Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 - Strasburgu 
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: eżenzjoni tal-Bank of England mir-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' entitajiet eżentati
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista ta’ entitajiet eżentati
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat: eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat: possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta 'dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni
 Proposta għal att legalment vinkolanti li ma jkollhiex maġġoranza fil-kumitat (interpretazzjoni tal-Artikolu 171(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regoli ta' Proċedura)
 Awtorizzazzjoni Ġenerali ta' Esportazzjoni tal-Unjoni għall-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit ***I
 Tkomplija tal-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u r-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta' Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I
 It-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("ir-Renju Unit") mill-Unjoni Ewropea ***I
 Sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
 Ftehim ta' Kooperazzjoni UE/Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp ***
 Ftehim ta' Kooperazzjoni UE/Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp (riżoluzzjoni)
 Il-parteċipazzjoni tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein fl-eu-LISA ***
 Il-kompetenzi u l-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE
 Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi ***I
 Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża ***I
 L-istabbiliment tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil ***I
 L-istabbiliment, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u tal-viżi ***I
 L-istabbiliment tal-Fond għas-Sigurtà Interna ***I
 Id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż ***I
 Emendi proposti għall-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ***I
 L-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I
 Regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
 Regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
 Regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
 Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni
 Ċerti aspetti tas-sikurezza u tal-konnettività ferrovjarja fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
 Ewropa li tipproteġi: Arja nadifa għal kulħadd
 Is-segwitu mogħti mis-SEAE sentejn wara r-rapport tal-PE dwar komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi
 Ftehim ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u Monaco, Andorra u San Marino
 L-istabbiliment taċ-Ċentru ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni ***I
 Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
 Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
 Faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta' skart minn bastimenti ***I
 Estensjoni tal-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni ***I
 Il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti ***I
 Oġġezzjoni għal att ta' implimentazzjoni: Livelli massimi ta' residwi għal ħafna sustanzi inkluż il-klotijanidin
 Qamħirrum ġenetikament modifikat 4114 (DP-ØØ4114-3)
 Qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87411 (MON-87411-9)
 Qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 u s-sottokombinazzjonijiet Bt11 × MIR162 × 1507, MIR162 × 1507 × GA21 u MIR162 × 1507
 Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: Sustanzi attivi, inkluż it-tijakloprid
 Rapport tal-2018 dwar it-Turkija
 Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019
 Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: eżenzjoni tal-Bank of England mir-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014
PDF 128kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1799 fir-rigward tal-eżenzjoni tal-Bank of England mir-rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (C(2019)00793 – 2019/2546(DEA))
P8_TA-PROV(2019)0159B8-0143/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00793),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 21 ta' Frar 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 1(9) u 50(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-att delegat emendatorju fih emendi importanti biex ikun żgurat li l-Bank of England jibqa' jibbenefika mill-eżenzjoni eżistenti skont l-Artikolu 1(9) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, wara bidla fl-istatus tar-Renju Unit għal pajjiż terz;

B.  billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza ta' adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex tiġi żgurata t-tħejjija tal-Unjoni Ewropea f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' entitajiet eżentati
PDF 127kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' entitajiet eżentati (C(2019)00794 – 2019/2547(DEA))
P8_TA-PROV(2019)0160B8-0144/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00794),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tal-21 ta' Frar 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u b'mod partikolari l-Artikoli 2(4) u 30(5) tiegħu(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-att delegat jinkludi emendi importanti biex jiżgura li l-bank ċentrali tar-Renju Unit u l-korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu f'din il-ġestjoni jkunu eżentati mill-obbligu ta' rapportar skont l-Artikolu 4 u r-rekwiżiti ta' trasparenza fl-użu mill-ġdid skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2015/2365;

B.  billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza ta' adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista ta’ entitajiet eżentati
PDF 127kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-entitajiet eżenti (C(2019)00791 – 2019/2549(DEA))
P8_TA-PROV(2019)0161B8-0145/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00791),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 21 ta' Frar 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 1(6) u 82(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-att delegat jinkludi emendi importanti biex jiżgura li l-bank ċentrali tar-Renju Unit u l-korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu f'din il-ġestjoni se jkunu eżentati mir-rekwiżiti ta' kklerjar u ta' rapportar u mir-rekwiżit li jiġu applikati tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal tranżazzjonijiet mhux ikklerjati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012;

B.  billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza tal-adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014
PDF 129kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward l-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 (C(2019)00792 – 2019/2550(DEA))
P8_TA-PROV(2019)0162B8-0146/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00792),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tal-21 ta' Frar 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-att delegat emendatorju fih emendi importanti importanti biex ikun żgurat li l-Bank tal-Ingilterra u l-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit jibqgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni eżistenti skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, wara li l-istatus tar-Renju Unit jinbidel għal dak ta' pajjiż terz;

B.  billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza tal-adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament Delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta 'dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni
PDF 131kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni (C(2019)00904 – 2019/2579(DEA))
P8_TA-PROV(2019)0163B8-0149/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00904),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 4 ta' Marzu 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 49(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 13tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(2),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-"emenda tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/588 (RTS 11)" preżentat fit-8 ta' Novembru 2018 mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 49(3) tad-Direttiva 2014/65/UE,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-att delegat fih emendi importanti biex titħares il-kompetittività taċ-ċentri tan-negozjar tal-UE li joffru n-negozjar f'dawk l-ishma li jiġu ammessi għan-negozjar jew jiġu nnegozjati fl-Unjoni u f'pajjiż terz fl-istess ħin, u meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dawk l-ishma jkun jinsab barra mill-Unjoni;

B.  billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza ta' adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

C.  billi l-Parlament iqis li l-RTS adottat mhuwiex "l-istess" bħall-abbozz tal-RTS ippreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq minħabba l-bidliet tal-Kummissjoni li ġew introdotti f'dan l-abbozz, u jqis li għandu tliet xhur biex joġġezzjona għall-RTS (perjodu ta' skrutinju); billi l-Parlament iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindika l-perjodu ta' skrutinju ta' xahar biss f'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-abbozzi tal-Aġenziji Superviżorji Ewropej mingħajr tibdil, jiġifieri fejn l-abbozz u l-istandards tekniċi regolatorji adottati jkunu "l-istess";

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


Proposta għal att legalment vinkolanti li ma jkollhiex maġġoranza fil-kumitat (interpretazzjoni tal-Artikolu 171(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regoli ta' Proċedura)
PDF 125kWORD 42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar proposta għal att legalment vinkolanti li ma jkollhiex maġġoranza fil-kumitat (interpretazzjoni tal-Artikolu 171 (1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regoli ta' Proċedura) (2019/2011(REG))
P8_TA-PROV(2019)0164

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittri tas-7 ta' Marzu 2019 tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 266 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 171(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regoli ta' Proċedura:""Jekk il-proposta għal att legalment vinkolanti, emendata jew mhux, ma jkollhiex il-maġġoranza tal-voti mitfugħa fil-kumitat, il-kumitat għandu jipproponi lill-Parlament li l-att jiġi miċħud.”"

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.


Awtorizzazzjoni Ġenerali ta' Esportazzjoni tal-Unjoni għall-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit ***I
PDF 150kWORD 51k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni ta' Esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (COM(2018)0891 – C8-0513/2018 – 2018/0435(COD))
P8_TA-PROV(2019)0165A8-0071/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0891,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0513/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Marzu 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0071/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni fir-rigward ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit

P8_TC1-COD(2018)0435


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  Fid-29 ta’ Marzu 2017 ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati mhumiex ser jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta’ dan, sentejn wara n-notifika, jiġifieri mit-30 ta’ Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b’mod unanimu li jestendi dan il-perijodu.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009(2) jistabbilixxi reġim komuni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti b’użu doppju li huwa meħtieġ għall-promozzjoni tas-sigurtà tal-Unjoni u s-sigurtà internazzjonali u biex ikun hemm fis-seħħ kundizzjonijiet ekwi għall-esportaturi tal-Unjoni.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 jipprevedi “awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni” li jiffaċilitaw il-kontrolli fuq l-esportazzjonijiet b’riskju baxx ta’ oġġetti b’użu doppju lejn ċerti pajjiżi terzi. Bħalissa l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein, u l-Istati Uniti tal-Amerka huma koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni Nru UE001 stabbilita fl-Anness IIa għar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

(4)  Ir-Renju Unit huwa parti fit-trattati internazzjonali rilevanti u membru tar-reġimi internazzjonali dwar in-nonproliferazzjoni, huwa konformi bis-sħiħ mal-obbligi u l-impenji relatati. Ir-Renju Unit japplika kontrolli proporzjonali u xierqa sabiex jindirizza l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu finali intenzjonat u r-riskju ta’ devjazzjoni b’mod effettiv, konsistentement mad-dispożizzjonijiet u l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

(5)  Meta jitqies li r-Renju Unit huwa destinazzjoni importanti għal oġġetti b’użu doppju prodotti fl-Unjoni, huwa xieraq li r-Renju Unit jinżdied mal-lista ta’ destinazzjonijiet koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni Nru UE001 sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi u konsistenti tal-kontrolli madwar l-Unjoni kollha kemm hi, għall-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-esportaturi tal-Unjoni u biex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed, filwaqt li jiġu protetti s-sigurtà tal-Unjoni u dik internazzjonali.

(6)  Minħabba l-urġenza taċ-ċirkustanzi li jirriżultaw mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni , huwa meħtieġ li tiġi permessa l-applikazzjoni immedjata ta’ dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-inklużjoni tar-Renju Unit fl-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni Nru EU001. Għaldaqstant dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)  Ir-Renju Unit jenħtieġ li jinżdied mal-lista tad-destinazzjonijiet koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni Nru UE001 biss jekk l-ebda ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 50(2) tat-TUE ma jkun daħal fis-seħħ sad-data meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IIa għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 huwa emendat kif ġej:

(a)  it-titolu “Esportazzjonijiet lejn l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein, u l-Istati Uniti tal-Amerka” jinbidel b’dan li ġej:"

“Esportazzjonijiet lejn l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u l-Istati Uniti tal-Amerka”;

"

(b)  fil-Parti 2 jiddaħħal l-inċiż li ġej wara l-inċiż “- l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein”:"

“– Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq”.

"

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-jum wara dak meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 50(3) tat-TUE.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika fil-każ li, sad-data msemmija fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, ikun daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 50(2) tat-TUE.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(Taffettwa l-verżjonijiet lingwistiċi kollha.)

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.
(2)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).


Tkomplija tal-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u r-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta' Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I
PDF 176kWORD 55k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta' Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (COM(2018)0892 – C8-0512/2018 – 2018/0432(COD))
P8_TA-PROV(2019)0166A8-0021/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0892),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 178 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0512/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Frar 2019(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0021/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari mniżżel hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta’ Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

P8_TC1-COD(2018)0432


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 178 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta’ dan, sentejn wara n-notifika, jiġifieri mit-30 ta’ Marzu 2019, dment li l-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b’mod unanimu li jestendi dan il-perjodu.

(2)  Il-ħruġ ser iseħħ matul il-perjodu ta’ programmar tal-2014-2020, li matulu r-Renju Unit qed jipparteċipa fi ħmistax-il programm ta’ kooperazzjoni taħt l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Tnejn minn dawk il-programmi, jiġifieri PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u r-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta’ Fuq - l-Iskozja) (imsejħa flimkien bħala l-“programmi ta’ kooperazzjoni”), huma programmi li jinvolvu lill-Irlanda ta’ Fuq u jappoġġaw il-paċi u r-rikonċiljazzjoni kif ukoll il-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar permezz tal-Ftehim ta' Paċi għall-Irlanda ta' Fuq (“Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira”) li l-Unjoni għandha l-intenzjoni li tkompli bih anki jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ li jkun daħal fis-seħħ fid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, skont l-Artikolu 50(3) TUE. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun limitat għal dawk il-programmi ta’ kooperazzjoni.

(3)  Il-programmi ta’ kooperazzjoni huma b’mod partikolari rregolati mir-Regolamenti (UE) Nru 1299/2013(4), (UE) Nru 1303/2013(5) u (UE, Euratom) 2018/1046(6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi ta’ kooperazzjoniskont dawk ir-Regolamenti.

(4)  Fir-rigward tal-programmi ta’ kooperazzjoni, l-awtorità ta’ ġestjoni tinsab fil-Korp għall-Programmi Speċjali tal-UE (“SEUPB”) mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Irlanda u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li jistabbilixxi l-Korpi għall-Implimentazzjoni, iffirmat fit-8 ta’ Marzu 1999. Peress li l-programmi ta’ kooperazzjoni jinvolvu l-Irlanda ta’ Fuq, dawn jenħtieġ li jkomplu bid-dispożizzjonijieti kumplimentari neċessarji.

(5)  Għall-finijiet tal-kontinwazzjoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni, jenħtieġ li jiġi ċċarat li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, huma jistgħu jkopru reġjuni parteċipanti fir-Renju Unit, li jenħtieġ li jkunu ekwivalenti għal reġjuni tal-livell 3 ta’ NUTS.

(6)  Għall-finijiet ta’ kontinwazzjoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni b’finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tar-Renju Unit b’effett mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, li jippermettu l-kontrolli meħtieġa u l-awditjar tal-programmi ta’ kooperazzjoni. Jekk tali kontrolli u awditjar ma jkunux jistgħu jitwettqu, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tinterrompi l-iskadenzi tal-pagamenti, tissospendi l-pagamenti u tapplika korrezzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikoli 83, 142, 144 u 145 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(7)  F’konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li japprovaw il-programm PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) tat-30 ta’ Novembru 2015 u l-programm Interreg VA tat-12 ta’ Frar 2015 se jkomplu jikkostitwixxu deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u għaldaqstant impenn legali skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Ir-Renju Unit jibqa’ suġġett għall-obbligi finanzjarji li ħa bħala Stat Membru, li huma marbutin ma’ dawn l-impenji legali tal-Unjoni.

(8)  Ir-Renju Unit mhux ser jibqa', mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għaliha. parti mill-parti taż-żona tal-programm marbuta mal-Unjoni skont it-tifsira ta’ l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament dwar l-eliġibbiltà tal-operazzjonijiet skont il-lokalità jenħtieġ li jiġu adattati.

(9)  Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tkun permessa, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-kontinwazzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(10)  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss f’sitwazzjoni fejn l-ebda ftehim ta’ ħruġ, ma jiġi konkluż mar-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 50(2) tat-TEU, ma jkun daħal fis-seħħ sad-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, skont l-Artikolu 50(3) TUE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni f’sitwazzjoni fejn l-ebda ftehim ta’ ħruġ konkluż mar-Renju Unit, f’konformità mal-Artikolu 50(2) tat-TEU, ma jkun daħal fis-seħħ fid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, skont l-Artikolu 50(3) tat-TEU, kif ukoll fir-rigward tat-tkomplija ta’ dawn iż-żewġ programmi ta’ kooperazzjoni koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 bil-parteċipazzjoni tar-Renju Unit (imsejjaħ b'mod konġunt bħala “il-programmi ta’ kooperazzjoni”):

(1)  PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit);

(2)  għar-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta’ Fuq - l-Iskozja).

2.  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 għandu jkompli japplika għall-programmi ta’ kooperazzjoni suġġetti għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kopertura ġeografika

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, il-programmi ta’ kooperazzjoni jistgħu jkopru reġjuni parteċipanti fir-Renju Unit, li għandhom ikunu ekwivalenti għar-reġjuni tal-livell NUTS 3.

Artikolu 3

Awtoritajiet tal-programm

Permezzta’ deroga mill-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013:

–  Il-Korp għall-Programmi Speċjali tal-UE (SEUPB) li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni tal-Programmi ta’ kooperazzjoni, għandu jkompli jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu;

–  id-Dipartiment tal-Finanzi tal-Irlanda ta’ Fuq għandu jibqa’ l-awtorità tal-awditjar għal dawk il-programmi ta’ kooperazzjoni.

Artikolu 4

Kompetenzi tal-Kummissjoni rigward kontrolli

L-applikazzjoni tar-regoli rigward il-kontrolli u l-awditjar tal-programmi ta’ kooperazzjoni għandha tiġi miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tar-Renju Unit. Il-kontrolli u l-awditjar għandhom ikopru l-perjodu kollu tal-programmi ta’ kooperazzjoni.

Jekk il-kontrolli u l-awditjar meħtieġa tal-programmi ta’ kooperazzjoni ma jistgħux jiġu esegwiti fir-reġjuni kollha kkonċernati, dan għandu jitqies li jikkostitwixxi nuqqas serju fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għall-finijiet tal-miżuri kif stabbilit fl-Artikoli 83, 142, 144 u 145 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 5

Eliġibbiltà tal-operazzjonijiet skont il-lokalità

Il-limitu stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 ma għandux japplika għall-programmi ta’ kooperazzjoni.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-jum ta’ wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, skont l-Artikolu 50(3) TUE.

Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk jiġi konkluż ftehim dwar il-ħruġ mar-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 50(2) TUE li jkun daħal fis-seħħ sad-data msemmija fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(Taffettwa l-verżjonijiet lingwistiċi kollha.)

(1) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2)Opinjoni tal-20 ta’ Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.
(4)Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).
(5)Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(6)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


It-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("ir-Renju Unit") mill-Unjoni Ewropea ***I
PDF 181kWORD 56k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("ir-Renju Unit") mill-Unjoni Ewropea. (COM(2019)0065 – C8-0040/2019 – 2019/0030(COD))
P8_TA-PROV(2019)0167A8-0082/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2019)0065),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 165(4) u 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0040/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Frar 2019(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0082/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-kontinwazzjoni ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

P8_TC1-COD(2019)0030


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165(4) u 166(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati se jieqfu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar il-ħruġ jew, jekk dan ma jintlaħaqx, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta’ Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b’mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)  Il-ħruġ iseħħ matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 tal-programm Erasmus+ li fih qed jipparteċipa r-Renju Unit.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) jistabbilixxi u jirregola l-programm Erasmus+. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli għall-kontinwazzjoni tal-impenji legali li diġà ttieħdu, skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, fir-rigward tal-attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin u li jinvolvu lir-Renju Unit, wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni.

(4)  Mid-data li fiha t-Trattati jieqfu japplikaw għar-Renju Unit, ir-Renju Unit ma jibqax pajjiż fil-programm fis-sens tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013. Sabiex jiġi evitat li l-parteċipanti attwali tal-Erasmus+ jkunu meħtieġa jinterrompu l-attivitajiet tagħhom ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin, jenħtieġ li jiġu adattati r-regoli dwar l-eliġibbiltà ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim għaddejjin taħt il-programm l-Erasmus+.

(5)  Għall-finijiet tal-kontinwazzjoni tal-finanzjament, mill-baġit tal-Unjoni, tal-attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin, jenħtieġ li l-Kummissjoni u r-Renju Unit jiftiehmu biex jippermettu l-eżerċizzju tal-kontrolli u tal-awditjar ta’ dawk l-attivitajiet. Jekk ma jkunux jistgħu jsiru l-kontrolli u l-awditjar meħtieġa, dan jenħtieġ li jitqies bħala defiċjenza serja fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

(6)  Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jippermetti l-kontinwazzjoni ta’ attivitajiet ta’ mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin, li jinvolvu lir-Renju Unit u li jkunu bdew l-aktar tard fid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ dan, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(7)  Fid-dawl tal-fatt li, fin-nuqqas ta' ftehim ta' ħruġ jew ta' estensjoni tal-perjodu ta' sentejn wara n-notifika tar-Renju Unit, it-Trattati ma jibqgħux, mit-30 ta' Marzu 2019 'il quddiem, japplikaw għar-Renju Unit u minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata, qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-kontinwazzjoni ta’ attivitajiet ta’ mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin taħt il-programm Erasmus+, tqies li huwa xieraq li ssir eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(8)   Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistipula d-dispożizzjonijiet għall-kontinwazzjoni ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim, kif imsemmija fl-Artikoli 7 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013, li jsiru fir-Renju Unit jew li jinvolvu entitajiet jew parteċipanti mir-Renju Unit u li jkunu bdew l-aktar tard fid-data li fiha jieqfu japplikaw it-Trattati għar-Renju Unit.

Artikolu 2

Eliġibbiltà

1.  L-attivitajiet ta’ mobbiltà fit-tagħlim imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikomplu jkunu eliġibbli għall-finanzjament.

2.  Għall-iskop tal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 u l-atti li jimplimentaw dak ir-Regolament li huma meħtieġa biex jagħtu effett lill-paragrafu 1, ir-Renju Unit għandu jiġi trattat bħala Stat Membru, soġġett għal dan ir-Regolament.

Madankollu, ir-rappreżentanti tar-Renju Unit ma għandhomx jipparteċipaw fil-kumitat imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013.

Artikolu 3

Kontrolli u awditjar

L-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kontrolli u l-awditjar tal-attivitajiet ta’ mobbiltà fit-tagħlim imsemmijin fl-Artikolu 1 għandha tiġi miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tar-Renju Unit. Il-kontrolli u l-awditjar għandhom ikopru l-perjodu kollu tal-attivitajiet ta’ mobbiltà fit-tagħlim u s-segwitu relatat.

Jekk il-kontrolli u l-awditjar tal-programm Erasmus+ meħtieġa ma jkunux jistgħu jitwettqu fir-Renju Unit, dan għandu jikkostitwixxi defiċjenza serja fil-konformità mal-obbligi ewlenin fl-implimentazzjoni tal-impenn legali bejn il-Kummissjoni u l-aġenzija nazzjonali tar-Renju Unit.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE.

Madankollu, dan ir-Regolament m’għandux japplika jekk ftehim ta’ ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) tat-TUE jkun daħal fis-seħħ sad-data msemmija fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali
(2)Opinjoni tal-20 ta’ Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.
(4)Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi ‘Erasmus+’: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).


Sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
PDF 203kWORD 57k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0894 – C8-0514/2018 – 2018/0434(COD))
P8_TA-PROV(2019)0168A8-0061/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0894),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0514/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Frar 2019(1),

–  wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0061/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

P8_TC1-COD(2018)0434


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta’ Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b’mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)  L-għan prinċipali tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) huwa li jiġi stabbilit u jinżamm livell għoli u uniformi ta’ sikurezza tal-avjazzjoni fl-Unjoni. Għal dak l-iskop, ġiet stabbilita sistema ta’ ċertifikati għal diversi attivitajiet tal-avjazzjoni, sabiex jinkisbu l-livelli ta’ sikurezza meħtieġa u sabiex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki meħtieġa u jiġu aċċettati b’mod reċiproku ċ-ċertifikati maħruġa.

(3)  Fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni, l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq iċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet jista’ jiġi rrimedjat minn ħafna partijiet ikkonċernati permezz ta’ diversi miżuri. Dawk il-miżuri jinkludu t-trasferiment lejn awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta’ wieħed mis-27 Stat Membru li jifdal, jew l-applikazzjoni, qabel id-data tal-ħruġ, għal ċertifikat maħruġ mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”), b’effett minn dik id-data biss u għaldaqstant bil-kundizzjoni li r-Renju Unit ikun sar pajjiż terz.

(4)  Madankollu, għad-differenza ta’ oqsma oħra tal-liġi tal-Unjoni, hemm xi ċirkostanzi speċifiċi fejn mhux possibbli li jinkiseb ċertifikat minn Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija, minhabba li, mid-data tal-ħruġ, r-Renju Unit ikompli jaqdi r-rwol ta’ “Stat tad-disinn” skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-ġurisdizzjoni tiegħu mid-data tal-ħruġ. Min-naħa tiegħu, ir-Renju Unit jista’ joħroġ ċertifikati biss f’dak ir-rwol ġdid tiegħu, ladarba jkun ħa dak l-irwol, jiġifieri ladarba l-liġi tal-Unjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni.

(5)  Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi stabbilit mekkaniżmu temporanju għall-estensjoni tal-validità ta’ ċerti ċertifikati tas-sikurezza tal-avjazzjoni, sabiex l-operaturi kkonċernati, u l-Aġenzija, jkollhom biżżejjed żmien biex ikunu jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati meħtieġa skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2018/1139, biex jitqies l-istatus tar-Renju Unit bħala pajjiż terz.

(6)  Jenħtieġ li t-tul ta’ żmien ta’ tali estensjoni tal-validità taċ-ċertifikati jkun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġi indirizzat il-ħruġ tar-Renju Unit mis-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-Unjoni.

(7)  Sabiex jingħata żmien addizzjonali, fejn ikun meħtieġ, biex iċ-ċertifikati jinħarġu għall-operaturi kkonċernati skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2018/1139, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-estensjoni ulterjuri tal-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikati msemmija fit-Taqsima I tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(5). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(8)  Barra minn hekk, għad-differenza tal-biċċa l-kbira tal-oqsma l-oħra tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-oġġetti, l-invalidità taċ-ċertifikati jkollha impatt mhux fuq it-tqegħid fis-suq iżda fuq l-użu effettiv tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir tal-avjazzjoni fl-Unjoni, pereżempju meta jiġu installati l-partijiet u t-tagħmir fuq inġenju tal-ajru tal-Unjoni li jopera fl-Unjoni. Jenħtieġ li ma jkunx hemm impatt fuq dan l-użu tal-prodotti tal-avjazzjoni fl-Unjoni mill-ħruġ tar-Renju Unit.

(9)  Fis-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-Unjoni, it-taħriġ tal-bdoti u tal-mekkaniċi huwa strettament irregolat u l-moduli tat-taħriġ huma armonizzati. Il-persuni li jieħdu sehem f’modulu tat-taħriġ fi Stat Membru wieħed mhux dejjem jistgħu jibdlu, matul dak it-taħriġ, għal Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li dik is-sitwazzjoni partikolari titqies fil-miżuri ta’ kontinġenza tal-Unjoni.

(10)  Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ b'urġenza u jenħtieġ li japplikaw, fil-prinċipju, mill-għada tal-jum meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, sakemm ma jidħolx fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data. Madankollu, sabiex ikunu jistgħu jsiru l-proċeduri amministrattivi meħtieġa minn kmieni kemm jista’ jkun, jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet japplikaw mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi, fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni Ewropea, għal ċerti ċertifikati tas-sikurezza tal-avjazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) jew ir-Regolament (UE) 2018/1139 għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fir-Renju Unit u għal ċerti sitwazzjonijiet rigward it-taħriġ fl-avjazzjoni.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għaċ-ċertifikati kollha elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament, li jkunu validi fil-jum ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jkunu nħarġu:

(a)  mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fir-Renju Unit, kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Anness; jew

(b)  mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness.

3.  Minbarra ċ-ċertifikati elenkati fil-paragrafu 2, dan ir-Regolament għandu japplika għall-moduli tat-taħriġ ▌ msemmija fl-Artikolu 5.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dak ir-Regolament u skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Artikolu 3

Ċertifikati msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2)

Iċ-ċertifikati msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ disa’ xhur mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Fejn ikun meħtieġ żmien addizzjonali għaċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2018/1139 li jridu jinħarġu għall-operaturi kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodu ta’ validità msemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu permezz ta’ atti delegati.

Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 4

Ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2)

Iċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2), li jikkonċernaw l-użu ta’ prodotti, ta’ partijiet u ta’ tagħmir għandhom jibqgħu validi ▌.

Artikolu 5

Riportar ta’ moduli tat-taħriġ ▌

B’deroga mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011(7) u (UE) Nru 1321/2014(8), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-Aġenzija, kif applikabbli, għandhom iqisu l-eżamijiet li saru f’organizzazzjonijiet tat-taħriġ li huma soġġetti għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit iżda li għadhom ma wasslux għall-ħruġ tal-liċenzja qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament, daqslikieku saru f’organizzazzjoni tat-taħriġ soġġetta għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.

Artikolu 6

Regoli u obbligi rigward iċ-ċertifikati rregolati skont l-Artikoli 3 jew 4

1.  Iċ-ċertifikati rregolati skont l-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament huma soġġetti għar-regoli li japplikaw għalihom f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti ta’ implimentazzjoni u mal-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu jew mar-Regolament (UE) Nru 216/2008. L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħat stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti ta’ implimentazzjoni u fl-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament u skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 fir-rigward tal-entitajiet li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom f’pajjiż terz.

2.  Fuq it-talba tal-Aġenzija, id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3 u l-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jipprovdu kopji tar-rapport tal-awditjar, tal-konklużjonijiet u tal-pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva kollha li jkunu rilevanti għaċ-ċertifikati li jkunu nħarġu matul it-tliet snin ta’ qabel it-talba. Fejn tali dokumenti ma jkunux ġew ipprovduti fil-limiti taż-żmien stabbiliti mill-Aġenzija fit-talba tagħha, l-Aġenzija tista’ tirtira l-benefiċċju miksub biss-saħħa tal-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, kif applikabbli.

3.  Id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3 u l-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien dwar kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, li tista’ tikkuntrasta mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) 2018/1139.

Artikolu 7

Awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għall-fini tas-sorveljanza tad-detenturi u tal-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti prevista għall-entitajiet ta’ pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta’ implimentazzjoni u l-atti delegati adottati skont dak ir-Regoalment jew skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Artikolu 8

Applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014(9) għandu japplika għall-persuni ġuridiċi u fiżiċi li jkollhom jew li joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament bl-istess kundizzjonijiet bħad-detenturi ta’ ċertifikati korrispondenti maħruġa għall-persuni ġuridiċi jew fiżiċi ta’ pajjiż terz.

Artikolu 9

Mezzi aċċettabbli ta’ konformità u materjal ta’ gwida

L-Aġenzija tista’ toħroġ mezzi aċċettabbli ta’ konformità u materjal ta’ gwida għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Għandu japplika mill-għada tal-jum li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 5 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jkun daħal fis-seħħ mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Lista ta’ ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1.

Taqsima 1: Ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“Aġenzija”) għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fir-Renju Unit u għall-inġenji tal-ajru msemmija f’dawn li ġejjin

1.1.  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012(10), l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti B (Ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti)

1.2.  Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti D (Tibdiliet fiċ-ċertifikati tat-tip u fiċ-ċertifikati tat-tip ristretti)

1.3.  Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti E (Ċertifikati tat-tip supplementari)

1.4.  Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti M (Tiswijiet)

1.5.  Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti O (Awtorizzazzjonijiet tal-Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew)

1.6.  Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti J (Approvazzjonijiet ta’ organizzazzjoni tad-disinn)

Taqsima 2: Ċertifikati għall-prodotti, partijiet u tagħmir maħruġa minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit msemmija f’dawn li ġejjin:

2.1.  Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, it-Taqsima A, is-Subparti G, il-punt 21.A.163(c) (ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat għall-prodotti, għall-partijiet u għat-tagħmir)

2.2.  Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti-145, il-punt 145.A.75(e) (ċertifikati tar-rilaxx għas-servizz fir-rigward tat-tlestija tal-manutenzjoni)

2.3.  Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti-145, il-punt 145.A.75(f) (ċertifikati ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru ELA 1)

2.4.  Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti M, it-Taqsima A, is-Subparti F, il-punt M.A.615(d) (ċertifikati tar-rilaxx għas-servizz mat-tlestija tal-manutenzjoni)

2.5.  Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti M, it-Taqsima A,is-Subparti F, il-punt M.A.615(e) (ċertifikati ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru ELA 1)

2.6.  Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti M, it-Taqsima A, is-Subparti G, il-punt M.A.711(a) jew (b)(1) (ċertifikati ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u estensjonijiet tagħhom).

2.7.  Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti-M, Taqsima A, is-Subparti H, il-punt M.A.801 (b)(2) u (3) u (c) (ċertifikati għar-rilaxx għas-servizz fir-rigward tat-tlestija tal-manutenzjoni).

(1) Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(2)Opinjoni tal-20 ta’ Frar 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.
(4)Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
(5) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(6)Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(7)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
(8)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
(9)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007 (ĠU L 95, 28.3.2014, p. 58).
(10) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat- 3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).


Ftehim ta' Kooperazzjoni UE/Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp ***
PDF 129kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (15093/2016 – C8-0107/2018 – 2015/0302(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0169A8-0026/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15093/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (05385/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207, 209, 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0107/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2019(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0026/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlament tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan.

(1) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.


Ftehim ta' Kooperazzjoni UE/Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp (riżoluzzjoni)
PDF 214kWORD 68k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (15093/2016 – C8-0107/2018 – 0215/0302M(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0170A8-0058/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15093/2016),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra(1), iffirmat fit-18 ta' Frar 2017 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini,

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill fis-6 ta' Frar 2018 skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 207, 209, 218(6)(a), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C8-0107/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill(2),

–  wara li kkunsidra l-applikazzjoni proviżorja tal-partijiet tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp (CAPD) taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE mill-1 ta' Diċembru 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar in-negozjati għal ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afganistan dwar sħubija u żvilupp(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu relatati mal-Afganistan, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar strateġija ġdida għall-Afganistan(4), tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-kontroll baġitarju tal-għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Afganistan(5), tat-12 ta' Marzu 2014 dwar ir-rwol reġjonali tal-Pakistan u r-relazzjonijiet politiċi tiegħu mal-UE(6), tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-piena tal-mewt(7), tas-26 ta' Novembru 2015 dwar l-Afganistan, b'mod partikolari l-qtil fil-provinċja ta' Zabul(8), tat-28 ta' April 2016 dwar attakki fuq sptarijiet u skejjel bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali(9), tal-5 ta' April 2017 dwar l-indirizzar tal-movimenti tar-rifuġjati u tal-migranti: ir-rwol tal-Azzjoni Esterna tal-UE(10), tat-13 ta' Settembru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Indja(11), tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan(12),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2018 u tas-16 ta' Ottubru 2017 dwar l-Afganistan,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta mill-VP/RGħ u l-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-24 ta' Lulju 2017 dwar Elementi għal strateġija tal-UE dwar l-Afganistan (JOIN(2017)0031),

–  wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Pluriennali 2014-2020 għall-Afganistan, fi ħdan l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tal-Unjoni,

–  wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali tal-UE għall-Pajjiż għall-Impenn mas-Soċjetà Ċivili fl-Afganistan  2018-2020,

—  wara li kkunsidra l-għeluq tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afganistan) fl-2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-10 ta' Settembru 2018 bit-titlu "is-sitwazzjoni fl-Afganistan u l-implikazzjonijiet tagħha għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali",

—  wara li kkunsidra t-Triq Konġunta 'l Quddiem dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni bejn l-Afganistan u l-UE, tat-2 ta' Ottubru 2016,

—  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 2210 (2015) u 2344 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-mandat tal-Missjoni ta' Assistenza tan-NU fl-Afganistan (UNAMA),

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-12 ta' April 2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni spustati internament dwar il-missjoni tiegħu fl-Afganistan,

–  wara li kkunsidra t-talba tal-Kap Prosekutur tal-QKI Fatou Bensouda tat-3 ta' Novembru 2017 biex tinbeda investigazzjoni dwar id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità li allegatament twettqu fl-Afganistan mill-1 ta' Mejju 2003,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Konferenza Ministerjali ta' Ġinevra dwar l-Afganistan tas-27-28 ta' Novembru 2018,

—  wara li kkunsidra r-riżultati tal-Konferenza Internazzjonali ta' Brussell dwar l-Afganistan tal-5 ta' Ottubru 2016, kopreseduta mill-Unjoni Ewropea, u l-impenji reċiproċi fil-konferenzi internazzjonali dwar l-Afganistan li saru f'Bonn fil-5 ta' Diċembru 2011, f'Tokyo fit-8 ta' Lulju 2012, u f'Londra fl-4 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-Konferenza ta' Tashkent dwar l-Afganistan tas-26-27 ta' Marzu 2018,

—  wara li kkunsidra l-proċess "Heart of Asia" imniedi f'Istanbul fit-2 ta' Novembru 2011,

—  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Kabul tat-22 ta' Diċembru 2002 dwar relazzjonijiet tajba ta' viċinat,

–  wara li kkunsidra l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF) (2003-2014) b'mandat tan-NU u mmexxija min-NATO u l-konklużjonijiet tas-summit tan-NATO li sar fi Brussell fl-24 u l-25 ta' Mejju 2017, fir-rigward tat-tkomplija tal-missjoni ta' taħriġ, konsulenza u l-missjoni ta' assistenza għal Appoġġ Determinat (mill-2014 sal-lum),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Rispons Umanitarju Afgan 2018-2021,

–  wara li kkunsidra l-Qafas għall-Awtonomija permezz ta' Responsabbiltà Reċiproka, maqbul fil-Konferenza ta' Brussell dwar l-Afganistan tal-4-5 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0058/2019),

A.  billi fl-10 ta' Novembru 2011, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja CAPD bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan(13); billi l-CAPD ġie applikat b'mod proviżorju u parzjali mill-1 ta' Diċembru 2017, qabel ma l-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu;

B.  billi fit-13 ta' Jannar 2016, il-VP/RGħ u l-Kummissjoni ppreżentaw lill-Kunsill il-Proposta Konġunta għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-CAPD, bħala ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afganistan ("UE-biss");

C.  billi filwaqt li qablu mas-sustanza tal-CAPD, l-Istati Membri esprimew preferenza għal ftehim "imħallat" b'applikazzjoni proviżorja, u għalhekk talbu lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jirrevedu l-proposti skont dan sabiex iqisu l-applikazzjoni mħallta u proviżorja;

D.  billi l-CAPD ġie ffirmat fit-18 ta' Frar 2017;

E.  billi l-CAPD se jifforma l-bażi tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afganistan għall-10 snin li ġejjin u jista' jiġi estiż awtomatikament għal perjodi ta' ħames snin;

F.  billi l-Parlament kien parzjalment informat, iżda mhux kompletament, matul in-negozjati; billi l-Parlament irċieva d-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biss fis-16 ta' Marzu 2018, minflok f'Novembru 2011 meta l-Parlament ġie infurmat dwar id-deċiżjoni biex jinfetħu n-negozjati;

G.  billi dan il-qafas legali jibni fuq l-Istrateġija attwali tal-UE dwar l-Afganistan kif ukoll fuq l-għajnuna finanzjarja esterna estensiva tal-UE;

H.  billi l-CAPD se jkun l-ewwel relazzjoni kuntrattwali bejn l-UE u l-Afganistan, li jikkonferma l-impenn tal-UE lejn l-iżvilupp futur tal-Afganistan matul l-"għaxar snin ta' trasformazzjoni" (2014-2024), filwaqt li jsaħħaħ ir-rabtiet storiċi, politiċi u ekonomiċi bejn iż-żewġ partijiet;

I.  billi l-CAPD jirrifletti l-prinċipji u l-kundizzjonijiet li fuqhom se tkun ibbażata s-sħubija futura bejn l-UE u l-Afganistan (Titoli I u II), inklużi l-klawsoli ta' elementi essenzjali dwar id-drittijiet tal-bniedem u n-nonproliferazzjoni tal-arma ta' qerda massiva (AQM); billi l-CAPD jipprovdi għall-possibbiltà ta' kooperazzjoni f'firxa wiesgħa ta' oqsma, inkluż l-iżvilupp (Titolu III), il-kummerċ u l-investiment (Titolu IV), il-ġustizzja u l-istat tad-dritt (Titolu V), inkluża l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra d-droga, il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni u ftehim ta' riammissjoni potenzjali fil-ġejjieni, u l-kooperazzjoni settorjali (Titolu VI);

J.  billi l-CAPD se jippermetti wkoll lill-UE u l-Afganistan biex flimkien jindirizzaw sfidi globali bħas-sigurtà nukleari, in-nonproliferazzjoni u t-tibdil fil-klima;

K.  billi l-Afganistan jinsab f'punt kruċjali, li jfisser li jekk ma jittieħdux aktar sforzi, f'dak il-każ hemm ir-riskju li l-isforzi, il-progress u s-sagrifiċċji kollha li saru s'issa għall-iżvilupp tal-Afganistan jintilfu;

L.  billi t-tfaċċar tat-theddida terroristika mill-grupp marbut mad-Daesh magħruf bħala l-Provinċja ta' Khorasan tal-Istat Iżlamiku (IS-KP) ikkontribwixxa b'mod sinifikanti għal aktar degradazzjoni tas-sitwazzjoni tas-sigurtà; billi f'Mejju 2018 il-Gvern Afgan kellu kontroll ta' 56 % tad-distretti tal-Afganistan u 56 % tat-territorju, li fih 65 % tal-popolazzjoni, bi 32 % tad-distretti kkontestati u 12 % taħt il-kontroll tar-ribelli(14) (15);

M.  billi sa mill-2002, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kollettivament kienu l-akbar donatur internazzjonali għall-Afganistan u l-poplu tiegħu, u pprovdew aktar minn EUR 3,66 biljun għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja; billi skont il-Programm Indikattiv Pluriennali 2014-2020 għall-Afganistan, fond ta' żvilupp ġdid ta' EUR 1,4 biljun huwa allokat għall-perjodu 2014-2020; billi l-PDG tal-Afganistan bħalissa huwa ta' USD 20 biljun u r-rata ta' tkabbir tiegħu naqset mill-2014; u billi l-ekonomija Afgana għadha qed tiffaċċja għadd ta' sfidi bħalma huma l-korruzzjoni, il-ġbir ta' dħul baxx, infrastruttura dgħajfa u ħolqien anemiku ta' impjiegi;

N.  billi mill-2001, ħafna Stati Membri tal-UE, sħab tan-NATO u pajjiżi alleati kkontribwixxew għall-istabbilizzazzjoni u l-iżvilupp tal-Afganistan b'riżorsi militari u ċivili, u sofrew bosta danni u telf kbir; billi Afganistan stabbli u indipendenti li jista' jipprovdi għalih innifsu u jiċħad rifuġju sikur lil gruppi terroristiċi għadu fl-interessi vitali tas-sigurtà tan-NATO, tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; billi l-Istati Membri tal-UE għad għandhom aktar minn 3 000 membru tal-persunal militari fl-Afganistan li jipparteċipaw fil-missjoni ta' Appoġġ Determinat tan-NATO;

O.  billi hemm 2,5 miljun rifuġjat irreġistrat, u bejn 2 u 3 miljun Afgan bla dokumenti fl-Iran u l-Pakistan; billi hemm aktar minn 2 miljun persuna spostati internament fl-Afganistan, li aktar minn 300 000 minnhom ġew spostati fl-2018; billi ħafna minn dawn l-individwi jsofru minn nuqqas ta' sigurtà tal-ikel, kenn mhux adegwat, aċċess insuffiċjenti għal faċilitajiet sanitarji u tas-saħħa u nuqqas ta' protezzjoni, u billi ħafna minnhom huma tfal ikklassifikati bħala partikolarment vulnerabbli għar-riskju ta' tħaddim tat-tfal, abbuż sesswali jew reklutaġġ potenzjali għal gruppi kriminali; billi aktar minn 450 000 persuna Afgana rritornaw lejn l-Afganistan jew ġew deportati mill-Iran mill-bidu tal-2018; billi l-Gvern tal-Pakistan ħabbar li il-1,7 miljun rifuġjat Afgan irreġistrati fil-pajjiż jeħtieġ li jiġu rritornati bil-forza lejn l-Afganistan;

P.  billi, skont in-NU, il-korruzzjoni fl-Afganistan timmina l-leġittimità tal-istat, u dan joħloq theddida serja għall-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli billi jipprevjeni "ekonomija reali milli tiżviluppa";

Q.  billi l-Afganistan huwa pajjiż li għandu dħul baxx, għadda minn kunflitt u m'għandux kosta, li jirrappreżenta sfidi speċjali għall-komunità internazzjonali u l-istituzzjonijiet tagħha;

R.  billi skont l-Indiċi tal-Adattament Globali, l-Afganistan huwa wieħed mill-aktar pajjiżi vulnerabbli fid-dinja għat-tibdil fil-klima;

S.  billi qed jinħolqu theddidiet u kriżijiet internazzjonali ġodda, li qed iwasslu biex il-pubbliku jitlef il-fokus, l-appoġġ, u t-tħassib dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan;

T.  billi madwar 87 % tan-nisa Afgani huma vittmi ta' vjolenza relatata mal-ġeneru; billi l-Afganistan jinsab fil-153 post minn 160 pajjiż fl-Indiċi tal-Inugwaljanza bejn is-Sessi tan-NU tal-2017;

U.  billi fl-2017, il-kultivazzjoni tal-oppju fl-Afganistan laħqet rekord għoli, b'żieda ta' 63 % meta mqabbel mal-2016; billi t-traffikar illeċitu ta' opjati jkompli joħloq instabbiltà u ribelljoni u jżid il-finanzjament għall-gruppi terroristiċi fl-Afganistan;

V.  billi għall-ewwel darba l-baġit Afgan tal-2018 huwa konformi mal-istandards internazzjonali għall-projezzjonijiet u l-kontabbiltà;

W.  billi l-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan intemmet fl-2016 wara disa' snin ta' progress;

Aspetti politiko-strateġiċi

1.  Jibqa' impenjat li jappoġġja lill-Gvern Afgan fl-isforzi tiegħu biex jibni futur sikur u stabbli għall-poplu tal-Afganistan billi jwettaq riformi ewlenin sabiex itejjeb il-governanza u l-istat tad-dritt, jiġġieled it-terroriżmu u l-estremiżmu, jikseb il-paċi u l-iżvilupp sostenibbli, jibni istituzzjonijiet leġittimi u demokratiċi, irawwem ir-reżiljenza fid-dawl tal-isfidi tas-sigurtà nazzjonali u reġjonali, jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa, it-tfal, il-minoranzi etniċi u reliġjużi, jiġġieled il-korruzzjoni, jiġġieled id-droga, itejjeb is-sostenibbiltà fiskali u jrawwem tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli u l-iżvilupp soċjali u rurali, jipprovdi liż-żgħażagħ, li jirrappreżentaw żewġ terzi tal-popolazzjoni, b'futur aħjar; jenfasizza li hija meħtieġa riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt fl-Afganistan u li l-isforzi kollha għandhom jiġu diretti lejn dak l-objettiv l-aktar urġenti;

2.  Jenfasizza li l-iżvilupp fit-tul tal-Afganistan se jiddependi fuq ir-responsabbiltà, il-governanza tajba, il-provvista sostenibbli tas-sigurtà tal-bniedem, inkluż it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol, l-aċċess għas-servizzi soċjali u tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa u l-minoranzi; jenfasizza l-ħtieġa li l-affarijiet jitmexxew b'mod li jiżgura tkabbir ekonomiku inklużiv u kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment barrani sostenibbli li jkun ta' benefiċċju għall-poplu tal-Afganistan, b'rispett sħiħ għall-istandards soċjali, ambjentali u tax-xogħol;

3.  Jinsab imħasseb dwar il-fraġilità u l-instabbiltà tal-gvern ċentrali u n-nuqqas ta' kontroll li jeżerċita fil-biċċa l-kbira tal-pajjiż, qagħda li tiggrava l-impatt tal-kunflitt fuq il-popolazzjoni ċivili; jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali jiffaċilitaw il-medjazzjoni f'każijiet bħal kwistjonijiet postelettorali mhux solvuti;

4.  Jistieden lill-UE tgħin fl-isforzi kontra t-tendenza fit-tul ta' tensjonijiet interetniċi li jikkontribwixxu għad-diżintegrazzjoni tal-poter ċentrali u għall-appoġġ tan-nisġa multietnika tas-soċjetà Afgana;

5.  Jenfasizza l-appoġġ fit-tul tiegħu għal elezzjonijiet kredibbli, ħielsa, ġusti u trasparenti, f'konformità mal-istandards internazzjonali, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-osservazzjoni elettorali tal-UE fil-pajjiż, inkluża l-osservazzjoni tal-elezzjoni presidenzjali tal-2019; jenfasizza li minħabba rivalitajiet politiċi kroniċi r-riżultat ta' dawn l-elezzjonijiet se jkollu impatt tremend fuq l-istabbiltà futura tal-Gvern Afgan;

6.  Jenfasizza l-potenzjal ekonomiku kbir tal-pajjiż minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu u r-riżorsi umani u naturali tiegħu;

7.  Jenfasizza l-appoġġ finanzjarju u politiku sostanzjali tal-UE għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Afganistan, l-għajnuna umanitarja u l-konnettività reġjonali; iħeġġeġ aktar sforzi lejn programmazzjoni konġunta bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha;

8.  Jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa għal aktar koordinazzjoni politika bejn l-UE u l-Istati Uniti u djalogu dwar l-Afganistan u kwistjonijiet reġjonali;

9.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni Konġunta adottata fil-Konferenza Ministerjali ta' Ġinevra, ospitata min-NU, dwar l-Afganistan tas-27-28 ta' Novembru 2018, bil-ħsieb tal-impenji li saru fil-Konferenza ta' Brussell tal-2016 dwar l-Afganistan;

Ir-rwol u r-responsabbiltà tal-atturi reġjonali

10.  Ifakkar li l-Afganistan huwa pajjiż mingħajr kosta li jinsab bejn l-Asja u l-Lvant Nofsani u jirrikonoxxi li appoġġ u kooperazzjoni pożittiva minn pajjiżi ġirien u setgħat reġjonali, b'mod partikolari ċ-Ċina, l-Iran, l-Indja, ir-Russja u l-Pakistan, huma essenzjali għall-istabilizzazzjoni, l-iżvilupp u l-vijabbiltà ekonomika tal-Afganistan; jiddispjaċih li Afganistan stabbli u li jirnexxi mhux dejjem l-għan aħħari ta' dawn l-atturi reġjonali u jenfasizza r-rwol kruċjali ta' dawn il-pajjiżi fil-proċess ta' stabbilizzazzjoni u paċi; jitlob lill-pajjiżi ġirien biex fil-futur iżommu lura milli jimblukkaw l-esportazzjonijiet Afgani, kif ġara fil-passat;

11.  Jenfasizza li l-mobbiltà u l-attività kontinwa ta' netwerks terroristiċi li joperaw fl-Afganistan, kif ukoll fil-Pakistan, jikkontribwixxu għall-instabbiltà tas-sitwazzjoni fir-reġjun kollu;

12.  Jenfasizza li l-Afganistan huwa ta' spiss soġġett għall-objettivi antagonistiċi ta' setgħat reġjonali; Iħeġġiġhom jappoġġjaw bis-sħiħ l-isforzi favur il-paċi fl-Afganistan; jappoġġja forums ta' kooperazzjoni reġjonali, madankollu jinsab imħasseb dwar l-involviment parallel bi prokura ta' xi wħud mill-ġirien tal-Afganistan fil-kunflitt, li jdgħajjef l-isforzi favur il-paċi; jistieden lil dawn il-ġirien biex joqogħdu lura milli jinvolvu indikaturi fir-rivalitajiet tagħhom fl-Afganistan u jħeġġeġ kemm lill-ġirien kif ukoll lis-setgħat reġjonali jikkooperaw bis-sħiħ sabiex tinkiseb paċi dejjiema u sostenibbli fl-Afganistan;

13.  Iħeġġeġ lill-UE żżid l-isforzi tagħha fid-djalogu u l-kooperazzjoni mas-sħab reġjonali biex jiġġieldu kontra t-traffikar tad-drogi, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' bnedmin;

14.  Jenfasizza l-importanza fundamentali tal-infrastruttura u l-iżvilupp reġjonali fl-Afganistan fit-titjib tal-kummerċ u l-konnettività bejn il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar, u bħala fattur ta' stabbilizzazzjoni fir-reġjun;

15.  Jistieden lill-UE tinkludi kunsiderazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni UE-Afganistan fl-istrateġiji tagħha għall-Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar;

Is-sigurtà u l-bini tal-paċi

16.  Jibqa' mħasseb ħafna dwar id-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Afganistan u l-gwadanji territorjali kontinwi tal-militanti tat-Taliban u l-gruppi terroristiċi varji, bħall-IS-KP, qagħda li tidher msaħħa ħafna bil-preżenza ta' ġellieda barranin; jikkundanna bil-qawwa l-attakki kommessi minnhom kontra ċ-ċivili, il-forzi tas-sigurtà, l-istituzzjonijiet u s-soċjetà ċivili Afgani; itenni l-impenn sħiħ tiegħu li jiġġieled kull forma ta' terroriżmu u jagħti ġieħ lill-forzi ta' koalizzjoni u Afgani kollha u liċ-ċivili li ħallsu l-ogħla prezz għal Afganistan demokratiku, inklużiv, għani, sigur u stabbli; jinnota li aktar minn nofs l-attakki kontra l-gvern fl-2018 ġew attribwiti lill-IS-KP, li għandhom l-għan li jfixklu u jxekklu l-proċess ta' rikonċiljazzjoni u paċi; jinnota bi tħassib li l-organizzazzjonijiet ġiħadisti attwali, IS-KP, Al Qaeda u d-diversi sussidjarji tagħhom, irnexxielhom jadattaw u jrabbu l-għeruq, sitwazzjoni li tirrappreżenta sfida kbira għas-sigurtà fl-Afganistan, fir-reġjun u fl-Ewropa;

17.  Jenfasizza l-appoġġ kontinwu tal-UE għall-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni mmexxi mill-Afgani u bi sjieda Afgana, inkluża l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' paċi miftiehem ma' Hezb-e-Islami; jinsab lest li jikkontribwixxi għal dan bl-istrumenti xierqa kollha tal-UE hekk kif ikun hemm proċess ta' paċi sinifikanti; jistieden lit-Talibani jiddenunzjaw il-vjolenza, jingħaqdu mal-proċess ta' paċi u jaċċettaw il-Kostituzzjoni Afgana; jenfasizza l-appoġġ tiegħu għall-offerta ta' paċi komprensiva lit-Taliban magħmula ripetutament mill-gvern; jistieden lis-soċjetà ċivili tkun involuta bis-sħiħ f'dawn it-taħditiet; jirrikonoxxi li jeħtieġ li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-preżenza tas-sigurtà internazzjonali u kkombinata fit-tul sabiex il-forzi tas-sigurtà Afgani jiġu assistiti biex jistabilizzaw il-pajjiż u jiġi evitat li jerġa' jsir rifuġju sikur għal gruppi terroristiċi u sors ta' instabbiltà reġjonali; jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jirrispettaw id-dritt umanitarju internazzjonali;

18.  Jilqa' l-ewwel perjodu ta' waqfien mill-ġlied mill-2001 'l hawn, Eid al-Fitr, li wera xewqa mifruxa għall-paċi fost l-Afgani; jistieden lit-Talibani jaderixxu mas-sejħiet tal-President Afgan għal perjodu ta' waqfien mill-ġlied ġdid;

19.  Jenfasizza li erba' deċennji ta' gwerra u kunflitt, li bdew bl-invażjoni Sovjetika tal-Afganistan fl-1979, wasslu għal ħafna mill-problemi mhux riżolti li l-Afganistan qed iħabbat wiċċu magħhom illum; f'dan ir-rigward jirrikonoxxi r-rwol taż-żgħażagħ u tad-dijaspora Afgana fil-proċess tal-bini ta' futur aktar sikur u aħjar għall-pajjiż; jistieden lill-UE tappoġġa l-ġustizzja tranżitorja għall-vittmi tal-vjolenza;

20.  Jinnota li wara l-għeluq tal-Missjoni ta' Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni EUPOL Afganistan f'Diċembru 2016, li pprovdiet taħriġ u pariri speċjalizzati lill-Pulizija Nazzjonali Afgana u lill-Ministeru tal-Intern, l-Unjoni kompliet il-kooperazzjoni tagħha mal-pulizija Afgana permezz tal-istrumenti esterni tal-UE, bħall-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP), li jiffinanzja wkoll azzjonijiet ta' rikonċiljazzjoni;

21.  Jinnota li l-missjoni tal-ISAF irnexxielha tibni l-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali Afgani mill-bidu nett f'forza kapaċi ta' 352 000 suldat u uffiċjal tal-pulizija b'infanterija, pulizija militari, intelligence, awtorizzazzjoni tar-rotot, appoġġ għall-ġlied, kapaċitajiet mediċi, tal-avjazzjoni u loġistiċi, u b'hekk tiġi miġġielda l-influwenza tar-ribelli fil-pajjiż;

22.  Jinnota li l-ISAF ħolqot ambjent sikur biex ittejjeb il-governanza u l-iżvilupp ekonomiku, li wassal għall-akbar persentaġġ ta' titjib ta' kwalunkwe pajjiż f'termini ta' indikaturi bażiċi tas-saħħa u l-iżvilupp; jinnota li s-suċċess tal-ISAF wassal ukoll għall-ħolqien ta' midja vibranti u li miljuni ta' Afgani issa jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw;

23.  Jinkoraġġixxi aktar il-missjoni ta' Appoġġ Determinat tan-NATO biex tkompli t-taħriġ u s-sorveljanza tal-armata Afgana; iħeġġeġ lill-Istati Membri joffru taħriġ dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet ċivili lill-gvernijiet nazzjonali u lokali tal-Afganistan;

24.  Iħeġġeġ lin-NATO u lill-UE jaħdmu flimkien biex jiġbru intelligence dwar gruppi ribelli li jheddu lill-Afganistan u flimkien jikkoordinaw rakkomandazzjonijiet ta' politika lill-forzi tas-sigurtà Afgani;

25.  Jiddispjaċih ħafna li l-gruppi ribelli Talibani u oħrajn jużaw il-preżenza tal-UE u tal-komunità internazzjonali fl-Afganistan, u l-iżviluppi li kisbu, għal skopijiet ta' propaganda, biex jippromwovu d-diskors li okkupanti barranin qed jimpedixxu lill-pajjiż u l-istil ta' ħajja Afgana; iħeġġeġ lill-UE u lill-Gvern Afgan jiġġieldu kontra din il-propaganda;

26.  Jenfasizza l-fatt li l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu hija kruċjali għall-ħolqien ta' ambjent li jwassal għas-sigurtà fl-Afganistan; iħeġġeġ lis-sħab rilevanti kollha jsaħħu l-isforzi tagħhom biex iżarmaw in-netwerks kollha ta' finanzjament tat-terroriżmu, inkluż it-tmiem tal-użu ħażin ta' netwerks ta' hawala u ta' donazzjonijiet internazzjonali għal dan il-għan, sabiex jiġġieldu r-radikalizzazzjoni, l-estremiżmu u l-għodod ta' reklutaġġ fuq liema l-organizzazzjonijiet terroristiċi Afgani għadhom iserħu;

27.  Iħeġġeġ lill-Gvern Afgan jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ideoloġiji estremisti jkunu fost l-ogħla prijoritajiet tiegħu;

28.  Jappoġġa l-Programm ta' Paċi u Riintegrazzjoni tal-Afganistan, li jintegra mill-ġdid membri tat-Taliban li jċedu u jirrinunzjaw il-vjolenza lura fis-soċjetà; ifaħħar lir-Renju Unit talli diġà kkontribwixxa aktar minn GBP 9 miljun;

29.  Jistieden lill-Gvern tal-Afganistan jimplimenta bis-sħiħ ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, u biex jiżgura l-parteċipazzjoni, il-protezzjoni u d-drittijiet tan-nisa tul iċ-ċiklu ta' kunflitt, mill-prevenzjoni ta' kunflitti sar-rikostruzzjoni wara l-kunflitt;

30.  Iħeġġeġ lill-Gvern Afgan jiżviluppa kontromiżuri kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN) effikaċi; iħeġġeġ lill-UE tipprovdi appoġġ operattiv, tekniku u finanzjarju għall-bini ta' kapaċità CBRN;

31.  Iħeġġeġ lill-Gvern Afgan isaħħaħ is-sistemi ta' kontroll domestiku tiegħu biex jiġġieled iċ-ċirkolazzjoni mifruxa ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) f'konformità mal-istandards internazzjonali eżistenti;

Il-bini tal-Istat

32.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Gvern tal-Afganistan u l-komunità internazzjonali jintensifikaw l-isforzi biex jeqirdu l-korruzzjoni fil-pajjiż, kif ukoll li jsaħħu l-istituzzjonijiet reattivi u inklużivi u jtejbu l-governanza lokali bħala passi kritiċi fil-bini ta' stat leġittimu u stabbli li hu kapaċi jipprevjeni l-kunflitt u r-ribelljoni; jistieden lill-Gvern Afgan isaħħaħ il-kapaċità nazzjonali biex jirkupra l-assi misruqa permezz ta' programmi bħal Inizjattiva ta' Rkupru tal-Assi Misruqa mmexxija mill-Grupp tal-Bank Dinji u l-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC);

33.  Jistieden lill-Gvern tal-Afganistan iżid l-inklużività politika, isaħħaħ ir-responsabbiltà u jiġġieled b'mod attiv il-korruzzjoni;

34.  Jenfasizza li d-distakk bejn il-gvernijiet nazzjonali u lokali tal-Afganistan jeħtieġ li jitnaqqas; jirrikonoxxi li din il-problema tista' potenzjalment tittaffa jekk il-Gvern Afgan jinforza l-istatut li jirrikjedi li l-gvernaturi reġjonali jkunu preżenti fit-territorji li jirrappreżentaw;

35.  Jistieden lill-UE tiżgura li l-fondi tal-UE jiġu investiti fi proġetti li jgħinu lill-popolazzjoni Afgana u li jingħata appoġġ adegwat lill-muniċipalitajiet fil-forniment tagħhom ta' servizzi essenzjali u fil-bini tal-governanza lokali, sabiex jiġu żgurati standards ta' għajxien bażiċi għall-popolazzjoni, biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali u l-muniċipalitajiet lokali sabiex jiġu identifikati l-prijoritajiet ta' investiment, jissaħħaħ l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u, b'mod partikolari, jiġi pprijoritizzat il-finanzjament għal proġetti li jappoġġaw atturi li jippromwovu r-responsabbiltà, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi u li jrawmu mekkaniżmi ta' djalogu u ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti li huma inkorporati lokalment;

36.  Jitlob li l-UE tkompli bil-pjan tagħha ta' tneħħija gradwali wara l-għeluq tal-missjoni EUPOL, li jinkludi l-iżgurar ta' tranżizzjoni sostenibbli tal-attivitajiet lejn is-sħab lokali u internazzjonali tal-EUPOL; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw il-Pulizija Nazzjonali Afgana f'forza professjonali għas-sikurezza u s-sigurtà, isaħħu l-istituzzjonijiet kollha tal-infurzar tal-liġi, b'enfasi partikolari fuq l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja, il-pulizija u fuq it-titjib tal-istat tal-ħabsijiet Afgani, filwaqt li jiġu rrispettari d-drittijiet tal-ħabsin;

37.  Jiddispjaċih li l-kampanji ta' ġlieda kontra d-droga fl-Afganistan mhux qed jirnexxu u li ma sarux biżżejjed sforzi mmirati lejn il-laboratorji tad-droga tat-Taliban u n-netwerks tal-kriminalità organizzata internazzjonali, li jinsabu fil-qalba tat-traffikar tad-drogi u jipprovdu finanzjament għat-Taliban u l-operazzjonijiet terroristiċi; jappoġġja u japprova l-istrateġija l-ġdida tal-Gvern tal-Afganistan għall-ġlieda kontra d-drogi, appoġġjata mill-UNODC; huwa mħasseb dwar iż-żieda fil-kultivazzjoni tal-oppju fl-Afganistan(16) u jistieden lill-Gvern tal-Afganistan jistabbilixxi politiki mmirati biex ireġġgħu lura din it-tendenza; jinnota li huwa kruċjali li jiġu ġġenerati alternattivi tanġibbli u sostenibbli għall-produzzjoni tal-pepprin u li dawn isiru disponibbli għall-produtturi;

38.  Jenfasizza li s-sorsi ewlenin tad-dħul tat-Taliban huma l-estrazzjoni illegali u l-produzzjoni tal-oppju; jinnota li bħalissa huwa stmat li t-Talibani jdaħħlu EUR 200-300 miljun fis-sena minn attivitajiet ta' estrazzjoni illegali;

39.  Jitlob żieda fil-kontrolli u bilanċi xierqa u żieda fit-trasparenza sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-amministrazzjoni pubblika, inkluża l-ġestjoni finanzjarja, kif ukoll il-prevenzjoni ta' kwalunkwe użu ħażin ta' għajnuna barranija jew ta' żvilupp, f'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna;

40.  Jilqa' l-fatt li l-UE ffirmat Kuntratt għall-Bini tal-Istat (SBC) mal-Afganistan fl-2016, b'allokazzjoni ta' EUR 200 miljun fuq perjodu ta' sentejn f'appoġġ baġitarju sabiex jissaħħu l-istituzzjonijiet tal-gvern u jiżdiedu r-riżorsi għall-prijoritajiet ta' żvilupp bħalma huma l-ġenerazzjoni tat-tkabbir ekonomiku, it-tnaqqis tal-faqar u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza li r-riżorsi jridu jintużaw b'mod;

41.  Jinnota li l-SBC huwa ispirat minn rieżami ġenerali pożittiv tal-progress li sar mill-Afganistan dwar oqsma ewlenin ta' riforma; jirrikonoxxi l-importanza tat-tfassil tal-għanijiet li l-SBC ippreżenta u l-kundizzjonijiet għall-finanzjament; ikompli jenfasizza l-importanza tas-sorveljanza u tal-monitoraġġ sistematiku biex jiġi evitat l-użu ħażin; jenfasizza l-importanza li l-Gvern Afgan jiffoka fuq l-iżvilupp u l-istabbiltà; jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat b'mod regolari dwar l-implimentazzjoni tal-SBC u jenfasizza li s-sejbiet tiegħu f'dan ir-rigward jenħtieġ li jintużaw biex tiġi ppreparata l-kontinwazzjoni tal-operazzjoni ta' appoġġ baġitarju għall-perjodu 2018-2021;

Soċjetà ċivili u drittijiet tal-bniedem

42.  Jilqa' l-fatt li l-CAPD UE-Afganistan jenfasizza d-djalogu dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa, it-tfal u l-minoranzi etniċi u reliġjużi sabiex jiġi żgurat l-aċċess għar-riżorsi u jiġi appoġġjat l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet fundamentali tagħhom, inkluż billi jiġu impjegati aktar nisa fl-istrutturi governattivi tal-Afganistan, kif ukoll fis-sistema ta' sigurtà u dik ġudizzjarja; jistieden lill-Afganistan jaħdem lejn l-eradikazzjoni ta' kull forma ta' vjolenza u diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet; jenfasizza l-ħtieġa li jsir aktar sforz fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-CAPD iddikjarati fit-Titoli I u II;

43.  Jinsisti li l-UE żżomm pożizzjoni soda dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u jenfasizza li l-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa u l-minoranzi, u l-istat tad-dritt huma elementi essenzjali tal-Ftehim; jinsisti li l-UE tieħu miżuri speċifiċi jekk il-Gvern tal-Afganistan jikser elementi essenzjali tal-Ftehim;

44.  Ifakkar li l-UE hija partikolarment iffukata fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tan-nisa, it-tfal, il-persuni b'diżabbiltà l-persuni li jgħixu fil-faqar, u li dawn il-gruppi għandhom bżonn speċjali ta' assistenza, inkluż fl-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni;

45.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pożizzjoni prominenti ħafna mogħtija lill-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki relatati fil-Ftehim, u l-fokus qawwi tiegħu fuq l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-UE tkompli tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, permezz tal-isforzi tagħha għall-iżvilupp, filwaqt li żżomm f'moħħha li t-tibdil fl-attitudnijiet tas-soċjetà lejn ir-rwol soċjoekonomiku tan-nisa jappella għal miżuri korrispondenti fis-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni u r-riforma tal-qafas regolatorju;

46.  Jenfasizza l-ħtieġa għall-protezzjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi li huma mhedda jew li qed jiġu attakkati; jinnota li l-grupp etniku Shiite Hazara huwa mmirat aktar ta' spiss minn gruppi oħra u għalhekk jistħoqqlu attenzjoni partikolari;

47.  Jitlob it-tisħiħ u l-appoġġ ta' istituzzjonijiet nazzjonali u sottonazzjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-dinja akkademika; iħeġġeġ lill-kontropartijiet internazzjonali jinkoraġġixxu kooperazzjoni aktar mill-qrib u involviment ma' dawn is-sħab Afgani;

48.  Jappoġġja l-isforzi tal-QKI biex tiżgura r-responsabbiltà għad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità li allegatament twettqu minn Mejju 2003;

49.  Jinsab imħasseb dwar l-għadd dejjem jikber ta' attakki aktar vjolenti u deliberati fuq faċilitajiet tas-saħħa u ħaddiema tas-saħħa u l-immirar tal-infrastruttura ċivili; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, biex jipprevjenu attakki kontra persuni ċivili u l-infrastruttura ċivili;

50.  Jistieden lill-Gvern Afgan jintroduċi moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt, bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha;

L-Iżvilupp u l-kummerċ

51.  Jirrikonoxxi li l-għan aħħari tal-għajnuna tal-UE lill-Afganistan huwa li jgħin lill-gvern u lill-ekonomija tal-pajjiż jeqirdu l-faqar u jiżviluppaw fi stat ta' indipendenza u tkabbir bi żvilupp intern u kooperazzjoni reġjonali permezz ta' kummerċ estern u investiment pubbliku sostenibbli, sabiex titnaqqas id-dipendenza żejda fuq l-għajnuna barranija, billi ssir kontribuzzjoni għall-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali tal-Afganistan;

52.  Jinnota li l-Afganistan huwa wieħed mill-akbar benefiċjarji tal-għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja u li l-istituzzjonijiet tal-UE impenjaw EUR 3,6 biljun f'għajnuna lill-pajjiż bejn l-2002 u l-2016; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proporzjon ta' Afgani li jgħixu fil-faqar żdied minn 38 % (2012) għal 55 % (2017) u jenfasizza l-fatt li l-pajjiż irreġistra tkabbir bil-mod mill-2014 bl-użu tal-forzi tas-sigurtà internazzjonali, it-tnaqqis riżultanti f'għotjiet internazzjonali u sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tmur għall-agħar;

53.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata r-rata għolja ta' qgħad u l-ġlieda kontra l-faqar sabiex issir ħidma favur il-kisba tal-paċi u l-istabbiltà fil-pajjiż;

54.  Jenfasizza li aktar opportunitajiet ta' xogħol minbarra l-biedja u impjiegi mal-gvern huma meħtieġa sabiex jiġi evitat li l-irġiel żgħażagħ jiġu reklutati mit-Taliban u netwerks oħra ta' ribelli;

55.  Jilqa' l-Qafas Nazzjonali għall-Paċi u l-Iżvilupp fl-Afganistan (ANPDF) tal-2016 u l-Qafas ta' Awtodipendenza permezz tal-Qafas ta' Responsabbiltà Reċiproka (SMAF) adottat mill-Gvern Afgan; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu jappoġġjaw, permezz tal-CAPD, prijoritajiet ta' żvilupp li jappartjenu lill-Afgani f'konformità mal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp;

56.  Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jevalwaw il-miżuri kollha tal-UE fl-Afganistan fuq bażi regolari billi jużaw indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi espliċiti, speċjalment fir-rigward tal-għajnuna għall-iżvilupp, il-governanza tajba inkluż is-settur tal-ġustizzja, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u s-sigurtà; f'dan il-kuntest jistieden ukoll li ssir evalwazzjoni tal-impatt relattiv tal-miżuri tal-UE fuq is-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż u tal-livell ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-atturi tal-UE u missjonijiet u miżuri internazzjonali oħra, biex is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet jiġu ppubblikati u rrappurtati lill-Parlament;

57.  Jiddispjaċih li minkejja l-għotjiet sinifikanti ta' għajnuna esterna, l-impatt kien limitat; jistieden lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tfassal rapport speċjali dwar l-effikaċja tal-assistenza tal-UE lill-Afganistan matul l-aħħar għaxar snin;

58.  Jinkoraġġixxi lill-UE u lil aġenziji internazzjonali oħrajn involuti fl-iżvilupp tal-Afganistan jaħdmu mal-midja Afgana biex jiżguraw il-komunikazzjoni strateġika tal-isforzi għall-iżvilupp, is-sorsi, l-għanijiet u l-impatti tagħhom, lill-poplu Afgan;

59.  Ifakkar li attwalment hemm nuqqas ta' esperti ċivili fl-Afganistan; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jimpjegaw u jħarrġu b'mod xieraq esperti ċivili f'oqsma ewlenin kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku u għall-ġlieda kontra d-droga biex tingħata assistenza u taħriġ lill-uffiċjali u lin-nies lokali Afgani;

60.  Jissottolinja l-ħtieġa li s-sistema ta' edukazzjoni tal-Afganistan tiġi appoġġata biex jiżdied in-numru ta' tfal li jsegwu l-klassijiet tal-iskola fil-livelli kollha;

61.  Jilqa' l-fatt li r-reġistrazzjoni fl-iskejjel żdiedet b'għaxar darbiet mill-2001, u l-bniet jammontaw għal 39 % tal-istudenti;

62.  Iħeġġeġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-ġenerazzjoni żagħżugħa u jappella għall-użu sħiħ ta' programmi bħal Erasmus+ u Orizzont 2020 biex jiġu stabbiliti rabtiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, id-dinja akkademika, is-setturi tar-riċerka u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs);

63.  Jappoġġja l-azzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-Fond Fiduċjarju ta' Rikostruzzjoni tal-Afganistan, li huwa koġestit mill-Bank Dinji u l-Ministeru tal-Finanzi tal-Afganistan u jaħdem biex jipprovdi servizzi kritiċi bażiċi b'enfasi speċifika fuq is-saħħa u l-edukazzjoni;

64.  Jilqa' l-adeżjoni tal-Afganistan mad-WTO fl-2016 u jirrikonoxxi l-valur miżjud li se jġibu magħhom il-kummerċ u l-investiment barrani dirett għall-futur tal-Afganistan; jirrikonoxxi r-rwol pożittiv li jista' jkollha s-sħubija fid-WTO fuq l-integrazzjoni tal-Afganistan fl-ekonomija dinjija;

65.  Jinnota li wara l-adeżjoni tal-pajjiż mad-WTO fl-2016, li żiedet ir-rabtiet tal-Afganistan mal-ekonomija globali, l-UE tat lill-Afganistan aċċess ħieles u mingħajr kwoti għas-suq tal-UE, iżda jirrikonoxxi li huma meħtieġa aktar miżuri konkreti sabiex is-settur privat ikun jista' japprofitta minn dan ir-reġim u bħala tali jżid l-iżvilupp intern tiegħu;

66.  Jenfasizza li l-awtoritajiet Afgani jenħtieġ li jiżviluppaw mudell ekonomiku sostenibbli bil-prinċipju tat-tqassim mill-ġdid fil-qalba tiegħu; jistieden lill-UE tappoġġa lill-Afganistan fit-tranżizzjoni tiegħu għall-iżvilupp u l-enerġija ambjentali, peress li d-dispożizzjonijiet għall-enerġija nadifa u sostenibbli huma essenzjali biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

67.  Jissottolinja li aktar sforzi huma meħtieġa sabiex tiżdied il-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-gvern biex jifformulaw u jimplimentaw strateġiji u politiki kummerċjali, itejbu l-moviment transfruntier tal-merkanzija u jtejbu l-kwalità tal-prodotti biex jilħqu l-istandards internazzjonali;

68.  Jappella għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn in-negozji bejn il-kumpaniji bbażati fl-UE u s-settur privat Afgan; jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta' kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp tal-SMEs;

69.  Jappoġġja u jilqa' kwalunkwe programm ta' żvilupp imniedi mill-UE, Stat Membru individwali jew kwalunkwe membru tal-komunità internazzjonali, li għandu l-għan li jassisti sidien ta' negozji żgħar u intraprendituri fit-tmexxija ta' spejjeż legali, regolamenti, u ostakoli oħra għall-produzzjoni li altrimenti jaġixxu biex jiskoraġġixxu lin-negozji milli jidħlu fis-suq u/jew li jikbru fi ħdan is-suq;

70.  Jirrikonoxxi li r-riżervi minerali fl-Afganistan jipprovdu opportunità ekonomika biex il-pajjiż jiġġenera dħul u impjiegi; jinnota li ċ-Ċina wriet interess f'dawn ir-riżervi minerali, b'enfasi partikolari fuq elementi terrestri rari;

Migrazzjoni

71.  Jirrikonoxxi li l-migrazzjoni hija sfida kontinwa għall-Afganistan li tippreżenta kwistjonijiet għall-pajjiżi ġirien u għall-Istati Membri tal-UE; jinsab imħasseb dwar l-għadd bla preċedent ta' migranti li qed jirritornaw primarjament mill-Pakistan u l-Iran, u f'livell iktar baxx mill-Ewropa; jirrikonoxxi li kwistjonijiet relatati ma' persuni spostati internament u rifuġjati huma r-riżultat tat-theddida ta' vjolenza minn gruppi ribelli fl-Afganistan, kif ukoll fatturi ekonomiċi u ambjentali; jenfasizza li l-isforzi tal-UE u tal-komunità internazzjonali jenħtieġ li jkunu ffukati fuq il-prevenzjoni tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni tal-massa; jilqa' l-istrateġija nazzjonali Afgana għall-immaniġġjar tar-ritorn; jinsab imħasseb, madankollu, dwar in-nuqqas ta' politiki ta' integrazzjoni permanenti tal-awtoritajiet Afgani li jimmaniġġjaw il-persuni rimpatrijati attwali; jinsab konvint li l-integrazzjoni mill-ġdid xierqa tal-persuni rimpatrijati, speċjalment tat-tfal, li għandhom jiġu ggarantiti aċċess għall-edukazzjoni primarja u sekondarja, hija kruċjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà fil-pajjiż u li l-persuni li rritornaw ma kinux soġġetti għal vjolenza jew koerċizzjoni waqt proċeduri ta' ritorn;

72.  Jenfasizza l-fatt li skont l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA), 5,5 miljun ruħ huma fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja fl-Afganistan, inklużi persuni spustati internament wara kunflitt jew nixfa, u jenfasizza li n-nixfa wasslet għall-ispostament sfurzat ta' aktar minn 250 000 persuna fit-Tramuntana u l-Punent tal-pajjiż; jinnota li l-Pjan ta' Rispons Umanitarju huwa ffinanzjat 33,5 % biss u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, għalhekk, iżidu l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw l-isfidi umanitarji ewlenin u l-ħtiġijiet umani u jagħtu attenzjoni partikolari lil persuni vulnerabbli, inklużi dawk li jinsabu f'żoni li huma diffiċli li jintlaħqu;

73.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li minkejja l-Artikolu 28(4) tal-CAPD, li jiddikjara li l-Partijiet għandhom jikkonkludu ftehim ta' riammissjoni, ma ntlaħaq l-ebda ftehim formali, iżda wieħed informali – it-Triq Konġunta 'l Quddiem; iqis li huwa importanti li kwalunkwe ftehim dwar ir-riammissjoni jenħtieġ li jiġi fformalizzat sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà demokratika; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' sorveljanza parlamentari u kontroll demokratiku dwar il-konklużjoni tat-Triq Konġunta 'l Quddiem u jenfasizza l-importanza li jitwettaq djalogu kontinwu mal-atturi rilevanti sabiex tinstab soluzzjoni sostenibbli dwar id-dimensjoni reġjonali tal-kwistjoni tar-rifuġjati Afgani;

74.  Jiddispjaċih dwar il-mewġa migratorja mill-Afganistan lejn il-Punent, speċjalment fost dawk b'edukazzjoni u ż-żgħażagħ, minħabba n-nuqqas ta' prospetti fil-pajjiż; jissottolinja l-assistenza tal-UE biex jitjiebu l-ħajjiet tal-emigranti Afgani li jinsabu fil-Pakistan u l-Iran; jitlob lil dawk il-pajjiżi ma jkeċċux lil dawk il-persuni, peress li dan jista' jkollu effett negattiv ħafna fuq l-istabbiltà u l-ekonomija tal-Afganistan; iħeġġeġ li r-ritorn tar-rifuġjati lejn djarhom jiġi organizzat b'mod sikur, ordnat u volontarju;

75.  Ifaħħar lill-Kummissjoni talli stabbiliet proġett kbir fl-2016 biex jiġu integrati aħjar il-migranti li jirritornaw lejn l-Afganistan, il-Bangladexx, u l-Pakistan b'EUR 72 miljun allokati speċifikament għall-Afganistan bejn l-2016 u l-2020;

76.  Jenfasizza li l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp tal-Afganistan jenħtieġ li titqiesx esklużivament mill-perspettiva tal-migrazzjoni u l-objettivi tal-ġestjoni tal-fruntieri, u jqis li l-għajnuna għall-iżvilupp jenħtieġ li tindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni b'mod effikaċi;

Kooperazzjoni settorjali

77.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta strateġiji komprensivi għal kull settur bil-għan li jiġi żgurat żvilupp mifrux fl-oqsma kollha ta' kooperazzjoni mal-Afganistan;

78.  Jitlob li jsiru sforzi biex l-esperjenza tal-UE fil-bini tal-kapaċità u fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u s-servizz ċivili tintuża b'mod tajjeb; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tittejjeb il-governanza fil-qasam tat-tassazzjoni; jitlob appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'rispett sħiħ tal-isfond etniku, reliġjuż, soċjali jew politiku differenti tagħhom;

79.  Jenfasizza l-fatt li l-agrikoltura tipprovdi 50 % tal-introjtu tal-popolazzjoni tal-Afganistan u kwart tal-PDG tiegħu; jinnota li l-UE hija impenjata li tonfoq EUR 1,4 biljun bejn l-2014 u l-2020 fuq proġetti ta' żvilupp f'żoni rurali; jinnota wkoll li dawn il-proġetti huma kruċjali biex jiġi żgurat li l-bdiewa ma jiċċaqalqux lejn l-ekonomija sewda;

80.  Jinnota li 80 % tal-popolazzjoni Afgana hija involuta f'agrikoltura ta' sussistenza f'ambjent ostili għall-agrikoltura, b'metodi ta' tisqija ħażina; jappoġġja t-tisħiħ tal-isforzi biex tkun żgurata s-sigurtà tal-ikel;

81.  Jinnota bi tħassib in-nixfa attwali fl-Afganistan, li hija l-agħar li seħħet f'għexieren ta' snin u tikkostitwixxi theddida għan-nies, il-bhejjem u l-agrikoltura; jinsab imħasseb ukoll dwar id-diżastri naturali frekwenti bħall-għargħar għall-għarrieda, it-terremoti, l-uqigħ tal-art u x-xtiewi ħorox;

82.  Jinnota bi tħassib li l-ħsara lill-prodotti agrikoli bħall-qamħ tista' twassal għall-ispostament, il-faqar, il-ġuħ, u f'xi każijiet il-movimenti lejn is-suq iswed, u li tliet miljun persuna jinsabu f'riskju għoli ħafna ta' nuqqas ta' sigurtà tal-ikel u ta' telf ta' għajxien;

83.  Jirrikonoxxi t-trasferiment ta' iżjed mill-katina tal-valur tal-ipproċessar tal-ikel lura fl-Afganistan jista' jżid l-introjtu għall-familji, iżid is-sigurtà tal-ikel, inaqqas l-ispejjeż tal-ikel u jipprovdi aktar opportunitajiet ta' impjieg;

84.  Jinkoraġġixxi lill-UE tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kura tas-saħħa fl-Afganistan u jenfasizza l-importanza tat-tilqim għall-persuni kollha, iżda speċjalment dawk li huma partikolarment vulnerabbli għall-mard, bħat-tfal;

85.  Jilqa' l-fatt li l-aċċess primarju għall-kura tas-saħħa żdied minn 9 % għal aktar minn 57 %, li l-istennija tal-għomor żdiedet minn 44 għal 60 u li dan it-titjib sar possibbli permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-UE, l-Istati Membri individwali u l-komunità internazzjonali; jirrikonoxxi, fid-dawl ta' dawn il-kisbiet, li għad fadal ħafna xi jsir biex tkompli tiżdied l-istennija tal-għomor u titnaqqas ir-rata ta' mortalità tan-nisa li jkunu qed iwelldu, kif ukoll ta' tfal li jkunu għadhom kif jitwieldu;

86.  Jikkundanna bil-qawwa l-prattiki korrotti fis-sistema tal-kura tas-saħħa Afgana, bħall-importazzjoni ta' farmaċewtiċi illegali, u jħeġġeġ lill-UE tkompli tapplika pressjoni fuq il-Gvern Afgan biex jagħmel aktar biex jipprevjeni tali prattiki korrotti;

87.  Itenni l-ħtieġa ta' professjonisti mħarrġa fil-qasam mediku fl-Afganistan u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jġibu lil professjonisti mediċi biex iħarrġu tobba u persunal mediku lokali;

88.  Jinnota li t-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali jikkawża ħsara lill-partijiet kollha, b'mod partikolari lis-soċjetà Afgana; jitlob l-implimentazzjoni rapida ta' ftehimiet eżistenti, inkluż dwar l-iskambju ta' informazzjoni, sabiex jiżżarmaw in-netwerkss kriminali transnazzjonali li jibbenefikaw mill-instabbiltà u l-istituzzjonijiet dgħajfa;

L-Implimentazzjoni tal-CAPD

89.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-CAPD bħala l-ewwel relazzjoni kuntrattwali bejn l-UE u l-Afganistan;

90.  Jinnota li l-CAPD jipprovdi l-bażi għall-iżvilupp ta' relazzjonijiet f'diversi oqsma bħall-istat tad-dritt, is-saħħa, l-iżvilupp rurali, l-edukazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u d-drogi, il-migrazzjoni, is-sigurtà nukleari, in-nonproliferazzjoni tal-AQM u t-tibdil fil-klima;

91.  Jilqa' l-istabbiliment tal-korpi ta' kooperazzjoni konġunti fil-livell eżekuttiv, b'enfasi fuq l-organizzazzjoni ta' djalogi regolari dwar kwistjonijiet politiċi inklużi d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa u t-tfal, li huma elementi essenzjali ta' dan il-ftehim, u l-indirizzar ta' sfidi u l-ħolqien ta' opportunitajiet għal sħubija iktar b'saħħitha;

92.  Jesprimi tħassib li l-CAPD m'għandux dispożizzjonijiet dwar skrutinju parlamentari konġunt tal-implimentazzjoni tiegħu; jippromwovi r-rwol tal-Parlament Ewropew, il-parlamenti tal-Istati Membri u l-Parlament Afgan fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-CAPD;

93.  Jieħu nota tas-sostituzzjoni tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Afganistan minn Mibgħut Speċjali f'Settembru 2017, li ddaħħal fl-istruttura tas-SEAE;

94.  Jiddispjaċih li l-Kunsill ipproċeda b'deċiżjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja f'oqsma li huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-Parlament, b'mod partikolari l-kapitolu dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' kummerċ u investiment, li jaqgħu taħt il-kompetenzi esklużivi tal-UE, minflok ma talab ratifika kmieni fil-proċess, qabel ma jsir dan il-pass; iqis li din id-deċiżjoni tmur kontra l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali minqux fl-Artikolu 4(3) tat-TUE u jippreġudika d-drittijiet u r-responsabbiltajiet legali;

o
o   o

95.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Afganistan, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan.

(1) ĠU L 67, 14.3.2017, p. 3.
(2) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0169.
(3) ĠU C 65, 19.2.2016, p. 133.
(4) ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 108.
(5) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 55.
(6) ĠU C 378, 9.11.2017, p. 73.
(7) ĠU C 349, 17.10.2017, p. 41.
(8) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 129.
(9) ĠU C 66, 21.2.2018, p. 17.
(10) ĠU C 298, 23.8.2018, p. 39.
(11) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 48.
(12) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 85.
(13) Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2011 (16146/11 u 16147/11).
(14) Rapport ta' Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini mill-EASO, Is-sitwazzjoni tas-Sigurtà fl-Afganistan - Aġġornament, Mejju 2018, https://coi.easo.europa.eu/administration/easo/PLib/Afghanistan-security_situation_2018.pdf
(15) Spettur Ġenerali Speċjali tal-Istati Uniti għar-Rikostruzzjoni tal-Afganistan (SIGAR), Rapport ta' kull tliet xhur lill-Kungress tal-Istati Uniti, it-30 ta' Ottubru 2018, https://www.sigar.mil/pdf/quarterlyreports/2018-10-30qr.pdf
(16) https://www.unodc.org/unodc/en/frontpage/2018/May/last-years-record-opium-production-in-afghanistan-threatens-sustainable-development--latest-survey-reveals.html


Il-parteċipazzjoni tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein fl-eu-LISA ***
PDF 130kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (15832/2018 – C8-0035/2019 – 2018/0316(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0171A8-0081/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15832/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein (12367/2018),

–  wara li kkunsidra r-rikjesta għall-kunsens ippreżentata mill-Kunsill skont it-termini tal-Artikoli 74, 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 82(1)(d), 85(1), 87(2)(a) u 88(2)  u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0035/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0081/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-arranġament;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Iżlanda, tal-Konfederazzjoni Żvizzera u tal-Prinċipat ta' Liechtenstein.


Il-kompetenzi u l-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE
PDF 168kWORD 57k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-kompetenzi u l-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (2018/2116(INI))
P8_TA-PROV(2019)0172A8-0171/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 21, 33 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar ir-responsabbiltà politika(2),

–  wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni,

–  wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u tad-difiża,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar il-ħatra, il-mandat u l-finanzjament tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE tad-9 ta' Lulju 2007 u n-Nota tal-Kunsill (7510/14) tal-11 ta' Marzu 2014;

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna(3),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ppreżentata mill-VP/RGħ fit-28 ta' Ġunju 2016, u r-rapporti ta' implimentazzjoni sussegwenti,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), adottati mill-Kunsill fl-2013,

–  wara li kkunsidra l-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975 tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-prinċipji kollha tiegħu, bħala dokument fundamentali għall-ordni ta' sigurtà reġjonali Ewropea u lil hinn minnha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-Rapporti Annwali mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-Rapporti Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità, inkluż il-ġenoċidju(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar it-talba tal-Ukrajna għall-ħatra ta' Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għall-Krimea u r-reġjun ta' Donbas,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110 u l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0171/2019),

A.  billi l-UE għandha l-ambizzjoni li tkun attur globali aktar b'saħħtu, mhux biss ekonomikament iżda wkoll politikament, billi tfittex li bl-azzjonijiet u l-politiki tagħha tikkontribwixxi għaż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali u għall-ordni globali msejjes fuq ir-regoli;

B.  billi r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE) jinħatru mill-Kunsill fuq proposta mill-VP/RGħ, bil-mandat li jmexxu 'l quddiem għanijiet partikolari ta' natura politika jew ta' sigurtà tematika jew ġeografikament speċifika; billi wrew li huma strument siewi u flessibbli għad-diplomazija tal-UE, billi jistgħu jippersonalizzaw u jirrappreżentaw lill-UE f'postijiet u sitwazzjonijiet kruċjali, bl-appoġġ tal-Istati Membri kollha; billi l-flessibbiltà tal-mandati tar-RSUE tfisser li huma strumenti operazzjonali li jistgħu jintużaw malajr meta jinqala' tħassib f'ċerti pajjiżi jew dwar ċerti temi;

C.  billi, minħabba l-preżenza frekwenti tagħhom fil-post, ir-RSUE għandhom pożizzjoni privileġġjata biex jistabbilixxu djalogu mas-soċjetà ċivili u mal-atturi lokali kif ukoll biex iwettqu riċerka fuq il-post; billi din l-esperjenza diretta tippermettilhom jikkontribwixxu b'mod kostruttiv għall-formulazzjoni tal-politiki u tal-istrateġiji;

D.  billi attwalment hemm ħames RSUE reġjonali (għall-Qarn tal-Afrika, għas-Saħel, għall-Asja Ċentrali, għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, u għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia), żewġ RSUE speċifiċi għall-pajjiż (il-Kosovo u l-Bożnija-Ħerzegovina), u RSUE tematiku wieħed, responsabbli għad-drittijiet tal-bniedem;

E.  billi attwalment żewġ RSUE biss huma nisa;

F.  billi fil-każ ta' RSUE maħtura b'mandati għal pajjiżi speċifiċi, iż-"żewġ rwoli" li jġorr r-RSUE fl-istess ħin bħala Kap tad-Delegazzjoni tal-UE għall-pajjiż ikkonċernat, ikkontribwew għall-koerenza u l-effiċjenza tal-preżenza esterna tal-UE; billi l-użu ta' aktar RSUE speċifiċi għall-pajjiż jeħtieġ li jkun konsistenti mal-istrateġiji tal-azzjoni esterna tal-UE, minħabba t-tisħiħ tad-Delegazzjonijiet tal-UE permezz tat-Trattat ta' Lisbona, li permezz tiegħu akkwistaw responsabbiltà għall-koordinazzjoni tal-azzjoni kollha tal-UE fil-post, inklużi l-politiki PESK;

G.  billi hemm żoni u kunflitti oħra ta' prijorità għolja, inkluż fil-viċinat immedjat tal-UE, li jirrikjedu fokus speċjali, aktar involviment u viżibbiltà tal-UE, bħall-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna u l-okkupazzjoni illegali tal-Krimea;

H.  billi r-RSUE taw prova tal-utilità tagħhom, b'mod partikolari fit-twettiq ta' djalogi politiċi ta' livell għoli u fil-kapaċità tagħhom li jilħqu sħab ta' livell għoli f'ambjenti politiċi sensittivi ħafna;

I.  billi r-RSUE huma ffinanzjati mill-baġit tal-PESK, kif kodeċiż mill-Parlament, u huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit fil-konfront tal-Kummissjoni;

J.  billi l-VP/RGħ impenjat ruħha li twieġeb b'mod pożittiv għal talbiet mill-Parlament Ewropew biex jisma' lil RSUE li jkunu għadhom kif inħatru qabel jieħdu l-karigi tagħhom u biex tiffaċilita l-għoti regolari ta' informazzjoni mir-RSUE lill-Parlament;

K.  billi r-RSUE jintgħażlu minn fost individwi li preċedentement kellhom karigi diplomatiċi jew politiċi għolja f'pajjiżhom jew f'organizzazzjonijiet internazzjonali; billi huma jgawdu minn grad sostanzjali ta' flessibbiltà u diskrezzjoni fit-twettiq tal-mandat tagħhom, li jista' jwassal biex jintlaħqu miri stabbiliti, jiġu implimentati strateġiji u jingħata valur miżjud lill-UE;

L.  billi r-rwol ewlieni tar-RSUE huwa li jikkontribwixxi għall-unità, għall-konsistenza, għall-koerenza u għall-effikaċja tal-azzjoni esterna u tar-rappreżentanza tal-UE; billi huma juru l-interess tal-UE f'pajjiż, reġjun jew qasam tematiku partikolari u jsaħħu l-viżibbiltà tiegħu, u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' strateġija jew politika tal-UE partikolari lejn il-pajjiż, ir-reġjun jew il-kwistjoni tematika mandata;

1.  Jirrakkomanda dan li ġej lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:

Dwar il-mandat

Dwar l-għodod

Dwar il-profil personali

Dwar l-oqsma koperti

Dwar l-interazzjoni u l-kooperazzjoni

   (a) li jippreżenta riflessjoni strateġika dwar l-użu, ir-rwol, il-mandati u l-kontribut tar-RSUE fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE;
   (b) li jiżgura li r-RSUE jinħatru biss jekk ikun hemm valur miżjud ċar fl-użu ta' dan l-istrument, jiġifieri jekk il-kompiti tagħhom ma jistgħux jiġu ssodisfati bi strutturi eżistenti fi ħdan is-SEAE, inkluż mid-Delegazzjonijiet tal-UE, jew fi ħdan il-Kummissjoni;
   (c) li jiżgura li r-RSUE jintużaw primarjament biex iżidu l-isforzi tal-UE fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-UE, b'mod partikolari permezz ta' medjazzjoni u tal-faċilitazzjoni tad-djalogu, u biex imexxu 'l quddiem l-objettivi ta' politika tal-UE f'oqsma tematiċi speċifiċi fi ħdan il-mandat tar-relazzjonijiet esterni u r-rispett tad-dritt internazzjonali;
   (d) li jevita l-proliferazzjoni tar-RSUE u l-frammentazzjoni tal-mandati tagħhom li jafu joħolqu duplikazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE u jwasslu għal żieda fl-ispejjeż ta' koordinazzjoni;
   (e) li jiżgura li l-mandati u l-azzjonijiet tar-RSUE meta jindirizzaw is-sigurtà reġjonali u l-prevenzjoni, il-medjazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti jkunu ggwidati mill-prinċipji tal-liġi internazzjonali kif deskritt fl-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975 u normi kruċjali oħra tad-dritt internazzjonali, kif ukoll mis-soluzzjoni paċifika tat-tilwim, bħala element ewlieni tal-ordni Ewropew ta' sigurtà u kif enfasizzat fl-Istrateġija Globali tal-UE; u li jikkonforma mar-regoli u l-politiki kollha adottati mill-UE lejn ir-reġjun jew il-kunflitt kopert fi ħdan l-isfera ta' responsabbiltà tagħhom;
   (f) li jikkunsidra l-mezzi kollha possibbli biex jissaħħaħ ir-rwol tar-RSUE bħala għodda effettiva tal-politika esterna tal-UE, li kapaċi tiżviluppa u tavvanza l-inizjattivi tal-politika barranija tal-UE u tippromwovi s-sinerġija, b'mod partikolari billi tiżgura li r-RSUE jistgħu jivvjaġġaw b'mod liberu fiż-żona koperta mill-mandat tagħhom, inklużi ż-żoni ta' kunflitt, għall-fini tal-implimentazzjoni effettiva tal-kompiti tagħhom;
   (g) li jiżgura aktar trasparenza u viżibbiltà tax-xogħol tar-RSUE, inkluż permezz ta' rapportar pubbliku dwar iż-żjarat fil-pajjiż, il-programm ta' ħidma u l-prijoritajiet, kif ukoll il-ħolqien ta' paġni web individwali li jippermettu l-iskrutinju pubbliku tal-azzjonijiet tagħhom;
   (h) li jsaħħaħ l-assi li jikkostitwixxu l-valur miżjud tar-RSUE, jiġifieri l-leġittimità mibnija fuq l-appoġġ tal-VP/RGħ u tal-Istati Membri, ir-responsabbiltajiet reġjonali/tematiċi/tal-pajjiż, il-piż politiku, il-flessibbiltà u t-tisħiħ tal-preżenza tal-UE u l-viżibbiltà f'pajjiżi sħab, biex b'hekk jissaħħaħ il-profil tal-UE bħala attriċi internazzjonali effettiva;
   (i) li jippermetti t-tul adattat tal-mandat biex tinħoloq perspettiva li tiffaċilita l-ikkuntrattar ta' persunal ikkwalifikat bi grad għoli u jippermetti l-implimentazzjoni tal-mandat kif ukoll il-fiduċja fis-sħab, l-istabbiliment ta' netwerks u ta' proċessi ta' influwenzar; li jiżgura rieżami regolari f'konformità mal-iżviluppi fil-pajjiż/fir-reġjun jew fis-suġġett ikkonċernat u jippermetti wkoll li l-mandat jittawwal kif meħtieġ miċ-ċirkostanzi;
   (j) li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' politika jew strateġija tal-UE b'relazzjoni mal-qasam ta' mandat u għall-formulazzjoni jew għar-reviżjoni ta' strateġiji jew politiki;
   (k) li jiżgura li l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-medjazzjoni u l-faċilitazzjoni tad-djalogu, kif ukoll il-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ugwaljanza bejn is-sessi, jitqiesu bħala prijoritajiet orizzontali u għaldaqstant bħala pedamenti tal-kamp ta' applikazzjoni tal-mandati tar-RSUE, u jiġi żgurat rappurtar adegwat dwar l-azzjoni meħuda f'dawn l-oqsma;
   (l) li jitlob proċeduri ta' evalwazzjoni u monitoraġġ li jkopru r-riżultati li jintlaħqu, l-ostakoli li jinqalgħu, l-indikazzjoni ta' sfidi ewlenin, l-input għall-formulazzjoni tal-politika, u l-valutazzjoni tal-koordinazzjoni ta' attivitajiet tar-RSUE ma' atturi oħra tal-UE, biex isiru skambji tal-aħjar prattiki fost ir-RSUE kif ukoll tiġi vvalutata l-prestazzjoni u jiġi kkunsidrat it-tiġdid u r-rieżami tal-mandati;
   (m) li jiżgura l-koerenza tal-mandat għall-Asja Ċentrali mal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali tal-2007, li ġiet rieżaminata fl-2015 sabiex jittejbu l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun;
   (n) li jintroduċi perjodu estensiv ta' preklużjoni għar-RSUE, bil-għan li jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' standards etiċi għall-każijiet ta' kunflitt ta' interess;
   (o) li jiżgura li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament ikun involut fl-abbozzar tal-mandati, ġodda u estiżi, tar-RSUE;
   (p) li jżomm il-flessibbiltà u l-awtonomija li attwalment igawdu r-RSUE bħala strument distintiv tal-PESK b'sors ta' finanzjament separat u relazzjoni privileġġjata mal-Kunsill; li jsaħħaħ fl-istess ħin, madankollu, ir-rabtiet ta' koordinazzjoni u tar-rappurtar mad-direttorati maniġerjali tas-SEAE relatati (reġjonali, tematiċi, PSDK u rispons għall-kriżijiet) u mad-DĠs relatati tal-Kummissjoni; li jiżgura proċess ta' nominazzjoni u konferma malajr u trasparenti;
   (q) li jindirizza n-nuqqasijiet fiż-żamma ta' memorja istituzzjonali u kontinwità bejn RSUE li jispiċċaw mill-kariga tagħhom u dawk ġodda billi jissaħħaħ l-appoġġ loġistiku u amministrattiv mis-SEAE, inkluż l-arkivjar, u billi primarjament jissekonda konsulenti tal-politika mis-SEAE u istituzzjonijiet oħra tal-UE kif xieraq biex jingħaqdu mat-timijiet tar-RSUE;
   (r) li l-persuni li jaħtar bħala RSUE jkollhom għarfien espert diplomatiku jew politiku estensiv u profil xieraq, u jiżgura b'mod partikolari li dawn ikollhom l-influwenza politika meħtieġa biex jistabbilixxu rabtiet u fiduċja reċiproka ma' interlokuturi ta' livell għoli; li japprofitta f'dan ir-rigward mill-ġabra eżistenti ta' persuni b'esperjenza politika u diplomatika madwar l-UE; li jirrispetta l-bilanċ bejn is-sessi u dak ġeografiku; li jkun żgur li d-deċiżjoni dwar il-ħatra ta' persuna speċifika ssir b'mod trasparenti u biss wara l-konferma tal-ammissibbiltà tal-kandidat, b'mod partikolari fir-rigward ta' xi kunflitt ta' interess potenzjali u li jiżgura li l-kandidat jissodisfa l-istandards ta' mġiba etika;
   (s) li jkun żgur li l-ħatra ta' RSUE tista' tiġi kkonfermata biss wara evalwazzjoni pożittiva mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament;
   (t) li jipprovdi aċċess aktar faċli għall-informazzjoni u għall-ġustifikazzjoni dwar il-kandidati magħżula;
   (u) li jiffoka fuq il-mandati tar-RSUE dwar it-tisħiħ tas-sigurtà reġjonali u dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, speċjalment billi jiffaċilita d-djalogu u l-medjazzjoni fejn l-involviment tal-UE jista' jġib valur miżjud; li jiżgura li fil-każ ta' fokus tematiku, il-ħatra ta' RSUE ma tirdoppjax jew iddgħajjef ir-rwol tal-Kummissjoni u s-SEAE;
   (v) li jqis ir-rwol tar-RSUE bħala għodda diplomatika speċifika fl-azzjoni esterna tal-UE u jirrikonoxxi l-importanza tal-istabbiltà tal-Viċinat Ewropew, li jħeġġeġ lill-RSUE jiżviluppaw relazzjonijiet dejjem aktar mill-qrib ma' pajjiżi affettwati minn kunflitti mtawla, b'enfasi fuq il-ħtieġa qawwija li r-RSUE jikkontribwixxu għas-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti fil-viċinat tal-UE;
   (w) li jilqa' l-ħatra tal-RSUE l-ġdid għad-Drittijiet tal-Bniedem u jirrikonoxxi x-xogħol tad-detentur preċedenti tal-post, li ssodisfa r-rwol tiegħu li jtejjeb l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE b'suċċess; jinnota li r-responsabbiltajiet ta' dan il-post ġew estiżi biex jinkludu l-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali u l-promozzjoni ta' appoġġ għall-ġustizzja kriminali internazzjonali;
   (x) li jsaħħaħ il-kapaċità u r-rwol tar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li jqis li din il-pożizzjoni għandha mandat dinji li għaldaqstant jirrikjedi u jimplika djalogu politiku ma' pajjiżi terzi, sħab rilevanti, negozji, soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, u azzjoni f'fora internazzjonali rilevanti;
   (y) filwaqt li huwa konxju tal-importanza li l-għadd ta' RSUE ma jiżdiedx b'mod sinifikanti b'mod li jnaqqas min-natura speċjali tagħhom, li jneħħi gradwalment il-mandati speċifiċi għall-pajjiż tar-RSUE eżistenti u, sakemm jinqasmu r-responsabbiltajiet fil-Kummissjoni u s-SEAE li jmiss, tiġi kkunsidrata l-ħatra ta' RSUE reġjonali; li jikkunsidra li jaħtar RSUE tematiċi għall-koordinazzjoni internazzjonali tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, għad-dritt umanitarju internazzjonali u l-ġustizzja internazzjonali, u għad-diżarm u n-non-proliferazzjoni, fl-aħħar każ imsemmi fl-akkwiżizzjoni mingħand il-Mibgħut Speċjali tal-UE għal dan il-qasam;
   (z) li jaħtar RSUE ġdid għall-Ukrajna, li jiffoka b'mod partikolari fuq il-Krimea u Donbas, biex ikun responsabbli għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji okkupati, għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk, għat-tnaqqis tat-tensjoni fil-Baħar ta' Azov u għas-segwitu tad-drittijiet ta' persuni spustati f'pajjiżhom (IDPs), kif kien mitlub preċedentement mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu;
   (aa) li jsaħħaħ l-interazzjoni u l-koordinazzjoni tar-RSUE mal-istituzzjonijiet differenti tal-UE, is-soċjetà ċivili u l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata sinerġija massima u impenn koerenti mill-atturi kollha; li jsaħħaħ l-involviment tal-RSUE fis-Sistema ta' Twissija Bikrija tal-UE għall-Konflitti; li jiżgura li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni ma' figuri oħra diplomatiċi ta' livell għoli bħall-Mibgħuta Speċjali tal-UE; u li jiżgura l-kooperazzjoni ma' sħab u mibgħuta oħra li jaħsbuha bl-istess mod, inklużi dawk maħtura min-NU, min-NATO u mill-Istati Uniti;
   (ab) meta jitqies li l-Parlament Ewropew huwa koleġiżlatur għall-parti ċivili tal-baġit tal-PESK, li huwa amministrat mis-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI), li jsaħħaħ is-sorveljanza tal-Parlament tal-attivitajiet tar-RSUE u li jsaħħaħ il-livell ta' responsabbiltà tagħhom u t-trasparenza ta' ħidmiethom, filwaqt li jfakkar li dan l-għan jista' jinkiseb billi tinqasam l-informazzjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-RSUE tal-mandat tagħhom, ta' xogħolhom u l-kisbiet tagħhom flimkien mal-isfidi li jiffaċċjaw, permezz ta' laqgħat regolari u mill-inqas darba fis-sena u l-iskambji ta' opinjonijiet bejn ir-RSUE u l-korpi rilevanti tal-PE, b'mod partikolari l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitati tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u s-Sigurtà u d-Difiża, kif ukoll permezz ta' kondiviżjoni sistematika mal-PE ta' rapporti u strateġiji tal-pajjiżi mibgħuta mir-RSUE lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) fi ħdan il-Kunsill u s-SEAE; u, għal dan il-għan, li jinsisti li dawn id-dokumenti jiġu inklużi fil-Ftehim Interistituzzjonali fil-qasam tal-PESK;
   (ac) li jħeġġeġ l-interazzjoni mas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini u jiffaċilita d-djalogu magħhom, fir-reġjun koperti mir-RSUE, bħala parti mid-diplomazija preventiva u l-proċess ta' medjazzjoni, kif ukoll fl-interess tal-viżibbiltà tal-UE; li jiżgura, b'mod partikolari, li r-RSUE juru impenn proattiv lejn l-atturi tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jew il-vuċijiet kuntrarji li jistgħu jkunu mhedda jew immirati mill-awtoritajiet lokali;

2.  Jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew li jmiss għandu jirrikjedi impenn mill-VP/RGħ li jmiss, matul l-ewwel sitt xhur tal-mandat tiegħu jew tagħha, b'riflessjoni strateġika dwar l-użu tar-RSUE, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali u skont il-linji tal-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti hawn fuq;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE.

(1) ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.
(2) ĠU C 210, 3.8.2010, p. 1.
(3) ĠU C 351E, 2.12.2011 p. 454.
(4) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 130.
(5) ĠU C 334, 19.9.2018, p. 69.
(6) ĠU C 332E, 15.11.2013, p. 114.


Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi ***I
PDF 423kWORD 137k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD))
P8_TA-PROV(2019)0173A8-0188/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0615),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0387/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali fuq il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0188/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

P8_TC1-COD(2015)0278


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tapprossimizza l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal ċerti prodotti u servizzi billi, b'mod partikolari, telimina u tevita ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli li jirriżultaw minn rekwiżiti ta' aċċessibbiltà diverġenti fl-Istati Membri. Dan iżid id-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern u jtejjeb l-aċċessibbiltà ta' informazzjoni rilevanti.

(2)  Id-domanda għal prodotti u servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta' persuni b'diżabilità huwa projettat li jiżdied b'mod sinifikanti ▌. Ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli jippermetti li jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u jiffaċilita l-għajxien indipendenti għall-persuni b'diżabilità. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jitqies il-fatt li l-prevalenza ta' diżabilità fl-Unjoni hija ogħla fost in-nisa milli fost l-irġiel.

(3)  Din id-Direttiva tiddefinixxi l-persuni b'diżabilità f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità adottata fit-13 ta' Diċembru 2006 (UN CRPD), li għaliha l-Unjoni ilha Parti sa mill-21 ta' Jannar 2011 u li ġiet ratifikata mill-Istati Membri kollha. Il-UN CRPD tiddikjara li l-persuni b'diżabilità "jinkludu dawk li għandhom indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensorju fit-tul li meta jinteraġixxi ma' diversi ostakli jista' jxekkel il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq l-istess livell ma' ħaddieħor". Din id-Direttiva tippromwovi l-parteċipazzjoni ugwali sħiħa u effettiva billi ttejjeb l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi konvenzjonali li, permezz tat-tfassil inizjali jew l-adattament sussegwenti tagħhom, jindirizzaw il-ħtiġijiet partikolari tal-persuni b'diżabilità.

(4)  Persuni oħra li jesperjenzaw limitazzjonijiet funzjonali, bħal persuni anzjani, nisa tqal jew persuni li jivvjaġġaw b'bagalji, jibbenefikaw ukoll minn din id-Direttiva. Il-kunċett ta' "persuni b'limitazzjonijiet funzjonali" kif imsemmi f'din id-Direttiva, tinkludi persuni li jkollhom xi indebolimenti fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorji, indebolimenti relatati mal-età, jew kawżi relatati mal-prestazzjoni tal-ġisem tal-bniedem, permanenti jew temporanji, li, meta jinteraġixxu ma' ostakli differenti, jirriżultaw f'anqas aċċess għall-prodotti u s-servizzi, u dan iwassal għal sitwazzjoni li tirrikjedi li dawk il-prodotti u servizzi jiġu adattati għall-ħtiġijiet partikolari tagħhom.

(5)  Id-disparitajiet bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal-aċċessibbiltà ta' prodotti u servizzi għal persuni ▌b'diżabilità, joħolqu ostakli għall-moviment liberu tal-prodotti u s-servizzi▌ u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. Għal xi prodotti u servizzi, dawk id-disparitajiet x'aktarx jiżdiedu fl-Unjoni wara d-dħul fis-seħħ tal-UN CRPD. L-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawk l-ostakli.

(6)  Minħabba d-differenzi fir-rekwiżiti nazzjonali ta' aċċessibbiltà, il-professjonisti individwali, l-SMEs u l-mikrointrapriżi b'mod partikolari huma skoraġġuti milli jidħlu fi proġetti kummerċjali barra mis-swieq domestiċi tagħhom. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali, jew anki reġjonali jew lokali, li l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ attwalment ivarjaw kemm fil-kopertura kif ukoll fil-livell ta' dettall. Dawk id-differenzi jaffettwaw b'mod negattiv il-kompetittività u t-tkabbir, minħabba l-ispejjeż addizzjonali mġarrba fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u servizzi aċċessibbli għal kull suq nazzjonali.

(7)  Il-konsumaturi ta' prodotti u servizzi aċċessibbli u ta' teknoloġiji ta' assistenza qed jiffaċċjaw prezzijiet għolja minħabba kompetizzjoni limitata fost il-fornituri. Il-frammentazzjoni fost ir-regolamenti nazzjonali tnaqqas il-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw mill-qsim ma' pari nazzjonali u internazzjonali l-esperjenzi dwar ir-rispons tagħhom għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-soċjetà.

(8)  L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, biex jiġu ffaċilitati l-kummerċ u l-mobbiltà transkonfinali, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawk ir-riżorsi biex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw minn leġislazzjoni frammentata madwar l-Unjoni.

(9)  Il-benefiċċji tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għas-suq intern intwerew mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) dwar il-liftijiet u r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) fil-qasam tat-trasport.

(10)  Fid-Dikjarazzjoni Nru 22, dwar il-persuni b'diżabilità ,annessa mat-Trattat ta' Amsterdam, il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri qablet li, fit-tfassil tal-miżuri skont l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jridu jqisu l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità.

(11)  L-għan ġenerali tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 Mejju 2015 "Strateġija tas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa", huwa li jipprovdi benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali konness, biex b'hekk jiffaċilita l-kummerċ u jsaħħaħ l-impjiegi fl-Unjoni. Il-konsumaturi tal-Unjoni għadhom mhux qed igawdu l-benefiċċji kollha ta' prezzijiet u għażla li jista' joffri s-suq uniku, minħabba li t-tranżazzjonijiet online transkonfinali għadhom limitati ħafna. Il-frammentazzjoni tillimita wkoll id-domanda għal tranżazzjonijiet transkonfinali tal-kummerċ elettroniku. Hemm ukoll il-ħtieġa għal azzjoni miftiehma biex jiġi żgurat li ▌l-kontenut elettroniku, is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u l-aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva ▌ jkunu disponibbli b'mod sħiħ għall-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fis-suq uniku diġitali kollu u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-kapaċitajiet tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu.

(12)  Billi l-Unjoni saret Parti għall-UN CRPD, id-dispożizzjonijiet tagħha saru parti integrali tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni u huma vinkolanti fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u fuq l-Istati Membri tagħha.

(13)  Il-UN CRPD titlob lill-Partijiet biex jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess, fuq bażi ugwali mal-oħrajn, għall-ambjent fiżiku, għat-trasport, għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni, inkluż għat-teknoloġiji u s-sistemi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u għal faċilitajiet u servizzi oħra miftuħa jew mogħtija lill-pubbliku, kemm f'żoni urbani kif ukoll rurali. Il-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità identifika l-ħtieġa li jinħoloq qafas leġislattiv b'parametri referenzjarji konkreti, infurzabbli u marbuta biż-żmien għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni gradwali tal-aċċessibbiltà.

(14)  Il-UN CRPD tesiġi li l-Partijiet tagħha jwettqu jew jippromwovu riċerka u żvilupp ta', u jippromwovu d-disponibbiltà u l-użu ta' teknoloġiji ġodda, inkluż it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-għajnuniet tal-mobbiltà, l-apparati u t-teknoloġiji ta' assistenza, xierqa għall-persuni b'diżabilità. Il-UN CRPD tesiġi wkoll li tingħata prijorità lit-teknoloġiji affordabbli.

(15)  Id-dħul fis-seħħ tal-UN CRPD fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà ta' prodotti u servizzi .Mingħajr azzjoni tal-Unjoni, dawk id-dispożizzjonijiet ikomplu jżidu d-differenzi bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri.

(16)  Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni fl-Unjoni tal-UN CRPD billi jiġu pprovduti regoli tal-Unjoni komuni. Din id-Direttiva tappoġġa wkoll lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jissodisfaw l-impenji nazzjonali tagħhom, kif ukoll l-obbligi tagħhom skont il-UN CRPD rigward l-aċċessibbiltà b'mod armonizzat.

(17)  Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2010 "Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli " – f'konformità mal- UN CRPD, tidentifika l-aċċessibbiltà bħala waħda mit-tmien oqsma ta' azzjoni, tindika li din hija prekondizzjoni bażika għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà, u għandha l-għan li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi.

(18)  Id-determinazzjoni tal-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva hija bbażata fuq eżerċizzju ta' skrinjar li twettaq matul it-tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt li identifikat ▌prodotti u servizzi rilevanti ▌għall-persuni b'diżabilità, u ▌li għalihom l-Istati Membri adottaw jew x'aktarx jadottaw rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali diverġenti li jfixklu l-funzjonament tas-suq intern.

(19)  Sabiex tkun żgurata l-aċċessibbiltà tas-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ ukoll li l-prodotti użati fil-forniment ta' dawk is-servizzi li jinteraġixxi magħhom il-konsumatur jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli ▌ta' din id-Direttiva.

(20)  Anki jekk servizz, jew parti minn servizz, jiġi sottokuntrattat lil parti terza, jenħtieġ li l-aċċessibbiltà ta' dan is-servizz ma jiġix kompromess u jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi jikkonformaw mal-obbligi ta' din id-Direttiva. Il-fornituri ta' servizzi jenħtieġ li jiżguraw ukoll taħriġ xieraq u kontinwu tal-persunal tagħhom sabiex jiżguraw li dawn ikunu infurmati sew dwar kif jużaw prodotti u servizzi aċċessibbli. Dak it-taħriġ jenħtieġ li jkopri kwistjonijiet bħall-għoti ta' informazzjoni, pariri u reklamar.

(21)  Jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà bl-eħfef mod ▌ għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri ▌.

(22)  ▌Jenħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern.

(23)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tagħmel ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà funzjonali obbligatorji u dawn għandhom jiġu formulati f'termini ta' objettivi ġenerali. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu preċiżi biżżejjed biex joħolqu obbligi legalment vinkolanti u jkunu dettaljati biżżejjed biex jagħmluha possibbli li tiġi vvalutata l-konformità sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-prodotti u għas-servizzi koperti b'din id-Direttiva, kif ukoll biex jitħalla ċertu grad ta' flessibbiltà sabiex tkun possibbli l-innovazzjoni.

(24)  Din id-Direttiva fiha għadd ta' kriterji funzjonali dwar il-prestazzjoni relatati mal-modalitajiet ta' tħaddim ta' prodotti u servizzi. Dawk il-kriterji mhumiex intenzjonati li jkunu alternattiva ġenerali għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva iżda jenħtieġ li jintużaw biss f'ċirkostanzi speċifiċi ħafna. Dawk il-kriterji jenħtieġ li japplikaw għal funzjonijiet jew karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti jew servizzi, biex isiru aċċessibbli, meta r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva ma jindirizzawx wieħed jew aktar minn dawk il-kriterji jew karatteristiċi speċifiċi. Barra minn hekk, fil-każ li rekwiżit ta' aċċessibbiltà jkun fih rekwiżiti tekniċi speċifiċi, u soluzzjoni teknika alternattiva għal dawk ir-rekwiżiti tekniċi tkun provduta fil-prodott jew servizz, jenħtieġ li din is-soluzzjoni teknika alternattiva xorta tikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà relatati, u jenħtieġ li tirriżulta f'aċċessibbiltà ekwivalenti jew miżjuda, bl-applikazzjoni tal-kriterji funzjonali tal-prestazzjoni rilevanti.

(25)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri sistemi ta' hardware tal-kompjuter bi skop ġenerali għall-konsumatur. Biex dawk is-sistemi jiffunzjonaw b'mod aċċessibbli, jenħtieġ li s-sistemi operattivi tagħhom ikunu aċċessibbli wkoll. Sistemi ta' hardware tal-kompjuter bħal dawn huma kkaratterizzati min-natura multifunzjonali tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jwettqu, bis-software adatt, l-aktar kompiti informatiċi komuni mitluba mill-konsumaturi u huma intenzjonati li jiġu mħaddma mill-konsumaturi. Il-kompjuters personali, inkluż desktops, notebooks, smartphones u tablets huma eżempji ta' sistemi ta' hardware tal-kompjuter bħal dawn. Kompjuters speċjalizzati inkorporati fi prodotti elettroniċi tal-konsumatur ma jikkostitwixxux sistemi ta' hardware tal-kompjuter bi skop ġenerali għall-konsumatur. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tkoprix, fuq bażi individwali, komponenti uniċi b'funzjonijiet speċifiċi, bħal mainboard jew ċippa tal-memorja, li jintużaw jew li jistgħu jintużaw f'sistema bħal din.

(26)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri wkoll terminals ta' ħlas, li jinkludu kemm il-hardware kif ukoll is-software tagħhom, u ċerti terminals self-service interattivi, inkluż kemm il-hardware kif ukoll is-u software tagħhom, dedikati li għandhom jintużaw għall-provvista ta' servizzi koperti minn din id-Direttiva, pereżempju Mmagni Aawtomatiċi tal-fFlus, magni tal-biljetti li joħorġu biljetti fiżiċi li jagħtu aċċess għal servizzi bħal magni tal-biljetti tal-ivvjaġġar; magni tal-biljetti għall-kju f'uffiċċju ta' bank; u terminals self-service interattivi li jipprovdu informazzjoni, inkluż skrins tal-informazzjoni interattivi.

(27)  Madankollu, jenħtieġ li ċerti terminals self-service interattivi li jipprovdu informazzjoni installati bħala partijiet integrati ta' vetturi, inġenji tal-ajru, bastimenti jew vetturi ferrovjarji jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, peress li dawn jifformaw parti minn dawk il-vetturi, inġenji tal-ajru, bastimenti jew vetturi ferrovjarji li mhumiex koperti b'din id-Direttiva.

(28)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri wkoll servizzi ta' komunikazzjoni elettronika inkluż komunikazzjonijiet ta' emerġenza kif definit fid-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7). Bħalissa, il-miżuri meħudin mill-Istati Membri biex jiġi pprovdut l-aċċess għal persuni b'diżabilità huma diverġenti u mhumiex armonizzati fis-suq intern kollu. L-iżgurar li l-istess rekwiżiti ta' aċċessibbiltà japplikaw fl-Unjoni kollha ser iwassal għal ekonomiji ta' skala għal operaturi ekonomiċi attivi f'aktar minn Stat Membru wieħed u jiffaċilita l-aċċess effettiv għal persuni b'diżabilità fl-Istati Membri tagħhom stess u meta jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri. Sabiex servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż komunikazzjonijiet ta' emerġenza, ikunu aċċessibbli, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi, minbarra komunikazzjoni bil-vuċi, jipprovdu servizzi ta' test f'ħin reali, u konverżazzjoni sħiħa fejn jipprovdu vidjo, sabiex tiġi żgurata s-sinkronizzazzjoni ta' dawk il-mezzi ta' komunikazzjoni kollha. Jenħtieġ li l-Istati Membri, minbarra r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/1972, ikunu kapaċi jiddeterminaw fornitur ta' servizz ta' trażmissjoni li jista' jintuża minn persuni b'diżabilità.

(29)  Din id-Direttiva tarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u prodotti relatati u tikkomplementa d-Direttiva (UE) 2018/1972 li tistabbilixxi rekwiżiti dwar aċċess u għażla ekwivalenti għal utenti aħħarin b'diżabilità. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tistabbilixxi wkoll rekwiżiti taħt l-obbligi ta' servizz universali dwar l-affordabbiltà tal-aċċess għall-internet u l-komunikazzjonijiet bil-vuċi u dwar l-affordabbiltà u d-disponibbiltà ta' tagħmir tat-terminals relatat, tagħmir speċifiku u servizzi għall-konsumaturi b'diżabilità.

(30)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri wkoll it-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b'kapaċità tal-informatika interattiva prevedibbilment biex jiġi użat primarjament għal aċċess għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li dak it-tagħmir jinkludi tagħmir użat bħala parti mill-arranġament ta' aċċess għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika msemmija bħal router jew modem.

(31)  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva jenħtieġ li tfisser li l-aċċess għal kontenut awdjoviżiv ikun aċċessibbli, kif ukoll mekkaniżmi li jippermettu lill-utenti b'diżabilità li jużaw it-teknoloġiji ta' assistenza tagħhom. Servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva jistgħu jinkludu siti web, applikazzjonijiet online, applikazzjonijiet ibbażati fuq set-top tat-televiżjoni, applikazzjonijiet li jistgħu jitniżżlu, servizzi bbażati fuq tagħmir tal-mobile inkluż applikazzjonijiet mobbli u plejers tal-media relatati kif ukoll servizzi ta' televiżjoni konnessi. L-aċċessibbiltà ta' servizzi tal-media awdjoviżiva hija regolata mid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), bl-eċċezzjoni tal-aċċessibbiltà tal-gwidi elettroniċi tal-programmi (EPGs) li huma inklużi fid-definizzjoni ta' servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva li għalihom tapplika din id-Direttiva.

(32)  Fil-kuntest tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u fuq l-ilma jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri inter alia l-għoti tal-informazzjoni dwar is-servizz tat-trasport inkluż informazzjoni dwar l-ivvjaġġar f'ħin reali permezz ta' siti web, servizzi bbażati fuq tagħmir tal-mobile, skrins tal-informazzjoni interattivi u terminals self-service interattivi, meħtieġa minn passiġġieri b'diżabilità sabiex jivvjaġġaw. Dan jista' jinkludi informazzjoni dwar il-prodotti u s-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri tal-fornitur tas-servizz, informazzjoni ta' qabel il-vjaġġ, informazzjoni matul il-vjaġġ u informazzjoni pprovduta meta servizz jiġi kkanċellat jew meta jkun hemm dewmien fit-tluq. Elementi oħra ta' informazzjoni jistgħu jinkludu wkoll informazzjoni dwar prezzijiet u promozzjonijiet.

(33)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri wkoll siti web, servizzi bbażati fuq tagħmir tal-mobile inkluż applikazzjonijiet mobbli żviluppati jew magħmula disponibbli minn operaturi tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jew f'isimhom, servizzi tal-biljetti elettroniċi, biljetti elettroniċi u terminals self-service interattivi.

(34)  Id-determinazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva fir-rigward tas-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u fuq l-ilma jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-leġislazzjoni settorjali eżistenti marbuta mad-drittijiet tal-passiġġieri. Meta din id-Direttiva ma tapplikax għal ċerti tipi ta' servizzi tat-trasport, jenħtieġ li l-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-fornituri tas-servizzi japplikaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà rilevanti stabbiliti f'din id-Direttiva.

(35)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) diġà tipprevedi obbligi għal korpi tas-settur pubbliku li jipprovdu servizzi tat-trasport, inkluż servizzi tat-trasport urban u suburban u servizzi ta' trasport reġjonali, biex jagħmlu s-siti web tagħhom aċċessibbli.

Din id-Direttiva fiha wkoll eżenzjonijiet għal mikrointrapriżi li jipprovdu servizzi, inkluż servizzi tat-trasport urban u suburban u servizzi ta' trasport reġjonali. Fl-istess waqt, din id-Direttiva tinkludi obbligi biex jiġi żgurat li siti web tal-kummerċ elettroniku jkunu aċċessibbli. Peress li din id-Direttiva fiha obbligi għall-maġġoranza l-kbira tal-fornituri privati ta' servizzi tat-trasport li jagħmlu s-siti web tagħhom aċċessibbli, meta jbiegħu biljetti onlajn, mhuwiex neċessarju li jiġu introdotti f'din id-Direttiva rekwiżiti ulterjuri għas-siti web ta' fornituri ta' servizzi tat-trasport urban u suburban u fornituri ta’ servizzi tat-trasport reġjonali.

(36)  Ċerti elementi tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà, b'mod partikolari b'rabta mal-forniment ta' informazzjoni kif stabbiliti f'din id-Direttiva, huma diġà koperti mil-liġi eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport tal-passiġġieri. Dan jinkludi elementi tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), ir-Regolament (UE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), ir-Regolament Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), ir-Regolament (UE) 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) u r-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14). Dan jinkludi wkoll atti rilevanti adottati abbażi tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15). Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza regolatorja, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'dawk ir-Regolamenti u dawk l-atti jenħtieġ li jkomplu jiġu applikati bħal qabel. Madankollu, ir-rekwiżiti addizzjonali ta' din id-Direttiva jissupplimentaw ir-rekwiżiti eżistenti, filwaqt li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern fil-qasam tat-trasport u jkunu ta' benefiċċju għall-persuni b'diżabilità.

(37)  Jenħtieġ li ċerti elementi tas-servizzi tat-trasport ma jkunux koperti minn din id-Direttiva meta jiġu pprovduti barra mit-territorju tal-Istati Membri anki fejn is-servizz ikun ġie dirett lejn is-suq tal-Unjoni. Fir-rigward ta' dawk l-elementi, jenħtieġ li operatur ta' servizz tat-trasport tal-passiġġieri jkun obbligat biss jiżgura li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva jiġu ssodisfati fir-rigward tal-parti tas-servizz offrut fit-territorju tal-Unjoni. Madankollu, fil-każ tat-trasport bl-ajru, jenħtieġ li t-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni jiżguraw li r-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva jkunu ssodisfati wkoll fuq titjiriet li jitilqu minn ajruport li jinsab f'pajjiż terz u li jtiru lejn ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru. Barra minn hekk, jenħtieġ li t-trasportaturi tal-ajru kollha, inkluż dawk li mhumiex liċenzjati fl-Unjoni, jiżguraw li r-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva jiġu ssodisfati f'każijiet fejn it-titjiriet jitilqu minn territorju tal-Unjoni għal territorju ta' pajjiż terz.

(38)  L-awtoritajiet urbani jenħtieġ li jiġu mħeġġa jintegraw l-aċċessibbiltà mingħajr ostakli għas-servizzi tat-trasport urban fil-Pjanijiet ta' Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMPs) tagħhom, kif ukoll li jippubblikaw regolarment listi tal-aħjar prattiki rigward l-aċċessibbiltà mingħajr ostakli għat-trasport urban pubbliku u għall-mobbiltà.

(39)  Il-liġi tal-Unjoni dwar servizzi bankarji u finanzjarji għandha l-għan li tipproteġi u tipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi ta' dawk is-servizzi madwar l-Unjoni iżda ma tinkludix ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà. Bil-għan li l-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jużaw dawk is-servizzi madwar l-Unjoni, inkluż fejn ipprovduti permezz ta' siti web u ta' servizzi bbażati fuq tagħmir tal-mobile inkluż applikazzjonijiet mobbli, jieħdu deċiżjonijiet infurmati tajjeb, u jħossuhom kunfidenti li huma mħarsa b'mod adegwat fuq bażi ugwali ma' konsumaturi oħra, kif ukoll biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi għall-fornituri ta' servizzi, jenħtieġ li din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni għal ċerti servizzi bankarji u finanzjarji pprovduti lill-konsumaturi.

(40)  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità xierqa jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-metodi ta' identifikazzjoni, il-firma elettronika u s-servizzi ta' ħlas, peress li dawn huma meħtieġa biex jiġu konklużi tranżazzjonijiet bankarji tal-konsumatur.

(41)  Il-fajls tal-kotba elettroniċi huma bbażati fuq kodifikazzjoni elettronika tal-kompjuter li tippermetti ċ-ċirkolazzjoni u l-konsultazzjoni ta' xogħol intellettwali fil-biċċa l-kbira testwali u grafiku. Il-grad ta' preċiżjoni ta' din il-kodifikazzjoni tiddetermina l-aċċessibbiltà tal-fajls tal-kotba elettroniċi, b'mod partikolari rigward il-kwalifika tal-elementi kostituttivi differenti tax-xogħol u d-deskrizzjoni standardizzata tal-istruttura tagħha. L-interoperabilità f'termini ta' aċċessibilità jenħtieġ li tottimizza l-kompatibbiltà ta' dawk il-fajls mal-aġenti tal-utenti u mat-teknoloġiji ta' assistenza attwali u futuri. Jenħtieġ li karatteristiċi speċifiċi ta' volumi speċjali bħal komiks, kotba għat-tfal u kotba tal-arti jiġu kkunsidrati fid-dawl tar-rekwiżiti kollha ta' aċċessibbiltà applikabbli. Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà diverġenti fl-Istati Membri jagħmluha diffiċli għall-pubblikaturi u operaturi ekonomiċi oħrajn li jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-suq intern, jistgħu joħolqu problemi ta' interoperabbiltà mal-qarrejja elettroniċi u jillimitaw l-aċċess għall-konsumaturi b'diżabilità. Fil-kuntest tal-kotba elettroniċi, il-kunċett ta' fornitur tas-servizzi jista' jinkludi pubblikaturi u operaturi ekonomiċi oħra involuti fid-distribuzzjoni tagħhom. Huwa rikonoxxut li persuni b'diżabilità jkomplu jiffaċċaw ostakli biex jaċċessaw kontenut li jkun protett bi drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u li ċerti miżuri diġà ttieħdu biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni per eżempju permezz tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1564 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) u r-Regolament (UE) 2017/1563 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), u wkoll li jistgħu jittieħdu miżuri ulterjuri tal-Unjoni f'dan ir-rigward fil-futur.

(42)  Din id-Direttiva tiddefinixxi s-servizzi tal-kummerċ elettroniku bħala servizz ipprovdut mill-bogħod, permezz ta' siti web u servizzi bbażati fuq tagħmir tal-mobile, b'mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta' konsumatur, bil-ħsieb li jiġi konkluż kuntratt tal-konsumatur. Għall-finijiet ta' dik id-definizzjoni "mill-bogħod" tfisser li servizz jiġi pprovdut mingħajr ma l-partijiet ikunu preżenti simultanjament; "b'mezzi elettroniċi" tfisser li s-servizz inizjalment jintbagħat u jiġi rċevut fid-destinazzjoni tiegħu permezz ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-ħżin tad-data, u dan jiġi trasmess, imwassal u rċevut kollu kemm hu permezz ta' wajers, bir-radju, b'mezzi ottiċi jew b'mezzi elettromanjetiċi oħra; "fuq it-talba individwali ta' konsumatur" tfisser li s-servizz jiġi pprovdut fuq talba individwali. Minħabba r-rilevanza akbar tas-servizzi tal-kummerċ elettroniku u n-natura teknoloġika għolja tagħhom, huwa importanti li jkun hemm rekwiżiti armonizzati għall-aċċessibbiltà tagħhom.

(43)  Jenħtieġ li l-obbligi ta' aċċessibbiltà tas-servizzi tal-kummerċ elettroniku ta' din id-Direttiva japplikaw għall-bejgħ online ta' kwalunkwe prodott jew servizz u għalhekk jenħtieġ li japplikaw għall-bejgħ ta' prodott jew servizz kopert fih innifsu minn din id-Direttiva.

(44)  Il-miżuri marbuta mal-aċċessibbiltà tat-tweġib tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza jenħtieġ li jiġu adottati mingħajr preġudizzju għal, u jenħtieġ li ma jkollhom l-ebda impatt fuq, l-organizzazzjoni tas-servizzi ta' emerġenza nnifishom, li jibqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri.

(45)  F'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-aċċess minn utenti aħħarin b'diżabilità għal servizzi ta' emerġenza jkun disponibbli permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza u li huwa ekwivalenti għal dak li jitgawda minn utenti aħħarin oħra f'konformità mad-dritt tal-Unjoni li jarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal prodotti u servizzi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li, huma u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, l-utenti aħħarin b'diżabilità jkollhom aċċess għal servizzi ta' emerġenza fuq bażi ekwivalenti ma' utenti aħħarin oħra, fejn fattibbli, mingħajr ebda reġistrazzjoni minn qabel. Dawk il-miżuri jippruvaw jiżguraw l-interoperabbiltà fost l-Istati Membri u jenħtieġ li jkunu bbażati, sa fejn hu l-aktar possibbli, fuq standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 39 tad-Direttiva (UE) 2018/1972. Tali miżuri ma jipprevjenux lill-Istati Membri milli jadottaw rekwiżiti addizzjonali sabiex jilħqu l-objettivi li jinsabu f'dik id-Direttiva. Bħala alternattiva għall-issodisfar tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fir-rigward tat-tweġib ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza għall-utenti b'diżabilità stabbiliti f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeterminaw fornitur terz ta' servizz ta' trażmissjoni li għandu jintuża minn persuni b'diżabilità biex jikkomunikaw maċ-ċentru ta' tweġib tas-sikurezza pubblika, sakemm dawk iċ-ċentri ta' tweġib tas-sikurezza pubblika jkunu jistgħu jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika permezz ta' protokolli għall-iżgurar tal-aċċessibbiltà tat-tweġib tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza.

Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-obbligi ta' din id-Direttiva ma jinftehmux bħala li jillimitaw jew inaqqsu kwalunkwe obbligu għall-benefiċċju ta' utenti aħħarin b'diżabilità, inkluż l-aċċess għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u servizzi ta' emerġenza kif ukoll l-obbligi ta' aċċessibbiltà kif stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/1972.

(46)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tiddefinixxi r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal siti web u applikazzjonijiet mobbli ta' korpi tas-settur pubbliku u aspetti relatati oħra, b'mod partikolari r-rekwiżiti relatati mal-konformità tas-siti web u l-applikazzjonijiet mobbli rilevanti. Madankollu, dik id-Direttiva fiha lista speċifika ta' eċċezzjonijiet. Eċċezzjonijiet simili huma rilevanti għal din id-Direttiva. Xi attivitajiet li jsiru permezz ta' siti web u applikazzjonijiet mobbli ta' korpi tas-settur pubbliku, bħal pereżempju servizzi tat-trasport tal-passiġġieri jew servizzi tal-kummerċ elettroniku, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li jkunu konformi wkoll mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli li jinsabu f'din id-Direttiva sabiex jiġi żgurat li l-bejgħ online ta' prodotti u servizzi jkun aċċessibbli għal persuni b'diżabilità irrispettivament minn jekk il-bejjiegħ huwiex operatur pubbliku jew privat. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li jinsabu f'din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu allinjati mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2016/2102, minkejja differenzi, pereżempju, fil-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-infurzar.

(47)  L-erba' prinċipji ta' aċċessibbiltà għas-siti web u l-applikazzjonijiet mobbli, kif użati fid-Direttiva (UE) 2016/2102, huma: il-perċezzjoni, jiġifieri li l-komponenti tal-interfaċċa mal-informazzjoni u l-utent iridu jkunu preżentabbli għall-utenti f'diversi modi li jistgħu jipperċepixxu; l-operabbiltà, jiġifieri li l-komponenti tal-interfaċċa mal-utenti u n-navigazzjoni jridu jkunu operabbli; il-fehim, jiġifieri li l-informazzjoni u t-tħaddim ta' interfaċċa tal-utent iridu jkunu faċli biex jinftiehmu; u s-saħħa, jiġifieri li l-kontenut irid jkun b'saħħtu biżżejjed li jkun jista' jiġi interpretat b'mod affidabbli permezz ta' varjetà wiesgħa ta' aġenti għall-utenti, inklużi teknoloġiji assistivi. Dawk il-prinċipji huma wkoll rilevanti għal din id-Direttiva.

(48)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li, fejn il-prodotti u s-servizzi koperti minn din id-Direttiva jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, il-moviment liberu tagħhom fi ħdan l-Unjoni ma jkunx ostakolat minħabba raġunijiet relatati ma' rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà.

(49)  F'ċerti sitwazzjonijiet, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni tal-ambjent mibni jiffaċilitaw il-moviment liberu tas-servizzi relatati u tal-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jinkludu l-ambjent mibni użat fl-għoti tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness III.

(50)  Jenħtieġ li l-aċċessibbiltà tinkiseb permezz tat-tneħħija u l-prevenzjoni sistematika tal-ostakli, preferibbilment permezz ta' disinn universali jew approċċ ta' "disinn għal kulħadd", li jikkontribwixxi biex ikun żgurat l-aċċess għal persuni b'diżabilità fuq bażi ndaqs ma' oħrajn. Skont il-UN CRPD, dak l-approċċ " ifisser id-disinn ta' prodotti, ambjenti, programmi u servizzi biex ikunu jistgħu jintużaw mill-persuni kollha, sa fejn l-aktar possibbli, mingħajr il-bżonn għal adattament jew disinn speċjalizzat". F'konformità mal-UN CRPD, "disinn universali" ma għandux jeskludi apparat ta' għajnuna għal gruppi partikolari ta' persuni b'diżabilità meta dan ikun meħtieġ". Barra minn hekk, jenħtieġ li l-aċċessibbiltà ma teskludix il-forniment ta' soluzzjonijiet raġonevoli meta jkunu meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Jenħtieġ li l-aċċessibbiltà u d-disinn universali jiġu interpretati f'konformità mal-Kumment Ġenerali Nru 2 (2014) l-Artikolu 9: Aċċessibbilità kif miktub mill-Kumitat dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità.

(51)  Prodotti u servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva ma jaqgħux awtomatikament fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE(18). Madankollu, xi teknoloġiji ta' assistenza li huma apparati mediċi, jistgħu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva.

(52)  Il-biċċa l-kbira tal-impjiegi fl-Unjoni huma pprovduti mill-SMEs u mill-mikrointrapriżi. Dawn għandhom importanza kruċjali għat-tkabbir futur, iżda ħafna drabi jiffaċċjaw diffikultajiet u ostakli fl-iżvilupp tal-prodotti jew is-servizzi tagħhom, b'mod partikolari fil-kuntest transkonfinali. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-SMEs u tal-mikrointrapriżi billi jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-aċċessibbiltà filwaqt li jinżammu s-salvagwardji neċessarji.

(53)  Sabiex il-mikrointrapriżi u l-SMEs jibbenefikaw minn din id-Direttiva jeħtieġ li tassew jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(19) u l-ġurisprudenza rilevanti, li għandhom l-għan li jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli tagħha.

(54)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun ibbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20) peress li tikkonċerna prodotti li huma diġà soġġetti għal atti oħra tal-Unjoni, filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-karatteristiċi speċifiċi tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva.

(55)  L-operaturi ekonomiċi kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni jenħtieġ li jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq dawk il-prodotti biss li jkunu konformi ma' ▌din id-Direttiva. L-istess jenħtieġ li japplika għal operaturi ekonomiċi li jipprovdu servizzi. Jeħtieġ li tiġi prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta' kull operatur ekonomiku fil-proċess tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

(56)  Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti u tas-servizzi, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-aċċessibbiltà u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(57)  L-obbligi ta' din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw b'mod ugwali għall-operaturi ekonomiċi mis-settur pubbliku u dak privat.

(58)  Il-manifattur, li jkollu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni huwa fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-valutazzjoni kollha tal-konformità. Filwaqt li r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodotti tibqa' tal-manifattur, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq jaqdu rwol kruċjali fil-verifika ta' jekk il-prodotti li saru disponibbli fl-Unjoni humiex manifatturati f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(59)  Jenħtieġ li l-importaturi u d-distributuri jkunu involuti fil-kompiti ta' sorveljanza tas-suq li jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali, u jenħtieġ li jieħdu sehem b'mod attiv billi jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-prodott ikkonċernat.

(60)  L-importaturi jenħtieġ li jiżguraw li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi ma' ▌din id-Direttiva u b'mod partikolari li l-manifatturi jwettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

(61)  Meta jqiegħed prodott fis-suq, jenħtieġ li l-importaturi jindikaw, fuq il-prodott, isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata, u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati.

(62)  Jenħtieġ li d-distributuri jiżguraw li t-trattament tagħhom tal-prodott ma jaffettwax ħażin il-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva.

(63)  Kwalunkwe operatur ekonomiku li jew iqiegħed fis-suq prodott f'ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika prodott li jkun diġà tqiegħed fis-suq b'mod li dan jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli jenħtieġ li jitqies bħala l-manifattur u jenħtieġ li jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(64)  Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà japplikaw biss sa fejn ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-operatur ekonomiku kkonċernat, jew sa fejn li ma jirrikjedux bidla sinifikanti fil-prodotti u fis-servizzi li tirriżulta fit-trasformazzjoni fundamentali tagħhom fid-dawl ta' din id-Direttiva. Madankollu, jenħtieġ li jkunu fis-seħħ mekkaniżmi ta' kontroll sabiex jiġi verifikat id-dritt għal eċċezzjonijiet għall-applikabbiltà tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà.

(65)  Jenħtieġ li din id-Direttiva ssegwi l-prinċipju "aħseb l-ewwel fiż-żgħir" u tqis il-piżijiet amministrattivi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs. Jenħtieġ li tistabbilixxi regoli ħfief f'termini tal-valutazzjoni tal-konformità u tistabbilixxi klawżoli ta' salvagwardja għall-operaturi ekonomiċi, minflok ma tistipula eċċezzjonijiet u derogi ġenerali għal dawk l-intrapriżi. Konsegwentement, jenħtieġ li meta jiġu stabbiliti r-regoli għall-għażla u għall-implimentazzjoni tal-aktar proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa, titqies is-sitwazzjoni tal-SMEs filwaqt li l-obbligi biex tiġi vvalutata l-konformità tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jenħtieġ li jiġu limitati sa fejn dawn ma joħolqux piż sproporzjonat fuq l-SMEs. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq joperaw b'mod proporzjonat fir-rigward tad-daqs tal-intrapriżi u tan-natura ta' serje żgħira jew bla serje tal-produzzjoni kkonċernata, mingħajr ma jinħolqu ostakli bla bżonn għall-SMEs u mingħajr ma tiġi kompromessa l-protezzjoni tal-interess pubbliku.

(66)  F'każijiet eċċezzjonali, fejn il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva jimponu piż sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jikkonformaw ma' dawk ir-rekwiżiti biss sal punt li ma jimponux piż sproporzjonat. F'każijiet debitament ġustifikati bħal dawn, ma jkunx raġonevolment possibbli li operatur ekonomiku japplika wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal din id-Direttiva. Madankollu, jenħtieġ li l-operatur ekonomiku jagħmel servizz jew prodott li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva kemm jista' jkun aċċessibbli billi japplika dawk ir-rekwiżiti sal-punt li ma jimponux piż sproporzjonat. Jenħtieġ li japplikaw bis-sħiħ dawk ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li ma tqisux mill-operatur ekonomiku bħala li jimponu piż sproporzjonat. L-eċċezzjonijiet għall-konformità ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà minħabba l-piż sproporzjonat li jimponu jenħtieġ li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jiġi limitat dak il-piż fir-rigward tal-prodott jew is-servizz partikolari kkonċernat f'kull każ individwali. Miżuri li jimponu piż sproporzjonat jenħtieġ li jinftiehmu bħala miżuri li jkunu jimponu piż organizzattiv jew finanzjarju eċċessiv addizzjonali fuq l-operatur ekonomiku, b'kont meħud tal-benefiċċju li x'aktarx jirriżulta għall-persuni b'diżabilità f'konformità mal-kriterji stabbiliti f'din id-Direttiva. Il-kriterji bbażati fuq dawn il-konsiderazzjonijiet jenħtieġ li jiġu definiti sabiex ikun possibbli għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet rilevanti li jqabblu sitwazzjonijiet differenti u li jivvalutaw b'mod sistematiku jekk jeżistix sproporzjonat. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati biss raġunijiet leġittimi fi kwalunkwe valutazzjoni sa fejn ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ma jistgħux jintlaħqu minħabba li jkunu jimponu piż sproporzjonat. Nuqqas ta' prijorità, ħin jew għarfien jenħtieġ li ma jitqisux li huma raġunijiet leġittimi.

(67)  Jenħtieġ li l-valutazzjoni ġenerali ta' piż sproporzjonat issir bl-użu tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI. Jenħtieġ li l-valutazzjoni ta' piż sproporzjonat tiġi dokumentata mill-operatur ekonomiku filwaqt li jittieħed kont tal-kriterji rilevanti. Jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi jġeddu l-valutazzjoni ta' piż sproporzjonat mill-inqas kull ħames snin.

(68)  Jenħtieġ li l-operatur ekonomiku jinforma lill-awtoritajiet rilevanti li jkun ibbaża ruħu fuq id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva relatati mat-trasformazzjoni fundamentali u/jew il-piż sproporzjonat. Jenħtieġ li fuq talba mill-awtoritajiet rilevanti biss l-operatur ekonomiku jipprovdi kopja tal-valutazzjoni li tispjega għaliex il-prodott jew is-servizz tiegħu ma jkunx kompletament aċċessibbli u li tipprovdi evidenza tal-piż sproporzjonat jew it-trasformazzjoni fundamentali, jew it-tnejn li huma.

(69)  Jekk abbażi tal-valutazzjoni meħtieġa, fornitur ta' servizz jikkonkludi li jkun jikkostitwixxi piż sproporzjonat li jinħtieġ li t-terminali self-service kollha, użati fil-provvista tas-servizzi ta' din id-Direttiva, jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva, il-fornitur ta' servizz jenħtieġ li japplika xorta waħda dawk ir-rekwiżiti sa fejn dawk ir-rekwiżiti ma jimponux tali piż sproporzjonat fuqu. Konsegwentement, il-fornituri ta' servizz jenħtieġ li jivvalutaw sa fejn livell limitat ta' aċċessibbiltà fit-terminals self-service kollha jew numru limitat ta' terminals self-service aċċessibbli b'mod sħiħ jippermettilhom jevitaw piż sproporzjonat li inkella jkun impost fuqhom, u jenħtieġ li jkunu meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva biss sa dak il-punt.

(70)  Il-mikrointrapriżi huma distinti mill-intrapriżi l-oħra kollha minħabba r-riżorsi umani limitati tagħhom u l-fatturat annwali jew il-karta tal-bilanċ annwali tagħhom. Il-piż ta' konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal mikrointrapriżi, għalhekk, b'mod ġenerali, ser jieħu sehem akbar tar-riżorsi finanzjarji u umani tagħhom milli għal intrapriżi oħra u huwa aktar probabbli li jirrappreżenta sehem sproporzjonat tal-ispejjeż. Proporzjon sinifikanti tal-ispiża għall-mikrointrapriżi jirriżulta mit-tlestija jew iż-żamma tad-dokumenti u r-rekords li juru l-konformità mar-rekwiżiti differenti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni. Filwaqt li l-operaturi ekonomiċi kollha koperti minn din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu kapaċi jivvalutaw il-proporzjonalità ta' konformità mar-rekwiżiti ta'aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva u jenħtieġ li jkunu konformi magħhom biss sa fejn dawn ma jkunux sproporzjonati, it-talba ta' tali valutazzjoni mill-mikrointrapriżi li jipprovdu s-servizzi fiha nnifisha tikkostitwixxi piż sproporzjonat. Għaldaqstant jenħtieġ li r-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva ma japplikawx għal mikrointrapriżi li jipprovdu s-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(71)  Għall-mikrointrapriżi li jitrattaw prodotti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva r-rekwiżiti u obbligi ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu eħfef sabiex jiiġi mnaqqas il-piż amministrattiv.

(72)  Filwaqt li xi mikrointrapriżi jkunu eżentati mill-obbligi ta' din id-Direttiva, il-mikrointrapriżi kollha jenħtieġ li jiġu inkoraġġuti jimmanifatturaw, jimportaw jewjiddistribwixxu l-prodotti u li jipprovdu s-servizzi li jkunu f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva, sabiex tiżdied il-kompetittività tagħhom kif ukoll it-tkabbir potenzjali tagħhom fis-suq intern. Jenħtieġ, għalhekk, li l-Istati Membri jipprovdu linji gwida u għodod lill-mikrointrapriżi biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(73)  Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi kollha jaġixxu b'mod responsabbli u f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti legali applikabbli meta prodotti jitqiegħdu jew isiru disponibbli fis-suq jew meta jiġu pprovduti servizzi fis-suq.

(74)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli jkun meħtieġ li tiġi prevista preżunzjoni tal-konformità għall-prodotti u għas-servizzi li jkunu f'konformità mal-istandards armonizzati volontarji li jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21) bl-għan li jitfasslu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta' talbiet għal standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni dwar l-aċċessibbiltà, bħall-mandati ta' standardizzazzjoni M/376, M/473 u M/420, li jkunu rilevanti għat-tħejjija ta' standards armonizzati.

(75)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprevedi proċedura għal oġġezzjonijiet formali għall-istandards armonizzati li huma kkunsidrati bħala mhux konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

(76)   Jenħtieġ li l-istandards Ewropej ikunu mmexxija mis-suq, jieħdu kont tal-interess pubbliku, kif ukoll l-objettivi dwar il-politika ddikjarati b'mod ċar fit-talba tal-Kummissjoni lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jiġu abbozzati standards armonizzati, u jkunu bbażati fuq il-kunsens. Fin-nuqqas ta' standards armonizzati u fejn meħtieġ għal finijiet ta' armonizzazzjoni tas-suq intern, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta f'ċerti każijiet atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi ▌ għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li r-rikors għal speċifikazzjonijiet tekniċi jiġi limitat għal tali każijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi per eżempju meta l-proċess ta' standardizzazzjoni jkun imblukkat minħabba nuqqas ta' kunsens bejn il-partijiet ikkonċernati jew ikun hemm dewmien żejjed fl-istabbiliment ta' standard armonizzat, pereżempju minħabba li ma tkunx inkisbet il-kwalità meħtieġa. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tħalli biżżejjed żmien bejn l-adozzjoni ta' talba lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jiġu abbozzati standards armonizzati u l-adozzjoni ta' speċifikazzjoni teknika relatata mal-istess rekwiżit ta' aċċessibbiltà. Jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tkunx tista' tadotta speċifikazzjoni teknika jekk qabel ma tkunx ippruvat ikollha r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà koperti permezz tas-sistema tal-istandardizzazzjoni Ewropea, ħlief meta l-Kummissjoni ma tkunx tista' turi li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jirrispettaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

(77)  Bil-ħsieb li jiġu stabbiliti, bl-aktar mod effiċjenti, standards armonizzati u speċifikazzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti ta' din id-Direttiva għall-prodotti u għas-servizzi, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fejn dan ikun fattibbli, tinvolvi organizzazzjonijiet Ewropej umbrella tal-persuni b'diżabbiltà u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha fil-proċess.

(78)  Sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-informazzjoni għall-finijiet ta' sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ddikjarata l-konformità mal-atti applikabbli kollha tal-Unjoni tkun disponibbli f'dikjarazzjoni unika ta' konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jinkludu fid-dikjarazzjoni unika ta' konformità tal-UE, id-dikjarazzjonijiet individwali rilevanti kollha ta' konformità.

(79)  Għall-valutazzjoni ta' konformità tal-prodotti, jenħtieġ li din id-Direttiva tuża l-kontroll intern tal-produzzjoni tal-"Modulu A", stabbilit fl-Anness II għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, billi dan jgħin lill-operaturi ekonomiċi juru, u lill-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, li l-prodotti li jsiru disponibbli fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà filwaqt li ma jimponux piż żejjed.

(80)  Meta jwettqu sorveljanza tas-suq tal-prodotti u jivverifikaw il-konformità tas-servizzi, jenħtieġ li l-awtoritajiet jivverifikaw ukoll il-valutazzjonijiet tal-konformità, inkluż jekk il-valutazzjoni rilevanti ta' trasformazzjoni fundamentali jew piż sproporzjonat kenitx twettqet kif meħtieġ. Meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom jenħtieġ li l-awtoritajiet jagħmlu dan ukoll f'kooperazzjoni ma' persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lilhom u l-interessi tagħhom.

(81)  Għas-servizzi, jenħtieġ li l-informazzjoni meħtieġa ▌ biex tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva tingħata fit-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali, jew f'dokument ekwivalenti mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22).

(82)  It-tikketta CE, li tindika l-konformità ta' prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva, hija l-konsegwenza viżibbli ta' proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni ta' konformità f'sens wiesa'. Jenħtieġ li din id-Direttiva ssegwi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw it-tikketta CE tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23) li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. Minbarra li jagħmel id-dikjarazzjoni ta' konformità, jenħtieġ li l-manifattur jinforma lill-konsumaturi b'mod kosteffikaċi dwar l-aċċessibbiltà tal-prodotti tagħhom.

(83)  F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, bit-twaħħil tat-tikketta CE ma' prodott, il-manifattur jiddikjara li l-prodott huwa f'konformità mar-rekwiżiti kollha ta' aċċessibbiltà applikabbli u li l-manifattur jieħu r-responsabbiltà sħiħa għalihom.

(84)  F'konformità mad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw sorveljanza tas-suq rigoruża u effiċjenti tal-prodotti fit-territorji tagħhom u jenħtieġ li jallokaw setgħat u riżorsi suffiċjenti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom.

(85)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jivverifikaw il-konformità ta' servizzi mal-obbligi ta' din id-Direttiva u jenħtieġ li jsegwu lmenti jew rapporti relatati man-nonkonformità sabiex jiżguraw li tkun ittieħdet azzjoni korrettiva.

(86)  Fejn adatt il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, tista' tadotta linji gwida mhux vinkolanti li jappoġġaw il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet responsabbli li jivverifikaw il-konformità tas-servizzi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu inizjattivi bl-għan li jiġu kondiviżi r-riżorsi u l-għarfien espert tal-awtoritajiet.

(87)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet responsabbli mill-verifika ta' konformità tas-servizzi jivverifikaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI f'konformità mal-Kapitolu VIII u IX. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru korp speċjalizzat għat-twettiq tal-obbligi tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew awtoritajiet responsabbli għall-verifika ta' konformità tas-servizzi skont din id-Direttiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu li l-kompetenzi ta' tali korp speċjalizzat ikunu limitati għall-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jew ċerti partijiet minnha, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri taħt ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(88)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' salvagwardja li tapplika f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru li permezz tagħha partijiet interessati jiġu infurmati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva. Jenħtieġ li din tippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, f'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta' tali prodotti.

(89)  Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu li miżura meħuda minn Stat Membru tkun ġustifikata, jenħtieġ li ebda involviment ulterjuri tal-Kummissjoni ma tkun meħtieġa, ħlief fejn in-nonkonformità tkun tista' tiġi attribwita għan-nuqqasijiet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(90)  Id-Direttivi 2014/24/UE(24) u 2014/25/UE(25) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku, li jiddefinixxu l-proċeduri għall-akkwist ta' kuntratti pubbliċi u l-kompetizzjonijiet ta' disinn għal ċerti provvisti (prodotti), servizzi u xogħlijiet, jistabbilixxu li, għall-akkwisti kollha maħsuba għall-użu minn persuni fiżiċi, kemm jekk il-pubbliku ġenerali jew il-persunal tal-awtorità jew l-entità kontraenti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jridu, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati, jitfasslu b'mod li jieħdu kont tal-kriterji ta' aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità jew disinn għall-utenti kollha. Barra minn hekk, dawk id-Direttivi jirrikjedu li, fejn ir-rekwiżiti obbligatorji ta' aċċessibbiltà huma adottati permezz ta' att legali tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jridu, sa fejn tkun konċernata l-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità jew id-disinn għal kulħadd, jiġu stabbiliti b'referenza għalihom. Din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi r-rekwiżiti obbligatorji ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi koperti minnha. Għall-prodotti u s-servizzi li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mhumiex vinkolanti r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Madankollu, l-użu ta' dawk ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà biex jiġu ssodisfati l-obbligi rilevanti stabbiliti fl-atti tal-Unjoni minbarra din id-Direttiva jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-aċċessibilità u jikkontribwixxi għal ċertezza legali u l-approssimazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà madwar l-Unjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ma jinżammux milli jistabbilixxu rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I għal din id-Direttiva.

(91)  Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tbiddilx in-natura obbligatorja jew volontarja tad-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċessibbiltà f'atti oħra tal-Unjoni.

(92)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika biss għal proċeduri ta' akkwist li għalihom intbagħtet is-sejħa għal kompetizzjoni jew, f'każijiet fejn ma tkunx prevista sejħa għal kompetizzjoni, fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tkun bdiet il-proċedura ta' akkwist wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(93)  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni adatta ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta': l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li, minnhom infushom, ma jistgħux jipproduċu l-effett maħsub tagħhom sakemm ma jiġux speċifikati ulterjorment f'atti legali vinkolanti tal-Unjoni; il-bdil tal-perijodu li matulu l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor li jkun fornihom bi prodott jew li jkunu fornew prodott lilu; u l-ispeċifikar ulterjuri tal-kriterji rilevanti li jrid jittieħed kont tagħhom mill-operatur ekonomiku għall-valutazzjoni ta' jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà timponix piż sproporzjonat. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(26). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(94)  Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta'▌din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' speċifikazzjonijiet tekniċi. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(27).

(95)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effikaċi biex jiżguraw il-konformità ma' din id-Direttiva u għalhekk jenħtieġ li b'hekk jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' kontroll adatti, bħall-kontroll a posteriori mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, sabiex jiġi verifikat li tkun ġustifikata l-eżenzjoni mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà. Meta jindirizzaw l-ilmenti relatati mal-aċċessibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonformaw mal-prinċipju ġenerali ta' amministrazzjoni tajba, u b'mod partikolari mal-obbligu li l-uffiċjali jiżguraw li tittieħed deċiżjoni dwar kull ilment f'limitu ta' żmien raġonevoli.

(96)   Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi grupp ta' ħidma li jikkonsisti mill-awtoritajiet u mill-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jiġi faċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki u biex jiġu pprovduti pariri. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni titrawwem bejn l-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, fost oħrajn biex tittejjeb il-koerenza fl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u biex ikun hemm monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha dwar trasformazzjoni fundamentali u piż sproporzjonat.

(97)  Minħabba l-qafas legali eżistenti dwar rimedji fl-oqsma koperti mid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva relatati mal-infurzar u l-penali ma jkunux applikabbli għall-proċeduri ta' akkwist soġġetti għall-obbligi imposti minn din id-Direttiva. Tali esklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont it-Trattati li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-applikazzjoni u l-effikaċja tad-dritt tal-Unjoni.

(98)  Jenħtieġ li l-penali jkunu adegwati b'rabta man-natura tal-ksur u maċ-ċirkostanzi sabiex ma jkunux ta' alternattiva għall-issodisfar mill-operaturi ekonomiċi tal-obbligu tagħhom li jagħmlu aċċessibbli l-prodotti jew is-servizzi tagħhom.

(99)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li, f'konformità mad-dritt eżistenti tal-Unjoni, ikunu fis-seħħ mekkaniżmi alternattivi għar-riżoluzzjoni ta' tilwim li jippermettu r-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe nonkonformità allegata għal din id-Direttiva qabel ma titressaq azzjoni quddiem qrati jew korpi amministrattivi kompetenti.

(100)  F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni(28), l-Istati Membri ħadu l-impenn li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' Direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li tkun iġġustifikata t-trasmissjoni ta' tali dokumenti.

(101)  Sabiex il-fornituri ta' servizzi jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġi previst perijodu tranżitorju ta' ħames snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, li matulu prodotti użati għall-forniment ta' servizz li tqiegħdu fis-suq qabel dik id-data ma jkunx meħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva sakemm ma jiġux sostitwiti mill-fornituri ta' servizzi matul il-perijodu tranżitorju. Minħabba l-ispejjeż u ċ-ċiklu tal-ħajja twil ta' terminals self-service, huwa adatt li jiġi previst li, meta tali terminals jintużaw għall-forniment ta' servizzi, jistgħu jkomplu jintużaw sa tmiem il-ħajja ekonomika tagħhom, sakemm ma jiġux sostitwiti matul dak il-perijodu, iżda mhux għal aktar minn 20 sena.

(102)  (45) Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti ta' din id-Direttiva japplikaw għall-prodotti li jitqiegħdu fis-suq u s-servizzi pprovduti wara d-data ta' applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, inkluż il-prodotti użati importati minn pajjiż terz u mqiegħda fis-suq wara dik id-data.

(103)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"). B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità biex jibbenefikaw minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21, 25 u 26 tal-Karta.

(104)  Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri, l-eliminazzjoni ta' ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli, sabiex tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba li jirrikjedi l-armonizzazzjoni ta' regoli differenti li bħalissa jeżistu fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, iżda jista', ▌ billi jiġu definiti r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u r-regoli għall-funzjonament tas-suq intern, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tapprossimizza l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal ċerti prodotti u servizzi billi, b'mod partikolari, telimina u tevita ostakli għall-moviment liberu ta' prodotti u servizzi koperti minn din id-Direttiva li jirriżultaw minn rekwiżiti ta' aċċessibbiltà diverġenti fl-Istati Membri.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tapplika għall-prodotti li ġejjin imqiegħda fis-suq wara … [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]:

(a)  sistemi ta' hardware tal-kompjuter bi skop ġenerali għall-konsumatur u sistemi operattivi għal dawn is-sistemi ta' hardware;

(b)  it-terminals self-service li ġejjin:

(i)  terminals ta' pagament;

(ii)  it-terminals self-service li ġejjin iddedikati għall-forniment ta' servizzi koperti minn din id-Direttiva:

—  magni tal-flus awtomatiċi;

—  magni tal-biljetti;

—  magni taċ-check-in;

—   terminals self-service interattivi li jipprovdu informazzjoni, eskluż magni installati bħala partijiet integrati ta' vetturi, inġenji tal-ajru, bastimenti jew vetturi ferrovjarji;

(c)  tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b'kapaċità informatika interattiva, użat għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika;

(d)  tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b'kapaċità informatika interattiva, użat għall-aċċess ta' servizzi tal-media awdjoviżiva; u

(e)  qarrejja elettroniċi.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32, din id-Direttiva tapplika għas-servizzi li ġejjin ipprovduti lill-konsumaturi wara … [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]:

(a)  servizzi ta' komunikazzjoni elettronika bl-eċċezzjoni ta' servizzi ta' trasmissjoni użati għall-għoti ta' servizzi minn magna għal oħra;

(b)  servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi ta' media awdjoviżiva ▌;

(c)  l-elementi li ġejjin ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u fuq l-ilma, ħlief għal servizzi tat-trasport urban, suburban u reġjonali li għalihom japplikaw biss l-elementi taħt il-punt v:

(i)  siti web;

(ii)  servizzi bbażati fuq tagħmir mobbli inkluż applikazzjonijiet mobbli;

(iii)  biljetti elettroniċi u servizzi elettroniċi tal-ħruġ tal-biljetti;

(iv)  forniment ta' informazzjoni dwar servizzi tat-trasport, inkluż informazzjoni dwar l-ivvjaġġar f'ħin reali; fir-rigward tal-iskrins tal-informazzjoni, dan għandu jkun limitat għal skrins interattivi li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni; u

(v)  it-terminals self-service interattivi li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni, ħlief dawk installati bħala partijiet integrali minn vetturi, inġenji tal-ajru, bastimenti u vetturi ferrovjarji użati fil-forniment ta' kwalunkwe parti minn tali servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ▌.

(d)  servizzi bankarji għall-konsumatur;

(e)  kotba elettroniċi u software ddedikat; u

(f)  servizzi tal-kummerċ elettroniku.

3.  Din id-Direttiva tapplika għat-tweġib għal komunikazzjonijiet ta' emerġenza għan-numru uniku Ewropew ta' emerġenza '112'.

4.  Din id-Direttiva ma tapplikax għall-kontenut tas-siti web u l-applikazzjonijiet mobbli li ġej:

(a)  media temporali rrekordjata minn qabel ippubblikata qabel ... [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva];

(b)  formati ta' fajls burokratiċi ppubblikati qabel ... [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva];

(c)  servizzi ta' mapep u mmappjar online, jekk l-informazzjoni essenzjali tkun ipprovduta b'mod diġitali aċċessibbli għal mapep maħsuba għal użu ta' navigazzjoni;

(d)  kontenut ta' parti terza li la jkun iffinanzjat u lanqas żviluppat mill-operatur ekonomiku, u lanqas ma jkun taħt il-kontroll tal-operatur ekonomiku kkonċernat;

(e)  kontenut ta' siti web u applikazzjonijiet mobbli li jikkwalifika bħala arkivji, jiġifieri li jkun fihom biss kontenut li mhuwiex aġġornat jew editjat wara [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

5.  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2017/1564 u r-Regolament (UE) 2017/1563.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "persuni b'diżabbiltà" tfisser persuni li jkollhom indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensorju fit-tul li, meta jinteraġixxi ma' diversi ostakli, jista' jxekkel il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq l-istess livell ma' ħaddieħor;

(2)  "prodott" tfisser sustanza, preparat, jew oġġett prodott permezz ta' proċess ta' manifattura, għajr ikel, għalf, pjanti ħajjin jew annimali ħajjin, prodotti ta' oriġini umana u prodotti tal-pjanti u tal-annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom;

(3)  "servizz" tfisser servizz kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29);

(4)  "fornituri ta' servizzi" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz fis-suq tal-Unjoni jew tagħmel offerti biex tipprovdi tali servizz lil konsumaturi fl-Unjoni;

(5)  "servizzi tal-media awdjoviżiva" tfisser servizzi kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/UE;

(6)  "servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva" tfisser servizzi trażmessi b'netwerk tal-komunikazzjoni elettronika li jintużaw biex jiġu identifikati s-servizzi tal-media awdjoviżiva, biex dawn jintgħażlu, biex tasal informazzjoni dwarhom u biex wieħed jarahom, kif ukoll kwalunkwe karatteristika pprovduta, bħal sottotitoli għal dawk neqsin mis-smigħ u dawk b'diffikultajiet ta' smigħ, deskrizzjoni bl-awdjo, sottotitoli mitkellma u interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' miżuri biex is-servizzi jsiru aċċessibbli kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/13/EU; u tinkludi l-gwidi elettroniċi tal-programmi (EPGs);

(7)  "tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b'kapaċità informatika interattiva, użat għall-aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva" tfisser kwalunkwe tagħmir li l-għan prinċipali tiegħu jkun li jipprovdi aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva ;

(8)  "servizz ta' komunikazzjoni elettronika" tfisser servizz ta' komunikazzjoni elettronika kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(9)  "servizz ta' konverżazzjoni totali" tfisser servizz ta' konverżazzjoni totali kif definit fil-punt 35 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(10)  "ċentru li jwieġeb is-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika" jew "PSAP" tfisser ċentru li jwieġeb is-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika jew PSAP kif definit fil-punt 36 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(11)  "l-aktar PSAP adatt" tfisser l-aktar PSAP adatt kif definit fil-punt 37 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(12)  "servizz ta' emerġenza" tfisser servizz ta' emerġenza kif definit fil-punt 39 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(13)  "test f'ħin reali" tfisser forma ta' konverżazzjoni fl-għamla ta' test f'sitwazzjonijiet minn punt għal punt jew f'konferenza bejn diversi punti fejn it-test li jiddaħħal jintbagħat karattru b'karattru, b'tali mod li l-komunikazzjoni tiġi perċepita mill-utent bħala kontinwa;

(15)  "tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq" tfisser kwalunkwe forniment ta' prodott għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk isir bi ħlas kif ukoll jekk ikun mingħajr ħlas;

(16)  "tqegħid fis-suq" tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(17)  "manifattur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tikkummerċjalizzah f'isimha jew bit-trade mark tagħha;

(18)  "rappreżentant awtorizzat" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur sabiex taġixxi f'ismu b'rabta ma' kompiti determinati;

(19)  "importatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(20)  "distributur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li tagħmel prodott disponibbli fis-suq;

(21)  "operatur ekonomiku" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, jew il-fornitur tas-servizz;

(22)  "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tixtri l-prodott rilevanti jew li tirċievi s-servizz rilevanti għal finijiet li huma barra mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħha;

(23)  "mikrointrapriża" tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li jkollha fatturat annwali li ma jaqbiżx l-EUR 2 miljuni jew karta tal-bilanċ annwali li ma taqbiżx l-EUR 2 miljuni;

(24)  "intrapriżi żgħar u ta' daqs medju" (SMEs) tfisser intrapriżi li jħaddmu inqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali li ma jaqbiżx l-EUR 50 miljun, jew karta tal-bilanċ annwali b'total li ma jaqbiżx l-EUR 43 miljun, iżda teskludi l-mikrointrapriżi;

(25)  "standard armonizzat'' tfisser standard armonizzat kif definit fil-punt 1(c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(26)  "speċifikazzjonijiet tekniċi ▌" tfisser speċifikazzjoni teknika kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li tipprovdi mezz biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli għal prodott jew servizz;

(27)  "irtirar" tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex prodott fil-katina tal-provvista ma jitħalliex isir disponibbli fis-suq;

(28)  "servizzi bankarji għall-konsumatur" tfisser il-provvista lill-konsumaturi tas-servizzi bankarji u finanzjarji li ġejjin:

(a)  ftehimiet ta' kreditu koperti mid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30) jew id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31);

(b)  servizzi kif definit fil-punti 1, 2, 4 u 5 fit-Taqsima A u l-punti 1, 2, 4 u 5 fit-Taqsima B tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(32);

(c)  servizzi ta' pagament kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(33);

(d)  servizzi marbuta mal-kont tal-ħlas kif definit fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(34); u

(e)  flus elettroniċi kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(35);

(29)  "terminal ta' ħlas" tfisser tagħmir li l-għan prinċipali tiegħu jkun li jippermetti li jsiru ħlasijiet bl-użu ta' strumenti ta' pagament kif definit fil-punt 14 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 f'punt ta' bejgħ fiżiku iżda mhux f'ambjent virtwali;

(30)  "servizzi ta' kummerċ elettroniku" tfisser servizzi pprovduti mill-bogħod, permezz ta' siti web u servizzi bbażati fuq tagħmir tal-mobile, b'mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta' konsumatur bl-għan li jiġi konkluż kuntratt mal-konsumatur;

(31)  "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru" tfisser servizzi kummerċjali tal-ajru għall-passiġġieri, kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006, li jitilqu minn, li jittransitaw minn, jew li jaslu f'ajruport, meta l-ajruport jinsab fit-territorju ta' Stat Membru, inklużi titjiriet li jitilqu minn ajruport li jinsab f'pajjiż terz lejn ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru fejn is-servizzi jitħaddmu minn trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni;

(32)  "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank" tfisser servizzi koperti bl-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 181/2011;

(33)  "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija" tfisser is-servizzi kollha tal-passiġġieri bil-ferrovija kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007, bl-eċċezzjoni tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 2(2) tiegħu;

(34)  "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma" tfisser servizzi koperti bl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010, bl-eċċezzjoni tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament;

(35)  "Servizzi tat-trasport urban u suburban" tfisser servizzi tat-trasport urban u suburban kif definiti fil-punt 6 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(36); iżda għall-finijiet ta' , din id-Direttiva, tinkludi biss il-mezzi ta' trasport li ġejjin: bil-ferrovija, bix-xarabank u bil-kowċ, bil-metro, bit-tram u bit-trolley bus;

(36)  "servizzi tat-trasport reġjonali" tfisser servizzi reġjonali kif definit fil-punt 7 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE; iżda għall-finijiet ta' din id-Direttiva, tinkludi biss il-mezzi ta' trasport li ġejjin: bil-ferrovija, bix-xarabank u bil-kowċ, bil-metro, bit-tram u bit-trolley bus;

(37)  "teknoloġija ta' assistenza" tfisser kwalunkwe oġġett, tagħmir, servizz jew sistema ta' prodott, inkluż software, li jintuża biex jiżdiedu, jinżammu jew jitjiebu l-kapaċitajiet funzjonali ta' persuni b'diżabbiltà jew biex jittaffew u jiġu kkumpensati xi indebolimenti, limitazzjonijiet tal-attività jew restrizzjonijiet għall-parteċipazzjoni;

(38)  "sistema operattiva" tfisser software, li fost l-oħrajn, jittratta l-interfaċċa għal hardware periferali, jiskeda kompiti, jalloka l-ħżin, u jippreżenta interfaċċa prestabbilita lill-utent meta l-ebda programm ta' applikazzjoni ma jkun qed jopera inkluż interfaċċa grafika tal-utent, irrispettivament minn jekk tali software jkun parti integrali tal-hardware tal-kompjuter bi skop ġenerali għall-konsumatur, jew ikun software awtonomu li għandu jiġi operat fuq hardware tal-kompjuter bi skop ġenerali għall-konsumatur, iżda bl-esklużjoni ta' karigatur tas-sistema operattiva, sistema bażika ta' input/output jew firmware ieħor meħtieġ meta s-sistema tistartja jew meta tiġi installata s-sistema operattiva;

(39)  "sistema ta' hardware tal-kompjuter bi skop ġenerali għall-konsumatur" tfisser it-taħlita ta' hardware li tifforma kompjuter komplet, ikkaratterizzata min-natura multifunzjonali tagħha, il-kapaċità tagħha li twettaq, bis-software adatt, l-aktar kompiti informatiċi komuni mitluba mill-konsumaturi u maħsuba biex titħaddem mill-konsumaturi, inklużi kompjuters personali, b'mod partikolari kompjuters desktop, notebooks, smartphones u tablets;

(40)  "kapaċità informatika interattiva" tfisser funzjonalità li tappoġġa interazzjoni bejn it-tagħmir u l-bniedem li tippermetti l-ipproċessar u t-trasmissjoni ta' data, vuċi jew video jew kwalunkwe taħlita tagħhom;

(41)  "ktieb elettroniku u software ddedikat" tfisser servizz, li jikkonsisti mill-provvista ta' fajls diġitali li jagħtu verżjoni elettronika ta' ktieb, li jista' jiġi aċċessat, navigat, jinqara u jintuża u s-software inkluż servizzi bbażati fuq tagħmir tal-mobile inklużi applikazzjonijiet mobbli ddedikat għall-aċċess, in-navigazzjoni u l-qari u l-użu ta' dawk il-fajls diġitali, u teskludi software kopert skont id-definizzjoni fil-punt (42);

(42)  "qarrej elettroniku" tfisser tagħmir apposta, li jinkludi kemm hardware u software, użat għall-aċċess, in-navigazzjoni, il-qari u l-użu ta' fajls ta' kotba elettroniċi;

(43)  "biljetti elettroniċi" tfisser kwalunkwe sistema li fiha intitolament għall-ivvjaġġar, fil-forma ta' biljetti tal-ivvjaġġar singoli jew multipli, abbonamenti tal-ivvjaġġar jew kreditu tal-ivvjaġġar, ikun maħżun elettronikament fuq kard tat-trasport fiżika jew tagħmir ieħor, minflok ma jiġi stampat fuq biljett tal-karti;

(44)  "servizzi ta' ħruġ ta' biljetti elettroniċi" tfisser kwalunkwe sistema li fiha biljetti tat-trasport tal-passiġġieri jinxtraw online inkluż billi jintuża tagħmir b'kapaċità informatika interattiva, u jitwasslu għand ix-xerrejja fil-forma elettronika, biex huma jkunu jistgħu jistampawhom fuq karta jew juruhom fuq tagħmir mobbli b'kapaċità informatika interattiva meta jivvjaġġaw.

KAPITOLU II

REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ U MOVIMENT LIBERU

Artikolu 4

Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 5 ta' dan l-Artikolu u soġġett għall-Artikolu 14, li l-operaturi ekonomiċi jpoġġu fis-suq biss il-prodotti u jipprovdu biss is-servizzi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I.

2.  Il-prodotti kollha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fit-Taqsima I tal-Anness I.

Il-prodotti kollha, bl-eċċezzjoni tat-terminals self-service, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, is-servizzi kollha, ħlief is-servizzi tat-trasport urban u suburban u s-servizzi tat-trasport reġjonali, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, is-servizzi kollha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.

4.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, l-ambjent mibni użat mill-klijenti tas-servizzi koperti minn din id-Direttiva għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness III, sabiex jiżdied l-użu tagħhom minn persuni ▌b'diżabbiltà.

5.  Il-mikrointrapriżi li jipprovdu servizzi) għandhom ikunu eżentati milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u minn kwalunkwe obbligu relatat mal-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.

6.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu linji gwida u għodod lill-mikrointrapriżi biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw dawk l-għodod f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

7.  L-Istati Membri jistgħu jinfurmaw lill-operaturi ekonomiċi bl-eżempji indikattivi, li jinsabu fl-Anness II, ta' soluzzjonijiet possibbli li jikkontribwixxu biex jiġu sodifatti r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fl-Anness I .

8.) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tweġib għall-komunikazzjonijiet ta' emerġenza għan-numru uniku Ewropew ta' emerġenza '112' mill-aktar PSAP adatt, għandu jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi ta' aċċessibbiltà stipulati fit-Taqsima ▌V tal-Anness I bl-aktar mod adatt għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta' emerġenza.

9.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 biex tissupplimenta l-Anness I billi tispeċifika aktar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li, minnhom infushom, ma jistgħux jipproduċu l-effett mixtieq tagħhom sakemm ma jkunux speċifikati aktar f'atti legali vinkolanti tal-Unjoni, bħar-rekwiżiti relatati mal-interoperabbiltà.

Artikolu 5

Leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport tal-passiġġieri

Is-servizzi li jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-għoti ta' informazzjoni aċċessibbli u ta' informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 261/2004, (KE) Nru 1107/2006, (KE) Nru 1371/2007, (UE) Nru 1177/2010 u (UE) Nru 181/2011 u l-atti rilevanti adottati abbażi tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom jitqiesu bħala li jikkonformaw mar-rekwiżiti korrispondenti ta' din id-Direttiva. Fejn din id-Direttiva tipprevedi rekwiżiti addizzjonali għal dawk previsti f'dawk ir-Regolamenti u f'dawk l-atti, ir-rekwiżiti addizzjonali għandhom japplikaw b'mod sħiħ.

Artikolu 6

Moviment liberu

L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxi, għal raġunijiet relatati mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà,it-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq fit-territorju tagħhom ta' prodotti jew il-provvista ta' servizzi fit-territorju tagħhom li jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

KAPITOLU III

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI LI JITTRATTAW PRODOTTI

Artikolu 7

Obbligi tal-manifatturi

1.  Meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tfasslu u ġew immanifatturati f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli ta' din id-Direttiva.

2.  Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika f'konformità mal-Anness IV u jwettqu l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita f'dak l-Anness jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmilha.

Fejn ikun intwera, permezz ta' dik il-proċedura, li prodott huwa konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u jwaħħlu t-tikketta CE.

3.) Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għal ħames snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq.

4.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi ma' din id-Direttiva. Għandu jittieħed kont b'mod adegwat tal-bidliet fid-disinn jew fil-karatteristiċi tal-prodott u tal-bidliet fl-istandards armonizzati, jew ▌ fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, ▌ li b'referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità ta' prodott.

5.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom fuqhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom jew, fejn id-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, li l-informazzjoni meħtieġa għandha tingħata fuq l-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott.

6.  Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trade mark irreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati rigward il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz irid jindika punt uniku fejn il-manifattur jista' jiġi kkuntattjat. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

7.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarin oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u intelliġibbli.

8.  Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx f'konformità ma' din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott jinġieb f'konformità, ▌jew ▌jekk adatt, jirtirawh. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva, il-manifatturi għandhom minnufih jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dak il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nonkonformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda. F'tali każijiet , il-manifatturi għandhom iżommu reġistru tal-prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli u tal-ilmenti relatati.

9.  Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq it-talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex tiġi eliminata n-nonkonformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli ta' prodotti, li jkunu qiegħdu fis-suq, b'mod partikolari billi jġibu l-prodotti f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli.

Artikolu 8

Rappreżentanti awtorizzati

1.  Manifattur jista', b'mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stipulati fl-Artikolu 7(1) u t-tfassil ta' dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.  Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat li jagħmel għall-inqas dan li ġej:

(a)  iżomm id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal perijodu ta' ħames snin;

(b)  fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta' prodott;

(c)  jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq it-talba tagħhom, fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni meħuda biex tiġi eliminata n-nonkonformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli ta' prodotti koperti mill-mandat tagħhom.

Artikolu 9

Obbligi tal-importaturi

1.  L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq biss prodotti konformi.

2.  Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness IV. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika meħtieġa minn dak l-Anness, li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6).

3.  Fejn importatur iqis, jew ikollu raġuni biex jemmen, li prodott ma jkunx f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli ta' din id-Direttiva, l-importatur ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm dan ikun inġieb f'konformità. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

4.  L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati rigward il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

5.  L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarin oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

6.  L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħżin jew ta' trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli.

7.  L-importaturi għandhom, għal perijodu ta' ħames snin, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista' ssir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet fuq talba.

8.  L-importaturi li jqisu, jew li jkollhom raġuni jemmnu, li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx f'konformità ma' din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott jinġieb f'konformità, jew, jekk adatt, biex jirtirawh ▌. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, l-importaturi għandhom minnufih jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nonkonformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda. F'tali każijiet, l-importaturi għandhom iżommu reġistru tal-prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, u tal-ilmenti relatati.

9.  L-importaturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta' prodott b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq it-talba tagħha, fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni meħuda biex tiġi eliminata n-nonkonformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli ta' prodotti, li jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 10

Obbligi tad-distributuri

1.  Meta jqiegħdu prodott għad-dispożizzjoni fis-suq id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

2.  Qabel ma prodott jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarin oħra fl-Istat Membru li fih il-prodott ser jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) u l-Artikolu 9(4) rispettivament.

3.  Fejn distributur iqis, jew ikollu raġuni biex jemmen, li prodott ma jkunx f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli ta' din id-Direttiva, id-distributur ma għandux iqiegħed il-prodott għad-dispożizzjoni fis-suq qabel ma dan jinġieb f'konformità. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

4.  Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħżin jew ta' trasport ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli.

5.  Id-distributuri li jqisu, jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, li prodott li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq ma jkunx f'konformità ma' din id-Direttiva għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott jinġieb f'konformità, ▌jew, ▌jekk adatt, biex jirtirawh. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, id-distributuri għandhom minnufih jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nonkonformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

6.  Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta' prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq it-talba tagħha, fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni meħuda biex tiġi eliminata n-nonkonformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli ta' prodotti, li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq.

Artikolu 11

Każijiet li fihom l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta' din id-Direttiva u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 7, fejn iqiegħed prodott fis-suq taħt ismu jew bit-trademark tiegħu jew jimmodifika prodott li diġà jkun tqiegħed fis-suq b'tali mod li jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Artikolu 12

Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi li jittrattaw prodotti

1.  L-operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikoli 7 sa 10 għandhom, fuq talba, jidentifikaw ▌ lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, dan li ġej:

(a)  kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor li jkun fornihom prodott;

(b)  kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor li jkunu fornewh bi prodott.

2.  L-operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikoli 7 sa 10 għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal perijodu ta' ħames snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perijodu ta' ħames snin wara li jkunu fornew il-prodott.

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26, biex temenda din id-Direttiva sabiex tbiddel il-perijodu msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal prodotti speċifiċi. Dak il-perijodu emendat għandu jkun itwal minn ħames snin, u għandu jkun proporzjonat mal-ħajja ekonomikament utli tal-prodott ikkonċernat.

KAPITOLU IV

OBBLIGI TAL-FORNITURI TA' SERVIZZI

Artikolu 13

Obbligi tal-fornituri ta' servizzi

1.  Il-fornituri ta' servizzi għandhom jiżguraw li jfasslu u jipprovdu s-servizzi f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva.

2.  Il-fornituri ta' servizzi għandhom iħejju l-informazzjoni meħtieġa f'konformità mal-Anness V u għandhom jispjegaw kif is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku f'format bil-miktub u bil-fomm, inkluż b'mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà. Il-fornituri ta' servizzi għandhom iżommu dik l-informazzjoni sakemm ikun qed jitħaddem is-servizz.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32, il-fornituri ta' servizzi għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti proċeduri sabiex ▌ il-provvista ta' servizzi tibqa' f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli. IBidliet fil-karatteristiċi tal-provvista tas-servizz, bidliet fir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli u bidliet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b'referenza għalihom servizz jiġi ddikjarat li jissodisfa r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ▌ għandhom jitqiesu b'mod adatt mill-fornituri ta' servizzi.

4.  Fil-każ ta' nonkonformità, il-fornituri ta' servizzi għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex iġibu s-servizz f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli. Barra minn hekk, fejn is-servizz ma jkunx f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, il-fornituri ta' servizzi għandhom minnufih jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri, li fihom jiġi pprovdut is-servizz, għal dak l-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nonkonformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

5.  Il-fornituri ta' servizzi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tas-servizz mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba ta' dik l-awtorità, fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni meħuda biex is-servizz jinġieb f'konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.

KAPITOLU V

TRASFORMAZZJONI FUNDAMENTALI TA' PRODOTTI JEW SERVIZZI U PIŻ SPROPORZJONAT GĦALL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 14

Trasformazzjoni fundamentali u piż sproporzjonat

1.  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 4 għandhom japplikaw biss sa fejn il-konformità▌:

(a)  ma tkunx teħtieġ bidla sinifikanti fi prodott jew servizz li tirriżulta fit-trasformazzjoni fundamentali tan-natura bażika tiegħu; u

(b)  ma tirriżultax fl-impożizzjoni ta' piż sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati.

2.  L-operaturi ekonomiċi għandhom iwettqu valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 4 tintroduċix trasformazzjoni fundamentali jew, abbażi tal-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness VI, timponix piż sproporzjonat, kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  L-operaturi ekonomiċi għandhom jiddokumentaw il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. . L-operaturi ekonomiċi għandhom iżommu r-riżultati rilevanti kollha għal perijodu ta' ħames snin li għandu jiġi kkalkulat mill-aħħar darba li jkunu qiegħdu prodott għad-dispożizzjoni fis-suq jew wara l-aħħar darba li jkun ġie pprovdut servizz, kif applikabbli. Fuq talba mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq jew mill-awtoritajiet responsabbli mill-verifika tal-konformità tas-servizzi, kif applikabbli, l-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet b'kopja tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.4. B'deroga mill-paragrafu 3, il-mikrointrapriżi li jittrattaw prodotti għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li jiddokumentaw il-valutazzjoni tagħhom. Madankollu, jekk awtorità tas-sorveljanza tas-suq titlob dan, mikrointrapriżi li jittrattaw prodotti u li jkunu għażlu li jserrħu fuq il-paragrafu 1 għandhom jipprovdu lill-awtorità l-fatti rilevanti għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

5.  Il-fornituri ta' servizzi li jserrħu fuq il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom, fir-rigward ta' kull kategorija jew tip ta' servizz, iġeddu l-valutazzjoni tagħhom ta' jekk il-piż ikunx sproporzjonat:

(a)  meta s-servizz offrut jiġi ttrasformat; jew

(b)  meta mitluba jagħmlu dan mill-awtoritajiet responsabbli mill-verifika tal-konformità tas-servizzi; u

(c)  fi kwalunkwe każ, mill-inqas kull ħames snin.

6.  Fejn l-operaturi ekonomiċi jirċievu finanzjament minn sorsi oħra għajr ir-riżorsi proprji tal-operatur ekonomiku, kemm pubbliċi kif ukoll privati, li jingħata għall-fini ta' titjib tal-aċċessibbiltà, ma għandhomx ikunu intitolati jserrħu fuq il-punt (b) tal-paragrafu 1.

7.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 biex tissupplementa l-Anness VI billi tispeċifika aktar il-kriterji rilevanti li għandu jittieħed kont tagħhom mill-operatur ekonomiku għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Meta tispeċifika aktar dawk il-kriterji, il-Kummissjoni għandha tqis mhux biss il-benefiċċji potenzjali għall-persuni b'diżabbiltà, iżda wkoll ta' dawk għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel tali att delegat sa … [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Tali att għandu jibda japplika, l-aktar kmieni fi … [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

8.  Fejn ▌l-operaturi ekonomiċi jserrħu fuq il-paragrafu 1 għal prodott jew servizz speċifiku għandhom jibagħtu l-informazzjoni għal dak l-għan lill-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq jew lill-awtoritajiet responsabbli għall-verifika tal-konformità tas-servizzi ▌tal-Istat Membru fejn il-prodott speċifiku jitqiegħed fis-suq jew li jiġi pprovdut is-servizz speċifiku.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-mikrointrapriżi.

KAPITOLU VI

STANDARDS ARMONIZZATI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TA' PRODOTTI U SERVIZZI

Artikolu 15

Preżunzjoni ta' konformità

1.  Il-prodotti u s-servizzi li jkunu f'konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva sa fejn dawk l-istandards jew partijiet minnhom ikopru dawk ir-rekwiżiti.

2.  Il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standards armonizzati għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-prodott stabbiliti fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-ewwel tali abbozz ta' talba lill-kumitat rilevanti sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

3.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva fejn ikunu ġew issodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ma tkun ġiet ippubblikata ebda referenza għall-istandards armonizzati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; u

(b)  jew:

(i)  il-Kummissjoni tkun talbet lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standard armonizzat u jkun hemm dewmien żejjed fil-proċedura ta' standardizzazzjoni jew it-talba ma tkun ġiet aċċettata minn ebda organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni;

jew

(ii)  il-Kummissjoni tista' turi li speċifikazzjoni teknika tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, ħlief għar-rekwiżit li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kellhom jiġu żviluppati minn organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

4.  Il-prodotti u s-servizzi li jkunu f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ma' partijiet minnhom għandhom ikunu preżunti li jkunu f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva sa fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew partijiet minnhom ikopru dawk ir-rekwiżiti.

KAPITOLU VII

KONFORMITÀ TAL-PRODOTTI U T-TIKKETTA CE

Artikolu 16

Dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE tal-prodotti

1.  Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tiddikjara li jkun intwera li ġew issodisfatti r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbl. Fejn, bħala eċċezzjoni, ikun intuża l-Artikolu 14, id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tiddikjara liema rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jkunu soġġetti għal dik l-eċċezzjoni.

2.  Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. Għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fl-Anness IV għal din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Ir-rekwiżiti dwar id-dokumentazzjoni teknika għandhom jevitaw li jimponu kwalunkwe piż żejjed għall-mikrointrapriżi u l-SMEs. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħed jew isir disponibbli fis-suq il-prodott.

3.  Fejn prodott ikun soġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jirrikjedi dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE unika fir-rigward tat-tali atti tal-Unjoni kollha. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-identifikazzjoni tal-atti kkonċernati inkluż ir-referenzi tal-pubblikazzjoni.

4.  Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, il-manifattur għandu jerfa' r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Artikolu 17

Prinċipji ġenerali tat-tikketta CE tal-prodotti

It-tikketta CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 18

Regoli u kondizzjonijiet għat-twaħħil tat-tikketta CE

1.  It-tikketta CE għandha titwaħħal b'mod viżibbli, leġġibbli u indelibbli mal-prodott jew mal-plakka tad-data tiegħu. Fejn dak ma jkunx possibbli, jew ma jkunx iġġustifikat, minħabba n-natura tal-prodott, għandha titwaħħal mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjawh.

2.  It-tikketta CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq.

3.  L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-reġim li jirregola t-tikketta CE u għandhom jieħdu azzjoni adatta fil-każ ta' użu ħażin ta' dik it-tikketta.

KAPITOLU VIII

SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-PRODOTTI U PROĊEDURA TA' SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Artikolu 19

Sorveljanza tas-suq tal-prodotti

1.  L-Artikolu 15(3), l-Artikoli 16 sa 19, l-Artikolu 21, l-Artikoli 23 sa 28 u l-Artikolu 29(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-prodotti.

2.  Meta jwettqu sorveljanza tas-suq tal-prodotti, l-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq għandhom, meta l-operatur ekonomiku jkun serraħ fuq l-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva:

(a)  jivverifikaw li l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 tkun twettqet mill-operatur ekonomiku;

(b)  jirrieżaminaw dik il-valutazzjoni u r-riżultati tagħha, inkluż l-użu korrett tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI; u

(c)  jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli ta' din id-Direttiva u l-valutazzjoni ▌ prevista fl-Artikolu 14, issir disponibbli lill-konsumaturi fuq talba u f'format aċċessibbli, ħlief fejn dik l-informazzjoni ma tkunx tista' tingħata għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità kif previst fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 20

Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli

1.  Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ▌ ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott kopert minn din id-Direttiva ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-prodott ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak l-għan.

Meta, matul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex il-prodott isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti ▌f'perijodu ta' żmien raġonevoli, li jikkorrispondi għan-natura tan-nonkonformità, kif jista' jkun preskritt minnhom.

L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq għandhom jeħtieġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jirtira l-prodott mis-suq, f'perijodu ta' żmien raġonevoli addizzjonali, biss jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jkun naqas milli jieħu azzjoni korrettiva adegwata fil-perijodu ta' żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta' dan il-paragrafu.

2.  Meta l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nonkonformità mhix limitata biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma talbu lill-operatur ekonomiku jieħu.

3.  L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kkonċernati kollha li jkun qiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.  Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jieħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perijodu ta' żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji kollha xierqa biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-prodotti li jkunu qed isiru disponibbli fis-swieq nazzjonali tagħhom jew biex jirtiraw il-prodott minn dak is-suq ▌. L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dawk il-miżuri.

5.  L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tan-nonkonformità allegata u r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li l-prodott ma jikkonformax magħhom, in-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nonkonformità hix dovuta jew:

(a)  għan-nonkonformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli; jew

(b)  għan-nuqqasijiet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 15 li jikkonferixxu preżunzjoni ta' konformità.

6.  L-Istati Membri, għajr l-Istat Membru li jkun beda l-proċeduraskont dan l-Artikolu għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe miżura adottata u dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nonkonformità tal-prodott ikkonċernat, u, jekk ma jaqblux mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.  Meta, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la minn Stat Membru u lanqas mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies bħala ġustifikata.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu mingħajr dewmien l-miżuri restrittivi xierqa, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq, fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

Artikolu 21

Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni

1.  Meta, wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(3) u (4), jitressqu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni jkollha evidenza raġonevoli li tissuġġerixxi li miżura nazzjonali tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti.

2.  Meta l-miżura nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-prodott li ma jkunx konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni. Meta l-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.

3.  Meta l-miżura nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu titqies ġustifikata u n-nonkonformità tal-prodott tiġi attribwita għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20(5), il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

4.  Meta l-miżura nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu titqies li hija ġustifikata u n-nonkonformità tal-prodott tiġi attribwita għal nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20(5), il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jemendaw jew iħassru l-ispeċifikazzjoni teknika kkonċernata. Dawk l-att ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

Artikolu 22

Nonkonformità formali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, meta Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nonkonformità kkonċernata:

(a)  it-tikketta CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva;

(b)  it-tikketta CE ma tkunx twaħħlet;

(c)  id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ma tkunx tfasslet;

(d)  id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ma tkunx tfasslet b'mod korrett;

(e)  id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;

(f)  l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(6) jew fl-Artikolu 9(4) tkun nieqsa, falza jew mhux kompleta;

(g)  kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 7 jew fl-Artikolu 9 ma jkunx sodisfatt.

2.  Fejn tippersisti n-nonkonformità msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jillimita jew jipprojbixxi li l-prodott jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq jew biex jiżgura li dan jiġi rtirat mis-suq.

KAPITOLU IX

KONFORMITÀ TAS-SERVIZZI

Artikolu 23

Konformità tas-servizzi

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jaġġornaw perjodikament il-proċeduri adegwati sabiex:

(a)  jiċċekkjaw il-konformità tas-servizzi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, inkluż il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 li għalihom għandu japplika l-Artikolu 19(2) mutatis mutandis;

(b)  isegwu l-ilmenti jew ir-rapporti dwar kwistjonijiet relatati man-nonkonformità tas-servizzi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva;

(c)  jivverifikaw li l-operaturi ekonomiċi jkunu ħadu l-azzjoni korrettiva meħtieġa.

2.  L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-konformità tas-servizzi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun infurmat bl-eżistenza, ir-responsabbiltajiet, l-identità, ix-xogħol u d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-awtoritajiet għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli f'formati aċċessibbli fuq talba.

KAPITOLU X

REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ F'ATTI OĦRA TAL-UNJONI

Artikolu 24

Aċċessibbiltà skont atti oħra tal-Unjoni

1.  Fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I tagħha għandhom jikkostitwixxu r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà obbligatorja fit-tifsira tal-Artikolu 42(1) tad-Direttiva 2014/24/UE u tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2014/25/UE.

2.  Kwalunkwe prodott jew servizz, li l-karatteristiċi, l-elementi jew il-funzjonijiet tiegħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I għal din id-Direttiva għandu jkun preżunt li jissodisfa l-obbligi rilevanti stabbiliti f'atti tal-Unjoni għajr din id-Direttiva, fir-rigward tal-aċċessibilità, għal dawk il-karatteristiċi, elementi jew funzjonijiet, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dawk l-atti l-oħra.

Artikolu 25

Standards armonizzati u speċifikazzjonijiet tekniċi għal atti oħra tal-Unjoni

Il-konformità mal-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew partijiet minnhom li jiġu adottati skont l-Artikolu 15, għandhom joħolqu preżunzjoni ta' konformità mal-Artikolu 25 sakemm dawk l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew partijiet minnhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva.

KAPITOLU XI

ATTI DELEGATI, SETGĦAT TA' IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(9) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 14(7) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(9), l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 14(7) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(9), l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 14(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 27

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 28

Grupp ta' ħidma

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' ħidma magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq, tal-awtoritajiet responsabbli mill-konformità tas-servizzi u tal-partijiet ikkonċernati, inkluż rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità.

Il-grupp ta' ħidma għandu:

(a)  jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(b)  irawwem il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati rilevanti rigward kwistjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva biex tittejjeb il-koerenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva u biex isir monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14; u

(c)  jagħti pariri, b'mod partikolari lill-Kummissjoni, b'mod partikolari dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 14.

Artikolu 29

Infurzar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw il-konformità ma' din id-Direttiva.

2.  Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)  dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-konsumatur jista' jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jiġu rispettati;

(b)  dispożizzjonijiet li permezz tagħhom korpi pubbliċi jew assoċjazzjonijiet privati, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra li għandhom interess leġittimu, biex jiżguraw li din id-Direttiva tiġi rispettata, jistgħu jkunu involuti skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti jew f'isem l-ilmentatur jew b'appoġġ għalih, bl-approvazzjoni tiegħu, fi kwalunkwe proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva prevista għall-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva.

3.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-kuntratti li huma soġġetti għad-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/25/UE.

Artikolu 30

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati.

2.  Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk il-penali għandhom ikunu akkumpanjati minn azzjoni effettiva ta' rimedju f'każ ta' nonkonformità tal-operatur ekonomiku.

3.  L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u b'dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, b'kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

4.  Il-penali għandhom iqisu l-livell ta' nonkonformità, inkluż il-gravità tagħha, u l-għadd ta' unitajiet ta' prodotti jew servizzi kkonċernati li mhumiex konformi, kif ukoll l-għadd ta' persuni affettwati.

5.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-kuntratti li huma soġġetti għad-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/25/UE.

Artikolu 31

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa … - tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] ▌, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament ▌it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

2.  Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn … [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

3.  B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-miżuri fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(8) sa mhux aktar tard minn … [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

4.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

5.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

6.  L-Istati Membri li jużaw il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 4(4) għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw għal dak l-għan u għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 32

Miżuri tranżitorji

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jipprevedu perijodu tranżitorju li jagħlaq fi [11-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], li matulu l-fornituri ta' servizzi jistgħu jkomplu jipprovdu s-servizzi tagħhom bl-użu ta' prodotti li kienu ntużaw legalment minnhom biex jipprovdu servizzi simili qabel dik id-data.

Il-kuntratti ta' servizz miftiehma qabel … [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] jistgħu jibqgħu mhux mittiefsa sakemm jiskadu, iżda mhux aktar tard minn ħames sena minn dik id-data.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li t-terminals self-service użati legalment minn fornituri ta' servizzi għall-provvista ta' servizzi qabel … [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] jistgħu jibqgħu jintużaw fil-provvista ta' servizzi simili sa tmiem il-ħajja ekonomikament utli tagħhom, iżda mhux aktar minn 20 sena minn meta jkunu bdew jintużaw.

Artikolu 33

Rapport u reviżjoni

1.  Sa … [11-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

2.   Ir-rapporti għandhom, fost l-oħrajn, jindirizzaw fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, l-evoluzzjoni tal-aċċessibbiltà ta' prodotti u ta' servizzi, il-lock-in teknoloġiku jew l-ostakli għall-innovazzjoni possibbli u l-impatt ta' din id-Direttiva fuq l-operaturi ekonomiċi, u fuq persuni b'diżabbiltà ▌. Ir-rapporti għandhom jivvalutaw jekk l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(4) tkunx ikkontribwiet għall-approssimazzjoni tar-rekwiżiti diverġenti ta' aċċessibbiltà tal-ambjent mibni ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, servizzi bankarji għall-konsumatur u ċ-ċentri għas-servizz tal-konsumaturi tal-ħwienet tal-fornituri tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, fejn possibbli, bil-ħsieb li jitħalla jsir l-allinjament progressiv tagħhom mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness III.

Ir-rapporti għandhom jivvalutaw ukoll jekk l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet fakultattivi tagħha, ikunux ikkontribwew għall-approssimazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-ambjent mibni li jikkostitwixxu xogħlijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(37), id-Direttiva 2014/24/UE, u d-Direttiva 2014/25/UE.

Ir-rapporti għandhom jindirizzaw ukoll l-effetti fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-applikazzjoni tal-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva, inkluż, meta disponibbli, abbażi ta' informazzjoni li tkun waslet skont l-Artikolu 14(8), kif ukoll l-eżenzjoni għall-mikrointrapriżi. Ir-rapporti għandhom jikkonkludu jekk din id-Direttiva tkunx laħqet l-objettivi tagħha u jekk ikunx xieraq li jiġu inklużi prodotti u servizzi ġodda, jew li jiġu esklużi ċerti prodotti jew servizzi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u dawn għandhom jidentifikaw, fejn dan ikun possibbli, oqsma għat-tnaqqis tal-piż ▌ bil-ħsieb ta' reviżjoni possibbli ta' din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tipproponi miżuri xierqa li jistgħu jinkludu miżuri leġislattivi.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien debitu l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex tfassal rapporti bħal dawn.

4.  Ir-rapporti tal-Kummissjoni għandhom iqisu l-fehmiet tal-partijiet ekonomiċi kkonċernati u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, inkluż l-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità ▌.

Artikolu 34

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 35

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

_____________________

ANNESS I

REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-PRODOTTI U GĦAS-SERVIZZI

TAQSIMA I: REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ ĠENERALI RELATATI MAL-PRODOTTI KOLLHA KOPERTI MINN DIN ID-DIRETTIVA F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 2(1)

Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati u prodotti b'tali mod li jiġi massimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità u għandhom ikunu akkumpanjati fejn possibbli fil-prodott jew fuqu minn informazzjoni aċċessibbli dwar il-funzjonament tagħhom u dwar il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tagħhom.

1.  Rekwiżiti dwar l-għoti ta' informazzjoni:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (tikkettar, struzzjonijiet u twissija) għandha tkun:

(i)  magħmula disponibbli permezz ta' aktar minn mezz sensorjali wieħed;

(ii)  ippreżentata b'mod li jinftiehem;

(iii)  ippreżentata lill-utenti b'mod li huma jistgħu jipperċepixxu;

(iv)  ippreżentata b'fonts ta' daqs adegwat u forma adatta, b'kunsiderazzjoni ta' kundizzjonijiet prevedibbli ta' użu, u bl-użu ta' kuntrast suffiċjenti, kif ukoll spazjar aġġustabbli bejn l-ittri, il-linji u l-paragrafi.

(b)  l-istruzzjonijiet għall-użu ta' prodott, li ma jkunux mogħtija fuq il-prodott innifsu iżda jkunu disponibbli permezz tal-użu tal-prodott jew b'mezzi oħra bħal sit web, inkluż il-funzjonijiet tal-aċċessibbiltà tal-prodott, il-mod ta' kif jiġu attivati u l-interoperabbiltà tagħhom b'soluzzjonijiet ta' assistenza għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku meta l-prodott jitqiegħed fis-suq u għandhom:

(i)  jiġu magħmula disponibbli permezz ta' aktar minn mezz sensorjali wieħed;

(ii)  ikunu ppreżentati b'mod li jinftiehem;

(iii)  ikunu ppreżentati lill-utenti b'modi li jistgħu jipperċepixxuh;

(iv)  ikunu ppreżentati b'fonts ta' daqs adegwat u forma adatta, b'kunsiderazzjoni ta' kundizzjonijiet prevedibbli ta' użu, u bl-użu ta' kuntrast suffiċjenti, kif ukoll spazjar aġġustabbli bejn l-ittri, il-linji u l-paragrafi;

(v)  rigward il-kontenut, ikun magħmul disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġu ġġenerati formati ta' assistenza alternattivi li jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn mezz sensorjali wieħed;

(vi)  ikunu akkumpanjati minn preżentazzjoni alternattiva ta' kwalunkwe kontenut mhux testwali;

(vii)  jinkludu deskrizzjoni tal-interfaċċa tal-utent tal-prodott (trattament, kontroll u feedback, input u output) mogħtija f'konformità mal-punt 2; id-deskrizzjoni għandha tindika għall kull wieħed mill-punti fil-punt 2 jekk il-prodott jipprovdix tali karatteristiċi;

(viii)  jinkludu deskrizzjoni tal-funzjonalità tal-prodott li tingħata permezz ta' funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabbiltà, f'konformità mal-punt 2; id-deskrizzjoni għandha tindika għal kull wieħed mill-punti fil-punt 2 jekk il-prodott jipprovdix dawk il-karatteristiċi;

(ix)  jinkludu deskrizzjoni tal-interfaċċar tas-software u l-hardware tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza; id-deskrizzjoni għandha tinkludi lista ta' dak it-tagħmir ta' assistenza li ġie ttestjat flimkien mal-prodott.

2.  Interfaċċa tal-utent u disinn tal-funzjonalità:

Il-prodott, inkluż l-interfaċċa tal-utent tiegħu, għandu jkun fih karatteristiċi, elementi u funzjonijiet, li jippermettu lill-persuni b'diżabilità jaċċessaw, jipperċepixxu, iħaddmu, jifhmu u jikkontrollaw il-prodott billi jiġi żgurat li:

(a)  meta l-prodott jipprevedi komunikazzjoni, inkluż komunikazzjoni interpersonali, operazzjoni, informazzjoni, kontroll u orjentazzjoni, huwa għandu jagħmel dan permezz ta' aktar minn mezz sensorjali wieħed; dan għandu jinkludi l-għoti ta' alternattivi għall-elementi tal-vista, tas-smigħ, tad-diskors u tal-mess;

(b)  meta l-prodott juża d-diskors għandhom jiġu proposti alternattivi għad-diskors u għall-input bil-vuċi għall-komunikazzjoni, it-tħaddim, il-kontroll u l-orjentazzjoni;

(c)  meta l-prodott juża elementi viżivi huwa għandu jipprevedi tkabbir, dija u kuntrast flessibbli għall-komunikazzjoni, l-informazzjoni u l-użu, kif ukoll jiżgura l-interoperabbiltà mal-programmi u t-tagħmir ta' assistenza biex tiġi nnavigata l-interfaċċa;

(d)  meta l-prodott juża l-kulur biex iwassal informazzjoni, jindika azzjoni, jitlob risposta jew jidentifika elementi, huwa għandu jipprovdi alternattiva għall-kulur;

(e)  meta l-prodott juża sinjali li jinstemgħu biex jagħti informazzjoni, jindika azzjoni, jitlob risposta jew jidentifika elementi, huwa għandu jipprovdi alternattiva għas-sinjali li jinstemgħu;

(f)  meta l-prodott juża elementi viżivi, huwa għandu jipprovdi modi flessibbli biex titjieb iċ-ċarezza tal-viżjoni;

(g)  meta l-prodott juża l-awdjo, huwa għandu jipprovdi kontroll mill-utent tal-volum u l-veloċità, u karatteristiċi awdjo msaħħa inkluż it-tnaqqis ta' sinjali awdjo ta' interferenza minn prodotti fil-madwar u ċ-ċarezza tal-awdjo;

(h)  meta l-prodott jeħtieġ operazzjoni u kontroll manwali, huwa għandu jipprevedi kontroll sekwenzjali u alternattivi għal kontroll ibbażat fuq kapaċitajiet motorji fiċ-ċokon, filwaqt li tiġi evitata l-ħtieġa għal kontrolli simultanji għall-manipulazzjoni, u għandu juża partijiet identifikabbli bil-mess;

(i)  il-prodott għandu jevita modi ta' tħaddim li jeħtieġu moviment estensiv u saħħa kbira;

(j)  il-prodott għandu jevita li jikkawża kriżi fotosensittiva;

(k)  il-prodott għandu jipproteġi l-privatezza tal-utenti meta dawn jużaw l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà;

(l)  il-prodott għandu jipprovdi alternattiva għall-identifikazzjoni u l-kontroll bijometriċi;

(m)  il-prodott għand jiżgura il-konsistenza tal-funzjonalità u għandu jipprovdi ammonti ta' żmien suffiċjenti u flessibbli għall-interazzjoni;

(n)  il-prodott għandu jipprovdi software u hardware għall-interfaċċar mat-teknoloġija ta' assistenza;

(o)  il-prodott għandu jkun konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur li ġejjin:

(i)  terminals self-service:

—  għandhom jipprevedu teknoloġija tal-qari awtomatiku tat-test;

—  għandhom jippermettu l-użu ta' kuffji personali;

—  meta jkun meħtieġ rispons bil-ħin, għandhom javżaw lill-utent permezz ta' aktar minn mezz sensorjali wieħed;

—  għandhom jagħtu l-possibbiltà li jiġi estiż iż-żmien li jingħata;

—  għandu jkollhom kuntrast adegwat u f'każ li jkunu disponibbli buttuni u kontrolli, dawn għandhom ikunu identifikabbli bil-mess;

—  m'għandhomx jeħtieġu li tkun attivata karatteristika ta' aċċessibbiltà biex utent li jkun jeħtieġ dik il-karatteristika jkun jista' jużahom;

—  meta l-prodott juża sinjali awdjo jew li jinstemgħu, dan għandu jkun kompatibbli mal-apparati u t-teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni, inkluż teknoloġiji tas-smigħ bħal apparat akustiku (hearing aids), telecoils, impjanti tal-koklea u tagħmir ta' assistenza għas-smigħ;

(ii)  qarrejja elettroniċi għandhom jipprevedu teknoloġija tal-qari awtomatiku tat-test;

(iii)  tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b'kapaċità informatika interattiva użat għall-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika:

—  għandu, meta prodotti bħal dawn minbarra l-vuċi jkollhom l-kapaċità tat-test, jipprevedi li t-test jiġi ttrattat fil-ħin reali u kompatibbiltà ma' awdjo hifi;

—  għandu, meta l-prodotti jkollhom kapaċitajiet vidjo flimkien ma' jew f'taħlita ta' test u vuċi, jipprevedi li tiġi ttrattata l-konverżazzjoni kollha inkluż vuċi sinkronizzata, test f'ħin reali, u vidjo b'riżoluzzjoni li tippermetti l-komunikazzjoni bil-lingwa tas-sinjali;

—  għandu jiżgura konnessjoni bla fili effikaċi għal teknoloġiji tas-smigħ;

—  għandu jevita interferenzi ma' tagħmir ta' assistenza;

(iv)  tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b'kapaċità informatika interattiva użat għal servizzi tal-media awdjoviżiva għandu jagħmel disponibbli lill-persuni b'diżabilità l-komponenti ta' aċċessibbiltà pprovduti mill-fornitur tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, għall-aċċess, l-għażla, il-kontroll u l-personalizzazzjoni mill-utent u għat-trasmissjoni lejn tagħmir ta' assistenza.

3.  Servizzi ta' sostenn:

Fejn disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli.

TAQSIMA II: REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ MARBUTA MA' PRODOTTI FL-ARTIKOLU 2(1), ĦLIEF GĦAT-TERMINALS SELF-SERVICE MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)(b)

Minbarra R-REKWIŻITI TAt-Taqsima I, l-imballaġġ u l-istruzzjonijiet tal-prodotti koperti minn din it-Taqsima għandhom isiru aċċessibbli, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità. Dan Ifisser li:

(a)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluż l-informazzjoni pprovduta fih (pereżempju dwar kif jinfetaħ, jingħalaq, jintuża, jintrema), inkluż, fejn provduta, informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-prodott, għandhom isiru aċċessibbli; u, meta jkun fattibbli, li għandha tingħata informazzjoni fuq l-imballaġġ;

(b)  l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li ma jkunux provduti fuq il-prodott innifsu iżda jkunu disponibbli b'mezzi oħra bħal sit web għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku meta l-prodott jitqiegħed fis-suq u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)  ikunu disponibbli permezz ta' aktar minn mezz sensorjali wieħed;

(ii)  ikunu ppreżentati b'mod li jinftiehem;

(iii)  ikunu ppreżentati lill-utenti b'modi li jistgħu jipperċepixxuh;

(iv)  ikunu ppreżentati f’fonts ta' daqs adegwat u forma adatta, b'kunsiderazzjoni ta' kundizzjonijiet prevedibbli ta' użu, u bl-użu ta' kuntrast suffiċjenti, kif ukoll spazjar aġġustabbli bejn l-ittri, il-linji u l-paragrafi;

(v)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jsir disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġu ġġenerati formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn mezz sensorjali wieħed; u

(vi)  istruzzjonijiet li fihom kwalunkwe kontenut mhux testwali għandhom ikunu akkumpanjati minn preżentazzjoni alternattiva ta' dak il-kontenut.

TAQSIMA III: REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ ĠENERALI RELATATI MAS-SERVIZZI KOLLHA KOPERTI MINN DIN ID-DIRETTIVA F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 2(2)

▌Il-provvista ta' servizzi sabiex jiġi massimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn ▌ persuni b'diżabilità, għandha titwettaq billi:

(a)  tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti użati fil-forniment tas-servizz, f'konformità mat-Taqsima I ta' dan l-Anness, u fejn applikabbli, it-Taqsima II tiegħu;

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz, u fejn il-prodotti jintużaw fil-forniment tas-servizz, ir-rabta tiegħu ma' dawn il-prodotti kif ukoll informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà u interoperabbiltà tagħhom ma' tagħmir u faċilitajiet ta' assistenza ▌:

(i)  l-informazzjoni ssir disponibbli permezz ta' aktar minn mezz sensorjali wieħed;

(ii)  il-preżentazzjoni tal-informazzjoni b'mod li jinftiehem;

(iii)  il-preżentazzjoni tal-informazzjoni lill-utenti b'modi li huma jistgħu jipperċepixxu;

(iv)  il-kontenut tal-informazzjoni jsir disponibbli ▌f'formati ta' test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati alternattivi ta' assistenza li għandhom ikunu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn mezz sensorjali wieħed;

(v)  il-preżentazzjoni f’fonts ta' daqs adegwat u forma adatta, li b'kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet prevedibbli ta' użu u bl-użu ta' kuntrast suffiċjenti, kif ukoll spazjar aġġustabbli bejn l-ittri, il-linji u l-paragrafi;

(vi)  kwalunkwe kontenut mhux testwali jiġi ssupplimentat bi preżentazzjoni alternattiva ta' dak il-kontenut; u

(vii)  il-provvista ta' informazzjoni elettronika ▌ meħtieġa fil-forniment ta' servizz b'mod konsistenti u adegwat billi tagħmlu perċepibbli, operabbli, jinftiehem u robust;

(c)  is-siti web, inkluż l-applikazzjonijiet online marbuta magħhom, u s-servizzi bbażati fuq tagħmir mobbli, inkluż applikazzjonijiet mobbli, isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat billi jsiru perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti;

(d)  fejn disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) li jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli.

TAQSIMA IV: REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ ADDIZZJONALI RELATATI MA' SERVIZZI SPEĊIFIĊI

Il-provvista ta' servizzi biex jiġi massimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabbiltà, għandha titwettaq billi jiġu inklużi funzjonijiet, prattiċi, politiki u proċeduri u trasformazzjonijiet fl-użu tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità u jiżguraw l-interoperabbiltà ma' teknoloġiji ta' assistenza:

(a)  Servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż dawk il-komunikazzjonijiet ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 109(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972:

(i)  il-forniment ta' test f'ħin reali flimkien ma' komunikazzjoni bil-vuċi;

(ii)  il-forniment ta' konverżazzjoni sħiħa fejn il-vidjo huwa provdut flimkien ma' komunikazzjoni bil-vuċi;

(iii)  jiġi żgurat li l-komunikazzjoni ta' emerġenza bl-użu tal-vuċi, it-test (inkluż test f'ħin reali) tkun sinkronizzata u fejn ikun provdut il-vidjo tkun sinkronizzata wkoll bħala konverżazzjoni sħiħa u trażmessa mill-fornituri ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika lill-PSAP l-aktar xieraq.

(b)  Servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva:

(i)  il-forniment ta' gwidi tal-programmi elettroniċi (EPGs) li huma perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti u jipprovdu informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-aċċessibbiltà;

(ii)  l-iżgurar li l-komponenti ta' aċċessibbiltà (servizzi ta' aċċess) tas-servizzi tal-media awdjoviżiva bħal sottotitoli għall-persuni neqsin mis-smigħ u għal dawk b'diffikultajiet ta' smigħ, deskrizzjoni awdjo, sottotitoli mitkellma u interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali huma trażmessi b'mod sħiħ bi kwalità adegwata biex jintwerew b'mod preċiż, u jkunu sinkronizzati mal-ħoss u l-vidjo, waqt li jkun possibbli kontroll mill-utent tal-wiri u l-użu tagħhom.

(c)  Servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u fuq l-ilma, ħlief għal servizzi ta' trasport urban u suburban u servizzi ta' trasport reġjonali:

(i)  jiġi żgurat li tingħata informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-vetturi, l-infrastruttura tal-madwar u tal-ambjent mibni u dwar l-assistenza lill-persuni b'diżabilità;

(ii)  jiġi żgurat li tingħata informazzjoni dwar magni intelliġenti tal-biljetti (riservazzjoni elettronika, prenotazzjoni ta' biljetti, eċċ.), informazzjoni tal-passiġġieri f'ħin reali (skedi, informazzjoni dwar tfixkil tat-traffiku, is-servizzi ta' kollegament, vjaġġar 'il barra b'modi oħra ta' trasport, eċċ.), u informazzjoni addizzjonali dwar is-servizz (eż. persunal ta' stazzjonijiet, lifts li ma jaħdmux jew servizzi li huma temporanjament mhux disponibbli).

(d)  Servizzi ta' trasport urban u suburban u servizzi ta' trasport reġjonali: tiġi żgurata l-aċċessibbiltà ta' terminals self-service użati fil-forniment tas-servizz f'konformità mat-Taqsima I ta' dan l-Anness.

(e)  Servizzi bankarji għall-konsumatur:

(i)  jiġu provduti metodi ta' identifikazzjoni, firem elettroniċi, sigurtà u servizzi ta' pagament li huma perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti;

(ii)  jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun tinftiehem, mingħajr ma jinqabeż livell ta' kumplessità aktar mil-livell B2 (intermedju għoli) tal-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi tal-Kunsill tal-Ewropa.

(f)  Kotba elettroniċi:

(i)  jiġi żgurat li meta ktieb elettroniku jkun fih awdjo flimkien ma' test, dan imbagħad jipprovdi test u awdjo sinkronizzati;

(ii)  jiġi żgurat li fajls diġitali tal-ktieb elettroniku ma jżommux lit-teknoloġija ta' assistenza milli topera tajjeb;

(iii)  jiġi żgurat aċċess għall-kontenut, in-navigazzjoni tal-kontenut tal-fajl u t-tqassim inkluż it-tqassim dinamiku, il-forniment tal-istruttura, il-flessibilità u l-għażla fil-preżentazzjoni tal-kontenut;

(iv)  jiġi permess twassil alternattiv tal-kontenut u l-interoperabbiltà tiegħu ma' varjetà ta' teknoloġiji ta' assistenza, b'tali mod li jista' jkun perċepibbli, li jinftiehem, operabbli u robust;

(v)  jiġi żgurat li dawn jinstabu billi tiġi provduta informazzjoni permezz ta' metadata dwar il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tagħhom;

(vi)  jiġi żgurat li miżuri ta' ġestjoni ta' drittijiet diġitali ma jimblokkawx fatturi ta' aċċessibbiltà.

(g)  Servizzi ta' kummerċ elettroniku:

(i)  tiġi pprovduta l-informazzjoni rigward l-aċċessibbiltà tal-prodotti u s-servizzi mibjugħa meta din l-informazzjoni tkun provduta mill-operatur ekonomiku responsabbli;

(ii)  jiġi żgurat li l-aċċessibbiltà tal-funzjonalità għall-identifikazzjoni, is-sigurtà u l-pagament meta jitwasslu bħala parti minn servizz minflok prodott billi jkunu perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti;

(iii)  jiġu provduti metodi ta' identifikazzjoni, firem elettroniċi, u servizzi ta' pagament li huma perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti.

TAQSIMA V: REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ SPEĊIFIĊI MARBUTA MAT-TWEĠIB TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET TA' EMERĠENZA FUQ IN-NUMRU UNIKU TA' EMERĠENZA EWROPEW '112' MILL-PSAP L-AKTAR XIERAQ

Sabiex jiġi massimizzat l-użu previst tagħhom minn persuni b'diżabilità, it-tweġib ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza fuq in-numru uniku ta' emerġenza Ewropew '112', mill-PSAP l-aktar xieraq, għandu jitwettaq billi jinkludi funzjonijiet, prattiċi, politiki u proċeduri u alterazzjonijiet ▌immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità.

Il-komunikazzjonijiet ta' emerġenza fuq in-numru uniku ta' emerġenza Ewropew '112', għandhom jitwieġbu kif xieraq, bl-aħjar mod li jaqbel għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta' emerġenza, bl-aktar PSAP xieraq bl-istess mezz ta' komunikazzjoni kif waslu, jiġifieri bl-użu ta' vuċi u test sinkronizzati (inkluż it-test f'ħin reali), jew, fejn huwa provdut vidjo, il-vuċi, it-test (inkluż it-test f'ħin reali) u l-vidjo sinkronizzati bħala konverżazzjoni sħiħa.

TAQSIMA VI: REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-KARATTERISTIĊI, ELEMENTI JEW FUNZJONIJIET TAL-PRODOTTI U SERVIZZI F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 24(2)

Il-preżunzjoni li jitwettqu l-obbligi rilevanti stabbiliti f'atti oħra tal-Unjoni dwar karatteristiċi, elementi jew funzjonijiet tal-prodotti u servizzi teħtieġ dan li ġej:

1.  Prodotti:

(a)  l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni li tikkonċerna l-karatteristiċi tal-funzjoni u tal-aċċessibbiltà marbuta mal-prodotti tikkonforma mal-elementi korrispondenti stabbiliti fil-punt 1 tat-Taqsima I ta' dan l-Anness, jiġifieri l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu u l-istruzzjonijiet għall-użu ta' prodotti, mhux mogħtija fuq il-prodott innifsu iżda disponibbli permezz tal-użu tal-prodott jew b'mezzi oħra bħal sit web;

(b)  l-aċċessibbiltà ta' karatteristiċi, elementi u funzjonijiet tal-interfaċċa tal-utent u tad-disinn tal-funzjonalità tal-prodotti tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti ta' aċċessibbiltà għal tali interfaċċa tal-utent jew disinn tal-funzjonalità stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima I ta' dan l-Anness;

(c)  l-aċċessibbiltà tal-imballaġġ, inkluż l-informazzjoni mogħtija fih u l-istruzzjonijiet għall-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott mhux mogħtija fil-prodott innifsu iżda disponibbli permezz ta' mezzi oħra bħal sit web, ħlief għal terminals self service, tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fit-Taqsima II ta' dan l-Anness.

2.  Servizzi:

l-aċċessibbiltà tal-karatteristiċi, l-elementi u l-funzjonijiet tas-servizzi tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti ta' aċċessibbiltà għal dawk il-karatteristiċi, l-elementi u l-funzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet marbuta mas-servizzi ta' dan l-Anness.

TAQSIMA VII: KRITERJI TAL-PRESTAZZJONI FUNZJONALI

Sabiex jiġi massimizzat l-użu prevedibbli minn persuni b'diżabilità, meta r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà, stipulati fit-Taqsimiet I sa IV ta' dan l-Anness, ma jindirizzawx funzjoni waħda jew aktar tad-disinn u l-produzzjoni ta' prodotti jew il-provvista ta' servizzi, dawk il-funzjonijiet jew il-mezzi għandhom ikunu aċċessibbli billi jikkonformaw mal-kriterji tal-prestazzjoni funzjonali relatati.

Dawk il-kriterji tal-prestazzjoni funzjonali jistgħu jintużaw biss bħala alternattiva għal rekwiżit tekniku speċifiku wieħed jew aktar, meta dawn jissemmew fir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà, jekk u biss jekk l-applikazzjoni tal-kriterji tal-prestazzjoni funzjonali tikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u tiddetermina li d-disinn u l-produzzjoni ta' prodotti u l-provvista ta' servizzi tirriżulta f'aċċessibbiltà ekwivalenti jew miżjuda għall-użu prevedibbli minn persuni b'diżabilità.

(a)  Użu mingħajr viżjoni

Fejn il-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet viżwali ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi wkoll tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi viżjoni.

(b)  Użu b'viżjoni limitata

Meta l-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet viżwali ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tippermetti lill-utenti jħaddmu l-prodott b'viżjoni limitata.

(c)  Użu mingħajr perċezzjoni tal-kulur

Fejn il-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet viżwali ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi wkoll tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-utent tal-kulur.

(d)  Użu mingħajr smigħ

Meta l-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ.

(e)  Użu bi smigħ limitat

Meta l-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim b'karatteristiċi awdjo mtejba li tippermetti li l-utenti bi smigħ limitat iħaddmu l-prodott.

(f)  Użu mingħajr kapaċitajiet vokali

Meta l-prodott jew is-servizz jirrikjedi input vokali mill-utenti, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi input vokali. Input vokali jinkludi kwalunkwe ħoss iġġenerat mill-fomm bħal diskors, tisfir jew ċaqċiq.

(g)  Użu b'manipulazzjoni jew saħħa limitati

Meta l-prodott jirrikjedi jew is-servizz azzjonijiet manwali, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu mill-prodott permezz ta' azzjonijiet alternattivi li ma jirrikjedux kontroll u manipulazzjoni bil-ħiliet motorji żgħar, saħħa bl-idejn jew it-tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin.

(h)  Użu b'firxa ta' moviment limitat

L-elementi operazzjonali tal-prodotti għandhom ikunu jistgħu jintlaħqu mill-utenti kollha. Meta l-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet manwali ta' tħaddim, dawn għandhom jipprovdu tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li titħaddem b'firxa ta' moviment limitat u b'saħħa limitata.

(i)  Minimizzazzjoni tar-riskju li jiġu kkawżati kriżijiet fotosensittivi

Meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżwali ta' tħaddim, dan għandu jevita modalitajiet ta' tħaddim li jikkawżaw kriżijiet fotosensittivi.

(j)  Użu b'konjizzjoni limitata

Il-prodott jew is-servizz għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tinkorpora karatteristiċi li jagħmluh aktar sempliċi u faċli biex jintuża.

(k)  Privatezza

Meta l-prodott jew is-servizz jinkorpora karatteristiċi li huma provduti għal aċċessibbiltà, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tħares il-privatezza meta jintużaw dawk il-karatteristiċi li huma provduti għal aċċessibbiltà.

___________________

ANNESS II

EŻEMPJI INDIKATTIVI MHUX VINKOLANTI TA' SOLUZZJONIJIET POSSIBBLI LI JIKKONTRIBWIXXU BIEX JINTLAĦQU R-REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ FL-ANNESS I

TAQSIMA I:

EŻEMPJI MARBUTA MAR-REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ ĠENERALI GĦALL-PRODOTTI KOLLHA KOPERTI MINN DIN ID-DIRETTIVA F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 2(1)

IR-REKWIŻITI F'SEZZJONI I TAL-

ANNESS I

EŻEMPJI

1.  L-għoti ta' informazzjoni

(a)  

(i)

L-għoti ta' informazzjoni viżwali u li tinħass bil-mess jew informazzjoni viżwali u li tinstema' li tindika l-post fejn għandha tiġi introdotta kard f'terminal self service sabiex persuni neqsin mid-dawl u mis-smigħ ikunu jistgħu jużawha.

(ii)  

L-użu tal-istess kliem b'mod konsistenti, jew bi struttura ċara u loġika, sabiex il-persuni b'diżabilità intellettwali jkunu jistgħu jifhmuha aħjar.

(iii)  

Il-provvista ta' format ta' riljiev li jinħass bil-mess jew ħoss flimkien ma' twissija testwali sabiex il-persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jipperċepixxuha.

(iv)  

Il-kapaċità għall-persuni b'vista batuta li jaqraw test.

(b)  

(i)  

Il-provvista ta' fajls elettroniċi li jistgħu jinqraw minn kompjuter bl-użu ta' qarrejja tal-iskrin sabiex il-persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jużaw l-informazzjoni.

(ii)  

L-użu tal-istess kliem b'mod konsistenti, jew bi struttura ċara u loġika, sabiex il-persuni b'diżabilità intellettwali jkunu jistgħu jifhmuhom aħjar.

(iii)  

Il-provvista ta' sottotitoli meta jingħataw struzzjonijiet f'vidjo.

(iv)  

Il-kapaċità għall-persuni b'vista batuta li jaqraw it-test.

(v)  

L-istampar bil-Braille, sabiex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jużawhom.

(vi)  

Deskrizzjoni testwali flimkien ma' dijagramma li tidentifika l-elementi ewlenin jew li tiddeskrivi l-azzjonijiet prinċipali.

(vii)  

Ma ngħatax eżempju

(viii)  

Ma ngħatax eżempju

(ix)  

L-inklużjoni ta' socket u software f'magni awtomatiċi tal-flus li jippermettu li titqabbad kuffja li tirċievi t-test fuq l-iskrin fil-forma ta' ħoss.

2.  Eżempji marbuta mal-interfaċċa tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità

(a)  

L-għoti ta' struzzjonijiet fil-forma ta' vuċi u test, jew billi jiġu inkorporati sinjali li jinħassu f'tastiera, sabiex dawk il-persuni neqsin mid-dawl jew bi smigħ batut ikunu jistgħu jinteraġixxu mal-prodott.

(b)  

F'terminal self-service, pereżempju minbarra struzzjonijiet mitkellma, jiġu offerti struzzjonijiet fil-forma ta' test jew stampi sabiex persuni neqsin mis-smigħ ikunu jistgħu jwettqu l-azzjoni meħtieġa wkoll.

(c)  

Il-possibbiltà li l-utenti jkabbru test, jiżżumjaw fuq pittogramma partikolari jew iżidu l-kuntrast, sabiex persuni b'vista batuta jkunu jistgħu jipperċepixxu l-informazzjoni.

(d)  

Minbarra li tingħata l-għażla bejn l-għafsa tal-buttuna l-ħadra jew l-ħamra għall-għażla ta' opzjoni, fuq il-buttuni jkun hemm miktub x'inhuma l-opzjonijiet, sabiex persuni li ma jagħrfux il-kuluri jkunu jistgħu jagħżlu.

(e)  

Meta kompjuter jagħti sinjal ta' żball, jingħata test bil-miktub jew immaġni li tindika l-iżball, sabiex persuni neqsin mis-smigħ ikunu jistgħu jintebħu li qed isir żball.

(f)  

Il-possibbiltà ta' żieda fil-kuntrast fi stampi fuq sfond sabiex persuni b'livell baxx tal-vista jkunu jistgħu jarawhom.

(g)  

Il-possibbiltà li utenti tat-telefon jagħżlu l-volum tal-ħoss u jnaqqsu l-interferenza mal-apparat akustiku sabiex il-persuni bi smigħ batut ikunu jistgħu jużaw it-telefon.

(h)  

Il-buttuni fuq l-iskrins li jitħaddmu bil-mess ikunu magħmula akbar u mifruda sew sabiex persuni bir-rogħda jkunu jistgħu jagħfsuhom.

(i)

Jiġi żgurat li l-buttuni li għandhom jingħafsu ma jkunux jeħtieġu ħafna forza sabiex persuni li għandhom indebolimenti motorji jkunu jistgħu jużawhom.

(j)  

L-istampi li jteptpu jkunu evitati sabiex persuni li jista' jaqbadhom attakk ta' epilessja ma jkunux f'riskju.

(k)  

Il-possibbiltà tal-użu ta' kuffji meta tingħata informazzjoni mitkellma minn ATM.

(l)  

Bħala alternattiva għall-qari tal-marki tas-swaba', ikun possibbli għal utenti li ma jistgħux jużaw idejhom li jagħżlu password biex isakkru jew jiftħu apparat telefoniku.

(m)  

Jiġi żgurat li software jirreaġixxi b'mod prevedibbli meta titwettaq azzjoni partikolari u jingħata ħin biżżejjed biex tiddaħħal il-password sabiex ikun faċli li jintuża minn persuni b'diżabilità intellettwali.

(n)  

L-offerta ta' konnessjoni ta' wiri bil-Braille li jista' jiġġedded sabiex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jużaw il-kompjuter.

(o)  

Eżempji ta' rekwiżiti speċifiċi għas-settur

(i)  

Ma ngħatax eżempju

(ii):

Ma ngħatax eżempju

(iii)  L-ewwel inċiż

Il-provvista ta' telefon ċellulari li permezz tiegħu għandhom ikunu jistgħu jsiru konverżazzjonijiet b'test f'ħin reali sabiex il-persuni bi smigħ batut ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni b'mod interattiv.

(iii)  Ir-raba' inċiż

Il-possibbiltà tal-użu simultanju ta' vidjo biex jintwerew il-lingwa tas-sinjali u t-test biex jinkiteb messaġġ, sabiex żewġ persuni neqsin mis-smigħ ikunu jistgħu jikkomunikaw ma' xulxin jew ma' persuna li tisma'.

(iv)  L-ewwel inċiż

Jiġi żgurat li s-sottotitoli jkunu trażmessi permezz tal-kaxxa tad-decoder għall-użu minn persuni neqsin mis-smigħ.

3.  Servizzi ta' appoġġ

Ma ngħatax eżempju

TAQSIMA II:

EŻEMPJI MARBUTA MAR-REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-PRODOTTI FL-ARTIKOLU 2(1), ĦLIEF GĦAT-TERMINALS SELF SERVICE MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)(b)

IR-REKWIŻITI F'SEZZJONI II TAL-

ANNESS I

EŻEMPJI

L-imballaġġ u l-istruzzjonijiet tal-prodotti

(a)  

L-indikazzjoni fl-imballaġġ li t-telefon għandu karatteristiċi ta' aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità.

(b)

(i)  

Il-provvista ta' fajls elettroniċi li jistgħu jinqraw minn kompjuter bl-użu ta' qarrejja tal-iskrin sabiex il-persuni għomja jkunu jistgħu jużaw l-informazzjoni.

(ii)  

L-użu tal-istess kliem b'mod konsistenti, jew bi struttura ċara u loġika, sabiex il-persuni b'diżabilità intellettwali jkunu jistgħu jifhmuha aħjar.

(iii)  

Il-provvista ta' format ta' riljiev li jinħass jew ħoss meta tkun preżenti twissija b'test sabiex il-persuni neqsin mid-dawl jirċievu t-twissija.

(iv)  

Il-persuni b'vista batuta jingħataw il-possibbiltà li jaqraw it-test.

(v)  

L-istampar bil-Braille, sabiex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jaqrawh.

(vi)  

Is-supplementar ta' dijagramma b'deskrizzjoni testwali li tidentifika l-elementi ewlenin jew li tiddeskrivi l-azzjonijiet prinċipali.

TAQSIMA III:

EŻEMPJI MARBUTA MAR-REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ ĠENERALI GĦAS-SERVIZZI KOLLHA KOPERTI MINN DIN ID-DIRETTIVA F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 2(2)

IR-REKWIŻITI F'SEZZJONI III TAL-

ANNESS I

EŻEMPJI

L-għoti ta' servizzi

(a)  

Ma ngħatax eżempju

(b)  

(i)  

Il-provvista ta' fajls elettroniċi li jistgħu jinqraw minn kompjuter bl-użu ta' qarrejja tal-iskrin sabiex il-persuni għomja jkunu jistgħu jużaw l-informazzjoni.

(ii)  

L-użu tal-istess kliem b'mod konsistenti, jew bi struttura ċara u loġika, sabiex il-persuni b'diżabilità intellettwali jkunu jistgħu jifhmuha aħjar.

(iii)  

L-inklużjoni ta' sottotitoli meta jingħata vidjo bl-istruzzjonijiet.

(iv)  

Il-persuni neqsin mid-dawl jingħataw il-possibbiltà li jużaw fajl billi jistampawh bil-Braille.

(v)  

Il-persuni b'vista batuta jingħataw il-possibbiltà li jaqraw it-test.

(vi)  

Deskrizzjoni testwali flimkien ma' dijagramma li tidentifika l-elementi ewlenin jew li tiddeskrivi l-azzjonijiet prinċipali.

(vii)  

Meta fornitur ta' servizz joffri USB-key b'informazzjoni dwar is-servizz, dik l-informazzjoni tkun aċċessibbli.

(c)  

Il-provvista ta' deskrizzjoni b'test ta' stampi, il-funzjonalità kollha tkun disponibbli fuq tastiera, l-utenti jingħataw ħin biżżejjed biex jaqraw, il-kontenut ikun jidher u jopera b'mod prevedibbli, u tingħata kompatibbiltà ma' teknoloġiji ta' assistenza, sabiex il-persuni b'diżabilitajiet differenti jkunu jistgħu jaqraw u jinteraġixxu ma' sit web.

(d)  

Ma ngħatax eżempju

TAQSIMA IV:

EŻEMPJI MARBUTA MA' REKWIŻITI ADDIZZJONALI TA' AĊĊESSIBBILTÀ GĦAL SERVIZZI SPEĊIFIĊI

IR-REKWIŻITI F'SEZZJONI IV TAL-

ANNESS I

EŻEMPJI

Servizzi speċifiċi

(a)  

(i)  

Il-possibbiltà lill-persuni bi smigħ batut biex ikunu jistgħu jiktbu u jirċievu test b'mod interattiv u f'ħin reali.

(ii)  

Il-possibbiltà lill-persuni neqsin mis-smigħ li jużaw il-lingwa tas-sinjali biex jikkomunikaw bejniethom.

(iii)  

Il-possibbiltà li l-persuni b'diżabilità fit-taħdit u s-smigħ li jagħżlu li jużaw taħlita ta' test, vuċi u vidjo, ikunu jafu li l-komunikazzjoni ntbagħtet lis-servizz ta' emerġenza permezz tan-netwerk.

(b)  

(i)  

Il-possibbiltà li l-persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jagħżlu l-programmi fuq it-televiżjoni.

(ii)  

L-appoġġ tal-possibbiltà tal-għażla, tal-personalizzazzjoni u tal-wiri tas-"servizzi ta' aċċess" bħal sottotitoli għal dawk neqsin mis-smigħ jew dawk bi smigħ batut, deskrizzjoni bl-awdjo, sottotitoli mitkellma u interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, bil-provvista ta' mezzi għal konnessjoni mingħajr fili effettivi għat-teknoloġiji għas-smigħ jew bil-provvista ta' kontrolli tal-utent biex jiġu attivati "servizzi ta' aċċess" għal servizzi tal-media awdjoviżiva fl-istess livell ta' prominenza bħall-kontrolli tal-media primarji.

(c)  

(i)

Ma ngħatax eżempju

(ii)  

Ma ngħatax eżempju

(d)  Ma ngħatax eżempju

(e)

(i)  

Il-possibbiltà lill-persuni bid-dislessija li jaqraw u jisimgħu test fl-istess ħin.

(ii)  

Il-kapaċità li t-test u l-awdjo joħorġu sinkronizzati jew tkun tista' tingħata traskrizzjoni bil-Braille li tista' tiġġedded.

(iii)  

Il-possibbiltà lill-persuni neqsin mid-dawl li jkunu jistgħu jaċċessaw l-indiċi jew jibdlu l-kapitoli.

(iv)

Ma ngħatax eżempju

(v)  

Jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tagħhom ikunu disponibbli fil-fajl elettroniku sabiex il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jiġu infurmati.

(vi)  

Jiġi żgurat li ma jkunx hemm ibblukkar, per eżempju li l-miżuri ta' protezzjoni teknika, l-informazzjoni ta' ġestjoni tad-drittijiet jew kwistjonijiet ta' interoperabilità ma jostakolax li t-test jinqara b'vuċi għolja mit-tagħmir ta' assistenza, biex l-utenti neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jaqraw il-ktieb.

(g)  

(i)  

Jiġi żgurat li l-informazzjoni disponibbli dwar il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà ta' prodott ma titħassarx.

(ii)  

L-interfaċċa tal-utent għas-servizzi tal-ħlas issir disponibbli permezz tal-vuċi sabiex il-persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jixtru online b'mod indipendenti.

(iii)  

Id-djalogi għall-identifikazzjoni fuq l-iskrin ikunu kapaċi jinqraw minn qarrejja tal-iskrin sabiex il-persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jużawhom.

_______________________

ANNESS III

REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-FINI TAL-ARTIKOLU 4(4) DWAR L-AMBJENT MIBNI FEJN JINGĦATAW IS-SERVIZZI LI JAQGĦU FIL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TA' DIN ID-DIRETTIVA

Sabiex jiġi massimizzat l-użu prevedibbli b'mod indipendenti minn persuni b'disabilità tal-ambjent mibni li fih jingħata servizz u li jkun taħt ir-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizz, kif imsemmi fl-Artikolu 4(4), l-aċċessibilità taż-żoni maħsuba għall-aċċess pubbliku għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin:

(a)  l-użu ta' faċilitajiet u żoni esterni relatati ▌;

(b)  il-mogħdijiet biex tasal għall-bini ▌;

(c)  l-użu ta' postijiet ta' dħul;

(d)  l-użu ta' passaġġi ta' ċirkolazzjoni orizzontali;

(e)  l-użu ta' passaġġi ta' ċirkolazzjoni vertikali;

(f)  l-użu ta' kmamar mill-pubbliku;

(g)  l-użu ta' tagħmir u faċilitajiet użati fl-għoti tas-servizz;

(h)  l-użu ta' toilets u faċilitajiet sanitarji;

(i)  l-użu ta' postijiet ta' ħruġ, rotot ta' evakwazzjoni u l-kunċetti ta' ppjanar ta' emerġenza;

(j)  komunikazzjoni u orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(k)  l-użu ta' faċilitajiet u binjiet għall-iskop previst għalihom;

(l)  protezzjoni minn perikli fl-ambjent ta' ġewwa u ta' barra.

_____________________

ANNESS IV

PROĊEDURIA TAL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ - PRODOTTI

1.  Il-kontroll intern tal-produzzjoni

▌Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4 ta dan l-Anness, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-prodotti ▌kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti xierqa ta' din id-Direttiva.

2.   Id-dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li tiġi vvalutata l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà rilevanti msemmija fl-Artikolu 4 u, f'każ li l-manifattur uża l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 14, biex juri li r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà rilevanti jintroduċu bidla fundamentali jew jimponu piż sproporzjonat. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika biss ir-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sakemm ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-prodott.

Kull fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni ġenerali tal-prodott;

(b)  lista tal-istandards armonizzati u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, applikati kompletament jew parzjalment, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati għall-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà rilevanti msemmija fl-Artikolu 4 jekk dawk l-istandards armonizzati jew speċifiċitajiet tekniċi ma jkunux ġew applikati; fil-każ ta' standards armonizzati jew speċifikazzjonijiet tekniċi applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li ġew applikati.

3.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 ta' dan l-Anness u mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva.

4.   L-immarkar CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

4.1.   Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE msemmija f'din id-Direttiva ma' kull prodott individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva.

4.2   Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal mudell ta' prodott. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-prodott li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

5.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punt 4 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, dment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

____________________

ANNESS V

INFORMAZZJONI DWAR IS-SERVIZZI LI JISSODISFAW IR-REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ

1.   Il-fornitur tas-servizz għandu jinkludi fit-termini u fil-kondizzjonijiet ġenerali, jew f'dokument ekwivalenti, l-informazzjoni li tivvaluta kif is-servizz jissodisfa r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 4. L-informazzjoni għandha tiddeskrivi r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-operazzjoni tas-servizz. Minbarra r-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-konsumaturi tad-Direttiva 2011/83/UE , l-informazzjoni għandha tinkludi, fejn applikabbli, tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni ġenerali tas-servizz f'formati aċċessibbli;

(b)  deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem it-tħaddim tas-servizz;

(c)  deskrizzjoni ta' kif ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà rilevanti stabbiliti fl-Anness I huma ssodisfati mis-servizz.

2.   Sabiex jikkonforma mal-punt 1 ta'dan l-Anness, il-fornitur tas-servizz jista' japplika kompletament jew parzjalment l-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-fornitur tas-servizz għandu jipprovdi l-informazzjoni li turi li l-proċess ta' forniment tas-servizz u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tas-servizz mal-punt 1 ta' dan l-Anness u mar-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva.

_________________________

ANNESS VI

KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-PIŻ SPROPORZJONAT

Kriterji biex titwettaq u tiġi ddokumentata l-valutazzjoni:

1.  Il-proporzjon tal-ispejjeż netti tal-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà mal-ispejjeż globali (infiq operattiv u kapitali) tal-manifattura, id-distribuzzjoni jew l-importazzjoni tal-prodott jew l-għoti tas-servizz għall-operaturi ekonomiċi.

L-elementi li għandhom jintużaw biex jiġu vvalutati l-ispejjeż netti tal-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà:

(a)  kriterji relatati ma' spejjeż organizzattivi ta' darba biex fil-valutazzjoni jittieħed kont ta':

(i)  l-ispejjeż relatati ma' riżorsi umani addizzjonali b'għarfien espert dwar l-aċċessibbiltà;

(i)  l-ispejjeż relatati mat-taħriġ tar-riżorsi umani u biex jinkisbu kompetenzi dwar l-aċċessibbiltà;

(iii)  l-ispejjeż tal-iżvilupp ta' proċess ġdid biex tiġi inkluża l-aċċessibbiltà fl-iżvilupp tal-prodott jew fil-forniment tas-servizz;

(iv)  l-ispejjeż relatati mal-iżvilupp ta' materjal ta' gwida dwar l-aċċessibbiltà;

(v)  l-ispejjeż ta' darba biex ikun hemm għarfien tajjeb tal-leġislazzjoni dwar l-aċċessibbiltà;

(b)  kriterji relatati mal-ispejjeż ta' produzzjoni u żvilupp li għaddejjin sabiex fil-valutazzjoni jittieħed kont ta':

(i)_l-ispejjeż marbuta mad-disinn tal-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-prodott jew tas-servizz;

(ii)  l-ispejjeż imġarrba fil-proċessi ta' manifattura;

(iii)  l-ispejjeż relatati mal-ittestjar tal-prodott jew tas-servizz għall-aċċessibbiltà;

(iv)  l-ispejjeż relatati mal-istabbiliment ta' dokumentazzjoni.

2.  L-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-operaturi ekonomiċi, inkluż proċessi ta' produzzjoni u investimenti, b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-ammont u l-frekwenza tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku.

3.  Il-proporzjon tal-ispejjeż netti tal-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà mal-fatturat nett tal-operatur ekonomiku.

Elementi li għandhom jintużaw biex jiġu vvalutati l-ispejjeż netti mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà:

(a)  kriterji relatati ma' spejjeż organizzattivi ta' darba biex fil-valutazzjoni jittieħed kont ta':

(i)  l-ispejjeż relatati ma' riżorsi umani addizzjonali b'għarfien espert dwar l-aċċessibbiltà;

(ii)  l-ispejjeż relatati mat-taħriġ tar-riżorsi umani u biex jinkisbu kompetenzi dwar l-aċċessibbiltà;

(iii)  l-ispejjeż tal-iżvilupp ta' proċess ġdid biex tiġi inkluża l-aċċessibbiltà fl-iżvilupp tal-prodott jew fil-forniment tas-servizz;

(iv)  l-ispejjeż relatati mal-iżvilupp ta' materjal ta' gwida dwar l-aċċessibbiltà;

(v)  l-ispejjeż ta' darba biex ikun hemm għarfien tajjeb tal-leġislazzjoni dwar l-aċċessibbiltà;

(b)  kriterji relatati mal-ispejjeż ta' produzzjoni u żvilupp li għaddejjin sabiex fil-valutazzjoni jittieħed kont ta':

(i)  l-ispejjeż marbuta mad-disinn tal-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-prodott jew tas-servizz;

(ii)  l-ispejjeż imġarrba fil-proċessi ta' manifattura;

(iii)  l-ispejjeż relatati mal-ittestjar tal-prodott jew tas-servizz għall-aċċessibbiltà;

(iv)  l-ispejjeż relatati mal-istabbiliment ta' dokumentazzjoni.

__________________

(1) ĠU C 303, 19.8.2016, p. 103.
(2) Din il-pożizzjoni tieħu post l-emendi adottati fl-14 ta’ Settembru 2017 (Testi adottati, P8_TA (2017)0347).
(3)ĠU C 303, 19.8.2016, p. 103.
(4)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.
(5)Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta' sikurezza għal-liftijiet (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251).
(6)Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p.1).
(7)Ide-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
(8)Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
(9)Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(10)Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).
(11)Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1).
(12)Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
(13)Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).
(14)Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).
(15)Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (Tfassil mill-ġdid), (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
(16)Id-Direttiva (UE) 2017/1564 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2017 dwar ċerti użi permessi ta' ċerti xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabilità fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 242, 20.9.2017, p. 6).
(17)Ir-Regolament (UE) 2017/1563 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta' kopji b'format aċċessibbli ta' ċerti xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabilità fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat (ĠU L 242, 20.9.2017, p. 1).
(18)Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
(19)Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(20)Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
(21)Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(22)Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p.64).
(23)Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(24)Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u-tal Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(25)Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(26)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(27)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.02.2011, p. 13).
(28)ĠU L 369, 17.12.2011, p. 14.
(29)Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
(30)Id-Direttiva 2008/48/UE tal-Parlament Ewropew u-tal Kunsill tas-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).
(31)Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).
(32)Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u-tal Kunsill tas-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(33)Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
(34)Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).
(35)Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(36) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(37)Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).


Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża ***I
PDF 514kWORD 151k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE)2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (COM(2018)0302 – C8-0185/2018 – 2018/0152(COD))
P8_TA-PROV(2019)0174A8-0078/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0302),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 77(2)(a), (b), (d) u (e), l-Artikolu 78(2)(d), (e) u (g), l-Artikolu 79(2)(c) u (d), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0185/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0078/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu
Proposta għal
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI
li jirriforma s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża billi jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u li jħassar id-Deċiżjoni 2004/512/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) ġiet stabbilita b'Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE41 biex isservi bħala s-soluzzjoni teknoloġika għall-iskambju tad-data dwar il-viżi bejn l-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 stabbilixxa li l-iskop, il-funzjonalitajiet u r-responsabbiltajiet tal-VIS, kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-iskambju ta' data dwar viżi għal soġġorni qosra bejn l-Istati Membri biex tiffaċilita l-eżami ta' applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir u deċiżjonijiet relatati. Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 stabbilixxa r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni ta' identifikaturi bijometriċi fil-VIS. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI44 stabbiliet il-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Europol jistgħu jiksbu aċċess biex jikkonsultaw il-VIS għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra.
(1)  Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) ġiet stabbilita b'Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE41 biex isservi bħala s-soluzzjoni teknoloġika għall-iskambju tad-data dwar il-viżi bejn l-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 stabbilixxa li l-iskop, il-funzjonalitajiet u r-responsabbiltajiet tal-VIS, kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-iskambju ta' data dwar viżi għal soġġorni qosra bejn l-Istati Membri biex tiffaċilita l-eżami ta' applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir u deċiżjonijiet relatati. Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 jistabbilixxi r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni ta' identifikaturi bijometriċi fil-VIS. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI44 stabbiliet il-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Europol jistgħu jiksbu aċċess biex jikkonsultaw il-VIS għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra. Il-VIS bdiet topera fil-11 ta' Ottubru 201144a u tnediet gradwalment fil-konsulati tal-Istati Membri kollha madwar id-dinja bejn Ottubru 2011 u Frar 2016.
__________________
__________________
41 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).
41 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).
42 Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).
42 Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).
43 Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
43 Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
44 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).
44 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).
44a Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/636/UE tal-21 ta' Settembru 2011 deċiżjoni dwar id-data minn meta s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fl-ewwel reġjun (ĠU L 249, 27.9.2011, p. 18).
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' April 2016 intitolata "Sistemi ta' Informazzjoni Aktar b'Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u s-Sigurtà Interna"46 spjegat il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ u ttejjeb is-sistemi tal-IT, l-arkitettura tad-data u l-iskambju tal-informazzjoni tagħha fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u enfasizzat il-ħtieġa li tittejjeb l-interoperabilità tas-sistemi tal-IT. Il-Komunikazzjoni identifikat ukoll ħtieġa li jiġu indirizzati l-lakuni ta' informazzjoni, inklużi dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom viżi għal soġġorn twil.
(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' April 2016 intitolata "Sistemi ta' Informazzjoni Aktar b'Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u s-Sigurtà Interna"46 spjegat il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ u ttejjeb is-sistemi tal-IT, l-arkitettura tad-data u l-iskambju tal-informazzjoni tagħha fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u enfasizzat il-ħtieġa li tittejjeb l-interoperabilità tas-sistemi tal-IT. Il-Komunikazzjoni identifikat ukoll ħtieġa li jiġu indirizzati l-lakuni ta' informazzjoni, inklużi dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom viżi għal soġġorn twil minħabba li l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li jimplimenta l-Ftehim ta' Schengen jagħti dritt għal moviment liberu fit-territorju tal-Istati li jagħmlu parti mill-Ftehim għal perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe 180 jum, billi jistabbilixxi r-rikonoxximent reċiproku tal-permessi ta' residenza u l-viżi għal soġġorn twil maħruġa minn dawn l-Istati. Il-Kummissjoni għalhekk wettqet żewġ studji: l-ewwel studju ta' fattibbiltà46a kkonkluda li l-iżvilupp ta' repożitorju jkun fattibbli teknikament u li l-użu mill-ġdid tal-istruttura tal-VIS tkun l-aħjar għażla teknika, filwaqt li t-tieni studju46b wettaq analiżi tal-ħtieġa u l-proporzjonalità u kkonkluda li jkun meħtieġ u proporzjonali li l-kamp ta' applikazzjoni tal-VIS jinkludi d-dokumenti msemmija hawn fuq.
__________________
__________________
46 COM(2016)205 final.
46 COM(2016)205 final.
46a "Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBM) – Studju tal-Fattibbiltà biex jiġu inklużi f'repożitorju dokumenti għal Viżi għal Soġġorni Twal, Permessi ta' Residenza u Permessi tat-Traffiku Lokali tal-Fruntiera" (2017).
46b "Analiżi legali dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) biex tinkludi data dwar viżi għal soġġorn twil u dokumenti ta' residenza" (2018).
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Fl-10 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill approva Pjan Direzzjonali għat-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni47. Sabiex tiġi indirizzata l-lakuna eżistenti ta' informazzjoni fid-dokumenti maħruġa lil ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta t-twaqqif ta' repożitorju ċentrali ta' permessi ta' residenza u viżi għal soġġorn twil maħruġa minn Stati Membri, biex tinħażen informazzjoni dwar dawn id-dokumenti, inkluż dwar dati ta' skadenza u dwar l-irtirar possibbli tagħhom. L-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li jimplimenta l-Ftehim ta' Schengen jagħti dritt għal moviment liberu fit-territorju tal-istati li jagħmlu parti mill-Ftehim għal perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe 180 jum, billi jistabbilixxi r-rikonoxximent reċiproku tal-permessi ta' residenza u l-viżi għal soġġorn twil maħruġa minn dawn l-Istati.
imħassar
__________________
47 Pjan Direzzjonali għat-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni inklużi soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (9368/1/16 REV 1).
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2017 dwar it-triq 'il quddiem għat-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni u biex tiġi żgurata l-interoperabilità ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE48, il-Kunsill jagħraf li miżuri ġodda jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jimtlew il-lakuni ta' informazzjoni kurrenti għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-infurzar tal-liġi b'relazzjoni mal-qsim tal-fruntieri minn detenturi ta' viżi għal soġġorni twal u permessi ta' residenza. Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju tal-fattibbiltà bħala kwistjoni ta' prijorità dwar it-twaqqif ta' repożitorju ċentrali tal-UE li jkun fih informazzjoni dwar viżi għal soġġorni twal u permessi ta' residenza. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni wettqet żewġ studji: l-ewwel studju ta' fattibbiltà49 kkonkluda li l-iżvilupp ta' repożitorju jkun fattibbli teknikament u li l-użu mill-ġdid tal-istruttura tal-VIS tkun l-aħjar għażla teknika, filwaqt li t-tieni studju50 wettaq analiżi tal-ħtieġa u l-proporzjonalità u kkonkluda li jkun meħtieġ u proporzjonali li l-kamp ta' applikazzjoni tal-VIS jinkludi d-dokumenti msemmija hawn fuq.
imħassar
__________________
48 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-triq 'il quddiem għat-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni u li tiġi żgurata l-interoperabilità ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE (10151/17);
49 "Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBM) – Studju tal-Fattibbiltà biex jiġu inklużi f'repożitorju dokumenti għal Viżi għal Soġġorni Twal, Permessi ta' Residenza u Permessi tat-Traffiku Lokali tal-Fruntiera" (2017).
50 "Analiżi legali dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) biex tinkludi data dwar viżi għal soġġorn twil u dokumenti ta' residenza" (2018).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ġie rikonoxxut li l-kwistjoni tal-affidabbiltà suffiċjenti għal skopijiet ta' identifikazzjoni u verifika tal-marki tas-swaba' ta' tfal taħt it-12-il sena u, b'mod partikolari, kif il-marki tas-swaba' jevolvu mal-età, trid tiġi indirizzata fi stadju aktar tard, fuq il-bażi tar-riżultati ta' studju mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Studju53 mwettaq fl-2013 miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka kkonkluda li l-għarfien tal-marki tas-swaba' ta' tfal ta' bejn 6 u 12-il sena jista' jinkiseb b'livell sodisfaċenti ta' preċiżjoni taħt ċerti kundizzjonijiet. It-tieni studju54 kkonferma dan ir-riżultat f'Diċembru 2017 u ta informazzjoni aktar dettaljata dwar l-effett tal-kobor fuq il-kwalità tal-marki tas-swaba'. Fuq din il-bażi, fl-2017 il-Kummissjoni wettqet studju addizzjonali fejn ġew studjati l-ħtieġa u l-proporzjonalità li titbaxxa l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba' għat-tfal sa 6 snin fil-proċedura tal-viża. Dan l-istudju55 sab li jekk titbaxxa l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba', din tikkontribwixxi biex jinkisbu aħjar l-objettivi tal-VIS, b'mod partikolari b'relazzjoni mal-iffaċilitar tal-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, l-iffaċilitar tal-kontrolli fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni, u tista' ġġib benefiċċji addizzjonali billi jissaħħu l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra abbużi tad-drittijiet tat-tfal, b'mod partikolari billi jkun possibbli li tiġi identifikata jew ivverifikata l-identità ta' tfal li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi li jinsabu f'territorju ta' Schengen f'sitwazzjoni fejn id-drittijiet tagħhom jistgħu jiġu miksura, jew ġew miksura (pereżempju tfal li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, tfal neqsin jew minorenni mhux akkumpanjati li japplikaw għal ażil).
(8)  Meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ġie rikonoxxut li l-kwistjoni tal-affidabbiltà suffiċjenti għal skopijiet ta' identifikazzjoni u verifika tal-marki tas-swaba' ta' tfal taħt it-12-il sena u, b'mod partikolari, kif il-marki tas-swaba' jevolvu mal-età, trid tiġi indirizzata fi stadju aktar tard, fuq il-bażi tar-riżultati ta' studju mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Studju53 mwettaq fl-2013 miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka kkonkluda li l-għarfien tal-marki tas-swaba' ta' tfal ta' bejn 6 u 12-il sena jista' jinkiseb b'livell sodisfaċenti ta' preċiżjoni taħt ċerti kundizzjonijiet. It-tieni studju54 kkonferma dan ir-riżultat f'Diċembru 2017 u ta informazzjoni aktar dettaljata dwar l-effett tal-età fuq il-kwalità tal-marki tas-swaba'. Fuq din il-bażi, fl-2017 il-Kummissjoni wettqet studju addizzjonali fejn ġew studjati l-ħtieġa u l-proporzjonalità li titbaxxa l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba' għat-tfal sa 6 snin fil-proċedura tal-viża. Dan l-istudju55 sab li jekk titbaxxa l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba', din tikkontribwixxi biex jinkisbu aħjar l-objettivi tal-VIS, b'mod partikolari b'relazzjoni mal-iffaċilitar tal-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, l-iffaċilitar tal-kontrolli fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni, u tista' ġġib benefiċċji addizzjonali billi jissaħħu l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra abbużi tad-drittijiet tat-tfal, b'mod partikolari billi jkun possibbli li tiġi identifikata jew ivverifikata l-identità ta' tfal li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi li jinsabu f'territorju ta' Schengen f'sitwazzjoni fejn id-drittijiet tagħhom jistgħu jiġu miksura, jew ġew miksura (pereżempju tfal li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, tfal neqsin jew minorenni mhux akkumpanjati li japplikaw għal ażil). Fl-istess ħin, it-tfal huma grupp partikolarment vulnerabbli u l-ġbir mingħandhom ta' kategoriji speċjali ta' data, bħal marki tas-swaba', jenħtieġ li jkun soġġett għal salvagwardji aktar stretti u għal limitazzjoni tal-finijiet li għalihom din id-data tista' tintuża għal sitwazzjonijiet fejn ikun fl-aħjar interessi tat-tfal, inkluż billi jiġi limitat il-perjodu ta' żamma għall-ħażna tad-data. It-tieni studju identifika wkoll li l-marki tas-swaba' tal-persuni li għandhom ’il fuq minn 70 sena huma ta' kwalità baxxa u preċiżjoni medja. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw fl-iskambju tal-aħjar prattiki u jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet.
__________________
__________________
53 Għarfien tal-Marki tas-Swaba' għat-Tfal (2013 - EUR 26193).
53 Għarfien tal-Marki tas-Swaba' għat-Tfal (2013 - EUR 26193).
54 "Għarfien awtomatiku tal-marki tas-swaba': mit-tfal għall-anzjani" (2018 – JRC).
54 "Għarfien awtomatiku tal-marki tas-swaba': mit-tfal għall-anzjani" (2018 – JRC).
55 "Il-fattibbiltà u l-implikazzjonijiet jekk titbaxxa l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba' għat-tfal u li fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) tinħażen kopja skennjata tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant għal viża" (2018).
55 "Il-fattibbiltà u l-implikazzjonijiet jekk titbaxxa l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba' għat-tfal u li fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) tinħażen kopja skennjata tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant għal viża" (2018).
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Id-data personali mogħtija mill-applikant għal viża għal soġġorn qasir għandha tiġi pproċessata bil-VIS biex tivvaluta jekk id-dħul tal-applikant fl-Unjoni jistax ikun ta' theddida għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u tivvaluta wkoll ir-riskju ta' migrazzjoni irregolari tal-applikant. Fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li kisbu viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza, dawn il-verifiki għandhom jiġu limitati biex jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-identità tad-detentur tad-dokument, l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza kif ukoll jekk id-dħul taċ-ċittadin ta' pajjiż terz fl-Unjoni jistax ikun ta' theddida għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni. M'għandhomx jinterferixxu fi kwalunkwe deċiżjoni dwar viżi għal soġġorn twil jew permessi ta' residenza.
(10)  Id-data personali mogħtija mill-applikant għal viża għal soġġorn qasir jenħtieġ li tiġi pproċessata bil-VIS biex tivvaluta jekk id-dħul tal-applikant fl-Unjoni jistax ikun ta' theddida għas-sigurtà pubblika fl-Unjoni u tivvaluta wkoll ir-riskju ta' migrazzjoni irregolari tal-applikant. Fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li kisbu viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza, dawn il-verifiki jenħtieġ li jiġu limitati biex jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-identità tad-detentur tad-dokument, l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza kif ukoll jekk id-dħul taċ-ċittadin ta' pajjiż terz fl-Unjoni jistax ikun ta' theddida għas-sigurtà pubblika fl-Unjoni. Huma jenħtieġ li ma jinterferixxu fl-ebda deċiżjoni dwar viżi għal soġġorn twil jew permessi ta' residenza.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Il-valutazzjoni ta' riskji bħal dawn ma tistax titwettaq mingħajr l-ipproċessar tad-data personali relatata mal-identità tal-persuna, id-dokument tal-ivvjaġġar, u, skont x'ikun il-każ, sponsor jew, jekk l-applikant huwa minorenni, l-identità tal-persuna responsabbli. Kull oġġett ta' data personali fl-applikazzjonijiet għandu jitqabbel mad-data li tinsab fir-rekord, fajl jew allert irreġistrati f'sistema ta' informazzjoni (is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-data tal-Europol, il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (SLTD), is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), il-Eurodac, is-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta' kundanni relatati ma' reati terroristiċi jew forom oħra ta' reati kriminali serji u/jew il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma' Avviżi (Interpol TDAWN)) jew ma' listi ta' sorveljanza, jew ma' indikaturi speċifiċi tar-riskji. Il-kategoriji ta' data personali li għandhom jintużaw għat-tqabbil għadhom ikunu limitati għall-kategoriji tad-data preżenti fis-sistemi ta' informazzjoni, il-lista ta' sorveljanza jew l-indikaturi speċifiċi tar-riskju li jiġu kkonsultati.
(11)  Il-valutazzjoni ta' riskji bħal dawn ma tistax titwettaq mingħajr l-ipproċessar tad-data personali relatata mal-identità tal-persuna, id-dokument tal-ivvjaġġar, u, skont x'ikun il-każ, sponsor jew, jekk l-applikant huwa minorenni, l-identità tal-persuna responsabbli. Kull oġġett ta' data personali fl-applikazzjonijiet jenħtieġ li jitqabbel mad-data li tinsab fir-rekord, fajl jew allert irreġistrati f'sistema ta' informazzjoni (is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-data tal-Europol, il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (SLTD), is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), l-Eurodac, jew ma' listi ta' sorveljanza tal-ETIAS, jew ma' indikaturi speċifiċi tar-riskji. Il-kategoriji ta' data personali li jenħtieġ li jintużaw għat-tqabbil jenħtieġ li jkunu limitati għall-kategoriji tad-data preżenti fis-sistemi ta' informazzjoni, il-lista ta' sorveljanza jew l-indikaturi speċifiċi tar-riskju li jiġu kkonsultati.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  L-interoperabilità bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ġiet stabbilita bir-[Regolament (UE) XX dwar l-interoperabilità] sabiex dawn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u d-data tagħhom jissupplimentaw lil xulxin bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, u għaldaqstant tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali u tiżgura livell għoli ta' sigurtà fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja tal-Unjoni, inkluż iż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-politika pubblika u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri.
(12)  L-interoperabilità bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ġiet stabbilita bir-[Regolament (UE) XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, u għaldaqstant tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali u tiżgura livell għoli ta' sigurtà fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja tal-Unjoni, inkluż iż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-politika pubblika u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri.
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha teħtieġ adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  L-interoperabilità bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE tippermetti lis-sistemi jissupplimentaw lil xulxin biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni korretta tal-persuni, tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, jitjiebu u jiġu armonizzati r-rekwiżiti relatati mal-kwalità tad-data tas-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE, tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni teknika u operazzjonali mill-Istati Membri tas-sistemi ta' informazzjoni eżistenti u futuri tal-UE, jissaħħu u jiġu ssimplifikati s-salvagwardji tas-sigurtà tad-data u tal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE, jiġi ssimplifikat l-aċċess għall-infurzar tal-liġi għall-EES, il-VIS, l-[ETIAS] u l-Eurodac, u jiġu appoġġjati l-iskopijiet tal-EES, il-VIS, l-[ETIAS], l-Eurodac, is-SIS u s-[sistema ECRIS-TCN].
(13)  L-interoperabilità bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE tippermetti lis-sistemi jiffaċilitaw l-identifikazzjoni korretta tal-persuni, jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, itejbu u jarmonizzaw ir-rekwiżiti relatati mal-kwalità tad-data tas-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE, jiffaċilitaw l-implimentazzjoni teknika u operazzjonali mill-Istati Membri tas-sistemi ta' informazzjoni eżistenti tal-UE, isaħħu, jarmonizzaw u jissimplifikaw is-salvagwardji tas-sigurtà tad-data u tal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE, jissimplifikaw l-aċċess ikkontrollat għall-infurzar tal-liġi għall-VIS, l-ETIAS u l-Eurodac, u jappoġġaw l-iskopijiet tal-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-Eurodac, is-SIS u s-sistema ECRIS-TCN.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Il-komponenti tal-interoperabilità jkopru l-EES, il-VIS, l-[ETIAS], l-Eurodac, is-SIS, u s-[sistema ECRIS-TCN], u d-data tal-Europol biex din tkun tista' tiġi kkonsultata fl-istess ħin minn dawn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u għaldaqstant huwa xieraq li jintużaw dawn il-komponenti bl-iskop li jitwettqu verifiki awtomatizzati u meta tiġi aċċessata l-CIS għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi. Il-Portal Ewropew tat-Tfittxija (ESP) għandu jintuża għal dan l-iskop biex ikun hemm aċċess veloċi, bla problemi, effiċjenti, sistematiku u kkontrollat għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol u l-bażijiet tad-data tal-Interpol meħtieġa biex iwettqu l-inkarigi tagħhom, skont id-drittijiet tal-aċċess tagħhom, u b'appoġġ għall-objettivi tal-VIS.
(14)  Il-komponenti tal-interoperabilità jkopru l-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-Eurodac, is-SIS, u s-sistema ECRIS-TCN, u d-data tal-Europol biex din tkun tista' tiġi kkonsultata fl-istess ħin minn dawn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u għaldaqstant huwa xieraq li jintużaw dawn il-komponenti bl-iskop li jitwettqu verifiki awtomatizzati u meta tiġi aċċessata l-VIS għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi. Il-Portal Ewropew tat-Tfittxija (ESP) jenħtieġ li jintuża għal dan l-iskop biex ikun hemm aċċess veloċi, bla problemi, effiċjenti, sistematiku u kkontrollat għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol u l-bażijiet tad-data tal-Interpol meħtieġa biex iwettqu l-inkarigi tagħhom, skont id-drittijiet tal-aċċess tagħhom, u b'appoġġ għall-objettivi tal-VIS.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  It-tqabbil ma' bażijiet tad-data oħrajn għandu jkun awtomatizzat. Meta tqabbil bħal dan jiżvela li hemm korrispondenza ("hit") ma' kwalunkwe mid-data personali jew kombinament tagħhom fl-applikazzjonijiet u rekord, fajl jew allert fis-sistemi ta' informazzjoni msemmija hawn fuq, jew ma' data personali fil-lista ta' sorveljanza, l-applikazzjoni għandha tiġi pproċessata manwalment minn operatur fl-awtorità responsabbli. Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtorità responsabbli għandha twassal għad-deċiżjoni jekk tinħariġx jew le l-viża għal soġġorn qasir.
(15)  It-tqabbil ma' bażijiet tad-data oħrajn jenħtieġ li jkun awtomatizzat. Meta tqabbil bħal dan jiżvela li hemm korrispondenza ("hit") ma' kwalunkwe mid-data personali jew kombinament tagħhom fl-applikazzjonijiet u rekord, fajl jew allert fis-sistemi ta' informazzjoni msemmija hawn fuq, jew ma' data personali fil-lista ta' sorveljanza, l-applikazzjoni jenħtieġ li, fejn il-hit ma tkunx tista' tiġi kkonfermata awtomatikament mill-VIS, tiġi pproċessata manwalment minn operatur fl-awtorità responsabbli. Skont it-tip ta' data li tiskatta hit, il-hit jenħtieġ li tiġi vvalutata minn konsulati jew minn punt ta' kuntatt uniku nazzjonali, b'dan tal-aħħar li jkun responsabbli għal hits iġġenerati b'mod partikolari minn bażijiet ta' data jew sistemi tal-infurzar tal-liġi. Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtorità responsabbli jenħtieġ li twassal għad-deċiżjoni jekk tinħariġx jew le l-viża għal soġġorn qasir.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Għandhom jintużaw indikaturi speċifiċi tar-riskju li jikkorrispondu għal sigurtà, migrazzjoni irregolari jew riskju għas-saħħa pubblika identifikati qabel biex janalizzaw il-fajl tal-applikazzjoni għal viża għal soġġorn qasir. Il-kriterji użati biex jiddefinixxu l-indikaturi speċifiċi tar-riskju f'ebda ċirkostanza m'għandhom ikunu bbażati biss fuq is-sess jew l-età ta' persuna. F'ebda ċirkostanza m'għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni li tiżvela r-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiki ġeneriċi, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew xort'oħra, ir-reliġjon jew twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità jew orjentazzjoni sesswali ta' persuna.
(18)  Jenħtieġ li jintużaw indikaturi speċifiċi tar-riskju li jikkorrispondu għal sigurtà, migrazzjoni irregolari jew riskji epidemiċi għoljin identifikati qabel biex janalizzaw il-fajl tal-applikazzjoni għal viża għal soġġorn qasir. Il-kriterji użati biex jiddefinixxu l-indikaturi speċifiċi tar-riskju jenħtieġ li, f'ebda ċirkostanza, ma jkunu bbażati biss fuq is-sess jew l-età ta' persuna. F'ebda ċirkostanza ma jenħtieġ li jkunu bbażati fuq informazzjoni li tiżvela r-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġeneriċi, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew xort'oħra, ir-reliġjon jew twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità jew orjentazzjoni sesswali ta' persuna.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  L-emerġenza kontinwa ta' forom ġodda ta' theddid ta' sigurtà, tendenzi ġodda ta' migrazzjoni irregolari u theddid għas-saħħa pubblika tirrikjedi li reazzjonijiet effettivi u ħtiġijiet jiġu kkontrollati b'mezzi moderni. Billi dawn il-mezzi jinkludu l-ipproċessar ta' ammonti importanti ta' data personali, għandhom jiġu introdotti salvagwardji adegwati biex iżommu l-interferenza bid-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali limitata għal dak li hu meħtieġ f'soċjetà demokratika.
(19)  L-emerġenza kontinwa ta' forom ġodda ta' riskji ta' sigurtà, tendenzi ġodda ta' migrazzjoni irregolari u riskji epidemiċi għoljin tirrikjedi li reazzjonijiet effettivi u ħtiġijiet jiġu kkontrollati b'mezzi moderni. Billi dawn il-mezzi jinkludu l-ipproċessar ta' ammonti importanti ta' data personali, jenħtieġ li jiġu introdotti salvagwardji adegwati biex iżommu l-interferenza fid-drittijiet għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja u dawk għall-protezzjoni ta' data personali limitata għal dak li hu meħtieġ u proporzjonat f'soċjetà demokratika.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, it-trasportaturi internazzjonali għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza għandhomx jew le d-dokumenti tal-ivvjaġġar validi meħtieġa. Din il-verifika għandha tkun possibbli permezz tal-estrazzjoni ta' kuljum tad-data tal-VIS f'bażi tad-data separata għall-qari biss li tippermetti l-estrazzjoni ta' subset neċessarju minimu ta' data permezz ta' liema tfittxija tiġi mwieġba b'ok jew mhux ok.
(21)  Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, it-trasportaturi internazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jivverifikaw jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza humiex jew le fil-pussess tad-dokumenti tal-ivvjaġġar validi meħtieġa billi jibagħtu tfittxija lill-VIS. Din il-verifika jenħtieġ li tkun possibbli permezz tal-estrazzjoni ta' kuljum tad-data tal-VIS f'bażi tad-data separata għall-qari biss li tippermetti l-estrazzjoni ta' subset neċessarju minimu ta' data permezz ta' liema tfittxija tiġi mwieġba b'ok jew mhux ok. Jenħtieġ li l-fajl tal-applikazzjoni nnifsu ma jkunx aċċessibbli għat-trasportaturi. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-aċċess tal-VIS permezz tal-portal tat-trasportaturi jenħtieġ li jillimitaw, sa fejn ikun possibbli, l-impatt fuq l-ivvjaġġar tal-passiġġieri u fuq it-trasportaturi. Għal dan l-għan, jenħtieġ li tiġi kkunsidrata l-integrazzjoni mal-EES u l-ETIAS.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)  Bil-għan li jkun limitat l-impatt tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament fuq trasportaturi internazzjonali li jġorru gruppi fuq l-art permezz ta' kowċ, jenħtieġ li jkunu disponibbli soluzzjonijiet mobbli u faċli għall-utent.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 21b (ġdida)
(21b)  Fi żmien sentejn mill-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-adegwatezza, il-kompatibilità u l-koerenza tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tal-VIS għat-trasport fuq l-art bil-kowċis. Jenħtieġ li jittieħed kont tal-evoluzzjoni reċenti tat-trasport fuq l-art bil-kowċis. Jenħtieġ li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa għal dispożizzjonijiet emendatorji dwar trasport fuq l-art bil-kowċis imsemmi fl-Artikolu 26 ta' dik il-Konvenzjoni jew f'dan ir-Regolament.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
(23a)  Għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta' persuna, id-data bijometrika, li fil-kuntesti ta' dan ir-Regolament timplika marki tas-swaba' u immaġni tal-wiċċ, hija unika u, għalhekk ferm aktar affidabbli mid-data alfanumerika. Madankollu, id-data bijometrika tikkostitwixxi data personali sensittiva. Dan ir-Regolament jistabbilixxi għalhekk il-bażi u s-salvagwardji għall-ipproċessar ta' tali data għall-fini li jiġu identifikati b'mod uniku l-persuni kkonċernati.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  [Ir-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità] jistipula l-possibbiltà li awtorità tal-pulizija ta' Stat Membru li ngħatat setgħa tagħmel dan b'miżuri leġiżlattivi nazzjonali tidentifika persuna bid-data bijometrika ta' dik il-persuna meħuda waqt verifika tal-identità. Madankollu jistgħu jeżistu ċirkostanzi speċifiċi fejn l-identifikazzjoni ta' persuna hija neċessarja fl-interess ta' dik il-persuna. Każijiet bħal dawn jinkludu sitwazzjonijiet fejn il-persuna tinstab wara li tkun sfat nieqsa, maħtufa jew tkun identifikata bħala vittma tat-traffikar. F'każijiet bħal dawn, għandu jingħata aċċess veloċi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għad-data tal-VIS sabiex tkun tista' ssir identifikazzjoni rapida u affidabbli tal-persuna, mingħajr il-ħtieġa li jissodisfaw il-prekundizzjonijiet kollha u salvagwardji addizzjonali għall-aċċess għall-infurzar tal-liġi.
(28)  [Ir-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] jistipula l-possibilità li awtorità tal-pulizija ta' Stat Membru li ngħatat setgħa tagħmel dan b'miżuri leġiżlattivi nazzjonali tidentifika persuna bid-data bijometrika ta' dik il-persuna meħuda waqt verifika tal-identità. Madankollu jistgħu jeżistu ċirkostanzi speċifiċi fejn l-identifikazzjoni ta' persuna hija neċessarja fl-interess ta' dik il-persuna. Każijiet bħal dawn jinkludu sitwazzjonijiet fejn il-persuna tinstab wara li tkun sfat nieqsa, maħtufa jew tkun identifikata bħala vittma tat-traffikar. F'każijiet bħal dawn biss, jenħtieġ li jingħata aċċess veloċi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għad-data tal-VIS sabiex tkun tista' ssir identifikazzjoni rapida u affidabbli tal-persuna, mingħajr il-ħtieġa li jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet kollha u salvagwardji addizzjonali għall-aċċess għall-infurzar tal-liġi.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Tqabbil tad-data abbażi ta' marka tas-swaba' latenti, li hija t-traċċa dattiloskopika li tista' tinstab fuq post ta' reat, huwa fundamentali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija. Il-possibbiltà li marka tas-swaba' latenti titqabbel mad-data dwar il-marki tas-swaba' li tkun maħżuna fil-VIS f'każijiet fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li l-awtur jew il-vittma jistgħu jkunu reġistrati fil-VIS għandha tipprovdi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri b'għodda utli ħafna għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, pereżempju meta l-unika evidenza fuq il-post tar-reat jkunu marki tas-swaba' latenti.
(29)  It-tqabbil tad-data abbażi ta' marka tas-swaba' latenti, li hija t-traċċa dattiloskopika li tista' tinstab fuq post ta' reat, huwa fundamentali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija. Il-possibilità li marka tas-swaba' latenti titqabbel mad-data dwar il-marki tas-swaba' li tkun maħżuna fil-VIS f'każijiet fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li l-awtur jew il-vittma jistgħu jkunu reġistrati fil-VIS u wara li titwettaq tfittxija minn qabel skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI1a jenħtieġ li tipprovdi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri b'għodda utli ħafna għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, pereżempju meta l-unika evidenza fuq il-post tar-reat ikunu marki tas-swaba' latenti.
__________________
1a Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  Sabiex tiġi protetta d-data personali u jiġu esklużi tfittxijiet sistematiċi mill-infurzar tal-liġi, l-ipproċessar tad-data tal-VIS għandu jseħħ biss f'każijiet speċifiċi u meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif jew tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra. L-awtoritajiet maħtura u l-Europol għandhom jitolbu aċċess għall-VIS biss meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li dan l-aċċess se jipprovdi informazzjoni li se tgħinhom sostanzjalment fil-prevenzjoni, fil-kxif jew fl-investigazzjoni ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor.
(32)  Sabiex tiġi protetta d-data personali u jiġu esklużi tfittxijiet sistematiċi mill-infurzar tal-liġi, l-ipproċessar tad-data tal-VIS jenħtieġ li jseħħ biss f'każijiet speċifiċi u meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif jew tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra. L-awtoritajiet maħtura u l-Europol jenħtieġ li jitolbu aċċess għall-VIS biss meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li dan l-aċċess se jipprovdi informazzjoni li se tgħinhom sostanzjalment fil-prevenzjoni, fil-kxif jew fl-investigazzjoni ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor u wara li titwettaq tfittxija minn qabel skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 32 a (ġdida)
(32a)  Bħala prattika ġenerali, l-utenti finali tal-Istati Membri jwettqu tfittxijiet fil-bażijiet ta' data nazzjonali rilevanti qabel jew b'mod parallel ma' tfittxijiet fil-bażijiet ta' data Ewropej.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  Id-data personali ta' detenturi ta' dokumenti għal soġġorn twil maħżuna fil-VIS għandha tinżamm għal mhux aktar milli meħtieġ għall-finijiet tal-VIS. Huwa xieraq li d-data relatata ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal perjodu tinżamm għal perjodu ta' ħames snin sabiex id-data titqies għall-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir, sabiex jinkixef soġġorn skadut wara t-tmiem tal-perjodu ta' validità u sabiex jitwettqu valutazzjonijiet tas-sigurtà ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li kisbuhom. Id-data dwar l-użi preċedenti ta' dokument tista' tiffaċilita l-ħruġ ta' viżi għal soġġorn qasir fil-futur. Perjodu aktar qasir ta' ħażna ma jkunx biżżejjed biex jiġu żgurati l-għanijiet iddikjarati. Id-data għandha titħassar wara perjodu ta' ħames snin, sakemm ma hemmx raġunijiet għaliex għandha titħassar qabel.
(33)  Id-data personali ta' detenturi ta' viżi għal soġġorn twil maħżuna fil-VIS jenħtieġ li tinżamm għal mhux aktar milli meħtieġ għall-finijiet tal-VIS. Huwa xieraq li tinżamm id-data relatata ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal perjodu ta' ħames snin sabiex id-data titqies għall-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir, sabiex jinkixef soġġorn skadut wara t-tmiem tal-perjodu ta' validità u sabiex jitwettqu valutazzjonijiet tas-sigurtà ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu kisbuhom. Id-data dwar l-użi preċedenti ta' dokument tista' tiffaċilita l-ħruġ ta' viżi għal soġġorn qasir fil-futur. Perjodu aktar qasir ta' ħażna ma jkunx biżżejjed biex jiġu żgurati l-għanijiet iddikjarati. Id-data jenħtieġ li titħassar wara perjodu ta' ħames snin, sakemm ma hemmx raġunijiet biex titħassar qabel.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 35
(35)  Il-membri tat-timijiet tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll it-timijiet tal-persunal involuti f'inkarigi relatati mar-ritorn huma intitolati mir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonsultaw il-bażijiet tad-data Ewropej fejn meħtieġ biex iwettqu inkarigi operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar kontrolli tal-fruntieri, sorveljanza tal-fruntieri u ritorn, taħt l-awtorità tal-Istat Membru ospitanti. Bil-għan li tiġi ffaċilitata dik il-konsultazzjoni u t-timijiet ikollhom aċċess effettiv għad-data mdaħħla fil-VIS, l-EBCGA għandha tingħata aċċess għall-VIS. Tali aċċess għandu jsegwi l-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ta' aċċess applikabbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma kompetenti taħt kull għan speċifiku għal liema d-data tal-VIS tista' tiġi kkonsultata.
(35)  Il-membri tat-timijiet tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta huma intitolati mir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonsultaw il-bażijiet tad-data Ewropej fejn meħtieġ biex iwettqu inkarigi operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar kontrolli tal-fruntieri, sorveljanza tal-fruntieri u ritorn, taħt l-awtorità tal-Istat Membru ospitanti. Tali aċċess jenħtieġ li jsegwi l-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ta' aċċess applikabbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma kompetenti taħt kull għan speċifiku għal liema d-data tal-VIS tista' tiġi kkonsultata.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  Il-pajjiżi terzi tar-ritorn ta' sikwit mhumiex soġġetti għal deċiżjonijiet ta' adegwatezza adottati mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew taħt dispożizzjonijiet nazzjonali adottati biex jittrasponu l-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680. Barra minn hekk, l-isforzi estensivi tal-Unjoni fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi ewlenin tal-oriġini ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment suġġetti għal obbligu biex jirritornaw ma rnexxilhomx jiżguraw it-twettiq sistematiku minn tali pajjiżi terzi tal-obbligu stabbilit mil-liġi internazzjonali biex jerġgħu jdaħħlu ċ-ċittadini tagħhom stess. Il-ftehimiet tar-riammissjoni, konklużi jew qed jiġu nnegozjati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri u li jipprovdu salvagwardji xierqa għat-trasferiment ta' data lil pajjiżi terzi skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati biex jittrasponu l-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2016/680, ikopru numru limitat ta' pajjiżi terzi bħal dawn u l-konklużjoni ta' kwalunkwe ftehim ġdid tibqa' inċerta. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, id-data personali tista’ tiġi pproċessata skont dan ir-regolament mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ ritorn tal-Unjoni sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49(1)(d) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 38 jew 39 tad-Direttiva (UE) 2016/680.
(37)  Jenħtieġ li d-data personali miksuba minn Stat Membru skont dan ir-Regolament ma tiġix ittrasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' xi pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Bħala eċċezzjoni għal dik ir-regola, madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li tali data personali tiġi ttrasferita lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fejn tali trasferiment ikun soġġett għal kondizzjonijiet stretti u meħtieġ f'każijiet individwali sabiex tassisti fl-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz fir-rigward tar-ritorn tiegħu jew tagħha. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni dwar l-adegwatezza permezz ta' att ta' implimentazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/679 jew ta' salvagwardji xierqa li għalihom huma soġġetti t-trasferimenti skont dak ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli t-trasferiment eċċezzjonali, għall-finijiet ta' ritorn, tad-data tal-VIS lejn pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali, unikament fejn dan ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku kif imsemmi f'dak ir-Regolament.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli d-data personali rilevanti pproċessata fil-VIS, skont ir-regoli applikabbli tal-protezzjoni tad-data u fejn meħtieġ f'każijiet individwali għat-twettiq ta' inkarigi taħt ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,ir-Regolament Qafas dwar ir-Risistemazzjoni tal-Unjoni], lill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u korpi internazzjonali rilevanti bħall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u lill-operazzjonijiet tar-rifuġjati u r-risistemazzjoni tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, b'relazzjoni ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi riferuti lilhom mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament Qafas dwar ir-Risistemazzjoni tal-Unjoni].
imħassar
__________________
60 Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [titlu sħiħ] (ĠU L ..., ..., p. ...).
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 39
(39)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplika għall-attivitajiet tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi tal-Unjoni meta jwettqu l-inkarigi tagħhom bħala responsabbli għall-ġestjoni operazzjonali tal-VIS.
(39)  Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplika għall-attivitajiet tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi tal-Unjoni meta jwettqu l-inkarigi tagħhom bħala responsabbli għall-ġestjoni operazzjonali tal-VIS.
__________________
__________________
61 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
61 Ir-Regolament (UE2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni
(40)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fit-12 ta' Diċembru 2018.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 43
(43)  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-eżattezza tad-data mdaħħla fil-VIS, l-eu-LISA għandha ssir responsabbli għat-tisħiħ tal-kwalità tad-data billi tintroduċi għodda ċentrali għall-monitoraġġ tal-kwalità tad-data, u biex f'intervalli regolari tipprovdi rapporti lill-Istati Membri.
(43)  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-eżattezza tad-data mdaħħla fil-VIS, l-eu-LISA jenħtieġ li ssir responsabbli għat-tisħiħ tal-kwalità tad-data billi tintroduċi, iżżomm u taġġorna kontinwament għodda ċentrali għall-monitoraġġ tal-kwalità tad-data, u biex f'intervalli regolari tipprovdi rapporti lill-Istati Membri.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 44
(44)  Sabiex ikun possibbli li jsir monitoraġġ aħjar tal-użu tal-VIS biex jiġu analizzati t-tendenzi li jittrattaw il-pressjoni migratorja u l-ġestjoni tal-fruntieri, jenħtieġ li l-eu-LISA tkun tista' tiżviluppa kapaċità għal rappurtar statistiku lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mingħajr ma tiġi pperikolata l-integrità tad-data. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju ċentrali tal-istatistika. L-ebda mill-istatistika ppreżentata ma għandu jkollha data personali.
(44)  Sabiex ikun possibbli li jsir monitoraġġ aħjar tal-użu tal-VIS biex jiġu analizzati t-tendenzi li jittrattaw il-pressjoni migratorja u l-ġestjoni tal-fruntieri, jenħtieġ li l-eu-LISA tkun tista' tiżviluppa kapaċità għal rappurtar statistiku lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mingħajr ma tiġi pperikolata l-integrità tad-data. Għalhekk l-eu-LISA jenħtieġ li taħżen ċerta data statistika fir-repożitorju ċentrali għall-finijiet ta' rappurtar u forniment tal-istatistika skont ir-[Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)]. Jenħtieġ li l-ebda mill-istatistika ppreżentata ma jkollha data personali.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 47a (ġdida)
(47a)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joriġinaw mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, kif issupplimentata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967, u għall-impenji internazzjonali kollha meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha;
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Titolu
(-1)  it-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:
"Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS)"
Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir, viżi għal perjodu twil u permessi ta' residenza (Regolament VIS)";
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-VIS għandu jkollha l-iskop li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi, il-kooperazzjoni konsulari u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża billi tiffaċilita l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati, sabiex:
1.  Il-VIS għandu jkollha l-iskop li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi għal soġġorn qasir, il-kooperazzjoni konsulari u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża billi tiffaċilita l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati, sabiex:
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
(a)  tiffaċilita l-proċedura tal-applikazzjoni għal viża;
(a)  tiffaċilita u tħaffef il-proċedura tal-applikazzjoni għal viża;
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt f
(f)  tgħin fl-identifikazzjoni ta' persuni li sfaw neqsin;
(f)  tgħin fl-identifikazzjoni ta' persuni msemmija fl-Artikolu 22o li sfaw neqsin;
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h
(h)  tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra;
(h)  tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna ta' kull wieħed mill-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra f'ċirkostanzi xierqa u strettament definiti;
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i
(i)  tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna ta' kull Stat Membru;
imħassar
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a
(a)  tappoġġa livell għoli ta' sigurtà billi tikkontribwixxi għall-valutazzjoni jekk l-applikant huwiex ikkunsidrat li jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika qabel il-wasla tiegħu fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni;
(a)  tappoġġa livell għoli ta' sigurtà fl-Istati Membri kollha billi tikkontribwixxi għall-valutazzjoni jekk l-applikant jew id-detentur ta' dokument huwiex ikkunsidrat li jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika jew is-sigurtà interna;
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
(b)  tittejjeb l-effettività tal-kontrolli tal-fruntieri u tal-kontrolli fit-territorju;
(b)  tiffaċilita l-kontrolli fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni u ttejjeb l-effettività tal-kontrolli fit-territorju tal-Istati Membri;
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c
(c)  tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra;
(c)  tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna ta' kull wieħed mill-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra f'ċirkostanzi xierqa u strettament definiti;
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da)  tgħin fl-identifikazzjoni ta' persuni msemmija fl-Artikolu 22o li sfaw neqsin;
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 2a (ġdid)
(2a)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 2a
Arkitettura
1.  Il-VIS għandha tkun ibbażata fuq arkitettura ċentralizzata u għandha tikkonsisti minn:
(a)  ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità kif stabbilit [fl-Artikolu 17(2)(a) tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)];
(b)  sistema ta' informazzjoni ċentrali ("is-Sistema Ċentrali tal-VIS");
(c)  interfaċċa f'kull Stat Membru ("l-interfaċċa nazzjonali" jew "NI-VIS") li għandha tipprovdi l-konnessjoni lill-awtorità nazzjonali ċentrali rilevanti tal-Istat Membru rispettiv, jew interfaċċa nazzjonali uniformi (NUI) f'kull Stat Membru abbażi ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identiċi għall-Istati Membri kollha sabiex is-Sistema Ċentrali tal-VIS tkun konnessa mal-infrastrutturi nazzjonali fl-Istati Membri;
(d)  infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-interfaċċi nazzjonali;
(e)  kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-EES;
(f)  infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-infrastrutturi ċentrali tal-portal Ewropew tat-tfittxija stabbilit mill-[Artikolu 6 tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)], is-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku stabbilit mill-[Artikolu 12 tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)], ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-[Artikolu 17 tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] u d-detettur ta' identitajiet multipli stabbilit mill-[Artikolu 25 tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)];
(g)  mekkaniżmu ta' konsultazzjoni dwar applikazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet ċentrali tal-viża ("VISMail");
(h)  portal tat-trasportaturi;
(i)  servizz web sigur li jippermetti l-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS minn naħa waħda, u l-portal tat-trasportaturi u s-sistemi internazzjonali min-naħa l-oħra;
(j)  repożitorju tad-data għall-finijiet ta' rappurtar u statistika;
(k)  għodda li tippermetti li l-applikanti jagħtu jew jirtiraw il-kunsens tagħhom biex il-fajl tal-applikazzjoni tagħhom jinżamm għal perijodu addizzjonali.
Is-Sistema Ċentrali tal-VIS, l-interfaċċi nazzjonali uniformi, is-servizz web, il-portal tat-trasportaturi u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-VIS għandhom jaqsmu ma' xulxin u jużaw mill-ġdid kemm ikun teknikament possibbli l-komponenti tal-hardware u s-software tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-interfaċċi nazzjonali uniformi tal-EES, il-portal tat-trasportaturi tal-ETIAS, is-servizz web tal-EES u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-EES rispettivament.
2.  L-NI-VIS għandha tikkonsisti minn:
(a)  interfaċċa nazzjonali lokali (LNI) waħda għal kull Stat Membru li hija l-interfaċċa li tikkonnetti fiżikament lill-Istat Membru man-netwerk ta' komunikazzjoni sigura u li fiha t-tagħmir ta' kriptaġġ iddedikat għall-VIS. L-LNI għandha tinsab fil-bini tal-Istat Membru;
(b)  LNI ta' riżerva (BLNI) waħda li għandu jkollha l-istess kontenut u funzjoni bħal-LNI.
3.  L-LNI u l-BLNI għandhom jintużaw esklussivament għal finijiet iddefiniti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-VIS.
4.  Is-servizzi ċentralizzati għandhom jiġu dduplikati f'żewġ postijiet differenti, jiġifieri fi Strasburgu, Franza, fejn hemm is-Sistema Ċentrali tal-VIS prinċipali, l-unità ċentrali (CU) u f'St Johann im Pongau, l-Awstrija, fejn hemm is-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva, l-unità ċentrali ta' riżerva (BCU). Il-konnessjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS prinċipali u s-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva għandha tippermetti s-sinkronizzazzjoni kontinwa bejn is-CU u l-BCU. L-infrastruttura ta' komunikazzjoni għandha tappoġġa u tikkontribwixxi biex tiżgura d-disponibilità mhux interrotta tal-VIS. Din għandha tinkludi mogħdijiet żejda u separati għall-konnessjonijiet bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva u għandha tinkludi wkoll mogħdijiet żejda u separati għall-konnessjonijiet bejn kull interfaċċa nazzjonali u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva. L-infrastruttura ta' komunikazzjoni għandha tipprovdi netwerk kriptat, virtwali u privat iddedikat għad-data tal-VIS u għall-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-awtorità responsabbli mit-tmexxija operattiva għas-Sistema Ċentrali tal-VIS.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
(3a)  "awtorità ċentrali" tfisser l-awtorità stabbilita minn Stat Membru għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 15
(15)  "immaġni tal-wiċċ" tfisser immaġni diġitali tal-wiċċ;
(15)  "immaġni tal-wiċċ" tfisser immaġni diġitali tal-wiċċ b'riżoluzzjoni u kwalità suffiċjenti tal-immaġni sabiex tintuża fi tqabbil bijometriku awtomatizzat;
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 19
(19)  "awtorità superviżorja nazzjonali" fir-rigward ta' skopijiet ta' infurzar tal-liġi tfisser l-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***;
(19)  "awtoritajiet superviżorji" tfisser l-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** u l-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***;
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)
(19a)  "hit" tfisser l-eżistenza ta' korrispondenza stabbilita billi d-data rilevanti rreġistrata f'fajl ta' applikazzjoni tal-VIS titqabbel mad-data rilevanti li tinsab f'rekord, fajl jew allert irreġistrati fil-VIS, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, l-EES, l-ETIAS, l-Eurodac, id-data tal-Europol jew fil-bażi tad-data SLTD tal-Interpol;
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 20
(20)  "infurzar tal-liġi" tfisser il-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra;
(20)  "infurzar tal-liġi" tfisser il-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra f'qafas strettament definit;
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 21
(21)  "reati terroristiċi" tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali li jikkorrispondu jew huma ekwivalenti għal dawk imsemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****;
(21)  "reati terroristiċi" tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**** jew li huma ekwivalenti għal wieħed minn dawk ir-reati għall-Istati Membri li mhumiex marbuta b'dik id-Direttiva;
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 4 – nota 2 f'qiegħ il-paġna (ġdid)
** Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
(c)  data tal-marki tas-swaba' msemmija fl-Artikolu 9(6) u l-Artikolu 22c(2)(g);
(c)  data tal-marki tas-swaba' msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 22c(2)(g) u l-Artikolu 22d(g);
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  scans tal-paġna tad-data bijometrika tad-dokument tal-ivvjaġġar imsemmija fl-Artikolu 9(7);
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  Is-CIR se jinkludi d-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) sa (cc), l-Artikolu 9(5) u 9(6), l-Artikolu 22c(2)(a), sa (cc), (f) u (g), u l-Artikolu 22d(a) sa (cc), (f) u (g). Il-kumplament tad-data tal-VIS għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-VIS.
3.  Is-CIR se jinkludi d-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) sa (cc), l-Artikolu 9(5) u 9(6), l-Artikolu 22c(2)(a), sa (cc), (f) u (g), u l-Artikolu 22d(a) sa (c), (f) u (g). Il-kumplament tad-data tal-VIS għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-VIS.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 5a – paragrafu 1
(1)   Il-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur biex jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jiġu approvati b'viża, kif stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, għandha tiġi integrata fil-VIS.
1.   Il-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur biex jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jiġu approvati b'viża, kif stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, għandha tiġi integrata fil-VIS.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 5a – paragrafu 2
(2)   Il-VIS tagħti l-funzjonalità għall-ġestjoni ċċentralizzata tal-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti u tan-notifika tar-rikonoxximent jew nonrikonixximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar elenkati skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE.
2.  Il-VIS tagħti l-funzjonalità għall-ġestjoni ċċentralizzata tal-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti u tan-notifika tar-rikonoxximent jew tan-nonrikonoxximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar elenkati skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 5a – paragrafu 3
(3)   Ir-regoli dettaljati dwar l-immaniġġjar tal-funzjonalità msemmija fil-paragrafu 2 jiġu stipulati fl-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
3 Ir-regoli dettaljati dwar l-immaniġġjar tal-funzjonalità msemmija fil-paragrafu 2 jiġu stipulati fl-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt -a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 6 – paragrafu 1
(-a)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
1.  Aċċess għall-VIS għad-dħul, emendar jew tħassir tad-data msemmija fl-Artikolu 5(1) skond dan ir-Regolament għandha tiġi riżervata esklussivament għall-impjegati awtorizzati kif xieraq mill-awtoritajiet tal-viża.
"1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22a, aċċess għall-VIS għad-dħul, l-emendar jew it-tħassir tad-data msemmija fl-Artikolu 5(1) skont dan ir-Regolament għandha tiġi riżervata esklussivament għall-impjegati awtorizzati kif xieraq mill-awtoritajiet tal-viża. In-numru ta' membri tal-persunal debitament awtorizzati għandu jkun strettament limitat mill-bżonnijiet attwali tas-servizz tagħhom."
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  L-aċċess għall-VIS għall-konsultazzjoni tad-data tkun riservata esklussivament għall-persunal awtorizzat debitament tal-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru u tal-korpi tal-UE li huma kompetenti għall-iskopijiet stipulati fl-Artikoli 15 sa 22, l-Artikoli 22c sa 22f, l-Artikoli 22g sa 22j, kif ukoll għall-iskopijiet stipulati fl-Artikoli 20 u 21 tar-[Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità].
2.  L-aċċess għall-VIS għall-konsultazzjoni tad-data tkun riservata esklussivament għall-persunal awtorizzat debitament tal-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru u tal-korpi tal-UE li huma kompetenti għall-finijiet stipulati fl-Artikoli 15 sa 22 u l-Artikoli 22g sa 22l, kif ukoll għall-finijiet stipulati fl-Artikoli 20 u 21 tar-[Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)].
L-awtoritajiet intitolati li jikkonsultaw jew jaċċessaw il-VIS għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra għandhom jinħatru f'konformità mal-Kapitolu IIIb.
Dak l-aċċess għandu jkun limitat sal-punt li d-data tkun meħtieġa għat-twettiq tal-inkarigi tagħhom skont dawk l-iskopijiet, u proporzjonat mal-objettivi segwiti.
Dak l-aċċess għandu jkun limitat sal-punt li d-data tkun meħtieġa għat-twettiq tal-inkarigi tagħhom skont dawk il-finijiet, u proporzjonat mal-objettivi segwiti."
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt aa (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 6 – paragrafu 3
(aa)  il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
3.  Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti, li tagħhom l-impjegati debitament awtorizzati għandu jkollhom aċċess li jidħlu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw data fil-VIS. Kull Stat Membru għandu jgħaddi bla dewmien lill-Kummissjoni lista ta' dawn l-awtoritajiet, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 41(4), u kull emendi għal din il-lista. Din il-lista għandha tispeċifika l-għanijiet li għalihom kull awtorità tista' tipproċessa data fil-VIS.
"3. Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti, li l-impjegati debitament awtorizzati tagħhom għandu jkollhom aċċess li jidħlu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw data fil-VIS. Kull Stat Membru għandu jgħaddi bla dewmien lill-eu-LISA lista ta' dawn l-awtoritajiet, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 29(3a), u kull emendi għal din il-lista. Din il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, liema data tista' tfittex u għal liema finijiet.
Fi żmien tliet xhur minn meta l-VIS tibda tiffunzjona skont l-Artikolu 48(1), il-Kummissjoni għandha tippubblika lista kkonsolidata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta jkun hemm emendi fiha, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista kkonsolidata aġġornata darba f'sena.
L-eu-LISA għandha tiżgura pubblikazzjoni annwali tal-lista u tal-listi tal-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikolu 22k(2) u l-punti ta' aċċess ċentrali msemmija fl-Artikolu 22k(4) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-eu-LISA għandha żżomm lista li tiġi aġġornata kontinwament fuq is-sit web tagħha li jkun fiha t-tibdiliet mill-Istati Membri bejn il-pubblikazzjonijiet annwali.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 6 – paragrafu 5
5.  Ir-regoli dettaljati dwar l-immaniġġjar tal-funzjonalità għall-ġestjoni ċċentralizzata tal-lista fil-paragrafu 3 jiġu stipulati fl-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 48a rigward ir-regoli dettaljati dwar l-immaniġġjar tal-funzjonalità għall-ġestjoni ċċentralizzata tal-lista fil-paragrafu 3.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 7 – paragrafu 2
(7a)  fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
2.  Kull awtorita' kompetenti għandha tiżgura li meta tuża l-VIS ma tiddiskriminax kontra applikanti u detenturi tal-viża fuq bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali u li tirrispetta bis-sħiħ id-dinjità umana u l-integrità ta' l-applikant jew tad-detentur tal-viża.
"2. L-ipproċessar tad-data personali fil-VIS minn kwalunkwe awtorità kompetenti m'għandux jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra applikanti, detenturi tal-viża jew applikanti u detenturi tal-viżi b'soġġorn twil, u permessi ta' residenza fuq bażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, sħubija f'minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. Dan għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità umana u l-integrità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tal-persuni u għall-protezzjoni tad-data personali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-persuni anzjani u lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni prinċipali għall-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-benesseri, is-sikurezza u s-sigurtà tat-tfal, b'mod partikolari fejn hemm riskju li t-tfal huma vittma ta' traffikar tal-bnedmin, u l-fehmiet tat-tfal għandhom jiġu kkunsidrati u jingħataw il-piż dovut skont l-età u l-maturità tagħhom.
3.  L-aħjar interessi tat-tfal għandhom jieħdu preċedenza fuq kull kunsiderazzjoni oħra għall-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'dan ir-Regolament b'konformità sħiħa mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Il-benesseri, is-sikurezza u s-sigurtà tat-tfal, b'mod partikolari fejn hemm riskju li t-tfal huma vittma ta' traffikar tal-bnedmin, u l-fehmiet tat-tfal għandhom jiġu kkunsidrati u jingħataw il-piż dovut skont l-età u l-maturità tagħhom.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)
(8a)  Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"3a. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan ir-Regolament f'konformità sħiħa mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità umana, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà, ir-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-ażil u l-protezzjoni tal-prinċipju tan-non-refoulement u l-protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni, id-dritt ta' nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għal rimedju effettiv.";
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 7a (ġdid)
(8b)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 7a
Data dwar il-marki tas-swaba' tat-tfal
1.  B'deroga għall-Artikolu 22c(2)(g), l-ebda marka tas-swaba' tat-tfal taħt is-6 snin ma għandha tiddaħħal fil-VIS.
2.  Id-data bijometrika ta' minorenni mill-età ta' sitt snin għandha tittieħed minn uffiċjali mħarrġa speċifikament biex jieħdu data bijometrika ta' minorenni b'mod adattat għat-tfal u b'mod sensittiv u b'rispett sħiħ tal-aħjar interessi tat-tfal u s-salvagwardji stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
Persuna minorenni għandha tkun akkumpanjata minn membru adult tal-familja, meta jkun preżenti, waqt li tittieħed id-data bijometrika tagħha. Persuna minorenni mhux akkompanjata għandha tkun akkumpanjata minn kustodju, rappreżentant jew, fejn rappreżentant ma jkunx ġie maħtur, persuna mħarrġa biex tissalvagwardja l-aħjar interessi tal-persuna minorenni u l-benesseri ġenerali tagħha, waqt li tittieħed id-data bijometrika tagħha. Tali persuna mħarrġa m'għandhiex tkun l-uffiċjal responsabbli għat-teħid tad-data bijometrika, għandha taġixxi b'mod indipendenti u m'għandhiex tirċievi ordnijiet la mill-uffiċjal u lanqas mis-servizz responsabbli għat-teħid tad-data bijometrika. L-ebda forma ta' forza m'għandha tintuża kontra persuni minorenni biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mal-obbligu li tiġi pprovduta data bijometrika.
3.  B'deroga mill-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, il-konsulati m'għandhomx jitolbu li tfal bejn is-6 snin u t-12-il sena jidhru personalment fil-konsulat għall-ġbir tal-identifikaturi bijometriċi fejn dan ikun jikkostitwixxi piż u spejjeż eċċessivi għall-familji. F'dawn il-każijiet, l-identifikaturi bijometriċi għandhom jittieħdu fil-fruntieri esterni fejn għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi evitat it-traffikar tat-tfal.
4.  Permezz ta' deroga mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tad-data prevista fil-Kapitoli II, III, IIIa u IIIb, id-data tal-marki tas-swaba' tat-tfal tista' tiġi aċċessata biss għall-finijiet li ġejjin:
(a)  biex tiġi verifikata l-identità tat-tfal fil-proċedura tal-applikazzjoni għall-viża skont l-Artikolu 15 fil-fruntieri esterni skont l-Artikoli 18 u 22g u
(b)  taħt il-Kapitolu IIIb biex jiġu megħjuna l-prevenzjoni tal-abbużi tad-drittijiet tat-tfal u l-ġlieda kontrihom, soġġett għall-fatt li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)  tali aċċess irid ikun meħtieġ għall-fini tal-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta' traffikar tat-tfal;
(ii)  l-aċċess ikun neċessarju f'każ speċifiku;
(iii)  l-identifikazzjoni tkun fl-aqwa interess tat-tfal."
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 767/2008
Kapitolu II – titolu
"DĦUL U UŻU TA' DATA DWAR VIŻA GĦAL SOĠĠORN QASIR MILL-AWTORITAJIET TAL-VIŻA"
DĦUL U UŻU TA' DATA DWAR VIŻA GĦAL SOĠĠORN QASIR MILL-AWTORITAJIET TAL-VIŻA
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 5
5.  l-immaġni tal-wiċċ tal-applikant, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.
5.  l-immaġni tal-wiċċ tal-applikant, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt ba (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 6
(ba)  il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:
6.  marki tas-swaba' ta' l-applikant skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni.
"6. marki tas-swaba' tal-applikant, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.";
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt d
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9 – paragrafu 1a
8.  L-immaġni tal-wiċċ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi msemmija fil-punt 5 tal-ewwel paragrafu għandu jkollha riżoluzzjoni tal-immaġni u kwalità suffiċjenti biex tkun tista' tintuża fit-tqabbil bijometriku awtomatizzat.
L-immaġni tal-wiċċ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi msemmija fil-punt 5 tal-ewwel paragrafu għandu jkollha riżoluzzjoni tal-immaġni u kwalità suffiċjenti biex tkun tista' tintuża fit-tqabbil bijometriku awtomatizzat. Jekk ma tkunx ta' kwalità suffiċjenti, l-immaġni tal-wiċċ m'għandhiex tintuża għat-tqabbil awtomatizzat.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt d
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9 – paragrafu 1b
B'deroga mit-tieni paragrafu, f'każijiet eċċezzjonali fejn ma jkunux jistgħu jiġu osservati l-ispeċifikazzjonijiet ta' kwalità u riżoluzzjoni stabbiliti għar-reġistrazzjoni fil-VIS tal-immaġni tal-wiċċ meħuda fuq il-post, l-immaġni tal-wiċċ tista' tinħareġ elettronikament miċ-ċippa tad-Dokument elettroniku tal-Ivvjaġġar li Jinqara minn Magna (eMRTD). F'każijiet bħal dawn, l-immaġni tal-wiċċ għandha tiddaħħal fil-fajl individwali biss wara verifika elettronika li dik l-immaġni tal-wiċċ irreġistrat fiċ-ċippa tal-eMRTD tikkorrispondi mal-immaġni tal-wiċċ taċ-ċittadin ikkonċernat ta' pajjiż terz meħuda fuq il-post.
B'deroga mill-ewwel paragrafu, f'każijiet eċċezzjonali fejn ma jkunux jistgħu jiġu osservati l-ispeċifikazzjonijiet ta' kwalità u riżoluzzjoni stabbiliti għar-reġistrazzjoni fil-VIS tal-immaġni tal-wiċċ meħuda fuq il-post, l-immaġni tal-wiċċ tista' tinħareġ elettronikament miċ-ċippa tad-Dokument elettroniku tal-Ivvjaġġar li Jinqara minn Magna (eMRTD). F'każijiet bħal dawn, l-immaġni tal-wiċċ għandha tiddaħħal fil-fajl individwali biss wara verifika elettronika li dik l-immaġni tal-wiċċ irreġistrat fiċ-ċippa tal-eMRTD tikkorrispondi mal-immaġni tal-wiċċ taċ-ċittadin ikkonċernat ta' pajjiż terz meħuda fuq il-post.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9a – paragrafu 2
2.  Meta tinħoloq applikazzjoni jew tinħareġ viża, il-VIS għandha tiċċekkja jekk id-dokument tal-ivvjaġġar relatat ma' dik l-applikazzjoni huwiex rikonoxxut skont id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE, billi twettaq tfittxija awtomatika fil-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti msemmija fl-Artikolu 5a, u għandha tagħti riżultat.
2.  Meta tinħoloq applikazzjoni, il-VIS għandha tiċċekkja jekk id-dokument tal-ivvjaġġar relatat ma' dik l-applikazzjoni huwiex rikonoxxut skont id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE, billi twettaq tfittxija awtomatika fil-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti msemmija fl-Artikolu 5a, u għandha tagħti riżultat.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9a – paragrafu 3
3.  Għall-fini tal-verifiki stipulati fl-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 21(3)(a), (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, il-VIS għandha tniedi tfittxija billi tuża l-Portal Ewropew tat-Tfittxija ddefinit fl-Artikolu 6(1) [tar-Regolament dwar l-Interoperabilità] biex tqabbel id-data rilevanti msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament mad-data preżenti f'rekord, fajl jew allert irreġistrat fil-VIS, fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), fis-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), fis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), inkluż il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/XX għall-finijiet tal-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar], il-Eurodac, [is-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta' kundanni relatati ma' reati terroristiċi u forom oħra ta' reati kriminali serji], id-data tal-Europol, il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa jew Mitlufa (SLTD) u l-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma' Avviżi (Interpol TDAWN).
3.  Għall-fini tal-verifiki previsti fl-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 21(3)(a) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, il-VIS għandha tniedi tfittxija billi tuża l-Portal Ewropew tat-Tfittxija ddefinit fl-Artikolu 6(1) [tar-Regolament dwar l-Interoperabilità] biex tqabbel id-data msemmija fil-punti (4), (5) u (6) tal-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament. Il-VIS għandha tivverifika:
(a)  jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jkunx jikkorrispondi għal dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat fis-SIS bħala mitluf, misruq, użat ħażin jew invalidat;
(b)  jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-fini tal-applikazzjoni jkunx jikkorrispondi għal dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat fil-bażi tad-data SLTD bħala mitluf, misruq jew invalidat;
(c)  jekk l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar rifjut ta' dħul u soġġorn fis-SIS;
(d)  jekk l-applikant ikunx is-suġġett ta' allert fis-SIS fir-rigward ta' persuna mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' ċediment abbażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni;
(e)  jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar jikkorrispondux għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar irrifjutata, irrevokata jew annullata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u d-detentur tagħha;
(f)  jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar jidhrux fuq il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;
(g)  jekk id-data dwar l-applikant ġietx irreġistrata diġà fil-VIS;
(h)  jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni rigward id-dokument tal-ivvjaġġar tikkorrispondix għal applikazzjoni oħra għal viża assoċjata ma' data tal-identità differenti;
(i)  jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna li qabżet it-tul taż-żjara awtorizzata, jew jekk fl-imgħoddi kienx is-suġġett ta' rapport bħal dan fl-EES;
(j)  jekk l-applikant ikunx irreġistrat bħala xi ħadd li kien is-suġġett ta' dħul irrifjutat fl-EES;
(k)  jekk l-applikant kienx is-suġġett ta' deċiżjoni ta' rifjut, kanċellazzjoni jew revoka ta' viża għal soġġorn qasir irreġistrata fil-VIS;
(l)  jekk l-applikant kienx is-suġġett ta' rifjut, kanċellazzjoni jew revoka ta' viża għal soġġorn fit-tul jew ta' permess ta' residenza rreġistrata fil-VIS;
(m)  jekk id-data speċifika għall-identità tal-applikant hijiex irreġistrata fid-data tal-Europol;
(n)  jekk l-applikant ta' viża għal soġġorn qasir ikunx irreġistrat fil-Eurodac;
(o)  f'każijiet fejn l-applikant ikun minorenni, jekk l-applikant li jkun id-detentur ta' awtorità ta' ġenitur jew ta' kustodju legali:
(i)  ikunx is-suġġett ta' allert fis-SIS dwar persuni mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' ċediment abbażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni;
(ii)  huwiex soġġett għal allert ta' rifjut ta' dħul u soġġorn imdaħħal fis-SIS;
(iii)  ikunx detentur ta' dokument tal-ivvjaġġar li jidher fuq il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240.
________________________
* Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9a – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Meta jitwettqu tfittxijiet fl-SLTD, id-data użata mill-utent tal-ESP għat-tnedija ta' tfittxija ma tiġix kondiviża mas-sidien tad-data tal-Interpol.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9a – paragrafu 4
4.  Il-VIS għandha żżid referenza għal kwalunkwe hit miksuba skont il-paragrafu 3 tal-fajl tal-applikazzjoni. Barra minn dan, il-VIS għandha tidentifika, fejn rilevanti, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat il-hit(s) jew il-Europol, u għandha tirreġistra dan fil-fajl tal-applikazzjoni.
4.  Il-VIS għandha żżid referenza għal kwalunkwe hit miksuba skont il-paragrafu 3 tal-fajl tal-applikazzjoni. Barra minn dan, il-VIS għandha tidentifika, fejn rilevanti, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat il-hit(s) jew il-Europol, u għandha tirreġistra dan fil-fajl tal-applikazzjoni. L-ebda informazzjoni għajr ir-referenza għal xi hit u l-oriġinatur tad-data ma għandha tiġi rreġistrata.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9a – paragrafu 5 – punt d
(d)  allert dwar persuni u oġġetti għal kontrolli diskreti jew kontrolli speċifiċi.
(d)  allert dwar persuni u oġġetti għal kontrolli diskreti, kontrolli speċifiċi jew kontrolli ta' investigazzjoni.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9a – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Kwalunkwe hit li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3)(a), (b), (c), (e), (g), (h), (i), (j), (k), (l) u (n) għandha tiġi vvalutata, fejn meħtieġ wara verifika mill-awtorità ċentrali bi qbil mal-Artikolu 9c, mill-konsulat fejn tkun tressqet l-applikazzjoni għal viża.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9a – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  Kwalunkwe hit li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3)(d), (f), (m) u (o) għandha tiġi vverifikata, fejn meħtieġ, u vvalutata mill-punt ta' kuntatt uniku tal-Istati Membri li jkunu daħħlu jew ipprovdew id-data li tkun skattat il-hits, bi qbil mal-Artikolu 9ca.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9a – paragrafu 5c (ġdid)
5c.  Kwalunkwe hit fis-SIS għandha tiġi nnotifikata awtomatikament ukoll lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun ħoloq l-allert li jkun iġġenera l-hit.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9a – paragrafu 5d (ġdid)
5d.  In-notifika pprovduta lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru jew il-punt ta' kuntatt uniku li jkun daħħal l-allert għandu jkun fiha d-data li ġejja:
(a)  il-kunjom(ijiet), l-isem/ismijiet u, jekk ikun hemm, il-psewdonimu/i;
(b)  il-post u d-data tat-twelid;
(c)  is-sess;
(d)  in-nazzjonalità u, jekk hemm aktar, nazzjonalitajiet oħra;
(e)  l-Istat Membru tal-ewwel soġġorn intenzjonat, u fejn disponibbli, l-indirizz tal-ewwel soġġorn intenzjonat;
(f)  l-indirizz tad-dar tal-applikant jew, jekk mhux disponibbli, il-belt u l-pajjiż ta' residenza tiegħu jew tagħha;
(g)  referenza għal kwalunkwe hit miksuba, inklużi d-data u l-ħin tal-hit.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9a – paragrafu 5e (ġdid)
5e.  Dan l-Artikolu m'għandux ifixkel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-ażil, tkun xi tkun ir-raġuni. Fil-każ ta' applikazzjoni għal viża ppreżentata minn vittma ta' kriminalità vjolenti, bħal vjolenza domestika jew traffikar ta' bnedmin, imwettqa mill-isponsor tagħhom, il-fajl depożitat fil-VIS għandu jkun separat minn dak tal-isponsor sabiex il-vittmi jiġu protetti minn riskji ulterjuri.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9b – paragrafu 1
1.  Fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni li tapplika għalihom id-Direttiva 2004/38/KE jew ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta' moviment liberu ekwivalenti għal dan ta' ċittadini tal-Unjoni taħt ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra, il-verifiki awtomatizzati fl-Artikolu 9a(3) għandhom jitwettqu biss għall-fini li jiġi vverifikat li ma hemm ebda indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet raġonevoli bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali biex jiġi konkluż li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri tkun ta' riskju għas-sigurtà jew riskju epidemiku għoli skont id-Direttiva 2004/38/KE.
1.  Fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni li tapplika għalihom id-Direttiva 2004/38/KE jew ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta' moviment liberu ekwivalenti għal dak ta' ċittadini tal-Unjoni taħt ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra, il-verifiki awtomatizzati fl-Artikolu 9a(3) għandhom jitwettqu biss għall-fini li jiġi vverifikat li ma hemm ebda indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet raġonevoli bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali biex jiġi konkluż li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri tkun ta' riskju għas-sigurtà skont id-Direttiva 2004/38/KE.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9b – paragrafu 3
3.  Fejn l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9a(3) irrapporta hit li tikkorrispondi għal rifjut ta' dħul jew allert ta' soġġorn kif imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE1987/2006, l-awtorità tal-viża għandha tivverifika r-raġuni għad-deċiżjoni fejn sussegwentement dan l-allert iddaħħal fis-SIS. Jekk din ir-raġuni hija relatata ma' riskju ta' immigrazzjoni illegali, l-allert ma għandux jiġi kkunsidrat għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni. L-awtorità tal-viża għandha tipproċedi skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament SIS II.
3.  Fejn l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9a(3) irrapporta hit li tikkorrispondi għal rifjut ta' dħul jew allert ta' soġġorn kif imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE2018/1861, l-awtorità tal-viża għandha tivverifika r-raġuni għad-deċiżjoni fejn sussegwentement dan l-allert iddaħħal fis-SIS. Jekk din ir-raġuni hija relatata ma' riskju ta' immigrazzjoni illegali, l-allert ma għandux jiġi kkunsidrat għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni. L-awtorità tal-viża għandha tipproċedi skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/1861.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9c – titolu
Verifika mill-awtoritajiet ċentrali
Verifika mill-awtoritajiet ċentrali u l-punt ta' kuntatt uniku nazzjonali
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9c – paragrafu 1
1.  Kwalunkwe hit li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3) għandha tiġi vverifikata manwalment mill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li qed jipproċessa l-applikazzjoni.
1.  Kwalunkwe hit kif imsemmija fl-Artikolu 9a(5b) li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3), li ma tistax tiġi awtomatikament ikkonfermata mill-VIS, għandha tiġi vverifikata manwalment mill-punt ta' kuntatt uniku nazzjonali skont l-Artikolu 9ca. L-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li qed jipproċessa l-applikazzjoni għandha tiġi nnotifikata.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9c – paragrafu 2
2.  Fejn tkun qed tivverifika l-hits manwalment, l-awtorità ċentrali għandu jkollha aċċess għall-fajl tal-applikazzjoni u kwalunkwe fajl tal-applikazzjoni konness miegħu, kif ukoll mal-hits kollha skattati waqt l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikolu 9a(3).
2.  Kwalunkwe hit kif imsemmija fl-Artikolu 9a(5a) li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3), li ma tistax tiġi awtomatikament ikkonfermata mill-VIS, għandha tiġi vverifikata manwalment mill-awtorità ċentrali. Meta tkun qed tivverifika l-hits manwalment, l-awtorità ċentrali għandu jkollha aċċess għall-fajl tal-applikazzjoni u kwalunkwe fajl tal-applikazzjoni konness miegħu, kif ukoll mal-hits kollha skattati waqt l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikolu 9a(5a).
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9c – paragrafu 5
5.  Fejn id-data tikkorrispondi għall-identità tal-applikant, jew fejn jibqgħu xi dubbji, l-awtorità ċentrali tal-viża li tkun qed tipproċessa l-applikazzjoni għandha tinforma lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru l-ieħor, jew l-Istati Membri l-oħra, li ġew identifikati li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat il-hit skont l-Artikolu 9a(3). Fejn Stat Membru wieħed jew aktar ġew identifikati li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat din il-hit, l-awtorità ċentrali għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru l-ieħor, jew tal-Istati Membri l-oħra permezz tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(2).
5.  Fejn id-data tikkorrispondi għall-identità tal-applikant, jew fejn jibqgħu xi dubji, l-awtorità ċentrali tal-viża li tkun qed tipproċessa l-applikazzjoni għandha, f'każijiet iġġustifikati, tinforma lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru l-ieħor, jew l-Istati Membri l-oħra, li ġew identifikati li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat il-hit skont l-Artikolu 9a(3). Fejn Stat Membru wieħed jew aktar ġew identifikati li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat din il-hit, l-awtorità ċentrali għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru l-ieħor, jew tal-Istati Membri l-oħra permezz tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(2). F'każ ta' kwalunkwe dubju, id-dubju għandu jibbenefika lill-applikant.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9c – paragrafu 7
7.  B'deroga mill-paragrafu 1, fejn it-tqabbil imsemmi fl-Artikolu 9a(5) jirrapporta hit waħda jew aktar, il-VIS għandha tibgħat notifika awtomatizzata lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li nieda t-tfittxija biex tieħu kwalunkwe azzjoni ta' segwitu xierqa.
imħassar
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9c – paragrafu 8
8.  Fejn il-Europol jiġi identifikat li pprovda d-data li skattat hit skont l-Artikolu 9a(3), l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru responsabbli għandha tikkonsulta lill-unità nazzjonali tal-Europol għal segwitu skont ir-Regolament (UE) 2016/794 u b'mod partikolari l-Kapitolu IV tiegħu.
imħassar
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9ca (ġdid)
Artikolu 9ca
Verifika u valutazzjoni mill-punt ta' kuntatt uniku nazzjonali
1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali, operattiva 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, li għandha tiżgura l-verifiki manwali rilevanti u l-valutazzjoni tal-hits għall-finijiet ta' dan ir-Regolament ("il-punt ta' kuntatt uniku"). Il-punt ta' kuntatt uniku għandu jkun magħmul minn uffiċjali ta' kollegament tal-Uffiċċju SIRENE, l-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali tal-Interpol, il-punt ċentrali nazzjonali tal-Europol, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS u l-awtoritajiet nazzjonali kollha rilevanti tal-infurzar tal-liġi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw biżżejjed persunal biex jippermettu li l-punt ta' kuntatt uniku jivverifika l-hits innotifikati lilu skont dan ir-Regolament u billi jqisu l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.
2.  Il-punt ta' kuntatt uniku għandu jivvaluta manwalment il-hits innotifikati lilu. Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9c(2) sa (6) għandhom japplikaw.
3.  Fejn, wara l-verifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, id-data tkun tikkorrispondi u hit tiġi kkonfermata, il-punt ta' kuntatt uniku għandu jikkuntattja, fejn meħtieġ, lill-awtoritajiet responsabbli, inkluż il-Europol, li pprovdew id-data li skattat il-hit. Huwa mbagħad għandu jivvaluta l-hit. Il-punt ta' kuntatt uniku għandu jipprovdi opinjoni motivata fid-dawl tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni li għandha tittieħed skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009. L-opinjoni motivata għandha tiġi inkluża fil-fajl tal-applikazzjoni.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 9cb (ġdid)
Artikolu 9cb
Manwal
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 48a biex tistabbilixxi f'manwal id-data rilevanti li trid titqabbel fit-tfittxijiet tas-sistemi l-oħrajn bi qbil mal-Artikolu 9a(3), u l-proċeduri u r-regoli meħtieġa għal dawn it-tfittxijiet, il-verifiki u l-valutazzjonijiet previsti fl-Artikoli 9a sa 9ca. Dan l-att delegat għandu jinkludi l-kombinazzjoni ta' kategoriji tad-data biex tiġi mfittxija kull sistema skont l-Artikolu 9a.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 13 – paragrafu 4
4.  Meta l-fajl tal-applikazzjoni jiġi aġġornat skont il-paragrafi 1 u 2, il-VIS għandha tibgħat notifika lill-Istat Membri li ħareġ il-viża, fejn tinfurmah bid-deċiżjoni li dik il-viża tiġi annullata jew irrevokata. Dik in-notifika għandha tiġi ġġenerata awtomatikament mis-sistema ċentrali u trażmessa permezz tal-mekkaniżmu pprovdut fl-Artiklu 16.;
4.  Meta l-fajl tal-applikazzjoni jiġi aġġornat skont il-paragrafi 1 u 2, il-VIS għandha tibgħat notifika lill-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża, fejn tinfurmah bid-deċiżjoni motivata li dik il-viża tiġi annullata jew irrevokata. Dik in-notifika għandha tiġi ġġenerata awtomatikament mis-sistema ċentrali u trażmessa permezz tal-mekkaniżmu pprovdut fl-Artiklu 16.;
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Għall-fini biss li titwettaq il-proċedura ta' konsultazzjoni, il-lista tal-Istati Membri li jeħtieġu li l-awtoritajiet ċentrali tagħhom jiġu kkonsultati mill-awtoritajiet ċentrali ta' Stati Membri oħra matul l-eżami tal-applikazzjonijiet tal-viża għal viżi uniformi ppreżentati minn ċittadini ta' pajjiżi terzi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta' tali ċittadini, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, u taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi kkonċernati, għandha tiġi integrata fil-VIS."
Għall-fini biss li titwettaq il-proċedura ta' konsultazzjoni, il-lista tal-Istati Membri li jeħtieġu li l-awtoritajiet ċentrali tagħhom jiġu kkonsultati mill-awtoritajiet ċentrali ta' Stati Membri oħra matul l-eżami tal-applikazzjonijiet tal-viża għal viżi uniformi ppreżentati minn ċittadini ta' pajjiżi terzi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta' tali ċittadini, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, għandha tiġi integrata fil-VIS.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt a
(a)  it-trażmissjoni ta' informazzjoni skont l-Artikolu 25(4) dwar il-ħruġ ta' viżi b'validità territorjali limitata, l-Artikolu 24(2) dwar emendi tad-data u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 dwar notifiki ex post;
(a)  it-trażmissjoni ta' informazzjoni skont l-Artikolu 25(4) dwar il-ħruġ ta' viżi b'validità territorjali limitata, l-Artikolu 24(2) dwar emendi tad-data ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 dwar notifiki ex post;
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt b
(b)  il-messaġġi l-oħra kollha relatati ma' kooperazzjoni konsulari li jinvolvu t-trażmissjoni ta' data personali reġistrata fil-VIS jew relatata magħha, għat-trażmissjoni ta' talbiet lill-awtorità kompetenti tal-viża biex tgħaddi kopji tad-dokumenti tal-ivvjaġġar skont il-punt 7 tal-Artikolu 9 u dokumenti oħra li jappoġġaw l-applikazzjoni u għat-trażmissjoni ta' kopji elettroniċi ta' dawk id-dokumenti, kif ukoll għal talbiet skont l-Artikolu 9c u l-Artikolu 38(3). L-awtoritajiet tal-viża kompetenti għandhom iwieġbu għal kwalunkwe talba bħal din fi żmien żewġ ġranet tax-xogħol.
(b)  il-messaġġi l-oħra kollha relatati ma' kooperazzjoni konsulari li jinvolvu t-trażmissjoni ta' data personali reġistrata fil-VIS jew relatata magħha, għat-trażmissjoni ta' talbiet lill-awtorità kompetenti tal-viża biex tgħaddi kopji ta' dokumenti li jappoġġaw l-applikazzjoni u għat-trażmissjoni ta' kopji elettroniċi ta' dawk id-dokumenti, kif ukoll għal talbiet skont l-Artikolu 9c u l-Artikolu 38(3). L-awtoritajiet tal-viża kompetenti għandhom iwieġbu għal kwalunkwe talba bħal din fi żmien żewġ ġranet tax-xogħol.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 18a
(18a)  L-Artikolu 18a jiġi sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 18a
"Artikolu 18a
Data tal-VIS miksuba biex jinħoloq jew jiġi aġġornat rekord ta' dħul/ħruġ jew rekord ta' ċaħda tad-dħul ta' detentur ta' viża fl-EES
Data tal-VIS miksuba biex jinħoloq jew jiġi aġġornat rekord ta' dħul/ħruġ jew rekord ta' ċaħda tad-dħul ta' detentur ta' viża fl-EES
Unikament għall-fini tal-ħolqien jew l-aġġornament ta' rekord ta' dħul/ħruġ jew tar-rekord ta' ċaħda tad-dħul ta' detentur ta' viża fl-EES skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikoli 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għat-twettiq ta' verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata aċċess biex tikseb mill-VIS u timporta fl-EES id-data maħżuna fil-VIS u elenkata fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta' dak ir-Regolament.
Unikament għall-fini tal-ħolqien jew l-aġġornament ta' rekord ta' dħul/ħruġ jew tar-rekord ta' ċaħda tad-dħul ta' detentur ta' viża fl-EES skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikoli 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għat-twettiq ta' verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata aċċess biex tikseb mill-VIS u timporta fl-EES id-data maħżuna fil-VIS u elenkata fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) u fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta' dak ir-Regolament.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 20a – titolu
L-użu tad-data tal-VIS bil-għan li jiddaħħlu allerti tal-SIS dwar persuni neqsin u l-aċċess sussegwenti għal dik id-data
L-użu tad-data tal-VIS bil-għan li jiddaħħlu allerti tas-SIS dwar persuni neqsin jew persuni vulnerabbli li jeħtieġ li ma jitħallewx jivvjaġġaw u l-aċċess sussegwenti għal dik id-data
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 20a – paragrafu 1
1.  Id-data tal-marki tas-swaba' maħżuna fil-VIS tista' tintuża bil-għan li jiddaħħal allert dwar persuni neqsin skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [Ir-Regolament (UE) dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali]. F'dawk il-każijiet, l-iskambju tad-data tal-marki tas-swaba' għandu jsir permezz ta' mezzi siguri lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li għandu d-data.
1.  Id-data tal-marki tas-swaba' u l-immaġni tal-wiċċ maħżuna fil-VIS jistgħu jintużaw bil-għan li jiddaħħal allert dwar persuni neqsin, tfal f'riskju ta' ħtif jew persuni vulnerabbli li jeħtieġu li jinżammu milli jivvjaġġaw skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [Ir-Regolament (UE) dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali]. F'dawk il-każijiet, l-iskambju tad-data tal-marki tas-swaba' u tal-immaġni tal-wiċċ għandu jsir permezz ta' mezzi siguri lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li għandu d-data.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 20a – paragrafu 2
2.  Fejn hemm hit ma' allert tas-SIS kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet għall-protezzjoni tat-tfal u l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inklużi dawk responsabbli għall-ftuħ ta' prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċeduri kriminali u għall-inkjesti ġudizzjarji qabel akkuża u l-awtoritajiet ta' koordinazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) ... [COM(2016)883 final – SIS LE], jistgħu, fit-twettiq tal-inkarigi tagħhom, jitolbu aċċess għad-data mdaħħla fil-VIS. Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhom japplikaw.
2.  Fejn hemm hit ma' allert tas-SIS permezz tal-użu tad-data tal-marki tas-swaba' u tal-immaġni tal-wiċċ maħżuna fil-VIS kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet għall-protezzjoni tat-tfal u l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inklużi dawk responsabbli għall-ftuħ ta' prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċeduri kriminali u għall-inkjesti ġudizzjarji qabel akkuża u l-awtoritajiet ta' koordinazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) ... [COM(2016)883 final – SIS (kooperazzjoni tal-pulizija)], jistgħu jitolbu minn awtorità b'aċċess għall-VIS, fit-twettiq tal-inkarigi tagħhom, aċċess għad-data mdaħħla fil-VIS. Il-kundizzjonijiet previsti fl-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhom japplikaw. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data tiġi trażmessa b'mod sigur.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22 – paragrafu 1
(19a)   fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
1.   Għall-fini uniku li tiġi eżaminata applikazzjoni għall-ażil, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom aċċess skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 biex ifittxu bil-marki tas-swaba' ta' dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil.
"1. Għall-fini uniku li tiġi eżaminata applikazzjoni għall-ażil, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom aċċess skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 biex ifittxu bil-marki tas-swaba' ta' dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil. Meta l-marki tas-swaba' ta' dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil ma jkunux jistgħu jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (b) sa (cc); din it-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(aa)."
Meta l-marki tas-swaba' ta' dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil ma jkunux jistgħu jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (c); din it-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(b).
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt c
(c)  ritratti;
(c)  immaġni tal-wiċċ;
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt e
(e)  id-data msemmija fil-punti (4) u (5) tal-Artikolu 9 tal-fajls tal-applikazzjoni konnessi skont l-Artikolu 8(4).
(e)  id-data msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 9 tal-fajls tal-applikazzjoni konnessi skont l-Artikolu 8(4).
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Kull fajl għandu jinħażen fil-VIS għal massimu ta' ħames snin, mingħajr ħsara għat-tħassir imsemmi fl-Artikoli 24 u 25 u għaż-żamma ta' rekords imsemmija fl-Artikolu 34.
Kull fajl ta' applikazzjoni għandu jinħażen fil-VIS għal massimu ta' ħames snin, mingħajr ħsara għat-tħassir imsemmi fl-Artikoli 24 u 25 u għaż-żamma ta' rekords imsemmija fl-Artikolu 34.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  fid-data ta' skadenza tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza, jekk tkun ġiet estiża viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza;
(b)  fid-data ta' skadenza tal-viża jew tal-viża għal soġġorn twil, jekk tkun ġiet estiża viża jew viża għal soġġorn twil;
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 23 – paragrafu 2
2.  Mal-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, il-VIS għandha awtomatikament tħassar il-fajl u l-links għal dan il-fajl kif imsemmi fl-Artikolu 8(3) u (4) u l-Artikolu 22a(3) u (5).
2.  Mal-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, il-VIS għandha awtomatikament tħassar il-fajl u l-links għal dan il-fajl kif imsemmi fl-Artikolu 8(3) u (4) u l-Artikolu 22a(3).
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  B'deroga mill-paragrafu 1:
(a)   fajls ta' applikazzjoni li jappartjenu għal permess ta' residenza għandhom jitħassru wara perjodu massimu ta' 10 snin;
(b)   fajls ta' applikazzjoni li jappartjenu għal tfal taħt l-età ta' 12-il sena għandhom jitħassru malli t-tfal joħorġu miż-żona Schengen.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 23 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  B'deroga mill-paragrafu 1, għall-fini tal-iffaċilitar ta' applikazzjoni ġdida, il-fajl ta' applikazzjoni msemmi fih jista' jinħażen għal perjodu addizzjonali ta' mhux aktar minn tliet snin minn tmiem il-perjodu ta' validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza u biss meta, wara talba għal kunsens, l-applikant jagħti kunsens liberu u espliċitu permezz ta' dikjarazzjoni ffirmata. Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata b'mod li jintgħaraf b'mod ċar minn kwistjonijiet oħra, f'forma intelliġibbli u li tkun faċilment aċċessibbli u bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679. L-applikant jista' jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Jekk l-applikant jirtira l-kunsens tiegħu, il-fajl ta' applikazzjoni għandu awtomatikament jitħassar mill-VIS.
L-eu-LISA għandha tiżviluppa għodda li tippermetti lill-applikanti jagħtu u jirtiraw il-kunsens tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 48a biex tiddefinixxi aktar l-għodda li għandha tintuża mill-applikanti biex jagħtu u jirtiraw il-kunsens tagħhom.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 24 – paragrafu 3
(22a)  Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
3.  L-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika d-data kkonċernata u, jekk meħtieġ, jikkoreġiha jew iħassarha immedjatament.
"3. L-Istat Membru responsabbli għandu, malajr kemm jista' jkun, jivverifika d-data kkonċernata u, jekk meħtieġ, jikkoreġiha jew iħassarha immedjatament.";
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23 – punt a
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 25 – paragrafu 1
1.  Fejn, qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 23(1), applikant ikun ħa ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru, il-fajls tal-applikazzjoni, il-fajls u l-links imsemmija fl-Artikolu 8(3) u (4), l-Artikolu 22a(3) li huma relatati miegħu jew magħha għandhom jiġu mħassra mingħajr dewmien mill-VIS mill-Istat Membru li ħoloq il-fajl(s) tal-applikazzjoni u l-links rispettivi.
1.  Fejn, qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 23(1), applikant ikun ħa ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru, il-fajls tal-applikazzjoni, il-fajls u l-links imsemmija fl-Artikolu 8(3) u (4) u fl-Artikolu 22a(3) li huma relatati miegħu jew magħha għandhom jiġu mħassra mingħajr dewmien mill-VIS mill-Istat Membru li ħoloq il-fajl(s) tal-applikazzjoni u l-links rispettivi.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 26 – paragrafu 1
(23a)  Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
1.  Wara perjodu tranżizzjonali, Awtorità tal-Ġestjoni (l-"Awtorità ta' l-Immaniġġar"), iffinanzjata mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-VIS Ċentrali u ta' l-"Interfaces" Nazzjonali. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżgura, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, li f'kull ħin, għall-VIS Ċentrali u l-"Interfaces Nazzjonali" tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, suġġett għal analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji.
"1. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-VIS u l-komponenti tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 2a. Hija għandha tiżgura, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li f'kull ħin tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, suġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji għal dawk il-komponenti."
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 26 – paragrafu 2
(23b)  Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
2.  L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li se jissemmew hawn taħt relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-interfaces nazzjonali:
"2. It-tmexxija operattiva tal-VIS għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex il-VIS tiffunzjona 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa f'konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li l-VIS tiffunzjona f'livell sodisfaċenti ta' kwalità operattiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħin tar-rispons għat-tfittxijiet tas-Sistema Ċentrali tal-VIS mill-uffiċċji konsulari u mill-awtoritajiet tal-fruntiera. Tali ħinijiet tar-rispons għandhom ikunu qosra kemm jista' jkun."
(a)  superviżjoni;
(b)  sigurtà;
(c)  il-koordinazzjoni ta' relazzjonijiet bejn l-Istati Membru u l-fornitur.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 26 – paragrafi 3 sa 8
(23c)  Fl-Artikolu 26, jitħassru l-paragrafi 3 sa 8;
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 24
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 26 – paragrafu 8a
(24)  fl-Artikolu 26, jiżdied il-paragrafu 8a li ġej:
imħassar
"8a. Eu-LISA għandha tkun permessa tuża data personali reali anonimizzata tas-sistema tal-produzzjoni tal-VIS għal finijiet ta' ttestjar fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)  għad-dijanjostika u t-tiswija meta jiġu skoperti ħsarat bis-Sistema Ċentrali;
(b)  għall-ittestjar ta' teknoloġiji u tekniki ġodda rilevanti biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-Sistema Ċentrali jew it-trażmissjoni tad-data lejha.
F'każijiet bħal dawn, il-miżuri tas-sigurtà, il-kontroll tal-aċċess u l-attivitajiet tal-illoggjar fl-ambjent tal-ittestjar għandhom ikunu ugwali għal dawk għas-sistema tal-produzzjoni tal-VIS. Id-data personali reali adottat għall-ittestjar għandha tiġi magħmula anonima b'tali mod li s-suġġett tad-data ma jibqax aktar identifikabbli.";
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 24a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 26 – paragrafi 9a u 9b (ġodda)
(24a)  Fl-Artikolu 26, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
"9a. Fejn l-eu-LISA tikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mal-VIS, hija għandha timmonitorja mill-qrib l-attivitajiet tal-kuntrattur biex tiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.
9b.  It-tmexxija operattiva tas-Sistema Ċentrali tal-VIS ma għandhiex tiġi fdata lil kumpaniji privati jew organizzazzjonijiet privati.";
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 27 – paragrafu 2
Iż-żewġ siti jistgħu jintużaw simultanjament għal operazzjoni attiva tal-VIS sakemm it-tieni sit jibqa' kapaċi li jiżgura l-operazzjoni tiegħu fil-każ ta' ħsara fis-sistema.
L-eu-LISA għandha timplimenta soluzzjonijiet tekniċi biex tiżgura d-disponibbiltà mhux interrotta tal-VIS jew permezz ta' operazzjoni simultanja tas-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva, sakemm is-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva tibqa' kapaċi tiżgura l-operazzjoni tal-VIS fil-każ ta' ħsara lis-Sistema Ċentrali tal-VIS, jew permezz ta' duplikazzjoni tas-sistema jew tal-komponenti tagħha.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26 – punt ba (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Għal dan il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal konsulari u l-persunal ta' kwalunkwe fornitur tas-servizz estern li jikkooperaw miegħu kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 810/2009 jirċievu taħriġ regolari dwar il-kwalità tad-data.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26 – punt d
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 29 – paragrafu 2a – subparagrafu 1
2a.   L-awtorità ta' ġestjoni flimkien mal-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tmantni mekkaniżmi u proċeduri awtomatizzati tal-kontroll tal-kwalità tad-data biex jitwettqu verifiki tal-kwalità fuq id-data fil-VIS u għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri. L-awtorità ta' ġestjoni għandha tipprovdu rapport regolari lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli tal-kwalità tad-data.
2a.  L-eu-LISA flimkien mal-Kummissjoni għandha tiżviluppa, tmantni u taġġorna kontinwament mekkaniżmi u proċeduri awtomatizzati tal-kontroll tal-kwalità tad-data biex jitwettqu verifiki tal-kwalità fuq id-data fil-VIS u għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri. L-eu-LISA għandha tiżgura livelli adegwati ta' persunal imħarreġ professjonalment biex jimplimenta innovazzjonijiet u aġġornamenti tekniċi meħtieġa biex iħaddmu l-mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità tad-data. L-eu-LISA għandha tipprovdi rapport regolari lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli tal-kwalità tad-data. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwistjonijiet relatati mal-kwalità tad-data li jiġu ffaċċjati u kif kienu ġew indirizzati.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26 – punt da (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 29 – paragrafu 2b (ġdid)
(da)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"2b. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fattibbiltà, id-disponibbiltà, l-istat ta' tħejjija u l-affidabbiltà tat-teknoloġija meħtieġa biex tintuża l-immaġni tal-wiċċ għall-identifikazzjoni ta' persuna.";
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26 – punt db (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 29 – paragrafu 3a (ġdid)
(db)  jiżdied il-paragrafu li ġej:
"3a. Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali fil-VIS, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li għandha titqies bħala kontrollur f'konformità mal-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 u li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar ta' data minn dak l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-ħatra.";
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 29a – paragrafu 1 – punt a
(a)  data skont l-Artikoli 9, 22c u 22d u l-Artikolu 6(4) tista' tintbagħat biss lill-VIS wara verifika tal-kwalità mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli;
(a)  data skont l-Artikoli 9, 22c u 22d u l-Artikolu 6(4) tista' tiddaħħal biss fil-VIS wara verifika tal-kwalità mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli;
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 29a – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-proċeduri awtomatizzati skont l-Artikolu 9(a)(3) u l-Artikolu 22b(2) jistgħu jiġu skattati mill-VIS biss wara verifika tal-kwalità mwettqa mill-VIS skont dan l-Artikolu; jekk dawn il-verifiki jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità stabbiliti, il-VIS għandha tinnotifika awtomatikament lill-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 29a – paragrafu 2 – punt c
(c)  il-verifiki tal-kwalità fuq l-immaġni tal-wiċċ u d-data dattilografika għandhom jitwettqu meta jinħolqu fajls tal-applikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-VIS, sabiex jiġi aċċertat li jintlaħqu l-istandards minimi tal-kwalità tad-data biex jippermettu t-tqabbil bijometriku;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 29a – paragrafu 3
3.  Standards tal-kwalità għandhom jiġu stabbiliti għall-ħażna tad-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. L-ispeċifikazzjoni ta' dawn l-istandards għandhom jiġu stipulati fl-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 31 – paragrafi 1 u 2
(28)  fl-Artikolu 31, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:
imħassar
"1. Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) 2016/679, id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b), (c), (k) u (m); 9(6) u 9(7) jistgħu jiġu ttrasferiti jew magħmula disponibbli lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali elenkata fl-Anness, biss jekk meħtieġ f'każijiet individwali bl-iskop li tagħti prova tal-identità ta' ċittadini ta' pajjiż terz, u biss bl-iskop ta' ritorn skont id-Direttiva 2008/115/KE jew ta' risistemazzjoni skont ir-Regolament …[ir-Regolament Qafas dwar ir-Risistemazzjoni], u sakemm l-Istat Membru li daħħal id-data fil-VIS ikun ta l-approvazzjoni tiegħu.";
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 31 – paragrafu 2
(28a)  Fl-Artikolu 31, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
2.  B'deroga mill-paragrafu 1, id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b), (c), (k) u (m) tista' tiġi trasferita jew tista' ssir disponibbli għal pajjiż terz jew għal organizzazzjoni internazzjonali elenkati fl-Anness jekk dan ikun neċessarju f'każijiet individwali bl-iskop li tkun pruvata l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż għal skopijiet ta' ritorn, biss jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
"2. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (aa), (b), (c), (cc), (k) u (m), (6) u (7) tista' tiġi ttrasferita mill-awtoritajiet tal-fruntiera jew l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali elenkata fl-Anness ta' dan ir-Regolament, jekk dan ikun neċessarju, f'każijiet individwali sabiex tingħata prova tal-identità taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini unika ta' ritorn, biss jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)  il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni xierqa tad-data personali f'dak il-pajjiż terz skond l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE, jew hemm fis-seħħ ftehima ta' ammissjoni mill-ġdid bejn il-Komunità u dak il-pajjiż terz, jew japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 26(1)(d) tad-Direttiva 95/46/KE;
(a)  il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali f'dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679;
(b)  il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali jaqblu li jużaw id-data biss għall-għan li għaliha ingħatat;
(b)  ikunu ngħataw salvagwardji xierqa kif imsemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju permezz ta' ftehim ta' riammissjoni li jkun fis-seħħ bejn l-Unjoni jew Stat Membru u l-pajjiż terz in kwistjoni; jew
(c)  li d-data tiġi trasferita jew tkun disponibbli skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Komunitarja, partikularment ftehimiet ta' ammissjoni mill-ġdid, u l-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn qed tiġi trasferita jew fejn qed tkun disponibbli, inklużi d-dispożizzjonijiet legali rilevanti rigward is-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data; kif ukoll kif ukoll
(c)  ikun japplika l-punt (d) tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.
(d)   l-Istat(i) Membru(i) li daħħal id-data fil-VIS ta l-kunsens tiegħu.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 31 – paragrafu 3
(28b)  fl-Artikolu 31, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
3.  Tali trasferimenti ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew lejn organizzazzjonijiet internazzjonali m'għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tar-refuġjati u tal-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali, partikularment f'dak li jirrigwarda "non-refoulement".
"3. Id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b), (c), (k) u (m), u (6) u (7) tista' tiġi ttrasferita f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)   it-trasferiment tad-data għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, u l-ftehimiet ta' riammissjoni, u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun ittrasferixxa d-data;
(b)   l-Istat Membru li daħħal id-data fil-VIS ikun ta l-kunsens tiegħu.
(c)   il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali jkunu qablu li jipproċessaw id-data biss għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat; kif ukoll
(d)   tkun inħarġet deċiżjoni ta' ritorn adottata skont id-Direttiva 2008/115/KE b'rabta maċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat, bil-kondizzjoni li l-infurzar ta' tali deċiżjoni ta' ritorn ma jiġix sospiż u bil-kondizzjoni li ma jkun sar ebda appell li jista' jwassal għas-sospensjoni tal-infurzar tagħha.";
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 31 – paragrafi 3a u 3b (ġodda)
(28c)  Fl-Artikolu 31, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
"3a. It-trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali skont il-paragrafu 2 ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u tal-benefiċjarji tagħha, b'mod partikolari fir-rigward ta' non-refoulement.";
3b.  Id-data personali miksuba mingħand il-VIS minn Stat Membru jew mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi ma għandhiex tiġi ttrasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' xi pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll fejn dik id-data tkompli tiġi pproċessata fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri skont id-Direttiva (UE) 2016/680.";
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28e (ġdid) – punt a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 32 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
(28e)  fl-Artikolu 32, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(a)   jiddaħħal il-punt li ġej:
"(ea) iwaqqaf l-użu ta' sistemi tal-ipproċessar tad-data awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati li jużaw tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;";
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28e (ġdid) – punt b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 32 – paragrafu 2 – punti ja u jb (ġodda)
(b)  jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
"(ja) jiżgura li, fil-każ ta' interruzzjoni, is-sistemi installati jkunu jistgħu jitreġġgħu lura għall-operazzjoni normali;
(jb)   jiżgura affidabbiltà billi jaċċerta li kwalunkwe ħsara fil-funzjonament tal-VIS tkun irrappurtata kif xieraq u li jiġu implimentati l-miżuri tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li d-data personali tkun tista' titreġġa' lura fil-każ ta' korrompiment minħabba funzjonament ħażin tal-VIS;";
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28f (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 32a (ġdid)
(28f)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 32a
Inċidenti marbuta mas-sigurtà
1.   Kull każ li għandu jew li jista' jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-VIS jew li jista' jagħmel ħsara jew jikkawża t-telf ta' data fil-VIS għandu jitqies bħala inċident marbut mas-sigurtà, b'mod speċjali fejn seta' kien hemm aċċess illegali għad-data jew fejn id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data jkunu ġew jew setgħu ġew kompromessi.
2.   L-inċidenti marbuta mas-sigurtà għandhom jiġu ġestiti b'mod li jiżgura rispons rapidu, effettiv u xieraq.
3.   Mingħajr preġudizzju għan-notifika u l-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2016/680, l-Istati Membri, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA, lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien dwar inċidenti marbuta mas-sigurtà. L-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien bi kwalunkwe inċident marbut mas-sigurtà li jikkonċerna s-Sistema Ċentrali tal-VIS.
4.   L-informazzjoni rigward inċident marbut mas-sigurtà li għandu jew li jista' jkollu impatt fuq l-operazzjoni tal-VIS fi Stat Membru jew, fi ħdan l-eu-LISA, dwar id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data mdaħħla jew mibgħuta minn Stati Membri oħra, għandha tiġi pprovduta lill-Istati Membri kollha mingħajr dewmien u għandha tiġi rrappurtata f'konformità mal-pjan ta' ġestjoni tal-inċidenti pprovdut mill-eu-LISA.
5.   F'każ ta' inċident marbut mas-sigurtà, l-Istati Membri u l-eu-LISA għandhom jikkollaboraw bejniethom.
6.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta l-inċidenti serji lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill immedjatament. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu kklassifikati bħala EU RESTRICTED/RESTREINT UE f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli.
7.   Fejn inċident marbut mas-sigurtà jkun ikkawżat minn użu ħażin tad-data, l-Istati Membri, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiżguraw li jiġu imposti sanzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 36.";
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28g (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 33
(28g)  L-Artikolu 33 għandu jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 33
"Artikolu 33
Obbligu ta' rendikont
Obbligu ta' rendikont
1.  Kull persuna jew Stat Membru li, sofra danni kkawżati minn operat ta' ipproċessar illegali jew kull att li mhux kompatibbli ma' dan ir-Regolament tkun/ikun intitolat jirċievi kumpens mill-Istat Membru li huwa responsabbli għad-danni li seħħew. Dak l-Istat Membru għandu jkun eżentat mir-responsabbiltà tiegħu, kollha kemm hi jew in parti, jekk juri li mhux responsabbli għall-ġrajja li tat lok li jseħħu d-danni.
1.  Mingħajr ħsara għad-dritt għal kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur, u r-responsabilità tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2018/1726:
(a)   kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkunu sofrew dannu materjali minħabba operazzjoni illegali ta' pproċessar ta' data personali jew ta' kwalunkwe att ieħor li ma jkunx kompatibbli ma' dan ir-Regolament minn Stat Membru għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens minn dak l-Istat Membru;
(b)   kwalunkwe persuna jew Stat Membru li sofrew danni materjali jew mhux materjali kkawżati minn kwalunkwe att mill-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA li jkun inkompatibbli ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens mill-aġenzija kkonċernata.
L-Istat Membru kkonċernat, il-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA għandhom jiġu eżentati mir-responsabilità tagħhom skont l-ewwel subparagrafu, kollha kemm hi jew parzjalment, jekk jagħtu prova li mhumiex responsabbli għall-avveniment li wassal għad-dannu.
2.  Jekk kwalunkwe nuqqas min-naħa ta' Stat Membru li jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawżaw danni lill-VIS, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal tali ħsara, sakemm u sa fejn l-Awtorità tal-Ġestjoni jew Stat Membru ieħor naqqsu milli jieħdu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu li jseħħu d-danni jew li jnaqqsu l-impatt tagħhom.
2.  Jekk kwalunkwe nuqqas min-naħa ta' Stat Membru li jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawża danni lis-sistema ċentrali tal-VIS, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal tali ħsara, sakemm u sa fejn l-eu-LISA jew Stat Membru ieħor parteċipanti fis-sistema ċentrali tal-VIS jkunu naqsu milli jieħdu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu li jseħħu d-danni jew li jnaqqsu l-impatt tagħhom.
3.  Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-danni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet tal-ligi nazzjonali ta' l-Istat Membru konvenut.
3.  Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-danni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu regolati mil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. Talbiet għal kumpens kontra l-kontrollur, il-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA għad-danni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet previsti mit-Trattati.";
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 29
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 34 – paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Awtorità ta' Ġestjoni għandhom iżommu logs tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data fil-VIS. Dawn il-logs għandhom juru l-iskop tal-aċċess imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-Artikolu 20a(1), l-Artikolu 22k(1) u l-Artikoli 15 sa 22 u 22g sa 22j, id-data u l-ħin, it-tip ta' data trażmessa kif imsemmi fl-Artikoli 9 sa 14, it-tip ta' data użata għall-interrogazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(2), l-Artikolu 18, l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 20(1), l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 22(1), l-Artikolu 22g, l-Artikolu 22h, l-Artikolu 22i, l-Artikolu 22j, l-Artikolu 45a, u l-Artikolu 45d u l-isem tal-awtorità li qed iddaħħal jew taċċessa d-data. Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm logs tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal jew jaċċessa d-data.
1.  Kull Stat Membru, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-eu-LISA għandhom iżommu logs tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data fil-VIS. Dawn il-logs għandhom juru l-iskop tal-aċċess imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-Artikolu 20a(1), l-Artikolu 22k(1) u l-Artikoli 15 sa 22 u 22g sa 22j, id-data u l-ħin, it-tip ta' data trażmessa kif imsemmi fl-Artikoli 9 sa 14u 22c sa 22f, it-tip ta' data użata għall-interrogazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(2), l-Artikolu 18, l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 20(1), l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 22(1), l-Artikolu 22g, l-Artikolu 22h, l-Artikolu 22i, l-Artikolu 22j, l-Artikolu 45a, u l-Artikolu 45d u l-isem tal-awtorità li qed iddaħħal jew taċċessa d-data. Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm logs tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal jew jaċċessa d-data.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 29
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 34 – paragrafu 2
2.  Għall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 45b għandu jinżamm log ta' kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data li ssir fil-VIS u fl-EES f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2226/2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES).
2.  Għall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 45b għandu jinżamm log ta' kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data li ssir fil-VIS u fl-EES f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2226/2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES). Għall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 17a, għandu jinżamm rekord ta' kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data li ssir fil-VIS u fl-EES f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2017/2226.
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 29a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 35
(29a)  L-Artikolu 35 għandu jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 35
"Artikolu 35
Awtomonitoraġġ
Awtomonitoraġġ
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta' data tal-VIS għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tikkopera, fejn meħtieġ, ma' l-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni.
"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta' data tal-VIS għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tikkoopera mal-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni.";
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 29b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 36
(29b)  L-Artikolu 36 għandu jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 36
"Artikolu 36
Penali
Penali
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin tad-data mdaħħla fil-VIS ikun ikkastigat permezz ta' sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali, skond il-liġi nazzjonali, li huma effettivi, proporzjonati u disważivi.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin jew ipproċessar tad-data mdaħħla fil-VIS li jmur kontra dan ir-Regolament ikun ikkastigat permezz ta' sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali, skont il-liġi nazzjonali, li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.";
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30 – punt a
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-applikanti u l-persuni msemmija fl-Artikolu 9(4)(f) għandhom ikunu infurmati mill-Istat Membru responsabbli dwar dan li ġej:
1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-informazzjoni msemmi fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679, u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2016/680, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-persuni msemmija fl-Artikoli 9(4)(f), 22c(2)(e) jew 22d(e) għandhom ikunu infurmati mill-Istat Membru responsabbli dwar dan li ġej:
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30 – punt aa (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 37 - paragrafu 1 - punt f
(aa)   fil-paragrafu 1, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:
(f)  l-eżistenza tad-dritt ta' aċċess għal data relatata magħhom, u d-dritt li jintalab li data mhux eżatta relatata magħhom tkun korretta jew li titħassar data marbuta magħhom proċessata illegalment, inkluż id-dritt li tinkiseb informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u d-dettalji għall-kuntatt ta' l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Sorveljanza msemmijin fl-Artikolu 41(1), li għandhom jisimgħu talbiet dwar il-protezzjoni ta' data personali.
“(f) l-eżistenza tad-dritt ta' aċċess għal data relatata magħhom, u d-dritt li jintalab li data mhux eżatta relatata magħhom tkun korretta jew li titħassar data marbuta magħhom proċessata illegalment, inkluż id-dritt li tinkiseb informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u dwar id-dettalji għall-kuntatt tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza tal-Istat Membru responsabbli għall-ġbir tad-data msemmija fl-Artikolu 41(1), li għandhom jisimgħu talbiet dwar il-protezzjoni ta' data personali."
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30 – punt ab (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(ab)   fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:
"(fa) il-fatt li l-VIS tista' tiġi aċċessata mill-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi";
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30 – punt b
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 37 – paragrafu 2
2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta bil-miktub lil ċittadin ta' pajjiż terz meta d-data, ir-ritratt jew id-data tal-marki tas-swaba' kif imsemmija fil-punti (4), (5) u (6) tal-Artikolu 9, l-Artikolu 22c(2) u l-Artikolu 22d (a) sa (g) huma miġbura, u fejn meħtieġ, oralment, f'lingwa u manjiera li s-suġġett tad-data jifhem jew huwa raġonevolment preżunt li jifhem. It-tfal għandhom jiġu infurmati f'manjiera li hija adatta għall-età, permezz ta' fuljetti u/jew infografika u/jew dimostrazzjonijiet imfassla speċjalment biex jispjegaw il-proċedura għat-teħid tal-marki tas-swaba.;
2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta b'mod ċar, konċiż u preċiż bil-miktub lil ċittadin ta' pajjiż terz meta d-data, l-immaġni tal-wiċċ jew id-data tal-marki tas-swaba' kif imsemmija fil-punti (4), (5) u (6) tal-Artikolu 9, l-Artikolu 22c(2) u l-Artikolu 22d (a) sa (g) huma miġbura. It-tfal għandhom jiġu infurmati f'manjiera li hija adatta għall-età, permezz ta' fuljetti u/jew infografika u/jew dimostrazzjonijiet imfassla speċjalment biex jispjegaw il-proċedura għat-teħid tal-marki tas-swaba'.;
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 38 – paragrafu 3
(31)  fl-Artikolu 38, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
imħassar
"3. Jekk it-talba kif previst fil-paragrafu 2 issir lil Stat Membru, li mhux l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li għandu saret it-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli f'limitu ta' żmien ta' sebat ijiem. L-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fil-VIS f'limitu ta' żmien ta' xahar.";
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 38
(31a)  L-Artikolu 38 għandu jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 38
"Artikolu 38
Dritt ta' aċċess, korrezzjoni u tħassir
Dritt ta' aċċess għad-data personali u r-rettifika, l-ikkompletar, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar ta' tali data
1.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jipprovdu aktar informazzjoni b'konformità ma' l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE, kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tikseb komunikazzjoni tad-data relatat magħha rreġistrata fil-VIS u ta' l-Istat Membru li ttrażmetta l-informazzjoni lill-VIS. Aċċess bħal dan għad-data jista' jingħata biss minn Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jirreġistra kull talba għal aċċess bħal dan.
1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-informazzjoni taħt l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725, l-applikanti jew id-detenturi ta' viża għal soġġorn twil jew permessi ta' residenza li d-data tagħhom tinħażen fil-VIS għandhom jiġu infurmati, meta tinġabar id-data tagħhom, dwar il-proċeduri għall-eżerċitar tad-drittijiet skont l-Artikoli 17 sa 20 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 il-ġdid u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679. Fl-istess ħin huma għandhom jiġu pprovduti bid-dettalji tal-kuntatt tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
2.   Kwalunkwe persuna tista' titlob li data dwarha li mhix preċiża tiġi kkorreġuta u li data rrekordjata b'mod illegali titħassar. Il-korrezzjoni u t-tħassir għandhom jitwettqu minnufih mill-Istat Membru responsabbli, skond il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tiegħu.
2.   Sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 17 sa 20 tar-Regolament (KE) Nru 2018/1725 u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom id-dritt li jindirizzaw huma stess lill-Istat Membru li daħħal id-data tagħhom fil-VIS. L-Istati Membru li jirċievi dik it-talba għandu jeżaminaha u jweġibha malajr kemm jista' jkun u fi żmien ta' mhux aktar minn 30 jum. Meta, bi tweġiba għal talba, jinstab li d-data maħżuna fil-VIS tkun fattwalment ineżatta jew tkun ġiet irreġistrata illegalment, l-Istat Membru responsabbli għandu jikkoreġi jew iħassar dik id-data fil-VIS mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 30 jum minn meta jirċievi t-talba skont l-Artikolu 12(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2016/679. Jekk it-talba ssir lil Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li lilu saret it-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli f'limitu ta' żmien ta' sebat ijiem. L-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fil-VIS f'limitu ta' żmien ta' xahar. Il-persuni kkonċernati għandhom jiġu infurmati mill-Istat Membru li kkuntattja lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli li t-talba tiegħu jew tagħha ntbagħtet, lil min intbagħtet u dwar il-proċedura ulterjuri.
3.   Jekk it-talba kif previst fil-paragrafu 2 issir lil Stat Membru, li mhux l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li għandu saret it-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli f’limitu ta’ żmien ta’ sebat ijiem. L-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fil-VIS f'limitu ta' żmien ta' xahar.
3.   Meta l-Istat Membru responsabbli ma jaqbilx mal-pretensjoni li d-data maħżuna fil-VIS tkun fattwalment inkorretta jew tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali, huwa għandu jadotta mingħajr dewmien deċiżjoni amministrattiva li tispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex mhuwiex lest li jirrettifika jew iħassar id-data dwarha.
4.   Jekk jinstab li d-data rrekordjata fil-VIS mhix preċiża jew ġiet irrekordjata b'mod illegali, l-Istat Membru responsabbli għandu jikkoreġi jew iħassar id-data skond l-Artikolu 24(3). L-Istat Membru responsabbli għandu jikkonferma bil-miktub lill-persuna kkonċernata minnufih li ħa l-azzjoni sabiex jikkoreġi jew iħassar id-data dwarha.
4.   Dik id-deċiżjoni għandha tipprovdi wkoll lill-persuna kkonċernata b'informazzjoni li tispjega l-possibilità li tikkontesta d-deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u fejn rilevanti, informazzjoni dwar kif għandha tressaq kawża jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati u kwalunkwe assistenza disponibbli għall-persuna, inkluż mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti.
5.  Jekk l-Istat Membru responsabbli ma jaqbilx li d-data rrekordjata fil-VIS mhix preċiża jew li ġiet irrekordjata b'mod illegali, huwa jrid jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata minnufih ir-raġuni għaliex mhux lest li jikkoreġi jew iħassar id-data dwarha.
5.   Kwalunkwe talba li ssir skont il-paragrafu 2 għandu jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata. Din l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament biex tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 2.
6.  L-Istat Membru responsabbli għandu jagħti wkoll lill-persuna kkonċernata l-informazzjoni bi spjegazzjoni tal-passi li jista' jieħu jekk ma jaċċettax l-ispjegazzjoni mogħtija. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar kif jiġu ppreżentati azzjoni jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati ta' dak l-Istat Membru u dwar kwalunkwe għajnuna finanzjarja, inkluża dik mill-awtoritajiet nazzjonali ta' superviżjoni msemmijin fl-Artikolu 41(1), li hija disponibbli skond il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' dak l-Istat Membru.
6.  L-Istat Membru responsabbli għandu jżomm rekord fil-forma ta' dokument bil-miktub li saret talba kif imsemmi fil-paragrafu 2 u kif din ġiet indirizzata. Huwa għandu jqiegħed dak id-dokument għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti għall-protezzjoni tad-data mingħajr dewmien, u sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara d-deċiżjoni li tiġi rrettifikata jew li titħassar id-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jew wara d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 rispettivament.";
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 39
(31b)  L-Artikolu 39 għandu jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 39
"Artikolu 39
Kooperazzjoni sabiex tiżgura d-drittijiet fuq ħarsien tad-data
Kooperazzjoni sabiex tiżgura d-drittijiet fuq ħarsien tad-data
1.  L-Istati Membri għandhom jikkoperaw b'mod attiv sabiex jinfurzaw id-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 38(2), (3) u (4).
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw b'mod attiv sabiex jinfurzaw id-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 38.
2.  F'kull Stat Membru, l-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni għandha, fuq talba, tassisti, u tagħti parir lill-persuna kkonċernata fl-eżerċiżżju tad-drittijiet tagħha sabiex tiġi kkoreġuta jew imħassra data dwarha skond l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 95/46/KE.
2.  F'kull Stat Membru, l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha, fuq talba, tassisti u tagħti parir lis-suġġett tad-data fl-eżerċizzju tad-dritt tiegħu sabiex tiġi rrettifikata, ikkompletata jew imħassra data personali relatata miegħu jew biex jiġi ristrett l-ipproċessar ta' tali data f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.
3.  L-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni tal-Istat Membru responsabbli li ttrażmettiet id-data u l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni tal-Istati Membri li lilhom saret it-talba għandhom jikkooperaw għal dan il-għan.
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru responsabbli li tkun bagħtet id-data u l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandhom jikkooperaw ma' xulxin."
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 40
(31c)  L-Artikolu 40 għandu jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 40
"Artikolu 40
Rimedji
Rimedji
1.  F'kull Stat Membru kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tressaq kawża jew ilment quddiem l-awtoritajiet jew il-qrati kompetenti ta' dak l-Istat Membru li ċaħad id-dritt ta' aċċess għal jew id-dritt ta' korrezzjoni jew tħassir ta' data relatata magħha, kif provdut fl-Artikolu 38(1)
1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 77 u 79 tar-Regolament (UE) 2016/679, f'kull Stat Membru kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tressaq kawża jew ilment quddiem l-awtoritajiet jew il-qrati kompetenti ta' dak l-Istat Membru li ċaħad id-dritt ta' aċċess għal, jew id-dritt ta' rettifika, ikkompletar jew tħassir ta' data relatata magħha, kif previst mill-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament. Id-dritt li jitressqu tali azzjoni jew ilment għandu japplika wkoll fil-każijiet fejn it-talbiet għal aċċess, rettifika, ikkompletar jew tħassir ma jkunux twieġbu sal-iskadenzi previsti mill-Artikolu 38 jew qatt ma ġew ittrattati mill-kontrollur tad-data.
2.  L-assistenza ta' l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni msemmijin fl-Artikolu 39(2) għandha tibqa' disponibbli matul il-proċedimenti.
2.  L-assistenza tal-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tibqa' disponibbli matul il-proċedimenti.";
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31d (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 41
(31d)  L-Artikolu 41 għandu jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 41
"Artikolu 41
Superviżjoni mill-Awtorità Superviżorja Nazzjonali
Superviżjoni mill-Awtorità Superviżorja Nazzjonali
1.  L-awtorità jew awtoritajiet maħtura f'kull Stat Membru u li għandhom is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE (l-"Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni") għandhom jissorveljaw indipendentement il-legalità ta' l-ipproċessar ta' data personali, imsemmija fl-Artikolu 5(1), mill-Istat Membru kkonċernat, inkluż it-trażmissjoni tagħha lejn u mill-VIS.
1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 timmonitorja indipendentement il-legalità tal-ipproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament mill-Istat Membru kkonċernat.
2.  L-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni għandha tiżgura li l-verifika ta' l-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar ta' data fis-Sistema Nazzjonali titwettaq skond l-istandards ta' verifika internazzjonali relevanti mill-inqas kull erba' snin.
2.   L-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom jiżguraw li jsir awditu tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar ta' data mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar relevanti mill-inqas kull tliet snin. Ir-riżultati tal-awditjar jistgħu jitqiesu fl-evalwazzjonijiet li jsiru fil-qafas tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013. L-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tippubblika kull sena l-għadd ta' talbiet għal rettifika, ikkompletar jew tħassir, jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data, l-azzjoni sussegwentement meħuda u l-għadd ta' rettifiki, ikkompletar, tħassir u restrizzjonijiet tal-ipproċessar magħmula b'rispons għat-talbiet mill-persuni kkonċernati.
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni tagħhom jkollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-ħidmiet mogħtija lilha taħt dan ir-Regolament.
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom ikollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-ħidmiet mogħtija lilha taħt dan ir-Regolament u jkollha aċċess għal pariri minn persuni li jkollhom biżżejjed għarfien dwar id-data bijometrika.
4.   Fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali fil-VIS, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li trid tiġi kkunsidrata bħala kontrollur skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE u li għandu jkollha responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar ta' data minn dan l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jikkomunika din l-awtorità lill-Kummissjoni.
5.   Kull Stat Membru għandu jforni kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni u għandu, b'mod partikulari, jipprovdilhom informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa skond l-Artikoli 28 u 29(1), jagħtihom aċċess għal-listi msemmija fl-Artikolu 28(4) (c) u għar-rekords tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 34 u għandu jippermetti li jkollhom aċċess f'kull ħin għall-postijiet tagħhom.
5.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandhom b'mod partikolari jipprovdulha informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa f'konformità mar-responsabbiltajiet tagħha kif stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 aċċess għal-logs tagħhom u jippermettulha aċċess f'kull ħin għall-bini kollu tagħhom relatat mal-interoperabilità.";
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31e (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 42
(31e)  L-Artikolu 42 għandu jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 42
"Artikolu 42
Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jivverifika li l-attivitajiet ta' proċessar ta' data personali ta' l-Awtorità tal-Ġestjoni jitwettqu skond dan ir-Regolament. Għaldaqstant, għandhom jiġu applikati d-dmirijiet u s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali tal-eu-LISA, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta taħt dan ir-Regolament u għall-iżgurar li dawn l-attivitajiet jitwettqu f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 u ma' dan ir-Regolament.
2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li titwettaq verifika ta' l-attivitajiet ta' proċessar ta' data personali ta' l-Awtorità tal-Ġestjoni skond l-istandards ta' verifika internazzjonali relevanti mill-inqas kull erba' snin. Rapport ta' verifika bħal din għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Awtorità tal-Ġestjoni, lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tingħata opportunità li tagħmel kummenti qabel ma jiġi adottat ir-rapport.
2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jitwettaq awditu tal-attivitajiet ta' proċessar ta' data personali tal-eu-LISA skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar relevanti mill-inqas kull tliet snin. Rapport ta' dak l-awditjar għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. L-eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel ma jiġu adottati r-rapporti.
3.   L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tforni l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ittih/ ittiha aċċess għad-dokumenti kollha u għar-rekords tagħha msemmija fl-Artikolu 34(1) u tippermettilu/tippermettilha aċċess għall-postijiet tagħha kollha, f'kull ħin.
3.   L-eu-LISA għandha tforni l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tagħti aċċess lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għad-dokumenti kollha u għal-logs tagħha msemmija fl-Artikoli 22r, 34 u 45b u tippermetti aċċess lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-bini kollu tagħha f'kull ħin";
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 43 – paragrafi 1 u 2
(32)  fl-Artikolu 43, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:
imħassar
1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali, b’mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali jsibu diskrepanzi kbar bejn prattiki tal-Istati Membri jew isibu trasferimenti potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali ta’ komunikazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà, jew fil-kuntest ta’ mistoqsijiet imqajma minn xi awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali waħda jew aktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-superviżjoni koordinata għandha tiġi żgurata f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) XXXX/2018 [ir-Regolament 45/2001 rivedut].”;
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 43
(32a)  L-Artikolu 43 għandu jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 43
"Artikolu 43
Koperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1.  L-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li jaġixxu fi ħdan il-kamp ta' ħidma tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkoperaw b'mod attiv fi ħdan il-qafas tar-responsabblitajiet tagħhom u għandhom jiżguraw superviżjoni koordinata tal-VIS u tas-Sistemi Nazzjonali.
1.   L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom biex jiżguraw superviżjoni koordinata tal-komponenti tal-interoperabilità u d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament.
2.  Filwaqt li jaġixxu fil-kamp ta' ħidma tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, huma għandhom iwettqu skambju ta' l-informazzjoni relevanti, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-verifiki u ta' l-ispezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw il-problemi bl-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew bl-eżerċizzju tad-drittijiet tal-persuna li d-data tirreferi għaliha, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu kuxjenza tad-drittijiet tal-protezzjoni ta' data, skond il-bżonn.
2.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' awditi u spezzjonijiet, jeżaminaw kwalunkwe diffikultà rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jivvalutaw problemi fl-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet għall-protezzjoni tad-data, kif meħtieġ.
3.  L-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu għal dak l-iskop mill-inqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż u ż-żamma ta' dawn il-laqgħat għandhom joħorġu mill-kont tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta' ħidma ulterjuri b'mod konġunt skont il-ħtieġa.
3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena fil-qafas tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-ispejjeż għal dawk il-laqgħat għandhom jiġu sostnuti u l-organizzazzjoni għandha ssir mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta' ħidma ulterjuri b'mod konġunt skont il-ħtieġa.
4.  Rapport konġunt ta' l-attivitajiet għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità tal-Ġestjoni kull sentejn. Dan ir-rapport għandu jinkludi kapitolu ta' kull Stat Membru mħejji mill-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni ta' dak l-Istat Membru.
4.   Kull sentejn għandu jintbagħat rapport konġunt ta' attivitajiet mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-eu-LISA. Dak ir-rapport għandu jinkludi kapitolu dwar kull Stat Membru mħejji mill-awtorità superviżorja ta' dak l-Istat Membru";
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 44
(32b)  L-Artikolu 44 jitħassar;
Artikolu 44
Protezzjoni ta' data waqt il-perjodu tranżitorju
Fejn il-Kummissjoni tiddelega r-responsabilitajiet tagħha waqt il-perjodu tranżitorju lil entità jew entitajiet oħra, skond l-Artikolu 26(4) ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiżgura li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkollu d-dritt u jkun kapaċi jeżerċita bis-sħiħ id-dmirijiet tiegħu, inkluż it-twettiq ta' verifiki fuq il-post, u jeżerċita kwalunkwe setgħa oħra mogħtija lilu permezz ta' l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45 – paragrafu 2a (ġdid)
(32c)  fl-Artikolu 45, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“2a. Il-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali tal-VIS, l-interfaċċa nazzjonali f'kull Stat Membru, u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-interfaċċi nazzjonali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet li ġejjin għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2):
(a)   id-disinn tal-arkitettura fiżika tas-sistema inkluż in-network ta' komunikazzjoni tagħha;
(b)   aspetti tekniċi li għandhom effett fuq il-protezzjoni ta' data personali;
(c)   aspetti tekniċi li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji serji għall-baġits tal-Istati Membri jew li għandhom implikazzjonijiet tekniċi serji għas-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri;
(d)   l-iżvilupp ta' rekwiżiti tas-sigurtà, inklużi aspetti bijometriċi."
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 34
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45a – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni, tal-eu-LISA u tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilita mir-Regolament (UE) 2016/1624 għandu jkollhom aċċess sabiex jikkonsultaw id-data li ġejja, unikament għall-finijiet ta' rappurtar u statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni ta' individwi:
Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni, tal-eu-LISA u tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilita mir-Regolament (UE) 2016/1624 għandu jkollhom aċċess sabiex jikkonsultaw id-data li ġejja, unikament għall-finijiet ta' rappurtar u statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni tal-individwi bħala riżultat tal-anonimità totali tad-data:
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 34
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  sess, data tat-twelid u nazzjonalità kurrenti tal-applikant;
(c)  sess, sena tat-twelid u nazzjonalità kurrenti tal-applikant;
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 34
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt h
(h)  ir-raġunijiet indikati għal kwalunkwe deċiżjoni dwar id-dokument jew l-applikazzjoni, biss fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir; fir-rigward tal-viżi għal soġġorn twil u l-permessi ta’ residenza, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni (jekk għandhiex tinħareġ jew tiġi rrifjutata l-applikazzjoni u fuq liema raġuni);
(h)  ir-raġunijiet indikati għal kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta viżi għal soġġorn qasir, inkluża r-referenza għal kwalunkwe hit fil-konfront ta' sistemi tal-informazzjoni tal-Unjoni li jistgħu jiġu kkonsultati, fil-konfront tad-data tal-Europol jew tal-Interpol, fil-konfront tal-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1240 jew fil-konfront ta' indikaturi speċifiċi tar-riskju;
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 34
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ha (ġdid)
(ha)  ir-raġunijiet indikati għal kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta dokument, inkluża r-referenza għal kwalunkwe hit fil-konfront ta' sistemi tal-informazzjoni tal-Unjoni li jistgħu jiġu kkonsultati, fil-konfront tad-data tal-Europol jew tal-Interpol, fil-konfront tal-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1240 jew fil-konfront ta' indikaturi speċifiċi tar-riskju;
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 34
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt k
(k)  Fir-rigward ta' viża għal soġġorn qasir, l-iskop ewlieni jew l-iskopijiet ewlenin tal-vjaġġ; fir-rigward ta' viżi għal soġġorn twil u permess ta' residenza, l-iskop tal-applikazzjoni;
(k)  Fir-rigward ta' viża għal soġġorn qasir, l-iskop ewlieni jew l-iskopijiet ewlenin tal-vjaġġ;
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 34
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt l
(l)  id-data mdaħħla fir-rigward ta' kwalunkwe dokument irtirat, annullat, irrevokat jew li l-validità tiegħu hija estiża, kif applikabbli;
(l)  id-data mdaħħla fir-rigward ta' kwalunkwe dokument ta' viża rtirat, annullat, irrevokat jew li l-validità tiegħu hija estiża, kif applikabbli;
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 34
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45a – paragrafu 6
6.  Fl-aħħar ta' kull sena, id-data tal-istatistika għandha tinġabar fil-forma ta' statistika trimestrali għal dik is-sena. L-istatistika għandu jkun fiha analiżi dettaljata tad-data għal kull Stat Membru.
6.  Fl-aħħar ta' kull sena, id-data tal-istatistika għandha tinġabar f'rapport annwali għal dik is-sena. L-istatistika għandu jkun fiha analiżi dettaljata tad-data għal kull Stat Membru. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat u jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45b – paragrafu 1
1.  Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-punt (b) tal-Artikolu 26(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, it-trasportaturi bl-ajru, it-trasportaturi bil-baħar u trasportaturi internazzjonali li jittrasportaw gruppi fuq l-art bil-coach għandhom jibagħtu tfittxija lill-VIS sabiex jivverifikaw jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza għandhomx jew le viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza validi, kif applikabbli. Għal dan il-għan, fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir, it-trasportaturi għandhom jipprovdu d-data elenkata fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament jew fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 22c, kif applikabbli.
1.  Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-punt (b) tal-Artikolu 26(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, it-trasportaturi bl-ajru, it-trasportaturi bil-baħar u trasportaturi internazzjonali li jittrasportaw gruppi fuq l-art bil-coach għandhom jibagħtu tfittxija lill-VIS sabiex jivverifikaw jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza għandhomx jew le viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza validi, kif applikabbli. F'każijiet fejn il-passiġġieri ma jkunux awtorizzati li jimbarkaw fuq talba tal-VIS, it-trasportaturi għandhom jinformaw lill-passiġġieri bis-sitwazzjoni u bil-mezzi li bihom jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' aċċess, rettifika u tħassir ta' data personali maħżuna fil-VIS.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45b – paragrafu 3
3.  L-aċċess sigur għall-portal tat-trasportaturi msemmija fl-Artikolu 1(2)(h) tad-Deċiżjoni 2004/512/KE kif emendat b'dan ir-Regolament għandu jippermetti lit-trasportaturi biex jipproċedu bil-konsultazzjoni tat-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma' passiġġier jitla' abbord. Għal din il-fini, it-trasportatur għandu jibgħat it-tfittxija biex jingħata permess jikkonsulta l-VIS bl-użu tad-data li tinsab fil-parti tad-dokument tal-ivvjaġġar li tista' tinqara minn magna.
3.  Aċċess sigur għall-portall tat-trasportaturi msemmi fl-Artikolu 2a(h), inkluża l-possibilità li jintużaw soluzzjonijiet tekniċi mobbli, għandu jippermetti li t-trasportaturi jipproċedu bil-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 qabel l-imbarkazzjoni ta' passiġġier. It-trasportatur għandu jipprovdi d-data li tinsab fil-parti li tista' tinqara minn magna tad-dokument tal-ivvjaġġar u jindika l-Istat Membru tad-dħul. B'deroga, fil-każ ta' tranżitu minn ajruport, it-trasportatur m'għandux ikun obbligat jivverifika jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz għandux fil-pussess tiegħu viża valida għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn fit-tul jew permess ta' residenza, kif applikabbli.
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45b – paragrafu 4
4.  Il-VIS għandha tirrispondi billi tindika jekk il-persuna għandhiex viża valida jew le, billi tagħti lit-trasportaturi tweġiba OK/NOT OK.
4.  Il-VIS għandha tirrispondi billi tindika jekk il-persuna għandhiex viża valida għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil, permess ta' residenza, kif applikabbli, billi tagħti lit-trasportaturi tweġiba OK/NOT OK. Jekk tkun inħarġet viża għal soġġorn qasir b'validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Neu 810/2009, it-tweġiba li tingħata mill-VIS għandha tieħu kont tal-Istat(i) Membru/i li għalih/om l-awtorizzazzjoni hija valida, kif ukoll l-Istat Membru tad-dħul indikat mit-trasportatur. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u r-risposta li waslet skont il-liġi applikabbli. It-tweġiba OK/NOT OK ma għandhiex titqies bħala deċiżjoni li jiġi awtorizzat jew irrifjutat id-dħul f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-operazzjoni tal-portall tat-trasportaturi u r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45b – paragrafu 5
5.  Għandha titwaqqaf skema ta' awtentikazzjoni, irriżervata esklussivament għat-trasportaturi, biex tippermetti aċċess għall-portal tat-trasportaturi għall-finijiet tal-paragrafu 2 mill-membri debitament awtorizzati tal-persunal tat-trasportaturi. L-iskema ta' awtentikazzjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
5.  Għandha titwaqqaf skema ta' awtentikazzjoni, irriżervata esklussivament għat-trasportaturi, biex tippermetti aċċess għall-portal tat-trasportaturi għall-finijiet tal-paragrafu 2 mill-membri debitament awtorizzati tal-persunal tat-trasportaturi. Meta tiġi stabbilita l-iskema ta' awtentikazzjoni, għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni l-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku. L-iskema ta' awtentikazzjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45b – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Il-portall tat-trasportaturi għandu jagħmel użu minn bażi tad-data separata li tinqara biss u li tiġi aġġornata kuljum permezz ta' estrazzjoni f'direzzjoni waħda tas-subgrupp minimu neċessarju ta' data maħżuna fil-VIS. Il-eu-LISA għandha tkun responsabbli għas-sigurtà tal-portall tat-trasportaturi, għas-sigurtà tad-data personali li tinsab fih u għall-proċess tal-estrazzjoni ta' data personali għall-bażi ta' data separata li tinqara biss.
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45b – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  It-trasportaturi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-penali previsti mill-Artikolu 26(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom ("Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen") u l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE meta huma jittrasportaw ċittadini ta' pajjiżi terzi li, minkejja li huma soġġetti għar-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, ma jkunux fil-pussess ta' visa valida.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45b – paragrafu 5c (ġdid)
5c.  Jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi huma rrifjutati d-dħul, kwalunkwe trasportatur li jkun ġabhom fil-fruntieri esterni bl-ajru, bil-baħar u fuq l-art għandu jkun obbligat li jerġa' jassumi minnufih ir-responsabilità għalihom. Fuq talba tal-awtoritajiet tal-fruntieri, it-trasportaturi għandhom ikunu obbligati jirritornaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi lejn jew il-pajjiż terz minn fejn ikunu ġew ittrasportati, jew lejn il-pajjiż terz li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar li bih ikunu vvjaġġaw, jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor li ser jilqagħhom żgur.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45b – paragrafu 5d (ġdid)
5d.  B'deroga mill-paragrafu 1, għal trasportaturi li jġorru gruppi fuq l-art permezz ta' kowċ, għall-ewwel tliet snin wara li tibda tiġi applikata dan ir-Regolament, il-verifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun fakultattiva u d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5b m'għandhomx japplikaw għalihom.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45c – paragrafu 1
1.  Jekk ikun teknikament impossibbli li wieħed jipproċedi bit-tfittxija ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 45b(1), minħabba nuqqas ta' kwalunkwe parti tal-VIS jew għal raġunijiet oħra li ma jkunux fil-kontroll tat-trasportaturi, it-trasportaturi għandhom ikunu eżenti mill-obbligu li jivverifikaw il-pussess ta' viża jew dokument tal-ivvjaġġar validu billi jintuża l-portal tat-trasportaturi. Fejn nuqqas bħal dan jinstab mill-Awtorità ta' Ġestjoni, din għandha tinnotifika lit-trasportaturi. Għandha wkoll tinnotifika lit-trasportaturi meta n-nuqqas jiġi rimedjat. Fejn nuqqas bħal dan jinstab mit-trasportaturi, dawn għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità ta' Ġestjoni.
1.  Jekk ikun teknikament impossibbli li wieħed jipproċedi bit-tfittxija ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 45b(1), minħabba nuqqas ta' kwalunkwe parti tal-VIS it-trasportaturi għandhom ikunu eżenti mill-obbligu li jivverifikaw il-pussess ta' viża jew dokument tal-ivvjaġġar validu billi jintuża l-portal tat-trasportaturi. Fejn nuqqas bħal dan jinstab mill-eu-LISA, din għandha tinnotifika lit-trasportaturi. Għandha wkoll tinnotifika lit-trasportaturi meta n-nuqqas jiġi rimedjat. Fejn nuqqas bħal dan jinstab mit-trasportaturi, dawn għandhom jinnotifikaw lill-eu-LISA.
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45c – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-penali msemmija fl-Artikolu 45b(5b) ma għandhomx jiġu imposti fuq it-trasportaturi fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta'dan l-Artikolu.
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45c – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Meta għal raġunijiet oħra għajr falliment ta' kwalunkwe parti tal-VIS ma jkunx teknikament possibbli li trasportatur jipproċedi bil-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 45b(1) għal perjodu ta' żmien twil, dak it-trasportatur għandu jinforma lill-eu-LISA.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45d – paragrafu 1
1.  Sabiex jeżerċitaw l-inkarigi u s-setgħat skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u flimkien mal-aċċess stipulat fl-Artikolu 40(8) ta' dak ir-Regolament, il-membri tat-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll it-timijiet tal-persunal involut f'operazzjonijiet relatati mar-ritorn, għandhom, fi ħdan il-mandat tagħhom, jkollhom id-dritt jaċċessaw u jfittxu data mdaħħal fil-VIS.
1.  Sabiex jeżerċitaw l-inkarigi u s-setgħat skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* il-membri tat-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, fi ħdan il-mandat tagħhom, għandu jkollhom id-dritt jaċċessaw u jfittxu data mdaħħla fil-VIS.
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45e – paragrafu 1
1.  Fir-rigward tal-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 45d, it-tim Ewropew tal-Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jista' jissottometti talba għall-konsultazzjoni tad-data kollha jew għal sett speċifiku ta' data maħżun fil-VIS lill-punt ta' aċċess ċentrali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta msemmi fl-Artikolu 45d(2). It-talba għandha tirreferi għall-pjan operazzjonali dwar il-kontrolli tal-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri u/jew ir-ritorn ta' dak l-Istat Membru fuq liema t-talba hija bbażata. Kif tirċievi talba għal aċċess, il-punt ta' aċċess ċentrali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċess imsemmi fil-paragrafu 2 humiex sodisfatti. Jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-aċċess huma sodisfatti, il-persunal debitament awtorizzat tal-punt ċentrali ta' aċċess għandhom jipproċessaw it-talbiet. Id-data tal-VIS li tiġi aċċessata għandha tintbagħat lit-tim b'tali mod li ma tikkompromettix is-sigurtà tad-data.
1.  Fir-rigward tal-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 45d, it-tim Ewropew tal-Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jista' jissottometti talba għall-konsultazzjoni tad-data kollha jew għal sett speċifiku ta' data maħżun fil-VIS lill-punt ta' aċċess ċentrali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta msemmi fl-Artikolu 45d(2). It-talba għandha tirreferi għall-pjan operazzjonali dwar il-kontrolli tal-fruntieri u s-sorveljanza tal-fruntieri ta' dak l-Istat Membru fuq liema t-talba hija bbażata. Kif tirċievi talba għal aċċess, il-punt ta' aċċess ċentrali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċess imsemmi fil-paragrafu 2 humiex sodisfatti. Jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-aċċess huma sodisfatti, il-persunal debitament awtorizzat tal-punt ċentrali ta' aċċess għandhom jipproċessaw it-talbiet. Id-data tal-VIS li tiġi aċċessata għandha tintbagħat lit-tim b'tali mod li ma tikkompromettix is-sigurtà tad-data.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45e – paragrafu 2 – punt a
a)  l-Istat Membru ospitanti jawtorizza lill-membri tat-tim biex jikkonsultaw il-VIS sabiex iwettqu l-miri operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar kontrolli tal-fruntieri, sorveljanza ta’ fruntieri u ritorn, u
a)  l-Istat Membru ospitanti jawtorizza lill-membri tat-tim biex jikkonsultaw il-VIS sabiex iwettqu l-miri operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar il-kontrolli mal-fruntieri u s-sorveljanza tal-fruntieri u
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45e – paragrafu 3
3.  Skont l-Artikolu 40(3) tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet, kif ukoll it-timijiet tal-persunal involut fl-inkarigi relatati mar-ritorn jistgħu jaġixxu biss b'rispons għal informazzjoni miksuba mill-VIS taħt istruzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta' gwardji tal-fruntiera jew persunal involut f'inkarigi relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti fejn qed joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu.
3.  Skont l-Artikolu 40(3) tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet jistgħu jaġixxu biss b'rispons għal informazzjoni miksuba mill-VIS taħt istruzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta' gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti fejn qed joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu.
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45e – paragrafu 7
7.  Kull log tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data fil-VIS minn membru tat-timijiet tal-Gwardji Ewropej tal-Fruntiera u tal-Kosta jew timijiet tal-persunal f'inkarigi relatati mar-ritorn għandu jinżamm mill-Awtorità ta' Ġestjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34.
7.  Kull log tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data fil-VIS minn membru tat-timijiet tal-Gwardji Ewropej tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jinżamm mill-Awtorità ta' Ġestjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34.
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45e – paragrafu 8
8.  Kull aċċess u kull tfittxija mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiġu rreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 u għandu jiġi reġistrat kull użu li jsir mid-data aċċessata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.
8.  Kull aċċess u kull tfittxija mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiġu rreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 u għandu jiġi reġistrat kull użu li jsir mid-data aċċessata mit-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 45e – paragrafu 9
9.  Ħlief fejn ikun meħtieġ biex jitwettqu l-inkarigi għall-finijiet tar-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) l-ebda parti tas-SIS ma għandha tkun konnessa ma' xi sistema tal-kompjuter għall-ġbir u għall-ipproċessar ta' data li tkun imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew fiha u lanqas ma għandu jsir trasferiment lil tali sistema tad-data li tinsab fil-VIS li għaliha jkollha aċċess l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-ebda parti mill-VIS ma għandha titniżżel. Ir-reġistri tal-aċċess u tat-tfittxijiet ma għandhomx jiġu interpretati li huma tniżżil jew ikkuppjar ta' data tal-VIS.
9.  L-ebda parti tal-VIS ma għandha tkun konnessa ma' xi sistema tal-kompjuter għall-ġbir u għall-ipproċessar ta' data li tkun imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew fiha u lanqas ma għandu jsir trasferiment lil tali sistema tad-data li tinsab fil-VIS li għaliha jkollha aċċess l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-ebda parti mill-VIS ma għandha titniżżel. Ir-reġistri tal-aċċess u tat-tfittxijiet ma għandhomx jiġu interpretati li huma tniżżil jew ikkuppjar ta' data tal-VIS.
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 46
(35a)  L-Artikolu 46 jitħassar;
Artikolu 46
L-integrazzjoni tal-funzjonalitajiet tekniċi tan-Network ta' Konsultazzjoni ta' Schengen
Il-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 16 għandu jissostitwixxi n-Netwerk ta' Konsultazzjoni ta' Schengen mid-data stipulata bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(3) fejn dawk l-Istati Membri kollha li jużaw in-Network ta' Konsultazzjoni ta' Schengen fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament innotifikaw l-arranġamenti legali u tekniċi għall-użu tal-VIS bil-għan li jkun hemm konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża dwar l-applikazzjonijiet tal-viża skond l-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 47
(35b)  L-Artikolu 47 jitħassar;
Artikolu 47
Bidu ta' trażmissjoni
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa għamel l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jittrażmetti d-data msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-VIS Ċentrali permezz ta' l-Interface Nazzjonali.
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 48
(35c)  L-Artikolu 48 jitħassar;
Artikolu 48
Bidu tal-operazzjonijiet
1.  Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data meta l-VIS għanda tibda topera, meta:
(a)  il-miżuri msemmija fl-Artikolu 45(2) ġew adottati;
(b)  il-Kummissjoni ħabbret it-tlestija b'suċċess ta' eżami komprensiv tal-VIS, li għandu jsir mill-Kummissjoni flimkien ma' l-Istati Membri;
(c)  (ċ) wara l-validazzjoni ta' l-arranġamenti tekniċi, l-Istati Membri avżaw lill-Kummissjoni li għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali kollha meħtieġa sabiex jiġbru u jitrażmettu d-data msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha fl-ewwel reġjun iddeterminati skond il-paragrafu 4, inklużi l-arranġamenti għall-ġbir u/jew it-trażmissjoni tad-data f'isem Stat Membru ieħor.
2.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-riżultati ta' l-eżami mwettaq b'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1.
3.  F'kull reġjun ieħor, il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta t-trażmissjoni tad-data fl-Artikolu 5(1) issir obbligatorja meta l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali kollha meħtieġa sabiex jiġbru u jitrażmettu d-data msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha fir-reġjun ikkonċernat, inkluż l-arranġamenti għall-ġbir u/jew trażmissjoni tad-data f'isem Stat Membru ieħor. Qabel dik id-data, kull Stat Membru jista' jibda l-ħidmiet fi kwalunkwe minn dawn ir-reġjuni, malli jkun innotifika lill-Kummissjoni li għamel l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa sabiex jiġbor u jitrażmetti għall-inqas id-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) lill-VIS.
4.  Ir-reġjuni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom ikunu deċiżi bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(3). Il-kriterji għall-iffissar ta' dawn ir-reġjuni se jkun ir-riskju ta' l-immigrazzjoni illegali, it-theddid lis-sigurtà interna ta' l-Istati Membri u l-probabbilità li jinġabru elementi bijometriċi mill-postijiet kollha f'dan ir-reġjun.
5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dati tal-bidu tal-ħidmiet f'kull reġjun fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
6.  L-ebda Stat Membru ma għandu jikkonsulta d-data trażmessa minn Stati Membri oħra lill-VIS qabel ma hu jew xi Stat Membru ieħor li jirrappreżenta dan l-Istat Membru jibda' jdaħħal id-data bi qbil mal-paragrafi 1 u 3.
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35d (ġdid)
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 48a (ġdid)
(35d)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 48a
Eżerċizzju ta' delega
1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 9cb u fl-Artikolu 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux opponew tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9cb u fl-Artikolu 23 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 9cb u 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.";
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 50 – titolu
Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni
Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 50 – paragrafu 1
1.  L-Awtorità ta' Ġestjoni għandha tiżgura li hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jissorveljaw il-funzjonament tal-VIS ma' objettivi relatati ma' rendiment, kosteffettività, sigurtà u kwalità tas-servizz.
1.  L-eu-LISA għandha tiżgura li hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jissorveljaw il-funzjonament tal-VIS ma' miri relatati ma' rendiment, kosteffettività, sigurtà u kwalità tas-servizz, u li timmonitorja l-konformità mad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għal rimedju effettiv.
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 50 – paragrafu 2
2.  Għall-finijiet ta' manteniment tekniku, l-Awtorità ta' Ġestjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja marbuta mal-ħidmiet tal-ipproċessar imwettqa fil-VIS.
2.  Għall-finijiet tal-manutenzjoni teknika, l-eu-LISA għandu jkollha l-aċċess għall-informazzjoni neċessarja rigward l-operazzjonijiet ta' pproċessar mwettqa fil-VIS.
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 50 – paragrafu 3
3.  Kull sentejn l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tal-VIS, inkluż is-sigurtà tagħha.
3.  Kull sentejn l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tal-VIS, inklużi s-sigurtà u l-ispejjeż tagħha. Dan ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali lejn il-progress kurrenti tal-iżvilupp tal-proġett u tal-ispejjeż assoċjati, il-valutazzjoni tal-impatt finanzjarju u l-informazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni teknika u r-riskji kollha possibbli li jaf jolqtu n-nefqa kumplessiva tas-sistema.
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 50 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  F'każ ta' dewmien fil-proċess ta' żvilupp, l-eu-LISA għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill malajr kemm jista' jkun dwar ir-raġunijiet għad-dewmien, kif ukoll dwar l-impatt tagħhom f'termini ta' żmien u finanzi.
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 50 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 - punt a
(a)  l-iskop preċiż tal-konsultazzjoni inkluż it-tip ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju;
(a)  l-iskop preċiż tal-konsultazzjoni inkluż it-tip ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju u l-aċċessi għad-data dwar it-tfal taħt it-12-il sena;
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 50 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  l-għadd u t-tip ta' każijiet li fihom intużaw il-proċeduri ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 22m(2), inklużi dawk il-każijiet fejn l-urġenza ma ġietx aċċettata mill-verifika ex post li tkun twettqet mill-punt ta' aċċess ċentrali;
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 50 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  statistika dwar it-traffikar tat-tfal, inklużi każijiet ta' identifikazzjonijiet mwettqa b'suċċess.
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 50 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.
Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tfassal ir-rapporti annwali f'rapport komprensiv li għandu jiġi ppubblikat sat-30 ta' Diċembru tal-istess sena.
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 50 – paragrafu 5
5.  Kull erba' snin, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tal-VIS. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba fit-twettiq tal-objettivi u valutazzjoni tal-validità kontinwa tal-ħsibijiet sottostanti, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-VIS, is-sigurtà tal-VIS, l-użu magħmul mid-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 31 u kwalunkwe implikazzjoni ta' operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tal-VIS. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba fit-twettiq tal-objettivi u tal-ispejjeż imġarrba u valutazzjoni tal-validità kontinwa tal-ħsibijiet sottostanti, u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet fundamentali, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-VIS, is-sigurtà tal-VIS, l-użu magħmul mid-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 31 u kwalunkwe implikazzjoni ta' operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 39
Regolament (KE) Nru 767/2008
Anness 1 - titolu
(39)  It-titlu tal-anness 1 hu mibdul b’dan li ġej:
imħassar
"Lista ta' organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 31(1)".
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
KAPITOLU IIIa – Artikolu 22a – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-awtorità kompetenti biex toħroġ deċiżjoni għandha toħloq fajl individwali qabel ma toħroġha.
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
KAPITOLU IIIa – Artikolu 22a – paragrafu 3
3.  Jekk id-detentur applika bħala parti minn grupp jew ma' membru tal-familja, l-awtorità għandha toħloq fajl individwali għal kull persuna fil-grupp u tillinkja l-fajls tal-persuni li applikaw flimkien u li nħarġitilhom viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza.
3.  Jekk id-detentur applika bħala parti minn grupp jew ma' membru tal-familja, l-awtorità għandha toħloq fajl individwali għal kull persuna fil-grupp u tillinkja l-fajls tal-persuni li applikaw flimkien u li nħarġitilhom viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza. L-applikazzjonijiet minn ġenituri jew minn kustodji legali m'għandhomx jiġu separati minn dawk ta' wliedhom.
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22b – paragrafu 1
1.  Unikament għall-iskop li tivvaluta jekk il-persuna tistax tkun ta’ theddida għall-politika pubblika, jew għas-sigurtà interna jew għas-saħħa pubblika tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/399, il-fajls għandhom jiġu pproċessati awtomatikament mill-VIS biex jidentifikaw il-hit(s). Il-VIS għandha teżamina kull fajl individwalment.
1.  Unikament għall-iskop li tivvaluta jekk il-persuna tistax tkun ta’ theddida għall-politika pubblika, jew għas-sigurtà interna tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/399, il-fajls għandhom jiġu pproċessati awtomatikament mill-VIS biex jidentifikaw il-hit(s). Il-VIS għandha teżamina kull fajl individwalment.
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22b – paragrafu 2
2.  Kull darba li fajl individwali jinħoloq mal-ħruġ jew rifjut skont l-Artikolu 22d ta' viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza, il-VIS għandha tniedi tfittxija billi tuża l-Portal Ewropew tat-Tfittxija ddefinit fl-Artikolu 6(1) [tar-Regolament dwar l-Interoperabilità] biex tqabbel id-data rilevanti msemmija fl-Artikolu 22c(2)(a), (b), (c), (f) u (g) ta' dan ir-Regolament mad-data rilevanti fil-VIS, fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), fis-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), fis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), inkluż il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/XX għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar, [is-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta’ kundanni relatati ma’ reati terroristiċi u forom oħra ta’ reati kriminali serji], id-data tal-Europol, il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa jew Mitlufa (SLTD) u l-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (Interpol TDAWN).
2.  Kull darba li fajl individwali jinħoloq skont l-Artikolu 22c b'rabta ma'viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza, il-VIS għandha tniedi tfittxija billi tuża l-Portal Ewropew tat-Tfittxija ddefinit fl-Artikolu 6(1) [tar-Regolament dwar l-Interoperabilità] biex tqabbel id-data msemmija fl-Artikolu 22c(2)(a), (b), (c), (f) u (g) ta' dan ir-Regolament. Il-VIS għandha tivverifika:
(a)   jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-iskop tal-applikazzjoni jkunx dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat fis-SIS bħala mitluf, misruq, użat ħażin jew invalidat;
(b)   jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-iskop tal-applikazzjoni jkunx dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat fil-bażi tad-data SLTD bħala mitluf, misruq jew invalidat;
(c)   jekk l-applikant ikunx is-suġġett ta' rapport għall-finijiet ta' ċaħda tad-dħul u ta' projbizzjoni ta' soġġorn mdaħħal fis-SIS;
(d)   jekk l-applikant ikunx is-suġġett ta' rapport fis-SIS dwar persuna mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' ċediment abbażi ta' mandat ta' arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni;
(e)   jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar ikunx awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar miċħuda, irrevokata jew ikkanċellata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;
(f)   jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar jidhrux fuq il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240;
(g)   jekk ikunx diġà hemm data dwar l-applikant rreġistrata fil-VIS rigward l-istess persuna;
(h)   jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni għad-dokument tal-ivvjaġġar tkunx applikazzjoni oħra għal awtorizzazzjoni ta' viża għal soġġorn twil, permess ta' residenza assoċjata ma' data oħra dwar l-identità;
(i)   jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna li qabżet it-tul taż-żjara awtorizzata, jew jekk fl-imgħoddi kienx is-suġġett ta' rapport bħal dan fl-EES;
(j)   jekk l-applikant ikunx irreġistrat bħala x ħadd li kien is-suġġett ta' ċaħda tad-dħul fl-EES;
(k)   jekk l-applikant kienx is-suġġett ta' deċiżjoni ta' ċaħda, kanċellazzjoni jew revoka ta' viża għal soġġorn qasir irreġistrata fil-VIS;
(l)   jekk l-applikant kienx is-suġġett ta' rifjut, kanċellazzjoni jew revoka ta' viża għal soġġorn fit-tul jew ta' permess ta' residenza rreġistrata fil-VIS;
(m)   jekk id-data speċifika għall-identità tal-applikant hijiex irreġistrata fid-data tal-Europol;
(n)   meta l-applikant ikun minorenni, jekk il-persuna li teżerċita l-awtorità ta' ġenitur jew ta' kustodju legali:
(i)   tkun is-suġġett ta' rapport fis-SIS dwar persuna mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' ċediment abbażi ta' mandat ta' arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni;
(ii)   tkun is-suġġett ta' rapport għall-finijiet ta' ċaħda tad-dħul u ta' projbizzjoni ta' soġġorn fis-SIS;
(iii)   tkun detentur ta' dokument tal-ivvjaġġar li jidher fuq il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240.
Dan l-Artikolu ma jridx ifixkel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-ażil, tkun xi tkun ir-raġuni. Fil-każ ta' applikazzjoni għal viża ppreżentata minn vittma ta' kriminalità vjolenti, bħal vjolenza domestika jew traffikar ta' bnedmin, imwettqa mill-isponsor tagħhom, il-fajl depożitat fil-VIS għandu jkun separat minn dak tal-isponsor sabiex il-vittma tiġi protetta minn riskji ulterjuri.
Biex jiġi evitat ir-riskju ta' hits żbaljati, kwalunkwe tfittxija li tikkonċerna tfal taħt l-14-il sena jew persuni li jkollhom aktar minn 75 sena magħmula permezz ta' identifikaturi bijometriċi meħuda aktar minn ħames snin qabel it-tqabbil u li ma tikkonfermax l-identità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz, għandu jkun soġġett għal verifika manwali obbligatorja minn espert dwar id-data bijometrika.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22b – paragrafu 3
3.  Il-VIS għandha żżid referenza għal kwalunkwe hit miksuba skont il-paragrafi (2) u (5) tal-fajl individwali. Barra minn dan, il-VIS għandha tidentifika, fejn rilevanti, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat il-hit(s) jew il-Europol, u għandha tirreġistra dan fil-fajl individwali.
3.  Il-VIS għandha żżid referenza għal kwalunkwe hit miksuba skont il-paragrafi (2) u (5) tal-fajl individwali. Barra minn dan, il-VIS għandha tidentifika, fejn rilevanti, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat il-hit(s) jew il-Europol, u għandha tirreġistra dan fil-fajl individwali. L-ebda informazzjoni għajr ir-referenza għal xi hit u l-oriġinatur tad-data ma għandha tiġi rreġistrata.
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22b – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Meta jitwettqu tfittxijiet fl-SLTD, id-data użata mill-utent tal-ESP għat-tnedija ta' tfittxija ma tiġix kondiviża mas-sidien tad-data tal-Interpol.
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22b – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
4.  Għall-finijiet tal-Artikolu 2(2)(f) fir-rigward ta' viża maħruġa jew viża estiża għal soġġorn twil, it-tfittxijiet imwettqa skont 22b paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom iqabblu d-data rilevanti fl-Artikolu 22c(2), mad-data preżenti fis-SIS biex jiġi ddeterminat jekk id-detentur hux suġġett għal wieħed mill-allerti li ġejjin:
4.  Għall-finijiet tal-Artikolu 2(2)(f) fir-rigward ta' viża maħruġa jew viża estiża għal soġġorn twil, it-tfittxijiet imwettqa skont 22b paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom iqabblu d-data rilevanti fl-Artikolu 22c(2), mad-data preżenti fis-SIS biex jiġi ddeterminat jekk id-detentur hux suġġett għal wieħed mit-twissijiet li ġejjin:
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22b – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  allert dwar persuni u oġġetti għal kontrolli diskreti jew kontrolli speċifiċi.
(d)  twissija dwar persuni u oġġetti għal kontrolli diskreti, kontrolli speċifiċi jew kontrolli ta' investigazzjoni.
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22b – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Fejn it-tqabbil imsemmi f'dan il-paragrafu jirrapporta hit waħda jew aktar, il-VIS għandha tibgħat notifika awtomatizzata lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li nieda t-tfittxija u għandha tieħu kwalunkwe azzjoni ta' segwitu xierqa.
L-Artikolu 9a (5a), (5b), (5c), (5d), u l-Artikoli 9c, 9ca, 9cb għandhom japplikaw mutatis mutandis soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin.
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22b – paragrafu 6
6.  Fejn il-viża għal soġġorn twil u il-permess ta' residenza jinħareġ jew jiġi estiż minn awtorità konsolari ta' Stat Membru, għandu japplika l-Artikolu 9a.
imħassar
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22b – paragrafu 7
7.  Fejn il-permess ta' residenza jinħareġ jew jiġi estiż jew fejn viża għal soġġorn twil tiġi estiża minn awtorità fit-territorju ta' Stat Membru, għandu japplika dan li ġej:
imħassar
(a)  li l-awtorità għandha tivverifika jekk id-data rreġistrata fil-fajl individwali tikkorrispondix mad-data preżenti fil-VIS, jew f'waħda mis-sistemi/bażijiet tad-data ta' informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol, jew il-bażijiet tad-data tal-Interpol ikkonsultati kont il-paragrafu 2;
(b)  fejn il-hit skont il-paragrafu 2 hija relatata mad-data tal-Europol, l-unità nazzjonali tal-Europol għandha tkun infurmata għal segwitu;
(c)  fejn l-ebda data ma tikkorrispondi, u ma ġiet irrappurtata l-ebda hit oħra matul l-ipproċessar awtomatizzat skont il-paragrafi 2 u 3, l-awtorità għandha tħassar il-hit falza mill-fajl tal-applikazzjoni;
(d)  fejn id-data tikkorrispondi għall-identità tal-applikant, jew fejn jibqgħu xi dubji, l-awtorità għandha tieħu azzjoni dwar id-data li skattat il-hit skont il-paragrafu 4 skont il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali.
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22c – paragrafu 1 – punt 2 – punt a
(a)  kunjom (isem tal-familja); isem/ismijiet; data tat-twelid; nazzjonalità jew nazzjonalitajiet kurrenti; sess; data, post u pajjiż tat-twelid;
(a)  kunjom (isem tal-familja); isem/ismijiet; sena tat-twelid; nazzjonalità jew nazzjonalitajiet kurrenti; sess; post u pajjiż tat-twelid;
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22c – paragrafu 1 – punt 2 – punt f
(f)  immaġni tal-wiċċ tad-detentur, fejn possibbli meħuda dak il-ħin;
(f)  immaġni tal-wiċċ tad-detentur meħuda dak il-ħin;
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22d – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fejn ittieħdet deċiżjoni li viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza jiġi rrifjutat minħabba li l-applikant huwa meqjus li jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika, għas-sigurtà interna jew għas-saħħa pubblika jew l-applikant ippreżenta dokumenti foloz li nkisbu b'mod frodulenti, jew iffalsifikati, jew imbagħbsa, l-awtorità li rrifjutat dan għandha toħloq fajl individwali mingħajr dewmien bid-data li ġejja:
Fejn ittieħdet deċiżjoni li viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza jiġi rrifjutat minħabba li l-applikant huwa meqjus li jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna jew l-applikant ippreżenta dokumenti foloz li nkisbu b'mod frodulenti, jew iffalsifikati, jew imbagħbsa, l-awtorità li rrifjutat dan għandha toħloq fajl individwali mingħajr dewmien bid-data li ġejja:
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22d – paragrafu 1 – punt e
e.  il-kunjom, l-isem u l-indirizz tal-persuna fiżika fuq liema hija bbażata l-applikazzjoni;
e.  il-kunjom, l-isem u l-indirizz tal-persuna fiżika fuq liema hija bbażata l-applikazzjoni;
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22d – paragrafu 1 – punt f
f.  immaġni tal-wiċċ tal-applikant, fejn possibbli meħuda dak il-ħin;
f.  immaġni tal-wiċċ tal-applikant meħuda dak il-ħin;
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22d – paragrafu 1 – punt h
h.  informazzjoni li tindika li l-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta' residenza ġie rrifjutat minħabba li l-applikant huwa meqjus li jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika, għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika, jew minħabba li l-applikant ippreżenta dokumenti li nkisbu b'mod frodulenti, jew ġew iffalsifikati, jew ġew imbagħbsa;
h.  informazzjoni li tindika li l-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta' residenza ġie rrifjutat minħabba li l-applikant huwa meqjus li jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika, jew minħabba li l-applikant ippreżenta dokumenti li nkisbu b'mod frodulenti, jew ġew iffalsifikati, jew ġew imbagħbsa;
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22g – paragrafu 1
1.  Għall-iskop uniku li tiġi vverifikata l-identità tad-detentur tad-dokument u/jew l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza u jekk il-persuna hijiex meqjusa ta' theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika għal kwalunkwe mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/399, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta' kontrolli fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni skont dak ir-Regolament għandu jkollhom aċċess għat-tfittxija billi jużaw in-numru tad-dokument flimkien ma' waħda jew aktar mid-data fl-Artikolu 22c(2)(a), (b) u (c) ta' dan ir-Regolament.
1.  Għall-iskop uniku li tiġi vverifikata l-identità tad-detentur tad-dokument u/jew l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza u jekk il-persuna hijiex meqjusa ta' theddida għall-politika pubblikajew għas-sigurtà interna għal kwalunkwe mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/399, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta' kontrolli fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni skont dak ir-Regolament għandu jkollhom aċċess għat-tfittxija billi jużaw in-numru tad-dokument flimkien ma' waħda jew aktar mid-data fl-Artikolu 22c(2)(a), (b) u (c) ta' dan ir-Regolament.
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22g – paragrafu 2 – punt e
(e)  ir-ritratti kif imsemmija fl-Artikolu 22c(2)(f).
(e)  l-immaġni tal-wiċċ kif imsemmija fl-Artikolu 22c(2)(f).
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22h – paragrafu 1
1.  Għall-iskop uniku li tiġi vverifikata l-identità tad-detentur tad-dokument u l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza jew jekk il-persuna hijiex ta' theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika għal kwalunkwe mill-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta' kontrolli fit-territorju tal-Istati Membri dwar jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza, u kif applikabbli, l-awtoritajiet tal-pulizija, għandu jkollhom aċċess għat-tfittxija billi jużaw in-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza flimkien ma' waħda jew aktar mid-data fl-Artikolu 22c(2)(a), (b) u (c).
1.  Għall-iskop uniku li tiġi vverifikata l-identità tad-detentur tad-dokument u l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta' kontrolli fit-territorju tal-Istati Membri dwar jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza, u kif applikabbli, għandu jkollhom aċċess għat-tfittxija billi jużaw in-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza flimkien ma' waħda jew aktar mid-data fl-Artikolu 22c(2)(a), (b) u (c).
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22h – paragrafu 2 – punt e
(e)  ir-ritratti kif imsemmija fl-Artikolu 22c(2)(f).
(e)  l-immaġni tal-wiċċ kif imsemmija fl-Artikolu 22c(2)(f).
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22k – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li huma intitolati jikkonsultaw id-data maħżuna fil-VIS sabiex jipprevjenu, jikxfu u jinvestigaw reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra.
1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li huma intitolati jikkonsultaw id-data maħżuna fil-VIS sabiex jipprevjenu, jikxfu u jinvestigaw reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra f'ċirkostanzi xierqa u definiti b'mod strett kif imsemmi fl-Artikolu 22n. Dawk l-awtoritajiet għandhom ikunu permessi biss li jikkonsultaw id-data ta' tfal li għandhom inqas minn 12-il sena biex jipproteġu lit-tfal neqsin jew lit-tfal li sfaw vittmi ta' reati serji.
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22k – paragrafu 2
2.  Kull Stat Membru għandu jżomm lista tal-awtoritajiet maħtura. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet maħtura tiegħu u jista' fi kwalunkwe ħin jemenda jew jissostitwixxi n-notifika tiegħu.
2.  Kull Stat Membru għandu jżomm lista strettament limitata tal-awtoritajiet maħtura. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet maħtura tiegħu u jista' fi kwalunkwe ħin jemenda jew jissostitwixxi n-notifika tiegħu.
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 221 paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-punt ta' aċċess ċentrali għandu jaġixxi b'mod indipendenti meta jwettaq l-inkarigi tiegħu skont dan ir-Regolament u ma għandux jirċievi istruzzjonijiet mill-awtorità maħtura tal-Europol imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-eżitu tal-verifika.
Il-punt ta' aċċess ċentrali għandu jaġixxi b'mod għalkollox indipendenti meta jwettaq l-inkarigi tiegħu skont dan ir-Regolament u ma għandux jirċievi istruzzjonijiet mill-awtorità maħtura tal-Europol imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-eżitu tal-verifika.
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22m – paragrafu 3
3.  Fejn verifika ex post tiddetermina li l-aċċess għad-data tal-VIS ma kienx iġġustifikat, l-awtoritajiet kollha li jkunu aċċessaw din id-data għandhom iħassru l-informazzjoni aċċessata mill-VIS u għandhom jinfurmaw lill-punti ta’ aċċess ċentrali dwar it-tħassir.
3.  Fejn verifika ex post tiddetermina li l-aċċess għad-data tal-VIS ma kienx iġġustifikat, l-awtoritajiet kollha li jkunu aċċessaw din id-data għandhom iħassru minnufih l-informazzjoni aċċessata mill-VIS u għandhom jinfurmaw lill-punti ta' aċċess ċentrali dwar it-tħassir.
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22n – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-awtoritajiet maħtura jistgħu jaċċessaw l-EES għal konsultazzjoni jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità] l-awtoritajiet maħtura jistgħu jaċċessaw il-VIS għal konsultazzjoni jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22n – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  fil-każ ta' tfittxijiet bil-marki tas-swaba', tkun tnediet tfittxija minn qabel fis-sistema tal-identifikazzjoni bil-marki tas-swaba' awtomatizzata ta' Stati Membri oħra skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI meta t-tqabbil tal-marki tas-swaba' jkun teknikament disponibbli, u jew dik it-tfittxija tkun twettqet bis-sħiħ, jew dik it-tfittxija ma tkunx twettqet bis-sħiħ fi żmien 24 siegħa minn meta tkun tnediet.
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22n – paragrafu 1 – punt d
(d)  fejn tnediet tfittxija fis-CIR f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità], it-tweġiba riċevuta kif imsemmija fil-paragrafu 5 tal-[Artikolu 22 tar-Regolament tiżvela li d-data tkun maħżuna fil-VIS."
(d)  fejn tnediet tfittxija fis-CIR f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità], it-tweġiba riċevuta kif imsemmija fil-paragrafu 5 tal-[Artikolu 22 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità]] tiżvela li d-data tkun maħżuna fil-VIS."
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22n – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tkun limitata għat-tfittxija bi kwalunkwe data li ġejja fil-fajl individwali:
3.  Il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tkun limitata għat-tfittxija bi kwalunkwe data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni jew fil-fajl individwali:
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22n – paragrafu 3 – punt a
(a)  il-kunjom(ijiet) (isem tal-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid), data tat-twelid, nazzjonalità jew nazzjonalitajiet, u/jew is-sess;
(a)  il-kunjom(ijiet) (isem tal-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid), sena tat-twelid, nazzjonalità jew nazzjonalitajiet, u/jew is-sess;
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22n – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-disponibilità, l-istat ta' tħejjija u l-affidabbiltà tat-teknoloġija meħtieġa biex jintużaw l-immaġni tal-wiċċ biex tiġi identifikata persuna.
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22n – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  L-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 3 ma għandhiex tkun l-uniku kriterju tat-tfittxija.
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22n – paragrafu 4
4.  Fil-każ ta' hit, il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tagħti aċċess għad-data elenkata f'dan il-paragrafu kif ukoll għal kwalunkwe data oħra meħuda mill-fajl individwali, inkluż data li tkun iddaħħlet fir-rigward ta' kwalunkwe dokument maħruġ, irrifjutat, annullat, revokat jew estiż. L-aċċess għad-data msemmi fil-punt (4)(1) tal-Artikolu 9 kif irreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni għandu jingħata biss jekk dik id-data kienet mitluba espliċitament f'talba motivata u approvata minn verifika indipendenti.
4.  Fil-każ ta' hit, il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tagħti aċċess għad-data elenkata fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu kif ukoll għal kwalunkwe data oħra meħuda mill-fajl tal-applikazzjoni jew mill-fajl individwali, inkluż data li tkun iddaħħlet fir-rigward ta' kwalunkwe dokument maħruġ, irrifjutat, annullat, revokat jew estiż. L-aċċess għad-data msemmi fil-punt (4)(1) tal-Artikolu 9 kif irreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni għandu jingħata biss jekk dik id-data kienet mitluba espliċitament f'talba motivata u approvata minn verifika indipendenti.
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22o – paragrafu 1
B'deroga mill-Artikolu 22n(1), l-awtoritajiet maħtura ma għandhomx ikunu obbligati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu biex jaċċessaw il-VIS għall-fini ta' identifikazzjoni ta' persuni li sfaw neqsin, maħtufa jew identifikati bħala vittmi tat-traffikar ta' bnedmin u li fir-rigward tagħhom hemm raġunijiet motivati biex jiġi kkunsidrat li l-konsultazzjoni tad-data tal-VIS se tappoġġa l-identifikazzjoni tagħhom, u/jew tikkontribwixxi fl-investigazzjoni ta' każijiet speċifiċi tat-traffikar ta' bnedmin. F'ċirkostanzi bħal dawn, l-awtoritajiet maħtura jistgħu jfittxu fil-VIS bil-marki tas-swaba' ta' dawk il-persuni.
B'deroga mill-Artikolu 22n(1), l-awtoritajiet maħtura ma għandhomx ikunu obbligati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu biex jaċċessaw il-VIS għall-fini ta' identifikazzjoni ta' persuni, b'mod partikolari tfal, li sfaw neqsin, maħtufa jew identifikati bħala vittmi tat-traffikar ta' bnedmin u li fir-rigward tagħhom hemm raġunijiet serji biex jiġi kkunsidrat li l-konsultazzjoni tad-data tal-VIS se tappoġġa l-identifikazzjoni tagħhom, u tikkontribwixxi fl-investigazzjoni ta' każijiet speċifiċi tat-traffikar ta' bnedmin. F'ċirkostanzi bħal dawn, l-awtoritajiet maħtura jistgħu jfittxu fil-VIS bil-marki tas-swaba' ta' dawk il-persuni.
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22o – paragrafu 2
Fejn il-marki tas-swaba' ta' dawk il-persuni ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq billi tintuża d-data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9.
Fejn il-marki tas-swaba' ta' dawk il-persuni ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq billi tintuża d-data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9(4) jew fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 22c(2).
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22o – paragrafu 3
Fil-każ ta' hit, il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tagħti aċċess għal kwalunkwe mid-data fl-Artikolu 9, kif ukoll għad-data fl-Artikolu 8(3) u (4).
Fil-każ ta' hit, il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tagħti aċċess għal kwalunkwe mid-data fl-Artikolu 9, fl-Artikolu 22c jew fl-Artikolu 22d, kif ukoll għad-data fl-Artikolu 8(3) u (4) jew fl-Artikolu 22a(3).
Emenda 223
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22p – paragrafu 3
3.  L-awtorità maħtura tal-Europol tista' tippreżenta talba elettronika motivata għall-konsultazzjoni tad-data kollha jew għal sett speċifiku ta' data maħżun fil-VIS lill-punt ta' aċċess ċentrali tal-Europol imsemmi fl-Artikolu 22k(3). Wara riċevuta ta' talba għall-aċċess il-punt ta' aċċess ċentrali tal-Europol għandu jivverifika jekk ikunux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-aċċess imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-aċċess huma sodisfatti, il-persunal debitament awtorizzat tal-punt ċentrali ta' aċċess għandhom jipproċessaw it-talbiet. Id-data tal-VIS aċċessata għandha tintbagħat lill-unitajiet operattivi msemmijin fl-Artikolu 22l(1) b'tali mod biex ma tkunx kompromessa s-sigurtà tad-data.
3.  L-awtorità maħtura tal-Europol tista' tippreżenta talba elettronika motivata għall-konsultazzjoni tad-data kollha jew għal sett speċifiku ta' data maħżun fil-VIS lill-punt ta' aċċess ċentrali tal-Europol imsemmi fl-Artikolu 22l(2). Wara riċevuta ta' talba għall-aċċess il-punt ta' aċċess ċentrali tal-Europol għandu jivverifika jekk ikunux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-aċċess imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-aċċess huma sodisfatti, il-persunal debitament awtorizzat tal-punt ċentrali ta' aċċess għandhom jipproċessaw it-talbiet. Id-data tal-VIS aċċessata għandha tintbagħat lill-unitajiet operattivi msemmijin fl-Artikolu 22l(1) b'tali mod biex ma tkunx kompromessa s-sigurtà tad-data.
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22q – paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru u l-Europol għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data li jirriżultaw minn talbiet għall-aċċess għad-data tal-VIS skont il-Kapitolu IIIc jiġu rreġistrati jew dokumentati għall-finijiet tal-verifika tal-ammissibbiltà tat-talba, il-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u tal-integrità u tas-sigurtà tad-data, u għall-awtomonitoraġġ.
1.  Kull Stat Membru u l-Europol għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data li jirriżultaw minn talbiet għall-aċċess għad-data tal-VIS skont il-Kapitolu IIIb jiġu rreġistrati jew dokumentati għall-finijiet ta' monitoraġġ tal-ammissibilità tat-talba, tal-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u tal-integrità tad-data u s-sigurtà u l-impatti possibbli fuq id-drittijiet fundamentali, u għall-awtomonitoraġġ.
Dawn ir-rekords jew dokumenti għandhom ikunu protetti b'miżuri xierqa kontra l-aċċess mhux awtorizzat u mħassra sentejn wara l-ħolqien tagħhom, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' kontroll diġà mibdija.
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 29q – paragrafu 2 – punt g
(g)  f'konformità mar-regoli nazzjonali jew mar-Regolament (UE) 2016/794, l-identità unika tal-utent li tidentifika lill-uffiċjal li jkun għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li jkun ordna t-tfittxija.
(g)  f'konformità mar-regoli nazzjonali jew mar-Regolament (UE) 2016/794 jew, meta applikabbpi, ir-Regolament (KE) Nru 2018/1725, l-identità unika tal-utent li tidentifika lill-uffiċjal li jkun għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li jkun ordna t-tfittxija.
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22q – paragrafu 3
3.  Il-logs u d-dokumentazzjoni għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u sabiex tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data. Għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw biss logs li ma fihomx data personali. L-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, li hija responsabbli biex tivverifika l-ammissibbiltà tat-talba u l-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollha aċċess għal dawn lil-logs fuq talba tagħha għall-fini li taqdi dmirijietha.
3.  Il-logs u d-dokumentazzjoni għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, il-monitoraġġ tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali u sabiex tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data. Għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw biss logs li ma fihomx data personali. L-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, li hija responsabbli biex għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollha aċċess għal dawn lil-logs fuq talba tagħha għall-fini li taqdi dmirijietha.
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40
Regolament (KE) Nru 767/2008
Artikolu 22ra (ġdid)
Artikolu 22ra
Protezzjoni tad-data personali aċċessata f'konformità mal-Kapitolu IIIb
1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680 ikunu applikabbli wkoll għall-aċċess għall-VIS mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu skont dan il-kapitolu, inkluż b'rabta mad-drittijiet tal-persuni li d-data tagħhom tiġi aċċessata b'dan il-mod.
2.   L-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandha twettaq monitoraġġ tal-legalità tal-aċċess għad-data personali mill-Istati Membri f'konformità ma' dan il-Kapitolu, inkluż meta tintbagħat lejn u mill-VIS. L-Artikolu 41(3) u (4) ta' dan ir-Regolament għandu japplika skont dan.
3.   L-ipproċessar ta' data personali mill-Europol skont dan ir-Regolament għandu jsir f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u għandu jiġi ssorveljat mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
4.   Id-data personali aċċessata fil-VIS f'konformità ma' dan il-Kapitolu għandha tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni tal-każ speċifiku li għalih id-data tkun intalbet minn Stat Membru jew mill-Europol.
5.   L-eu-LISA, l-awtoritajiet maħtura, il-punti ta' aċċess ċentrali u l-Europol għandhom iżommu logs kif imsemmi fl-Artikolu 22q tat-tfittxijiet sabiex l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkunu jistgħu jimmonitorjaw il-konformità tal-ipproċessar tad-data mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data. Bl-eċċezzjoni tad-data miżmuma għal dik il-fini, id-data personali u r-rekords tat-tfittxijiet għandhom jitħassru mill-fajls kollha nazzjonali u tal-Europol wara 30 jum, ħlief jekk dawk id-data u r-rekords ikunu meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja li għaliha jkunu ntalbu minn Stat Membru jew mill-Europol.
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – titolu
Emendi għad-Deċiżjoni 2004/512/KE
Tħassir tad-Deċiżjoni 2004/512/KE
Emenda 229
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
Deċiżjoni 2004/512/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2
L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2004/512/KE jinbidel b'dan li ġej:
Id-Deċiżjoni 2004/512/KE hija mħassra. Ir-referenzi għal dik Deċiżjoni għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness 2.
2.  Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża għandha tkun ibbażata fuq arkitettura ċċentralizzata u tikkonsisti:
(a)  fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità kif imsemmi fl-[Artikolu 17(2)(a) tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità],
(b)  f'sistema ta' informazzjoni ċentrali, minn hawn 'il quddiem imsejħa s-"Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża" (VIS),
(c)  interfaċċa f'kull Stat Membru, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Interface Nazzjonali" (Ni-VIS) li għandha tipprovdi l-konnessjoni bejn l-awtorità nazzjonali ċentrali rilevanti tal-Istati Membru rispettiv, jew Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f'kull Stat Membru abbażi ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identiċi għall-Istati Membri kollha biex is-Sistema Ċentrali tkun konnessa mal-infrastrutturi nazzjonali fl-Istati Membri,
(d)  infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn il-VIS u l-Interfaces Nazzjonali;
(e)  kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn il-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-EES;
(f)  infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-infrastrutturi ċentrali tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija stabbilit mill-[Artikolu 6 tar-Regolament 2017/XX dwar l-interoperabilità], is-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku stabbilit mill-[Artikolu 12 tar-Regolament 2017/XX dwar l-interoperabilità], ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-[Artikolu 17 tar-Regolament 2017/XX dwar l-interoperabilità] u d-detettur ta' identitajiet multipli (MID) stabbilit mill-[Artikolu 25 tar-Regolament 2017/XX dwar l-interoperabilità];
(g)  mekkaniżmu ta' konsultazzjoni dwar applikazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet ċentrali tal-viża ("VISMail");
(h)  portal tat-trasportaturi;
(i)  servizz web sigur għal komunikazzjoni bejn il-VIS, min-naħa l-waħda u l-portal tat-trasportaturi, u s-sistemi internazzjonali (sistemi/bażijiet tad-data tal-Interpol), min-naħa l-oħra;
(j)  repożitorju tad-data għall-finijiet ta' rappurtar u statistika.
Is-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, is-servizz web, il-portal tat-trasportaturi u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni tal-VIS għandhom jaqsmu ma' xulxin u jużaw mill-ġdid kemm ikun teknikament possibbli il-komponenti tal-ħardwer u s-softwer tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi tal-EES, il-portal tat-trasportaturi tal-ETIAS, is-servizz web tal-EES u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni tal-EES rispettivament.".
Emenda 230
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt c
(c)  jippreżenta ritratt skont l-istandards stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1683/95 jew, mal-ewwel applikazzjoni u sussegwentement mill-inqas kull 59 xahar wara dan, skont l-istandards mniżżlin fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.;
(c)  jippermetti t-teħid dak il-ħin ta' immaġni tal-wiċċ mal-ewwel applikazzjoni u sussegwentement mill-inqas kull 59 xahar wara dan, skont l-istandards imniżżlin fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 231
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 13 – paragrafu 2 – inċiż 1
—  ritratt meħud dak il-ħin u miġbur diġitalment meta ssir l-applikazzjoni;;
immaġni tal-wiċċ meħuda dak il-ħin meta ssir l-applikazzjoni.
Emenda 232
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Fejn il-marki tas-swaba’ u ritratt meħud dak il-ħin ta’ kwalità suffiċjenti ġew miġbura mill-applikant u mdaħħla fil-VIS bħala parti minn applikazzjoni ppreżentata inqas minn 59 xahar qabel id-data tal-applikazzjoni l-ġdida, din [id-data] tista’ tiġi kkupjata fl-applikazzjoni sussegwenti.”;
Meta l-marki tas-swaba’ u ritratt meħud dak il-ħin ta’ kwalità suffiċjenti ġew miġbura mill-applikant u mdaħħla fil-VIS bħala parti minn applikazzjoni ppreżentata inqas minn 59 xahar qabel id-data tal-applikazzjoni l-ġdida, din għandha tiġi kkupjata fl-applikazzjoni sussegwenti.
Emenda 253
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 –punt c
Regolament (UE) Nru 810/2009
Artikolu 13 – paragrafu 7 – punt a
(a)  tfal li jkollhom anqas minn sitt snin;
(a)  tfal li jkollhom anqas minn sittsnin upersuni li jkollhom aktar minn 70 sena;
Emenda 233
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 21 – paragrafu 3a – punt a
(a)  SIS u SLTD biex jiġi vverifikat jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar li huwa rrappurtat mitluf, misruq jew invalidat u jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar f’fajl fit-TDAWN tal-Interpol;
(a)  SIS u SLTD biex jiġi vverifikat jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma' dokument tal-ivvjaġġar li huwa rrappurtat mitluf, misruq jew invalidat;
Emenda 234
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 21 – paragrafu 3a – punt g
(g)  Is-sistema ECRIS-TCN biex jiġi vverifikat jekk l-applikant jikkorrispondix ma’ persuna li d-data tagħha ġiet irreġistrata f’din il-bażi tad-data għal reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra;
imħassar
Emenda 235
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 21a – paragrafu -1
-1.  L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom ikunu algoritmu li jippermetti t-tfassil tal-profil kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 permezz tat-tqabbil tad-data rreġistrata f'fajl tal-applikazzjoni mal-indikaturi speċifiċi tar-riskju li jindikaw riskji ta' sigurtà, ta' immigrazzjoni illegali jew riskji epidemiċi għoljin. L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom jiġu rreġistrati fil-VIS.
Emenda 236
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 21a – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-valutazzjoni tas-sigurtà jew tal-immigrazzjoni illegali jew ta' riskji epidermali għoljin għandha tkun ibbażata fuq:
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 51a biex tiċċara r-riskji tas-sigurtà jew tal-immigrazzjoni illegali jew ir-riskji epidermali għoljin abbażi ta':
Emenda 237
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 21a – paragrafu 1 – punt b
(b)  statistika ġġenerata mill-VIS skont l-Artikolu 45a li tindika rati anormali ta’ rifjuti ta’ applikazzjonijiet tal-viża minħabba riskju ta’ migrazzjoni irregolari, għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika assoċjat ma’ grupp speċifiku ta’ vjaġġaturi;
(b)  statistika ġġenerata mill-VIS skont l-Artikolu 45a li tindika rati anormali ta'rifjuti ta' applikazzjonijiet tal-viża minħabba riskju ta' migrazzjoni irregolari jew għas-sigurtà assoċjat ma' applikant;
Emenda 238
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 21a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-riskji msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).
imħassar
Emenda 239
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 21a – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Abbażi tar-riskji speċifiċi ddeterminati skont il-paragrafu 2, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi speċifiċi tar-riskju, li jikkonsistu f'kombinament ta' data inkluż waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
3.  Abbażi tar-riskji speċifiċi ddeterminati skont dan ir-Regolament u l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi speċifiċi tar-riskju, li jikkonsistu f'kombinament ta' data inkluż waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
Emenda 240
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 21a – paragrafu 6
6.  L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom jintużaw mill-awtoritajiet tal-viża meta jiġi vvalutat jekk l-applikant jippreżentax riskju ta' immigrazzjoni illegali, riskju tas-sigurtà tal-Istati Membri, jew riskju epidemiku għoli skont l-Artikolu 21(1).
6.  L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom jintużaw mill-awtoritajiet tal-viża meta jiġi vvalutat jekk l-applikant jippreżentax riskju ta' immigrazzjoni illegali jew riskju għas-sigurtà tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 21(1).
Emenda 241
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 21a – paragrafu 7
7.  Ir-riskji speċifiċi u l-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom ikunu riveduti mill-Kummissjoni.;
7.  Ir-riskji speċifiċi u l-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom ikunu riveduti mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.
Emenda 242
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 39
(4a)  L-Artikolu 39 għandu jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 39
"Artikolu 39
Imġiba tal-persunal
Imġiba tal-persunal u rispett għad-drittijiet fundamentali
1.  Il-konsulati tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jintlaqgħu b'korteżija.
1.  Il-konsulati tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jintlaqgħu b'korteżija. Il-persunal konsulari għandu jirrispetta b'mod sħiħ id-dinjità tal-bniedem meta jwettaq id-dmirijiet tiegħu.
2.  Fit-twettiq tad-dmirijet tiegħu, il-persunal konsulari għandu jirrispetta b'mod sħiħ id-dinjità tal-bniedem. Kwalunkwe miżura meħuda għandha tkun proporzjonata għall-objettivi segwiti minn dawn il-miżuri.
2.  Il-persunal konsulari għandu jirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rrikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea meta jwettaq id-dmirijiet tiegħu. Kwalunkwe miżura meħuda għandha tkun proporzjonata għall-objettivi segwiti minn dawn il-miżuri.
3.  Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-persunal konsulari m'għandux jiddiskrimina kontra persuni fuq il-bażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
3.  Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-persunal konsulari m'għandu, għall-ebda raġuni, jiddiskrimina kontra persuni, inkluż minħabba s-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, il-kulur, l-oriġini soċjali, il-karatteristiċi ġeneriċi, il-lingwa, l-opinjoni politika jew xort'oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom; L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija.";
Emenda 243
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 39a (ġdid)
(4b)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 39a
Drittijiet Fundamentali
Meta japplikaw dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaġixxu f'konformità sħiħa mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dritt internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati magħmula f'Ġinevra fit-28 ta' Lulju 1951, l-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement, u d-drittijiet fundamentali. F'konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jittieħdu fuq bażi individwali. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija.";
Emenda 244
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 51a (ġdid)
(5a)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 51a
Eżerċizzju tad-delega
1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 21a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux opponew tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 21a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.";
Emenda 245
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) 2017/2226
Artikolu 13 – paragrafu 3
3.  Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-punt (b) tal-Artikolu 26(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, it-trasportaturi għandhom jużaw is-servizz web biex jivverifikaw jekk viża għal soġġorn qasir hijiex valida, inkluż jekk l-għadd ta' dħul awtorizzat intużax diġà jew jekk id-detentur laħaqx it-tul ta' żmien massimu tas-soġġorn awtorizzat jew, skont il-każ, jekk il-viża hijiex valida għat-territorju tal-port tad-destinazzjoni ta' dak il-vjaġġ. It-trasportaturi għandhom jipprovdu d-data mniżżla fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1) ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dan, is-servizz web għandu jipprovdi lit-trasportaturi bi tweġiba OK/NOT OK. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u r-risposta li waslet skont il-liġi applikabbli. It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu skema ta' awtentikazzjoni biex jiżguraw li persunal awtorizzat biss ikun jista' jidħol fis-servizz web. Mhux se jkun possibbli li tweġiba OK/NOT OK titqies bħala deċiżjoni li dħul jiġi awtorizzat jew irrifjutat skont ir-Regolament (UE) 2016/399.";
3.  Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-punt (b) tal-Artikolu 26(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, it-trasportaturi għandhom jużaw is-servizz web biex jivverifikaw jekk viża għal soġġorn qasir hijiex valida, inkluż jekk l-għadd ta' dħul awtorizzat intużax diġà jew jekk id-detentur laħaqx it-tul ta' żmien massimu tas-soġġorn awtorizzat jew, skont il-każ, jekk il-viża hijiex valida għat-territorju tal-port tad-destinazzjoni ta' dak il-vjaġġ. It-trasportaturi għandhom jipprovdu d-data mniżżla fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1) ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dan, is-servizz web għandu jipprovdi lit-trasportaturi bi tweġiba OK/NOT OK. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u r-risposta li waslet skont il-liġi applikabbli. It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu skema ta' awtentikazzjoni biex jiżguraw li persunal awtorizzat biss ikun jista' jidħol fis-servizz web. Mhux se jkun possibbli li tweġiba OK/NOT OK titqies bħala deċiżjoni li dħul jiġi awtorizzat jew irrifjutat skont ir-Regolament (UE) 2016/399. F'każijiet fejn il-passiġġieri ma jkunux awtorizzati li jimbarkaw fuq talba tal-VIS, it-trasportaturi għandhom jinformaw lill-passiġġieri bis-sitwazzjoni u bil-mezzi li bihom jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' aċċess, rettifika u tħassir ta' data personali maħżuna fil-VIS.";
Emenda 246
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Regolament (UE) 2017/2226
Artikolu 14 – paragrafu 3
(2a)  Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
3.  Fejn ikun hemm il-ħtieġa li tiddaħħal jew tiġi aġġornata d-data tar-rekord tad-dħul/ħruġ ta' detentur ta' viża, l-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jiksbu mill-VIS u jimportaw lejn l-EES id-data prevista fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.
"3. Fejn ikun hemm il-ħtieġa li tiddaħħal jew tiġi aġġornata d-data tar-rekord tad-dħul/ħruġ ta' detentur ta' viża, l-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jiksbu mill-VIS u jimportaw lejn l-EES id-data prevista mill-punt (d) tal-Artikolu 16(1) u mill-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008";
Emenda 247
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)
Regolament (UE) 2017/2226
Artikolu 15 – paragrafu 1
(2b)  Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
1.  Fejn ikun meħtieġ li jinħoloq fajl individwali jew li tiġi aġġornata l-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 17(1), l-immaġni tal-wiċċ għandha tittieħed fuq il-post.
"1. Fejn ikun meħtieġ li jinħoloq fajl individwali jew li tiġi aġġornata l-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 17(1), l-immaġni tal-wiċċ għandha tittieħed fuq il-post.";
Emenda 248
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)
Regolament (UE) 2017/2226
Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)
(2c)  fl-Artikolu 15, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“1a. L-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) għandha tinkiseb mill-VIS u tiġi importata fl-EES.";
Emenda 249
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid)
Regolament (UE) 2017/2226
Artikolu 15 – paragrafu 5
(2d)  Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 5 huwa mħassar.
5.   Fi żmien sentejn wara l-bidu tat-tħaddim tal-EES, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport dwar l-istandards ta’ kwalità tal-immaġnijiet tal-wiċċ maħżuna fil-VIS u dwar jekk humiex tali li jippermettu tqabbil bijometriku bil-ħsieb li jintużaw l-immaġnijiet tal-wiċċ maħżuna fil-VIS fil-fruntieri u fit-territorju tal-Istati Membri għall-verifika tal-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal ħtieġa ta’ viża, mingħajr ma tali immaġnijiet tal-wiċċ jiġu maħżuna fl-EES. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun ikkunsidrat xieraq, mill-Kummissjoni permezz ta’ proposti leġislattivi, fosthom proposti biex temenda dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, jew it-tnejn, fir-rigward tal-użu tal-immaġnijiet tal-wiċċ ta’ċittadini ta’ pajjiżi terzi maħżuna fil-VIS għar-raġunijiet imsemmijin f’dan il-paragrafu.
Emenda 250
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament 2018/XX dwar l-interoperabbiltà
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b
(b)  id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b) u (cc), l-Artikolu 9(5) u (6), l-Artikolu 22c(2)(a) sa (cc), (f) u (g), l-Artikolu 22d(a), (b), (c), (f) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”
(b)  id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) sa (cc), l-Artikolu 9(5) u (6), l-Artikolu 22c(2)(a) sa (cc), (f) u (g), l-Artikolu 22d(a), (b), (c), (f) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
Emenda 251
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ] bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-atti delegati previsti mill-punti (6), (7), (26), (27), (33) u (35) tal-Artikolu 1, fil-punt (4) tal-Artikolu 3 u fil-punt (1) tal-Artikolu 4, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-proċedimenti tat-tħejjija tal-implimentazzjoni sħiħa ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jkun fih ukoll informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż sostnuti u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jista' jkollu impatt fuq l-ispejjeż ġenerali.

L-istabbiliment tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil ***I
PDF 497kWORD 132k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2018)0471 – C8-0271/2018 – 2018/0248(COD))
P8_TA(2019)0175A8-0106/2019

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


L-istabbiliment, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u tal-viżi ***I
PDF 426kWORD 128k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri (COM(2018)0473 – C8-0272/2018 – 2018/0249(COD))
P8_TA(2019)0176A8-0089/2019

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


L-istabbiliment tal-Fond għas-Sigurtà Interna ***I
PDF 391kWORD 131k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (COM(2018)0472 – C8-0267/2018 – 2018/0250(COD))
P8_TA(2019)0177A8-0115/2019

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


Id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż ***I
PDF 512kWORD 142k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (COM(2016)0750 – C8-0496/2017 – 2016/0392(COD))
P8_TA-PROV(2019)0178A8-0021/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0750),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 43(2) u 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0496/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, ​​fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, mis-Senat Taljan, billi afferma li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-4 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0021/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008

P8_TC1-COD(2016)0392


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43(2) u 114(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) wera li rnexxielu jirregola s-settur tax-xorb spirituż. Madankollu, fid-dawl tal-esperjenzi reċenti u tal-innovazzjoni teknoloġika, l-iżviluppi fis-suq u l-evoluzzjoni tal-aspettattivi tal-konsumaturi, huwa neċessarju li jiġu aġġornati r-regoli dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż u biex jiġu riveduti l-modalitajiet li bihom l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż huma rreġistrati u protetti.

(2)  Ir-regoli applikabbli għax-xorb spirituż jenħtieġ li jikkontribwixxu sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, titneħħa l-informazzjoni asimetrika, jiġu prevenuti prattiki qarrieqa u jinkisbu trasparenza fis-suq u kompetizzjoni ġusta. Dawn se jissalvagwardjaw l-isem li x-xorb spirituż tal-Unjoni kiseb fi ħdanha u fis-suq dinji billi jibqgħu jitqiesu l-metodi tradizzjonali użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż kif ukoll iż-żieda fit-talba għall-protezzjoni tal-konsumatur u għall-informazzjoni. L-innovazzjoni teknoloġika jenħtieġ li tiġi kkunsidrata wkoll fir-rigward tax-xorb spirituż fejn hija sservi sabiex tittejjeb il-kwalità, mingħajr ma taffettwa l-karattru tradizzjonali tax-xorb spirituż ikkonċernat.

(3)  Ix-xorb spirituż jirrappreżenta suq ewlieni għas-settur agrikolu, u l-produzzjoni tax-xorb spirituż hija marbuta bis-sħiħ ma’ dak is-settur. ▌Dik ir-rabta tiddetermina l-kwalità, is-sikurezza u r-reputazzjoni tax-xorb spirituż prodott fl-Unjoni. Għalhekk, dik ir-rabta qawwija mas-settur agroalimentari jenħtieġ li tkun enfasizzata mill-qafas regolatorju.

(4)  Ir-regoli applikabbli għax-xorb spirituż jikkostitwixxu każ speċjali meta mqabbel mar-regoli ġenerali stabbiliti għas-settur agroalimentari u jenħtieġ li jqisu wkoll il-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali li jintużaw fl-Istati Membri differenti.

(5)  ▌Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi kriterji ċari għad-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż kif ukoll għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, u jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-varjetajiet ta' lingwi u alfabeti uffiċjali fl-Unjoni. Huwa jenħtieġ li jistipula wkoll regoli dwar l-użu tal-alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi u għall-użu tal-ismijiet ġuridiċi tax-xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel.

(6)  Sabiex jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-konsumatur u jkun hemm konformità mal-metodi tradizzjonali, l-alkoħol etiliku u d-distillati użati fil-produzzjoni ta' xorb spirituż jenħtieġ li jkunu esklussivament ta' oriġini agrikola.

(7)  Fl-interess tal-konsumaturi, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għax-xorb spirituż kollu mqiegħed fis-suq tal-Unjoni, sew jekk prodott fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi. Sabiex tinżamm u titjieb ir-reputazzjoni fis-suq dinji ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw ukoll għal xorb spirituż prodott fl-Unjoni għall-esportazzjoni.

(8)  Id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għax-xorb spirituż u l-kategorizzazzjoni tax-xorb spirituż jenħtieġ li jkomplu jqisu l-prattiki ▌tradizzjonali. Jenħtieġ ukoll li jiġu stipulati regoli speċifiċi għal ċertu xorb spirituż li mhuwiex inkluż fil-lista ta' kategoriji.

ismijiet ġuridiċi

(9)  Ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008(6) u (KE) Nru 1334/2008(7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw ukoll għax-xorb spirituż. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali dwar kuluri u aromatizzanti, li jenħtieġ li japplikaw biss għax-xorb spirituż. Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali li jikkonċernaw id-dilwizzjoni u t-tħallil ta' aromatizzanti, kuluri u ingredjenti awtorizzati oħra, li jenħtieġ li japplikaw biss għall-produzzjoni ta' xorb alkoħoliku.

(10)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-ismijiet ġuridiċi li għandhom jintużaw għal xorb spirituż li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni, sabiex jiġi żgurat li dawn l-ismijiet ġuridiċi jintużaw b'mod armonizzat fl-Unjoni kollha u biex tiġi salvagwardjata t-trasparenza tal-informazzjoni għall-konsumaturi.

(11)  Minħabba l-importanza u l-kumplessità tas-settur tax-xorb spirituż, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż, partikolarment fir-rigward tal-użu ta' ismijiet ġuridiċi, indikazzjonijiet ġeografiċi, termini komposti u allużjonijiet fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar.

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) jenħtieġ li japplika għad-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, għajr meta previst xorta oħra f'dan ir-Regolament. F'dak ir-rigward, minħabba l-importanza u l-kumplessità tas-settur tax-xorb spirituż, huwa xieraq li regoli speċifiċi dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż li jmorru lil hinn mir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli speċifiċi jenħtieġ li jipprevjenu wkoll l-użu improprju tat-terminu "xarba spirituża" u tal-ismijiet ġuridiċi tax-xorb spirituż, fir-rigward ta’ prodotti li ma jissodisfawx id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(13)  Sabiex jiġi żgurat l-użu uniformi ta' termini komposti u allużjonijiet fl-Istati Membri, u sabiex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni adegwata, biex b'hekk jitħarsu milli jiġu mqarrqa, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom għall-fini tal-preżentazzjoni ta' xorb spirituż u oġġetti tal-ikel oħrajn. L-għan ta' dawn id-dispożizzjonijiet huwa wkoll li tiġi protetta r-reputazzjoni tax-xorb spirituż użat f'dan il-kuntest.

(14)  Sabiex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni adegwata, jenħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż li jikkwalifika bħala ▌xorb spirituż imħallat jew blended.

(15)  Filwaqt li huwa importanti li jiġi żgurat li b'mod ġenerali l-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni ddikjarata fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fl-ittikkettar ta' xorb spirituż jirreferi biss għall-komponent alkoħoliku l-inqas matur, sabiex jitqiesu l-proċessi tradizzjonali ta' invekkjament fi Stati Membri, għandu jkun possibbli li jiġu previsti, permezz ta' atti delegati, għal deroga minn dik ir-regola ġenerali u għal mekkaniżmi ta' kontroll adegwati fir-rigward ta' brandies prodotti bl-użu tas-sistema tradizzjonali ta' invekkjament dinamiku magħrufa bħala s-sistema ‘criaderas y solera’ jew is-sistema ‘solera e criaderas’.

(16)  Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u sabiex jiġi żgurat li tiġi pprovduta informazzjoni adegwata lill-konsumaturi, l-użu tal-ismijiet ta' materja prima jew ta’ aġġettivi bħala ismijiet ġuridiċi għal ċertu xorb spirituż jenħtieġ li ma jipprekludix l-użu ta' ismijiet ta' din il-materja prima jew ta’ aġġettivi fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti oħra tal-ikel. Għall-istess raġunijiet, l-użu tal-kelma Ġermaniża 'geist' bħala l-isem ġuridiku ta' kategorija ta' xorb spirituż jenħtieġ li ma jipprekludix l-użu ta' dik il-kelma bħala isem ornamentali biex jiġi supplimentat l-isem ġuridiku ta' xorb spirituż ieħor jew l-isem ta' xorb alkoħoliku ieħor, sakemm dan l-użu ma jqarraqx bil-konsumatur.

(17)  Sabiex jiġi żgurat li tiġi pprovduta informazzjoni adegwata lill-konsumaturi u sabiex jittejbu l-metodi ta' produzzjoni ta' kwalità, jenħtieġ li jkun possibli li l-isem ġuridiku ta' kwalunkwe xarba spirituża jkun issupplimentat bit-terminu "xott" jew "dry", jiġifieri dak it-terminu tradott fil-lingwa jew lingwi tal-Istat Membru relevanti, jew mhux tradott kif indikat bil-korsiv f'dan ir-Regolament, jekk dak ix-xorb spirituż ma jkunx ġie ddolċifikat. Madankollu, f'konformità mal-prinċipju li l-informazzjoni dwar l-ikel ma tridx tkun qarrieqa, b'mod partikolari billi jiġi ssuġġerit li l-ikel ikollu karatteristiċi speċjali minkejja li l-ikel kollu simili jkollu dawn il-karatteristiċi, din ir-regola jenħtieġ li ma tapplikax għal xorb spirituż li skont dan ir-Regolament ma jridx ikun ddolċifikat, anke bil-għan li tiġi mirquma t-togħma, b'mod partikolari l-wiski jew il-whiskey. Din ir-regola lanqas m'għandha tapplika għall-ġin, il-ġin iddistillat u l-London gin, li għalihom ir-regoli speċifiċi ta' dolċifikazzjoni u ta' tikkettar jenħtieġ li jkomplu japplikaw. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-likuri kkaratterizzati b'mod partikolari minn togħma qarsa, morra, pikkanti, astrinġenti, qarsa jew taċ-ċitru, jiġu ttikkettati irrispettivament mill-grad ta' dolċifikazzjoni tagħhom, bħala "xotti" jew "dry". Tali tikkettar x'aktarx li ma jqarraqx bil-konsumatur, billi l-likuri huma meħtieġa jkollhom kontenut minimu ta' zokkor. Għaldaqstant, fil-każ tal-likuri, it-terminu "xott" jew "dry" jenħtieġ li ma jinftehimx bħala li jindika li x-xarba spirituża ma ġietx dolċifikata.

(18)  Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumatur dwar il-materja prima użata għall-vodka b'mod partikolari fl-Istati Membri li tradizzjonalment jipproduċu l-vodka, jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni adegwata dwar il-materja prima użata fejn il-vodka ssir minn materja prima ta' oriġini agrikola li ma tkunx ċereali jew patata jew it-tnejn li huma.

(19)  Sabiex tiġi infurzata u tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ir-regoli dwar l-invekkjament u t-tikkettar, u biex tiġi miġġielda l-frodi, l-indikazzjoni tal-isem ġuridiku u l-perjodu ta' maturazzjoni ta' kwalunkwe xarba spirituża f'dokumenti amministrattivi elettroniċi jenħtieġ li ssir obbligatorja.

(20)  F'xi każijiet, l-operaturi tan-negozji tal-ikel ▌ jixtiequ jindikaw il-post ta' provenjenza tax-xorb spirituż li ma jkunx indikazzjoni ġeografika u trademarks sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom. ▌Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-indikazzjoni tal- post ta' provenjenza fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikketti ta' xorb spirituż. Barra minn hekk, l-obbligu, stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011, li jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ingredjent primarju, jenħtieġ li ma japplikax fil-każ ta’ xorb spirituż, anki jekk il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju ta' xarba spirituża ma jkunx l-istess bħall-post ta' provenjenza indikat fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikketti ta' dik ix-xarba spirituża.

(21)  Sabiex tiġi protetta r-reputazzjoni ta' ċertu xorb spirituż, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jirregolaw t-traduzzjoni, it-traskrizzjoni u t-traslitterazzjoni tal-ismijiet ġuridiċi għal skopijiet ta' esportazzjoni.

(22)  Sabiex tiġi żgurata li dan ir-Regolament jiġi applikat konsistentement, jenħtieġ li jiġu stabbiliti metodi ta' referenza tal-Unjoni għall-analiżi ta' xorb spirituż u ta' alkoħol etiliku użat fil-produzzjoni ta' xorb spirituż.

(23)  L-użu ta' kapsuli abbażi ta' ċomb u fojl abbażi ta' ċomb biex jiksu l-mezzi tal-għeluq ta' kontenituri ta’ xorb spirituż jenħtieġ li jkompli jiġi pprojbit, sabiex jiġi evitat kull riskju ta' kontaminazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' kuntatt aċċidentali ma' dawn il-kapsuli jew fojl, u ta' tniġġis ambjentali minn skart b'kontenut ta' ċomb minn dawn il-kapsuli jew fojl.

(24)  Rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa importanti li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ ("il-Ftehim TRIPS"), u b'mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tiegħu, u l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ ("il-Ftehim GATT"), inkluż l-Artikolu V tiegħu dwar il-libertà tat-tranżitu, li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE(9). F'tali qafas legali, sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika u biex tiġi miġġielda l-kontrafazzjoni b'mod aktar effettiv, tali protezzjoni jenħtieġ li tapplika wkoll fir-rigward ta' merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tkun rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera, u mqiegħda taħt proċeduri doganali speċjali bħal dawk relatati mat-tranżitu, il-ħżin, l-użu speċifiku jew l-ipproċessar.

(25)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) ma japplikax għax-xorb spirituż. Jenħtieġ, għalhekk, li jiġu stabbiliti regoli dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż. L-indikazzjonijiet ġeografiċi jenħtieġ li jiġu rreġistrati mill-Kummissjoni▌.

(26)  Il-proċeduri għar-reġistrazzjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni possibbli ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiż terz skont il-Ftehim TRIPS jenħtieġ li jiġu stabbiliti filwaqt li jiġi rikonoxxut b'mod awtomatiku l-istatus ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ▌eżistenti li huma protetti fl-Unjoni. Sabiex ir-regoli proċedurali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsiru konsistenti fis-setturi kollha kkonċernati, dawn il-proċeduri għal xorb spirituż jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-proċeduri aktar eżawrjenti u ttestjati sew għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tax-xorb spirituż. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tar-reġistrazzjoni u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-konsumaturi tkun disponibbli elettronikament, jenħtieġ li jiġi stabbilit reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jenħtieġ li jkunu protetti awtomatikament skont dan ir-Regolament u elenkati fir-reġistru elettroniku. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tlesti l-verifika tal-indikazzjonijiet ġeografiċi inklużi fl-Annness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008, bi qbil mal-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament.

(27)  Għal raġunijiet ta' konsistenza mar-regoli applikabbli għall-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-ikel, l-inbid u l-prodotti tal-inbid aromatizzat, l-isem tal-fajl li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għax-xorb spirituż li huwa rreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li jinbidel minn ‘fajl tekniku’ għal ‘speċifikazzjoni tal-prodott’. Il-fajls tekniċi sottomessi bħala parti minn kwalunkwe applikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jenħtieġ li jitqiesu li jkunu speċifikazzjonijiet tal-prodott.

(28)  Ir-relazzjoni bejn it-trademarks u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż jenħtieġ li tiġi ċċarata fir-rigward tal-kriterji għar-rifjut, l-invalidazzjoni u l-koeżistenza. Kjarifika bħal din m'għandhiex taffettwa d-drittijiet miksuba minn detenturi ta' indikazzjonijiet ġeografiċi fil-livell nazzjonali jew li jeżistu bis-saħħa ta' ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Istati Membri għall-perjodu qabel l-istabbiliment tas-sistema ta' protezzjoni tal-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89(11).

(29)  Iż-żamma ta' standard għoli ta' kwalità hija essenzjali sabiex jistgħu jinżammu r-reputazzjoni u l-valur tas-settur. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli li jiżguraw li dak l-istandard ta’ kwalità jinżamm permezz tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tissorvelja u tivverifika tali konformità sabiex taċċerta ruħha li dan ir-Regolament ikun qed jiġi infurzat b'mod uniformi. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jaqsmu l-informazzjoni rilevanti bejniethom.

(30)  Fl-applikazzjoni ta' politika ta' kwalità u b'mod partikolari biex jinkiseb livell għoli fil-kwalità tax-xorb spirituż u d-diversità f'dan is-settur, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jadottaw regoli dwar il-produzzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż prodott fit-territorju tagħhom li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(31)  Sabiex jitqiesu d-domandi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards rilevanti internazzjonali, il-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-proċess ta' invekkjament tradizzjonali, ▌u l-liġi tal-pajjiż terz importatur, u sabiex jiġu mħarsa l-interessi leġittimi tal-produtturi u tal-operaturi tan-negozji tal-ikel fir-rigward tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċijenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat") fir-rigward ta: emendi għal u derogi mid-definizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti għax-xorb spirituż ▌; l-awtorizzazzjoni ta' prodotti dolċifikanti ġodda; derogi relatati mal-ispeċifikazzjoni tal-perjodu ta' maturazzjoni jew l-età għall-brandy u l-istabbiliment ta' reġistru pubbliku ta' korpi inkarigati mis-superviżjoni tal-proċessi ta' invekkjament; it-twaqqif ta' reġistru elettroniku ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, u regoli dettaljati dwar il-forma u l-kontenut ta' dak ir-reġistru; kundizzjonijiet ulterjuri fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika u proċeduri nazzjonali preliminari, skrutinju mill-Kummissjoni, il-proċedura ta' oppożizzjoni u l-kanċellazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi; il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-proċedura dwar emendi għal speċifikazzjonijiet ta' prodotti; u emendi għal u derogi minn ċerti definizzjonijiet u regoli dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, ukoll fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(12). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(32)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjoni tad-dokument uniku f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; u fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet bħala indikazzjonijiet ġeografiċi fejn ma jkun hemm l-ebda notifika ta' oppożizzjoni jew l-ebda dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbli, jew fejn hemm dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbliu jkun intlaħaq ftehim.

(33)  Bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dwar l-użu ta' prodotti dolċifikanti ġodda; dwar l-informazzjoni li trid tingħata mill-Istati Membri fir-rigward tal-korpi maħtura biex jissupervizzaw il-proċessi ta' invekkjament; l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar tax-xorb spirituż; l-użu tas-simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti; fir-rigward tar-regoli tekniċi dettaljati dwar il-metodi ta' referenza tal-Unjoni għall-analiżi ta' alkoħol etiliku, distillati ta' oriġini agrikola u xorb spirituż; dwar il-konċessjoni ta’ perjodu tranżitorju għall-użu ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u l-estensjonijiet ta' tali perjodi; iċ-ċaħda ta' applikazzjonijiet meta l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ma jkunux diġà ġew issodisfati qabel il-pubblikazzjoni għall-fini ta' oppożizzjoni; ir-reġistrazzjonijiet jew iċ-ċaħdiet ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ppubblikati għal oppożizzjoni fejn oppożizzjoni tkun tressqet u ma jkunx intlaħaq ftehim; l-approvazzjonijiet jew iċ-ċaħdiet ta' talbiet għal kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika; il-forma tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u dwar il-miżuri li jikkonċernaw l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-rigward tar-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali; il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, tal-oppożizzjonijiet, tal-applikazzjonijiet għal emendi u l-komunikazzjonijiet li jikkonċernaw emendi u tal-proċess ta' kanċellazzjoni fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi; il-kontrolli u l-verifiki li jridu jitwettqu mill-Istati Membri; kif ukoll fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa li għandha tiġi skambjata għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13).

(34)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika(14), kien meħtieġ li tiġi pprovduta deroga mill-kwantitajiet nominali stabbiliti fl-Anness għad-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) għax-xorb spirituż sabiex l-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ "shochu", li jsir fil-Ġappun b'lampik tat-tip "pot still" u li jiġi bbottiljat f'dan il-pajjiż, jitħalla jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni f'daqsijiet ta' fliexken tradizzjonali Ġappuniżi. Dik id-deroga ġiet introdotta permezz tar-Regolament (UE) 2018/1670 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) u jenħtieġ li tkompli tapplika.

(35) Minħabba n-natura u l-firxa tal-modifiki li jeħtieġ li jsiru għar-Regolament (KE) Nru 110/2008, hemm il-ħtieġa għal qafas legali ġdid f'dan il-qasam biex itejjeb iċ-ċertezza legali, iċ-ċarezza u t-trasparenza. Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jenħtieġ għalhekk li jiġi mħassar.

▌(36) Sabiex jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-produtturi u tal-partijiet interessati kkonċernati f'dak li jikkonċerna l-benefiċċju li jinkiseb mill-pubbliċità mogħtija lil dokumenti uniċi taħt il-qafas legali l-ġdid, jenħtieġ li jsir possibbli li dokumenti uniċi dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jiġu ppubblikati fuq it-talba tal-Istati Membri kkonċernati.

(37)  Billi r-regoli dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsaħħu l-protezzjoni għall-operaturi, jenħtieġ li dawk ir-regoli japplikaw ġimagħtejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li jiġu previsti arranġamenti xierqa biex jiffaċilitataw tranżizzjoni bla xkiel mir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament▌.

(38)  Fir-rigward ta’ regoli mhux relatati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi, jenħtieġ li jsir provvediment biex jiġi zgurat li jkun hemm żmien biżżejjed sabiex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni bla xkiel mir-regoli previsti fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(39)   Jenħtieġ li l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħażniet eżistenti ta' xorb spirituż tkun permessa li tkompli wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, sakemm jiġu eżawriti dawn il-ħażniet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET ▌U KATEGORIJI TA' XORB SPIRITUŻ

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

—  id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, kif ukoll dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż;

—  ▌l-alkoħol etiliku u d-distillati użati fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi; and

—  l-użu tal-ismijiet ġuridiċi ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel li mhumiex xorb spirituż.

2.  Dan ir-Regolament ▌japplika għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, sew jekk prodotti fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi, kif ukoll għal dawk prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni.

3.  Fir-rigward tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament japplika wkoll għall-oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għal moviment liberu hemmhekk.

Artikolu 2

Definizzjoni ta’ u rekwiżiti għal xorb spirituż

▌Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ▌"xarba spirituża" hija xarba alkolħolika li tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  tkun intenzjonata għall-konsum mill-bniedem;

(b)  ikollha kwalitajiet organolettiċi partikolari;

(c)  ikollha qawwa alkoħolika minima ta' 15 % skont il-volum, bl-eċċezzjoni f’każ tax-xorb spirit