ttejjeb it-trasparenza taċ-ċibersigurtà tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT, u b'hekk issaħħaħ il-fiduċja fis-suq intern diġitali u l-kompetittività tiegħu.

7.  L- ENISA għandha tippromwovi livell għoli ta' għarfien dwar iċ-ċibersigurtà, inkluż l-iġjene ċibernetika u l-litteriżmu ċibernetiku fost iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji.

KAPITOLU II

KOMPITI

Artikolu 5

Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika u l-liġi tal-Unjoni

L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-liġi tal-Unjoni, billi:

(1)  tassisti u tagħti pariri dwar l-iżvilupp u r-rieżami tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam ta-ċibersigurtà, u dwar inizjattivi ta' politika u tal-liġi speċifiċi għas-settur fejn ikunu involuti, b'mod partikolari billi tipprovdi l-opinjoni u l-analiżi indipendenti tagħha kif ukoll billi twettaq xogħol preparatorju;

2.  tassiti lill-Istati Membri jimplimentaw il-politika u l-liġi tal-Unjoni fir-rigward taċ-ċibersigurtà b'mod konsistenti, b'mod partikolari fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2016/1148, inkluż permezz tal-ħruġ ta' opinjonijiet, linji gwida, l-għoti ta' pariri u l-aħjar prattiki dwar suġġetti bħalma huma l-ġestjoni tar-riskju, ir-rappurtar tal-inċidenti u l-qsim tal-informazzjoni, kif ukoll permezz tal-faċilitazzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti f'dak ir-rigward;

3.  tassisti lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji fl-iżvilupp u l-promozzjoni ta' politiki dwar iċ-ċibersigurtà li jappoġġaw id-disponibbiltà jew l-integrità ġenerali tal-qalba essenzjali pubblika tal-internet miftuħ;

4.  tikkontribwixxi għax-xogħol tal-Grupp ta' kooperazzjoni skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/1148, billi tipprovdi l-għarfien espert u l-għajnuna tagħha;

5.  tappoġġa:

(a)  l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-identità elettronika u s-servizzi fiduċjarji, b'mod partikolari billi tipprovdi pariri u toħroġ linji gwida tekniċi, kif ukoll billitiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(b)  il-promozzjoni ta' livell imtejjeb tas-sigurtà tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, anke billi tipprovdi pariri u għarfien espert, kif ukoll billi tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiċi bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(c)  l lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' aspetti speċifiċi marbutin maċ-ċibersigurtà tal-politika u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, inkluż billi tipprovdi pariri lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.

6.  l-appoġġ tar-rieżami regolari tal-attivitajiet ta' politika tal-Unjoni billi tipprepara rapport annwali dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-qafas legali rispettiv fi-rigward ta':

(a)  informazzjoni dwar in-notifiki tal-inċidenti mill-Istati Membri kif provduti mill-punti uniċi ta' kuntatt lill-Grupp ta' kooperazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2016/1148;

(b)  taqsiriet tan-notifiki dwar vjolazzjonijiet tas-sigurtà jew nuqqas ta' integrità riċevuti minn fornituri ta' servizzi ta' fiduċja pprovduti mill-korpi superviżorji lill-ENISA , skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 910/2014tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24);

(c)  notifiki ta' ▌ inċidenti tas-sigurtà trasmessi mill-fornituri ta'netwerks ta' komunikazzjoni elettronika pubbliċi jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti lill-ENISA, skont l-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.

Artikolu 6

▌Bini ta' kapaċitajiet

1.  L-ENISA għandha tassisti:

(a)  lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-prevenzjoni, l-kxif u l-analiżi u l-kapaċità li jirrispondu għat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi billi tipprovdilhom l-għarfien u l-pariri esperti meħtieġa;

(b)  lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex jistabbilixxu u jimplimentaw politiki ta' divulgazzjoni tal-vulnerabbiltajiet fuq bażi volontarja;

(c)  lill-istituzzjonijiet, ▌ il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-prevenzjoni, il-kxif u l-analiżi ta' theddid u inċidenti ċibernetiċi u biex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom li jirrispondu għal tali theddid u inċidenti ċibernetiċi, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ xieraq għas-CERT-EU;

(d)  lill-Istati Membrifl-iżvilupp tal-CSIRTs nazzjonali, fejn mitluba skont l-Artikolu 9(5) tad-Direttiva (UE) 2016/1148;

(e)  lill-Istati Membrifl-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni, fejn mitluba skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 u tippromwovi t-tixrid ta' dawk l-istrateġiji u tieħu nota tal-progress tagħhom fl-implimentazzjoni tagħhom fl-Unjoni kollha sabiex tippromwovi l-aqwa prattiki;

(f)  lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-iżvilupp u r-rieżami tal-istrateġiji tal-Unjoni rigward iċ-ċibersigurtà, il-promozzjoni tat-tixrid tagħhom u s-segwitu fl-implimentazzjoni tagħhom;

(g)  lis-CSIRTs nazzjonali u tal-Unjoni biex itejbu l-livell tal-kapaċitajiet tagħhom, inkluż permezz tal-promozzjoni tad-djalogu u l-iskambji tal-informazzjoni, bil-għan li jiġi żgurat li, fir-rigward tal-ogħla livell tal-iżvilupp tekniku, kull CSIRT tippossjedi sett komuni ta' kapaċitajiet minimi u li topera skont l-aħjar prattiki;

(h)  l-Istati Membri billi torganizza regolarment l-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 7(5) tal-inqas kull sentejn u billi tagħmel rakkomandazzjonijiet ta' politika abbażi tal-proċess ta' evalwazzjoni tal-eżerċizzji u t-tagħlimiet miksuba minnhom;

(i)  lill-korpi ta' politika rilevanti billi toffrilhom taħriġ rigward iċ-ċibersigurtà, fejn xieraq f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati;

(j)  lill-Grupp ta' Kooperazzjoni, fl-iskambju ▌tal-aħjar prattiki, b'mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni mill-Istati Membri tal-operaturi ta' servizzi essenzjali, skont il-punt (1) tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 ukoll fir-rigward ta' dipendenzi transfruntiera fir-rigward ta' riskji u inċidenti.

2.  L-ENISA għandha tappoġġa l-kondiviżjoni ta' informazzjoni fis-setturi u bejniethom, b'mod partikolari fis-setturi elenkati fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/1148, billi tipprovdi l-aħjar prattiki u gwida dwar l-għodod disponibbli, il-proċeduri, kif ukoll dwar kif għandhom jiġu indirizzati kwistjonijiet regolatorji marbuta mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

Artikolu 7

Kooperazzjoni ▌operazzjonali fil-livell tal-Unjoni

1.  L-ENISA għandha tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, u bejn il-partijiet ikkonċernati.

2.  L-ENISA għandha tikkoopera fil-livell operazzjonali u tistabbilixxi sinerġiji mal-istituzzjonijiet,▌ il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, inkluż is-CERT-UE, ma' dawk is-servizzi involuti fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u mal-awtoritajiet superviżorji li jittrattaw il-ħarsien tal-privatezza u tad-data personali, bil-għan li jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' interess komuni, inkluż permezz ta'::

(a)  l-iskambju tal-għarfien espert u l-aħjar prattiki;

(b)  il-forniment ta' pariri u l-ħruġ ta' linji gwida dwar kwistjonijiet rilevanti marbuta maċ-ċibersigurtà;

(c)  l-istabbiliment ta' arranġamenti prattiċi għall-eżekuzzjoni ta' kompiti speċifiċi, wara li tikkonsulta l-Kummissjoni.

3.  L-ENISA għandha tipprovdi lis-Segretarjat tan-netwerk tas-CSIRTs, skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 u f'dik il-kapaċità għandha tappoġġa b'mod attiv il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost il-membri tagħha.

4.  L-ENISA għandha tappoġġa lill-Istati Membri fir-rigward tal-kooperazzjoni operazzjonali fi ħdan in-netwerk tas-CSIRTs ▌billi:

(a)  tagħti pariri dwar kif jistgħu itejbu l-kapaċitajiet tagħhom għall-prevenzjoni u l-kxif ta' inċidenti kif ukoll għar-rispons għalihom u, fuq talba ta' Stat Membru wieħed jew aktar, tagħti pariri fir-rigward ta' theddida ċibernetika speċifika;

(b)  ▌ tassisti, fuq talba ta' Stat Membru wieħed jew aktar, fil-valutazzjoni ta' inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti jew sostanzjali, permezz tal-provvista ta' għarfien espert u tiffaċilita l-ġestjoni teknika ta' inċidenti bħal dawn inkluż b'mod partikolari billi tappoġġa l-kondiviżjoni volontarja ta' informazzjoni rilevanti u soluzzjonijiet tekniċi bejn l-Istati Membri;

(c)  tanalizza vulnerabbiltajiet ▌ u inċidenti abbażi ta' informazzjoni disponibbli pubblikament jew informazzjoni pprovduta volontarjament mill-Istati Membri għal dak il-għan; u

(d)  fuq talba ta' Stat Membru wieħed jew aktar, tipprovdi appoġġ fir-rigward ta' inkjesti tekniċi ex post fir-rigward ta' inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti jew sostanzjali fit-tifsira tad-Direttiva (UE) 2016/1148.

Fit-twettiq ta' dawk il-kompiti, l-ENISA u s-CERT-UE għandhom ikunu involuti f'kooperazzjoni strutturata biex jibbenefikaw mis-sinerġiji ubiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet.

5.  L-ENISA għandha torganizza regolarment eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni, u għandha tappoġġa lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fl-organizzazzjoni tal-eżerċizzji ta' ċibersigurtà fuq talba/iet tagħhom. Dawn l-eżerċizzji ta' ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni jistgħu jinkludu elementi tekniċi, operazzjonali jew strateġiċi. Darba kull sentejn, l-ENISA għandha torganizza eżerċizzju komprensiv fuq skala kbira.

Fejn ikun xieraq, l-ENISA għandha tikkontribwixxi wkoll għal eżerċizzji settorjali taċ-ċibersigurtà u tgħin fl-organizzazzjoni tagħhom flimkien ma' organizzazzjonijiet rilevanti li jieħdu sehem ukoll f'eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni.

6.  L-ENISA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tħejji Rapport Tekniku regolari dettaljat dwar is-Sitwazzjoni taċ-Ċibersigurtà fl-UE rigward inċidenti u theddid ċibernetiku bbażat fuq informazzjoni disponibbli pubblikament, l-analiżi tagħha u r-rapporti kondiviżi minn, fost l-oħrajn, is-CSIRTs tal-Istati Membri ▌ jew il-punti uniċi ta' kuntatt stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2016/1148, it-tnejn fuq bażi volontarja,l-EC3 ,u s-CERT-UE.

7.  L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' rispons kooperattiv, fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, għal inċidenti jew kriżijiet taċ-ċibersigurtà transfruntiera fuq skala kbira, l-aktar billi:

(a)  tiġbor flimkien u tanalizza r-rapporti minn sorsi nazzjonali li jkunu fl-isfera pubblika jew kondiviżi fuq bażi volontarja bil-għan li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' għarfien komuni tas-sitwazzjoni;

(b)  tiżgura l-fluss effiċjenti tal-informazzjoni u l-forniment tal-mekkaniżmi ta' eskalazzjoni bejn in-Netwerk tas-CSIRTs u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tekniċi u politiċi fil-livell tal-Unjoni;

(c)  fuq talba, tiffaċilita, l-indirizzar tekniku ta' inċidenti jew kriżijiet bħal dawn, inkluż, b'mod partikolari, billi tappoġġa l-kondiviżjoni volontarja ta' soluzzjonijiet tekniċi bejn l-Istati Membri;

(d)  tappoġġa lill-istituzzjonijiet il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u, fuq talba tagħhom, lill-Istati Membri, fil-komunikazzjoni pubblika relatata ma' tali inċidenti jew kriżijiet;

(e)  tittestja l-pjanijiet ta' kooperazzjoni għar-rispons għal inċidenti jew kriżijiet bħal dawn fil-livell tal-Unjoni, fuq talba tagħhom stess, tappoġġa lill-Istati Membri jittestjaw dawn il-pjanijiet fil-livell nazzjonali.

Artikolu 8

Suq, ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u standardizzazzjoni

1.  L-ENISA għandha tappoġġa u tippromwovi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-unjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti ICT▌, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT fir-rigward taċ-ċibersigurtà, kif stabbilit fit-Titolu III ta' dan ir-Regolament, billi:

(▌a) tissorvelja l-iżviluppi, fuq bażi kontinwa, f'oqsma relatati ta' standardizzazzjoni u tirrakkomanda speċifikazzjonijiet tekniċi adatti biex jintużaw fl-iżvilupp tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont il-punt (c) tal-Artikolu 54(1) fejn ma jkunx hemm standards disponibbli;

(b)  tħejji skemi kandidati Ewropej għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ('skemi kandidati') ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICTskont l-Artikolu 49;

(c)  tevalwa l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati f'konformità mal-Artikolu 49(8).

(d). tieħu sehem f'rieżamijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 59(4);

(e)  tassisti lill-Kummissjoni billi tipprovdi s-segretarjat lill-ECCG skont l-Artikolu 62(5).

2.  L-ENISA għandha tipprovdi s-segretarjat tal-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà skont l-Artikolu 202(4).

3.  L-ENISA għandha tikkompila u tippubblika linji gwida kif ukoll tiżviluppa prattiki tajbin, fir-rigward tar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà ta' prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-industrija fi proċess formali, strutturat u trasparenti.

4.  L-ENISA għandha tikkontribwixxi għal tisħiħ tal-kapaċitajiet relatati mal-proċessi ta' evalwazzjoni u ċertifikazzjoni billi tikkompila u toħroġ linji gwida kif ukoll tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fuq talba min-naħa tagħhom.

5.  L-ENISA għandha tiffaċilita l-istabbiliment u l-użu ta' standards Ewropej u internazzjonali għall-ġestjoni tar-riskji u għas-sigurtà tal-proċessi ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT ▌.

6.   L-ENISA għandha tħejji, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-industrija, pariri u linji gwida rigward l-oqsma tekniċi marbuta mar-rekwiżiti tas-sigurtà għall-operaturi ta' servizzi essenzjali u għall-fornituri tas-servizzi diġitali, kif ukoll rigward standards li diġà jeżistu, inkluż standards nazzjonali tal-Istati Membri skont l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva (UE) 2016/1148.

7.  L-ENISA għandha twettaq analiżijiet regolari u xxerridhom rigward ix-xejriet ewlenin fis-suq taċ-ċibersigurtà, kemm min-naħa tad-domanda kif ukoll min-naħa tal-provvista, bil-għan li ssir promozzjoni tas-suq taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni.

Artikolu 9

Għarfien u informazzjoni

L-ENISA għandha:

(a)  twettaq analiżijiet tat-teknoloġiji emerġenti u tipprovdi valutazzjonijiet speċifiċi skont is-suġġett dwar l-impatt mistenni mil-lat soċjetali, legali, ekonomiku u regolatorju tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi fuq iċ-ċibersigurtà;

(b)  twettaq analiżijiet strateġiċi fit-tul dwar it-theddid u l-inċidenti taċ-ċibernetika biex jiġu identifikati x-xejriet emerġenti u tgħin biex jiġu evitati ▌l-inċidenti ;

(c)  f'kooperazzjoni mal-esperti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati rilevanti, tipprovdi pariri, gwida u l-aħjar prattiki għas-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni, b'mod partikolari għas-sigurtà tal-infrastrutturi li jappoġġaw is-setturi elenkati fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/1148 u dawk li jintużaw mill-fornituri tas-servizzi diġitali elenkati fl-Anness III għal dik id-Direttiva;

(d)  permezz ta' portall apposta, tikkondividi, torganizza u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà, pprovduta mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà pprovduta fuq bażi volontarja mill-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati;

(e)  tiġbor u tanalizza informazzjoni disponibbli pubblikament rigward inċidenti sinifikanti u tikkompila rapporti bil-għan li tipprovdi gwidaliċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji madwar l-Unjoni.

Artikolu 10

Sensibilizzazzjoni u edukazzjoni

L-ENISA għandha:

(a)  tikkontribwixxi għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà u tipprovdi gwida dwar prattiki tajba għall-utenti individwali mmirata lejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji, inkluż dwar l-iġjene ċibernetika u l-litteriżmu ċibernetiku;

(b)  f'kooperazzjoni mal-Istati Membri ▌, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-▌aġenziji tal-Unjoni u l-industrija, torganizza kampanji regolari ta' sensibilizzazzjoni biex ittejjeb iċ-ċibersigurtà u l-viżibbiltà tagħha fl-Unjoni u tinkoraġġixxi dibattitu pubbliku wiesa';

(c)  tassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta' sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u l-promozzjoni tal-edukazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà;

(d)  tappoġġa koordinazzjoni eqreb u skambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri dwar is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u.

Artikolu 11

Riċerka u innovazzjoni

Fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-ENISA għandha:

(a)  tagħti pariri lil l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u lill-Istati Membri rigward il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tar-riċerka fil-qasam taċ-ċibersigurtà, bil-għan li jiġu ffaċilitati risponsi effettivi għal riskji u theddid ċibernetiċi kurrenti u emerġenti, anke fir-rigward ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni ġodda u emerġenti, u bil-għan li teknoloġiji għall-prevenzjoni tar-riskji jintużaw b'mod effettiv;

(b)  fejn tkun ingħatat is-setgħat rilevanti mill-Kummissjoni, tieħu sehem fil-fażi ta' implimentazzjoni ta' programmi ta' finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni, inkella bħala benefiċjarju;

(c)  tikkontribwixxi għall-aġenda strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà.

Artikolu 12

Kooperazzjoni internazzjonali

L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni biex tikkoopera ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll fi ħdan oqfsa rilevanti ta' kooperazzjoni internazzjonali biex tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet marbuta maċ-ċibersigurtà, billi:

(a)  fejn xieraq, tkun involuta bħala osservatur fl-organizzazzjoni ta' eżerċizzji internazzjonali, u tanalizza l-eżitu ta' dawn l-eżerċizzji u tirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija dwar dan;

(b)  fuq talba mill-Kummissjoni, tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki ▌;

(c)  fuq talba mill-Kummissjoni, tipprovdilha għarfien espert;

(d)  tagħti pariri u appoġġ lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw ftehimiet għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati taċ-ċibersigurtà ma' pajjiżi terzi, f'kollaborazzjoni mal-ECCG stabbilit skont l-Artikolu 62,.

KAPITOLU III

ORGANIZZAZZJONI TAL-ENISA

Artikolu 13

Struttura ta’ ENISA

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-ENISA għandha tkun magħmula minn dawn li ġejjin:

(a)  Bord ta' Tmexxija;

(b)  Bord Eżekuttiv;

(c)  Direttur Eżekuttiv;

(d)  Grupp Konsultattiv tal-ENISA;

(e)  Netwerk ta' Uffiċjali ta' Kollegament Nazzjonali.

TAQSIMA 1

BORD TA' TMEXXIJA

Artikolu 14

Kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija

1.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn membru wieħed minn kull Stat Membru, u żewġ membri maħtura mill-Kummissjoni. Il-membri kollha għandu jkollhom id-dritt li jivvutaw..

2.  Kull membru tal-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu sostitut. Dak is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru fin-nuqqas tal-membru.

3.  Il-membri tal-Bord Tmexxija u s-supplenti tagħhom għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien tagħhom fil-qasam taċ-ċibersigurtà, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti tagħhom. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi biex jillimitaw ir-rata ta' sostituzzjoni tar-rappreżentanti rispettivi tagħhom fuq il-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tal-Bord ta' Tmexxija. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiksbu bilanċ bejn il-ġeneri fuq il-Bord ta' Tmexxija.

4.  Il-mandat tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija u s-supplenti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun tali li jista' jiġi mġedded.

Artikolu 15

Funzjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija

1.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu:

(a)  jistabbilixxi d-direzzjoni ġenerali tal-operat tal-ENISA u jiżgura li l-ENISA topera f'konformità mar-regoli u l-prinċipji stipulati f'dan ir-Regolament. Għandu jiżgura wkoll il-konsistenza tal-ħidma tal-ENISA ma' attivitajiet immexxija mill-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-Unjoni;

(b)  jadotta l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni tal-ENISA msemmi fl-Artikolu 21, qabel ma dan jitressaq quddiem il-Kummissjoni għal opinjoni;

(c)  jadotta d-dokument uniku tal-programmazzjoni tal-ENISA, , b'kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni;

(d)  jissorvelja l-programmazzjoni pluriennali u annwali inkluż fid-dokument uniku tal-programmazzjoni;

(e)  jadotta l-baġit annwali tal-ENISA u jeżerċita funzjonijiet oħra marbuta mal-baġit tal-ENISA b'konformità mal-Kapitolu IV;

(f)  jivvaluta u jadotta r-rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-ENISA, jinkludi l-kontabbilità u deskrizzjoni ta' kif l-ENISA laħqet l-indikaturi tal-prestazzjoni tagħha, jissottometti kemm ir-rapport annwali kif ukoll il-valutazzjoni ta' dan sal-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u li jagħmel ir-rapport annwali pubbliku;

(g)  jadotta r-regoli finanzjarji li japplikaw għall-ENISA f'konformità mal-Artikolu 32;

(h)  jadotta strateġija kontra l-frodi li tkun proporzjonata għar-riskji ta' frodi fid-dawl ta' analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

(i)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

(j)  jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u d-diversi rapporti u evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni;

(k)  jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, inkluż regoli għal deċiżjonijiet proviżorji dwar id-delega ta' kompiti speċifiċi, skont l-Artikolu 19(7);

(l)  fir-rigward tal-persunal tal-ENISA, jeżerċita s-setgħat ikkonferiti mir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali ( ir-'Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali') u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea (il-'kondizzjonijiet ta' impjieg ta' aġenti oħra'), stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68(25) l-Awtorità tal-Ħatra u fuq l-Awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratt ta' impjieg ("setgħat tal-awtorità tal-ħatra") f'konformità mal-paragrafu 2;

(m)  jadotta regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' aġenti oħra f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali;

(n)  jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u fejn xieraq, jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih f'konformità mal-Artikolu 36;

(o)  jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà, li jista' jkun l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu;

(p)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-ENISA u, fejn meħtieġ il-modifika ta' dawk l-istrutturi interni, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-attivitajiet tal-ENISA u filwaqt li jqis il-prinċipji tal-ġestjoni baġitarja soda;

(q)  jawtorizza l-istabbiliment ta' arranġamenti tax-xogħol fir-rigward tal-Artikolu 7;

(r)  jawtorizza l-istabbiliment jew il-konklużjoni ta' arranġamenti tax-xogħol f'konformità mal-Artikolu 42

2.  F'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Uffiċjali, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet ta' impjieg ta' aġenti oħra, li biha jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u li fiha jiddetermina l-kondizzjonijiet li bihom tkun tista' tiġi sospiża dik id-delega tas-setgħat. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jissottodelega dawk is-setgħat.

3.  Meta jkun meħtieġ minn ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord ta' Tmexxija jista' jadotta deċiżjoni biex jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv u kwalunkwe setgħa tal-awtorità tal-ħatra li tkun ġiet sottodelegata mid-Direttur Eżekuttiv u minflok jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mha jkunx id-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 16

President tal-Bord ta' Tmexxija

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi l-President tiegħu u l-Viċi President tiegħu minn fost il-membri tiegħu, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri. Il-mandati tagħhom għandhom ikunu ta' erba' snin, li għandu jkun jista' jiġġedded darba. Jekk, madankollu, is-sħubija tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi awtomatikament f'dik id-data. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi lill-President ex officio jekk il-President ma jkunx jista' jwettaq id-doveri tiegħu.

Artikolu 17

Laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija

1.  Il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

2.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jorganizza tal-anqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Għandu jkollu wkoll laqgħat straordinarji fuq talba mill-President tiegħu, fuq talba mill-Kummissjoni, jew fuq talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot.

4.  Il-membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija fuq stedina tal-President, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.

5.  Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija u s-supplenti tagħhom jistgħu ikunu assistiti fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija minn konsulenti jew esperti, soġġett għar-regoli tal-proċedura tal-Bord ta' Tmexxija.

6.  L-ENISA għandha tipprovdi s-segretarjat tal-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 18

Regoli tal-votazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija

1.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza tal-membri.

2.  Maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandha tkun meħtieġa għall-adozzjoni tad-dokument uniku ta' programmar u tal-baġit annwali, għall-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew għat-tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv.

3.  Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta' wieħed mill-membri, is-supplenti tiegħu għandhom ikunu intitolati jeżerċitaw id-dritt tal-membru li jivvota.

4.  Il-President tal-Bord ta' Tmexxija ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.

6.  Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' votazzjoni aktar dettaljati b'mod partikolari ċ-ċirkostanzi li fihom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor.

TAQSIMA 2

BORD EŻEKUTTIV

Artikolu 19

Bord Eżekuttiv

1.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv.

2.  Il-Bord Eżekuttiv għandu:

(a)  iħejji d-deċiżjonijiet li jridu jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija;

(b)  flimkien mal-Bord ta' Tmexxija, jiżgura s-segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet tal-OLAF u d-diversi rapporti u evalwazzjonijiet interni jew esterni tal-awditjar;

(c)  mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv stabbiliti fl-Artikolu 20, jgħin u jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija fuq il-kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji skont l-Artikolu 20.

3.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn ħames membri. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jiġu maħtura fost il-membri tal-Bord ta' Tmexxija. Wieħed mill-membri għandu jkun il-President tal-Bord ta' Tmexxija, li jista' wkoll jippresiedi l-Bord Eżekuttiv, u ieħor għandu jkun wieħed mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni.. Il-mira tal-ħatriet tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandha tkun li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri fil-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot.

4.  Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun tali li jista' jiġi mġedded.

5.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' mill-inqas darba kull tliet xhur. Il-President tal-Bord Eżekuttiv għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq talba tal-membri tiegħu.

6.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tal-Bord Eżekuttiv.

7.  Meta jkun meħtieġ, minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji f'isem il-Bord ta' Tmexxija, b'mod partikolari dwar kwistjonijiet ta' ġestjoni amministrattiva, inkluż is-sospensjoni tad-delega tas-setgħat ta' awtorità tal-ħatra u kwistjonijiet baġitarji. Kwalunkwe deċiżjonijiet proviżorji ta' dan it-tip għandhom jiġu notifikati lill-Bord ta' Tmexxija mingħajr dewmien żejjed. Il-Bord ta' tmexxija għandu mbagħad jiddeċiedi japprovax jew jiċħadx id-deċiżjoni proviżorja mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni. Il-Bord Eżekuttiv ma għandux jieħu deċiżjonijiet f'isem il-Bord ta' Tmexxija li jeħtieġu l-approvazzjoni ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija..

TAQSIMA 3

DIRETTUR EŻEKUTTIV

Artikolu 20

Dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.  L-ENISA għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord ta' Tmexxija.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat rapport lill-Parlament Ewropew dwar il-qadi ta' dmirijietu meta jintalab jagħmel dan. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jibgħatlu rapport dwar il-qadi ta' dmirijietu.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli li:

(a)  iwettaq l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-ENIS;

(b)  jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta' Tmexxija;

(c)  iħejji l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni qabel ma jippreżentah lill-Kummissjoni;

(d)  jimplimenta d-dokument uniku tal-programmazzjoni u jirrapporta dwaru lill-Bord ta' Tmexxija;

(e)  iħejji r-rapport annwali kkonsolidat dwar l-attivitajiet tal-ENISA inkluż l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-ENISA, u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-valutazzjoni u l-adozzjoni;

(f)  iħejji pjan ta' azzjoni li jimxi mal-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u rappurtar dwar il-progress kull sentejn lill-Kummissjoni;

(g)  iħejji pjan ta' azzjoni li jimxi fuq il-konklużjonijiet ta' rapporti ta' awditjar intern jew estern, kif ukoll fuq investigazzjonijiet mill-OLAF u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lil-Kummissjoni kif ukoll regolarment lill-Bord ta' Tmexxija;

(h)  iħejji l-abbozz ta' regoli finanzjarji li japplikaw għall-ENISA kif msemmija fl-Artikolu 32;

(i)  iħejji l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-ENISA u jimplimenta l-baġit tagħha;

(j)  jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' verifiki effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, permezz ta' pieni amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonali u dissważivi;

(k)  iħejji strateġija kontra l-frodi għall-ENISA u jippreżentaha lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni;

(l)  jiżviluppa u jżomm kuntatt mal-komunità kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi biex jiżgura djalogu regolari mal-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(m)  jiskambja fehmiet u informazzjoni b'mod regolari mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom relatati maċ-ċibersigurtà biex tiġi żgurata l-koerenza fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni;

(n)  iwettaq kompiti oħrajn assenjati lid-Direttur Eżekuttiv b'dan ir-Regolament.

4.  Fejn meħtieġ, u fi ħdan l-objettivi u l-kompiti tal-ENISA, id-Direttur Eżekuttiv jista' jwaqqaf gruppi ta' ħidma ad hoc magħmulin minn esperti, fosthom esperti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħarraf dan lill-Bord ta' Tmexxija bil-quddiem. Il-proċeduri, b'mod partikolari, dwar il-kompożizzjoni tal-gruppi ta' ħidma, il-ħatra tal-esperti fil-gruppi ta' ħidma mid-Direttur Eżekuttiv u t-tħaddim tal-gruppi ta' ħidma għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni tat-tħaddim tal-ENISA.

5.  Fejn meħtieġ, bil-għan li l-kompiti tal-ENISA jitwettqu b'mod effiċjenti u effettiv u abbażi ta' analiżi adatta tal-kostijiet u l-benefiċċji, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali wieħed jew aktar fi Stat Membru wieħed jew aktar. Qabel ma jiddeċiedi jekk għandux jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur Eżekuttivi għandu jitlob l-opinjoni tal-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-Istat Membru li fih tkun tinstab is-sede tal-ENISA, u għandu jikseb il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni u tal-Bord ta' Tmexxija. F'każijiet ta' nuqqas ta' qbil matul il-proċess ta' konsultazzjoni bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-Istati Membri kkonċernati, il-kwistjoni għandha titressaq quddiem il-Kunsill għal diskussjoni. In-numru aggregat ta' membri tal-persunal fl-uffiċċji lokali kollha għandu jinżamm f'livell minimu u ma għandux jeċċedi 40 % tan-numru totali tal-membri tal-persunal tal-ENISA li jkunu jinsabu fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tal-ENISA. In-numru tal-membri tal-persunal f'kull uffiċċju lokali ma għandux jeċċedi 10 % tan-numru totali tal-membri tal-persunal tal-ENISA li jkunu jinsabu fl-Istat Membru fejn tkun tinstab is-sede tal-ENISA.

Id-deċiżjoni li tistabbilixxi uffiċċju lokali għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li jkunu ser isiru fl-uffiċċju lokali b'tali mod li jiġu evitati l-ispejjeż żejda u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-ENISA. ▌

TAQSIMA 4

GRUPP KONSULTATTIV TAL-ENISA , GRUPP TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAĊ-ĊIBERSIGURTÀ U NETWERK TA' UFFIĊJALI TA' KOLLEGAMENT NAZZJONALI

Artikolu 21

▌Grupp Konsultattiv tal-ENISA

1.  Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jistabbilixxi b'mod trasparenti l-Grupp Konsultattiv tal-ENISA magħmul minn esperti rikonoxxuti li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħalma huma l-industrija tal-ICT, il-fornituri tan-netwerks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku, l-SMEs, l-operaturi ta' servizzi essenzjali, il-gruppi tal-konsumaturi, l-esperti akkademiċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà u r-rappreżentanti ta' awtoritajiet kompetenti notifikati f'konformità mad-▌Direttiva (UE) 2018/1971, tal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni ,kif ukoll ta' awtoritajiet superviżorji responsabbli għall-infurzar tal-liġi u għall-protezzjoni tad-data. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jimmira lijiżgura bilanċ xieraq ġeografiku u bejn is-sessi kif ukoll bilanċ bejn il-gruppi differenti ta' partijiet ikkonċernati.

2.  Il-proċeduri għall-Grupp Konsultattiv tal-ENISA, b'mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tiegħu, il-proposta mid-Direttur Eżekuttiv imsemmija fil-paragrafu 1, in-numru u l-ħatra ta' membri tiegħu u t-tħaddim tal-Grupp ta' Ħidma tal-ENISA, għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni tat-tħaddim tal-ENISA u għandhom isiru pubbliċi.

3.  ▌Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jkun ippresedut mid-Direttur Eżekuttiv jew minn kwalunkwe persuna maħtura mid-Direttur Eżekuttiv abbażi ta' każ b'każ.

4.  Il-mandat tal-membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jkun ta' sentejn u nofs. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija ma għandhomx ikunu membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA . L-esperti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għandhom id-dritt ikunu preżenti fil-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA u jieħdu sehem fil-ħidma tiegħu. Ir-rappreżentanti ta' korpi oħra meqjusa rilevanti mid-Direttur Eżekuttiv, li ma jkunux membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA , jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA u jieħdu sehem fil-ħidma tiegħu.

5.  Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jagħti pariri lill-ENISA fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tal-ENISA, ħlief rigward l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament. Huwa għandu, b'mod partikolari, jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar it-tfassil ta' proposta għall-programm ta' ħidma annwali tal-ENISA, u biex jiġi żgurat li jkun hemm komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar ▌kwistjonijiet kollha relatati mal-programm ta' ħidma annwali.

5a.  Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jinforma lill-Bord ta' Tmexxija bl-attivitajiet tiegħu fuq bażi regolari.

Artikolu 22

Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà

1.  Għandu jiġi stabbilit il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà.

2.  Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà għandu jkun magħmul minn membri magħżula minn fost esperti rikonoxxuti li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti. Il-Kummissjoni, billi ssegwi sejħa miftuħa u trasparenti, għandha tagħżel, fuq bażi ta' proposta mill-ENISA, membri tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà filwaqt li tiżgura bilanċ bejn il-gruppi differenti ta' partijiet ikkonċernati kif ukoll bilanċ xieraq ġeografiku u bejn il-ġeneri.

3.  Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà għandu:

(a)  jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet strateġiċi dwar il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(b)  fuq talba, jagħti pariri lill-ENISA dwar kwistjonijiet strateġiċi u ġenerali rigward il-kompiti tal-ENISA relatati mas-suq, iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-istandardizzazzjoni;

(c)  jassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 47;

(d)  jagħti opinjoni dwar il-programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni skont l-Artikolu 47(4); u

(e)  f'każijiet urġenti, jagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-ECCG dwar il-ħtieġa għal skemi ta' ċertifikazzjoni addizzjonali mhux inklużi fil-programm ta' ħidma kontinwa tal-Unjoni, kif spjegat fl-Artikoli 47  u 48.

4.  Il-Grupptal-Partijiet Ikkonċernati taċ-Ċertifikazzjoni għandu jkun kopresedut mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-ENISA , u s-segretarjat tiegħu għandu jiġi pprovdut mill-ENISA .

Artikolu 23

Netwerk ta' Uffiċjali ta' Kollegament Nazzjonali

1.  Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jistabbilixxi Netwerk ta' Uffiċjali ta' Kollegament Nazzjonali magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri kollha (Uffiċjali ta' Kollegament Nazzjonali). Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant wieħed għan-Netwerk ta' Uffiċjali ta' Kollegament Nazzjonali. Il-laqgħat tan-netwerk għandhom isiru f'konfigurazzjonijiet differenti tal-esperti.

.

2.  In-Netwerk ta' Uffiċjali ta' Kollegament Nazzjonali għandu, b'mod partikolari, jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-ENISA u l-Istati Membri, u għandu jappoġġa lill-ENISA fit-tixrid ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet, is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-partijiet ikkonċernati rilevanti madwar l-Unjoni.

3.  L-Uffiċjali ta' Kollegament Nazzjonali għandhom jaġixxu bħala punt ta' kuntatt f'livell nazzjonali biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-ENISA u l-esperti nazzjonali fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-ENISA.

4.  Filwaqt li l-Uffiċjali ta' Kollegament Nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istati Membri rispettivi tagħhom, in-Netwerk ta' Uffiċjali ta' Kollegament Nazzjonali nnifsu ma għandux jidduplika l-ħidma tal-Bord ta' Tmexxija jew dik ta' fora oħra tal-Unjoni.

5.  Il-funzjonijiet u l-proċeduri tan-Netwerk ta' Uffiċjali ta' Kollegament Nazzjonali għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni dwar l-operat tal-ENISA u għandhom isiru pubbliċi.

TAQSIMA 5

OPERAT

Artikolu 24

Dokument uniku tal-programmazzjoni

1.  L-ENISA għandha topera f'konformità ma' dokument uniku tal-programmazzjoni li jkun fih il-pjan annwali u pluriennali tagħha, li għandu jinkludi l-attivitajiet kollha ppjanati tagħha.

2.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta' dokument uniku tal-programmazzjoni li jkun fih il-pjan annwali u pluriennali flimkien mal-ippjanar korrispondenti finanzjarju u għar-riżorsi umani f'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013(26) u b'kont meħud tal-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni.

3.  Sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta d-dokument uniku tal-programmazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara, kif ukoll kwalunkwe verżjoni ta' dak id-dokument aġġornata sussegwentement.

4.  Id-dokument uniku tal-programmazzjoni għandu jsir finali wara l-adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

5.  Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi objettivi dettaljati u riżultati mistennija, inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Dan għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, f'konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar u tal-ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 7. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja ta' qabel.

6.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jiġi assenjat kompitu ġdid lill-ENISA. Kull emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħal dik użata biex jiġi adottat l-ewwel programm ta' ħidma annwali. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jiddelega s-setgħa lid-Direttur Eżekuttiv biex jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali.

7.  Il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inkluż l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Dan għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi inkluż il-baġit pluriennali u l-persunal.

8.  Il-pjan għar-riżorsi għandu jiġi aġġornat kull sena. Il-pjan strateġiku għandu jiġi aġġornat kull meta jkun xieraq u b'mod partikolari fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 67.

Artikolu 25

Dikjarazzjoni ta' interessi

1.  Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja għandhom kull wieħed jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni li tindika n-nuqqas jew il-preżenza ta' kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista' jkun ikkunsidrat li huma ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom. Id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi u kompleti, għandhom isiru annwalment bil-miktub, u għandhom jiġu aġġornati kull meta jkun meħtieġ.

2.  Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u l-esperti esterni li jieħdu sehem fi gruppi ta' ħidma ad hoc, għandhom, kull wieħed, mhux aktar tard mill-bidu ta' kull laqgħa, jiddikjaraw b'mod preċiż u komplet kwalunkwe interess li jista' jiġi kkunsidrat ta' li huma ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom b'rabta mas-suġġetti fuq l-aġenda u għandhom jastjenu milli jieħdu sehem fid-diskussjoni rigward tali punti jew fil-votazzjoni dwarhom.

3.  L-ENISA għandha tistabbilixxi, fir-regoli interni dwar l-operat tagħha, l-arranġamenti prattiċi tar-regoli dwar id-dikjarazzjonijiet ta' interess msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 26

Trasparenza

1.  L-ENISA għandha twettaq l-attivitajiet tagħha b'livell għoli ta' trasparenza u skont l-Artikolu 28.

2.  L-ENISA għandha tiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jiġu provduti b’informazzjoni xierqa, oġġettiva, affidabbli u faċilment aċċessibbli, b'mod partikolari fir-rigward tar-riżultati tax-xogħol tagħha. Hi għandha tqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dikjarazzjonijiet ta' interessi magħmula b'konformità mal-Artikolu 25.

3.  Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, jista' jawtorizza lill-partijiet interessati biex josservaw il-proċedimenti ta' xi wħud mill-attivitajiet tal-ENISA.

4.  L-ENISA għandha tistabbilixxi, fir-regoli interni dwar l-operat tagħha, l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar it-trasparenza msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 27

Kunfidenzjalità

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28, l-ENISA m'għandhiex tiżvela lil persuni terzi l-informazzjoni li hija tipproċessa jew tirċievi li fir-rigward tagħha tkun saret talba mmotivata għal trattament kunfidenzjali.

2.  Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA , l-esperti esterni li jieħdu sehem fi gruppi ta' ħidma ad hoc, u l-membri tal-persunal tal-ENISA, inklużi l-uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità tal-Artikolu 339 TFUE, anke wara t-terminazzjoni tad-doveri tagħhom.

3.  L-ENISA għandha tistabbilixxi, fir-regoli interni dwar l-operat tagħha, l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.  Jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-ENISA, il-Bord ta' Tmexxija għandu jiddeċiedi li jħalli f'idejn l-ENISA r-responsabbiltà li tittratta l-informazzjoni klassifikata. F'dak il-każ l-ENISA, fi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni, għandha tadotta regoli tas-sigurtà li japplikaw il-prinċipji tas-sigurtà stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443(27) u 2015/444(28) . Dawk ir-regoli tas-sigurtà għandhom jinkludu dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta' informazzjoni kklassifikata.

Artikolu 28

Aċċess għad-dokumenti

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-ENISA.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sa ... [ sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3.  Id-deċiżjonijiet meħuda mill-ENISA skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu l-oġġett ta' lment lill-Ombudsman Ewropew taħt l-Artikolu 228 TFUE jew ta' kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea taħt l-Artikolu 263 TFUE.

KAPITOLU IV

STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BAĠIT TAL-ENISA

Artikolu 29

Stabbiliment tal-baġit TAL-ENISA

1.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-ENISA għas-sena finanzjarja li jmiss u għandu jgħaddih lill-Bord ta' Tmexxija, flimkien mal-abbozz tat-tabella tal-persunal. Id-dħul u l-infiq għandhom ikunu bbilanċjati.

2.  Kull sena, il-Bord ta' Tmexxija, abbażi tal-abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi, għandu jħejji dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-ENISA għas-sena finanzjarja li jmiss.

3.  Il-Bord ta' Tmexxija, sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, għandu jibgħat id-dikjarazzjoni tal-estimi, li għandha tkun parti mill-abbozz ta' dokument uniku tal-programmazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet kif imsemmija fl-Artikolu 42(2).

4.  Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li jidhrilha li huma meħtieġa għat-tabella tal-persunal u l-ammont tal-kontribuzzjoni li għandu jintalab mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, li għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 314 TFUE.

5.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni mill-Unjoni lill-ENISA.

6.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw it-tabella tal-persunal tal-ENISA.

7.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta l-baġit tal-ENISA flimkien mad-dokument uniku tal-programmazzjoni. Il-baġit tal-ENISA għandu jsir finali wara l-adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn meħtieġ, il-Bord ta' Tmexxija għandu jaġġusta l-baġit tal-ENISA u d-dokument uniku tal-programmazzjoni f'konformità mal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 30

Struttura tal-baġit tal-ENISA

1.  Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-ENISA għandu jkun magħmul minn:

(a)  kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni;

(b)  dħul assenjat lil elementi speċifiċi ta' nfiq f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 32;

(c)  fondi tal-Unjoni fil-forma ta' ftehimiet ta' delega jew għotjiet ad hoc f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 32 u d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni;

(d)  kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidma tal-ENISA kif imsemmi fl-Artikolu 42;

(e)  kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri fi flus jew in natura;

L-Istati Membri li jipprovdu kontribuzzjonijiet volontarji taħt il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx jitolbu xi dritt jew servizz speċifiku b'riżultat ta' dan.

2.  L-infiq tal-ENISA għandu jinkludi spejjeż marbutin mal-persunal, mal-appoġġ amministrattiv u tekniku, mal-infrastruttura u spejjeż operattivi, u l-ispejjeż li jirriżultaw minn kuntratti ma' partijiet terzi.

Artikolu 31

Implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA.

2.  L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq l-ENISA bħal ma jeżerċita fuq dipartimenti tal-Kummissjoni.

3.  L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-ENISA għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja (sena N) lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara (sena N + 1).

4.  Kif jaslu l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-ENISA skont l-Artikolu 246 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29), l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-ENISA għandu jħejji l-kontijiet finali tal-ENISA taħt ir-responsabbiltà tiegħu u għandu jippreżentahom lill-Bord ta' Tmexxija għal opinjoni.

5.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-ENISA.

6.  Sal-31 ta' Marzu tas-sena N + 1, id-Direttur Eżekuttiv għandu jittrażmetti r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

7.  Sal-1 ta' Lulju tas-sena N + 1, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-ENISA għandu jitrasmetti l-kontijiet finali tal-ENISA lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija.

8.  Fl-istess data tat-trasmissjoni tal-kontijiet finali tal-ENISA, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-ENISA għandu jibgħat ukoll lill-Qorti tal-Awdituri ittra ta' rappreżentazzjoni li tkopri dawk il-kontijiet finali, b'kopja lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

9.  Sal-15 ta' Novembru tas-sena N + 1, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippubblika l-kontijiet finali tal-ENISA f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.  Sat-30 ta' Settembru tas-sena N + 1, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha u għandu jibgħat ukoll kopja ta' dik it-tweġiba lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Kummissjoni.

11.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata f'konformità mal-Artikolu 261(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

12.  Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 32

Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-ENISA għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Huma ma għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1271/2013, sakemm tali devjazzjoni ma tkunx meħtieġa b'mod speċifiku għall-operat tal-ENISA u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

Artikolu 33

Il-ġlieda kontra l-frodi

1.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) ▌883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30), l-ENISA għandha sa ... [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] tissieħeb għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(31). L-ENISA għandha tadotta d-dispożizzjonijiet adatti li japplikaw għall-impjegati kollha tal-ENISA, permezz tal-mudell li jinsab fl-Anness għal dak il-Ftehim.

2.  Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa ta' awditu, abbażi ta' dokumenti u ta' spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta' għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-ENISA.

3.  L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inkluż spezzjonijiet u verifiki fuq il-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stipulati fir-Regolament ▌ (UE, Euratom) 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(32) , bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-ENISA.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja tal-ENISA għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

KAPITOLU V

PERSUNAL -

Artikolu 34

Dispożizzjonijiet ġenerali

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta'Impjieg ta' Aġenti Oħra, kif ukoll ir-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta’ Aġenti Oħra jsiru effettivi, għandhom japplikaw għall-persunal tal-ENISA.

Artikolu 35

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-TUE u mat-TFUE għandu japplika għall-ENISA u l-persunal tagħha.

Artikolu 36

Direttur Eżekuttiv

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-ENISA skont il-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, b'segwitu għal proċedura ta' għażla miftuħa u trasparenti.

3.  Għall-finijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-ENISA għandha tkun irrappreżentata mill-President tal-Bord ta' Tmexxija.

4.  Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet tal-Membri.

5.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-ENISA.

6.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv f'konformità mal-Artikolu 18(2).

7.  Il-Bord tat-Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tieħu kont tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal ▌ ħames snin.

8.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien tliet xhur qabel kwalunkwe tali estensjoni, id-Direttur Eżekuttiv, jekk jiġi mistieden, għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-Membri.

9.  Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma għandux jipparteċipa fi proċedura ta' għażla oħra għall-istess post.

10.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija ▌ li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 37

Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor

1.  L-ENISA tista' tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew minn persunal ieħor mhux impjegat mill-ENISA. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra ma għandhomx japplikaw għal tali persunal.

2.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistipula regoli dwar is-sekondar ta' esperti nazzjonali għal-ENISA.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-ENISA

Artikolu 38

Status ġuridiku tal-ENISA

1.  L-ENISA għandha tkun korp tal-Unjoni u għandu jkollha personalità ġuridika.

2.  F'kull Stat Membru, l-ENISA għandu jkollha l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva li tista' tingħata lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet nazzjonali. Tista', b'mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċedimenti legali.

3.  L-ENISA għandha tkun irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 39

Responsabbiltà tal-ENISA

1.  Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-ENISA għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

2.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tagħti sentenzi skont kwalunkwe klawsola ta' arbitraġġ li tinstab f'kuntratt konkluż mill-ENISA.

3.  Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-ENISAgħandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat minnha jew mill-persunal tagħha fil-qadi ta' dmirijiethom, f'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri.

4.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropa għandu jkollha ġurisdizzjoni fi kwalunkwe tilwim dwar il-kumpens għad-dannu msemmi fil-paragrafu 3.

5.  Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-ENISA lejn l-ENISA għandha tkun regolata mill-kondizzjonijiet rilevanti li japplikaw għall-persunal tal-ENISA.

Artikolu 40

Arranġamenti lingwistiċi

1.  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1(33) għandu japplika għall-ENISA. L-Istati Membri u l-korpi l-oħra maħtura mill-Istati Membri jistgħu jindirizzaw lill-ENISA u jirċievu tweġiba fil-lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tal-għażla tagħhom.

2.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-ENISA għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 41

Protezzjoni tad-data personali

1.  L-ipproċessar ta' data personali mill-ENISA għandha tkun soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 .

2.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jadotta miżuri addizzjonali meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 mill-ENISA.

Artikolu 42

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.  Safejn ikun meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-ENISA tista' tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, jew mat-tnejn li huma. Għal dak il-għan, L-ENISA tista' tistabbilixxi arranġamenti ta' ħidma mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, soġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem mill-Kummissjoni. Dawk l-arranġamenti ta' ħidma ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fuq l-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

2.  L-ENISA għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni f'dak ir-rigward. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' tali ftehimiet, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta' ħidma li jispeċifikaw b'mod partikolari in-natura, il-grad sa fejn u l-mod li bih dawk il-pajjiżi terzi għandhom jieħdu sehem fil-ħidma tal-ENISA,u għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni fl-inizjattivi mwettqa mill-ENISA, dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u dwar il-persunal. Fir-rigward ta' materji tal-persunal, dawk l-arranġamenti ta' ħidma għandhom jikkonformaw mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra fi kwalunkwe każ.

3.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom tkun kompetenti l-ENISA. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ENISA topera fil-limiti tal-mandat tagħha u tal-qafas istituzzjonali eżistenti billi tikkonkludi arranġament ta' ħidma adatt mad-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA.

Artikolu 43

Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta' informazzjoni klassifikata

Wara li tikkonsulta lill-Kummissjoni, l-ENISA għandha tadotta regoli ta' sigurtà li japplikaw il-prinċipji tas-sigurtà li jinsabu fir-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u EUCI, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 u 2015/444. Ir-regoli ta' sigurtà tal-ENISA għandhom jinkludu dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta' tali informazzjoni.

Artikolu 44

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u kundizzjonijiet tal-operat

1.  L-arranġamenti meħtieġa li jikkonċernaw l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-ENISA fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom isiru disponibbli minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti lid-Direttur Eżekuttiv, lill-membri tal-Bord ta' Tmexxija, lill-persunal tal-ENISA u lill-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stipulati fi ftehim dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-ENISA u l-Istat Membru ospitanti, konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija ▌.

2.  L-Istat Membru ospitanti tal-ENISA għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ENISA, b'kont meħud tal-aċċessibbiltà tal-post, l-eżistenza ta' faċilitajiet ta' edukazzjoni adegwati għat-tfal tal-membri tal-persunal, aċċess adatt għas-suq tax-xogħol, is-sigurtà soċjali u l-kura medika kemm għat-tfal kif ukoll għall-konjuġi tal-membri tal-persunal.

Artikolu 45

Kontroll amministrattiv

L-operat tal-ENISA għandu jaqa' taħt is-superviżjoni tal-Ombudsman Ewropew f'konformità mal-Artikolu 228 TFUE.

TITOLU III

QAFAS TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAĊ-ĊIBERSIGURTÀ

Artikolu 46

Qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.  Il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jkun stabbilit sabiex itejjeb il-kondizzjonijiet għall-funzjonament tas-suq intern billi jżid il-livell ta' ċibersigurtà fl-Unjoni u jippermetti approċċ armonizzat fil-livell tal-Unjoni għal skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, bil-ħsieb li jinħoloq suq uniku diġitali għal prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT.

2.  Il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jipprevedi mekkaniżmu li jistabbilixxi skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u li jikkonferma li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT li jkunu ġew evalwati f'konformità ma' tali skemi jikkonformaw ma' rekwiżiti tas-sigurtà speċifikati bil-għan li jiġu protetti d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità ta' data maħżuna jew trasmessa jew ipproċessata jew il-funzjonijiet jew is-servizzi offruti minn, jew aċċessibbli permezz, ta' dawk il-prodotti, is-servizzi u l-proċessi tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

Artikolu 47

Programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà Ewropea

1.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà Ewropea (''il-programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni'') li għandu jidentifika l-prijoritajiet strateġiċi għal skemi futuri Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

2.  Il-programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni għandu b'mod partikolari jinkludi lista ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT jew ta' kategoriji tagħhom li jkunu jistgħujibbenefikaw jekk jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

3.  L-inklużjoni ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT jew kategoriji tagħhom speċifiċi fil-Programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni għandha tiġi ġġustifikata abbażi ta ’wieħed jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)  id-disponibbiltà u l-iżvilupp ta' skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkopru kategorija speċifika ta' prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT u b'mod partikolari fir-rigward tar-riskju ta' frammentazzjoni

(b)  liġi jew politika rilevanti tal-Unjoni jew tal-Istati Membriu;

(c)  domanda tas-suq;

(d)  żviluppi fl-ambjent tat-theddid ċibernetiku;

(e)  talba għat-tħejjija ta' skema kandidata speċifika proposta mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Konsumaturi (ECCG).

4.  Il-Kummissjoni għandha tieħu kont dovut tal-opinjonijiet maħruġa mill-ECCG u l-Grupp taċ-Ċertifikazzjoni tal-Partijiet Ikkonċernati dwar l-abbozz tal-Programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni.

5.  L-ewwel programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni għandu jiġi ppubblikat sa ... [tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni għandu jiġi aġġornat , tal-inqas kull tliet snin u aktar ta’ spiss jekk meħtieġ.

Artikolu 48

Talba għal skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.  Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ENISA tħejji skema kandidata jew tirrevedi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà eżistenti abbażi tal-Programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni.

2.  F'każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni jew l-ECCG jista' jitlob lill-ENISA tħejji skema kandidata Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew tirrevedi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà eżistenti li ma tkunx inkluża fil-programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni. Il-Programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni għandu jiġi aġġornat kif meħtieġ.

Artikolu 49

Tħejjija ▌, adozzjoni u rieżami ta' skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.  Wara talba mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48, l-ENISA għandha tħejji skema kandidata li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 51, 52 u 54.

2.  Fuq talba mill-ECCG skont l-Artikolu 48(2), l-ENISA tista' tħejji skema kandidata li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 51, 52 u 54. ▌Jekk l-ENISA tiċħad tali talba, għandha tagħti raġunijiet għal tali ċaħda. Kwalunkwe deċiżjoni li tinċaħad tali talba għandha tittieħed mill-Bord ta' Tmexxija.

3.  Meta tħejji skema kandidata, l-ENISA għandha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha permezz ta' proċess ta' konsultazzjoni formali, miftuħa, trasparenti u inklużivi.

4.  Għal kull skema kandidata, l-ENISA għandha tistabbilixxi grupp ta' ħidma ad hoc f'konformità mal-Artikolu 20(4) bil-għan li jipprovdi parir speċifiku u għarfien espert lill-ENISA.

5.  L-ENISA għandha tikkoopera mill-qrib mal-ECCG. Il-ECCG għandu jipprovdi ▌assistenza u pariri esperti lill-ENISA ▌b'rabta mat-tħejjija tal-iskema kandidata u għandu jadotta opinjoni dwar l-iskema kandidata.

6.  L-ENISA għandha tieħu kemm jista' jkun kont tal-opinjoni tal-ECCG qabel ma tibgħat l-iskema kandidata ▌mħejjija f'konformità mal-paragrafi 3, 4 u 5 lill-Kummissjoni. L-opinjoni tal-ECCG ma għandhiex tkun vinkolanti fuq l-ENISA, u n-nuqqas ta' tali opinjoni lanqas ma għandu jimpedixxi lill-ENISA milli tibgħat l-iskema kandidata lill-Kummissjoni.

7.  Abbażi tal-iskema kandidata prreparata mill-ENISA , il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jipprevedu skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall- prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 51, 52 u 54. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 66(2).

8.  Tal-inqas kull 5 snin, l-ENISA għandha tevalwa kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati, b'kont meħud tal-feedback li tirċievi mill-partijiet interessati. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni jew il-ECCG jista' jitlob lill-ENISA biex tibda l-proċess ta' żvilupp ta' skema kandidata riveduta f'konformità mal-Artikoli 48 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 50

Sit web dwar skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.  L-ENISA għandha tieħu ħsieb sit web iddedikat li jagħti informazzjoni dwar, u jirreklama, skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, ċertifikati Ewropej taċ-Ċibersigurtà u dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, inkluż informazzjoni fir-rigward ta' skemi Ewropej taċ-ċertifikati taċ-ċibersigurtà li m'għadhomx validi, ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u dikjarazzjonijiet ta' konformità tal-UE li ġew irtirati jew li skadew u tar-repożitorju ta' links għal informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà pprovduti f'konformità mal-Artikolu 55.

2.  Fejn applikabbli, is-sit web imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jindika wkoll l-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkunu ġew sostitwiti minn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

Artikolu 51

Objettivi marbutin mas-sigurtà tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha titfassal b'tali mod li tikseb, kif applikabbli, tal-inqas l-objettivi marbutin mas-sigurtà li ġejjin:

(a)  il-protezzjoni tad-data maħżuna, trasmessa jew ipproċessata b'xi mod ieħor, minn ħżin, ipproċessar, aċċess jew divulgazzjoni aċċidentali jew mhux awtorizzata tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott ICT ,tas-servizz ICT jew tal-proċess ICT;

(b)  il-protezzjoni tad-data maħżuna, trasmessa jew ipproċessata b'xi mod ieħor milli tinqered, ▌tintilef jew tiġi mmodifikata b'mod aċċidentali jew mhux awtorizzat jew minn nuqqas ta' disponibbiltà tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott ICT, tas-servizz ICT jew tal-proċess ICT;

(c)  ▌li persuni, programmi jew magni awtorizzati jkunu jistgħu biss jaċċessaw id-data, is-servizzi jew il-funzjonijiet li għalihom jirreferu d-drittijiet tagħhom ta' aċċess;

(d)  l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' dipendenzi u vulnerabbiltajiet magħrufa;

(e)  ir-reġistrazzjoni ta' liema data, servizzi jew funzjonijiet ikunu ġew aċċessati, użati jew ipproċessati b'xi mod ieħor, il-ħinijiet ta' meta sar dan u minn min;

(f)  ikun possibbli li jiġi vverifikat liema data, servizzi jew funzjonijiet ikunu ġew aċċessati, użati jew ipproċessati b'xi mod ieħor, il-ħinijiet ta' meta sar dan u minn min;

g)  il-verifikazzjoni li l-prodotti ICT,- servizzi ICT u proċessi tal-ICT ma jkunx fihom vulnerabbiltajiet magħrufa;

(h)  l-istabbiliment mill-ġdid tad-disponibbiltà u l-aċċess għad-data, is-servizzi u l-funzjonijiet mingħajr dewmien fil-każ ta' inċident fiżiku jew tekniku;

(i)  li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT ikunu siguri b'mod awtomatiku u mid-disinn;

(j)  ▌ li l-prodotti ICT, servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT jiġu pprovduti b'software u hardware aġġornati li ma jkunx fihom vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament, u jiġu pprovduti b'mekkaniżmi għal aġġornamenti ▌sikuri.

Artikolu 52

Livelli ta' assigurazzjoni tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.  Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista' tispeċifika wieħed jew aktar mil-livelli ta' assigurazzjoni li ġejjin għall-prodotti ICT , is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT: 'bażiku', 'sostanzjali' jew 'għoli'. Il-livell ta' assigurazzjoni għandu jkun proporzjonat mal-livell tar-riskju assoċjat mal-użu maħsub tal-prodott ICT, is-servizz ICT jew il-proċess tal-ICT, f'termini tal-probabbiltà u l-impatt ta' inċident.

2.  Iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjoniijiet tal-konformità tal-UE għandhom jirreferu għal kwalunkwe livell ta' assigurazzjoni speċifikat fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li skontu jkunu nħarġu ċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jew id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE.

3.  Ir-rekwiżiti ta' sigurtà li jikkorrispondu għal kull livell ta' assigurtazzjoni għandhom jiġu pprovduti fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni tal-ċibersigurtà, inkluż il-funzjonalitajiet tas-sigurtà korrispondenti u l-grad ta' serjetà u approfondiment tal-evalwazzjoni li għandu jsirlu l-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT. ▌

4.  Iċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandhom jirreferu għal speċifikazzjonijiet tekniċi, standards u proċeduri relatati magħhom, inkluż kontrolli tekniċi, li l-għan tagħhom huwa li jnaqqsu r-riskju ta' inċidenti ta' ċibersigurtà jew jipprevenuhom.

5.  Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jew dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li tirreferu għal-livell ta' assigurazzjoni "bażiku" għandhom jjipprovdu assigurazzjoni li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT li għalihom ikunu nħarġu dak iċ-ċertifikat jew dik id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sigurtà korrispondenti, inkluż il-funzjonalitajiet tas-sigurtà, u li jkunu ġew evalwati f'livell li hu intiż li jimminimizza r-riskji bażiċi magħrufa ta' inċidenti u attakki ċibernetiċi. L-attivitajiet ta' evalwazzjoni li jridu jittieħdu għandhom jinkludu tal-inqas rieżami tad-dokumentazzjoni teknika. Fejn tali reviżjoni ma tkunx adatta, għandhom isiru attivitajiet ta' evalwazzjoni b'effett ekwivalenti.

6.  Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà li jirreferi għal-livell ta' assigurazzjoni "sostanzjali" għandu jipprovdi assigurazzjoni li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT li għalihom ikun inħareġ dak iċ-ċeritifkat jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sigurtà korrispondenti, inkluż il-funzjonalitajiet tas-sigurtà, u jkunu ġew evalwati evalwazzjoni f'livell intiż li jimminimizza r-riskji ċibernetiċi magħrufa, u r-riskju ta' inċidenti u attakki ċibernetiċi mwettqa minn atturi b'ħiliet u riżorsi limitati. L-attivitajiet ta'evalwazzjoni li jridu jittieħdu għandha tinkludi tal-inqas dawn li ġejjin: rieżami biex jintwera n-nuqqas ta' vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament u ttestjar biex jintwera li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT jimplimentaw b'mod korrett il-funzjonalitajiet tas-sigurtà meħtieġa. Fejn kwalunkwe attivitajiet ta' evalwazzjoni ta' dan it-tip ma jkunux adatti, jistgħu jintużaw attivitajiet ta' evalwazzjoni ta' sostituzzjoni b'effett ekwivalenti.

7.  ▌ Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà li jirreferi għal livell ta' assigurazzjoni "għoli" għandu jipprovdi assigurazzjoni li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT li għalihom ikun inħareġ dak iċ-ċertifikat jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sigurtà korrispondenti, inkluż il-funzjonalitajiet tas-sigurtà, u li jkunu ġew evalwati f'livell inti li jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' attakki ċibernetiċi tal-ogħla livell imwettqa minn atturi b'ħiliet u riżorsi sinifikanti. L-attivitajiet ta' evalwazzjoni li jridu jsiru għandhom jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin: rieżami biex jintwera n-nuqqas ta' vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament;, ittestjar biex jintwera li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT jimplimentaw b'mod korrett il-funzjonalitajiet tas-sigurtà meħtieġa sal-ogħla livell; u valutazzjoni tar-reżistenza tagħhom kontra attakkanti esperti, billi jiġi ttestjat jekk tistax issir penetrazzjoni. Fejn kwalunkwe attivitajiet ta' evalwazzjoni ta' dan it-tip ma jkunux adatti, jistgħu jsiru attivitajiet ta' sostituzzjoni b'effett ekwivalenti.

8.  Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista' tispeċifika diversi livelli ta' evalwazzjoni skont kemm tkun serja u approfondita l-metodoloġija ta' evalwazzjoni użata. Kull wieħed mil-livelli ta' evalwazzjoni għandu jikkorrispondi għal wieħed mil-livelli ta' assigurazzjoni u għandu jkun definit b'taħlita adatta ta' komponenti ta' assigurazzjoni.

Artikolu 53

Awtovalutazzjoni tal-konformità

1.  Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista' tippermetti l-awtovalutazzjoni tal-konformità taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-manifattur jew tal-fornitur ta' prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT. L-awtovalutazzjoni tal-konformità għandha tkun permessa biss fir-rigward tal-prodotti ICT, -servizzi ICT, u proċessi tal-ICT li jippreżentaw riskju baxx li jikkorrispondi għal-livell ta' assigurazzjoni 'bażiku'.

2.  Il-manifattur jew il-fornitur ta' prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT jista' joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li tiddikjara li ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-iskema. Permezz tal-ħruġ ta' tali dikjarazzjoni, il-manifattur jew il-fornitur ta' prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott ICT, is-servizz ICT jew il-proċess tal-ICT mar-rekwiżiti stabbiliti fl-iskema.

3.  Il-manifattur jew il-fornitur ta' prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT għandu jagħmel id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, ul-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha relatata mal-konformità tal-prodotti ICT jew is-servizzi ICT mal-iskema disponibbli lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà msemmija fl-Artikolu 58(1) għall-perijodu previst fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà korrispondenti. Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u lill-ENISA .

4.  Il-ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE huwa volontarju, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fid-dritt tal-Unjoni jew fid-dritt tal-Istati Membri.

5.  Id-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE għandhom ikunu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha.

Artikolu 54

Elementi tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.  Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)  is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni, inkluż it-tip jew il-kategoriji ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT koperti;

(b)  deskrizzjoni ċara tal-għan tal-iskema u ta' kif l-istandards, il-metodi ta' evalwazzjoni u l-livelli ta' assigurazzjoni magħżula jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-utenti maħsuba tal-iskema;

(c)  ▌ referenzi għall-istandards internazzjonali, Ewropej jew nazzjonali applikati fl-evalwazzjoni jew fejn tali standards ma jkunux disponibbli jew adatti, għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew, jekk tali speċifikazzjonijiet ma jkunux disponibbli, għal speċifikazzjonijiet tekniċi jew rekwiżiti oħra taċ-ċibersigurtà definiti fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(d)  fejn applikabbli, livell ta' assigurazzjoni wieħed jew aktar;

(e)  indikazzjoni ta' jekk tkunx permessa awtovalutazzjoni tal-konformità taħt l-iskema;

(f)  fejn applikabbli, rekwiżiti speċifiċi jew addizzjonali li għalihom huma soġġetti l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità sabiex tiġi garantita l-kompetenza teknika tagħhom li jevalwaw ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà;

(g)  il-kriterji u l-metodi speċifiċi ta' evalwazzjoni li jirdu jintużaw, inkluż it-tipi ta' evalwazzjoni, sabiex jintwera li jinkisbu l-objettivi ta' sigurtà msemmija fl-Artikolu 51;

(h)  fejn applikabbli, l-informazzjoni li hija meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni u li trid tingħata jew b'mod ieħor titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità minn applikant;

(i)  fejn l-iskema tipprevedi marki jew tikketti, il-kondizzjonijiet li skonthom jistgħu jintużaw tali marki jew tikketti;

(j)  ▌ ir-regoli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti ICT, tas-servizzi ICT u tal-proċessi tal-ICT mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà jew id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, inkluż mekkaniżmi li juri l-konformità kostanti mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà speċifikati;

(k)  fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, il-manutenzjoni, it-tkomplija ▌ u t-tiġdid taċ-ċertifikati Ewropjw taċ-ċibersigurtà, kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-estensjoni ▌jew it-tnaqqis tal-kamp ta' applikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni;

(l)  ir-regoli dwar il-konsegwenzi għall-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT li jkunu ġew iċċertifikati jew li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni tal-konformità, iżda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-iskema;

(m)  ir-regoli dwar kif għandhom jiġu rappurtati u indirizzati l-vulnerabbiltajiet marbutin maċ-ċibersigurtà fil- prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT li ma kinux ġew identifikati preċedentement;

(n)  fejn applikabbli, ir-regoli dwar iż-żamma ta' rekords minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità;

(o)  l-identifikazzjoni ta' skemi nazzjonali jew internazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkopru l-istess tip jew kategoriji ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT , rekwiżiti tas-sigurtà, metodi u kriterji ta' evalwazzjoni u livelli ta' assigurazzjoni;

(p)  il-kontenut u l-format taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE li jridu jinħarġu;

(q)  il-perijodu tad-disponibbiltà tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, u l-informazzjoni rilevanti kollha mill-manifattur jew il-fornitur ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT ;

(r)  il-perijodu ta' validità massimu taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa taħt l-iskema;

(s)  il-politika ta' divulgazzjoni għal ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa, emendati jew irtirati taħt l-iskema;

(t)  il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni ma' pajjiżi terzi;

(u)  fejn applikabbli, ir-regoli dwar kwalunkwe mekkaniżmu ta' rieżami bejn il-pari stabbilit mill-iskema għall-awtoritajiet jew korpi li joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà għal livell ta' assigurazzjoni 'għoli' skont l-Artikolu 56(6). Tali mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rieżami bejn il-pari previst fl-Artikolu 59;

(v)  il-format u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti ICT, tas-servizzi ICT jew tal-proċessi tal-ICT fl-għoti u l-aġġornament tal-informazzjoni supplementari dwar iċ-ċibersigurtà f'konformità mal-Artikolu 55.

2.  Ir-rekwiżiti speċifikati tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom ikunu konsistenti ma kwalunkwe rekwiżit legali applikabbli, b'mod partikolari r-rekwiżiti li jirriżultaw mil-liġi armonizzata tal-Unjoni.

3.  Fejn dan ikun previst minn att ġuridiku speċifiku tal-Unjoni, ċertifikat jew dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE maħruġa taħt skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista' tintuża biex tintwera l-preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dak l-att ġuridiku.

4.  Fin-nuqqas ta' liġi armonizzata tal-Unjoni, il-liġi tal-Istati Membri tista' tipprevedi wkoll li skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista' tintuża biex tiġi stabbilita l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti legali.

Artikolu 55

Informazzjoni supplimentari dwar iċ-ċibersigurtà għall-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT ċċertifikati

1.  Il-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT iċċertifikati li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jagħmel disponibbli pubblikament l-informazzjoni supplementari dwar iċ-ċibersigurtà li ġejja:

(a)  gwida u rakkomandazzjonijiet biex jassistu lill-utenti aħħarin fil-konfigurazzjoni, l-installazzjoni, l-iskjerament, l-operat u l-manutenzjoni tal-prodotti ICT jew servizzi ICT;

(b)  il-perijodu li matulu ser jiġi offrut l-appoġġ għas-sigurtà lill-utenti aħħarin b'mod partikolari fir-rigward tad-disponibbiltà ta' aġġornamenti relatati maċ-ċibersigurtà;

(c)  informazzjoni ta' kuntatt tal-manifattur jew fornitur u metodi aċċettati għar-riċeviment ta' informazzjoni dwar il-vulnerabbiltà mill-utenti aħħarin u r-riċerkaturi tas-sigurtà;

(d)  referenza għal repożitorji online li jelenkaw vulnerabbiltajiet divulgati pubblikament relatati mal-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT u ma' kwalunkwe parir rilevanti dwar iċ-ċibersigurtà.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli f'forma elettronika u għandha tibqa' disponibbli u tiġi aġġornata kif meħtieġ mill-inqas sal-iskadenza taċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jew id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE korrispondenti.

Artikolu 56

Ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.  Għandu jiġi preżunt li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT li jkunu ġew iċċertifikati taħt skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 49 ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' tali skema.

2.  Iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tkun volontarja, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istati Membri.

3.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod regolari l-effiċjenza u l-użu tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati u jekk xi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà speċifikagħandhiex issir obbligatorja permezz ta' liġi rilevanti tal-Unjoni biex jiġi żgurat livell adegwat ta' ċibersigurtà tal-prodotti ICT, tas-servizzi ICT u tal-proċessi tal-ICT fl-Unjoni u jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern. L-ewwel valutazzjoni għandha titwettaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, u valutazzjonijiet sussegwenti għandhom jitwettqu tal-inqas kull sentejn wara dan. Skont l-eżitu ta' dawk il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT koperti minn skema taċ-ċertifikazzjoni eżistenti li jridu jkunu koperti minn skema taċ-ċertifikazzjoni obbligatorja.

Bħala prijorità, il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq is-setturi elenkati fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2016/1148, li għandhom jiġu vvalutati mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni tal-ewwel skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

Meta tħejji l-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a)  tieħu kont ta’ l-impatt tal-miżuri fuq il-manifatturi jew il-fornituri ta' tali prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT u fuq l-utenti f'termini ta' spiża ta' dawk il-miżuri u l-benefiċċji soċjetali jew ekonomiċi li jirriżultaw mil-livell imtejjeb antiċipat ta' sigurtà għall-prodotti ICT, is-servizzi ICT fil-mira jew il-proċessi ICT;

(b)  tieħu kont tal-eżistenza u l-implimentazzjoni tal-liġi rilevanti tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi;

(c)  twettaq proċess ta' konsultazzjoni miftuħ, trasparenti u inklużiv mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u mal-Istati Membri;

(d)  tieħu kont ta’ kwalunkwe implimentazzjoni, il-miżuri u il-perijodi transitorji, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt possibbli tal-miżuri fuq il-manifatturi jew fornituri ta' prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT , inkluż SMEs;

(e)  tipproponi l-aktar mod rapidu u effiċjenti li bih trid tiġi implimentata t-transizzjoni minn skemi volontarji taċ-ċertifikazzjoni għal dawk obbligatorji.

4.  Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 60 għandhom joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà skont dan l-Artikolu li jirreferu għal-livell ta' assigurazzjoni 'bażiku' jew 'sostanzjali' abbażi tal-kriterji inklużi fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 49.

5.  B'deroga ▌mill-paragrafu 4, f'każijiet debitament ġustifikati, skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista' tipprevedi li ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà li jirriżultaw minn dik l-iskema jridu jinħarġu biss minn korp pubbliku. Tali korp ▌għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ▌ msemmija fl-Artikolu 58(1); jew

(b)  korp pubbliku li jkun akkreditat bħala korp ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 60(1) ▌.

6.  Fejn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 49 teħtieġ livell ta' assigurazzjoni 'għoli', iċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà taħt dik l-iskema jrid jinħareġ biss minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fil-każijiet li ġejjin, minn korp ta' valutazzjoni tal-konformità:

(a)  bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għal kull ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà individwali maħruġ minn korp ta' valutazzjoni tal-konformità; jew

(b)  abbażi ta' delega ġenerali tal-kompitu ta' ħruġ ta' tali ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà lil korp ta' valutazzjoni tal-konformità mill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

7.  Il-persuna fiżika jew ġuridika li tippreżenta l-prodotti ICT, is-servizzi ICT jew il-proċessi tal-ICT għaċ-ċertifikazzjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni t tal-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà msemmija fl-Artikolu 58, fejn dik l-awtorità tkun il-korp li joħroġ iċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà, jew il-korp tal-valutazzjoni tl-konformità msemmi fl-Artikolu 60 l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq iċ-ċertifikazzjoni.

8.  Id-detentur ta' ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà għandu jinforma lill-awtorità jew korp imsemmi fuil-paragrafu 7 bi kwalunkwe vulnerabbiltà jew irregolarità li jiskopri sussegwentement rigward is-sigurtà tal-prodott ICT, is-servizz ICT jew il-proċess tal-ICT iċċertifikat li jista' jkollha impatt fuq il-konformità mar-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni. Dik l-awtorità jew korp għandu jibgħat dik l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kkonċernata.

9.  Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà għandu jinħareġ għall-perijodu previst fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u jistgħu jiġġeddu ▌,dment li jibqgħu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti.

10.  Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà maħruġ skont dan l-Artikolu għandu jiġi rikonoxxut fl-Istati Membri kollha.

Artikolu 57

Skemi u ċertifikati nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-proċeduri relatati għall-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT li huma koperti minn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jieqfu japplikaw mid-data stabbilita fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 49(7). L-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-proċeduri relatati għall-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT li mhumiex koperti minn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jibqgħu jeżistu.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu skemi nazzjonali ġodda taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT koperti minn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li tkun fis-seħħ.

3.  Iċ-ċertifikati eżistenti li nħarrġu skont skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u li huma koperti minn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jibqgħu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.

4.  Bil-ħsieb li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ECCG bi kwalunkwe intenzjoni li jfasslu skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ġodda .

Artikolu 58

Awtoritajiet nazzjonalitaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà waħda jew aktar fit-territorju tiegħu, jew, bil-qbil ta' Stat Membru ieħor, għandu jaħtar awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà waħda jew aktar stabbiliti f'dak l-Istat Membru l-ieħor biex ikunu responsabbli għall-kompiti superviżorji fl-Istat Membru tal-ħatra.

2.  Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-identità tal-▌awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Fejn Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità waħda, huwa għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni dwar il-kompiti assenjati lil kull waħda minn dawk l-awtoritajiet.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-Artikolu 48(4) u l-Artikolu 56(6), kull awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ▌għandha tkun indipendenti mill-entitajiet li tissorvelja fl-organizzazzjoni, fid-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament, fl-istruttura ġuridika u fil-mod kif tieħu d-deċiżjonijiet tagħha.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jirrigwardaw il-ħruġ ta' ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 56(5) u fl-Artikolu 56(6) huma strettament separati mill-attivitajiet superviżorji tagħhom stabbiliti f'dan l-Artikolu u li dawk l-attivitajiet jitwettqu indipendentement minn xulxin.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jkollhom ir-riżorsi adegwati biex jeżerċitaw is-setgħat tagħhom u jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv u effiċjenti.

6.  Għall-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, ikun adatt li l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jipparteċipaw fil-ECCG b'mod attiv, effettiv, effiċjenti u sigur.

7.  L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ▌għandhom:

(a)  jissorveljaw u jinfurzaw ir-regoli inklużi fl-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont il-punt (j) tal-Artikolu 54(1) għall-monitoraġġ tal-konformità tal- prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà li jkunu nħarġu fit-territorji rispettivi tagħhom, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti l-oħra;

(b)  jimmonitorjaw il-konformità ma' u jinfurzaw, l-obbligi tal-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti ICT, is-servizzi ICT ul- proċessi tal-ICT li jkunu stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom u li jwettqu awtovalutazzjoni tal-konformità, u għandhom b'mod partikolari jimmonitorjaw il-konformità ma' u jinfurzaw l-obbligi ta' tali manifatturi jew fornituri stabbiliti fl-Artikolu 53(2) u (3) u fl-iskema korrispondenti Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(c)  mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 60(3), jassistu u jappoġġaw b'mod attiv lill-korpi nazzjonali ta' akkreditazzjoni fil-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, għall-fini ta' dan ir-Regolament; ▌

(d)  jimmonitorjaw u jissorveljaw l-attivitajiet tal-korpi pubbliċi msemmija fl-Artikolu 56(5);

(e)  fejn applikabbli jawtorizzaw lill-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità skont mal-Artikolu 60(3) u jirrestrinġu, jissospendu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni eżistenti fejn il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità jiksru rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(f)  jittrattaw l-ilmenti mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fir-rigward ta' ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew, ta' ċettifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 56(6) jew fir-rigward ta' dikjarazzjonijiet ta' konformità tal-UE maħruġa skont l-Artikolu 53, u għandhom jinvestigaw is-suġġett ta' tali ilmenti safejn ikun adatt, u għandhom jinfurmaw lill-ilmentatur dwar il-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni f'perijodu raġonevoli;

(g)  jipprovdu rapport sommarju annwali dwar l-attivitajiet imwettqa skont il-punti (b), (c) u (d) ta' dan il-paragrafu jew skont il-paragrafu 8 lill-ENISA u lill-ECCG;

(h)  jikkooperaw ma' awtoritajiet nazzjonali oħra ▌ responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew awtoritajiet pubbliċi oħra, inkluż billi jikkondividu l-informazzjoni dwar in-nuqqas ta' konformità possibbli tal-prodotti ICT, is-servizzi ICT ul- proċessi tal-ICT mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew mar-rekwiżiti ta' skemi speċifiċi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà; u

(i)  jimmonitorjaw l-iżviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

8.  Kull awtorità nazzjonali ▌ responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jkollha mill-inqas is-setgħat li ġejjin:

(a)  li titlob lill-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità ▌, lid-detenturi ta' ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u lil min joħroġ dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni li teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha;

(b)  li twettaq l-investigazzjonijiet, fil-forma ta' awditi, tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità ▌,tad-detenturi ta' ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u ta' min joħroġ dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, għall-fini li tivverifika l-konformità tagħhom ma' dan it-Titolu;

(c)  li tieħu miżuri adatti, f'konformità mal-liġi nazzjonali, sabiex tiżgura li l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità ▌, id-detenturi ta' ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u min joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jikkonformaw ma' dan ir-Regolament jew ma' skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(d)  li tikseb aċċess għas-sede ta' kwalunkwe korp ta' valutazzjoni tal-konformità jew ta' detenturi ta' ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, bil-għan li twettaq investigazzjonijiet f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi proċeduralital-Istati Membri;

(e)  li tirtira, f'konformità mal-liġi nazzjonali, ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 56(6), meta tali ċertifikati ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jew ma' skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(f)  li timponi pieni f'konformità mal-liġi nazzjonali, kif previst fl-Artikolu 65, u li teħtieġ il-waqfien immedjat tal-ksur tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

9.  L-awtoritajiet nazzjonali ▌ taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni, b'mod partikolari, billi jiskambjaw informazzjoni, esperjenza u prattiki tajba fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u kwistjonijiet tekniċi rigward iċ-ċibersigurtà ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT .

Artikolu 59

Rieżami bejn il-pari

1.  Bil-ħsieb li jinkisbu standards ekwivalenti fl-Unjoni kollha fir-rigward ta' ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom ikunu soġġetti għal rieżami bejn il-pari.

2.  Ir-rieżami bejn il-pari għandu jitwettaq abbażi ta' kriterji u proċeduri ta' evalwazzjoni korretti u trasparenti, b'mod partikolari dwar ir-rekwiżiti strutturali, proċesswali u tar-riżorsi umani, il-kunfidenzjalità u l-ilmenti.

3.  Ir-rieżami bejn il-pari jivvaluta:

(a)  fejn applikabbli, jekk l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jirrigwardaw il-ħruġ ta' ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 56(5) u fl-Artikolu 56(6) huma strettament separati mill-attivitajiet superviżorji tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 58 u jekk dawk l-attivitajiet jitwettqux indipendentement minn xulxin;

(b)  il-proċeduri għas-superviżjoni u l-infurzar tar-regoli għall-monitoraġġ tal-konformità ta' prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT maċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà skont il-punt (a) tal-Artikolu 58(7),

(c)  il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-infurzar tal-obbligi tal-manifatturi jew il-fornituri ta' prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT skont il-punt (b) tal-Artikolu 58(7);

(d)  il-proċeduri għall-monitoraġġ, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità;

(e)  fejn applikabbli, jekk il-persunal tal-awtoritajiet jew il-korpi li joħorġu ċertifikati għal livell ta' assigurazzjoni 'għoli' skont l-Artikolu 56(6) ikollhomx l-għarfien espert adatt.

4.  Ir-rieżami bejn il-pari għandu jitwettaq minn tal-inqas żewġ awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ta' Stati Membri oħra u mill-Kummissjoni u għandu jitwettaq tal-inqas darba kull ħames snin. L-ENISA tista' tipparteċipa fir-rieżami bejn il-pari.

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu pjan għar-rieżami bejn il-pari li jkopri perijodu ta' mill-inqas ħames snin, jistipula l-kriterji dwar il-kompożizzjoni tat-tim tar-rieżami bejn il-pari, il-metodoloġija li trid tintuża fir-rieżami bejn il-pari, u l-iskeda, il-frekwenza u kompiti oħra relatati magħha. Fl-adozzjoni ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu kont b'mod dovut tal-fehmiet tal-ECCG. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 66(2).

6.  L-eżiti tar-rieżamijiet bejn il-pari għandhom jiġu eżaminati mill-ECCG, li għandu jfassal sommarji li jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u li għandu, fejn meħtieġ, joħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet jew miżuri li għandhom jittieħdu mill-entitajiet ikkonċernati.

Artikolu 60

Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

1.  Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jiġu akkreditati mill-korpi nazzjonali ta' akkreditament imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Tali akkreditament għandu jinħareġ biss meta l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.  Fejn ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jinħareġ minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont il-punt (a) tal-Artikolu 56(5) u l-Artikolu 56(6), il-korp taċ-ċertifikazzjoni tal-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jiġi akkreditat bħala korp ta' valutazzjoni tal-konformità skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  Fejn l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi jew addizzjonali skont il-punt (f) tal-Artikolu 54(1), huma biss korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti li jiġu awtorizzati mill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà biex iwettqu kompiti taħt dawn l-iskemi.

4.  L-akkreditament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinħareġ lill-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għal perijodu massimu ta' ħames snin u tista' tiġġedded bl-istess kondizzjonijiet, dment li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu. Il-korpi nazzjonali ta' akkreditament għandhom jieħdu l-miżuri adatti kollha f'perijodu ta' żmien raġonevoli biex jirrestrinġu, jissospendu jew jirrevokaw l-akkreditament ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità maħruġ skont il-paragrafu 1 fejn il-kondizzjonijiet għall-akkreditament ma jkunux ġew issodisfati jew ma jibqgħux jiġu ssodisfati, jew fejn il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jikser dan ir-Regolament.

Artikolu 61

Notifika

1.  Għal kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, l-awtoritajiet nazzjonali ▌ taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ▌il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jkunu ġew akkreditati u, fejn applikabbli, awtorizzati skont l-Artikolu 60(3) biex joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà f'livelli ta' assigurazzjoni speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 52. L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil sussegwenti f'dan ir-rigward mingħajr dewmien żejjed.

2.  Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità notifikati skont dik l-iskema f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.  Jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika wara l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 21, għandha tippubblika l-emendi għal-lista ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità notifikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xahrejn mid-data meta tirċievi dik in-notifika.

4.  Awtorità nazzjonali ▌ taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista' tippreżenta talba lill-Kummissjoni biex jitneħħa korp ta' valutazzjoni tal-konformità nnotifikat minn dik l-awtorità mil-lista msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-emendi korrispondenti għal-lista f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xahar mid-data li fiha tirċievi t-talba tal-awtorità nazzjonali ▌ responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi ċ-ċirkostanzi, il-formati u l-proċeduri għan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 66(2).

Artikolu 62

Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà

1.  Għandu jiġi stabbilit Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (il-ECGG).

2.  Il-ECCG għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew rappreżentanti ta' ▌awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra. Membru tal-ECCG ma għandux jirrappreżenta aktar minn żewġ Stati Membri.

3.  Partijiet ikkonċernati u partijiet terzi rilevanti jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu laqgħat tal-ECGG u li jieħdu sehem fil-ħidma tiegħu.

4.  Il-ECGG għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)  li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti ta' dan it-Titolu, b'mod partikolari fir-rigward tal-programm ta' ħidma kontinwu tal-Unjoni, ta' kwistjonijiet relatati mal-politika dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-koordinazzjoni ta' approċċi ta' politika u t-tħejjija ta' skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(b)  li jassisti, jagħti pariri u jikkoopera mal-ENISA fir-rigward tat-tħejjija ta' skema kandidata skont l-Artikolu 49;

(c)  li jadotta opinjoni dwar l-iskemi kandidati preparati mill-ENISA skont l-Artikolu 49;

(d)  li jitlob lill-ENISA tħejji skemi kandidati skont l-Artikolu 48(2);

(e)  li jadotta opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni relatati mal-manutenzjoni u r-rieżami ta' skemi eżistenti Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(f)  li jeżamina żviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u li jiskambja informazzjoni u tal-aqwa prattiki dwar skemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(g)  li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ▌ responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà taħt dan it-Titolu permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-iskambju ta' informazzjoni, b'mod partikolari bl-istabbiliment ta' metodi għall-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni relatata ma' kwistjonijiet rigward iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(h)  li jipprovdi appoġġ għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta' rieżami bejn il-pari f'konformità mar-regoli stabbiliti fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont il-punt (u) tal-Artikolu 54(1).

(i)  li jiffaċilita l-allinjament tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, inkluż billi jirrieżamina skemi eżistenti Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u, fejn adatt, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-ENISA biex tikkollabora ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti tal-istandardizzazzjoni biex jiġu indirizzati insuffiċjenzi jew lakuni fl-istandards rikonoxxuti internazzjonalment disponibbli.

5.  Bl-għajnuna tal-ENISA, il-Kummissjoni għandha tippresiedi l-ECCG, u l-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-ECCG b’segretarjat skont il-punt (e) tal-Artikolu 8(1).

Artikolu 63

Dritt li jitressaq ilment

1.  Persuni fiżiċi u ġuridiċi għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment quddiem min joħroġ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jew, meta l-ilment ikun jirrigwarda ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà maħruġ minn korp ta' valutazzjoni tal-konformità li jaġixxi f'konformità mal-Artikolu 56(6), quddiem l-awtorità nazzjonali rilevanti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

2.  L-awtorità jew il-korp li quddiemu jkun tressaq l-ilment għandhom jinformaw lill-ilmentatur dwar il-progress tal-proċedimenti u d-deċiżjoni meħuda, u għandhom jinformaw lil min ikun għamel l-ilment bid-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kif imsemmi fl-Artikolu 64.

Artikolu 64

Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv

1.  Minkejja kwalunkwe rimedju amministrattiv jew nonġudizzjarju ieħor, persuni fiżiċi u ġuridiċi għandu jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fir-rigward ta':

(a)  deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew korp imsemmija fl-Artikolu 63(1) inkluż, fejn applikabbli, fir-rigward tal-ħruġ mhux adatt, in-nuqqas ta' ħruġ jew ir-rikonoxximent ta' ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà li dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi jkollhom fil-pussess tagħhom;

(b)  in-nuqqas li tittieħed azzjoni dwar ilment imressaq quddiem awtorità jew korp imsemmi fl-Artikolu 63(1).

2.  Il-proċedimenti skont dan l-Artikolu għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih ikunu jinstabu l-awtorità jew il-korp li kontrihom ikun qed jintalab rimedju ġudizzjarju.

Artikolu 65

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta' dan it-Titolu u għall-ksur ta' skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dwar dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 66

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-punt (b) tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 67

Evalwazzjoni u rieżami

1.  Sa …..[ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-ENISA u ta’prattiki tax-xogħol tagħha, l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-ENISA u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe tali modifika. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont ta' kwalunkwe feedback pprovdut mill-ENISA b'rispons għall-attivitajiet tagħha. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-operazzjoni kontinwa tal-ENISA ma għadhiex iġġustifikata fid-dawl tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti assenjati lilha, Il-Kummissjoni tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-ENISA.

2.  L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-objettivi li jiġi żgurat livell adegwat ta' ċibersigurtà tal-prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT fl-Unjoni u li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern.

3.  L-evalwazzjoni għandha tivvaluta jekk ikunux meħtieġa rekwiżiti taċ-ċibersigurtà essenzjali għall-aċċess għas-suq intern sabiex jiġi evitat li prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti bażiċi taċ-ċibersigurtà jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

4.  Sa… [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tgħaddi rapport dwar l-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta' Tmexxija. Is-sejbiet ta’ dak ir-rapport għandhom isiru pubbliċi.

Artikolu 68

Tħassir u suċċessjoni

1.  Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 jitħassar b'effett minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2.  Ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 526/2013 u għall-ENISA kif stabbilit minn dak ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għall-ENISA kif stabbilit b'dan ir-Regolament.

3.  L-ENISA kif stabbilita b'dan ir-Regolament għandha tissuċċiedi l-ENISA kif stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 526/2013 fir-rigward ta' kull dritt ta' proprjetà, ftehimiet, obbligi legali, kuntratti ta' impjieg, impenji u responsabbiltajiet finanzjarji. Id-deċiżjonijiet kollha tal-Bord ta' Tmexxija u tal-Bord Eżekuttiv adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 526/2013 għandhom jibqgħu validi, dment li huma jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

4.  L-ENISA għandha tiġi stabbilita għal perijodu ta' żmien indefinit minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

5.  Id-Direttur Eżekuttiv maħtur skont l-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) Nru 526/2013 għandu jibqa' fil-kariga u jeżerċita d-dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv kif imsemmi fl-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament għall-bqija tal-mandat tal-kariga tad-Direttur Eżekuttiv. Il-kundizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu jew tagħha għandhom jibqgħu l-istess.

6.  Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija u s-supplenti tagħhom maħtura skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 526/2013 għandhom jibqgħu fil-kariga u jeżerċitaw il-funzjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija kif imsemmi fl-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament għall-bqija tal-mandat tagħhom.

Artikolu 69

Dħul fis-seħħ

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  L-Artikoli 58, 60, 61, 63, 64 u 65 għandhom japplikaw minn … [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

REKWIŻITI LI GĦANDHOM JIĠU SSODISFATI MILL-KORPI TA' VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ jiġu akkreditati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

1.  Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.

2.  Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz li jkun indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT li jivvaluta.

3.  Korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni tal-prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT li jivvaluta jista', jitqies bħala korp ta' valutazzjoni tal-konformità, bil-kondizzjoni li juri l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta' kwalunkwe konflitt ta' interess.

4.  Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment ta' livell għoli tagħhom u l-persuni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli għall-manutenzjoni tal-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT li jiġi vvalutat, jew r-rappreżentant awtorizzat ta' xi waħda minn dawk il-partijiet. Dik il-projbizzjoni ma għandiexx tipprekludi l-użu tal-prodotti ICT vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta' tali prodotti ICT għal finijiet personali.

5.  Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment ta' livell għoli tagħhom u l-persuni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità, la għandhom ikunu involuti direttament fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, fil-kummerċjalizzazzjoni, fl-installazzjoni, fl-użu jew fil-manutenzjoni tal-prodotti ICT, is-servizzi ICT jew il-proċessi tal-ICT li jiġu vvalutati, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet inkarigati li jwettqu dawk l-attivitajiet. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment ta' livell għoli tagħhom u l-persuni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità a għandhomx jieħdu sehem fl-ebda attività li tista' toħloq konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità. Dik il-projbizzjonigħandha tapplika, b'mod partikolari, għas-servizzi ta' konsulenza.

6.  Jekk korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun proprjetà ta' entità jew istituzzjoni pubblika jew ikun operat minnhom, l-indipendenza u n-nuqqas ta' kwalunkwe konflitt ta' interess għandhom ikunu żgurati bejn l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità, u għandhom jiġu dokumentati.

7.  Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħhom marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità.

8.  Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu attivitajiet marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u bil-kompetenza teknika rekwiżita fil-qasam speċifiku, u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u persważjoni, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tagħhom marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità, inklużi pressjonijiet u persważjonijiet ta' natura finanzjarja, speċjalment fir-rigward ta' persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.

9.  Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta' valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu skont dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità nnifsu, kif ukoll f'isem il-korp u taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Kwalunkwe sottokuntrattar għal, jew konsultazzjoni ta', persunal estern għandha tkun dokumentata b'mod adatt, ma għandha tinvolvi l-ebda intermedjarju u għandha tkun soġġetta għal ftehim bil-miktub li jkopri, fost affarijiet oħra, il-kunfidenzjalità u l-konflitti ta' interess. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità inkwistjoni għandu jerfa' r-responsabbiltà sħiħa tal-kompiti mwettqa.

10.  Fi kwalunkwe mument u għal kull proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip, kategorija jew subkategorija ta' prodotti ICT, is-servizzi ICT jew il-proċessi tal-ICT , korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu dawn il-ħtiġijiet li ġejjin:

(a)  persunal b'għarfien tekniku u esperjenza biżżejjed u adatt biex iwettaq il-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità;

(b)  deskrizzjonijiet tal-proċeduri li f'konformità magħhom trid titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, biex tiġi żgurata t-trasparenza u ta' dawk il-proċeduri u l-possibbiltà tar-riproduzzjoni tagħhom. Dan għandu jkollu fis-seħħ il-politiki u l-proċeduri adatti li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat skont l-Artikolu 61 u l-attivitajiet l-oħra tiegħu;

(c)  proċeduri għat-twettiq ta' attivitajiet li jieħdu kont dovut tad-daqs ta' impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodotti ICT, tas-servizzi ICT jew tal-proċessi tal-ICT inkwistjoni u n-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni.

11.  Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi b'rabta mal-attivitajiet marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità b'mod adatt, u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

12.  Il-persuni responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dan li ġejjin:

(a)  taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità;

(b)  għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet tal-konformità li jwettqu u awtorità adegwata li jwettaq dawk il-valutazzjonijiet;

(c)  għarfien u intendiment adatti dwar ir-rekwiżiti applikabbli u l-istandards tal-ittestjar;

(d)  il-kapaċità li jfassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li jkunu twettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità.

13.  Għandha tiġi garantita l-imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment ta' livell għoli tagħhom, tal-persuni responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet tal-konformità, u ta' kwalunkwe sottokuntrattur.

14.  Ir-remunerazzjoni tal-maniġment ta' livell għoli u tal-persuni responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta' valutazzjonijiet tal-konformità mwettqa jew fuq ir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.

15.  Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprevedu polza tal-assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tinġarrx mill-Istat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, jew l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

16.  Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tiegħu, il-kumitati tiegħ , is-sussidjarji tiegħu, is-sottokuntratturi tiegħu, u kwalunkwe korp assoċjat jew persunal ta' korpi esterni ta' korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom iżommu l-kunfidenzjalità u josservaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom skont dan ir-Regolament jew skont kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tagħti effett lil dan ir-Regolament, u ħlief fejn id-divulgazzjoni tkun meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru li tali persuni jkunu soġġetti għaliha, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali għandhom jiġu protetti. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu proċeduri dokumentati fis-seħħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta' dan il-punt.

17.  Bl-eċċezzjoni tal-punt 16, ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness ma għandhomx jipprekludu skambji ta' informazzjoni teknika u gwida regolatorja bejn korp ta' valutazzjoni tal-konformità u persuna li tapplika għaċ-ċertifikazzjoni jew li qed tikkunsidra tapplikax jew le għaċ-ċertifikazzjoni.

18.  Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom joperaw f'konformità ma' sett ta' termini u kondizzjonijiet konsistenti, ġusti u raġonevoli, filwaqt li jittieħed kont tal-interessi tal-SMEs b'rabta mat-tariffi.

19.  Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandard rilevanti li jkun armonizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 għall-akkreditazzjoni tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jwettqu ċ-ċertifikazzjoni ta' prodotti ICT, servizzi ICT jew proċessi tal-ICT .

20.  Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-laboratorji tal-ittestjar użati għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandard rilevanti li jkun armonizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 għall-akkreditazzjoni tal-laboratorji li jwettqu l-ittestjar.

(1) ĠU C 227, 28.6.2018, p. 86.
(2) ĠU C 176, 23.5.2018, p. 29.
(3)ĠU C 227, 28.6.2018, p. 86.
(4)ĠU C 176, 23.5.2018, p. 29
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019.
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA ) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p.41).
(7)Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1).
(8)Ir-Regolament (KE) Nru 1007/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda t-tul ta' żmien tagħha (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 1).
(9)Ir-Regolament (UE) Nru 580/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perijodu effettiv (ĠU L 165, 24.6.2011, p. 3).
(10) Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni, (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).
(11)Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(12)Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (OJ L 201, 31.7.2002, p. 37).
(13)Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
(14) Deċiżjoni 2004/97/KE, Euratom meħuda bi ftehim komuni minn rappreżentanti tal-Istati Membri, laqgħa f'livell ta' kap ta' stat jew livell governattiv tat-13 ta' Diċembru 2003 dwar il-lok tas-sedji ta' ċerti uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 15).
(15)ĠU C 12, 13.1.2018, p. 1.
(16) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1584 tat-13 ta' Settembru 2017 dwar Rispons Koordinat għal Inċidenti u Kriżijiet taċ-Ċibersigurtà fuq Skala Kbira (ĠU L 239, 19.9.2017, p. 36).
(17)Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(18)Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(19)Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(20)Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(21)Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(22) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(23)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(24)Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(25)ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
(26)Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(27)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
(28)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(29) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(30)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(31) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(32)Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(33)Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).


Prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel ***I
PDF 259kWORD 89k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel (COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD))
P8_TA-PROV(2019)0152A8-0309/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0173),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0139/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Lulju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp, u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0309/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari

P8_TC1-COD(2018)0082


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari, ta' spiss ikun hemm żbilanċi sinifikanti fis-saħħa tan-negozjar bejn il-fornituri u x-xerrejja ta' prodotti agrikoli u alimentari. Dawk l-iżbilanċi fis-saħħa tan-negozjar x'aktarx li jwasslu għal prattiki kummerċjali inġusti meta sħab kummerċjali akbar u b'aktar saħħa jippruvaw jimponu ċerti prattiki jew arranġamenti kuntrattwali fir-rigward ta' transazzjoni ta' bejgħ li jkunu għall-vantaġġ tagħhom. Tali prattiki jistgħu pereżempju: jiddevjaw bil-kbir minn imġiba kummerċjali korretta, imorru kontra l-bona fide u n-negozjar ġust u jiġu imposti b'mod unilaterali minn sieħeb kummerċjali fuq ieħor; jimponu trasferiment inġustifikat u sproporzjonat tar-riskju ekonomiku minn fuq sieħeb kummerċjali għal fuq ieħor; jew jimponu żbilanċ sinifikanti ta' drittijiet u obbligi fuq wieħed mis-sħab kummerċjali. Ċerti prattiki jistgħu jkunu manifestament inġusti anki meta ż-żewġ partijiet jaqblu dwarhom. Jenħtieġ li jiġi introdott standard minimu tal-Unjoni għall-protezzjoni minn prattiki kummerċjali inġusti biex titnaqqas l-okkorrenza ta' dawn il-prattiki li x'aktarx ikollhom impatt negattiv fuq l-istandards ta' għajxien tal-komunità agrikoli. L-approċċ ta' armonizzazzjoni minima f'din id-Direttiva jippermetti lill-Istati Membri jadottaw jew iżommu regoli nazzjonali li jmorru lil hinn mill-prattiki kummerċjali inġusti elenkati f’din id-Direttiva.

(2)  Tliet publikazzjonijiet tal-Kummissjoni mill-2009 (il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 dwar il-katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2014 dwar l-indirizzar ta' prattiki kummerċjali żleali fil-katina ta' provvista alimentari bejn in-negozji, u r-rapport tal-Kummissjoni tad-29 ta' Jannar 2016 dwar il-prattiki kummerċjali żleali fil-katina ta' provvista alimentari bejn in-negozji) iffukaw fuq l-operat tal-katina tal-provvista alimentari, inkluż l-okkorrenza ta' prattiki kummerċjali inġusti. ▌ Il-Kummissjoni ssuġġeriet karatteristiċi mixtieqa għall-oqfsa ta' governanza nazzjonali u volontarji biex jiġu indirizzati l-prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista alimentari. Minħabba l-fatt li mhux dawk il-karatteristiċi kollha saru parti mill-qafas legali jew r-reġimi ta' governanza volontarji fl-Istati Membri, l-okkorrenza ta' tali prattiki baqgħet taħt il-lenti fid-dibattitu politiku fl-Unjoni.

(3)  Fl-2011, il-Forum ta' Livell Għoli mmexxi mill-Kummissjoni dwar it-Titjib tal-Funzjonament tal-Katina tal-Provvista tal-Ikel approva sett ta' prinċipji ta' prattika tajba f'relazzjonijiet vertikali fil-katina tal-provvista alimentari, li ġie maqbul minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-operaturi fil-katina tal-provvista alimentari. Dawn il-prinċipji saru l-bażi tal-Inizjattiva tal-Katina tal-Provvista mnedija fl-2013.

(4)  Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel(6), stieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal qafas legali tal-Unjoni dwar prattiki kummerċjali inġusti. Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2016 dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel u l-indirizzar ta' prattiki kummerċjali inġusti, stieden lill-Kummissjoni twettaq, fi żmien xieraq, valutazzjoni tal-impatt bil-ħsieb li jiġu proposti qafas leġislattiv tal-Unjoni jew miżuri mhux leġislattivi sabiex jiġu indirizzati prattiki kummerċjali inġusti. Il-Kummissjoni ħejjiet valutazzjoni tal-impatt, li kienet preċeduta minn konsultazzjoni pubblika miftuħa kif ukoll konsultazzjonijiet immirati. Barra minn hekk, waqt il-proċess leġislattiv il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni li turi li operaturi kbar jirrappreżentaw sehem konsiderevoli tal-valur ġenerali tal-produzzjoni.

(5)  Operaturi differenti huma attivi fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari f'diversi stadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut ta' prodotti agrikoli u alimentari. Dik il-katina hija bil-bosta l-aktar kanal importanti li minnu l-prodotti agrikoli u alimentari jaslu mill-"għalqa sal-platt". Dawk l-operaturi jinnegozjaw prodotti agrikoli u alimentari, jiġifieri prodotti agrikoli primarji, inkluż prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ▌, u ▌ prodotti mhux elenkati f'dak l-Anness iżda pproċessati sabiex jintużaw bħala ikel bl-użu ta' prodotti elenkati f'dak l-Anness.

(6)  Filwaqt li r-riskju tan-negozju huwa inerenti fl-attività ekonomika kollha, il-produzzjoni agrikola hija partikularment miżgħuda bl-inċertezza minħabba d-dipendenza tagħha fuq proċessi bijoloġiċi u l-esponiment tagħha għall-kundizzjonijiet tat-temp. Dik l-inċertezza hija aggravata mill-fatt li l-prodotti agrikoli u alimentari huma xi ftit jew wisq suxxettibbli għat-tħassir u staġjonali ▌. F'ambjent ta' politika agrikola deċiżament aktar orjentat lejn is-suq milli kien fil-passat, il-protezzjoni minn prattiki kummerċjali inġusti saret aktar importanti għall-operaturi attivi fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari ▌.

(7)  B'mod partikolari, tali prattiki kummerċjali inġusti aktarx li jkollhom impatt negattiv fuq l-istandards ta' għajxien tal-komunità agrikola. Dak l-impatt huwa mifhum li huwa jew dirett, peress li jikkonċerna produtturi agrikoli u l-organizzazzjonijiet tagħhom bħala fornituri, jew inkella indirett, b'effett kaskata tal-konsegwenzi tal-prattiki kummerċjali inġusti li jseħħu fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari b'mod li jaffettwaw negattivament lill-produtturi primarji f'dik il-katina.

(8)  Il-maġġoranza tal-Istati Membri ▌, iżda mhux kollha, għandhom regoli nazzjonali speċifiċi li jipproteġu l-fornituri minn prattiki kummerċjali inġusti li jseħħu fir-relazzjonijiet minn bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari. Fejn ir-rikors għad-dritt kuntrattwali jew inizjattivi awtoregolatorji jkun possibbli, il-biża' ta' ritaljazzjoni kummerċjali kontra lmentatur, kif ukoll ir-riskji finanzjarji involuti fil-kontestazzjoni ta' tali prattiki, jillimitaw il-valur prattiku ta' dawk il-forom ta' rimedju. Għalhekk, ċerti Stati Membri li għandhom ▌ regoli speċifiċi dwar prattiki kummerċjali inġusti jafdaw l-infurzar ta' tali regoli f'idejn l-awtoritajiet amministrattivi. Madankollu, ir-regoli tal-Istati Membri dwar prattiki kummerċjali inġusti - sa fejn jeżistu - huma kkaratterizzati minn diverġenza sinifikanti.

(9)  L-għadd u d-daqs tal-operaturi jvarjaw tul l-istadji differenti tal-katina tal-provvista agrikola u alimentari. Differenzi fis-saħħa tan-negozjar, li jikkorrispondu għad-dipendenza ekonomika tal-fornitur fuq ix-xerrej, x'aktarx li jwasslu lill-operaturi akbar biex jimponu prattiki kummerċjali inġusti fuq operaturi iżgħar. Approċċ dinamiku, li jkun ibbażat fuq id-daqs relattiv tal-fornitur u tax-xerrej f'termini ta' fatturat, jenħtieġ li jipprovdi protezzjoni minn prattiki kummerċjali inġusti li tkun aħjar għal dawk l-operaturi li għandhom l-aktar bżonnha. Prattiki kummerċjali inġusti huma partikolarment ta' ħsara għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari. Jenħtieġ li intrapriżi li jkunu akbar minn SMEs iżda b'fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 350 000 000 , jiġu wkoll protetti minn prattiki kummerċjali inġusti biex jiġu evitati li l-ispejjeż ta' tali prattiki tgħaddi għal fuq il-produtturi agrikoli. L-effett kaskata fuq il-produtturi agrikoli jidher li huwa partikularment sinifikanti għal intrapriżi b'fatturat annwali ta' mhux aktar minn EUR 350 000 000. Il-protezzjoni tal-fornituri intermedjarji ta' prodotti agrikoli u alimentari, inkluż prodotti pproċessati, tista' sservi wkoll biex tiġi evitata d-devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jipproduċu prodotti pproċessati lejn il-fornituri mhux protetti.

(10)  Il-protezzjoni pprovduta minn din id-Direttiva jenħtieġ li tibbenifika produtturi agrikoli u persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jfornu prodotti agrikoli u alimentari, inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi, kemm jekk rikonoxxuti jew mhumiex, u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, kemm jekk rikonoxxuti jew jekk mhumiex, soġġett għas-saħħa tan-negozjar relattiva tagħhom. Dawk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jinkludu l-kooperattivi. Dawk il-produtturi u persuni huma partikularment vulnerabbli għal prattiki kummerċjali inġusti u huma l-anqas kapaċi li jirreżistuhom mingħajr effetti negattivi fuq il-vijabbiltà ekonomika tagħhom. Rigward il-kategoriji ta' fornituri li jenħtieġ li jiġu protetti skont din id-Direttiva, ta' min jinnota li l-maġġoranza ta' kooperattivi magħmula minn bdiewa huma intrapriżi akbar minn SMEs iżda b'fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 350 000 000.

(11)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri transazzjonijiet kummerċjali irrispettivament minn jekk dawn jitwettqux bejn intrapriżi jew inkella bejn intrapriżi u awtoritajiet pubbliċi, peress li jenħtieġ li l-awtoritajiet pubbliċi jintrabtu bl-istess standards meta jixtru prodotti agrikoli jew alimentari. Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għall-awtoritajiet pubbliċi li jaġixxu bħala xerrejja.

(12)  Fornituri fl-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti mhux biss minn prattiki kummerċjali inġusti minn xerrejja li huma stabbiliti fl-istess Stat Membru bħall-fornitur jew fi Stat Membru differenti mill-fornitur, iżda wkoll minn prattiki kummerċjali inġusti minn xerrejja stabbiliti barra mill-Unjoni. Tali protezzjoni tevita konsegwenzi mhux intenzjonati possibbli, bħall-għażla tal-post tal-istabbiliment abbażi tar-regoli applikabbli. Fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jgawdu wkoll mill-protezzjoni minn prattiki kummerċjali inġusti meta jbigħu prodotti agrikoli alimentari fl-Unjoni. Mhux biss tali fornituri probabbilment ikunu ugwalment vulnerabbli għal prattiki kummerċjali inġusti, iżda kamp ta' applikazzjoni usa' jista' wkoll jevita d-devjazzjoni tal-kummerċ mhux intenzjonata lejn fornituri mhux protetti, li tikkomprometti l-protezzjoni tal-fornituri fl-Unjoni.

(13)  Jenħtieġ li ċerti servizzi li huma anċillari għall-bejgħ ta' prodotti agrikoli u alimentari jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(14)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika għall-imġiba kummerċjali ta' operaturi akbar lejn operaturi li jkollhom anqas saħħa tan-negozjar. Approssimazzjoni xierqa tas-saħħa tan-negozjar relattiva hija l-fatturat annwali tal-operaturi differenti. Filwaqt li huwa approssimazzjoni, dan il-kriterju jagħti prevedibbiltà lill-operaturi rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. Limitu massimu jenħtieġ li jipprevjeni li tingħata protezzjoni lill-operaturi li mhumiex vulnerabbli jew li huma sew anqas vulnerabbli minn sħab jew kompetituri iżgħar minnhom. Għaldaqstant, din id-Direttiva tistabbilixxi kategoriji ta' operaturi bbbażati fuq il-fatturat tagħhom li skonthom tingħata protezzjoni.

(15)  Peress li prattiki kummerċjali inġusti jistgħu jseħħu fi kwalunkwe stadju tal-bejgħ ta' prodott agrikolu jew alimentari, ▌ qabel, waqt jew wara transazzjoni ta' bejgħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li din id-Direttiva tapplika għal tali prattiki kull meta jseħħu.

(16)  Fid-deċiżjoni dwar jekk prattika kummerċjali partikolari titqiesx bħala inġusta, huwa importanti li jitnaqqas ir-riskju li jiġi limitat l-użu ta' ftehimiet ġusti u li jkattru l-effiċjenza li jkunu maqbula bejn il-partijiet. Għaldaqstant, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn prattiki li jkunu previsti f'termini ċari u mhux ambigwi fi ftehimiet ta' forniment jew fi ftehimiet sussegwenti bejn il-partijiet u prattiki li jseħħu wara li tkun bdiet it-transazzjoni mingħajr ma tkun ġiet maqbula minn qabel, sabiex jiġu pprojbiti biss bidliet unilaterali u retrospettivi għal dawk it-termini ċari u mhux ambigwi tal-ftehim ta' forniment. Madankollu, ċerti prattiki kummerċjali huma meqjusa bħala inġusti min-natura tagħhom stess u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal-libertà kuntrattwali tal-partijiet ▌.

(17)  Pagamenti tard għal prodotti agrikoli u alimentari, inkluż pagamenti tard prodotti li jitħassru, u kanċellazzjonijiet b'avviż qasir ta' ordnijiet ta' prodotti li jitħassru għandhom impatt negattiv fuq il-vijabbiltà ekonomika tal-fornitur, mingħajr ma jipprovdu benefiċċji li jikkumpensaw. Għaldaqstant, dawn il-prattiki jenħtieġ li jiġu pprojbiti. F'dak il-kuntest, huwa xieraq li tkun prevista definizzjoni ta' prodotti agrikoli u alimentari li jitħassru għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Id-definizzjonijiet użati f'atti tal-Unjoni dwar il-liġi alimentari jirrigwardaw objettivi differenti, bħal ma huma s-saħħa u s-sikurezza alimentari, u għalhekk mhumiex adatti għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li prodott jitqies li jitħassar jekk jista' jkun mistenni li ma jibqax tajjeb għall-bejgħ fi żmien 30 jum mill-aħħar att ta' ħsad, ta' produzzjoni jew ta' pproċessar mill-fornitur, irrispettivament minn jekk il-prodott jiġix ipproċessat aktar wara l-bejgħ, u irrispettivament minn jekk il-prodott jiġix ittrattat wara l-bejgħ f'konformità ma' regoli oħra, b'mod partikolari r-regoli dwar is-sigurtà alimentari.

Normalment, prodotti li jitħassru jintużaw jew jinbiegħu malajr. Pagamenti għal prodotti li jitħassru li jsiru 30 jum wara l-konsenja, 30 jum wara t-tmiem ta' perijodu maqbul għall-konsenja fejn il-prodotti jiġu konsenjati fuq bażi regolari, jew 30 jum wara d-data meta l-ammont pagabbli jiġi ffissat, mhumiex kompatibbli mal-kummerċ ġust. Sabiex il-bdiewa u l-likwidità tagħhom ikunu protetti aħjar, jenħtieġ li l-fornituri ta' prodotti agrikoli u alimentari oħra ma jkollhomx jistennew għal pagament aktar minn 60 jum wara l-konsenja, 60 jum wara perijodu maqbul għall-konsenja fejn il-prodotti jiġu konsenjati fuq bażi regolari, jew 60 jum wara d-data meta l-ammont pagabbli jiġi ffissat. Jenħtieġ li dawk il-limitazzjonijiet japplikaw biss għal pagamenti relatati mal-bejgħ ta' prodotti agrikoli u alimentari, u mhux għal pagamenti oħra bħal pagamenti supplimentari minn kooperattiva lill-membri tagħha.

F'konformità mad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), jenħtieġ li jkun possibbli li titqies id-data meta l-ammont pagabbli għal perijodu maqbul għall-konsenja jiġi ffissat, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, bħala d-data tal-irċevuta mix-xerrej tal-fattura tal-fornitur.

(18)  Id-dispożizzjonijiet dwar pagamenti tard stipulati f'din id-Direttiva jikkostitwixxu regoli speċifiċi għas-settur agrikolu u alimentari b'rabta mad-dispożizzjonijiet dwar il-perijodi ta' pagament stabbiliti fid-Direttiva 2011/7/UE. Id-dispożizzjonijiet dwar pagamenti tard stipulati f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma jaffettwawx ftehimiet dwar klawżoli ta' kondiviżjoni tal-valur fis-sens tal-Artikolu 172a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). Sabiex ikun salvagwardat il-funzjonament bla xkiel tal-iskema tal-iskola skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar pagament tard stabbiliti f'din id-Direttiva ma japplikawx għall-pagamenti li jitħallsu minn xerrej (jiġifieri applikant għall-għajnuna) lil fornitur fil-qafas tal-iskema tal-iskola. B'kont meħud tal-isfidi għall-entitajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi ta' kura tas-saħħa biex jipprijoritizzaw il-kura tas-saħħa b'mod li jibbilanċja l-ħtiġijiet ta' pazjenti individwali mar-riżorsi finanzjarji, jenħtieġ ukoll li dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-entitajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi ta' kura tas-saħħa fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2011/7/UE.

(19)  Għeneb u most għall-produzzjoni tal-inbid għandhom karatteristiċi speċjali, peress li l-għeneb jinqata' biss waqt perijodu limitat ħafna tas-sena, iżda jintużaw fil-produzzjoni tal-inbid li f'xi każijiet jinbiegħ biss bosta snin wara. Sabiex dik is-sitwazzjoni speċjali tiġi koperta, organizzazzjonijiet ta' produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali żviluppaw tradizzjonalment kuntratti standard għall-provvista ta' tali prodotti. Tali kuntratti standard jipprevedu skadenzi ta' pagament speċifiċi b'pagamenti akkont. Peress li dawk il-kuntratti standard jintużaw minn fornituri u xerrejja għal arranġamenti pluriennali, huma mhux biss jipprovdu lill-produtturi agrikoli s-sigurtà ta' relazzjonijiet tal-bejgħ fit-tul, iżda wkoll jikkontribwixxu għall-istabbiltà tal-katina tal-provvista. Fejn tali kuntratti standard tfasslu minn organizzazzjoni tal-produtturi, minn organizzazzjoni interprofessjonali jew minn assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti u jkunu saru vinkolanti minn Stat Membru skont l-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel l-1 ta' Jannar 2019 ("estensjoni"), jew fejn l-estensjoni tal-kuntratti standard tiġġedded minn Stat Membru mingħajr tibdil sinifikanti tat-termini għall-pagament għall-iżvantaġġ tal-fornituri tal-għeneb u l-most, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar pagament tard stabbiliti f'din id-Direttiva ma japplikawx għal tali kuntratti bejn fornituri ta' għeneb u most għall-produzzjoni tal-inbid u x-xerrejja diretti tagħhom. L-Istati Membri huma obbligati li jinnotifikaw l-ftehimiet rispettivi tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi, organizzazzjonijiet interprofessjonali u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 164(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(20)  Jenħtieġ li notifiki ta' kanċellazzjoni għal prodotti li jitħassru ta' anqas minn 30 jum jitqiesu bħala inġusti, peress li l-fornitur ma jkunx f'pożizzjoni li jsib swieq disponibbli alternattivi għal dawk il-prodotti. Madankollu, għal prodotti f'ċertu setturi, anki perijodi iqsar ta' kanċellazzjoni jistgħu xorta waħda jħallu ħin biżżejjed biex il-fornituri jkunu jistgħu ibiegħu l-prodotti x'imkien ieħor jew biex jużawhom huma stess. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jipprevedu perijodi iqsar ta' kanċellazzjoni għal tali setturi f'każijiet debitament ġustifikati.

(21)  Xerrejja b'saħħithom jenħtieġ li ma jbiddlux termini kuntrattwali maqbula b'mod unilaterali, pereżempju billi jneħħu mil-lista prodotti koperti minn ftehim ta' forniment. Madankollu, jenħtieġ li dan ma japplikax f'sitwazzjonijiet li jinvolvu ftehim bejn fornitur u xerrej li jistipula speċifikament li x-xerrej jista' jispeċifika element konkret tat-transazzjoni fi stadju aktar tard fir-rigward ta' ordnijiet futuri. Dan jista' pereżempju jirrigwarda l-kwantitajiet ordnati. Ftehim ma għandux għalfejn jiġi konkluż f'mument wieħed taż-żmien għall-aspetti kollha tat-transazzjoni bejn il-fornitur u x-xerrej.

(22)  Jenħtieġ li l-fornituri u x-xerrejja ta' prodotti agrikoli u alimentari jkunu jistgħu jinnegozjaw b'mod liberu transazzjonijiet tal-bejgħ, inkluż il-prezzijiet. Tali negozjati jinkludu wkoll pagamenti għal servizzi pprovduti mix-xerrej lill-fornitur, bħall-inklużjoni fil-lista, il-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni. Madankollu, fejn xerrej jimponi pagamenti fuq fornitur li ma jkunux relatati ma' transazzjoni ta' bejgħ speċifika, jenħtieġ li dan jitqies inġust u jenħtieġ li jiġi pprojbit skont din id-Direttiva.

(23)  Filwaqt li jenħtieġ li ma jkunx hemm obbligu li jintużaw kuntratti bil-miktub, l-użu ta' kuntratti bil-miktub fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari jista' jgħin biex jiġu evitati ċerti prattiki kummerċjali inġusti. Għaldaqstant, u sabiex il-fornituri jiġu protetti minn dawk il-prattiki inġusti, jenħtieġ li fornituri jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom ikollhom id-dritt li jitolbu konferma bil-miktub tat-termini ta' ftehim ta' forniment fejn dawk it-termini jkunu diġà miftiehma. F'każijiet bħal dawn, ir-rifjut minn xerrej li jikkonferma bil-miktub it-termini tal-ftehim ta' forniment jenħtieġ li jitqies bħala prattika kummerċjali inġusta u jenħtieġ li jiġi pprojbit. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw, jikkondividu u jippromwovu l-aħjar prattiki fir-rigward tal-konklużjoni ta' kuntratti fit-tul immirati lejn it-tisħiħ tal-pożizzjoni ta' negozjar tal-produtturi fi ħdan il-katina tal-provvista agrikola u alimentari.

(24)  Din id-Direttiva ma tarmonizzax ir-regoli dwar l-oneru tal-provi li għandhom jiġu applikati fi proċedimenti quddiem l-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali, u lanqas ma tarmonizza d-definizzjoni ta' ftehimiet ta' forniment. Għaldaqstant, ir-regoli dwar l-oneru tal-provi u d-definizzjoni tal-ftehimiet ta' forniment huma dawk stabbiliti mid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri.

(25)  Skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-fornituri jkunu jistgħu jressqu lmenti kontra ċerti prattiki kummerċjali inġusti. Ir-ritaljazzjoni kummerċjali minn xerrejja kontra fornituri li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, jew it-theddida ta' ritaljazzjoni, pereżempju bit-tneħħija ta' prodotti mil-lista, it-tnaqqis tal-kwantitajiet tal-prodotti ordnati jew it-twaqqif ta' ċerti servizzi li x-xerrej jipprovdi lill-fornitur bħall-kummerċjalizzazzjoni jew promozzjonijiet tal-prodotti tal-fornitur, jenħtieġ li tiġi pprojbita u ttrattata bħala prattika kummerċjali inġusta.

(26)  L-ispejjeż tal-istokkjar, il-wiri jew l-inklużjoni fil-lista ta' prodotti agrikoli u alimentari normalment jiġġarrbu mix-xerrej jew tat-tqegħid għad-dispożizzjoni fuq is-suq ta' tali prodotti. B'konsegwenza ta' dan, jenħtieġ li jkun pprojbit taħt din id-Direttiva li fornitur jiġi impost pagament, li għandu jitħallas jew lix-xerrej jew inkella lil parti terza, għal dawk is-servizzi, sakemm il-pagament ma jkunx ġie maqbul b'termini ċari u mhux ambigwi fil-konklużjoni tal-ftehim ta' forniment jew f'xi ftehim sussegwenti bejn ix-xerrej u l-fornitur. Fejn tali pagament jiġi maqbul, jenħtieġ li dan ikun ibbażat fuq stimi oġġettivi u raġonevoli.

(27)  Sabiex jitqiesu ġusti l-kontribuzzjonijiet minn fornitur għall-ispejjeż tal-promozzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni jew ir-riklamar ta' prodotti agrikoli u alimentari, inkluż il-wiri promozzjonali fi ħwienet u kampanji tal-bejgħ, jenħtieġ li jkun hemm qbil b'termini ċari u mhux ambigwi fil-konklużjoni tal-ftehim ta' forniment jew f'xi ftehim sussegwenti bejn ix-xerrej u l-fornitur. Inkella, jenħtieġ li jiġu pprojbiti skont din id-Direttiva. Fejn tali kontribuzzjoni tiġi maqbula, jenħtieġ li din tkun ibbażata fuq stimi oġġettivi u raġonevoli.

(28)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeżinjaw awtoritajiet tal-infurzar sabiex jiżguraw infurzar effettiv tal-projbizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva. ▌. Dawk l-awtoritajiet jenħtieġ li jkunu kapaċi jaġixxu jew fuq l-inizjattiva proprja tagħhom jew inkella abbażi ta' lmenti mill-partijiet affettwati minn prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista agrikola jew alimentari, ilmenti ta' informaturi, jew ilmenti anonimi. Awtorità tal-infurzar tista' tikkonkludi li ma jkunx hemm raġunijiet suffiċjenti biex taġixxi fuq ilment. Prijoritajiet amministrattivi jistgħu jwasslu wkoll għal tali konklużjoni. Jekk l-awtorità tal-infurzar tikkonkludi li ma tkunx tista' tagħti prijorità lil ilment, jenħtieġ li tinforma lill-ilmentatur u tagħti raġunijiet għal dan. Fejn ilmentatur jitlob li l-identità tiegħu tibqa' kunfidenzjali minħabba l-biża' ta' ritaljazzjoni kummerċjali, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa.

(29)  Jekk xi Stat Membru jkollu aktar minn awtorità tal-infurzar waħda, jenħtieġ li jiddeżinja punt uniku ta' kuntatt bil-ħsieb li jiffaċilita l-kooperazzjoni effettiva fost l-awtoritajiet tal-infurzar u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni.

(34)  Il-fornituri jistgħu jsibuha aktar faċli li jindirizzaw ilmenti lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru proprju tagħhom, pereżempju għal raġunijiet lingwistiċi. Madankollu, f'termini ta' infurzar, jista' jkun aktar effettiv li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta' infurzar tal-Istat Membru fejn ix-xerrej ikun stabbilit. Jenħtieġ li l-fornituri jkunu jistgħu jagħżlu lil liema awtorità jindirizzaw l-ilmenti.

(31)  L-ilmenti minn organizzazzjonijiet ta' produtturi, organizzazzjonijiet ta' fornituri oħra u assoċjazzjonijiet ta' tali organizzazzjonijiet, inkluż organizzazzjonijiet ta' rappreżentanti jistgħu jservu biex jipproteġu l-identitajiet ta' membri individwali tal-organizzazzjoni li ▌jqisu ruħhom affettwati minn prattiki kummerċjali inġusti. Jenħtieġ ukoll li organizzazzjonijiet oħra li għandhom interess leġittimu fir-rappreżentanza tal-fornituri jkollhom id-dritt li jressqu lmenti fuq it-talba ta' fornitur u fl-interess ta' dak il-fornitur, dment li tali organizzazzjonijiet huma persuni ġuridiċi indipendenti u mingħajr fini ta' profitt. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw u jaġixxu fuq ilmenti minn tali entitajiet, filwaqt li jipproteġu d-drittijiet proċedurali tax-xerrej.

(32)  Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv tal-projbizzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti, l-awtoritajiet tal-infurzar deżinjati jenħtieġ li jkollhom ir-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġa.

(33)  L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji u l-għarfien espert biex iwettqu investigazzjonijiet. L-għoti tas-setgħa lil dawk l-awtoritajiet ma jfissirx li dawn huma obbligati li jużaw dawk is-setgħat f'kull investigazzjoni li jwettqu. Jenħtieġ, pereżempju, li s-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar jippermettulhom jiġbru b'mod effettiv informazzjoni fattwali u jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar ikollhom is-setgħa li jordnaw it-terminazzjoni ta' prattika projbita, fejn applikabbli.

(34)  L-eżistenza ta' deterrent, bħas-setgħa li jiġu imposti, jew li jingħata bidu għal proċedimenti, pereżempju proċedimenti ġudizzjarji, għall-impożizzjoni ta' multi, jew penali oħra ugwalment effettivi, u li jiġu ppubblikati r-riżultati tal-investigazzjonijiet, inkluż il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni li tirrigwarda x-xerrejja li jkunu wettqu l-ksur, tista' tinkoraġġixxi bidliet fl-imġiba u soluzzjonijiet prekontenzjużi bejn il-partijiet, u għalhekk jenħtieġ li tkun parti mis-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar. Il-multi jistgħu jkunu partikularment effettivi u dissważivi. Madankollu, jenħtieġ li l-awtorità tal-infurzar tkun tista' tiddeċiedi f'kull investigazzjoni liema setgħa minn tagħha ser teżerċita u jekk timponix multa jew tinizjax proċedimenti għall-impożizzjoni ta' multa jew xi penali oħra ugwalment effettiva.

(35)  L-eżerċizzju tas-setgħat ikkonferiti fuq awtoritajiet tal-infurzar bis-saħħa ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jkun soġġett għal salvagwardji adatti li jissodisfaw l-istandards tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, inkluż ir-rispett għad-drittijiet ta' difiża tax-xerrej.

(36)  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw approċċ komuni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tal-infurzar jenħtieġ li jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, pereżempju billi jikkondividu informazzjoni u jassistu f'investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

(37)  Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar effettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħin fl-organizzazzjoni ta' laqgħat regolari bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri fejn jistgħu jiġu kondiviżi ▌informazzjoni rilevanti, l-aħjar prattiki, żviluppi ġodda, prattiki ta' infurzar u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva. ▌

(38)  Biex jiġu ffaċilitati dawk l-iskambji, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi sit web pubbliku li jkun fih referenzi għall-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali inkluż informazzjoni dwar il-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(39)  Billi maġġoranza tal-Istati Membri diġà għandhom regoli nazzjonali dwar prattiki kummerċjali inġusti, għalkemm regoli diverġenti, huwa xieraq li tintuża Direttiva sabiex jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni skont id-dritt tal-Unjoni. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jintegraw ir-regoli rilevanti fl-ordni legali nazzjonali tagħhom b'mod li jippermetti l-istabbiliment ta' reġimi koeżivi. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli jżommu jew milli jintroduċu fit-territorju tagħhom regoli nazzjonali aktar stretti li jipprevedu livell ogħla ta' protezzjoni minn prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari, soġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern, dment li tali regoli jkunu proporzjonati.

(40)  Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew jintroduċu regoli nazzjonali mfassla biex jiġġieldu prattiċi kummerċjali inġusti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, soġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern, dment li dawn ir-regoli jkunu proporzjonati. Regoli nazzjonali bħal dawn jistgħu jmorru lil hinn minn din id-Direttiva, pereżempju fir-rigward tad-daqs tax-xerrejja u l-fornituri, il-protezzjoni tax-xerrejja, l-ambitu tal-prodotti u l-ambitu tas-servizzi. Regoli nazzjonali bħal dawn jistgħu wkoll jmorru lil hinn mill-għadd u t-tip ta' prattiki kummerċjali inġusti projbiti elenkati f'din id-Direttiva.

(41)  Tali regoli nazzjonali japplikaw flimkien ma' miżuri ta' governanza volontarji, bħal kodiċijiet ta' kondotta nazzjonali jew l-Inizjattiva tal-Katina tal-Provvista. L-użu ta' riżoluzzjoni alternattiva ta' tilwim fuq bażi volontarja bejn il-fornituri u x-xerrejja jenħtieġ li jitħeġġeġ b'mod espliċitu, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-fornitur li jressaq ilmenti jew li jirrikorri għall-qrati ċivili.

(42)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tivvaluta l-effettività ta' din id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jressqu rapporti annwali lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk ir-rapporti, fejn applikabbli, jipprovdu informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar l-ilmenti, l-investigazzjonijiet u d-deċiżjonijiet meħuda. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' rappurtar, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9).

(43)  Fl-interess ta' implimentazzjoni effettiva tal-politika fir-rigward tal-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Jenħtieġ li dak ir-rieżami jivvaluta, b'mod partikolari, l-effettività ta' miżuri nazzjonali mmirati lejn il-ġlieda kontra prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari, u l-effettività tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar. Jenħtieġ ukoll li r-rieżami jagħti attenzjoni partikolari dwar jekk il-protezzjoni ta' xerrejja ▌ ta' prodotti agrikoli u alimentari fil-katina tal-provvista – flimkien mal-protezzjoni ta' fornituri ▌ – tkunx iġġustifikata fil-ġejjieni. Jenħtieġ li r-rapport ikun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti leġislattivi.

(44)  Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi standard minimu ta' protezzjoni tal-Unjoni billi tarmonizza l-miżuri diverġenti tal-Istati Membri relatati mal-prattiċi kummerċjali inġusti, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Bil-ħsieb li jiġu miġġielda prattiki li jiddevjaw b'mod qawwi minn imġiba kummerċjali korretta, li huma kuntrarji għall-bona fide u n-negozjar ġust u li jiġu imposti b'mod unilaterali minn wieħed mis-sħab kummerċjali fuq l-ieħor, din id-Direttiva tistabbilixxi lista minima ta' prattiki kummerċjali inġusti pprojbiti fir-relazzjonijiet bejn ix-xerrejja u l-fornituri fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari u tistabbilixxi regoli minimi rigward l-infurzar ta' dawk il-projbizzjonijiet u arranġamenti għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar.

2.  Din id-Direttiva tapplika għal ċerti prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru b'rabta mal-bejgħ ta' prodotti agrikoli u alimentari minn:

(a)  fornituri li jkollhom fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 2 000 000 lil xerrejja li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 2 000 000;

(b)  fornituri li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 2 000 000 u li ma jaqbiżx EUR 10 000 000 lil xerrejja li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 10 000 000;

(c)  fornituri li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 10 000 000 u li ma jaqbiżx EUR 50 000 000 lil xerrejja li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 50 000 000;

(d)  fornituri li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 50 000 000 u li ma jaqbiżx EUR 150 000 000 lil xerrejja li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 150 000 000;

(e)  fornituri li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 150 000 000 u li ma jaqbiżx EUR 350 000 000 lil xerrejja li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 350 000 000.

Il-fatturat annwali tal-fornituri u x-xerrejja msemmi fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu għandu jinftiehem f'konformità mal-partijiet rilevanti tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(10) u b'mod partikolari l-Artikoli 3, 4 u 6 tagħha , inkluż id-definizzjonijiet ta' "intrapriża awtonoma", ""intrapriża msieħba" u "intrapriża konnessa", u kwistjonijiet oħra li jirrigwardaw il-fatturat. F'każ ta' awtorità pubblika, il-kondizzjonijiet tal-fatturat annwali fil-paragrafu 2 ma japplikawx.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, din id-Direttiva tapplika fir-rigward tal-bejgħ ta' prodotti agrikoli u alimentari minn fornituri li jkollhom fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 350 000 000 lix-xerrejja kollha li jkunu awtoritajiet pubbliċi.

Din id-Direttiva tapplika għal bejgħ fejn il-fornitur jew ix-xerrej, jew it-tnejn li huma, ikunu stabbiliti fl-Unjoni.

Din id-Direttiva tapplika wkoll għal servizzi, sa fejn ikunu imsemmija espliċitament fl-Artikolu 3, ipprovduti mix-xerrej lill-fornitur.

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ftehimiet bejn fornituri u konsumaturi.

3.  Din id-Direttiva tapplika għal ftehimiet ta' forniment konklużi wara d-data tal-applikazzjoni tal-miżuri li jittrasponu din id-Direttiva f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1).

4.  Il-ftehimiet ta' forniment konklużi qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-miżuri li jittrasponu din id-Direttiva f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) għandhom jinġiebu f'konformità ma' din id-Direttiva fi żmien 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  ''prodotti agrikoli u alimentari'' tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE ▌kif ukoll prodotti mhux elenkati f'dak l-Anness, iżda proċessati għall-użu bħala ikel bl-użu tal-prodotti elenkati f'dak l-Anness;

(2)  "xerrej" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment ta' dik il-persuna, jew kwalunkwe awtorità pubblika fl-Unjoni, li tixtri prodotti agrikoli u alimentari ▌; it-terminu ''xerrej'' jista' jinkludi grupp ta' tali persuni fiżiċi u ġuridiċi;

(3)  "awtorità pubblika" tfisser awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, korpi rregolati mid-dritt pubbliku, jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità jew awtoritajiet, jew tali korp jew korpi rregolati mid-dritt pubbliku;

(4)  ''fornitur'' tfisser kwalunkwe produttur agrikolu jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment tagħhom, li tbigħ prodotti agrikoli u alimentari; it-terminu ''fornitur'' jista' jinkludi grupp ta' tali produtturi agrikoli jew grupp ta' tali persuni fiżiċi u ġuridiċi, bħal organizzazzjonijiet ta' produtturi, organizzazzjonijiet ta' fornituri u assoċjazzjonijiet ta' tali organizzazzjonijiet;

(5)  ''prodotti agrikoli u alimentari li jitħassru'' tfisser prodotti agrikoli u alimentari li min-natura tagħhom jew fl-istadju ta' pproċessar tagħhom jistgħu ma jibqgħux tajbin għall-bejgħ fi żmien 30 jum wara l-ħsad, il-produzzjoni jew l-ipproċessar.

Artikolu 3

Projbizzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali inġusti kollha li ġejjin:

(a)  ix-xerrej iħallas lill-fornitur ▌,

(i)  fejn il-ftehim ta' forniment jipprevedi l-konsenja ta' prodotti fuq bażi regolari:

—  għal prodotti agrikoli u alimentari li jitħassru, aktar tard minn 30 jum wara tmiem perijodu maqbul għall-konsenja li fih il-konsenji jkunu saru jew aktar tard minn 30 jum wara d-data meta l-ammont pagabbli għal dak il-perijodu ta' konsenja jiġi ffissat, skont liema waħda minn dawk iż-żewġ dati tiġi wara;

—  għal prodotti agrikoli u alimentari oħra, aktar tard minn 60 jum wara tmiem perijodu maqbul għall-konsenja li fih il-konsenji jkunu saru jew aktar tard minn 60 jum wara d-data meta l-ammont pagabbli għal dak il-perijodu ta' konsenja jiġi ffissat, skont liema waħda minn dawk iż-żewġ dati tiġi wara;

għall-finijiet tal-perijodi ta' pagament f'dan il-punt, il-perijodi maqbula għall-konsenja għandhom fi kwalunkwe każ jitqiesu li ma jeċċedux xahar;

(ii)  fejn il-ftehim ta' forniment ma jipprevedix il-konsenja ta' prodotti fuq bażi regolari:

—  għal prodotti agrikoli u alimentari li jitħassru, aktar tard minn 30 jum wara d-data ta' konsenja jew aktar tard minn 30 jum wara d-data meta l-ammont pagabbli jiġi ffissat, skont liema waħda minn dawk iż-żewġ dati tiġi wara;

—  għal prodotti agrikoli u alimentari oħra, aktar tard minn 60 jum wara d-data ta' konsenja jew aktar tard minn 60 jum wara d-data meta l-ammont pagabbli jiġi ffissat, skont liema waħda minn dawk iż-żewġ dati tiġi wara.

Minkejja s-subpunti (i) u (ii) ta' dan il-punt, fejn ix-xerrej jiffissa l-ammont pagabbli:

—  il-perijodi ta' pagament imsemmija fil-punt (i) għandhom jibdew jgħoddu minn tmiem il-perijodu maqbul għall-konsenja li fih il-konsenji jkunu saru; u

—  il-perijodi ta' pagament imsemmija fil-punt (ii) għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta' konsenja;

(b)  ix-xerrej jikkanċella ordnijiet ta' prodotti agrikoli u alimentari li jitħassru b'notifika tant qasira li fornitur ma jistax raġonevolment jiġi mistenni li jsib mezz alternattiv biex jikkummerċjalizza jew juża dawk il-prodotti; notifika ta' anqas minn 30 jum għandha dejjem titqies bħala notifika qasira; l-Istati Membri jistgħu jiffissaw perijodi iqsar minn 30 jum għal setturi speċifiċi f'każijiet debitament ġustifikati;

(c)  ix-xerrej jibdel b'mod unilaterali ▌ t-termini ta' ftehim ta' forniment għal prodotti agrikoli u alimentari li jikkonċernaw il-frekwenza, il-metodu, il-post, iż-żmien jew il-volum tal-forniment jew il-konsenja tal-prodotti agrikoli u alimentari, l-istandards tal-kwalità, it-termini ta' pagament jew il-prezzijiet, jew fir-rigward tad-dispożizzjoni tas-servizzi sa fejn issir referenza espliċita għalihom fil-paragrafu 2;

(d)  ix-xerrej jirrikjedi pagamenti mill-fornitur li ma jkunux relatati mal-bejgħ tal-prodotti agrikoli u alimentari tal-fornitur;

(e)  ix-xerrej jirrikjedi li l-fornitur iħallas għad-deterjorament jew it-telf, jew għat-tnejn li huma, ta' prodotti agrikoli u alimentari li jokkorru fil-post tax-xerrej jew wara li s-sjieda tkun ġiet trasferita lix-xerrej, fejn tali deterjorament jew telf ma jkunx ikkawżat min-negliġenza tal-fornitur jew ma jkunux it-tort tiegħu;

(f)  il-bejjiegħ jirrifjuta li jikkonferma bil-miktub it-termini ta' ftehim ta' forniment bejn il-bejjiegħ u l-fornitur li l-fornitur ikun talab konferma bil-miktub għalihom; dan ma għandux japplika fejn il-ftehim ta' forniment li jikkonċerna prodotti li għandhom jiġu konsenjati minn membru ta' organizzazzjoni ta' produtturi, inkluż kooperattiva, lill-organizzazzjoni ta' produtturi li l-fornitur ikun membru tagħha, jekk l-istatuti ta' dik l-organizzazzjoni ta' produtturi jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom ikun fihom dispożizzjonijiet b'effetti simili għat-termini tal-ftehim ta' forniment;

(g)  ix-xerrej b'mod illegali jikseb, juża jew jiżvela s-sigrieti kummerċjali tal-fornitur fis-sens tad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11);

(h)  ix-xerrej jhedded li jwettaq, jew inkella jwettaq, atti ta' ritaljazzjoni kummerċjali kontra l-fornitur jekk il-fornitur jeżerċita d-drittijiet kuntrattwali jew legali tiegħu, inkluż billi jressaq ilment mal-awtoritajiet tal-infurzar jew jikkoopera mal-awtoritajiet tal-infurzar matul investigazzjoni;

(i)  ix-xerrej jirrikjedi kumpens mill-fornitur għall-ispiża tal-eżami tal-ilmenti tal-konsumaturi li jirrigwardaw il-bejgħ tal-prodotti tal-fornitur minkejja l-assenza ta' negliġenza jew tort min-naħa tal-fornitur.

Il-projbizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju:

—  għall-konsegwenzi ta' pagamenti tard u rimedji kif stabbiliti fid-Direttiva 2011/7/UE, li għandhom japplikaw, b'deroga mill-perijodi ta' pagament stabbiliti f'dik id-Direttiva, abbażi tal-perijodi ta' pagament stabbiliti f'din id-Direttiva;

—  għall-opzjoni ta' xerrej u ta' fornitur li jiftiehmu dwar klawżola ta' kondiviżjoni tal-valur fis-sens tal-Artikolu 172a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Il-projbizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal pagamenti:

—  magħmula minn xerrej lil fornitur fejn tali pagamenti jsiru fil-qafas tal-iskema tal-iskola skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

—  magħmula minn entitajiet pubbliċi li jipprovdu kura tas-saħħa fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2011/7/UE:

—  skont ftehimiet ta' forniment bejn fornituri tal-għeneb jew il-most għall-produzzjoni tal-inbid u x-xerrejja diretti tagħhom, dment li:

(i)  it-termini speċifiċi ta' pagament għat-transazzjonijiet ta' bejgħ ikunu inklużi f'kuntratti standard li l-Istat Membru jkun għamel vinkolanti skont l-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel l-1 ta' Jannar 2019, u li din l-estensjoni tal-kuntratti standard tiġġedded mill-Istati Membri minn dik id-data mingħajr ebda bidliet sinifikanti għat-termini tal-pagament għall-iżvantaġġ tal-fornituri tal-għeneb jew il-most; u

(ii)  il-ftehimiet ta' forniment bejn fornituri tal-għeneb jew il-most għall-produzzjoni tal-inbid u x-xerrejja diretti tagħhom ikunu pluriennali jew isiru pluriennali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali kollha li ġejjin, sakemm ma jkunux ġew maqbula minn qabel f'termini ċari u mhux ambigwi ▌ fil-ftehim ta' forniment jew f'xi ftehim sussegwenti bejn il-fornitur u x-xerrej:

(a)  ix-xerrej jirritorna prodotti agrikoli u alimentari mhux mibjugħa lill-fornitur mingħajr ma jkun ħallas għal dawk il-prodotti mhux mibjugħa jew mingħajr ma jkun ħallas għar-rimi ta' dawk il-prodotti, jew it-tnejn li huma;

(b)  il- ▌fornitur jiġi impost pagament bħala kondizzjoni tal-istokkjar, il-wiri jew l-inklużjoni fil-lista tal-prodotti agrikoli u alimentari tiegħu, jew għat-tqegħid għad-dispożizzjoni fuq is-suq ta' tali prodotti;

(c)  ix-xerrej jirrikjedi li l-fornitur iġarrab l-ispejjeż kollha jew parti minnhom li jirriżultaw minn kwalunkwe skont fuq prodotti agrikoli u alimentari mibjugħa mix-xerrej bħala parti minn promozzjoni;

(d)  ix-xerrej jirrikjedi li l-fornitur iħallas għall-kummerċjalizzazzjoni mix-xerrej ta' prodotti agrikoli u alimentari;

(e)  ix-xerrej jirrikjedi li l-fornitur iħallas għall-kummerċjalizzazzjoni mix-xerrej ta' prodotti agrikoli u alimentari;

(f)  ix-xerrej jimponi pagament fuq fornitur għall-ispejjeż tal-persunal għas-sistemazzjoni tal-bini użat għall-bejgħ tal-prodotti tal-fornitur.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattika kummerċjali msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tkun projbita sakemm ix-xerrej, qabel mal-promozzjoni tinbeda mix-xerrej ma jispeċifikax l-perijodu tal-promozzjoni u l-kwantità mistennija tal-prodotti agrikoli u alimentari li għandha tiġi ordnata bil-prezz skontat.

3.  Fejn jiġi rikjest pagament mix-xerrej għas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (c), (d), (e) jew (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, ▌ jekk jintalab mill-fornitur, ix-xerrej għandu jipprovdi lill-fornitur stima bil-miktub tal-pagamenti għal kull unità jew tal-pagamenti globali, skont liema tkun adatta, u, sa fejn jikkonċerna s-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (d), (e) jew (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għandu jipprovdi wkoll, bil-miktub, stima tal-ispejjeż lill-fornituri u l-bażi għal dik l-istima.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 jikkostitwixxu dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti li jkunu applikabbli għal kwalunkwe sitwazzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk il-projbizzjonijiet, irrispettivament mid-dritt li altrimenti jkun applikabbli għall-ftehim ta' forniment bejn il-partijiet.

Artikolu 4

Awtoritajiet tal-infurzar deżinjati

1.  Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità jew awtoritajiet sabiex jinforzaw il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-livell nazzjonali ("awtorità tal-infurzar"), u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dik id-deżinjazzjoni.

2.  Jekk Stat Membru jiddeżinja aktar minn awtorità waħda tal-infurzar fit-territorju tiegħu, għandu jiddeżinja punt uniku ta' kuntatt kemm għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar u kif ukoll għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni.

Artikolu 5

Ilmenti u kunfidenzjalità

1.  Il-fornituri jistgħu jindirizzaw l-lmenti jew lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru fejn il-fornitur ikun stabbilit jew inkella lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit ix-xerrej li jkun issuspettat li wettaq prattiki kummerċjali pprojbiti. L-awtorità tal-infurzar li lilha jiġi indirizzat l-ilment għandha tkun kompetenti biex tinforza l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.  Organizzazzjonijiet ta' produtturi, organizzazzjonijiet ta' fornituri oħra u assoċjazzjonijiet ta' tali organizzazzjonijiet, għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment fuq it-talba ta' wieħed jew aktar mill-membri tagħhom jew, fejn xieraq, fuq it-talba ta' wieħed jew aktar mill-membri tal-organizzazzjonijiet tal-membri tagħhom, fejn dawk il-membri jqisu li huma affettwati minn prattika kummerċjali pprojbita. Organizzazzjonijiet oħra li għandhom interess leġittimu li jirrappreżentaw il-fornituri għandu jkollhom id-dritt li jressqu lmenti, fuq it-talba ta' fornitur, u fl-interess ta' dak il-fornitur, dment li tali organizzazzjonijiet huma persuni ġuridiċi indipendenti u mingħajr fini ta' profitt.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-ilmentatur jitlob dan, l-awtorità tal-infurzar għandha tieħu l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni adatta tal-identità tal-ilmentatur jew il-membri jew fornituri msemmija fil-paragrafu 2 u għall-protezzjoni adatta ta' kwalunkwe informazzjoni oħra ▌ li fir-rigward tagħha l-ilmentatur iqis li d-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni tkun dannuża għall-interessi tal-ilmentatur jew ta' dawk il-membri jew fornituri. L-ilmentatur għandu jidentifika kwalunkwe informazzjoni ▌li għaliha jitlob il-kunfidenzjalità.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtorità tal-infurzar li tirċievi l-ilment għandha tinforma lill-ilmentatur f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara li din tkun irċeviet l-ilment dwar kif biħsiebha ssegwi l-ilment.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn awtorità tal-infurzar tqis li ma jkunx hemm raġunijiet suffiċjenti biex taġixxi fuq ilment, għandha tinforma lill-ilmentatur bir-raġunijiet għal dan f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara li din tkun irċeviet l-ilment.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn awtorità tal-infurzar tqis li hemm raġunijiet suffiċjenti biex taġixxi dwar ilment, hija għadha tagħti bidu għal investigazzjoni tal-ilment, twettaqha u tikkonkludiha f'perijodu ta' żmien raġonevoli.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-awtorità tal-infurzar tikkonkludi li xerrej ikun kiser il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, hija għandha tirrikjedi li x-xerrej iġib fi tmien il-prattika kummerċjali projbita.

Artikolu 6

Setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull waħda mill-awtoritajiet tal-infurzar tagħhom ikollha r-riżorsi u l-għarfien espert neċessarji biex twettaq id-dmirijiet tagħha, u għandhom jagħtuha s-setgħat li ġejjin:

(a)  is-setgħa li tagħti bidu għal investigazzjonijiet u twettaqhom fuq inizjattiva tagħha stess jew abbażi ta' lment;

(b)  is-setgħa li tirrikjedi lix-xerrejja u lill-fornituri jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex twettaq investigazzjonijiet tal-prattiki kummerċjali pprojbiti;

(c)  is-setgħa li twettaq spezzjonijiet mhux imħabbra fuq il-post fil-qafas tal-investigazzjonijiet tagħha, f'konformità ma' regoli u proċeduri nazzjonali;

(d)  is-setgħa li tieħu deċiżjonijiet li jikkonkludu li kien hemm ksur tal-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u li jirrikjedu li x-xerrej iġib fi tmiem il-prattika kummerċjali projbita; l-awtorità tista' tastjeni milli tieħu kwalunkwe tali deċiżjoni, jekk dik id-deċiżjoni tirriskja l-iżvelar tal-identità ta' lmentatur jew tirriskja li tikxef xi informazzjoni oħra li l-ilmentatur iqis li tali divulgazzjoni tkun dannuża għall-interessi tiegħu, u dment li l-ilmentatur ikun identifika dik l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(3);

(e)  is-setgħa li timponi, jew li tagħti bidu għal proċedimenti għall-impożizzjoni ta' multi u penali oħra ugwalment effettivi u miżuri proviżorji fuq l-awtur tal-ksur, f'konformità mar-regoli u proċeduri nazzjonali;

(f)  is-setgħa li tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha meħuda skont il-punti (d) u (e) fuq bażi regolari.

Il-penali msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, filwaqt li jittieħed kont tan-natura, id-durata, ir-rikorrenza u l-gravità tal-ksur.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat msemmija fil-paragrafu 1 ikun soġġett għal salvagwardji xierqa fir-rigward tad-drittijiet ta' difiża, f'konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż f'każijiet fejn l-ilmentatur jitlob trattament kunfidenzjali ta' informazzjoni skont l-Artikolu 5(3).

Artikolu 7

Riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-fornituri li jressqu lmenti skont l-Artikolu 5, u għas-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar skont l-Artikolu 6, l-Istati Membri jistgħu jippromwovu l-użu volontarju ta' mekkaniżmi effettivi u indipendenti ta' riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim, bħall-medjazzjoni, bil-ħsieb tar-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn fornituri u xerrejja rigward l-użu ta' prattiki kummerċjali inġusti mix-xerrej.

Artikolu 8

Kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar jikkooperaw b'mod effettiv ma' xulxin u mal-Kummissjoni, u li jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin f'investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

2.  L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jiltaqgħu minn tal-anqas darba fis-sena biex jiddiskutu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, abbażi tar-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 10(2) ▌. L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jiddiskutu l-aħjar prattiki, każijiet ġodda u żviluppi ġodda fil-qasam ta' prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari, u għandhom jiskambjaw informazzjoni, b'mod partikolari dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni li jkunu adottaw f'konformità ma' din id-Direttiva u dwar il-prattiki tal-infurzar tagħhom. L-awtoritajiet tal-infurzar jistgħu jadottaw rakkomandazzjonijiet sabiex iħeġġu l-applikazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva u biex itejbu l-infurzar. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita dawk il-laqgħat.

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tamministra sit web li jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar u l-Kummissjoni, b'mod partikolari b'rabta mal-laqgħat annwali. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sit web pubbliku li jipprovdi d-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet tal-infurzar deżinjati u jwassal għas-siti web tal-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali jew awtoritajiet oħra tal-Istati Membri li jagħtu informazzjoni dwar il-miżuri msemmija fl-Artikolu 13(1) li jittrasponu din id-Direttiva.

Artikolu 9

Regoli nazzjonali

1.  Bil-ħsieb li jiġi żgurat livell ogħla ta' protezzjoni, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu regoli immirati lejn il-ġlieda kontra prattiki kummerċjali inġusti li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti minn din id-Direttiva, dment li tali regoli nazzjonali jkunu kompatibbli mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern.

2.  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali mmirati lejn il-ġlieda kontra prattiki kummerċjali inġusti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, dment li tali regoli jkunu kompatibbli mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern.

Artikolu 10

Rappurtar ▌

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar tagħhom jippubblikaw rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, li għandu, fost l-oħrajn, jindika l-għadd ta' lmenti riċevuti u l-għadd ta' investigazzjonijiet miftuħa jew magħluqa matul is-sena preċedenti. Għal kull investigazzjoni magħluqa, ir-rapport għandu jkun fih deskrizzjoni fil-qosor tal-kwistjoni, l-eżitu tal-investigazzjoni u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni meħuda, soġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 5(3).

2.  Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar il-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikolari, id-data rilevanti kollha dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli skont din id-Direttiva fl-Istat Membru kkonċernat matul is-sena preċedenti.

3.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw:

(a)  ir-regoli dwar l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2;

(b)  l-arranġamenti għall-ġestjoni tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u regoli dwar il-kontenut u l-forma ta' tali informazzjoni;

(c)  l-arranġamenti għat-trasmissjoni, jew għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti, lill-Istati Membri, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi, jew lill-pubbliku, soġġett għall-protezzjoni tad-data personali u l-interessi leġittimi tal-produtturi u tal-intrapriżi agrikoli fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 11

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit mill-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 12

Evalwazzjoni

1.  Sa ... [78 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha twettaq l-ewwel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin ta' dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Tali rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti leġislattivi.

2.  L-evalwazzjoni għandha tivvaluta, mill-inqas:

(a)  l-effettività tal-miżuri implimentati fil-livell nazzjonali mmirati lejn il-ġlieda kontra prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari;

(b)  l-effettività tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar kompetenti u, fejn xieraq, għandha tidentifika modi kif tista' tittejjeb dik il-kooperazzjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tibbaża r-rapport msemmi fil-paragrafu 1fuq ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 10(2). Jekk neċessarju, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali mill-Istati Membri, inkluż informazzjoni dwar l-effettività tal-miżuri li ġew implimentati fil-livell nazzjonali u l-effettività tal-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka.

4.  Sa ... [30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim dwar l-istat tat-traspożizzjoni u tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 13

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa ... [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]▌, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament ▌it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mhux aktar tard minn ... [30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar l-alleanzi tax-xiri

Il-Parlament Ewropew, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol possibbli moqdi minn alleanzi ta' xerrejja fil-ħolqien ta' effiċjenzi ekonomiċi fil-katina tal-agrikoltura u f'dik tal-provvista tal-ikel, jenfasizza li n-nuqqas kurrenti ta' informazzjoni ma jippermettix li ssir evalwazzjoni tal-effetti ekonomiċi ta' tali alleanzi ta' xerrejja fuq il-funzjonament tal-katina tal-provvista.

F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew jitlob li l-Kummissjoni tvara mingħajr dewmien analiżi fil-fond dwar il-firxa u l-effetti ta' dawn l-alleanzi tax-xiri nazzjonali u internazzjonali fuq il-funzjonament ekonomiku tal-katina tal-agrikoltura u ta' dik tal-provvista tal-ikel.

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-trasparenza tas-swieq agrikoli u alimentari

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jenfasizzaw li t-trasparenza tas-swieq agrikoli u alimentari hija element ewlieni ta' katina tal-provvista agrikola u alimentari li tiffunzjona tajjeb, sabiex l-għażliet tal-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi jkunu aktar imnebbħa kif ukoll biex jiġi faċilitat il-fehim tal-operaturi dwar l-iżviluppi tas-suq. Il-Kummissjoni hija mħeġġa tkompli l-ħidma li qiegħda twettaq biex tissaħħaħ it-trasparenza tas-suq fil-livell tal-UE. Dan jista' jinkludi t-tisħiħ tal-ħidma fuq l-osservatorji tas-suq tal-UE u t-titjib tal-ġbir ta' data statistika meħtieġa għall-analiżi ta' mekkaniżmi ta' formazzjoni tal-prezzijiet tul il-katina tal-provvista agrikola u alimentari.

(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 165.
(2) ĠU C 387, 25.10.2018, p. 48.
(3)ĠU C 440, 6.12.2018, p. 165.
(4)ĠU C 387, 25.10.2018, p. 48.
(5)Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019.
(6) ĠU C 86, 6.3.2018, p. 40.
(7)Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1).
(8)Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(9)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(10)Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 fir-rigward tad-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(11) Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).


Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ***I
PDF 325kWORD 96k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (COM(2017)0482 – C8-0308/2017 – 2017/0220(COD))
P8_TA-PROV(2019)0153A8-0226/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0482),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0308/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-23 ta’ Marzu 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0226/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

P8_TC1-COD(2017)0220


(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jistabbilixxi ċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Iċ-ċittadini tal-Unjoni (“iċ-ċittadini”) huma garantiti d-dritt li javviċinaw lill-Kummissjoni direttament b'talba li fiha jistednuha tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan tal-implimentazzjoni tat-Trattati b'mod simili għad-dritt mogħti lill-Parlament Ewropew▌skont l-Artikolu 225 ▌tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u lill-Kunsill skont l-Artikolu 241 TFUE. B'hekk, l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-funzjonament demokratiku tal-Unjoni permezz tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika u politika tagħha. Kif jirriżulta mill-istruttura tal-Artikolu 11 TUE u l-Artikolu 24 TFUE, l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej jenħtieġ li tiġi kkunsidrata fil-kuntest ta' mezzi oħra li bihom iċ-ċittadini jistgħu jressqu ċerti kwistjonijiet għall-attenzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u li jikkonsistu b'mod partikolari minn djalogu mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u s-soċjetà ċivili, konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, petizzjonijiet u applikazzjonijiet lill-Ombudsman.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) li jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għal inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini u ġie kkumplimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2011(7).

(3)  Fir-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-31 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni elenkat għadd ta' sfidi li jinqalgħu fl-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament u impenjat ruħha li tanalizza iżjed l-impatt ta' dawk il-kwistjonijiet dwar l-effettività tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u biex jittejjeb il-funzjonament tiegħu.

(4)  Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej(8) u fir-rapport leġiżlattiv abbozzat tiegħu stess tas-26 ta’ Ġunju 2017(9), talab lill-Kummissjoni biex tirrieżamina r-Regolament (UE) Nru 211/2011 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1179/2011.

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jagħmel l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej aktar aċċessibbli, anqas ta' piż u aktar faċli biex tintuża għall-organizzaturi u dawk li jappoġġawha, sabiex jissaħħaħ is-segwitu tagħha u jinkiseb il-potenzjal sħiħ ▌tagħha bħala għodda biex tħeġġeġ id-dibattitu. Huwa jenħtieġ li jiffaċilita wkoll il-parteċipazzjoni ta' kemm jista' jkun ċittadini fil-proċess demokratiku tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni ▌.

(6)  Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej jenħtieġ li jkunu effettivi, trasparenti, ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw, aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u proporzjonati man-natura ta' dan l-istrument. Huma jenħtieġ li jilħqu bilanċ għaqli bejn id-drittijiet u l-obbligi u jenħtieġ jiżguraw li inizjattivi validi jiġu eżaminati u mwieġba kif xieraq mill-Kummissjoni.

(7)  Jixraq li tiġi ffissata età minima għall-appoġġ ta' inizjattiva. Dik l-età minima jenħtieġ li tikkorrispondi mal-età li fiha ċ-ċittadini jkunu intitolati li jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Sabiex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni ta' ċittadini żgħażagħ fil-ħajja demokratika tal-Unjoni u b'hekk jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bħala strument ta' demokrazija parteċipattiva, l-Istati Membri li jqisu li jkun xieraq jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu l-età minima għall-appoġġ ta' inizjattiva ta' 16-il sena u jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi b'mod perjodiku l-funzjonament tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, inkluż fir-rigward tal-età minima ta' min ikun jixtieq jappoġġa l-inizjattivi. L-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw li jistabbilixxu l-età minima ta' 16-il sena f'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom.

(8)  F'konformità mal-Artikolu 11(4) TUE, inizjattiva li tistieden lill-Kummissjoni, fil-qafas tas-setgħat tagħha, tippreżenta kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati, jenħtieġ li tittieħed minn mhux anqas minn miljun ċittadin li huma ċittadini ta' numru sinifikanti ta' Stati Membri.

(9)  Sabiex jiġi żgurat li l-inizjattiva taċ-ċittadini tkun rappreżentattiva ta' interess tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-istrument jibqa' faċli li jintuża, dak in-numru jenħtieġ li jkun stabbilit għal kwart tal-Istati Membri.

(10)  Sabiex ikun żgurat li inizjattiva tkun rappreżentattiva u li l-kundizzjonijiet għaċ-ċittadini biex jappoġġaw inizjattiva huma simili, huwa xieraq ukoll li jiġi stabbilit in-numru minimu ta' firmatarji li ġejjin minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. Dawk in-numri minimi ta' firmatarji meħtieġa f'kull Stat Membru jenħtieġ li jkunu digressivament proporzjonali u li jikkorrispondu għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat bin-numru totali ta' Membri tal-Parlament Ewropew.

(11)  Sabiex l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej isiru aktar inklużivi u viżibbli, l-organizzaturi jistgħu jużaw għall-attivitajiet tagħhom stess ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni lingwi li mhumiex il-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li, skont l-ordni kostituzzjonali tal-Istati Membri, għandhom status uffiċjali fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu.

(12)  Filwaqt li data personali pproċessata skont dan ir-Regolament tista' tinkludi data ▌sensittiva, minħabba n-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bħala strument ta' demokrazija parteċipattiva, huwa ġġustifikat li jkun meħtieġ l-għoti ta' data personali li tappoġġa inizjattiva u l-ipproċessar ta' tali data sa fejn huwa meħtieġ sabiex ikun permess li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ ikunu verifikati f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali.

(13)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej issir aktar aċċessibbli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni , assistenza u appoġġ prattiku liċ-ċittadini u l-gruppi tal-organizzaturi, b'mod partikolari dwar dawk l-aspetti ta' dan ir-Regolament fi ħdan il-kompetenza tagħha. Biex issaħħaħ din l-informazzjoni u l-assistenza, il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li tagħmel pjattaforma kollaborattiva online disponibbli li tipprovdi forum ta' diskussjoni ddedikat u appoġġ, informazzjoni u pariri legali indipendenti dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Il-pjattaforma jenħtieġ li tkun miftuħa għal ċittadini, gruppi ta' organizzaturi, organizzazzjonijiet u esperti esterni b'esperjenza fl-organizzazzjoni ta' inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej. Dan is-sit web jenħtieġ li jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.

(14)  Sabiex il-gruppi ta' organizzaturi jkunu jistgħu jimmaniġġjaw l-inizjattiva tagħhom matul il-proċedura, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel reġistru online għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (“reġistru”) disponibbli. Biex titqajjem kuxjenza u tiġi żgurata t-trasparenza dwar l-inizjattivi kollha, ir-reġistru jenħtieġ li jinkludi sit web pubbliku li jipprovdi informazzjoni komprensiva dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej b’mod ġenerali, kif ukoll informazzjoni aġġornata dwar inizjattivi individwali, l-istatus tagħhom u s-sorsi ddikjarati ta' appoġġ u finanzjament abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-grupp ta' organizzaturi.

(15)  Sabiex tiġi żgurata l-prossimità lejn iċ-ċittadini u biex titqajjem kuxjenza dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu punt ta' kuntatt wieħed jew aktar fit-territorji rispettivi tagħhom ▌biex jipprovdu liċ-ċittadini b'informazzjoni kif ukoll b'assistenza dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Tali informazzjoni u assistenza jenħtieġ li tikkonċerna, b’mod partikolari, dawk l-aspetti ta' dan ir-Regolament li l-implimentazzjoni tagħhom taqa' taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri, jew li jikkonċernaw il-liġi nazzjonali applikabbli, u li għalihom dawk l-awtoritajiet għalhekk ikunu fl-aħħar pożizzjoni biex jinfurmaw u jassistu liċ-ċittadini u gruppi ta' organizzaturi. Fejn xieraq, l-Istati Membri jenħtieġ li jifittxu sinerġiji ma' servizzi li jipprovdu appoġġ għall-użu ta' strumenti nazzjonali simili. Il-Kummissjoni, inklużi r-rappreżentazzjonijiet tagħha fl-Istati Membri, jenħtieġ li tiżgura kooperazzjoni mill-qrib mal-punti ta' kuntatt nazzjonali dwar dawk l-attivitajiet ta' informazzjoni u assistenza, inkluż, fejn xieraq, attivitajiet ta' komunikazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

(16)  Hemm bżonn ta' struttura organizzata minima sabiex titwettaq b'suċċess inizjattiva taċ-ċittadini. Dik jenħtieġ li tieħu l-forma ta' kumitat taċ-ċittadini, magħmul minn persuni fiżiċi (organizzaturi) li jkunu ġejjin minn tal-anqas seba' Stati Membri differenti, sabiex jitħeġġeġ il-ħruġ ta' kwistjonijiet mal-Ewropa kollha u biex titrawwem ir-riflessjoni dwar dawk il-kwistjonijiet. Għal raġunijiet ta' trasparenza u komunikazzjoni bla xkiel u effiċjenti, il-kumitat taċ-ċittadini jenħtieġ li jaħtar rappreżentanti biex jagħmlu kuntatt bejn il-kumitat taċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni matul il-proċedura sħiħa. Il-grupp ta’ organizzaturi jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li joħloq, skont il-liġi nazzjonali, entità legali li tamministra inizjattiva. Dik l-entità ġuridika jenħtieġ li titqies li hija l-grupp ta' organizzaturi għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(17)  Filwaqt li r-responsabbiltà u l-penali b’konnessjoni mal-ipproċessar ta' data personali ser jibqgħu rregolati skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), il-grupp ta' organizzaturi jenħtieġ li jkun responsabbli b'mod konġunt u insolidum, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, għal kwalunkwe ħsara li jikkawżaw il-membri tiegħu fl-organizzazzjoni ta' inizjattiva minn atti illegali mwettqa b'mod intenzjonali jew b'negliġenza serja. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-grupp ta' organizzaturi jkun soġġett għal penali xierqa għall-ksur ta' dan ir-Regolament.

(18)  Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u t-trasparenza f'relazzjoni mal-inizjattivi u biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-firem jinġabru għal inizjattiva li ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti mit-Trattati u dan ir-Regolament, inizjattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu reġistrati mill-Kummissjoni qabel il-bidu tal-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miċ-ċittadini. Il-Kummissjoni jenħtieġ, meta tittratta r-reġistrazzjoni, tirrispetta b’mod sħiħ l-obbligu ta' dikjarazzjoni tar-raġunijiet skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u l-prinċipju ġenerali ta' amministrazzjoni tajba kif stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(19)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej issir aktar effettiva u aċċessibbli, ▌ b'kont meħud tal-fatt li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej jenħtieġ li jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati, u biex jiġi żgurat li jiġu reġistrati kemm jista' jkun inizjattivi, huwa xieraq li tiġi parzjalment irreġistrata inizjattiva f'każijiet meta biss parti jew partijiet ta' inizjattiva jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-inizjattivi jkunu rreġistrati parzjalment dment li parti ▌ mill-inizjattiva, inklużi l-għanijiet prinċipali tagħha, ma jaqgħux manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni bil-għan li timplimenta t-Trattati u r-rekwiżiti kollha l-oħra ta' reġistrazzjoni jkunu ssodisfati. Jenħtieġ li ċ-ċarezza u t-trasparenza jiġu żgurati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni parzjali u l-firmatarji potenzjali jenħtieġ li jkunu infurmati dwar il-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni u dwar il-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ qed jinġabru biss għal dak li jikkonċerna l-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-grupp ta' organizzaturi b'mod dettaljat biżżejjed dwar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha li ma tirreġistrax inizjattiva jew li tirreġistraha biss parzjalment, u dwar ir-rimedji ġuridiċi u extraġuridiċi kollha possibbli disponibbli għalih.

(20)  Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal inizjattiva jenħtieġ li jinġabru f'perjodu ta' żmien speċifiku. Sabiex jiġi żgurat li l-inizjattivi taċ-ċittadini proposti jibqgħu rilevanti, filwaqt li jittieħed kont tal-kumplessità sabiex jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ madwar l-Unjoni, dak il-perjodu ta' żmien jenħtieġ li ma jkunx itwal minn 12-il xahar mid-data tal-bidu tal-perjodu ta' ġbir stabbilita mill-grupp ta’ organizzaturi. Il-grupp ta' organizzaturi jenħtieġ li jkollu r-responsabbiltà li jagħżel id-data tal-bidu tal-perjodu tal-ġbir fi żmien sitt xhur mir-reġistrazzjoni tal-inizjattiva. Il-grupp ta' organizzaturi jenħtieġ li jinforma lill-Kummissjoni bid-data magħżula mill-inqas 10 ijiem tax-xogħol qabel dik id-data. Sabiex tiżgura l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-Istati Membri dwar id-data kkomunikata mill-grupp ta' organizzaturi.

(21)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej issir aktar aċċessibbli, anqas ta' piż u aktar faċli biex tintuża għall-organizzaturi u ċ-ċittadini, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi u żżomm sistema ċentrali għall-ġbir online tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ. Dik is-sistema jenħtieġ li tkun disponibbli bla ħlas għall-gruppi ta' organizzaturi u jenħtieġ li tinkludi l-karattersitiċi tekniċi meħtieġa li jagħmlu possibbli l-ġbir online, inkluż il-hosting u s-software, kif ukoll karatteristiċi ta' aċċessibbiltà li jiżguraw li ċ-ċittadini b'diżabbiltà jkunu jistgħu jipprovdu appoġġ għall-inizjattivi. Din is-sistema jenħtieġ li tkun stabbilita u miżmuma skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46(11).

(22)  Iċ-ċittadini jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jappoġġaw l-inizjattivi permezz tal-internet jew f'forma stampata billi jipprovdu biss id-data personali stipulata fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar jekk iridux jiġu inklużi fil-parti A jew B, rispettivament, tal-Anness III. Iċ-ċittadini li jużaw is-sistema ċentrali ta' ġbir online għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej jenħtieġ li jkunu jistgħu jappoġġaw inizjattiva online bl-użu ta' mezzi ta' identifikazzjoni elettronika jew permezz ta' firma elettronika fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12). Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw il-karatteristiċi tekniċi rilevanti fi ħdan il-qafas ta' dak ir-Regolament ▌. Iċ-ċittadini jenħtieġ li jiffirmaw dikjarazzjoni ta' appoġġ darba biss.

(23)  Biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn sistema ċentrali ġdida ta' ġbir online, grupp ta' organizzaturi jenħtieġ li jkompli jkollu l-possibbiltà li jistabbilixxi s-sistemi ta' ġbir online tiegħu stess u li jiġbor dikjarazzjonijiet ta' appoġġ permezz ta' din is-sistema għal inizjattivi reġistrati skont dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2022. Il-grupp ta' organizzaturi jenħtieġ li juża sistema individwali ta' ġbir online waħda għal kull inizjattiva. Is-sistemi individwali ta' ġbir online imwaqqfa u mħaddma minn grupp ta' organizzaturi jenħtieġ li jkollhom karatteristiċi tekniċi u ta' sigurtà adegwati sabiex jiżguraw li d-data tinġabar, tinħażen u tiġi trasferita b'mod sigur matul il-proċedura. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati għas-sistemi individwali ta' ġbir online, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Għandu jkun possibbli li l-Kummissjoni titlob il-parir tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), li tassisti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki relatati mas-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni.

(24)  Huwa xieraq li l-Istati Membri jivverifikaw il-konformità tas-sistemi individwali ta' ġbir online stabbiliti mill-grupp ta' organizzaturi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li joħorġu dokument li jiċċertifika tali konformità, qabel ma jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ. Iċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi individwali ta' ġbir online jenħtieġ li titwettaq mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn tinħażen id-data miġbura permezz tas-sistema individwali ta' ġbir online. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza taħt ir-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnominaw l-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi. L-Istati Membri jenħtieġ li jirrikonoxxu b'mod reċiproku ċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

(25)  Meta inizjattiva tkun irċeviet id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ meħtieġa mill-firmatarji, kull Stat Membru jenħtieġ li jkun responsabbli għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ iffirmati miċ-ċittadini tiegħu, sabiex jiġi vvalutat jekk ikunx intlaħaq l-għadd minimu ta' firmatarji meħtieġ li jkollhom id-dritt li jappoġġaw inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Filwaqt li jittieħed kont tal-bżonn li jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri, tali verifiki jenħtieġ li jitwettqu fuq il-bażi ta' kontrolli adatti, li jistgħu jkunu bbażati fuq teħid ta' kampjuni b'mod każwali. L-Istati Membri jenħtieġ li joħorġu dokument li jiċċertifika n-numru ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ li jinkisbu.

(26)  Sabiex jiġu promossi l-parteċipazzjoni u d-dibattitu pubbliku dwar il-kwistjonijiet imqajma permezz tal-inizjattivi, fejn inizjattiva appoġġata mill-għadd meħtieġ ta' firmatarji u li tissodisfa r-rekwiżiti l-oħra ta' dan ir-Regolament tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, il-grupp ta' organizzaturi jenħtieġ li jkollu d-dritt li jippreżenta dik l-inizjattiva waqt seduta tas-smigħ pubblika fil-livell tal-Unjoni. ▌ Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jorganizza s-smigħ pubbliku fi żmien tliet xhur mit-tressiq tal-inizjattiva lill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi s-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u l-esperti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi rappreżentata fuq livell adegwat. Il-Kunsill, istituzzjonijiet u korpi konsultattivi oħra tal-Unjoni, kif ukoll partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem fis-smigħ skont is-suġġett sabiex tiġi garantita n-natura inklużiva tiegħu u biex jissaħħaħ l-interess pubbliku tiegħu.

(27)  Il-Parlament Ewropew, bħala l-istituzzjoni li fiha ċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun intitolat li jevalwa l-appoġġ għal inizjattiva valida wara t-tressiq tagħha u wara smigħ pubbliku dwarha. Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkun jista' wkoll jivvaluta l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni bi tweġiba għall-inizjattiva u deskritti fil-komunikazzjoni tagħha.

(28)  Sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni effettiva taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina inizjattiva valida u twieġeb għaliha. Il-Kummissjoni jenħtieġ għalhekk li tistabbilixxi l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha kif ukoll l-azzjoni li biħsiebha tieħu, fi żmien sitt xhur mill-wasla tal-inizjattiva. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tispjega b'mod ċar, li jinftiehem u dettaljat ir-raġunijiet għall-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu, inkluż jekk hijiex se tadotta proposta għal att legali tal-Unjoni bi tweġiba għall-inizjattiva, u bl-istess mod jenħtieġ li tagħti r-raġunijiet tagħha, jekk ma tkun biħsiebha tieħu l-ebda azzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina l-inizjattivi skont il-prinċipji ġenerali ta' amministrazzjoni tajba kif stabbiliti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(29)  Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-finanzjament u l-appoġġ tiegħu, jenħtieġ li l-grupp ta' organizzaturi jipprovdu b'mod regolari informazzjoni aġġornata u dettaljata dwar is-sorsi ta' finanzjament u ta' appoġġ ▌ għall-inizjattivi tiegħu bejn id-data ta' reġistrazzjoni u d-data li fiha l-inizjattiva titressaq lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku fir-reġistru u fis-sit web pubbliku dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Id-dikjarazzjoni ta' sorsi ta' finanzjament u appoġġ mill-grupp ta' organizzaturi jenħtieġ li tinkludi informazzjoni dwar għajnuna finanzjarja li teċċedi EUR 500 għal kull sponsor, kif ukoll dwar organizzazzjonijiet li jassistu lill-grupp ta’ organizzaturi, fuq bażi volontarja, fejn tali appoġġ ma jkunx ekonomikament kwantifikabbli. L-entitajiet, l-aktar dawk l-organizzazzjonijiet li skont it-Trattati jikkontribwixxu għat-trawwim ta' sensibilizzazzjoni politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni, jenħtieġ li jkunu jistgħu jippromwovu u jipprovdu finanzjament u appoġġ ▌għal inizjattivi, bil-kundizzjoni li jagħmlu dan f'konformità mal-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament ▌.

(30)  Biex tkun żgurata trasparenza sħiħa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel disponibbli formula ta’ kuntatt, fir-reġistru u fuq is-sit web pubbliku tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, sabiex ċ-ċittadini jkollhom il-possibbiltà li jippreżentaw ilment relatat mal-kompletezza u l-korrettezza tal-informazzjoni dwar is-sorsi ta' finanzjament u appoġġ kif iddikjarati mill-gruppi ta' organizzaturi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun intitolata titlob mingħand il-grupp ta' organizzaturi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali fir-rigward tal-ilmenti u, fejn meħtieġ, li taġġorna l-informazzjoni, fir-reġistru, dwar is-sorsi ddikjarati ta' finanzjament u appoġġ.

(31)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 japplika għall-ipproċessar ta' data personali mwettaq taħt dan ir-Regolament. F'dan ir-rigward, għal raġuni ta' ċertezza legali, huwa xieraq li jiġi ċċarat li r-rappreżentant tal-grupp ta' organizzaturi jew, fejn applikabbli, l-entità legali maħluqa bl-iskop tal-ġestjoni tal-inizjattiva, u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġu kkunsidrati ▌ li huma l-kontrolluri tad-data skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali meta jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, l-indirizzi elettroniċi u d-data dwar l-isponsors tal-inizjattivi, u għall-finijiet ta' verifika u ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u li jiġi speċifikat il-perjodu massimu li fih id-data personali miġbura għall-finijiet ta' inizjattiva tkun tista' tinżamm. Fil-kapaċità tagħhom bħala kontrolluri tad-data, ir-rappreżentanti tal-grupp ta’ organizzaturi, jew, fejn applikabbli, l-entità legali maħluqa għall-finijiet ta' ġestjoni tal-inizjattiva, u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jikkonformaw mal-obbligi imposti bir-Regolament (UE) 2016/679, b'mod partikolari dawk dwar il-legalità tal-ipproċessar u s-sigurtà tal-attivitajiet ta' pproċessar, l-għoti ta' informazzjoni u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data.

(32)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ▌(13) japplika għall-ipproċessar ta' data personali li jsir mill-Kummissjoni b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tkun ikkunsidrata l-kontrollur tad-data fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali fir-reġistru, il-pjattaforma kollaborattiva online, is-sistema ċentrali ta' ġbir online u l-ġbir tal-indirizzi tal-posta elettronika. Is-sistema ċentrali ta' ġbir online li tippermetti lill-gruppi ta' organizzaturi jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għall-inizjattivi tagħhom online jenħtieġ li tiġi stabbilita u mħaddma mill-Kummissjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni u r-rappreżentant tal-grupp ta' organizzaturi jew, fejn applikabbli, l-entità ġuridika maħluqa biex tmexxi l-inizjattiva jenħtieġ li jkunu kontrolluri konġunti fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fis-sistema ċentrali ta' ġbir online.

(33)  Sabiex tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fil-ħajja politika tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqajjem kuxjenza pubblika dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, bl-użu b'mod partikolari tat-teknoloġiji diġitali u l-midja soċjali, u fil-qafas ta' azzjonijiet li jippromwovu ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-drittijiet taċ-ċittadini. Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni.

(34)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni mal-firmatarji u biex jiġu infurmati dwar l-azzjonijiet ta' segwitu bi tweġiba għal inizjattiva, il-Kummissjoni u l-grupp ta' organizzaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġbru, skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-data, l-indirizzi tal-posta elettronika tal-firmatarji ▌. Il-ġabra ta' indirizzi tal-posta elettronika jenħtieġ li tkun fakultattiva u soġġetta għall-kunsens espliċitu tal-firmatarji. L-indirizzi tal-posta elettronika jenħtieġ li ma jinġabrux bħala parti mill-formoli ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u l-firmatarji potenzjali jenħtieġ li jkunu infurmati li d-dritt tagħhom li jappoġġaw inizjattiva mhuwiex soġġett għall-fatt li jagħtu l-kunsens tagħhom biex jiġbru l-indirizz tal-posta elettronika.

(35)  Sabiex dan ir-Regolament jiġi adattat għall-ħtiġijiet tal-ġejjieni, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadottata atti skont l-Artikolu 290 ▌ TFUE fir-rigward tal-emendar tal-Annessi ta' dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija , ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(14). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(36)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, b'mod partikolari biex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistemi tal-ġbir online f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15).

(37)  Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq biex jintlaħaq l-għan bażiku għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika u politika tal-Unjoni li jiġu stabbiliti regoli dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub, skont l-Artikolu 5(4) TUE.

(38)  Dan ir-Regolament iħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ▌.

(39)  Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u ta' ċarezza, ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 jenħtieġ li jitħassar.

(40)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) u ta’ kummenti formali fid-19 ta' Diċembru 2017,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva li tistieden lill-Kummissjoni, fil-qafas tas-setgħat tagħha, biex tippreżenta kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati (minn hawn 'il quddiem "l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej" jew "inizjattiva").

Artikolu 2

Id-dritt li wieħed jappoġġa inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

1.  Kull ċittadin tal-Unjoni li jkun mill-inqas l-età biex ikun intitolat li jivvota fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandu d-dritt li jappoġġa inizjattiva billi jiffirma dikjarazzjoni ta' appoġġ f'konformità ma' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-età minima ta' 16-il sena li tintitola għall-appoġġ ta' inizjattiva, f'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, u f'tali każ huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

2.  F'konformità mal-liġi applikabbli, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-persuni b'diżabbiltà jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jappoġġaw inizjattivi u jkunu jista' jkollhom aċċess għas-sorsi rilevanti kollha ta' informazzjoni dwar inizjattivi, fuq bażi ugwali ma’ ċittadini oħra.

Artikolu 3

L-għadd meħtieġ ta' firmatarji

1.  Inizjattiva hija valida jekk:

(a)  irċeviet l-appoġġ ta' mill-inqas miljun ċittadin tal-Unjoni skont l-Artikolu 2(1) (“firmatarji”) minn mill-inqas kwart tal-Istati Membri; u

(b)  f'mill-inqas kwart tal-Istati Membri, in-numru ta' firmatarji huwa mill-inqas daqs in-numru minimu stabbilit fl-Anness I, li jikkorrispondi għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat bin-numru totali ta' Membri tal-Parlament Ewropew, fil-mument tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, firmatarju għandu jingħadd fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu, irrispettivament mill-post fejn il-firmatarju jkun iffirma d-dikjarazzjoni ta' appoġġ.

Artikolu 4

Informazzjoni u assistenza mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri

1.  Il-Kummissjoni għandha ▌tipprovdi aċċess faċli u komprensiv għal informazzjoni u assistenza dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej liċ-ċittadini u l-gruppi ta' organizzaturi, inkluż billi tiddiriġihom mill-ġdid lejn is-sorsi rilevanti ta' informazzjoni u assistenza.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed gwida dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, kemm fuq l-internet kif ukoll f'forma stampata, u fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel pjattaforma kollaborattiva fuq l-internet ▌ għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej disponibbli, bla ħlas.

Il-pjattaforma għandha tipprovdi pariri prattiċi u legali, u forum ta' diskussjoni dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għall-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki fost iċ-ċittadini, gruppi ta' organizzaturi, partijiet ikkonċernati, organizzazzjonijiet mhux governattivi, esperti u istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni li jixtiequ jipparteċipaw.

Din il-pjattaforma għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.

L-ispejjeż għall-istabbiliment, it-tħaddim u ż-żamma ta' pjattaforma għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel reġistru online disponibbli li jippermetti gruppi ta' organizzaturi jimmaniġġjaw l-inizjattiva tagħhom matul il-proċedura.

Ir-reġistru għandu jinkludi sit web pubbliku li jipprovdi informazzjoni dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej b'mod ġenerali kif ukoll dwar inizjattivi speċifiċi u l-istatus rispettiv tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha taġġorna r-reġistru b'mod regolari billi tagħmel l-informazzjoni ppreżentata mill-grupp ta' organizzaturi disponibbli.

4.  Wara li l-Kummissjoni tirreġistra inizjattiva skont l-Artikolu 6, din għandha tipprovdi traduzzjoni tal-kontenut ta' dik l-inizjattiva, inkluż l-anness tagħha, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fi ħdan il-limiti stabbiliti fl-Anness II, għall-pubblikazzjoni tagħha fir-reġistru u l-użu tagħha għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ f'konformità ma' dan ir-Regolament. ▌

Il-grupp ta' organizzaturi jista', barra minn hekk, jipprovdi traduzzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tal-informazzjoni addizzjonali dwar l-inizjattiva u, jekk jeżisti, abbozz ta' att legali msemmi fl-Anness II, ippreżentat f'konformità mal-Artikolu 6(2). Dawk it-traduzzjonijiet għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-organizzaturi. Il-kontenut tat-traduzzjonijiet ipprovduti mill-grupp ta' organizzaturi għandu jikkorrispondi għall-kontenut tal-inizjattiva ppreżentata skont l-Artikolu 6(2).

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-pubblikazzjoni fir-reġistru u fuq is-sit web pubbliku dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 6(2) u t-traduzzjonijiet ippreżentati skont dan il-paragrafu.

5.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa servizz ta' skambju ta' fajls ▌ għat-trasferiment ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 12, ▌ u tagħmlu disponibbli ▌ bla ħlas għall-grupp ta' organizzaturi.

6.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta' kuntatt wieħed jew aktar sabiex jipprovdu, bla ħlas, informazzjoni u assistenza lill-gruppi ta' organizzaturi f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 5

Grupp ta' organizzaturi

1.  Inizjattiva għandha tiġi ppreparata u ġestita minn grupp ta' mill-inqas seba' persuni fiżiċi (il-"grupp ta' organizzaturi"). Il-membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx jgħoddu għall-finijiet ta' dak l-għadd minimu.

2.  Il-membri tal-grupp ta’ organizzaturi għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni ta' età xierqa biex ikunu intitolati jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-grupp għandu jinkludi residenti ta' mill-anqas seba' Stati Membri differenti, fil-mument tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

Għal kull inizjattiva, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet tal-membri kollha tal-grupp ta’ organizzaturi fir-reġistru skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

3.  Il-grupp ta' organizzaturi għandu jaħtar tnejn mill-membri tiegħu bħala, rappreżentant u sostitut, rispettivament, li għandhom ikunu responsabbli sabiex jikkollaboraw bejn il-grupp ta’ organizzaturi u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni matul il-proċedura kollha u li għandu jkollhom mandat biex jaġixxu f'isem il-grupp ta' organizzaturi (il-"persuni ta' kuntatt").

Il-grupp ta' organizzaturi jista' wkoll jinnomina massimu ta' żewġ persuni fiżiċi oħra, magħżula minn fost il-membri tiegħu jew b'xi mod ieħor, li huma awtorizzati li jaġixxu f'isem persuni ta' kuntatt għall-finijiet ta' kuntatt mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni matul il-proċedura kollha.

4.  Il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni b'kull tibdil fir-rigward tal-kompożizzjoni tiegħu matul il-proċedura kollha u għandu jipprovdi provi xierqa li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ikunu ssodisfati. Il-bidliet fil-kompożizzjoni ta' grupp ta' organizzaturi għandhom jiġu riflessi fil-formoli ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u l-ismijiet tal-membri preżenti u passati tal-grupp ta' organizzaturi għandhom jibqgħu disponibbli fir-reġistru matul il-proċedura kollha.

5.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tar-rappreżentant ta' grupp ta' organizzaturi bħala l-kontrollur tad-data skont it-tifsira tal-Artikolu 82(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, il-membri ta' grupp ta' organizzaturi għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt u in solidum ▌ għal kwalunkwe ħsara kkawżata matul l-organizzazzjoni ta' inizjattiva minn atti illegali mwettqa b'mod intenzjonali jew b'negliġenza serja, skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-penali taħt l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri ta' grupp ta' organizzaturi jkunu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, soġġetti għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għal ksur ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari għal:

(a)  dikjarazzjonijiet foloz;

(b)  l-użu frodulenti tad-data.

7.  Fejn entità ġuridika ġiet maħluqa, skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru b'mod speċifiku għall-finijiet ta' ġestjoni ta' inizjattiva partikolari, dik l-entità ġuridika għandha titqies li hija grupp ta' organizzaturi jew il-membri tiegħu, għall-fini, kif applikabbli, tal-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 6(2) u (4) sa (7) u l-Artikoli 7 sa 19 u l-Annessi II sa VII, sakemm membru tal-grupp ta’ organizzaturi maħtur bħala r-rappreżentant tiegħu għandu s-setgħa jaġixxi f'isem l-entità ġuridika.

Artikolu 6

Reġistrazzjoni

1.  Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal inizjattiva jistgħu jinġabru biss wara li l-inizjattiva tkun ġiet irreġistrata mill-Kummissjoni.

2.  Il-grupp ta' organizzaturi għandhom jippreżentaw it-talba għal reġistrazzjoni lill-Kummissjoni permezz tar-reġistru.

Meta jippreżenta t-talba il-grupp ta' organizzaturi għandu wkoll:

(a)  jittrażmetti l-informazzjoni msemmija fl-Anness II, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

(b)  jindika s-seba' membri li jridu jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) u (2), fejn il-grupp ta' organizzaturi jkun magħmul minn aktar minn seba' membri;

(c)  fejn rilevanti, jindika li entità ġuridika nħolqot, skont l-Artikolu 5(7).

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5 u 6, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba għal reġistrazzjoni fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tiegħu.

3.  Il-Kummissjoni għandha tirreġistra inizjattiva jekk:

(a)  il-grupp ta' organizzaturi pprovda evidenza biżżejjed li huwa jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (2) u jkun ħatar il-persuni ta' kuntatt f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3);

(b)  fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(7), l-entità ġuridika ġiet maħluqa bl-għan speċifiku li tiżgura l-ġestjoni ta' din l-inizjattiva u membru tal-grupp ta’ organizzaturi maħtur bħala r-rappreżentant tiegħu jingħata l-mandat li jaġixxi f'isem l-entità ġuridika;

(c)  l-ebda mill-partijiet tal-inizjattiva ma jaqgħu manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta' implimentazzjoni tat-Trattati;

(d)  li l-inizjattiva ma tkunx manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja;

(e)  li l-inizjattiva ma tkunx manifestament kuntrarja għall-valuri tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 2 TUE u d-drittijiet minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Għall-finijiet jiġi stabbilit jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu humiex issodisfati, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-grupp ta' organizzaturi skont il-paragrafu 2.

Jekk wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma jkunux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta li tirreġistra inizjattiva, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5.

4.  Fejn tqis li r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti(a), (b), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 huma ssodisfati iżda li r-rekwiżit stabbilit fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 mhux issodisfat, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahar minn meta titressaq it-talba, tgħarraf lill-grupp ta’ organizzaturi bil-valutazzjoni tagħha u r-raġunijiet għaliha.

F'tali każ, il-grupp ta' organizzaturi jista' jew jemenda l-inizjattiva biex iqis il-valutazzjoni tal-Kummissjoni biex jiżgura li l-inizjattiva tkun konformi mar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, ▌ jew iżomm, jew jirtira, l-inizjattiva inizjali. Il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-għażla tiegħu fi żmien xahrejn mill-wasla tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet tiegħu, u għandu, jippreżenta emendi, jekk hemm, għall- inizjattiva inizjali.

Fejn il-grupp ta’ organizzaturi jemenda jew iżomm l-inizjattiva inizjali tiegħu skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha:

(a)  tirreġistra l-inizjattiva, jekk tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ▌;

(b)  tirreġistra parzjalment l-inizjattiva, jekk parti ▌tal-inizjattiva, inklużi l-għanijiet ewlenin tagħha, ma tkunx taqa' manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta' implimentazzjoni tat-Trattati;

(c)  inkella, tirrifjuta li tirreġistra l-inizjattiva.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar din it-talba fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu mill-grupp ta' organizzaturi.

5.  Inizjattiva taċ-ċittadini proposta li tkun ġiet reġistrata għandha ssir pubblika fir-reġistru.

Fejn il-Kummissjoni tirreġistra parzjalment inizjattiva

għandha tippubblika informazzjoni dwar l-ambitu tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva fir-reġistru.

F’tali każ, il-grupp ta' organizzaturi għandu jiżgura li l-firmatarji potenzjali jiġu infurmati dwar l-ambitu tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva u tal-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru biss f'dak li jirrigwarda l-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni.

6.  Il-Kummissjoni għandha tirreġistra inizjattiva taħt numru ta' reġistrazzjoni uniku u tgħarraf lill-grupp ta' organizzaturi biha.

7.  Fejn tirrifjuta li tirreġistra jew inkella li tirreġistra b'mod parzjali inizjattiva taċ-ċittadini skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u tinforma lill-grupp ta' organizzaturi. Hija għandha tinforma wkoll lill-grupp ta' organizzaturi dwar ir-rimedji ġudizzjarji u extraġudizzjarji kollha possibbli disponibbli għalih.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed id-deċiżjonijiet kollha dwar talbiet għal reġistrazzjoni li hija tadotta skont dan l-Artikolu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fir-reġistru u fuq is-sit web pubbliku dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

8.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-reġistrazzjoni ta' inizjattiva.

Artikolu 7

Irtirar ta' inizjattiva

F'kull ħin qabel ma jippreżenta l-inizjattiva lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13, il-grupp ta' organizzaturi jista' jirtira inizjattiva li tkun ġiet reġistrata skont l-Artikolu 6. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fir-reġistru.

Artikolu 8

Perjodu ta' ġbir

1.  Kull dikjarazzjoni ta' appoġġ għandha tinġabar fi żmien perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar minn data magħżula mill-grupp ta’ organizzaturi (il-"perjodu ta' ġbir"), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(6). Dik id-data m'għandhiex tkun aktar tard minn sitt xhur wara r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 6.

Il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-data magħżula mill-inqas 10 ijiem tax-xogħol qabel dik id-data.

Fejn, matul il-perjodu ta' ġbir, il-grupp ta' organizzaturi jkun jixtieq itemm il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir ▌, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dik l-intenzjoni mill-anqas għaxart ijiem ta’ xogħol qabel id-data l-ġdida magħżula għat-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tindika d-dati tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu tal-ġbir fir-reġistru.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħlaq l-operazzjoni tas-sistema ċentrali ta' ġbir online msemmija fl-Artikolu 10, u l-grupp ta' organizzaturi għandhom jagħlqu l-operazzjoni ta' sistema individwali ta' ġbir online msemmija fl-Artikolu 11, fid-data li fiha jintemm il-perjodu ta' ġbir.

Artikolu 9

Proċedura għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ

1.  Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jistgħu jiġu ffirmati online jew f'forma stampata.

2.  Jistgħu jintużaw biss formoli li jikkonformaw mal-mudelli stabbiliti fl-Anness III biex jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ.

L-organizzaturi għandhom jimlew il-formoli msemmija fl-Anness III qabel ma jibda l-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ mill-firmatarji. L-informazzjoni mogħtija fil-formoli għandha tikkorrispondi għall-informazzjoni li hemm fir-reġistru.

Fejn il-grupp ta' organizzaturi jagħżel li jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ online permezz tas-sistema ċentrali ta' ġbir online prevista fl-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli li tipprovdi formoli xierqa, skont l-Anness III.

Meta inizjattiva tkun ġiet parzjalment reġistrata skont l-Artikolu 6(4), il-formoli stabbiliti fl-Anness III kif ukoll is-sistema ċentrali ta' ġbir online u s-sistema individwali ta' ġbir online, kif applikabbli, għandha tirrifletti l-ambitu tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva. Il-formoli tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jistgħu jiġu adattati għall-fini tal-ġbir online jew f'forma stampata.

L-Anness III ma għandux japplika meta ċ-ċittadini jappoġġaw inizjattiva online, permezz tas-sistema ċentrali ta' ġbir online imsemmija fl-Artikolu 10, bl-użu tal-mezzi ta' identifikazzjoni elettronika notifikati fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 imsemmija fl-Artikolu 10(4) ta' dan ir-Regolament. Iċ-ċittadini għandhom jipprovdu n-nazzjonalità tagħhom u l-Istati Membri għandhom jaċċettaw is-sett minimu ta' data għal persuna fiżika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1501(17).

3.  Persuna li tiffirma dikjarazzjoni ta' appoġġ għandha tkun meħtieġa li tipprovdi biss id-data personali mniżżla fl-Anness III.

4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar jekk jixtiequx jiġu inklużi fil-parti A jew B, rispettivament, tal-Anness III sat-30 ta’ Ġunju 2019. L-Istati Membri li jixtiequ jiġu inklużi fil-parti B tal-Anness III, għandhom jindikaw it-tip(i) ta' numru (tad-dokument) ta' identifikazzjoni personali msemmi fih ▌.

Sal-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-formoli stabbiliti fl-Anness III fir-reġistru.

Stat Membru inkluż f’parti waħda tal-Anness III jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex jiġi ttrasferit fil-parti l-oħra tal-Anness III. Hija għandha tagħmel it-talba tagħha lill-Kummissjoni mill-inqas sitt xhur qabel id-data li minnha l-formoli ġodda ser ikunu applikabbli.

5.  Il-grupp ta' organizzaturi għandu jkun responsabbli għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ mill-firmatarji f'forma stampata.

6.  Persuna tista' tiffirma dikjarazzjoni ta' appoġġ għal inizjattiva darba biss.

7.  Il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura f'kull Stat Membru mill-anqas kull xahrejn matul il-perjodu ta' ġbir u tal-għadd finali fi żmien tliet xhur minn tmiem il-perjodu ta' ġbir għall-pubblikazzjoni fir-reġistru.

Fejn l-għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ meħtieġ ma ntlaħaqx jew fin-nuqqas ta' tweġiba mill-grupp ta' organizzaturi fi żmien tliet xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' ġbir, il-Kummissjoni għandha tagħlaq l-inizjattiva u tippubblika avviż għal dak l-għan fir-reġistru.

Artikolu 10

Sistema ċentrali ta' ġbir online

1.  Għall-fini tal-ġbir online ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, sal-1 ta' Jannar 2020, u topera minn dik id-data, sistema ċentrali ta' ġbir online, f'konformità mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/46.

L-ispejjeż tal-istabbiliment u l-operat tas-sistema ċentrali ta' ġbir online għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-użu ta' sistema ċentrali ta' ġbir online għandu jkun bla ħlas.

Is-sistema ċentrali ta' ġbir online għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.

Id-data miksuba permezz tas-sistema ċentrali ta' ġbir online għandha tinħażen f'servers disponibbli mill-Kummissjoni għal dak l-għan.

Is-sistema ċentrali ta' ġbir online għandha tippermetti li jittellgħu d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġburin f'forma stampata.

2.  Għal kull inizjattiva, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jistgħu jinġabru permezz tas-sistema ċentrali ta' ġbir online matul il-perjodu ta' ġbir determinat skont l-Artikolu 8.

3.  ▌Sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-perjodu ta' ġbir, il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar jekk jixtieqx juża s-sistema ċentrali ta' ġbir online u jekk jixtieqx itella' d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura f'forma stampata.

Fejn grupp ta' organizzaturi jixtieq itella' dawk id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġburin f'forma stampata, dan għandu jtella' d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ kollha miġburin f'forma stampata sa mhux aktar tard minn xahrejn wara t-tmiem tal-perjodu ta' ġbir, u għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)  iċ-ċittadini jistgħu jappoġġaw inizjattivi online permezz ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ billi jużaw mezzi ta' identifikazzjoni elettronika notifikati jew jiffirmaw id-dikjarazzjoni ta' appoġġ b'firma elettronika fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 ▌;

(b)  in-nodu tal-Kummissjoni e-IDAS żviluppat fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni ▌(UE) 2015/1501 jkun rikonoxxut.

5.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati dwar żviluppi u titjib ulterjuri tas-sistema ċentrali ta' ġbir online biex jitqiesu s-suġġerimenti u t-tħassib tagħhom.

Artikolu 11

Sistemi individwali ta' ġbir online

1.  Fejn grupp ta' organizzaturi ma jużax is-sistema ċentrali ta' ġbir online, dan jista' jiġbor dikjarazzjonijiet ta' appoġġ online f'diversi Stati Membri jew fl-Istati Membri kollha permezz ta' sistema unika ta' ġbir online oħra ("is-sistema indivdwali ta' ġbir online").

Fejn id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru online, id-data li tinkiseb online permezz tas-sistema ta' ġbir online għandha tinħażen fit-territorju ta' Stat Membru.

2.  Il-grupp ta' organizzaturi għandu jiżgura li s-sistema ta' ġbir online tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 18(3) tul il-perjodu tal-ġbir.

3.  Wara r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva u qabel il-bidu tal-perjodu tal-ġbir, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali taħt il-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2016/679, il-grupp ta' organizzaturi għandu jitlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih id-data miġbura permezz tas-sistema individwali ta' ġbir online tinħażen biex jiġi ċċertifikat li dik is-sistema tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Fejn sistema individwali ta' ġbir online tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat għal dak l-effett skont il-mudell stabbilit fl-Anness IV fi żmien xahar mit-talba. Il-grupp ta' organizzaturi għandu jagħmel kopja ta' dak iċ-ċertifikat disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web użat għas-sistema individwali ta' ġbir online.

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

4.  Is-sistemi individwali ta' ġbir online għandu jkollhom karatteristiċi tekniċi u ta' sigurtà adegwati biex jiżguraw tul il-perjodu tal-ġbir li:

(a)  persuni fiżiċi biss ikunu kapaċi jiffirmaw dikjarazzjoni ta' appoġġ;

(b)  l-informazzjoni provduta dwar l-inizjattiva tikkorrispondi mal-informazzjoni ppubblikata fir-reġistru;

(c)  id-data tinġabar mill-firmatarji skont l-Anness III;

(d)  id-data pprovduta mill-firmatarji tinġabar u tinħażen b'mod sigur.

5.  Sal-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22.

Il-Kummissjoni tista' titlob parir tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ('ENISA') fl-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu.

6.  Fejn id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru permezz ta' sistema individwali ta' ġbir online, il-perjodu tal-ġbir jista' jibda biss ladarba ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 3 ikun inħareġ għal dik is-sistema

7.  Dan l-Artikolu għandu japplika biss għall-inizjattivi reġistrati skont l-Artikolu 6 tal-31 ta’ Diċembru 2022.

Artikolu 12

Verifika u ċertifikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ mill-Istati Membri

1.  Kull Stat Membru għandu jivverifika u jiċċertifika li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ iffirmati miċ-ċittadini tiegħu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament (l-"Istat Membru responsabbli").

2.  Fi żmien tliet xhur minn tmiem il-perjodu ta' ġbir u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-grupp ta' organizzaturi għandu jippreżenta d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, miġburin online jew f'forma stampata, lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 20(2) tal-Istat Membru responsabbli.

Il-grupp ta’ organizzaturi għandu jippreżenta d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti biss meta l-għadd minimu ta' firmatarji stabbiliti fl-Artikolu 3 jintlaħaq.

Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għandhom jintbagħtu lil kull awtorità kompetenti fl-Istat Membru responsabbli darba biss, bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness V.

Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, li ġew miġburin online għandhom jiġu ppreżentati skont formola elettronika standard disponibbli għall-pubbliku mill-Kummissjoni.

Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġburin f'forma stampata kif ukoll għal dawk miġburin permezz ta' sistema individwali ta' ġbir online għandhom jiġu ppreżentati separatament.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura online permezz tas-sistema ċentrali ta' ġbir online kif ukoll dawk miġbura f'forma stampata u mtella' skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tal-awtorità kompetenti tal- Istat Membru responsabbli hekk kif il-grupp ta' organizzaturi jkun ippreżenta l-formola li tinsab fl-Anness V lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Fejn grupp ta' organizzaturi ġabar id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ permezz ta' sistema individwali ta' ġbir online, jista' jitlob lill-Kummissjoni tippreżentahom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dikjarazzjoni ta' appoġġ skont it-tieni sar-raba' subparagrafu ta' paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, bl-użu tas-servizz għall-iskambju tal-fajls imsemmi fl-Artikolu 4(5).

4.  Fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikawhom fuq il-bażi ta' kontrolli adatti, li jistgħu jkunu bbażati fuq teħid ta' kampjuni b'mod każwali, f'konformità mal-liġi u l-prassi nazzjonali.

Fejn id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru online kif ukoll f'forma stampata huma ppreżentati separatament, dak il-perjodu għandu jibda jiskorri meta l-awtorità kompetenti tkun irċeviet id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ kollha.

Għall-għan tal-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, l-awtentikazzjoni tal-firem m'għandhiex tkun meħtieġa.

5.  Fuq il-bażi tal-verifiki mwettqa, l-awtorità kompetenti għandha tiċċertifika l-għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ validi għall-Istat Membru kkonċernat. Dak iċ-ċertifikat għandu jingħata, mingħajr ħlas, lill-grupp ta' organizzaturi, bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness VI.

Iċ-ċertifikat għandu jispeċifika n-numru ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ validi miġbura f'forma stampata u online, inkluż dawk miġburin f'forma stampata u mtella' skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3).

Artikolu 13

Preżentazzjoni lill-Kummissjoni

Fi żmien tliet xhur minn meta jikseb l-aħħar ċertifikat previst fl-Artikolu 12(5) il-grupp ta' organizzaturi għandu jippreżenta l-inizjattiva lill-Kummissjoni.

Il-grupp ta' organizzaturi għandu jippreżenta l-formola mimlija kif stipulat fl-Anness VII flimkien mal-kopji, f'forma stampata jew elettronika, taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 12(5).

Il-formola stipulata fl-Anness VII għandha ssir disponibbli għall-pubbliku mil-Kummissjoni fir-reġistru.

Artikolu 14

Pubblikazzjoni u smigħ pubbliku

1.  Meta l-Kummissjoni tirċievi inizjattiva valida li għaliha jkunu nġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u ġew iċċertifikati skont l-Artikoli 8 sa 12, din għandha tippubblika minnufih avviż għal dak l-għan fir-reġistru u tittrażmetti l-inizjattiva lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

2.  Fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-inizjattiva, il-grupp ta' organizzaturi għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-inizjattiva waqt smigħ pubbliku organizzat mill-Parlament Ewropew.

Il-▌Parlament Ewropew għandu jorganizza s-smigħ pubbliku fil-bini tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tkun rappreżentata fis-seduta f’livell xieraq.

Il-Kunsill, istituzzjonijiet u korpi konsultattivi oħra tal-Unjoni, il-parlamenti nazzjonali u s-soċjetà ċivili għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem fis-smigħ.

▌ Il-Parlament Ewropew għandu jiżgura rappreżentazzjoni bilanċjata tal-interessi pubbliċi u privati rilevanti.

3.  Wara s-smigħ pubbliku, il-Parlament Ewropew għandu jivvaluta l-appoġġ politiku għall-inizjattiva.

Artikolu 15

Eżami mill-Kummissjoni

1.  Fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-inizjattiva f'konformità mal-Artikolu 13, il-Kummissjoni għandha tirċievi lill-grupp ta' organizzaturi f'livell xieraq biex tippermettilu jispjega fid-dettall l-objettivi tal-inizjattiva.

2.  Fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 14(1), u wara s-smigħ pubbliku msemmi fl-Artikolu 14(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi f'komunikazzjoni l-konklużjonijiet finali legali u politiċi tagħha dwar l-inizjattiva, l-azzjoni li biħsiebha tieħu, jekk se tieħu azzjoni, u r-raġunijiet għalfejn se tieħu jew mhux se tieħu dik l-azzjoni.

Meta l-Kummissjoni tkun biħsiebha tieħu azzjoni bi tweġiba għall-inizjattiva, inkluż, fejn xieraq, l-adozzjoni ta’ waħda jew iktar proposti għal att legali tal-Unjoni, il-komunikazzjoni għandha tistabbilixxi wkoll l-iskeda ta' żmien prevista għal dawn l-azzjonijiet.

Il-komunikazzjoni għandha tiġi notifikata lill-grupp ta' organizzaturi kif ukoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, u għandha tiġi ppubblikata.

3.  Il-Kummissjoni u l-grupp ta' organizzaturi għandhom jinfurmaw lill-firmatarji dwar ir-rispons għall-inizjattiva skont l-Artikolu 18(2) u (3).

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi, fir-reġistru u fuq is-sit web pubbliku dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, informazzjoni aġġornata dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet stabbiliti fil-komunikazzjoni adottata b'rispons għall-inizjattiva.

Artikolu 16

Segwitu mill-Parlament Ewropew għall-inizjattivi taċ-ċittadini ta' suċċess

Il-Parlament Ewropew għandu jivvaluta l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni bħala riżultat tal-komunikazzjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 15(2).

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 17

Trasparenza

1.  Il-grupp ta' organizzaturi għandu jipprovdi, għall-pubblikazzjoni fir-reġistru u, fejn xieraq, fuq is-sit web tal-kampanja tiegħu, informazzjoni ċara, preċiża u komprensiva dwar is-sorsi ta' ▌finanzjament għall-inizjattiva li jaqbeż il-EUR 500 għal kull sponsor.

Is-sorsi ta' finanzjament u appoġġ iddikjarati, inkluż l-isponsors, u l-ammonti korrispondenti, għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar.

Il-grupp ta' organizzaturi għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet li appoġġawh fuq bażi volontarja, meta dan l-appoġġ ma jkunx kwantifikabbli ekonomikament.

Din l-informazzjoni għandha tkun aġġornata tal-inqas darba kull xahrejn matul il-perjodu bejn id-data ta' reġistrazzjoni u d-data li fiha l-inizjattiva tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 13. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod ċar u aċċessibbli fir-reġistru u fuq is-sit web pubbliku dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

2.  Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata titlob li l-grupp ta' organizzaturi jipprovdu kwalunkwe informazzjoni u kjarifika addizzjonali dwar is-sorsi ta' finanzjament u appoġġ iddikjarati f'konformità ma' dan ir-Regolament.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħti l-possibbiltà li ċ-ċittadini jressqu lment relatat mal-kompletezza u l-korrettezza tal-informazzjoni dwar is-sorsi ta' finanzjament u appoġġ kif iddikjarat mill-gruppi ta' organizzaturi u tagħmelformola ta' kuntatt disponibbli għall-pubbliku fir-reġistru u fuq is-sit web pubbliku tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għal dak il-għan.

Il-Kummissjoni tista' titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta' lmenti riċevuti skont dan il-paragrafu mingħand il-grupp ta' organizzaturi, u, kif xieraq, taġġorna l-informazzjoni dwar is-sorsi ddikjarati ta' finanzjament u appoġġ fir-reġistru.

Artikolu 18

Komunikazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tqajjem kuxjenza pubblika dwar l-eżistenza, l-objettivi u l-funzjonament tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni u kampanji ta' informazzjoni, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fil-ħajja politika tal-Unjoni.

Il-Parlament Ewropew għandu jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni.

2.  Għall-finijiet tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni u informazzjoni rigward l-inizjattiva kkonċernata u soġġett għal kunsens eslpiċitu minn firmatarju, l-indirizz elettroniku tiegħu jista' jinġabar minn grupp ta' organizzaturi jew mill-Kummissjoni.

Firmatarji potenzjali għandhom jiġu informati li d-dritt tagħhom li jappoġġaw inizjattiva mhux kundizzjonali fuq jekk jagħtux il-kunsens tagħhom biex jinġabar l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom.

3.  L-indirizzi tal-posta elettronika ma jistgħux jinġabru bħala parti mill-formoli ta' dikjarazzjoni ta' appoġġ. Madankollu, dawn jistgħu jinġabru fl-istess ħin mad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, sakemm ikunu pproċessati b'mod separat.

Artikolu 19

Protezzjoni ta' data personali

1.  Ir-rappreżentant tal-grupp ta' organizzaturi għandu jkun il-kontrollur tad-data fit-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali meta jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u l-indirizzi tal-posta elettronika u d-data dwar l-isponsors tal-inizjattivi. Fejn l-entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 5(7) ta' dan ir-Regolament tinħoloq, dik l-entità għandha tkun il-kontrollur tad-data.

2.  L-awtoritajiet kompetenti maħtura f'konformità mal-Artikolu 20(2) ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu l-kontrolluri tad-data fit-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet ta' verifika u ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ.

3.  Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur tad-data fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fir-reġistru, il-pjattaforma kollaborattiva online, is-sistema ċentrali ta' ġbir online msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, u l-ġbir tal-indirizzi tal-posta elettronika.

4.  Id-data personali pprovduta fid-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għandha tinġabar għall-fini tal-operazzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-ġbir u l-ħżin skont l-Artikoli 9 sa 11, għall-preżentazzjoni lill-Istati Membri, il-verifika u ċ-ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 12, u għall-verifiki ta' kwalità meħtieġa u analiżi statistika.

5.  Il-grupp ta' organizzaturi u l-Kummissjoni Ewropea, kif xieraq, għandhom jeqirdu d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ iffirmati għal inizjattiva u kull kopja tagħhom mhux aktar tard minn xahar wara l-preżentazzjoni tal-inizjattiva lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13 jew mhux iktar tard minn 21 xahar wara l-bidu tal-perjodu ta' ġbir, skont liema minnhom tiġi l-aktar kmieni. Madankollu, fejn inizjattiva tiġi rtirata wara l-bidu tal-perjodu ta' ġbir, id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u kull kopja tagħhom għandhom jinqerdu mhux aktar tard minn xahar wara l-irtirar imsemmi fl-Artikolu 7.

6.  L-awtorità kompetenti għandha teqred id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u l-kopji tagħhom kollha mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 12(5).

7.  Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal inizjattiva taċ-ċittadini partikolari u kopji tagħhom jistgħu jinżammu wara l-limiti taż-żmien stipulati fil-paragrafi 5 u 6 jekk ikun meħtieġ għall-fini ta' proċedimenti legali jew amministrattivi relatati ma' inizjattiva taċ-ċittadini proposta. Huma għandhom jinqerdu mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta' għeluq ta' dawn il-proċedimenti b'deċiżjoni finali.

8.  Il-Kummissjoni u l-grupp ta' organizzaturi għandhom jeqirdu r-rekords tal-indirizzi elettroniċi miġbura skont l-Artikolu 18(2), mhux aktar tard minn xahar wara l-irtirar ta' inizjattiva jew 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta' ġbir jew mill-preżentazzjoni tal-inizjattiva lill-Kummissjoni, rispettivament. Madankollu, fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi, permezz ta' komunikazzjoni, l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu skont l-Artikolu 15(2), ir-rekords ta' indirizzi tal-posta elettronika għandhom jinqerdu sa mhux iktar tard minn tliet snin wara l-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni.

9.  Bla ħsara għad-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, il-membri tal-grupp ta' organizzaturi għandhom id-dritt li jitolbu li d-data personali tagħhom titneħħa mir-reġistru wara sentejn mid-data tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva kkonċernata.

Artikolu 20

Awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Istati Membri

1.  Għall-fini tal-Artikolu 11, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli biex toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 11(3).

2.  Għall-fini ▌tal-Artikolu 12, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda responsabbli għall-koordinazzjoni tal-proċess ta' verifika tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u għall-ħruġ taċ-ċertifikati previsti fl-Artikolu 12(5).

3.  Sal-1 ta' Jannar 2020, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet maħtura skont il-paragrafi 1 u 2 lill-Kummissjoni. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe aġġornament ta' dik l-informazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet maħtura skont il-paragrafi 1 u 2 pubblikament disponibbli fir-reġistru.

Artikolu 21

Komunikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali

1.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika bid-dispożizzjonijiet speċifiċi li jadotta sabiex jimplimenta dan ir-Regolament lill-Kummissjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dawn id-dispożizzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fir-reġistru fil-lingwa tal-komunikazzjoni mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1.

KAPITOLU IV

ATTI DELEGATI U ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 22

Proċedura tal-kumitat

1.  Għall-fini tal-implementazzjoni tal-Artikolu 11(5) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 23

Setgħat delegati

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 sabiex temenda l-Annesssi ta' dan ir-Regolament fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rilevanti għal dawk l-Annessi.

Artikolu 24

Eżerċitar tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...[data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament▌].

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn wara n-notifikazzjoni ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi perjodikament il-funzjonament tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2024, u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru wkoll l-età minima għall-appoġġ tal-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej fl-Istati Membri. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.

Artikolu 26

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2020.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 27

Dispożizzjoni tranżitorja

Artikoli 5 sa 9 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 għandhom ikomplu japplikaw wara l-1 ta’ Jannar 2020 għall-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej li huma rreġistrati qabel l-1 ta’ Jannar 2020.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020.

Madankollu, l-Artikoli 9(4), 10, 11(5), u 20 sa 24 japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESSI

ANNESS I

Numru minimu ta' firmatarji għal kull Stat Membru

Il-Belġju

15 771

Il-Bulgarija

12 767

Iċ-Ċekja

15 771

Id-Danimarka

9 763

Il-Ġermanja

72 096

L-Estonja

4 506

L-Irlanda

8 261

Il-Ġreċja

15 771

Spanja

40 554

Franza

55 574

Il-Kroazja

8 261

L-Italja

54 823

Ċipru

4 506

Il-Latvja

6 008

Il-Litwanja

8 261

Il-Lussemburgu

4 506

L-Ungerija

15 771

Malta

4 506

In-Netherlands

19 526

L-Awstrija

13 518

Il-Polonja

38 301

Il-Portugall

15 771

Ir-Rumanija

24 032

Is-Slovenja

6 008

Is-Slovakkja

9 763

Il-Finlandja

9 763

L-Iżvezja

15 020

Ir-Renju Unit

54 823

ANNESS II

INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA' INIZJATTIVA

1.  It-titolu tal-inizjattiva, f'mhux aktar minn 100 karattru;(*)

2.  L-objettivi tal-inizjattiva li fuqha l-Kummissjoni tkun mistiedna taġixxi, f'mhux aktar minn 1100 karattru mingħajr spazji; (medja aġġustata għal kull lingwa(*));

Il-grupp ta' organizzaturi jista' jipprovdi anness dwar is-suġġett, l-objettivi u l-isfond tal-inizjattiva, f'mhux aktar minn 5000 karattru mingħajr spazji (medja aġġustata għal kull lingwa(*));

Il-grupp ta' organizzaturi jista' jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar is-suġġett, l-objettivi u l-isfond tal-inizjattiva. Jekk jixtieq, jista' wkoll jippreżenta abbozz ta' att legali;

3.  Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati meqjusa rilevanti mill-grupp ta' organizzaturi għall-azzjoni proposta;

4.  L-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati ta' twelid ta' seba' membri tal-grupp ta' organizzaturi li jirrisjedu f'seba' Stati Membri differenti b'indikazzjoni speċifika tar-rappreżentant u s-sostitut kif ukoll l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tat-telefon tagħhom(18);

Jekk ir-rappreżentant u/jew is-sostitut mhumiex fost is-seba' membri msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet, id-dati tat-twelid, l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tat-telefon tagħhom.

5.  Id-dokumenti li juru l-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati ta' twelid ta' kull wieħed/waħda mis-seba' membri msemmija fil-punt 4 u tar-rappreżentant u s-sostitut, jekk ma jkunux fost dawk is-seba' membri;

6.  L-ismijiet tal-membri l-oħra tal-grupp ta' organizzaturi;

7.  Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) .../...(19), fejn xieraq, id-dokumenti li jipprovaw il-ħolqien ta' entità ġuridika f'konformità mal-liġi nazzjonali ta' Stat Membri speċifikament għall-fini ta' ġestjoni ta' inizjattiva partikolari u li l-membru tal-grupp ta' organizzaturi maħtura bħala r-rappreżentant tiegħu għandu s-setgħa jaġixxi f'isem l-entità ġuridika.

8.  Is-sorsi kollha ta' appoġġ u finanzjament għall-inizjattiva fil-ħin tar-reġistrazzjoni.(20)

(*) Il-Kummissjoni tipprovdi t-traduzzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ta' dawn l-elementi, għall-inizjattivi rreġistrati kollha.

ANNESS III

DIKJARAZZJONI TA' FORMOLA TA' APPOĠĠ — Parti A(21)

(għall-Istati Membri li ma jirrikjedux il-provediment ta'parti minn numru ta' identifikazzjoni personali / numru ta' dokument ta' identifikazzjoni personali)

Il-kaxxi kollha f'din il-formola huma obbligatorji.

TRID TIMTELA MINN QABEL MILL-GRUPP TA' ORGANIZZATURI:

1.  Il-firmatarji kollha f'din il-formola huma ċittadini ta':

Jekk jogħġbok immarka biss Stat Membru wieħed għal kull lista.

2.  Numru ta' reġistrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: 3. Dati ta' bidu u tmiem tal-perjodu ta' ġbir:

4.  Indirizz ta' sit web ta' din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea:

5.  Titolu ta' din l-inizjattiva:

6.  Għanijiet tal-inizjattiva:

7.  Ismijiet u indirizzi tal-posta elettronika ta' persuni ta' kuntatt reġistrati:

[Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) .../...(22), fejn xieraq, addizzjonalment: l-isem u l-pajjiż tas-sede tal-entità ġuridika]:

8.  Is-sit web ta' din l-inizjattiva (jekk jeżisti):

TRID TIMTELA MILL-FIRMATARJI B'ITTRI KAPITALI:

"B'dan jien niċċertifika li l-informazzjoni li pprovdejt f'din il-formola hija korretta u li jien m'appoġġajtx diġà din l-inizjattiva."

Ismijiet sħaħ

Kunjomijiet

RESIDENZA(23)

(triq, numru, kodiċi postali, belt, pajjiż)

Data

tat-twelid

Data

firma(24)

Stqarrija ta' privatezza(25) għad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġburin f'forma stampata ▌ jew permezz ta' sistemi individwali ta' ġbir online:

Skont ir-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), id-data personali tiegħek ipprovduta f'din il-formola ▌se tintuża biss għall-appoġġ tal-inizjattiva u se tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-fini ta' verifika u ċertifikazzjoni. Inti għandek id-dritt li titlob lill-▌grupp ta' organizzaturi ta' din l-inizjattiva▌, l-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek.

Id-data tiegħek se tinħażen mill- grupp ta' organizzaturi għal perjodu massimu ta' żamma ta' xahar wara l-preżentazzjoni tal-inizjattiva lill-Kummissjoni Ewropea jew 21 xahar wara l-bidu tal-perjodu ta' ġbir, liema minnhom tiġi l-ewwel. Hija tkun tista' tinżamm lil hinn minn dawn il-limiti ta' żmien fil-każ ta' proċedimenti amministrattivi jew legali, għal mhux aktar minn xahar wara d-data tal-għeluq ta' dawn il-proċedimenti.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, għandek id-dritt li jressaq fi kwalunkwe ħin ilment quddiem l-awtorità tal-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari fl-Istat Membru tiegħek ta' residenza abitwali, post tax-xogħol jew post tal-ksur allegat, jekk taħseb li d-data tiegħek tkun ipproċessata illegalment.

Ir-rappreżentant tal-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva jew, fejn xieraq, l-entità ġuridika maħluqa minnu, huwa/hija l-kontrollur skont it-tifsira tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u jistgħu jiġu kkuntattjati bl-użu tad-dettalji mogħtija f'din il-formola.

Id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data (jekk hemm) huma disponibbli fl-indirizz tal-web ta' din l-inizjattiva fir-reġistru tal-Kummissjoni , kif previst fil-punt 4 ta' din il-formola.

Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità nazzjonali li se jirċievu u jipproċessaw id-data personali tiegħek u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection.

Stqarrija ta' privatezza għad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġburin online permezz ta' sistema ċentrali ta' ġbir online:

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 u r-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), id-data personali tiegħek pprovduta f'din il-formola ▌se tintuża biss għall-appoġġ tal-inizjattiva u se tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-fini ta' verifika u ċertifikazzjoni. Inti għandek id-dritt li titlob mill-Kummissjoni Ewropea u mir-rappreżentant tal-grupp ta' organizzaturi tal-inizjattiva▌jew, fejn adatt, l-entità ġuridika maħluqa minnu, l-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek.

Id-data tiegħek se tinħażen mill-Kummissjoni Ewropea għal perjodu massimu ta' żamma ta' xahar wara l-preżentazzjoni tal-inizjattiva lill-Kummissjoni Ewropea jew 21 xahar wara l-bidu tal-perjodu ta' ġbir, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. Hija tkun tista' tinżamm lil hinn minn dawn il-limiti ta' żmien fil-każ ta' proċedimenti amministrattivi jew legali, għal mhux aktar minn xahar wara d-data tal-għeluq ta' dawn il-proċedimenti.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, għandek id-dritt li tressaq fi kwalunkwe ħin ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għas-Superviżjoni tad-Data jew quddiem awtorità tal-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari fl-Istat Membru ta' residenza abitwali tiegħek, post tax-xogħol jew post tal-ksur allegat, jekk taħseb li d-data tiegħek tkun ipproċessata illegalment.

Il-Kummissjoni Ewropea u r-rappreżentant tal-grupp ta' organizzaturi tal-inizjattiva jew, fejn adatt, l-entità ġuridika maħluqa minnu, huma kontrolluri konġunti skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/1725 u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u jistgħu jiġu kkuntattjati bl-użu tad-dettalji pprovduti f'din il-formola.

Id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-grupp ta' organizzaturi (jekk ikun hemm) huma disponibbli fl-indirizz web ta' din l-inizjattiva fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea, kif previst fil-punt 4 ta' din il-formola.

Id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Kummissjoni Ewropea, tal-awtorità nazzjonali li se tirċievi u tipproċessa d-data personali tiegħek, tal-Kontrollur Ewropew għas-Superviżjoni tad-Data u tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data jistgħu jiġu kkonsultati fuq: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection?lg=mt.

I

DIKJARAZZJONI TA' APPOĠĠ — Parti B(26)

(for Member States that require the provision of ▌a personal identification number / personal identification document number)

Il-kaxxi kollha f'din il-formola huma obbligatorji.

TRID TIMTELA MINN QABEL MILL-GRUPP TA' ORGANIZZATURI:

1.  Il-firmatarji kollha f'din il-formola huma ċittadini ta':

Jekk jogħġbok immarka biss Stat Membru wieħed għal kull lista.

Ara s-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej għan-numri ta' identifikazzjoni personali / numri ta' dokumenti ta' identifikazzjoni personali, li jrid jiġi pprovdut wieħed minnhom.

2.  Numru ta' reġistrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: 3. Dati ta' bidu u tmiem tal-perjodu ta' ġbir:

4.  Indirizz ta' sit web ta' din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea:

5.  Titolu ta' din l-inizjattiva:

6.  Għanijiet tal-inizjattiva:

7.  Ismijiet u l-indirizzi tal-posta elettronika tal-persuni ta' kuntatt:

[Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) .../...(27), fejn xieraq, , addizzjonalment: l-isem u l-pajjiż tas-sede tal-entità ġuridika]:

8.  Is-sit web ta' din l-inizjattiva (jekk jeżisti):

TRID TIMTELA MILL-FIRMATARJI B'ITTRI KAPITALI:

"B'dan jien niċċertifika li l-informazzjoni li pprovdejt f'din il-formola hija korretta u li jien m'appoġġajtx diġà din l-inizjattiva."

Ismijiet sħaħ

Kunjomijiet

▌NUMRU ta' identifikazzjoni PERSONALI/

NUMRU tad-DOKUMENT ta' identifikazzjoni PERSONALI /

tip ta' numru ta' identifikazzjoni personali jew dokument

Data

firma(28)

Stqarrija ta' privatezza(29) għad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġburin f'forma stampata ▌ jew permezz ta' sistemi individwali ta' ġbir online:

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 u r-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), id-data personali tiegħek pprovduta f'din il-formola ▌se tintuża biss għall-appoġġ tal-inizjattiva u se tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-fini ta' verifika u ċertifikazzjoni. Inti għandek id-dritt li titlob mill-grupp ta' organizzaturi ta' din l-inizjattiva▌l-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek.

Id-data tiegħek se tinħażen mill-grupp ta' organizzaturi għal perjodu massimu ta' żamma ta' xahar wara l-preżentazzjoni tal-inizjattiva lill-Kummissjoni Ewropea jew 21 xahar wara l-bidu tal-perjodu ta' ġbir, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. Hija tkun tista' tinżamm lil hinn minn dawn il-limiti ta' żmien fil-każ ta' proċedimenti amministrattivi jew legali, għal mhux aktar minn xahar wara d-data tal-għeluq ta' dawn il-proċedimenti.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, għandek id-dritt li tressaq fi kwalunkwe ħin ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għas-Superviżjoni tad-Data jew quddiem awtorità tal-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari fl-Istat Membru ta' residenza abitwali tiegħek, post tax-xogħol jew post tal-ksur allegat, jekk taħseb li d-data tiegħek tkun ipproċessata illegalment.

Il-Kummissjoni Ewropea u r-rappreżentant tal-grupp ta' organizzaturi tal-inizjattiva jew, fejn adatt, l-entità ġuridika maħluqa minnu, huma kontrolluri konġunti skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/1725 u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u jistgħu jiġu kkuntattjati bl-użu tad-dettalji pprovduti f'din il-formola.

Id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-grupp ta’ organizzaturi (jekk ikun hemm) huma disponibbli fl-indirizz web ta' din l-inizjattiva fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea, kif ipprovdut fil-punt 4 ta' din il-formola.

Id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Kummissjoni Ewropea, tal-awtorità nazzjonali li se tirċievi u tipproċessa d-data personali tiegħek, tal-Kontrollur Ewropew għas-Superviżjoni tad-Data u tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data jistgħu jiġu kkonsultati fuq:: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection?lg=mt.

ANNESS IV

ĊERTIFIKAT LI JIKKONFERMA L-KONFORMITÀ TA' SISTEMA TA' ĠBIR ONLINE MAR-REGOLAMENT (UE).../...(30) TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TA' ....(31)+ DWAR L-INIZJATTIVA TAĊ-ĊITTADINI EWROPEJ

... (isem tal-awtorità kompetenti) ta' … (isem tal-Istat Membru) b'dan tiċċertifika li s-sistema individwali ta' ġbir online … (indirizz tas-sit web) li tintuża għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal … (titolu tal-inizjattiva) li għandha n-numru ta' reġistrazzjoni (numru ta' reġistrazzjoni tal-inizjattiva) tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) .../...+ tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill ta' ...++ dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Data, firma u timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti:

ANNESS V

FORMOLA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA' DIKJARAZZJONIJIET TA' APPOĠĠ LILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTATI MEMBRI

1.  Ismijiet sħaħ, indirizzi postali u indirizzi tal-posta elettronika tal-persuni ta' kuntatt (ir-rappreżentant u s-sostitut tal-grupp ta' organizzaturi) jew tal-entità ġuridika li tiġġestixxi l-inizjattiva u r-rappreżentant tagħha:

2.  Titolu tal-inizjattiva:

3.  Numru ta' reġistrazzjoni tal-Kummissjoni:

4.  Data ta' reġistrazzjoni:

5.  Għadd ta' firmatarji li huma ċittadini ta' (isem tal-Istat Membru):

6.  Għadd totali ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura:

7.  Għadd ta' Stati Membri fejn intlaħaq il-limitu:

8.  Annessi:

(Inkludi d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ kollha mill-firmatarji li huma ċittadini tal-Istat Membru rilevanti.

Jekk applikabbli, inkludi ċ-ċertifikat rilevanti ta' konformità tas-sistema individwali ta' ġbir online mar-Regolament (UE) …/...(32) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ...(33)+ dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.)

9.  Jiena hawnhekk niddikjara li l-informazzjoni provduta f'din il-formola hija korretta u li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ inġabru f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) …/...+ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' …++ dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

10.  Data u firma ta' waħda mill-persuni ta' kuntatt (rappreżentant/sostitut(34)) jew tar-rappreżentant tal-entità legali:

ANNESS VI

ĊERTIFIKAT LI JIKKONFERMA N-NUMRU TA' DIKJARAZZJONIJIET TA' APPOĠĠ VALIDI MIĠBURA GĦAL … (ISEM TAL-ISTAT MEMBRU)

(isem tal-awtorità kompetenti) ta' … (isem tal-Istat Membru), wara li għamlet il-verifiki neċessarji mitluba mill-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) …/...(35) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' …(36)+ dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, b'dan tiċċertifika li … (numru ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ validi) dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għall-inizjattiva bin-numru ta' reġistrazzjoni (numru ta' reġistrazzjoni tal-inizjattiva) huma validi f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament.

Data, firma u bolla uffiċjali

ANNESS VII

FORMOLA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA' INIZJATTIVA LILL-KUMMISSJONI EWROPEA

1.  Titolu tal-inizjattiva:

2.  Numru ta' reġistrazzjoni tal-Kummissjoni:

3.  Data ta' reġistrazzjoni:

4.  Għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura (għandu jkun mill-inqas miljun):

5.  Numru ta' firmatarji ċċertifikati mill-Istati Membri:

 

BE

BG

CZ

DK

DE

EE

IE

EL

ES

FR

HR

IT

CY

LV

LT

LU

Għadd ta' firmatarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HU

MT

NL

AT

PL

PT

RO

SI

SK

FI

SE

UK

TOTAL

Għadd ta' firmatarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.  Ismijiet sħaħ, indirizzi postali u indirizzi tal-posta elettronika tal-persuni ta' kuntatt (ir-rappreżentant u s-sostitut tal-grupp ta' organizzaturi)(37) jew tal-entità legali li tiġġestixxi l-inizjattiva u r-rappreżentant tagħha.

7.  Indika s-sorsi kollha tal-appoġġ u l-finanzjament riċevuti għall-inizjattiva, inkluż l-ammont tal-appoġġ finanzjarju fil-ħin tal-preżentazzjoni.

8.  Jiena hawnhekk niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-formola hija korretta u li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet rilevanti kollha stipulati fir-Regolament (UE) …(38) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill …(39)+ dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ġew osservati.

Data u firma ta' waħda mill-persuni ta' kuntatt (rappreżentant/sostitut(40)) jew tar-rappreżentant tal-entità legali:

9.  Annessi: (Inkludi ċ-ċertifikati kollha).

(1) ĠU C 237, 6.7.2018, p. 74.
(2) ĠU C 247, 13.7.2018, p. 62.
(3) ĠU C 237, 6.7.2018, p. 74.
(4)ĠU C 247, 13.7.2018, p. 62.
(5)Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019.
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).
(7)Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2011 tas-17 ta' Novembru li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistemi tal-ġbir online skont ir-Regolament (UE) Nru 211/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 301, 18.11.2011, p. 3).
(8)ĠU C 355, 20.10.2017, p. 17.
(9) 2017/2024(INL).
(10) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 6, 11.1.2017, p. 40).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(13) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(14) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(15)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13-18).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(17) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1501 tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-qafas ta' interoperabbiltà skont l-Artikolu 12(8) tar-Regolament (UE) 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 1).
(18) Fuq ir-reġistru online tal-Kummissjoni, huma biss l-ismijiet sħaħ tal-membri tal-grupp ta' organizzaturi, il-pajjiż ta' residenza tar-rappreżentant jew, fejn xieraq, l-isem u l-pajjiż tas-sede tal-entità ġuridika, l-indirizzi tal-posta elettronika tal-persuni ta' kuntatt u l-informazzjoni relatata mas-sorsi tal-appoġġ u l-finanzjament ser ikunu disponibbli għall-pubbliku. Suġġetti tad-data huma intitolati joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni tad-data personali tagħhom għal raġunijiet leġittimi aċċettabbli relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom
(19)+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ dan ir-Regolament.
(20)
(21)Il-formola għandha tiġi stampata fuq folja waħda. Il- grupp ta' organizzaturi jista' juża folji miż-żewġ naħat. Sabiex jiġu mtella' d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura fil-forma ta' karta fis-sistema ċentrali ta' ġbir online jintuża kodiċi li jingħata għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.
(22)+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ dan ir-Regolament.
(23) Iċ-ċittadini Ġermaniżi li jgħixu barra l-pajjiż biss jekk ikunu rreġistraw ir-residenza permanenti attwali tagħhom fir-rappreżentazzjoni diplomatika Ġermaniża reponsabbli tagħhom barra mill-pajjiż.
(24)Il-firma mhijiex mandatorja jekk il-formola tkun ippreżentata online permezz tas-sistema ċentrali ta' ġbir online kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) .../...+ jew sistema individwali ta' ġbir online kif imsemmi fl-Artikolu 11 tal-imsemmi Regolament.
(25)Waħda biss miż-żewġ verżjonijiet proposti ta' stqarrijiet ta' privatezza għandha tkun użata, skont il-metodu ta' ġbir.
(26)Il-formola għandha tiġi stampata fuq folja waħda. Il-Grupp ta' Organizzaturi jista' juża folja miż-żewġ naħat. Sabiex jiġu mtella' d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura fil-forma ta' karta fis-sistema ċentrali ta' ġbir online għandu jintuża kodiċi li jingħata għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.
(27)+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ dan ir-Regolament.
(28)Il-firma mhijiex mandatorja jekk il-formola tkun ippreżentata online permezz tas-sistema ċentrali ta' ġbir online kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) .../...+ jew sistema individwali ta' ġbir online kif imsemmi fl-Artikolu 11 tal-imsemmi Regolament.
(29)Waħda biss miż-żewġ verżjonijiet proposti ta' stqarrijiet ta' privatezza għandha tkun użata, skont il-metodu ta' ġbir.
(30)+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(31)++ ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
(32)+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(33)++ ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
(34) Ħassar kif meħtieġ.
(35)+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(36)++ ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
(37)Fuq ir-reġistru online tal-Kummissjoni ser ikunu disponibbli għall-pubbliku biss l-ismijiet sħaħ tal-membri tal-grupp ta' organizzaturi, il-pajjiż ta' residenza tar-rappreaentant jew, fejn xieraq, l-isem u l-pajjiż tas-sede tal-entità ġuridika, l-indirizzi tal-posta elettronika tal-persuni ta' kuntatt u l-informazzjoni relatata mas-sorsi tal-appoġġ u tal-finanzjament. Is-suġġetti tad-data huma intitolati joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni tad-data personali tagħhom għal raġunijiet leġittimi aċċettabbli relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom.
(38)+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(39)++ ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
(40)Ħassar kif meħtieġ.


L-importazzjoni ta' beni kulturali ***I
PDF 243kWORD 78k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali (COM(2017)0375 – C8-0227/2017 – 2017/0158(COD))
P8_TA-PROV(2019)0154A8-0308/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0375),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0227/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0308/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta' beni kulturali

P8_TC1-COD(2017)0158


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA ▌

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(2),

Billi,

(1)  Fid-dawl tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-2 ta' Frar 2016 dwar Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u ▌ d-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3), jenħtieġ li jiġu adottati regoli komuni dwar il-kummerċ mal-pajjiżi terzi sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva kontra l-kummerċ illeċitu ta' beni kulturali u kontra t-telf jew il-qerda tagħhom, il-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali tal-umanità u l-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus permezz tal-bejgħ ta' beni kulturali sakkeġġati lil xerrejja fl-Unjon.

(2)  Fir-rigward tal-isfruttament tal-popli u t-territorji li jista' jwassal għall-kummerċ illeċitu ta' beni kulturali, partikolarment meta dan il-kummerċ illeċitu joriġina f'kuntest ta' kunflitt armat. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkunsidra l-karatteristiċi reġjonali u lokali tal-popli u t-territorji, aktar milli l-valur fis-suq tal-beni kulturali.

(3)  Il-beni kulturali huma parti mill-patrimonju kulturali, u ħafna drabi jkollhom importanza kulturali, artistika, storika u xjentifika kbira. Il-patrimonju kulturali huwa wieħed mill-elementi bażiċi taċ-ċiviltà, billi għandu, fost l-oħrajn, valur simboliku, u billi jifforma parti mill-memorja kulturali tal-umanità. Huwa jarrikkixxi l-ħajja kulturali tal-popli kollha u jgħaqqad lin-nies permezz ta' memorja kondiviża, għarfien u żvilupp taċ-ċiviltà. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi protett minn approprjazzjoni illegali u sakkeġġ. Is-sakkeġġ ta' siti arkeoloġiċi kien jiġri minn dejjem, iżda issa laħaq skala industrijali u, flimkien mal-kummerċ ta' beni kulturali skavati illegalment, huwa delitt serju li joħloq tbatija sinifikanti lil dawk li jintlaqtu direttament jew indirettament. F'ħafna każijiet, il-kummerċ illeċitu ta' beni kulturali jikkontribwixxi għal omoġenizzazzjoni kulturali furzata jew it-telf furzat tal-identità kulturali, filwaqt li s-sakkeġġ ta' beni kulturali jwasslu, fost konsegwenzi oħra, għad-diżintegrazzjoni ta' kulturi. Sakemm ikun possibbli l-involviment fil-kummerċ lukrattiv ta' beni kulturali skavati illegalment li jħalli profitt mingħajr riskju notevoli, tali skavi u sakkeġġ se jkomplu. Minħabba l-valur ekonomiku u artistiku tal-beni kulturali, hemm domanda qawwija għalihom fis-suq internazzjonali. L-assenza ta' miżuri leġislattivi internazzjonali b'saħħithom u l-infurzar ineffettiv ta' dawk il-miżuri li jeżistu jwasslu għat-trasferiment ta' dawn il-beni lejn l-ekonomija s-sewda. Jenħtieġ li l-Unjoni tipprojbixxi l-introduzzjoni ta' beni kulturali esportati illegalment minn pajjiżi terzi fit-territorju doganali tagħha, b'enfasi partikolari fuq beni kulturali minn pajjiżi terzi milquta minn kunflitt armat, partikolarment fejn dawn il-beni kulturali jkunu ġew kummerċjalizzati illeċitemant minn organizzazzjonijiet terroristiċi jew organizzazzjonijiet kriminali oħrajn. Waqt li jenħtieġ li dik il-projbizzjoni ġenerali ma tinvolvix kontrolli sistematiċi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jintervjenu meta jirċievu intelligence dwar konsenji suspettużi u jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jinterċettaw beni kulturali esportati illegalment.

(4)  Fid-dawl tar-regoli differenti li japplikaw fl-Istati Membri fir-rigward tal-importazzjoni ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li jiddaħħlu miżuri biex b'mod partikolari jiżguraw li ċerti importazzjonijiet ta' beni kulturali jkunu soġġetti għal kontrolli uniformi hekk kif jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, abbażi tal-proċessi, il-proċeduri u l-għodod amministrattivi eżistenti mmirati lejn l-implimentazzjoni uniformi tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4).

(5)  Il-protezzjoni ta' beni kulturali li huma meqjusin bħala teżori nazzjonali tal-Istati Membri hija diġà koperta mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009(5) u mid-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6). Konsegwentement, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għal beni kulturali li jkunu nħolqu jew ġew skoperti fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li r-regoli komuni introdotti permezz ta' dan ir-Regolament ikopru t-trattament doganali ta' beni kulturali mhux tal-Unjoni li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni ▌. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li t-territorju doganali rilevanti jkun it-territorju doganali tal-Unjoni fil-mument tal-importazzjoni.

(6)  Jenħtieġ li l-miżuri ta' kontroll li jridu jiġu stabbiliti fir-rigward ta' żoni ħielsa ▌u l-hekk imsejħa "portijiet ħielsa ▌" ikollhom kamp ta' applikazzjoni kemm jista' jkun wiesa' f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċeduri doganali kkonċernati, sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni permezz tal-isfruttament ta' dawk iż-żoni liberi, li għandhom il-potenzjal li jintużaw għall-proliferazzjoni kontinwa tal-kummerċ illegali. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn il-kontrolli ta' miżuri ma jikkonċernawx biss il-beni kulturali rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera iżda wkoll il-beni kulturali mqiegħda skont il-proċeduri doganali speċjali. Madankollu, jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni ma jmurx ▌ lil hinn mill-objettiv tal-prevenzjoni tal-beni kulturali esportati illeċitament milli jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Minħabba f'dan, filwaqt li jiġu inklużi r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera u wħud mill-proċeduri speċjali tad-dwana li skonthom il-beni li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni jistgħu jitqiegħdu, jenħtieġ li l-miżuri ta' kontroll sistematiku jeskludu t-tranżitu.

(7)  Ħafna pajjiżi terzi u l-parti l-kbira tal-Istati Membri huma familjari mad-definizzjonijiet użati fil-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, tal-Esportazzjoni u tat-Trasferiment Illeċitu tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali ffirmata f'Pariġi fl-14 ta' Novembru 1970 ("il-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970") li għadd sinifikanti ta' Stati Membri huma parti tagħha, u fil-Konvenzjoni tal-UNIDROIT dwar is-Serq jew l-Esportazzjoni Illegali ta' Beni Kulturali ffirmata f'Ruma fl-24 ta' Ġunju 1995▌. Għal dik ir-raġuni, id-definizzjonijiet użati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq dawk id-definizzjonijiet.

(8)  Jenħtieġ li l-legalità tal-esportazzjoni ta’ beni kulturali tiġi primarjament eżaminata skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż fejn dawk il-beni kulturali kienu ġew maħluqa jew skoperti ▌. Madankollu, sabiex ma jiġix impedit l-kummerċ leġittimu b'mod mhux raġonevoli, jenħtieġ li persuna li tfittex li timporta beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, f’ċerti każijiet, titħalla b'mod eċċezzjonali turi minflok l-esportazzjoni illegali minn pajjiż terz differenti fejn il-beni kulturali kienu jinsabu qabel id-dispaċċ tagħhom lejn l-Unjoni. Jenħtieġ li dik l-eċċezzjoni tapplika f'każijiet fejn il-pajjiż li fih il-beni kulturali nħolqu jew ġew skoperti ma jistax jiġi determinat b'mod raġonevoli jew meta l-esportazzjoni tal-beni kulturali inkwistjoni seħħet qabel l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 daħlet fis-seħħ, jiġifieri l-24 ta' April 1972. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta' dan ir-Regolament billi sempliċiment jintbagħtu beni kulturali esportati illegalment f'pajjiż terz ieħor qabel l-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni, jenħtieġ li l-eċċezzjonijiet ikunu applikabbli fejn il-beni kulturali kienu jinsabu f'pajjiż terz għal perijodu ta' aktar minn ħames snin għal finijiet oħra għajr l-użu temporanju, it-tranżitu, l-esportazzjoni mill-ġdid jew it-trasbord. Fejn dawk il-kondizzjonijiet jiġu sodisfatti għal aktar minn pajjiż wieħed, jenħtieġ li l-pajjiż rilevanti jkun l-aħħar wieħed minn dawk il-pajjiżi qabel ma l-beni kulturali jiġu introdotti fit-territorju doganali tal-Unjoni.

(9)  L-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 jappella lill-Istati Partijiet biex iwaqqfu servizz nazzjonali wieħed jew aktar għall-protezzjoni tal-beni kulturali kontra l-importazzjoni illeċita, l-esportazzjoni u t-trasferiment illegali tas-sjieda. Tali servizzi nazzjonali jenħtieġ li jkunu mgħammra b'persunal ikkwalifikat li għadd tiegħu ikun suffiċjenti sabiex jiżguraw dik il-protezzjoni f'konformità ma' dik il-Konvenzjoni, u jenħtieġ ukoll li jagħmlu possibbli l-kollaborazzjoni attiva meħtieġa bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li huma Partijiet f'dik il-Konvenzjoni fil-qasam tas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-importazzjoni illegali ta' beni kulturali, speċjalment minn żoni milquta minn kunflitt armat.

(10)  Sabiex ma jiġix imfixkel b'mod sproporzjonat il-kummerċ f'beni kulturali minn naħa għal oħra tal-fruntiera esterna tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għal beni kulturali li jaqbżu età minima li tiġi stabbilita permezz ta' dan ir-Regolament. Jidher ukoll xieraq li jiġi stabbilit limitu finanzjarju sabiex jiġu esklużi beni kulturali b'valur aktar baxx mill-applikazzjoni tal-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni. Dawk il-limiti jiżguraw li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jiffokaw fuq dawk il-beni kulturali l-aktar suxxettibli li jkunu fil-mira ta' sakkeġġaturi fiż-żoni ta' kunflitt, mingħajr ma jiġu esklużi beni oħra li hu meħtieġ li jsirilhom kontroll sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali.

(11)  Il-kummerċ illeċitu ta' beni kulturali antiki sakkeġġati ġie identifikat bħala sors possibbli għal attivitajiet ta' finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riskju sovranazzjonali dwar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li jolqtu s-suq intern .

(12)  Peress li wħud mill-kategoriji tal-beni kulturali, prinċipalment oġġetti arkeoloġiċi u elementi minn monumenti ▌, huma partikolarment vulnerabbli għas-sakkeġġ u l-qerda, jidher li huwa neċessarju li tiġi prevista sistema għal żieda fl-iskrutinju qabel ma jitħallew jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali sistema tirrikjedi l-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti ta' Istat Membru ▌qabel ma jingħata r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' dawk il-beni kulturali fl-Unjoni jew it-tqegħid tagħhom skont il-proċedura doganali speċjali għajr it-tranżitu. Jenħtieġ li persuni li jfittxu li jiksbu liċenzja bħal din ikunu jistgħu jippruvaw l-esportazzjoni illegali mill- ▌pajjiż fejn il-beni kulturali nħolqu jew ġew skoperti bid-dokumenti ta' appoġġ u l-evidenza xierqa, bħal ċertifikati ta' esportazzjoni, ▌ titoli ta' sjieda, fatturi, kuntratti ta' bejgħ, dokumenti ta' assigurazzjoni, dokumenti ta' trasport u valutazzjonijiet ta' esperti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu jekk għandhiex tinħareġ liċenzja mingħajr dewmien żejjed, abbażi tal-applikazzjonijiet kompluti u preċiżi. Jenħtieġ li l-liċenzji tal-importazzjoni kollha jkunu maħżuna f'sistema elettronika.

(13)  Ikona hija kull rappreżentazzjoni ta' figura reliġjuża jew avveniment reliġjuż. Tista' tiġi prodotta b'mezzi u f'daqsijiet differenti u tista' tkun monumentali jew tista' tinġarr. F'każijiet fejn ikona kienet darba tifforma parti, pereżempju, mill-intern ta' knisja, monasteru, kappella, waħedha jew inkella bħala parti minn għamara arkitetturali, pereżempju ikonostasi jew stand ta' ikona, din hija parti vitali u inseparabbli ta' qima divina u ħajja liturġika, u jenħtieġ li titqies li tifforma parti integrali minn monument reliġjuż li ġie imkisser. Anke f'każijiet fejn ma jkunx magħruf il-monument speċifiku li kienet tagħmel parti minnu l-ikona, iżda fejn hemm evidenza li darba kienet tifforma parti integrali minn monument, b'mod partikolari meta sinjali jew elementi jkunu preżenti li jindikaw li darba kienet parti minn ikonostasi jew stand ta' ikona, jenħtieġ li l-ikona xorta tkun koperta mill-kategorija "elementi ta' monumenti artistiċi jew storiċi, jew siti arkeoloġiċi li ġew imkissra" elenkata fl-Anness.

(14)  Fid-dawl tan-natura speċifika tal-beni kulturali, ir-rwol tal-awtoritajiet doganali huwa estremament rilevanti u dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu, fejn ikun hemm bżonn, jirrikjedu informazzjoni addizzjonali mingħand id-dikjarant u janalizzaw il-beni kulturali billi jeżaminawhom fiżikament.

(15)  Għal kategoriji ta' beni kulturali li l-importazzjoni tagħhom ma tirrikjedix liċenzja tal-importazzjoni, jenħtieġ li permezz ta' dikjarazzjoni, il-persuni li jfittxu li jimportaw tali beni fit-territorju doganali tal-Unjoni jiċċertifikaw u jieħdu r-responsabbiltà għall-esportazzjoni tagħhom skont il-liġi minn pajjiż terz, u jenħtieġ li jipprovdu biżżejjed informazzjoni sabiex dawk il-beni kulturali jiġu identifikati mill-awtoritajiet doganali. L-informazzjoni dwar il-beni kulturali jenħtieġ li tingħata permezz ta' dokument standardizzat sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura, kif ukoll għal raġunijiet ta' ċertezza legali. Id-dokument standard ta' identifikazzjoni tal-oġġett rakkomandat mill-UNESCO, jista' jintuża biex jiddeskrivi l-beni kulturali. Jenħtieġ li d-detentur tal-beni jirreġistra dawk id-dettalji f'sistema elettronika, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni mill-awtoritajiet doganali, biex tkun tista' ssir analiżi tar-riskju u kontrolli mmirati u biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà wara li l-beni kulturali jidħlu fis-suq intern.

(16)  Fil-kuntest tal-ambjent ta' Tieqa Unika għad-dwana tal-UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun responsabbli għall- istabbiliment ta’ sistema elettronika ċentralizzata għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni u ta' dikjarazzjonijiet tal-importatur, kif ukoll il-ħażna u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, b'mod partikolari rigward dikjarazzjonijiet tal-importatur u liċenzji tal-importazzjoni.

(17)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-ipproċessar ta' data taħt dan ir-Regolament ikopri wkoll data personali u jenħtieġ li tali pproċessar jitwettaq f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jipproċessaw data personali biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament jew f'ċirkostanzi debitament ġustifikati għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra t-theddid u l-prevenzjoni tiegħu għas-sigurtà pubblika. Kull ġbir, divulgazzjoni, trażmissjoni, komunikazzjoni u pproċessar ieħor tad-data personali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) 2016/679(7) u (UE) 2018/1725(8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ ukoll li l-ipproċessar ta' data personali għal finijiet ta' dan ir-Regolament jirrispetta d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja kif rikonoxxut mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali tal-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali kif rikonoxxuti, rispettivament, mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea."

(18)  Il-beni kulturali li ma nħolqux jew li ma ġewx skoperti fit-territorju doganali tal-Unjoni iżda li ġew esportati bħala beni tal-Unjoni jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew dikjarazzjoni tal-importatur meta dawn jiġi ritornati lejn dak it-territorju bħala beni ritornati fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(19)  L-ammissjoni temporanja ta' beni kulturali għal finijiet ta' edukazzjoni, xjenza, restawr, wiri, diġitizzazzjoni, arti tal-ispettaklu, riċerka mwettqa minn istituzzjonijiet akkademiċi u jew kooperazzjoni bejn mużewijiet jew istituzzjonijiet simili jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew ta' dikjarazzjoni.

(20)  Il-ħżin ta' beni kulturali minn pajjiżi milquta minn kunflitt armat jew diżastru naturali għall-fini esklussiv li jinstab post sikur biex tiġi żgurata l-kustodja u l-preservazzjoni tagħhom minn awtorità pubblika jew taħt is-superviżjoni tagħha, jenħtieġ li ma jkunx soġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja jew dikjarazzjoni tal-importatur.

(21)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni ta' beni kulturali f'fieri tal-arti kummerċjali, jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa liċenzja tal-importazzjoni fejn il-beni kulturali jkunu taħt ammissjoni temporanja, fis-sens tal-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, u fejn dikjarazzjoni tal-importatur tkun ġiet ipprovduta minflok liċenzja tal-importazzjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni tkun rikjesta meta tali beni kulturali jibqgħu fl-Unjoni wara l-fiera tal-arti.

(22)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tadotta arranġamenti dettaljati għall-beni kulturali li jkunu beni ritornati jew għad-dħul temporanju ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni u l-kustodja tagħhom, għall-mudelli għall-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-formoli għal-liċenzja tal-importazzjoni, għall-mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u d-dokumenti mehmuża magħhom, u għar-regoli proċedurali ulterjuri dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar tagħhom,. Is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tagħmel l-arranġamenti għall-istabbiliment ta' sistema elettronika għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni u dikjarazzjonijiet tal-importatur u għall-ħżin ta' informazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) .

(23)  Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva u biex jiġu evitati d-duplikazzjoni tal-isforzi meta jiġu organizzati t-taħriġ, l-attivitajiet tal-konsolidazzjoni tal-kapaċitajiet u kampanji ta' sensibilizzazzjoni, kif ukoll biex jiġu kummissjonati riċerka rilevanti u l-iżvilupp ta' standards, fejn xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw ma' organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali, bħall-UNESCO, l-INTERPOL, l-EUROPOL, l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Preservazzjoni u r-Restawr tal-Proprjetà Kulturali u l-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet (ICOM).

(24)  Jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti dwar il-flussi kummerċjali tal-beni kulturali tinġabar u tinqasam elettronikament bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u biex tiġi pprovduta l-bażi għall-valutazzjoni futura tagħha. Fl-interess tat-trasparenza u tal-iskrutinju pubbliku, jenħtieġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-akbar ammont possibbli ta' informazzjoni. Ma jistax isir monitoraġġ tal-flussi kummerċjali tal-beni kulturali bil-valur jew il-piż tagħhom biss. Huwa essenzjali li l-informazzjoni dwar l-għadd ta' oġġetti ddikjarati tinġabar elettronikament. Minħabba li fin-Nomenklatura Magħquda ma hemm speċifikata l-ebda unità ta' kejl supplimentari għall-beni kulturali, huwa neċessarju li jintalab li jiġi ddikjarat l-għadd ta' oġġetti.

(25)  L-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali għandha l-għan, inter alia, li ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet doganali sabiex jiżdied ir-rispons għal riskji fil-qasam tal-beni kulturali. Il-qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju stipulat fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 jenħtieġ li jintuża u li l-informazzjoni tar-riskju rilevanti tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet doganali.

(26)  Sabiex jittieħed benefiċċju mill-kompetenza esperta ta' organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali li huma attivi fi kwistjonijiet kulturali u mill-esperjenza tagħhom fil-kummerċ illeċitu f'beni kulturali, jenħtieġ li jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet u tal-gwida maħruġa minn dawk l-organizzazzjonijiet u l-korpi fil-qafas komuni ta' ġestjoni tar-riskju fl-identifikazzjoni ta' riskji relatati ma' beni kulturali. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Listi l-Ħomor ippubblikati mill- ICOM iservu bħala gwida għall-identifikazzjoni ta' dawk il-pajjiżi terzi li l-patrimonju tagħhom huwa l-aktar f'riskju u l-oġġetti esportati minn hemm li jkunu aktar spiss l-oġġett ta' kummerċ illeċitu.

(27)  Teżisti l-ħtieġa li jinħolqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn ix-xerrejja ta' beni kulturali f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskju ta' kummerċ illeċitu u li jassistu lill-atturi tas-suq biex jifhmu u japplikaw dan ir-Regolament. Fit-tixrid ta' dik l-informazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jinvolvu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali rilevanti u lil servizzi ta' informazzjoni oħra.

(17b)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-intrapriżi mikro, żgħar u medji (SMEs) jibbenefikaw minn assistenza teknika adegwata u li tiffaċilita l-għoti ta' informazzjoni lilhom sabiex dan ir-Regolament jiġi implimentat b'mod effiċjenti. Għalhekk, jenħtieġ li SMEs stabbiliti fl-Unjoni li jimportaw beni kulturali jibbenefikaw mill-programmi attwali u futuri tal-Unjoni b'appoġġ għall-kompetittività tal-impriżi żgħar u medji.

(29)  Sabiex titħeġġeġ il-konformità u tiġi skoraġġuta ċ-ċirkomvenzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jikkomunikaw dawk il-penali lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-penali introdotti mill-Istati Membri għall-ksur ta' dan ir-Regolament ikollhom effett deterrenti ekwivalenti fl-Unjoni kollha.

(30)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti jaqblu dwar miżuri skont l-Artikolu 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li d-dettalji ta’ dawk il-miżuri -jkunu soġġetti għal-liġi nazzjonali.

(31)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta, mingħajr dewmien, regoli li jimplimentaw dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk rigward il-formoli elettroniċi standardizzati xierqa li għandhom jintużaw biex wieħed japplika għal liċenzja tal-importazzjoni jew biex iħejji dikjarazzjoni tal-importatur, u tistabbilixxi s-sistema elettronika wara fl-iqsar żmien possibbli. Jenħtieġ li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward il-liċenzji tal-importazzjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-importatur ikunu differiti skont dan.

(32)  F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq, biex jintlaħqu l-objettivi bażiċi ta' dan ir-Regolament, li jiġu stipulati regoli dwar l-introduzzjoni, u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-importazzjoni, ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, f'konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT ▌:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-introduzzjoni ta’ beni kulturali u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-importazzjoni ta' beni kulturali għall-finijiet tas-salvagwardja tal-patrimonju kulturali tal-umanità u l-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu ta' beni kulturali, b'mod partikolari fejn tali kummerċ illeċitu jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament tat-terroriżmu.

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal beni kulturali li nħolqu jew li ġew skoperti fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

▌Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "beni kulturali" tfisser kwalunkwe oġġett li huwa ta' importanza arkeoloġika, preistorika, storika, letterarja, artistika jew xjentifika kif elenkat fl-Anness;

(2)   "introduzzjoni ta' beni kulturali" tfisser kull dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni ta' beni kulturali li huma soġġetti għal superviżjoni doganali jew kontroll doganali fit-territorju doganali tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(3)  "importazzjoni ta' beni kulturali" tfisser:

(a)  ir-rilaxx ta’ beni kulturali għaċ-ċirkolazzjoni libera kif imsemmi fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; jew

(b)  it-tqegħid ta' beni kulturali f'waħda mill-kategoriji li ġejjin ta' proċeduri speċjali ▌ msemmija fl- ▌Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013:

(i)  ħżin, li jinkludi l-ħżin doganali u ż-żoni liberi;

(ii)  użu speċifiku, li jinkludi d-dħul temporanju u l-użu aħħari;

(iii)  ipproċessar attiv;

(4)  "detentur tal-beni" tfisser id-detentur tal-merkanzija kif definit fil-punt (34) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(5)  "awtoritajiet kompetenti" tfisser l-awtoritajiet pubbliċi ddeżinjati mill-Istati Membri biex joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni.

Artikolu 3

Introduzzjoni u importazzjoni ta' beni kulturali

1.  L-introduzzjoni ta' beni kulturali msemmija fil-Parti A tal-Anness li tneħħew mit-territorju tal-pajjiż fejn inħolqu jew fejn ġew skoperti bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti ta' dak il-pajjiż għandha tkun ipprojbita.

L-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kull miżuri xierqa meta tkun hemm tentattiv biex jiġu introdotti beni kulturali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

2.  L-importazzjoni ta' beni kulturali elenkati fil-Parti B u C tal-Anness għandha tkun awtorizzata biss wara l-forniment ta':

(a)  liċenzja tal-importazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 4; jew

(b)  dikjarazzjoni tal-importatur ippreżentata skont l-Artikolu 5.

3.  Il-liċenzja tal-importazzjoni jew id-dikjarazzjoni tal-importatur imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. F'każ li l-beni kulturali jitqiegħdu taħt il-proċedura ta' żona libera, id-detentur tal-beni għandu jipprovdi l-liċenzja tal-importazzjoni jew id-dikjarazzjoni tal-importatur mal-preżentazzjoni tal-beni skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 245(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

4.  Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal:

(a)  beni kulturali li jkunu beni ritornati fis-sens tal-Artikolu 203 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(b)  l-importazzjoni ta' beni kulturali għall-iskop esklużiv tal-kustodja tagħhom minn awtorità pubblika, jew taħt is-superviżjoni tagħha, bil-ħsieb li dawk l-beni kulturali jerġgħu jingħataw lura, meta s-sitwazzjoni tippermetti;

(c)  l-ammissjoni temporanja ta' beni kulturali, fis-sens tal-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, fit-territorju doganali tal-Unjoni għal finijiet ta' edukazzjoni, xjenza, konservazzjoni, restawr, wiri, diġitizzazzjoni, arti tal-ispettaklu, riċerka mwettqa minn istituzzjonijiet akkademiċi jew kooperazzjoni bejn mużewijiet jew istituzzjonijiet simili.

5.  Ma għandhiex tkun meħtieġa liċenzja tal-importazzjoni għall-beni li jkunu tqiegħdu taħt il-proċedura ta' ammissjoni temporanja, fis-sens tal-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, fejn tali beni għandhom jiġu ppreżentati f'fieri tal-arti kummerċjali. F'tali każijiet, għandha tingħata dikjarazzjoni tal-importatur f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

Madankollu, jekk dawk il-beni kulturali sussegwentement jitqiegħdu taħt proċedura doganali oħra msemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi rikjesta liċenzja tal-importazzjoni skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

6.  Il-Kummissjoni għandha tistipula, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-arranġamenti dettaljati għall-beni kulturali li jkunu beni ritornati, għall-importazzjoni tal-beni kulturali għall-kustodja tagħhom, u għall-ammissjoni temporanja tal-beni kulturali kif imsemmi fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

7.  Il-Paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri l-oħra adottati mill-Unjoni skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

8.  Fil-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni doganali għall-importazzjoni ta' beni kulturali elenkati fil-Partijiet B u C tal-Anness, l-għadd ta’ oġġetti għandha tkun indikata bl-użu tal-unità supplementari, kif stipulat f'dak l-Anness. Fejn il-beni kulturali jitqiegħdu taħt il-proċedura ta' żona libera, id-detentur tal-beni għandu jindika l-għadd tal-oġġetti mal-preżentazzjoni tal-beni skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 245(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Artikolu 4

Liċenzji ta' importazzjoni

1.   L-importazzjoni ta' beni kulturali elenkati fil-Parti B tal-Anness għajr dawk elenkati fl-Artikolu 3(4) u (5) għandha tirrikjedi liċenzja tal-importazzjoni. Dik il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih jitqiegħdu l-beni kulturali taħt waħda mill-proċeduri doganali msemmija fil-punt (3) tal-Artikolu 2 għall-ewwel darba.

2.  Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru skont dan l-Artikolu għandhom ikunu validi mal-Unjoni kollha.

3.  Liċenzja tal-importazzjoni maħruġa skont dan l-Artikolu ma għandhiex titqies bħala evidenza tal-provenjenza jew is-sjieda leċita tal-beni kulturali inkwistjoni.

4.  Id-detentur tal-beni għandu japplika għal liċenzja tal-importazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 8. Mal-applikazzjoni għandu jkun hemm kwalunkwe dokument u informazzjoni li tagħti evidenza li l-beni kulturali inkwistjoni kienu esportati mill-pajjiż ▌fejn inħolqu jew ġew skoperti skont ▌il-liġijiet u r-regolamenti ta' dak il-pajjiż jew li tagħti evidenza tal-assenza ta' tali liġijiet u regolamenti fil-mument li ttieħdu barra t-territorju tiegħu. ▌

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, minflok, mal-applikazzjoni jista' jkun hemm kwalunkwe dokument u informazzjoni ta' prova li tagħti evidenza li l-beni kulturali inkwistjoni kienu esportati skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-aħħar pajjiż fejn kienu jinsabu għal perijodu ta' aktar minn ħames snin u għal skopijiet mhux ta' użu temporanju, transitu, esportazzjoni mill-ġdid jew trasbord, fil-każijiet li ġejjin:

(a)  il-pajjiż fejn il-beni kulturali nħolqu jew ġew skoperti ma jistax jiġi ddeterminat b'mod affidabbli; jew

(b)  il-beni kulturali ttieħdu barra l-pajjiż li fih inħolqu jew ġew skoperti qabel l-24 ta' April 1972.

5.  L-evidenza li l-beni kulturali inkwistjoni kienu esportati f'konformità mal-paragrafu 4 għandha tingħata fil-forma ta' ċertifikati tal-esportazzjoni jew liċenzji tal-esportazzjoni fejn il-pajjiż inkwistjoni jkun stabbilixxa tali dokumenti għall-esportazzjoni tal-beni kulturali fil-mument tal-esportazzjoni.

6.  L-awtorità kompetenti ▌ għandha tikkontrolla jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta. Għandha titlob lill-applikant kwalunkwe informazzjoni jew dokument nieqes jew addizzjonali fi żmien 21 jum minn meta tasal l-applikazzjoni.

7.  Fi żmien 90 jum mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta ▌ l-awtorità kompetenti għandha ▌ teżaminaha u tiddeċiedi jekk toħroġx il-liċenzja tal-importazzjoni jew tirrifjutax l-applikazzjoni. ▌

L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni fejn:

(a)  ikollha informazzjoni jew raġunijiet tajba biżżejjed biex temmen li l-beni kulturali tneħħew mit-territorju tal-pajjiż fejn dawn nħolqu jew ġew skoperti bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti ta' dak il-pajjiż;

(b)   l-evidenza meħtieġa mill-paragrafu 4 ma tkunx ingħatat;

(c)   ikollha informazzjoni jew raġunijiet tajba biżżejjed biex temmen li d-detentur tal-beni ma kisibhomx skont il-liġi; jew

(d)  tkun ġiet infurmata li hemm talbiet pendenti għar-ritorn tal-beni kulturali mill-awtoritajiet tal-pajjiż fejn nħolqu jew ġew skoperti.

8.  Fil-każ li l-applikazzjoni tiġi miċħuda, id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 7, flimkien ma' dikjarazzjoni tar-raġunijiet u informazzjoni dwar il-proċedura tal-appell, għandhom jiġu kkomunikati lill-applikant mingħajr dewmien.

9.  Fejn issir applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni marbuta ma' beni kulturali li għalihom qabel tkun ġiet rifjutata applikazzjoni bħal din, l-applikant għandu jinforma lill-awtorità kompetenti li lilha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni dwar ir-rifjut ta' qabel.

10.  Fejn Stat Membru jirrifjuta applikazzjoni, dak ir-rifjut, kif ukoll ir-raġunijiet li kien ibbażat fuqhom, għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 8.

11.  L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw mingħajr dewmien l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji lill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll kwalunkwe tibdil f'dak ir-rigward lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tal-awtoritajiet kompetenti u kwalunkwe tibdil għalihom fis-serje "C" ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

12.  Il-Kummissjoni għandha tistipula, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-mudell u l-format tal-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u għandha tindika d-dokumenti ta' prova possibbli li jippruvaw il-provenjenza leċita tal-beni kulturali inkwistjoni kif ukoll ir-regoli proċedurali tal-preżentazzjoni u l-ipproċessar ta' tali applikazzjoni. Bl-istabbiliment ta' dawk l-elementi, il-Kummissjoni għandha tistinka biex ikun hemm applikazzjoni uniformi tal-proċeduri għal-liċenzjar tal-importazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 5

Dikjarazzjoni tal-importatur

1.   L-importazzjoni tal-beni kulturali elenkati fil-Parti C tal-Anness għandha tirrikjedi dikjarazzjoni tal-importatur li d-detentur tal-beni għandu jippreżenta permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 8 ▌.

2.  Id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi:

(a)  dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni li tgħid li l-beni kulturali kienu esportati mill-▌pajjiż fejn inħolqu jew ġew skoperti f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti ta' dak il-pajjiż fil-mument li ttieħdu barra t-territorju tiegħu; u

(b)  dokument standardizzat li jiddeskrivi l-beni kulturali inkwistjoni f'dettall biżżejjed biex jiġu identifikati mill-▌awtoritajiet u biex titwettaq analiżi tar-riskju u kontrolli mmirati.

B'deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, id-dikjarazzjoni tista' minflok tgħid li l-beni kulturali inkwistjoni kienu esportati skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-aħħar pajjiż fejn kienu jinsabu għal perijodu ta' aktar minn ħames snin u għal skopijiet mhux ta' użu temporanju, transitu, esportazzjoni mill-ġdid jew trasbord, fil-każijiet li ġejjin:

(a)  il-pajjiż fejn il-beni kulturali nħolqu jew instabu ma jistax jiġi ddeterminat b'mod affidabbli; jew

(b)  il-beni kulturali ttieħdu barra -l-pajjiż li fih inħolqu jew ġew skoperti qabel l-24 ta' April 1972.

3.  Il-Kummissjoni għandha tistipula, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-mudell standardizzat u l-format tad-dikjarazzjoni tal-importatur kif ukoll tar-regoli ta' proċedura dwar il-preżentazzjoni tagħha, u għandha tindika dokumenti ta' prova possibbli li jippruvaw il-provenjenza leċita tal-beni kulturali inkwistjoni li jenħtieġ li jkunu fil-pussess tad-detentur tal-beni u r-regoli dwar l-ipproċessar tad-dikjarazzjoni tal-importatur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 6

Uffiċċji doganali kompetenti

▌L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-għadd ta' uffiċċji doganali kompetenti li jittrattaw l-importazzjoni ta' beni kulturali soġġetti għal dan ir-Regolament. Fejn japplikaw din ir-restrizzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta' dawk l-uffiċċji doganali, kif ukoll kwalunkwe tibdil dwarhom lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tal-uffiċċji doganali kompetenti u kwalunkwe tibdil dwarhom fis-serje "C" ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Kooperazzjoni amministrattiva

▌Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 8

Użu ta' sistema elettronika ▌

1.  Il-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, b'mod partikolari dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-importatur, għandhom jitwettqu permezz ta' sistema elettronika ċentralizzata.

Fil-każ ta' ħsara temporanju tas-sistema elettronika, jistgħu jintużaw mezzi oħra għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni fuq bażi temporanja.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistipula, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni: ▌

(a)  l-arranġamenti għad-disponiment, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 1;

(b)  ir-regoli dettaljati dwar il-preżentazzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri permezz tas-sistema elettronika jew b'mezzi oħra msemmija fil-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2) … [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Artikolu 9

Stabbiliment ta' sistema elettronika ▌

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 8. Is-sistema elettronika għandha tkun operazzjonali sa mhux aktar tard minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tal-ewwel wieħed mill-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2).

Artikolu 10

Protezzjoni u tad-data personali u perijodu għaż-żamma tad-data

1.  L-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaġixxu ta' kontrolluri tad-data personali li kisbu bis-saħħa tal-Artikoli 4, 5 u 8.

2.  L-ipproċessar tad-data personali abbażi ta' dan ir-Regolament għandu jsir biss għall-iskop definit fl-Artikolu 1(1).

3.  Id-data personali kollha miksuba skont l-Artikoli 4, 5 u 8 għandha tiġi kkonsultata biss mill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet, u għandha tkun protetta b'mod adegwat kontra l-aċċess u l-komunikazzjoni mhux awtorizzati. Id-data ma għandhiex tiġi divulgata jew komunikata mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub espressa tal-awtorità li oriġinarjament kisbet l-informazzjoni. Madankollu, tali awtorizzazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa meta l-awtoritajiet ikunu mitluba jiddivulgaw jew jikkomunikaw dik l-informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ fl-Istat Membru inkwistjoni, b'mod partikolari b'rabta ma' proċedimenti legali.

4.  L-awtoritajiet għandhom jaħżnu d-data personali miksuba bis-saħħa tal-Artikoli 4, 5 u 8 għal perijodu ta' 20 sena mid-data li fiha nkisbet dik id-data. Dik id-data personali għandha titħassar f'għeluq dak il-perijodu.

Artikolu 11

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Sa ... [18-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-introduzzjoni ta' beni kulturali bi ksur tal-Artikolu 3(1), u bil-miżuri relatati.

Sa ... [sitt snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ieħor ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari d-dikjarazzjonijiet foloz u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni falza, u bil-miżuri relatati.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni ▌ mingħajr dewmien ▌ dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawk ir-regoli.

Artikolu 12 ▌

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

Il-Kummissjoni tista', fi kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tagħha u sa fejn meħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, torganizza taħriġ u attivitajiet għat-tisħiħ tal-kapaċità għal pajjiżi terzi f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

Artikolu 13

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 116/2009. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

L-Artikolu 14

Rapporti u evalwazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. ▌

Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tindirizza kwestjonarji rilevanti lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandu jkollhom sitt xhur minn meta jirċievu l-kwestjonarju biex jikkomunikaw l-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni.

2.  Fi żmien tliet snien mid-data meta dan ir-Regolament isir applikabbli fl-intier tiegħu, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jinkludi informazzjoni statistika rilevanti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali, bħall-għadd ta' liċenzji tal-importazzjoni maħruġa, tal-applikazzjonijiet rifjutati u tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur ippreżentati. Għandu jinkludi analiżi tal-implimentazzjoni prattika, inkluż l-impatt fuq l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs.

3.  Sa … [tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull tnax-il xahar wara dan sakemm is-sistema elettronika kif msemmi fl-Artikolu 9 tkun ġiet stabbilita, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni kif indikat fl-Artikolu 8(2) u fl-istabbiliment tas-sistema elettronika kif indikat fl-Artikolu 9.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

2.  Minkejja l-paragrafu 1:

(a)  l-Artikolu 3(1) għandu japplika minn ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament];

(b)  l-Artikolu 3(2) sa (5), (7) u (8), l-Artikolu 4(1) sa (10), l-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 8(1) għandhom japplikaw mid-data li fiha s-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 8 ssir operazzjonali jew sa mhux aktar tard minn ... [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data li fiha kienu ssodisfati l-kondizzjonijiet ta' dan il-paragrafu fis-serje "C" ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Parti A. Beni kulturali koperti mill-Artikolu 3(1)

(a)  kollezzjonijiet rari u eżemplari ta' fawna, flora, minerali u anatomija, u oġġetti ta' interess paleontoloġiku;

(b)  proprjetà relatata mal-istorja, inkluż l-istorja tax-xjenza u t-teknoloġija, u l-istorja militari u soċjali, il-ħajja tal-mexxejja nazzjonali, ħassieba, xjentisti u artisti, u avvenimenti ta' importanza nazzjonali;

(c)  prodotti ta' skavi arkeoloġiċi (inkluż dawk regolari u klandestini) jew ta' sejbiet arkeoloġiċi fuq l-art jew taħt l-ilma;

(d)  elementi ta' monumenti artistiċi jew storiċi, jew siti arkeoloġiċi li ġew imkissra(10);

(e)  antikitajiet eqdem minn mitt sena, bħal skrizzjonijiet, muniti u siġilli minquxa;

(f)  oġġetti ta' interess etnoloġiku;

(g)  oġġetti ta' interess artistiku, bħal:

(i)  stampi, pitturi u tpinġijiet magħmula għalkollox bl-idejn fuq kwalunkwe sapport u ta' kwalunkwe materjal (għajr disinji industrijali u oġġetti manifatturati mżejna bl-idejn);

(ii)  xogħlijiet oriġinali ta' arti statwarja u skulturi ta' kwalunkwe materjal;

(iii)  inċiżjonijiet, stampi u litografiji oriġinali;

(iv)  assemblaġġi u muntaġġi artistiċi oriġinali ta' kwalunkwe materjal;

(h)  manuskritti rari u inkunabula;

(i)  kotba, dokumenti u pubblikazzjonijiet antiki ta' interess speċjali (storiku, artistiku, xjentifiku, letterarju, eċċ.) waħedhom jew f'kollezzjonijiet;

(j)  bolol postali, tat-taxxa jew simili, waħedhom jew f'kollezzjonijiet;

(k)  arkivji, fosthom l-arkivji akustiċi, fotografiċi u ċinematografiċi;

(l)  biċċiet tal-għamara eqdem minn mitt sena u strumenti mużikali antiki.

Parti B. Beni kulturali koperti mill-Artikolu 4

Kategoriji ta' beni kulturali skont il-Parti A

Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM), Intestatura jew Subintestatura

Limitu minimu ta' żmien

Limitu minimu finanzjarju (valur doganali)

Unitajiet supplimentari

(c)  prodotti tal-iskavi arkeoloġiċi (inkluż dawk regolari u klandestini) jew tas-sejbiet arkeoloġiċi fuq l-art jew taħt l-ilma;

ex 9705; ex 9706

Aktar minn 250 sena

Kull valur

għadd ta' oġġetti (p/st)

(d)  elementi ta' monumenti artistiċi jew storiċi, jew siti arkeoloġiċi li ġew imkissra(11);

ex 9705; ex 9706

Aktar minn 250 sena

Kull valur

għadd ta' oġġetti (p/st)

Parti C. Beni kulturali koperti mill-Artikolu 5

Kategoriji ta' beni kulturali skont il-Parti A

Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM), Intestatura jew Subintestatura

Limitu minimu ta' żmien

Limitu minimu finanzjarju (valur doganali)

Unitajiet supplimentari

(a)  kollezzjonijiet rari u eżemplari ta' fawna, flora, minerali u anatomija, u oġġetti ta' interess paleontoloġiku;

ex 9705

Aktar minn 200 sena

EUR 18 000 jew aktar kull oġġett

għadd ta' oġġetti (p/st)

(b)   proprjetà relatata mal-istorja, inkluż l-istorja tax-xjenza u t-teknoloġija, u l-istorja militari u soċjali, il-ħajja tal-mexxejja nazzjonali, ħassieba, xjentisti u artisti, u avvenimenti ta' importanza nazzjonali;

ex 9705

Aktar minn 200 sena

EUR 18 000 jew aktar kull oġġett

għadd ta' oġġetti (p/st)

(e)  oġġetti antiki, bħal iskrizzjonijiet, muniti u siġilli mnaqqxa;

ex 9706

Aktar minn 200 sena

EUR 18 000 jew aktar kull oġġett

għadd ta' oġġetti (p/st)

(f)  oġġetti ta' interess etnoloġiku;

ex 9705

Aktar minn 200 sena

EUR 18 000 jew aktar kull oġġett

għadd ta' oġġetti (p/st)

(g)  oġġetti ta' interess artistiku, bħal:

 

(i)  stampi, pitturi u tpinġijiet magħmula għalkollox bl-idejn fuq kwalunkwe sapport u ta' kwalunkwe materjal ▌ (għajr disinji industrijali u oġġetti manifatturati mżejna bl-idejn);

ex 9701

Aktar minn 200 sena

EUR 18 000 jew aktar kull oġġett

għadd ta' oġġetti (p/st)

(ii)  xogħlijiet oriġinali ta' arti statwarja u skulturi ta' kwalunkwe materjal;

ex 9703

Aktar minn 200 sena

EUR 18 000 jew aktar kull oġġett

għadd ta' oġġetti (p/st)

(iii)  inċiżjonijiet, stampi u litografi oriġinali

▌ex 9702;

Aktar minn 200 sena

EUR 18 000 jew aktar kull oġġett

għadd ta' oġġetti (p/st)

(iv)  assemblaġġi u muntaġġi artistiċi oriġinali ta' kwalunkwe materjal;

ex 9701

Aktar minn 200 sena

EUR 18 000 jew aktar kull oġġett

għadd ta' oġġetti (p/st)

(h)  manuskritti rari u inkunabula; ▌

ex 9702; ex 9706 ▌

Aktar minn 200 sena

EUR 18 000 jew aktar kull oġġett

għadd ta' oġġetti (p/st)

(i)  kotba, dokumenti u pubblikazzjonijiet antiki ta' interess speċjali ▌

(storiku, artistiku, xjentifiku, letterarju, eċċ.) waħedhom jew f'kollezzjonijiet.

ex 9705; ex 9706

Aktar minn ▌

200 sena

EUR 18 000 jew aktar kull oġġett

għadd ta' oġġetti (p/st)

______________________

(1) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-25 ta’ Ottubru 2018 (Testi adottati, P8_TA-PROV(2018)0418)
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019.
(3)Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
(4)Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(5)Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1).
(6)Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar ir-ritorn ta' oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta' Stat Membru u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 1).
(7)Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(8) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(9) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(10)Ikoni u statwi liturġiċi, anke jekk waħedhom, għandhom jitqiesu bħala beni kulturali f'din il-kategorija.
(11)9Ikoni u statwi liturġiċi, anke jekk waħedhom, għandhom jitqiesu bħala beni kulturali f'din il-kategorija.


Il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ***I
PDF 183kWORD 56k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (COM(2018)0636 – C8-0413/2018 – 2018/0336(COD))
P8_TA-PROV(2019)0155A8-0435/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0636),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0413/2018),

–  wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2018(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-25 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0435/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

P8_TC1-COD(2018)0336


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) stabbilixxa status legali speċifiku Ewropew għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u jipprevedi l-finanzjament tagħhom mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Huwa stabbilixxa wkoll Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ("l-Awtorità").

(2)  Sabiex l-Awtorità titpoġġa f'pożizzjoni li twettaq il-kompiti tagħha, inklużi dawk ġodda previsti f'dan ir-Regolament, u biex tkun tista’ tagħmel dan b'mod indipendenti, huwa neċessarju li tingħata persunal permanenti u li d-Direttur tal-Awtorità jingħata s-setgħat ta' awtorità tal-ħatra.

(3)  Avvenimenti riċenti taw prova tar-riskji potenzjali għall-proċessi elettorali u għad-demokrazija li jistgħu jiġu kkważati mill-użu illegali ta' data personali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-integrità tal-proċess demokratiku Ewropew tiġi protetta billi jiġu previsti sanzjonijiet finanzjarji f'sitwazzjonijiet fejn il-partiti politiċi Ewropej jew l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jieħdu vantaġġ mill-ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali bil-għan li jinfluwenzaw l-eżitu tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

(4)  Biex jintlaħaq dak il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' verifika li permezz tagħha l-Awtorità jeħtiġilha, f'ċerti ċirkostanzi, titlob lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti stabbilit bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jivvaluta jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw, jew ippruvaw jinfluwenzaw, deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali. Meta, f'konformità mal-proċedura ta' verifika, jinstab li dan ikun il-każ, jenħtieġ li l-Awtorità timponi sanzjonijiet taħt is-sistema ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi stabbilita mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

(5)  Meta l-Awtorità timponi sanzjoni fuq partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni Ewropea f'konformità mal-proċedura ta' verifika, jenħtieġ li tqis b'mod xieraq il-prinċipju ta' ne bis in idem, li bih ma jistgħux jiġu imposti sanzjonijiet darbtejn għall-istess offiża. L-awtorità jenħtieġ ukoll li tiżgura li l-prinċipju taċ-ċertezza tad-dritt jiġi rrispettat u li l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati jkunu ngħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(6)  Il-proċedura l-ġdida jenħtieġ li tkun applikabbli flimkien ma' proċeduri attwali li jintużaw għall-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni u f'każijiet ta' ksur ċar u serju tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni. Madankollu, il-limiti taż-żmien għall-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni u mar-rekwiżiti iffissati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jenħtieġ li ma japplikawx għall-proċedura l-ġdida.

(7)  Billi l-proċedura l-ġdida tiġi attivata permezz ta' deċiżjoni ta' awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li jkun possibbli li l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati jitolbu li s-sanzjoni tiġi rieżaminata jekk id-deċiżjoni ta' dik l-awtorità superviżorja nazzjonali tiġi revokata, jew ikun ingħata rimedju kontra dik id-deċiżjoni, sakemm ir-rimedji kollha nazzjonali jkunu ġew eżawriti.

(8)  Sabiex jiġi żgurat li l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2019 isiru f'konformità ma' regoli demokratiċi b'saħħithom u b'rispett sħiħ għall-valuri Ewropej tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, huwa importanti li d-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' verifika ġdida tidħol fis-seħħ b'mod f'waqtu u li l-proċedura tapplika mill-aktar fis possibbli. Sabiex dan jinkiseb, l-emendi għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 introdotti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Għaldaqstant, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jenħtieġ li jiġi emendat b'mod korrispondenti,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 6, il-paragrafu (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"5. Id-Direttur tal-Awtorità għandu jkun assistit minn persunal li fir-rigward tiegħu għandu jeżerċita s-setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-setgħat mogħtija lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg ta' ħaddiema oħra mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ("is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra"). Fi kwalunkwe qasam tax-xogħol tagħha l-Awtorità tista' tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew minn persunal ieħor mhux impjegat mill-Awtorità.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għad-dħul fis-seħħ ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

L-għażla tal-persunal ma għandhiex tirriżulta f’konflitt tal-interessi bejn id-dmijiet tiegħu fl-Awtorità u kwalunkwe dmir uffiċjali ieħor, u għandu jżomm lura minn kwalunkwe aġir li hu inkompatibbli man-natura ta' dmirijietu.”.

"

(2)  Fl-Artikolu 10(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Il-proċeduri stipulati fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx jinbdew fil-perjodu ta' xahrejn qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Dak il-limitu ta' żmien ma għandux japplika fir-rigward tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 10a.".

"

(3)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 10a

Proċedura ta' verifika relatata ma' ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali

1.  L-ebda partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea ma għandhom jinfluwenzaw, jew jippruvaw jinfluwenzaw, deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali min-naħa ta' persuna fiżika jew ġuridika.

2.  Jekk l-Awtorità hija infurmata dwar deċiżjoni ta' awtorità superviżorja nazzjonali skont it-tifsira tal-punt 21 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament u tal-Kunsill* li tikkonkludi li persuna fiżika jew ġuridika tkun kisret regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali u jekk minn dik id-deċiżjoni jirriżulta, jew inkella fejn altrimenti jkun hemm bażi raġonevoli biex tintlaħaq il-konklużjoni, li l-ksur ikun marbut mal-attivitajiet politiċi ta' partit politiku Ewropew jew ta' fondazzjoni politika Ewropea fil-kuntest tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, l-Awtorità għandha tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti stabbilit mill-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament. L-awtorità tista', jekk ikun meħtieġ, tikkoordina mal-awtorità superviżorja nazzjonali kkonċernata.

3.  Il-kumitat imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jagħti opinjoni dwar jekk il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni jkunux influwenzaw, jew ippruvaw jinfluwenzaw, deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn dak il-ksur. L-Awtorità għandha titlob l-opinjoni mingħajr telf ta' żmien, u mhux aktar tard minn xahar wara li tkun infurmata dwar id-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja nazzjonali. L-Awtorità għandha tistabbilixxi skadenza qasira u raġonevoli biex il-kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu. Il-kumitat għandu jirrispetta dik l-iskadenza..

4.   Fid-dawl tal-opinjoni tal-kumitat, l-Awtorità għandha tiddeċiedi, skont l-punt (a)(vii) tal-Artikolu 27(2), jekk għandhiex timponi sanzjonijiet finanzjarji fuq il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun debitament motivata, partikolarment fir-rigward tal-opinjoni tal-kumitat, u għandha tiġi ppubblikata malajr kemm jista' jkun.

5.   Il-proċedura stipulata f'dan l-Artikolu hija mingħajr preġudizzju għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 10.

——————————

* Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).".

"

(4)  Fl-Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Meta jiġi mitlub mill-Awtorità, il-kumitat għandu jagħti opinjoni dwar:

   (a) kwalunkwe ksur manifest u serju possibbli tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1) u fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2), minn partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea;
   (b) jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw, jew ippruvaw jinfluwenzaw, deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali.

Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, il-kumitat jista' jitlob kwalunkwe dokument jew prova rilevanti mingħand l-Awtorità, il-Parlament Ewropew, il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati, partiti politiċi jew fondazzjonijiet politiċi oħrajn jew partijiet ikkonċernati oħrajn, u jista' jitlob li jisma' r-rappreżentanti tagħhom. Fil-każ imsemmi fil-punti (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità superviżorja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 10(a) għandha tikkoopera mal-kumitat f'konformità mal-liġi applikabbli.".

"

(5)  Fl-Artikolu 18, il-paragrafu (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. Il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandhom, fil-mument tal-applikazzjoni tagħhom, ikunu konformi mal-obbligi mniżżla fl-Artikolu 23, u, mid-data tal-applikazzjoni tagħhom sa tmiem is-sena finanzjarja jew tal-azzjoni koperti mill-kontribuzzjoni jew l-għotja, jibqgħu reġistrati fir-Reġistru u ma jistgħu jkunu soġġetti għal ebda waħda mis-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(1) u fil-punti (a)(v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2).".

"

(6)  L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-punt (a) tal-paragrafu (2), jiżdied il-punt li ġej:"

"(vii) meta, f'konformità mal-proċedura ta' verifika prevista fl-Artikolu 10a, jiġi stabbilit li partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu influwenzaw, jew ippruvaw jinfluwenzaw, deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali.";

"

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"7. Meta deċiżjoni ta' awtorità superviżorja nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 10a tkun ġiet revokata jew meta jkun ngħata rimedju kontra tali deċiżjoni , u sakemm ir-rimedji nazzjonali kollha jkunu ġew eżawriti, l-Awtorità għandha twettaq rieżami ta' kwalunkwe sanzjoni li tkun ġiet imposta skont il-punt (a)(vii) tal-paragrafu 2 fuq talba tal-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni.".

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Opinjoni tat-12 ta’ Diċembru 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019.
(4)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).


Theddidiet għas-sigurtà b'rabta mal-preżenza teknoloġika Ċiniża li qed tiżdied fl-UE u azzjoni possibbli fil-livell tal-UE biex dawn jitnaqqsu
PDF 153kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-theddid għas-sigurtà marbut mal-preżenza teknoloġika Ċiniża li qed tiżdied fl-UE u azzjoni possibbli fil-livell tal-UE biex jitnaqqas (2019/2575(RSP))
P8_TA-PROV(2019)0156RC-B8-0154/2019

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2017 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA, l-"Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà", li jħassar ir-Regolament (UE) 526/2013, u li jikkonċerna ċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni ("l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà") (COM(2017)0477),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 għal regolament li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni (COM(2018)0630),

–  wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-Liġi dwar l-Intelligence Nazzjonali l-ġdida mill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu Ċiniż fit-28 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2019 dwar it-theddid għas-sigurtà marbut mal-preżenza teknoloġika Ċiniża li qed tiżdied fl-UE u azzjoni possibbli fil-livell tal-UE biex jitnaqqas,

–  wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-Gvern Awstraljan tar-Riformi tas-Sigurtà tas-Settur tat-Telekomunikazzjonijiet, li daħlu fis-seħħ fit-18 ta' Settembru 2018,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina, b'mod partikolari dik tat-12 ta' Settembru 2018(5),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 intitolata "5G għall-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni" (COM(2016)0588),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010(8),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2018 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (COM(2018)0434),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE jeħtieġ li tmexxi 'l quddiem l-aġenda taċ-ċibersigurtà tagħha sabiex tilħaq il-potenzjal tagħha li ssir attur ewlieni fiċ-ċibersigurtà u tuża dan il-vantaġġ għall-industrija tagħha;

B.  billi l-vulnerabbiltajiet fin-netwerks 5G jistgħu jiġu sfruttati sabiex jiġu kompromessi s-sistemi tal-IT, u dan potenzjalment jikkawża ħsara serja ħafna lill-ekonomiji fil-livelli Ewropej u nazzjonali; billi huwa meħtieġ approċċ ibbażat fuq l-analiżi tar-riskju tul il-katina tal-valur sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji;

C.  billi n-netwerk 5G se jkun is-sinsla tal-infrastruttura diġitali tagħna, filwaqt li jestendi l-possibbiltà li jiġu konnessi diversi apparati ma' netwerks (l-internet tal-oġġetti, eċċ.), u se jġib miegħu benefiċċji u opportunitajiet ġodda għas-soċjetà u għan-negozji f'ħafna oqsma, anki f'setturi kritiċi tal-ekonomija, bħas-setturi tat-trasport, tal-enerġija, tas-saħħa, tal-finanzi, tat-telekomunikazzjoni, tad-difiża, tal-ispazju u tas-sigurtà;

D.  billi l-istabbiliment ta' mekkaniżmu xieraq biex jirrispondi għall-isfidi tas-sigurtà jagħti lill-UE l-opportunità biex b'mod attiv tieħu passi fil-ħolqien ta' standards għall-5G;

E.  billi tqajjem tħassib dwar bejjiegħa ta' tagħmir ta' pajjiż terz li jistgħu jippreżentaw riskju għas-sigurtà tal-UE minħabba l-liġijiet tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom, speċjalment wara l-adozzjoni tal-Liġi dwar is-Sigurtà tal-Istat Ċiniż, li timponi obbligi fuq iċ-ċittadini, l-intrapriżi u entitajiet oħra kollha biex jikkooperaw mal-Istat għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-Istat, b'rabta ma' definizzjoni wiesgħa ħafna tas-sigurtà nazzjonali; billi ma hemm l-ebda garanzija li dawn l-obbligi ma jkunux applikati b'mod extraterritorjali, u billi r-reazzjonijiet għar-regolamenti Ċiniżi varjaw f'pajjiżi differenti, minn valutazzjonijiet tas-sigurtà sa projbizzjonijiet assoluti;

F.  billi f'Diċembru 2018, l-awtorità nazzjonali Ċeka għaċ-ċibersigurtà ħarġet twissija kontra t-theddid għas-sigurtà kkawżat mit-teknoloġiji pprovduti mill-kumpaniji Ċiniżi Huawei u ZTE; billi sussegwentement, f'Jannar 2019, l-awtoritajiet tat-taxxa Ċeki eskludew lil Huawei minn offerta biex jinbena portal tat-taxxa;

G.  billi hija meħtieġa investigazzjoni bir-reqqa biex jiġi ċċarat jekk l-apparati involuti, jew kwalunkwe apparat jew fornitur ieħor, joħolqux riskji ta' sigurtà minħabba karatteristiċi bħall-aċċess mhux awtorizzat (backdoors) għas-sistemi;

H.  billi jenħtieġ li s-soluzzjonijiet jiġu kkoordinati u indirizzati fil-livell tal-UE sabiex jiġi evitat li jinħolqu livelli differenti ta' sigurtà u lakuni potenzjali fiċ-ċibersigurtà, filwaqt li l-koordinazzjoni f'livell globali hija meħtieġa sabiex tipprovdi rispons b'saħħtu;

I.  billi l-benefiċċji tas-suq uniku jiġu bl-obbligu ta' konformità mal-istandards tal-UE u l-qafas legali tal-Unjoni u billi l-fornituri m'għandhomx jiġu ttrattati b'mod differenti abbażi tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

J.  billi r-regolament dwar l-iskrinjar tal-investiment dirett barrani, li għandu jidħol fis-seħħ sa tmiem l-2020, isaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jiskrinjaw l-investiment barrani abbażi ta' kriterji tas-sigurtà u l-ordni pubbliku, u jistabbilixxi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni li jippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw fil-valutazzjoni tagħhom tar-riskji għas-sigurtà, inklużi r-riskji taċ-ċibersigurtà, maħluqa minn investimenti barranin sensittivi, u jkopri wkoll proġetti u programmi li huma ta' interess għall-UE, bħan-Netwerks tat-Telekomunikazzjoni Trans-Ewropej u Orizzont 2020;

1.  Jemmen li l-Unjoni trid tkun minn ta' quddiem nett fiċ-ċibersigurtà, bl-użu ta' approċċ komuni bbażat fuq l-użu effettiv u effiċjenti tal-għarfien espert tal-UE, tal-Istati Membri u tal-industrija, peress li frammentazzjoni ta' deċiżjonijiet nazzjonali diverġenti tkun ta' ħsara għas-suq uniku diġitali;

2.  Jesprimi tħassib kbir dwar l-allegazzjonijiet riċenti li tagħmir 5G żviluppat minn kumpaniji Ċiniżi jista' jkollu aċċessi mhux awtorizzati inkorporati li jippermettu lill-manifatturi u lill-awtoritajiet ikollhom aċċess mhux awtorizzat għad-data privata u personali u telekomunikazzjonijiet mill-UE;

3.  Jinsab imħasseb ukoll dwar il-preżenza potenzjali ta' vulnerabbiltajiet kbar fit-tagħmir 5G żviluppati minn dawn il-manifatturi li kieku dawn kellhom jiġu installati meta jkunu se jitnedew netwerks 5G fis-snin li ġejjin;

4.  Jissottolinja l-fatt li l-implikazzjonijiet għas-sigurtà tan-netwerks u tat-tagħmir huma simili madwar id-dinja u jitlob lill-UE tislet tagħlimiet mill-esperjenza disponibbli biex tkun tista' tiżgura l-ogħla standards taċ-ċibersigurtà; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija li tpoġġi lill-Ewropa fuq quddiem fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà u li jkollha l-għan li tnaqqas id-dipendenza tal-Ewropa fuq it-teknoloġija barranija fil-qasam taċ-ċibersigurtà; huwa tal-fehma li, kull meta l-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà ma tkunx tista' tiġi garantita, iridu jiġu applikati miżuri adegwati;

5.  Jistieden lill-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura nazzjonali li beħsiebhom jadottaw sabiex jikkoordinaw ir-rispons tal-Unjoni bil-għan li jiżguraw l-ogħla standards taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni kollha u jtenni l-importanza li joqogħdu lura milli jintroduċu miżuri unilaterali sproporzjonati li jifframmentaw is-suq uniku;

6.  Itenni li kwalunkwe entità li tipprovdi tagħmir jew servizzi fl-UE, irrispettivament mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom, trid tikkonforma mal-obbligi tad-drittijiet fundamentali u mad-dritt tal-UE u tal-Istati Membri, inkluż il-qafas legali fir-rigward tal-privatezza, il-protezzjoni tad-data u ċ-ċibersigurtà;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta r-robustezza tal-qafas legali tal-Unjoni sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-preżenza ta' tagħmir vulnerabbli f'setturi strateġiċi u fl-infrastruttura ewlenija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta inizjattivi, inklużi proposti leġiżlattivi fejn xieraq, biex tindirizza fi żmien debitu kwalunkwe nuqqas osservat, peress li l-Unjoni tinsab fi proċess kostanti li bih tidentifika u tindirizza l-isfidi taċ-ċibersigurtà u t-tisħiħ tar-reżiljenza taċ-ċibersigurtà fl-UE;

8.  Iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ttrasponewx b'mod sħiħ id-Direttiva NIS biex jagħmlu dan mingħajr dewmien u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja din it-traspożizzjoni mill-qrib sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet tagħha jiġu applikati u infurzati b'mod xieraq u li ċ-ċittadini Ewropej ikunu protetti aħjar mit-theddid estern u intern għas-sigurtà;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-mekkaniżmi ta' rapportar introdotti mid-Direttiva NIS jiġu applikati b'mod xieraq; jinnota li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom isegwu bir-reqqa kwalunkwe inċident ta' sigurtà jew reazzjonijiet mhux xierqa tal-fornituri sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva NIS għal setturi u servizzi kritiċi oħrajn li mhumiex koperti minn leġiżlazzjoni speċifika għas-settur;

11.  Jilqa' u jappoġġa l-ftehim milħuq dwar l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà u t-tisħiħ tal-mandat tal-Aġenzija tal-UE dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), sabiex jingħata appoġġ aħjar lill-Istati Membri meta jindirizzaw it-theddid u l-attakki taċ-ċibersigurtà;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti mandat lill-ENISA biex bħala prijorità taħdem fuq skema ta' ċertifikazzjoni għat-tagħmir tal-5G sabiex tiżgura li t-tnedija tal-5G fl-Unjoni tilħaq l-ogħla standards ta' sigurtà u tkun reżiljenti għall-aċċess mhux awtorizzat jew vulnerabbiltajiet kbar li jipperikolaw is-sigurtà tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni u tas-servizzi dipendenti tal-Unjoni; jirrakkomanda li tingħata attenzjoni speċjali lill-proċessi, il-prodotti u s-software użati b'mod komuni li minħabba l-iskala kbira tagħhom ikollhom impatt sinjifikanti fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u l-ekonomija;

13.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti dwar iċ-ċentri ta' kompetenza fil-qasam taċ-ċibersigurtà u dwar netwerk ta' ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni, imfassla biex jgħinu lill-UE żżomm u tiżviluppa l-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali fil-qasam taċ-ċibersigurtà li huma meħtieġa biex jiġi żgurat is-suq uniku diġitali tagħha; ifakkar, madankollu, li ċ-ċertifikazzjoni ma għandhiex teskludi l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi milli jiskrutinizzaw il-katina tal-provvista sabiex jiżguraw l-integrità u s-sigurtà tat-tagħmir tagħhom li jopera f'ambjenti kritiċi u f'netwerks tat-telekomunikazzjoni;

14.  Ifakkar li ċ-ċibersigurtà tirrikjedi standards għolja ta' sigurtà; jitlob netwerk li jkun sigur b'mod awtomatiku u prestabbilit; iħeġġeġ lill-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, jesploraw il-mezzi kollha disponibbli biex jiżguraw livell għoli ta' sigurtà;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-ENISA, jipprovdu gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati t-theddid u l-vulnerabbiltajiet ċibernetiċi meta jixtru tagħmir 5G, pereżempju billi jiddiversifikaw tagħmir minn bejjiegħa differenti jew bl-introduzzjoni ta' proċessi ta' akkwist multifażi;

16.  Jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu dwar il-programm Ewropa Diġitali, li jimponi rekwiżiti ta' sigurtà u sorveljanza mill-Kummissjoni fuq entitajiet stabbiliti fl-UE iżda kkontrollati minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari għal azzjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà;

17.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-kumpaniji privati involuti fl-iżgurar tal-funzjonament tajjeb ta' netwerks ta' infrastruttura kritika bħat-telekomunikazzjoni, l-enerġija, is-saħħa u s-sistemi soċjali, iwettqu valutazzjonijiet rilevanti tar-riskju li jqisu t-theddid għas-sigurtà marbut b'mod speċifiku mal-karatteristiċi tekniċi tas-sistema rispettiva jew tad-dipendenza fuq fornituri esterni tat-teknoloġiji tal-hardware u tas-software;

18.  Ifakkar li l-qafas legali attwali dwar it-telekomunikazzjoni jagħti mandat lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-operaturi tat-telekomunikazzjoni jikkonformaw mal-integrità u d-disponibbiltà ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż kriptaġġ minn tarf sa tarf, fejn xieraq; jenfasizza li skont il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, l-Istati Membri għandhom setgħat estensivi biex jinvestigaw il-prodotti fis-suq tal-UE u japplikaw varjetà wiesgħa ta' rimedji f'każ li dawn ma jkunux konformi;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu s-sigurtà aspett obbligatorju fil-proċeduri kollha tal-akkwist pubbliku għall-infrastruttura rilevanti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali;

20.  Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu tagħhom skont il-qafas legali tal-UE, b'mod partikolari d-Direttiva 2013/40/UE dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, li jimponu sanzjonijiet fuq persuni ġuridiċi li wettqu reati kriminali bħal attakki kontra sistemi bħal dawn; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu użu mill-abbiltà tagħhom li jimponu sanzjonijiet oħra fuq dawn l-entitajiet legali, bħall-iskwalifika temporanja jew permanenti mill-eżerċizzju tal-attivitajiet kummerċjali;

21.  Jistieden lill-Istati Membri, lill-aġenziji taċ-ċibersigurtà, l-operaturi tat-telekomunikazzjoni, il-manifatturi u l-fornituri ta' servizzi tal-infrastruttura kritiċi jirrapportaw lill-Kummissjoni u lill-ENISA kwalunkwe evidenza ta' aċċess mhux awtorizzat jew ta' vulnerabbiltajiet kbar oħra li jistgħu jikkompromettu l-integrità u s-sigurtà tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni jew jiksru l-liġi tal-Unjoni u d-drittijiet fundamentali; jistenna li l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data kif ukoll il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jinvestigaw bir-reqqa indikazzjonijiet ta' ksur ta' data personali minn bejjiegħa esterni u jimponu penali u sanzjonijiet xierqa skont il-liġi Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data;

22.  Jilqa' d-dħul fis-seħħ imminenti ta' regolament li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar ta' investimenti diretti barranin (FDI) għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku, u jissottolinja li dan ir-regolament jistabbilixxi għall-ewwel darba lista ta' oqsma u fatturi, inklużi l-komunikazzjonijiet u ċ-ċibersigurtà, li huma rilevanti għas-sigurtà u l-ordni pubbliku fil-livell tal-UE;

23.  Jistieden lill-Kunsill iħaffef il-ħidma tiegħu fuq ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika propost;

24.  Itenni li l-UE għandha bżonn tappoġġa ċ-ċibersigurtà fil-katina tal-valur kollha kemm hi, mir-riċerka sat-tnedija u l-użu ta' teknoloġiji ewlenin, ixxerred l-informazzjoni rilevanti, u tippromwovi l-iġjene ċibernetika u kurrikuli edukattivi inkluża ċ-ċibersigurtà, u jemmen li, fost miżuri oħra, il-programm Ewropa Diġitali se jkun għodda effiċjenti għal dan il-għan;

25.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa, inklużi skemi ta' investiment b'saħħithom, biex joħolqu ambjent favur l-innovazzjoni fl-UE, li għandu jkun aċċessibbli għan-negozji kollha fl-ekonomija diġitali tal-UE, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); iħeġġeġ, barra minn hekk, li ambjent bħal dan għandu jippermetti lill-bejjiegħa Ewropej jiżviluppaw prodotti, servizzi u teknoloġiji ġodda, li jippermettulhom ikunu kompetittivi;

26.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu t-talbiet imsemmija hawn fuq fil-qafas tad-diskussjonijiet li ġejjin dwar l-istrateġija futura bejn l-UE u ċ-Ċina, bħala prekundizzjonijiet biex l-UE tibqa' kompetittiva u biex tiżgura s-sigurtà tal-infrastruttura diġitali tagħha;

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36.
(2) ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1.
(3) ĠU L 218, 14.8.2013, p. 8.
(4) Testi adottati, P8_TA(2019)0121.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0343.
(6) ĠU C 307, 30.8.2018, p. 144.
(7) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(8) ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.


L-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja
PDF 181kWORD 64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja (2018/2158(INI))
P8_TA-PROV(2019)0157A8-0073/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar l-istat tar-relazzjonijiet UE-Russja(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehimiet milħuqa f'Minsk fil-5 u fid-19 ta' Settembru 2014 u fit-12 ta' Frar 2015(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dik tal-14 ta' Ġunju 2018 dwar it-territorji okkupati Georgjani 10 snin wara l-invażjoni Russa(3), kif ukoll tal-4 ta’ Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea, b'mod partikolari tat-Tartari tal-Krimea(4),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni lill-Kunsill tat-2 ta' April 2014 dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky(5),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar ir-Russja tal-14 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra l-Premju Sakharov tal-2018 għal-Libertà tal-Ħsieb lill-produttur tal-films u l-kittieb Ukren Oleg Sentsov.

–  war li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2018 dwar ir-Russja, b'mod partikolari l-każ tal-priġunier politiku Ukren Oleg Sentsov(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Baħar ta' Azov(7),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Finali tal-OSKE/Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) dwar l-Elezzjonijiet Presidenzjali tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Federazzjoni Russa,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0073/2019),

A.  billi l-UE hija komunità bbażata fuq ġabra fundamentali ta' valuri komuni, fosthom il-paċi, il-libertà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem;

B.  billi jirrikonoxxi li l-prinċipji minquxa fil-Karta tan-NU, l-Att Finali ta' Helsinki tal-1975 u l-Karta ta' Pariġi tal-OSKE tal-1990 jirrappreżentaw il-pedamenti għal kontinent Ewropew paċifiku;

C.  billi tali valuri jiffurmaw il-bażi tar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi terzi;

D.  billi r-relazzjonijiet tal-UE mar-Russja għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tad-dritt internazzjonali, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u r-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti, u, bħala riżultat tan-nuqqas ta' osservanza min-naħa tar-Russja ta' dawn il-prinċipji, ir-relazzjonijiet tal-UE mar-Russja huma attwalment ibbażati fuq kooperazzjoni f'oqsma magħżula ta' interess komuni kif definit fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-14 ta' Marzu 2016 u dwar deterrenza kredibbli;

E.  billi l-UE tibqa' miftuħa għal relazzjoni aktar b'saħħtiha u għal djalogu li jwassal għaliha, u tixtieq li jissuktaw ir-relazzjonijiet ta' kooperazzjoni mar-Russja, kemm-il darba l-awtoritajiet Russi jissodisfaw l-obbligi ġuridiċi u internazzjonali tagħhom u jippruvaw l-impenn ġenwin għat-treġġigħ lura tal-fiduċja mitlufa; billi relazzjoni kostruttiva u prevedibbli tkun ta' benefiċċju reċiproku u idealment fl-interess taż-żewġ partijiet;

F.  billi l-Federazzjoni Russa, bħala membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-OSKE, impenjat ruħha għall-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; billi t-tkomplija ta' ksur serju tal-istat tad-dritt u l-adozzjoni ta' liġijiet restrittivi fis-snin riċenti qegħdin jiddubitaw dejjem aktar il-konformità tar-Russja mal-obbligi internazzjonali u nazzjonali tagħha; billi r-Russja naqset milli timplimenta aktar minn elf sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB);

G.  billi għadd ta' rapporti governattivi jindikaw żieda qawwija fl-attività ta' spjunaġġ mir-Russja f'dawn l-aħħar snin, li laħqet livelli ogħla mill-Gwerra Bierda;

H.  billi l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Minsk u r-rispett aktar usa' għad-dritt internazzjonali jibqgħu prekundizzjonijiet ewlenin għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mar-Russja; billi b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għall-gwerra ibrida kontra l-Ukrajna mir-Russja, l-UE adottat serje ta' miżuri restrittivi li għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm il-Ftehimiet ta' Minsk ikunu ġew issodisfati;

I.  billi mill-2015 nibtu oqsma ġodda ta' tensjoni bejn l-UE u r-Russja, fosthom: l-intervent Russu fis-Sirja u l-indħil f'pajjiżi bħal-Libja u r-Repubblika Ċentru-Afrikana; l-eżerċizzji militari fuq skala kbira (Zapad 2017); l-indħil Russa kellu l-għan li jinfluwenza l-elezzjonijiet u r-referenda u biex jitrażżnu t-tensjonijiet fis-soċjetajiet Ewropej; l-appoġġ mill-Kremlin għal partiti kontra l-UE u movimenti tal-lemin estrem; ir-restrizzjonijiet fuq il-libertajiet fundamentali u ksur estensiv tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, u t-tixrid tas-sentiment kontra l-LGBTBI; ir-ripressjoni kontra l-oppożizzjoni politika; l-immirar sistemiku tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġurnalisti u tas-soċjetà ċivili fir-Russja, inkluża d-detenzjoni arbitrarja ta' Oyub Titiev, il-Kap tal-uffiċċju taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial fiċ-Ċeċenja jew il-każ ta' Yury Dmitriev mill-fergħa ta' Memorial tal-Karelian; l-istigmatizzazzjoni ta' attivisti tas-soċjetà ċivili permezz tat-tikkettar tagħhom bħala "Aġenti Barranin"; il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kawkasu tat-Tramuntana, b'mod partikolari fir-Repubblika taċ-Ċeċenja (ħtif, tortura, eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, manifattura ta' kawżi kriminali, eċċ.); id-diskriminazzjoni kontra l-minoranza Tartara fil-Krimea okkupata, u l-persekuzzjoni politikament motivata ta' Alexei Navalny u ħafna oħrajn, kif ukoll qtil, l-aktar każijiet notevoli jkunu dawk ta' Boris Nemtsov u Sergei Magnitsky; l-attakki ċibernetiċi u ibridi u qtil fuq territorju Ewropew imwettaq minn aġenti tal-intelligence Russi bl-użu ta' armi kimiċi; l-intimidazzjoni, l-arrest u l-priġunerija ta' ċittadini barranin fir-Russja bi ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2018 Oleg Sentsov u ħafna oħrajn; l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet illegali u illeġittimi fid-Donbas; l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali mhux demokratiċi li huma nieqsa minn kwalunkwe għażla reali u b'restrizzjonijiet fuq il-libertajiet fundamentali; il-kampanji ta' diżinformazzjoni, il-bini illegali tal-Pont Kerch; il-militarizzazzjoni fuq skala kbira tal-Krimea okkupata u annessa illegalment, kif ukoll ta' partijiet tal-Baħar l-Iswed u tal-Baħar ta' Azov; ir-restrizzjonijiet fuq it-tbaħħir internazzjonali fil-Baħar ta' Azov u fil-Kanal ta' Kerch, inklużi l-bastimenti li jbaħħru taħt il-bnadar tal-Istati Membri tal-UE; l-attakk illegali fuq il-bastimenti navali tal-Ukrajna u l-qbid tagħhom u l-arrest ta' membri tas-servizzi Ukrajni fl-Istrett ta' Kerch; il-ksur ta' ftehimiet ta' kontroll tal-armi; il-klima oppressiva għall-ġurnalisti u l-mezzi ta' komunikazzjoni indipendenti b'detenzjonijiet kontinwi ta' ġurnalisti u bloggers; u l-klassifikazzjoni tal-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tar-Russja fil-post 148 minn 180 rigward il-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni fl-2018;

J.  billi sal-1 ta' Marzu 2018, il-Memorial tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem kien irreġistra 143 każ ta' priġunieri politiċi, inklużi 97 persuna li kienu qed jiġu ppersegwitati minħabba raġunijiet reliġjużi; billi analiżi tal-lista ta' priġunieri politiċi tal-Memorial tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem turi li fl-2017, kien hemm 23 każ ta' prosekuzzjoni għal reati relatati ma' avvenimenti pubbliċi (rewwixti tal-massa, azzjonijiet vjolenti kontra awtorità pubblika), u kien hemm 21 każ, l-aktar marbuta mal-pubblikazzjoni ta' kummenti fuq l-Internet, ta' prosekuzzjonijiet li nbdew skont l-artikoli "kontra l-estremisti" tal-kodiċi kriminali;

K.  billi r-Russja hija direttament jew indirettament parti għal għadd ta' kunflitti mtawla fil-viċinat komuni – fit-Transnistrija, l-Ossezja tan-Nofsinhar, l-Abkażja, id-Donbas u Nagorno Karabakh – li jikkostitwixxu impediment serju għall-iżvilupp u l-istabbiltà tal-pajjiżi ġirien ikkonċernati, jimminaw l-indipendenza tagħhom u jillimitaw l-għażliet sovrani ħielsa tagħhom;

L.  billi l-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna tawwal aktar minn erba' snin u kkawża l-mewt ta' aktar minn 10 000 persuna, bi kważi terz minnhom ikunu ċivili, u eluf ta' korrimenti ċivili relatati mal-kunflitt;

M.  billi t-tensjonijiet u l-konfrontazzjonijiet persistenti kurrenti bejn l-UE u r-Russja mhumiex fl-interess ta' l-ebda waħda mill-partijiet; billi l-kanali ta' komunikazzjoni għandhom jibqgħu miftuħa minkejja r-riżultati diżappuntanti; billi d-diviżjoni l-ġdida tal-kontinent tipperikola s-sigurtà kemm tal-UE kif ukoll tar-Russja;

N.  billi bħalissa r-Russja hija l-fornitur estern l-aktar importanti tal-UE tal-gass naturali; billi l-enerġija għad għandha rwol ċentrali u strateġiku fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja; billi r-Russja tuża l-enerġija bħala mezz biex tipproteġi u tippromwovi l-interessi tal-politika barranija tagħha; billi d-dipendenza tal-UE mill-fornimenti ta' gass Russu żdiedet mill-2015; billi r-reżiljenza tal-UE għal pressjonijiet esterni tista' tinbena permezz ta' diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija u ta' tnaqqis fid-dipendenza mir-Russja; billi l-UE għandha titkellem b'vuċi waħda u turi solidarjetà interna b'saħħitha fir-rigward tas-sigurtà tal-enerġija tagħha; billi d-dipendenza qawwija tal-UE fuq il-fjuwils fossili ddgħajjef l-iżvilupp ta' approċċ Ewropew ibbilanċjat, koerenti u bbażat fuq il-valuri fir-rigward tar-Russja; billi hemm bżonn ta' infrastruttura tal-enerġija aktar affidabbli u strateġika fl-UE, fl-Istati Membri u fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza għall-attività ibrida Russa;

O.  billi azzjonijiet irresponsabbli ta' ġettijiet tal-gwerra Russi qrib l-ispazju tal-ajru tal-UE u l-Istati Membri tan-NATO jikkompromettu s-sikurezza ta' titjiriet ċivili u jistgħu jkunu ta' theddida għas-sigurtà tal-ispazju tal-ajru Ewropew; billi manuvri provokattivi militari fuq skala kbira twettqu mir-Russja fil-viċinanza immedjata tal-UE;

P.  billi r-Russja qed tkompli tinjora s-sentenzi tal-QEDB, kif ukoll l-għotjiet vinkolanti mill-Qorti Permanenti ta' Arbitraġġ bħal fil-każ ta' Naftogaz, li jdgħajjef il-mekkaniżmi internazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-kummerċ;

Q.  billi l-viżjoni poliċentrika tar-Russja tal-kunċert tal-potenzi tmur kontra dik tal-UE ta' ordni multilaterali u ta' ordni bbażat fuq ir-regoli; billi l-adeżjoni tar-Russja ma' u l-appoġġ għal ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli toħloq il-kundizzjonijiet għal relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-UE;

R.  billi l-awtoritajiet Russi jkomplu jittrattaw ir-reġjuni okkupati illegalment daqslikieku kienu parti interna tat-territorju Russu billi ppermettew il-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' dawn it-territorji fil-korpi leġiżlattivi u eżekuttivi tal-Federazzjoni Russa, li jikser id-dritt internazzjonali;

S.  billi fil-21 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill, wara li vvaluta l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk, tawwal is-sanzjonijiet ekonomiċi mmirati lejn setturi speċifiċi tal-ekonomija Russa sal-31 ta' Lulju 2019;

T.  billi l-azzjonijiet tar-Russja jiksru d-dritt internazzjonali u l-impenji u r-relazzjonijiet ta' bon viċinat;

U.  billi fid-dokumenti strateġiċi tal-Federazzjoni Russa, l-UE u n-NATO huma ppreżentati bħala avversarji primarji tar-Russja;

Sfidi u interessi komuni

1.  Jissottolinja li l-okkupazzjoni u l-annessjoni illegali tal-Krimea, reġjun tal-Ukrajna, l-involviment dirett u indirett tar-Russja fil-kunflitti armati fil-parti tal-Lvant tal-Ukrajna u l-ksur kontinwu tal-integrità territorjali tal-Georgia u tal-Moldova jikkostitwixxu ksur intenzjonali tad-dritt internazzjonali, tal-prinċipji demokratiċi u tal-valuri fundamentali; jikkundanna bil-qawwa l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq minn rappreżentanti Russi fit-territorji okkupati;

2.  Jenfasizza li l-UE ma tistax tipprevedi ritorn gradwali għal "negozju bħas-soltu" sakemm ir-Russja timplimenta bis-sħiħ il-Ftehim ta' Minsk u treġġa' lura l-integrità territorjali tal-Ukraina; jitlob, f'dan ir-rigward, għal rivalutazzjoni kritika u komprensiva mill-UE tar-relazzjonijiet tagħha mal-Federazzjoni Russa;

3.  Jenfasizza li fiċ-ċirkostanzi preżenti, ir-Russja ma tistax tibqa' titqies bħala "sieħba strateġika"; huwa tal-fehma li l-prinċipji tal-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) m'għadhomx jiġu ssodisfati, u li l-FSK għandu għalhekk jerġa' jiġi kkunsidrat mill-ġdid; jemmen li kwalunkwe qafas għar-relazzjoni UE-Russja għandu jkun ibbażat fuq ir-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali, il-prinċipji ta' Ħelsinki tal-OSKE, il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u jippermetti djalogu dwar il-ġestjoni tal-isfidi globali, it-tisħiħ tal-governanza globali u l-iżgurar tal-infurzar tar-regoli internazzjonali, b'mod partikolari bil-għan li jiġu ggarantiti l-ordni tal-paċi Ewropea, u s-sigurtà fil-viċinat tal-UE u fil-Balkani tal-Punent;

4.  Jemmen li l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk tkun qed turi r-rieda tajba tar-Russja li tikkontribwixxi għas-soluzzjoni tal-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna u l-kapaċità tagħha li tiggarantixxi s-sigurtà Ewropea; jenfasizza l-ħtieġa li jitmexxew 'il quddiem il-konsultazzjonijiet fi ħdan il-proċess tal-format tan-Normandija, inkluż rwol aktar b'saħħtu tal-UE; ittenni l-appoġġ tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna;

5.  Jemmen fl-importanza li jitnaqqsu t-tensjonijiet kurrenti u li jsiru konsultazzjonijiet mar-Russja bil-għan li jiġu identifikati miżuri mmirati lejn it-tnaqqis tar-riskju ta' nuqqas ta' fehim u ta' żbalji ta' kalkolu; jirrikonoxxi, madankollu, li l-UE għandha żżomm sod fir-rigward tal-aspettattivi tagħha dwar ir-Russja; jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja fl-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u ta' impenn pożittiv fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u multilaterali li r-Russja hija membru ta', b'mod partikolari fil-qafas tal-OSKE fir-rigward tal-kwistjonijiet u l-kriżijiet kontroversjali;

6.  Jikkundanna bil-qawwa l-involviment tar-Russja fil-kawża Skripal, u fil-kampanji ta' diżinformazzjoni u fl-attakki ċibernetiċi mwettqa mis-servizzi tal-intelligence Russi mmirati biex jiddestabbilizzaw l-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet pubbliċi u privati u biex iżidu t-tensjonijiet fl-UE u fl-Istati Membri tagħha;

7.  Huwa mħasseb ħafna dwar ir-rabtiet bejn il-Gvern Russu u l-partiti u l-gvernijiet populisti nazzjonalisti tal-lemin estrem fl-UE,li huma ta' theddida għall-valuri fundamentali tal-Unjoni, li huma minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż ir-rispett għad-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

8.  Jiddispjaċih, barra minn hekk, għall-isforzi tar-Russja biex tiddestabilizza l-pajjiżi kandidati tal-UE fir-rigward, b'mod partikolari u pereżempju, tal-appoġġ mogħti minn Moska lill-organizzazzjonijiet u l-forzi politiċi li jopponu l-Ftehim ta' Prespa li għandu jtemm it-tilwima li ilha għaddejja dwar l-isem bejn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Greċja;

9.  Jemmen li atturi statali Russi indaħlu fil-kampanja tar-referendum dwar il-Brexit permezz ta' mezzi aperti u moħbija, inklużi mezzi tax-xandir soċjali u appoġġ finanzjarju potenzjalment illegali, li bħalissa qed jiġi investigat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit;

10.  Jenfasizza li, biex ikunu evitati tensjonijiet ulterjuri, huwa importanti li tiżdied it-trasparenza reċiproka fl-attivitajiet militari u tal-gwardji tal-fruntiera; jiddenunzja bil-qawwa l-ksur min-naħa tar-Russja tal-ispazju tal-ajru tal-Istati Membri tal-UE; jitlob kodiċi ta' kondotta ċar fir-rigward tal-ispazju tal-ajru użat mill-inġenji tal-ajru militari u ċivili; jikkundanna bil-qawwa, f'dan il-kuntest, il-ksur ripetut tar-Russja tal-ilmijiet territorjali u tal-ispazju tal-ajru tal-pajjiżi fir-reġjun tal-Baħar Baltiku; jikkundanna lill-Federazzjoni Russa għar-responsabbiltà tagħha fit-twaqqigħ tat-titjira MH17 fuq il-Lvant tal-Ukrajna fl-2014, kif muri minn tim internazzjonali ta' investigaturi, u jitlob li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

11.  Jiddispjaċih għad-deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, għar-restrizzjonijiet mifruxa u mhux xierqa tad-drittijiet għal-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika fir-Russja, u jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar it-trażżin li għaddej bħalissa, u l-fastidju u l-persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ta' attivisti ta' protesta u ta' kritiċi oħra;

12.  Huwa mħasseb ħafna li r-Russja tant turi biċ-ċar is-setgħat militari tagħha, tispjega t-theddid lejn pajjiżi oħra u timmanifesta r-rieda u r-rieda li tuża forza militari kontra nazzjonijiet oħra f'azzjonijiet reali, inklużi armi nukleari avvanzati, kif imtenni mill-President Putin f'diversi okkażjonijiet fl-2018;

13.  Jikkundanna t-trażżin persistenti tal-gvern kontra d-dissens u l-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, kif ukoll ir-repressjoni tal-attivisti, tal-avversarji politiċi u ta' dawk li jesprimu apertament in-nuqqas ta' qbil mal-gvern;

14.  Jesprimi t-tħassib tiegħu għal rapporti ta' detenzjoni arbitrarja u tortura ta' rġiel meqjusa bħala gay fiċ-Ċeċenja, u jikkundanna d-dikjarazzjonijiet tal-Gvern taċ-Ċeċenja li jċaħħdu l-eżistenza tal-omosesswali f'pajjiżhom u li jinċitaw il-vjolenza kontra persuni LGBTI;

15.  Jenfasizza li l-isfidi globali tat-tibdil fil-klima, l-ambjent, is-sigurtà tal-enerġija, id-diġitalizzazzjoni flimkien mat-teħid ta' deċiżjonijiet algoritmiċi u l-intelliġenza artifiċjali, kwistjonijiet barranin u ta' sigurtà, in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, u l-iżviluppi fl-ambjent Artiku sensittiv, jitolbu impenn selettiv mar-Russja;

16.  Jesprimi tħassib dwar il-potenzjal ta' mijiet ta' biljuni ta' euro maħsula fl-UE kull sena minn kumpaniji u individwi Russi li qed ifittxu li jilleġittimizzaw ir-rikavat tal-korruzzjoni, u jitlob li jsiru investigazzjonijiet dwar dawn ir-reati;

17.  Jissottolinja li l-ħasil tal-flus u l-attivitajiet finanzjarji tal-kriminalità organizzata mir-Russja qed jintużaw għal skopijiet politiċi sovversivi u huma ta' theddida għas-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea; iqis li l-iskala ta' dan il-ħasil tal-flus huwa tali li jagħmel parti mill-attivitajiet ostili maħsuba biex idgħajfu, jgħarrfu ħażin u jiddestabbilizzaw, filwaqt li fl-istess ħin isostnu l-attivitajiet kriminali u l-korruzzjoni; jinnota li l-attivitajiet ta' ħasil tal-flus Russi fi ħdan l-UE jikkostitwixxu theddida għas-sovranità u għall-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha fejn ir-Russja topera attivitajiet bħal dawn; jiddikjara li dan il-fatt hu ta' theddida għas-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea, u ta' sfida ewlenija għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-Unjoni Ewropea;

18.  Jikkundanna l-attivitajiet ta' ħasil tal-flus, attivitajiet finanzjarji illegali u mezzi oħra ta' gwerra ekonomika mir-Russja; jitlob li l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti fl-UE jżidu l-kooperazzjoni kemm ma' xulxin kif ukoll mas-servizzi tal-intelligence u tas-sigurtà rilevanti, sabiex jiġu indirizzati l-attivitajiet ta' ħasil tal-flus Russi;

19.  Itenni l-fatt li filwaqt li pożizzjoni tal-UE hija soda, koerenti u miftiehma fir-rigward tas-sanzjonijiet tal-UE fil-konfront tar-Russja, li se jibqgħu għaddejjin sakemm ir-Russja tibqa' għaddejja bil-ksur tad-dritt internazzjonali, jeħtieġ li jkun hemm aktar koordinament u koerenza fl-approċċ tal-politika estera u ta' sigurtà tagħha fir-rigward tar-Russja; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri jtemmu programmi ta' "viża/passport tad-deheb" li jibbenefikaw l-oligarki Russi li ta' spiss huma sostenituri tal-Kremlin, u li jistgħu jdgħajfu l-effettività tas-sanzjonijiet internazzjonali; itenni t-talbiet preċedenti tiegħu għal Att Magnitsky Ewropew (ir-Reġim Globali tal-UE dwar is-Sanzjonijiet fuq id-Drittijiet tal-Bniedem), u jistieden lill-Kunsill ikompli bil-ħidma tiegħu dwar din il-kwistjoni mingħajr dewmien żejjed; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw bis-sħiħ fil-livell Ewropew fir-rigward tal-politika tagħhom fir-rigward tar-Russja;

20.  Jenfasizza li l-miżuri restrittivi mmirati relatati mal-Ukrajna tal-Lvant u l-Krimea okkupata mhumiex diretti kontra l-poplu Russu iżda kontra ċerti individwi u intrapriżi konnessi mat-tmexxija Russa;

21.  Jissottolinja, f'dan ir-rigward, li l-koerenza bejn il-politiki interni u esterni tagħha u l-koordinament aħjar ta' dawn tal-aħħar huwa essenzjali għal politika esterna u ta' sigurtà tal-UE aktar koerenti, effettiva u ta' suċċess, anki fil-konfront tar-Russja; jenfasizza li dan japplika b'mod partikolari għal oqsma politiċi bħall-Unjoni Ewropea tad-Difiża, l-Unjoni Ewropea għall-Enerġija, id-difiża ċibernetika u l-għodod ta' komunikazzjoni strateġika;

22.  Jikkundanna l-ksur min-naħa tar-Russja tal-integrità territorjali tal-pajjiżi ġirien permezz tal-ħtif illegali taċ-ċittadini ta' dawk il-pajjiżi sabiex ikunu jistgħu jitressqu quddiem qorti Russa; jikkundanna wkoll l-abbuż tar-Russja tal-Interpol billi toħroġ "twissijiet ta' persuni mfittxija" – l-hekk imsejħa "avviżi ħomor" – għall-persekuzzjoni tal-avversarji politiċi;

23.  Jikkundanna l-azzjonijiet tar-Russja fil-Baħar ta' Azov sa fejn dawn jikkostitwixxu ksur tal-liġi marittima internazzjonali u l-impenji internazzjonali tar-Russja, kif ukoll il-bini tal-Pont Kerch u t-tqegħid ta' kejbils taħt l-ilma lejn il-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mingħajr il-kunsens tal-Ukrajna; jibqa' mħasseb ħafna dwar il-militarizzazzjoni Russa tal-Baħar ta' Azov, ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u d-Distrett ta' Kaliningrad, kif ukoll ix-xejra rikorrenti ta' ksur tal-ilmijiet territorjali tal-pajjiżi Ewropej fil-Baħar Baltiku;

24.  Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu, bla riżervi, għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia; jitlob li l-Federazzjoni Russa ttemm l-okkupazzjoni tagħha tat-territorji Ġeorġjani ta' Abkażja u Tskhinvali/l-Ossezja tan-Nofsinhar u tirrispetta bis-sħiħ is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Federazzjoni Russa tissodisfa bla kundizzjonijiet id-dispożizzjonijiet kollha tal-ftehim ta' waqfien mill-ġlied tat-12 ta' Awwissu 2008, b'mod partikolari l-impenn li tirtira l-forzi militari kollha tagħha mit-territorju tal-Georgia;

25.  Jenfasizza li l-ksur min-naħa tar-Russja tar-regoli internazzjonali – f'dan il-każ il-libertà tal-ibħra, il-ftehimiet bilaterali u l-annessjoni illegali tal-Krimea – huwa ta' theddida għall-ġirien tar-Russja fil-partijiet kollha tal-Ewropa, mhux biss fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, iżda wkoll fir-reġjun tal-Baħar Baltiku u l-Mediterran; jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata politika soda fir-rigward tar-Russja f'dawn l-aspetti kollha;

26.  Jinnota li l-elezzjonijiet Presidenzjali tat-18 ta' Marzu 2018 kienu osservati mill-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni Elettorali (MOE) tal-ODIHR MOE u tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE (AP OSKE); jinnota li r-Rapport Finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Elezzjoni tal-ODIHR jiddikjara li l-elezzjonijiet saru f'ambjent legali u politiku kkontrollat b'mod eċċessiv u kkaratterizzat minn pressjoni kontinwa fuq ilħna kritiċi u restrizzjonijiet li tpoġġew fuq il-libertajiet fundamentali ta' għaqda, assoċjazzjoni u espressjoni, kif ukoll fuq ir-reġistrazzjoni ta' kandidati, u għalhekk ma kienx hemm kompetizzjoni ġenwina;

27.  Jinsab imħasseb dwar l-appoġġ kontinwu tar-Russja għal reġimi u pajjiżi awtoritarji bħall-Korea ta' Fuq, l-Iran, il-Venezwela, is-Sirja, Kuba, in-Nikaragwa u oħrajn, u l-prattika kontinwa tagħha li timblokka kwalunkwe azzjoni internazzjonali billi tuża s-setgħat tagħha ta' veto fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU);

Oqsma ta' interess komuni

28.  Itenni s-sostenn tiegħu favur il-ħames prinċipji li jiggwidaw il-politika tal-UE fir-rigward tar-Russja, u jitlob definizzjoni ulterjuri tal-prinċipju tal-impenn selettiv; jirrakkomanda li l-enfasi titqiegħed fuq kwistjonijiet relatati mal-MENA u r-reġjun tat-Tramuntana u Artiku, it-terroriżmu, l-estremiżmu vjolenti, in-nonproliferazzjoni, il-kontroll tal-armi, l-istabbiltà strateġika fil-qasam ċibernetiku, il-kriminalità organizzata, il-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima, inklużi l-isforzi konġunti biex jiġi salvagwardjat il-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) tal-KSNU, u li tintemm il-gwerra fis-Sirja; itenni l-fatt li filwaqt li l-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja dwar iċ-ċiberterroriżmu u l-kriminalità organizzata jeħtieġ li jkomplu, it-theddid ibridu sistematiku tar-Russja jeħtieġ dissważjoni b'saħħitha; jappella, f'dan il-kuntest, għal djalogu dwar il-konnettività mal-Asja bejn l-UE u r-Russja;

29.  Jissottolinja li attwalment l-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali tar-Russja u se żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala sieħba ekonomika ewlenija għall-futur immedjat, iżda l-proġett Nord Stream 2 jsaħħaħ id-dipendenza tal-UE fuq il-fornimenti ta' gass Russu, jhedded is-suq intern tal-UE u mhuwiex konformi mal-politika enerġetika tal-UE jew mal-interessi strateġiċi tagħha, u għaldaqstant jeħtieġ li ma jitkompliex; jenfasizza li l-UE tibqa mpenjata li tikkompleta l-Unjoni Ewropea tal-Enerġija u li tiddiversifika r-riżorsi tal-enerġija tagħha; jissottolinja li l-ebda proġett ġdid m'għandu jiġi implimentat mingħajr valutazzjoni legali minn qabel tal-konformità legali tiegħu mad-dritt tal-UE u mal-prijoritajiet politiċi miftiehma; jiddeplora l-politika tar-Russja li tuża r-riżorsi tal-enerġija tagħha bħala għodda politika biex teżerċita, iżżomm u żżid l-influwenza politika tagħha fuq l-isfera perċepita tagħha ta' influwenza u fuq il-konsumaturi aħħarin;

30.  Josserva li l-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera UE-Russja jġibu magħhom benefiċċji konkreti għaċ-ċittadini taż-żoni transfruntieri u jsostnu l-iżvilupp sostenibbli ta' dawn iż-żoni; jirrakkomanda, f'dan il-kuntest, li jkomplu jitrawmu dawn l-oqsma pożittivi ta' kooperazzjoni kostruttiva;

31.  jinnota l-importanza tal-kuntatti bejn il-persuni, pereżempju permezz tal-edukazzjoni u l-kultura;

32.  jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom lejn riżoluzzjoni tal-hekk imsejħa "kunflitti ffriżati" fil-viċinat tal-Lvant, sabiex jiġu żgurati aktar sigurtà u stabbiltà għas-sħab tal-Lvant tal-UE;

Rakkomandazzjonijiet

33.  Jisħaq fuq l-importanza ta' appoġġ politiku u finanzjarju kontinwu favur il-kuntatti bejn il-persuni b'mod ġenerali, u b'mod partikolari għall-attivisti tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-bloggers, il-mezzi ta' komunikazzjoni indipendenti, il-ġurnalisti investigattivi, l-akkademiċi apertament kritiċi u l-personalitajiet pubbliċi u l-NGOs; jistieden lill-Kummissjoni tipprogramma għajnuna finanzjarja, istituzzjonali u għall-bini tal-kapaċità aktar ambizzjuża u fit-tul għas-soċjetà ċivili Russa mill-istrumenti finanzjarji esterni eżistenti, u jistieden lill-Istati Membri jikkontribwixxu aktar għal din l-assistenza; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod attiv il-linji gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem billi jipprovdu appoġġ u protezzjoni effikaċi u f'waqthom lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-attivisti l-oħra; iħeġġeġ b'mod partikolari lill-Istati Membri biex joħorġu viżi fit-tul għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju u lill-membri tal-familja tagħhom; jappoġġja żieda fil-finanzjament għat-taħriġ tal-ġurnalisti u għal skambji ma' ġurnalisti Ewropej u favur strumenti li javvanzaw id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u l-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED);

34.  Jitlob li jkun hemm aktar kuntatti bejn il-persuni b'enfasi fuq iż-żgħażagħ, dwar it-tisħiħ tad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-esperti, ir-riċerkaturi, is-soċjetajiet ċivili u l-awtoritajiet lokali tal-UE u r-Russja u għall-intensifikar tal-iskambji tal-istudenti, tat-taħriġ vokazzjonali u taż-żgħażagħ, b'mod partikolari fil-qafas ta' Erasmus+; jappoġġja, f'dan il-kuntest, żieda fil-finanzjament għall-programmi ġodda Erasmus+ 2021-2027; josserva li l-UE toffri l-akbar numru ta' opportunitajiet ta' mobbiltà akkademika lir-Russja meta mqabbla ma' pajjiżi sħab internazzjonali oħrajn;

35.  Jitlob il-ħelsien inkondizzjonat tad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem u ta' persuni oħra detenuti talli eżerċitaw b'mod paċifiku d-drittijiet tagħhom tal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, inkluż id-Direttur ta' Memorial HRC fir-Repubblika taċ-Ċeċenja, Oyub Titiev, li qed isir proċess fuqu abbażi ta' akkużi vvintati ta' pussess ta' droga; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jiżguraw ir-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet ġuridiċi tagħhom, inkluż l-aċċess għal avukat u għall-kura medika, għall-integrità fiżika u d-dinjità u l-protezzjoni mill-intimidazzjoni ġudizzjarja, mill-kriminalizzazzjoni, u mill-arrest arbitrarju;