Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019 - Strasburgu 
Riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ***I
 Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni) *
 Prodotti li huma eliġibbli għal eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar *
 L-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali ***I
 L-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) ***I
 Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali ***I
 Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji ***I
 Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji: fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ***I
 Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni ***I
 Standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ***I
 It-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent ***I
 Prodotti fertilizzanti tal-UE ***I
 Il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol ***I
 Regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri ***I
 Divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat ***I
 Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom ***I
 Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
 L-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża
 Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 (MON-87751-7)
 Qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 x NK603 (DAS-Ø15Ø7-1x MON-ØØ6Ø3-6)
 Ċerti użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) (DEZA a.s.)
 Ċerti użu tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) (Grupa Azoty Zakłady Azotowe Kędzierzyn S.A.)
 Ċerti użi tat-triossidu tal-kromju
 Wara r-Rebbiegħa Għarbija: It-triq 'il quddiem għar-reġjun tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq (MENA)

Riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ***I
PDF 154kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (COM(2019)0055 – C8-0041/2019 – 2019/0027(COD))
P8_TA-PROV(2019)0295A8-0085/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0055),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0041/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Marzu 2019(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0085/2019),

A.  billi, għal raġunijiet ta' urġenza, huwa ġustifikat li l-votazzjoni ssir qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

P8_TC1-COD(2019)0027


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni u ġenerali applikabbli għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

(2)  Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019(5) emenda l-ammont totali tar-riżorsi għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (‘YEI’) billi żied l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI fl-2019 b’EUR 116,7-il miljun fi prezzijiet attwali u b’hekk żied l-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI għall-perijodu ta' programmazzjoni kollu għal EUR 4 527 882 072 fi prezzijiet attwali.

(3)  Għall-2019, ir-riżorsi addizzjonali ta’ EUR 99 573 877 fi prezzijiet tal-2011 huma ffinanzjati mill-Marġni Globali għall-Impenji fil-marġni tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.

(4)  Huwa xieraq li jkunu previsti miżuri speċifiċi biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-YEI, minħabba l-istadju avvanzat tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.

(5)  Minħabba l-urġenza li qabel tmiem l-2019 il-programmi li jappoġġaw lill-YEI jiġu emendati sabiex ikunu jinkludu r-riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 91, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"1. Ir-riżorsi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenn baġitarju għall-perijodu 2014 - 2020 għandhom ikunu EUR 330 081 919 243 fi prezzijiet tal-2011, b’konformità mad-diżaggregazzjoni annwali stabbilita fl-Anness VI, li minnhom EUR 325 938 694 233 jirrappreżentaw ir-riżorsi globali allokati għall-FEŻR, għall-FSE u għall-Fond ta' Koeżjoni, u EUR 4 143 225 010 jirrappreżentaw allokazzjoni speċifika għall-YEI. Għall-finijiet ta' programmazzjoni u tal-inklużjoni sussegwenti fil-baġit tal-Unjoni, l-ammont tar-riżorsi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għandu jkun indiċizzat għal 2 % kull sena.”;

"

(2)  fl-Artikolu 92, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘5. Ir-riżorsi għall-YEI għandhom jammontaw għal EUR 4 143 225 010 mill-allokazzjoni speċifika għall-YEI, li minnhom EUR 99 573 877 jikkostitwixxu riżorsi addizzjonali għall-2019. Dawk ir-riżorsi għandhom jiġu kkomplementati mill-investiment immirat tal-FSE b’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-FSE.

L-Istati Membri li jibbenefikaw minn riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI għall-2019 kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jitolbu t-trasferiment lill-FSE sa 50 % tar-riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI, bil-għan li jiġi kkonstitwit l-investiment immirat korrispondenti tal-FSE kif meħtieġ mill-Artikolu 22 tar-Regolament tal-FSE. Tali trasferiment għandu jsir għall-kategoriji rispettivi ta’ reġjuni li jikkorrispondu għall-kategorizzazzjoni tar-reġjuni eliġibbli għaż-żieda tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI. L-Istati Membri għandhom jitolbu t-trasferiment fit-talba għal emenda tal-programm b’konformità mal-Artikolu 30(1) ta’ dan ir-Regolament. Ir-riżorsi allokati għas-snin li għaddew ma jistgħux jiġu ttrasferiti.

It-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu japplika għar-riżorsi addizzjonali kollha għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI li jżidu ir-riżorsi ’l fuq minn EUR 4 043 651 133.’;

"

(3)  L-Anness VI huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

‘ANNESS VI

DIŻAGGREGAZZJONI ANNWALI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN GĦAS-SNIN 2014 SAL-2020

Profil annwali aġġustat (inkluż pagament supplimentari għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ)

 

2014

2015

2016

2017

EUR, prezzijiet tal-2011

34 108 069 924

55 725 174 682

46 044 910 736

48 027 317 164

 

2018

2019

2020

Total

EUR, prezzijiet tal-2011

48 341 984 652

48 811 933 191

49 022 528 894

330 081 919 243

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2)Opinjoni tat-22 ta’ Marzu 2019 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2019.
(4)Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 320).
(5)ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1..


Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni) *
PDF 129kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni) (COM(2018)0346 – C8-0381/2018 – 2018/0176(CNS))
P8_TA-PROV(2019)0296A8-0117/2019

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0346),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0381/2018),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali(1),

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-22 ta' Frar 2019 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0117/2019),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Prodotti li huma eliġibbli għal eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar *
PDF 132kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE f'dak li jirrigwarda l-prodotti li huma eliġibbli għal eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar (COM(2018)0825 – C8-0034/2019 – 2018/0417(CNS))
P8_TA-PROV(2019)0297A8-0112/2019

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0825),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0034/2019),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0112/2019),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


L-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali ***I
PDF 794kWORD 220k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (COM(2018)0460 – C8-0275/2018 – 2018/0243(COD))
P8_TA-PROV(2019)0298A8-0173/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0460),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209, 212 u 322(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0275/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-13 ta' Diċembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0173/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  L-għan ġenerali tal-Programm "Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonalit (l-"Istrument") jenħtieġ li jkun li jsostni u jippromwovi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni madwar id-dinja sabiex jiġu segwiti l-għanijiet u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 3(5), fl-Artikoli 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(1)  L-għan ġenerali tal-Programm "Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonalit (l-"Istrument") jenħtieġ li jkun li jipprovdi l-qafas finanzjarju biex isostni u jippromwovi l-valuri, il-prinċipji u l-interessi fundamentali tal-Unjoni madwar id-dinja b'konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 3(5), fl-Artikoli 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  F'konformità mal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, jiġifieri d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali. Dan ir-Regolament huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-politiki tal-Unjoni relatati mad-drittijiet tal-bniedem u l-għanijiet deskritti fil-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija. L-azzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tiffavorixxi l-aderenza għad-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)   F'konformità mal-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jrawmu kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tal-kultura. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-għanijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  L-għan primarju tal-politika tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa li jitnaqqas il-faqar u, fuq terminu twil, il-qerda tiegħu. Il-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari li jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan primarju li jinqered il-faqar, kif stabbilit fl-Artikolu 21(2)(d) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(4)  L-għan primarju tal-politika tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE"), huwa li jitnaqqas il-faqar u, fuq terminu twil, il-qerda tiegħu. Il-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari li jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan primarju li jinqered il-faqar, kif stabbilit fl-Artikolu 21(2)(d) tat-TUE, u li tinżamm il-paċi, jiġu evitati l-kunflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, kif stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 21(2) tat-TUE.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  L-Unjoni jenħtieġ li tiżgura l-koerenza politika fl-iżvilupp kif meħtieġ mill-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Unjoni jenħtieġ li tqis l-għanijiet tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li se jkun element kruċjali tal-istrateġija biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli definiti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli ("l-Aġenda 2030") tan-Nazzjonijiet Uniti adottati f'Settembru 201545. L-iżgurar tal-koerenza politika fl-iżvilupp sostenibbli kif inkorporat fl-Aġenda 2030 jeħtieġ li jitqies l-impatt tal-politiki kollha dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha – nazzjonali, fl-Unjoni, f'pajjiżi oħra u fil-livell dinji.
(5)  L-Unjoni jenħtieġ li tiżgura l-koerenza politika fl-iżvilupp kif meħtieġ mill-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Unjoni jenħtieġ li tqis l-għanijiet tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li se jkun element kruċjali tal-istrateġija biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli definiti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli ("l-Aġenda 2030") tan-Nazzjonijiet Uniti adottata f'Settembru 201545. L-iżgurar tal-koerenza politika fl-iżvilupp sostenibbli kif inkorporat fl-Aġenda 2030 jeħtieġ li jitqies l-impatt tal-politiki kollha dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha – nazzjonali, fl-Unjoni, f'pajjiżi oħra u fil-livell dinji. Il-politiki ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin.
__________________
__________________
45 "Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli ", adottata fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015 (A/RES/70/1).
45 "Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli", adottata fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015 (A/RES/70/1).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Il-kuntest dinji għall-azzjoni huwa li tiġi segwita ordni dinji bbażat fuq ir-regoli, bil-multilateraliżmu bħala l-prinċipju ewlieni tiegħu u bin-Nazzjonijiet Uniti fil-qalba tiegħu. L-Aġenda 2030, flimkien mal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima57 u l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa58 hija r-rispons tal-komunità internazzjonali għall-isfidi u x-xejriet dinjija fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli. Bl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-qalba tagħha, l-Aġenda 2030 hija qafas trasformattiv biex jeqred il-faqar u jikseb żvilupp sostenibbli fuq livell dinji. Hija għandha ambitu universali, billi tipprovdi qafas komprensiv kondiviż għal azzjonijiet li japplikaw għall-Unjoni, għall-Istati Membri tagħha u għas-sħab tagħha. Hija tibbilanċja d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali, u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tirrikonoxxi l-interkonnessjonijiet essenzjali bejn l-għanijiet u l-miri tagħha. L-Aġenda 2030 għandha l-għan li ma tħalli lil ħadd lura. L-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 se tkun koordinata mill-qrib mal-impenji internazzjonali rilevanti l-oħra tal-Unjoni. L-azzjonijiet imwettqa minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u lill-azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu kobenefiċċji u jilħqu għanijiet multipli b'mod koerenti.
(7)  Il-kuntest dinji għall-azzjoni huwa li jiġi segwit ordni dinji bbażat fuq ir-regoli u fuq il-valuri, bil-multilateraliżmu bħala l-prinċipju ewlieni tiegħu u bin-Nazzjonijiet Uniti fil-qalba tiegħu. L-Aġenda 2030, flimkien mal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima57 ("il-Ftehim ta' Pariġi) u l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa58 hija r-rispons tal-komunità internazzjonali għall-isfidi u x-xejriet dinjija fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli. Bl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-qalba tagħha, l-Aġenda 2030 hija qafas trasformattiv biex jeqred il-faqar, jikseb żvilupp sostenibbli fuq livell dinji u jippromwovi soċjetajiet paċifiċi, ġusti u inklużivi, filwaqt li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u ssir ħidma biex jiġu ppreservati l-oċeani u l-foresti. Hija għandha ambitu universali, billi tipprovdi qafas komprensiv kondiviż għal azzjonijiet li japplikaw għall-Unjoni, għall-Istati Membri tagħha u għas-sħab tagħha. Hija tibbilanċja d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, edukattivi u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tirrikonoxxi l-interkonnessjonijiet essenzjali bejn l-għanijiet u l-miri tagħha. L-Aġenda 2030 għandha l-għan li ma tħalli lil ħadd jibqa' lura u li l-ewwel tfittex li tilħaq lil dawk li l-aktar baqgħu lura. L-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 se tkun koordinata mill-qrib mal-impenji internazzjonali rilevanti l-oħra tal-Unjoni. L-azzjonijiet imwettqa minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu ggwidati mill-prinċipji u l-għanijiet stabbiliti fl-Aġenda 2030, fil-Ftehim ta' Pariġi u fl-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa u jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-interkonnessjonijiet ta' bejniethom u lill-azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu kobenefiċċji u jilħqu għanijiet multipli b'mod koerenti mingħajr ma jimminaw objettivi oħra.
__________________
__________________
57 Iffirmata fi New York fit-22 ta' April 2016.
57 Iffirmata fi New York fit-22 ta' April 2016.
58 "Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa tat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp", adottata fis-16 ta' Ġunju 2015 u approvata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-27 ta' Lulju 2015 (A/RES/69/313).
58 "Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa tat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp", adottata fis-16 ta' Ġunju 2015 u approvata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-27 ta' Lulju 2015 (A/RES/69/313).
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun iggwidata mill-ħames prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni (l-"Istrateġija Globali")59, ippreżentata fid-19 ta' Ġunju 2016, li tirrappreżenta l-viżjoni tal-Unjoni u l-qafas għal involviment estern magħqud u responsabbli fi sħubija ma' oħrajn, biex tmexxi 'l quddiem il-valuri u l-interessi tagħha. L-Unjoni jenħtieġ li ssaħħaħ is-sħubijiet, tippromwovi d-djalogu dwar il-politika u r-rispons kollettiv għall-isfidi ta' tħassib dinji. L-azzjoni tagħha jenħtieġ li tappoġġa l-interessi u l-valuri tal-Unjoni fl-aspetti kollha tagħhom, inklużi l-preservazzjoni tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti, it-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, il-ġlieda kontra kawżi fl-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u l-assistenza lil popolazzjonijiet, pajjiżi u reġjuni biex jikkonfrontaw diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, l-appoġġ għall-politika kummerċjali, il-kooperazzjoni ekonomika, il-promozzjoni ta' soluzzjonijiet u teknoloġiji diġitali u t-trawwim tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki tal-Unjoni. Fil-promozzjoni tal-interessi tagħha, l-Unjoni jenħtieġ li tikkonforma mal-prinċipji tar-rispett għal standards soċjali u ambjentali għolja, għall-istat tad-dritt, għad-dritt internazzjonali u għad-drittijiet tal-bniedem u tippromwovihom.
(8)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-ħames prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni (l-"Istrateġija Globali")59, ippreżentata fid-19 ta' Ġunju 2016, li tirrappreżenta l-viżjoni tal-Unjoni u l-qafas għal involviment estern magħqud u responsabbli fi sħubija ma' oħrajn, biex tmexxi 'l quddiem il-valuri u l-interessi tagħha. L-Unjoni jenħtieġ li ssaħħaħ is-sħubijiet, tippromwovi d-djalogu dwar il-politika u r-rispons kollettiv għall-isfidi ta' tħassib dinji. L-azzjoni tagħha jenħtieġ li tappoġġa l-interessi, il-prinċipji u l-valuri fundamentali tal-Unjoni fl-aspetti kollha tagħha, inklużi l-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, il-kontribuzzjoni għall-qerda tal-faqar, il-preservazzjoni tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti, il-medjazzjoni u r-rikostruzzjoni wara kunflitt bl-inklużjoni tan-nisa fl-istadji kollha, l-iżgurar tas-sikurezza nukleari, it-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, l-indirizzar tal-kawżi fl-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament sfurzat u l-assistenza lil popolazzjonijiet, pajjiżi u reġjuni kkonfrontati b'diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għall-kreazzjoni ta' qafas legali internazzjonali għall-protezzjoni tal-persuni spostati minħabba t-tibdil fil-klima, it-trawwim ta' edukazzjoni inklużiva ta' kwalità, l-appoġġ ta' politika kummerċjali ġusta, sostenibbli u bbażata fuq ir-regoli u fuq il-valuri bħala għodda għall-iżvilupp u biex jitjiebu l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, id-diplomazija ekonomika u kulturali u l-kooperazzjoni ekonomika, il-promozzjoni tal-innovazzjoni u ta' soluzzjonijiet u teknoloġiji diġitali, il-protezzjoni tal-wirt kulturali speċjalament f'żoni ta' kunflitt, l-indirizzar tat-theddid għas-saħħa pubblika globali u t-trawwim tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki tal-Unjoni. Fil-promozzjoni tal-interessi, il-prinċipji u l-valuri fundamentali tagħha, l-Unjoni jenħtieġ li tikkonforma mal-prinċipji tar-rispett għal standards soċjali, tax-xogħol u ambjentali għolja, inkluż fir-rigward tat-tibdil fil-klima, għall-istat tad-dritt, għad-dritt internazzjonali, inkluż fir-rigward tad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tippromwovihom.
__________________
__________________
59 "Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b'saħħitha. Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni", Ġunju 2016.
59 "Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b'saħħitha. Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni", Ġunju 2016.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Il-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp ("il-Kunsens")60, iffirmat fis-7 ta' Ġunju 2017, jipprovdi l-qafas għal approċċ komuni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha biex jimplimentaw l-Aġenda 2030 u l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa. Il-qerda tal-faqar, l-indirizzar tad-diskriminazzjonijiet u l-inugwaljanzi, li ħadd ma jitħalla lura huma u t-tisħiħ tar-reżiljenza jinsabu fil-qalba tal-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp.
(9)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun ibbażata wkoll fuq il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp ("il-Kunsens")60, iffirmat fis-7 ta' Ġunju 2017, li jipprovdi l-qafas għal approċċ komuni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha biex jimplimentaw l-Aġenda 2030 u l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa. Il-qerda tal-faqar, l-indirizzar tad-diskriminazzjonijiet u l-inugwaljanzi, li ħadd ma jitħalla lura, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u t-tisħiħ tar-reżiljenza jenħtieġ li jirfdu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
__________________
__________________
60 "Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp "Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna"", Dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, 8 ta' Ġunju 2017.
60 "Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp "Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna"", Dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, 8 ta' Ġunju 2017.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Minbarra l-Aġenda 2030 tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa, l-Istrateġija Globali tal-UE u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, li jikkostitwixxu l-qafas politiku primarju, id-dokumenti li ġejjin u r-reviżjonijiet futuri tagħhom jenħtieġ li jiggwidaw ukoll l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:
–  il-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija;
–  il-linji gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
–  l-Approċċ Integrat tal-UE għal Kunflitti u Kriżijiet Esterni, u l-approċċ komprensiv tal-UE għall-kunflitti u l-kriżijiet esterni tal-2013;
–  l-Approċċ Komprensiv għall-implimentazzjoni min-naħa tal-UE tar-Riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà;
–  il-Programm tal-Unjoni għall-Prevenzjoni ta' Kunflitti Vjolenti;
–  il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2011 dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti;
–  il-Kunċett dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet ta' Medjazzjoni u ta' Djalogu tal-UE;
–  il-Qafas Strateġiku għall-UE kollha biex tiġi appoġġata r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS);
–  l-istrateġija tal-UE kontra l-armi ħfief, l-armi ta' kalibru żgħir u l-armi tan-nar illeċiti (SALW) u l-munizzjon tagħhom;
–  il-Kunċett tal-UE għal Appoġġ għad-Diżarm, id-Demobilizzazzjoni u r-Reintegrazzjoni (DDR);
–  il-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2007 dwar reazzjoni tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità u l-konklużjonijiet tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, datati wkoll fid-19 ta' Novembru 2007 dwar is-sigurtà u l-iżvilupp;
–  id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2004 dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea Kontra t-Terroriżmu, tat-30 ta' Novembru 2005 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2011 dwar it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-aspetti interni u esterni tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;
–  il-linji gwida tal-OECD għall-intrapriżi multinazzjonali;
–  il-prinċipji gwida tan-NU dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem;
–  l-Aġenda Urbana l-Ġdida tan-NU;
–  il-Konvenzjoni NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà;
–  il-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati;
–  il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa;
–  l-eżiti tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing u l-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD);
–  il-Pjan Direzzjonali tal-UNCTAD għar-Ristruttrar Sostenibbli ta' Dejn Sovran (April 2015);
–  il-Prinċipji Gwida dwar id-Dejn Barrani u d-Drittijiet tal-Bniedem imfassla mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem;
–  il-Patt Globali dwar ir-Refuġjati;
–  il-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari, adottat f'Marrakech fl-10 ta' Diċembru 2018;
–  u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Skont l-Istrateġija Globali u l-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri (2015-2030) kif adottat fit-18 ta' Marzu 201561, jenħtieġ li jingħata rikonoxximent lill-ħtieġa li nimxu lil hinn mir-reazzjonijiet għall-kriżijiet u l-konteniment tagħhom u nersqu lejn approċċ aktar strutturali u fuq terminu twil li jindirizza b'mod aktar effettiv is-sitwazzjonijiet ta' fraġilità, id-diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem, u l-kriżijiet fit-tul. Huma meħtieġa enfażi akbar u approċċi kollettivi fuq it-tnaqqis tar-riskju, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u t-tħejjija; u huma meħtieġa sforzi ulterjuri biex jissaħħaħ ir-rispons rapidu u l-irkupru durabbli. Dan ir-Regolament jenħieġ għalhekk li jikkontribwixxi biex tissaħħaħ ir-reżiljenza u biex jorbot l-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta' żvilupp permezz ta' azzjonijiet ta' rispons rapidu.
(11)  Skont l-Istrateġija Globali u l-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri (2015-2030) kif adottat fit-18 ta' Marzu 201561, jenħtieġ li jingħata rikonoxximent lill-ħtieġa li nimxu lil hinn mir-reazzjonijiet għall-kriżijiet u l-konteniment tagħhom u nersqu lejn approċċ aktar strutturali, preventiv u fuq terminu twil li jindirizza b'mod aktar effettiv is-sitwazzjonijiet ta' fraġilità, id-diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem, u l-kriżijiet fit-tul. Huma meħtieġa enfażi akbar u approċċi kollettivi fuq it-tnaqqis tar-riskju, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u t-tħejjija; u huma meħtieġa sforzi ulterjuri biex jissaħħaħ ir-rispons rapidu u l-irkupru durabbli. Dan ir-Regolament jenħieġ għalhekk li jikkontribwixxi biex tissaħħaħ ir-reżiljenza u biex jorbot l-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta' żviluppb'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet ta' rispons rapidu kif ukoll permezz ta' programmi ġeografiċi u tematiċi rilevanti, filwaqt li jiġu żgurati l-prevedibbiltà, it-trasparenza u l-akkontabbiltà reċiproka xierqa, kif ukoll koerenza, konsistenza u komplementarjetà mal-għajnuna umanitarja u konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonli u mingħajr ma jiġi mxekkel l-għoti tal-għajnuna umanitarja skont il-prinċipji ta' umanità, newtralità, imparzjalità u indipendenza f'kuntesti ta' emerġenza u ta' wara l-emerġenza.
__________________
__________________
61 "Il-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri", adottat fl-18 ta' Marzu 2015 u approvat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-3 ta' Ġunju 2015 (A/RES/69/283).
61 "Il-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri", adottat fit-18 ta' Marzu 2015 u approvat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-3 ta' Ġunju 2015 (A/RES/69/283).
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  F'konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni dwar l-effettività tal-iżvilupp kif adottati f'Busan fl-2011 u mġedda fil-Forum ta' Livell Għoli ta' Nairobi fl-2016 u mfakkra fil-Kunsens, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni jenħtieġ li tapplika l-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, jiġifieri s-sjieda tal-prijoritajiet għall-iżvilupp mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fokus fuq ir-riżultati, sħubijiet inklużivi għall-iżvilupp kif ukoll it-trasparenza u l-akkontabilità.
(12)  F'konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni dwar l-effettività tal-iżvilupp kif adottati f'Busan fl-2011 u mġedda fil-Forum ta' Livell Għoli ta' Nairobi fl-2016 u mfakkra fil-Kunsens, l-Unjoni, fil-kuntest tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tagħha u fil-modalitajiet ta' għajnuna kollha, jenħtieġ li tapplika l-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, jiġifieri s-sjieda tal-prijoritajiet għall-iżvilupp mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fokus fuq ir-riżultati, sħubijiet inklużivi għall-iżvilupp kif ukoll trasparenza u akkontabbiltà reċiproċi, minbarra l-prinċipji ta' allinjament u armonizzazzjoni.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-monitoraġġ u għar-rappurtar b'enfażi fuq ir-riżultati, li jkopru l-outputs, l-eżiti u l-impatti f'pajjiżi sħab li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja esterna tal-Unjoni. B'mod partikolari, kif miftiehem fil-Kunsens, l-azzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 20 % tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp iffinanzjata skont dan ir-Regolament għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa.
(13)  Skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-monitoraġġ u għar-rappurtar b'enfażi fuq ir-riżultati, li jkopru l-outputs, l-eżiti u l-impatti f'pajjiżi sħab li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja esterna tal-Unjoni. B'mod partikolari, kif miftiehem fil-Kunsens, l-azzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li mill-inqas jikkontribwixxu 20 % tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp iffinanzjata skont dan ir-Regolament għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, b'enfasi fuq servizzi soċjali bażiċi, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni, l-ilma, is-sanità u l-iġjene, u l-protezzjoni soċjali, b'mod partikolari għal dawk l-iktar marġinalizzati, b'kont meħud tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u d-drittijiet tat-tfal bħala kwistjonijiet orizzontali.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Kull meta jkun possibbli u xieraq, ir-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta' indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiżi u miżurabbli, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-għanijiet tal-Istrument u preferibbilment ibbażati fuq il-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb.
(14)  Sabiex jitjiebu l-akkontabbiltà u t-trasparenza tal-baġit tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni ċari biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress lejn il-kisba tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Ir-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta' indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiżi u li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-għanijiet tal-Istrument u bbażati fuq il-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb. Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja regolarment l-azzjonijiet tagħha u tirrevedi l-progress, filwaqt li tagħmel ir-riżultati disponibbli għall-pubbliku, b'mod partikolari fil-forma ta' rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-għan kollettiv tal-Unjoni li tipprovdi 0.7 % mill-Introjtu Nazzjonali Gross bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp fil-perjodu tal-Aġenda 2030. F'dak ir-rigward, mill-anqas 92 % tal-finanzjament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal azzjonijiet imfassla b'mod li jissodisfaw il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp kif stabbiliti mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.
(15)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-għan kollettiv tal-Unjoni li tipprovdi 0,7 % mill-Introjtu Nazzjonali Gross bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp fil-perjodu tal-Aġenda 2030. Dak l-impenn jenħtieġ li jkun ibbażat fuq pjan direzzjonali ċar għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex jistabbilixxu skadenzi u modalitajiet għall-kisba tiegħu. F'dak ir-rigward, mill-anqas 95 % tal-finanzjament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal azzjonijiet imfassla b'mod li jissodisfaw il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp kif stabbiliti mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Sabiex ikun żgurat li r-riżorsi jmorru fejn hemm l-akbar ħtieġa, speċjalment għand il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi f'sitwazzjoni ta' fraġilità u kunflitt, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-mira kollettiva li sa 0.20 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni jmur lejn il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati fil-perjodu tal-Aġenda 2030.
(16)  Sabiex ikun żgurat li r-riżorsi jmorru fejn hemm l-akbar ħtieġa, speċjalment għand il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi f'sitwazzjoni ta' fraġilità u kunflitt, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-mira kollettiva li sa 0,20 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni jmur lejn il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati fil-perjodu tal-Aġenda 2030. Dan l-impenn jenħtieġ li jkun ibbażat fuq pjan direzzjonali ċar għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex jistabbilixxu skadenzi u modalitajiet għall-kisba tiegħu.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Bi qbil mal-impenji eżistenti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi II, mill-anqas 85 % tal-programmi ffinanzjati mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, ġeografiċi u tematiċi, jenħtieġ li jkollhom l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala għan prinċipali jew sinifikanti, kif definit mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD. Ir-rieżami obbligatorju tal-infiq jenħtieġ li jiżgura li parti sinifikanti minn dawn il-programmi jkollhom l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom bħala għan prinċipali.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 16b (ġdida)
(16b)  Dan ir-regolament jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari lit-tfal u ż-żgħażagħ bħala kontributuri għar-realizzazzjoni tal-Aġenda 2030. L-azzjoni esterna tal-Unjoni skont dan ir-regolament jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom u se tikkontribwixxi għat-twettiq tal-potenzjal tagħhom bħala aġenti ewlenin ta' bidla permezz tal-investiment fl-iżvilupp tal-bniedem u l-inklużjoni soċjali.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 16c (ġdida)
(16c)   L-abitanti tal-pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana huma prinċipalment adolexxenti u żgħażagħ. Kull pajjiż jenħtieġ li jiddeċiedi dwar il-politika demografika tiegħu. Madankollu, id-dinamika demografika jenħtieġ li tiġi indirizzata b'mod globali sabiex jiġi żgurat li l-ġenerazzjonijiet attwali u futuri jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom b'mod sostenibbli.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrifletti l-ħtieġa ta' konċentrazzjoni fuq prijoritajiet strateġiċi, kemm ġeografikament — il-Viċinat Ewropew u l-Afrika, kif ukoll pajjiżi li huma fraġli u li huma l-aktar fil-bżonn, iżda wkoll tematikament — is-sigurtà, il-migrazzjoni, it-tibdil fil-klima u d-drittijiet tal-bniedem.
(17)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrifletti l-ħtieġa ta' konċentrazzjoni fuq prijoritajiet strateġiċi, kemm ġeografikament — il-Viċinat Ewropew u l-Afrika, kif ukoll pajjiżi li huma fraġli u li huma l-aktar fil-bżonn, b'mod partikolari l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, iżda wkoll tematikament — l-iżvilupp sostenibbli, il-qerda tal-faqar, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, is-sigurtà, il-migrazzjoni regolari, ordinata u sikura, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-indirizzar tad-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima u t-theddid għas-saħħa pubblika globali.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' reżiljenza Statali u soċjetali fil-qasam tas-saħħa pubblika globali billi jindirizza t-theddid għas-saħħa pubblika globali, isaħħaħ is-sistemi tas-saħħa, jikseb kopertura tas-saħħa universali, jipprevjeni u jiġġieled il-mard li jittieħed u jgħin biex jiġu żgurati mediċini u vaċċini affordabbli għal kulħadd.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif rieżaminata fl-2015, u l-implimentazzjoni ta' oqfsa ta' kooperazzjoni reġjonali, bħall-kooperazzjoni transfruntiera u l-aspetti esterni ta' strateġiji u politiki makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar tal-rilevanti. Dawn l-inizjattivi joffru oqfsa politiċi għall-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u bejniethom, fuq il-bażi tal-prinċipji tal-akkontabbiltà reċiproka, is-sjieda u r-responsabbiltà kondiviżi.
(18)  Ir-relazzjoni speċjali żviluppata mal-pajjiżi ġirien tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 8 tat-TUE, jenħtieġ li tiġi ppreservata u msaħħa permezz tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-Istati u tas-soċjetajiet fil-viċinat tal-Unjoni, abbażi tal-impenn meħud fl-Istrateġija Globali. Dan jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif rieżaminata fl-2015, u l-implimentazzjoni ta' oqfsa ta' kooperazzjoni reġjonali, bħall-kooperazzjoni transfruntiera u l-aspetti esterni ta' strateġiji u politiki makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar rilevanti fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar, inklużi d-Dimensjoni tat-Tramuntana u l-kooperazzjoni reġjonali tal-Baħar l-Iswed. Dawn l-inizjattivi joffru oqfsa politiċi supplementari għall-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u bejniethom, fuq il-bażi tal-prinċipji tal-akkontabbiltà reċiproka, is-sjieda u r-responsabbiltà kondiviżi.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Il-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif rieżaminata fl-201562, timmira lejn li tistabbilizza l-pajjiżi ġirien u li ssaħħaħ ir-reżiljenza, b'mod partikolari billi ssaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku, bħala l-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-Unjoni. Biex tilħaq l-għan tagħha, il-Politika Ewropea tal-Viċinat rieżaminata ffukat fuq erba' oqsma ta' prijorità: governanza tajba, demokrazija, stat tad-dritt u drittijiet tal-bniedem, b'enfażi partikolari fuq involviment akbar mas-soċjetà ċivili; l-iżvilupp ekonomiku; is-sigurtà; il-migrazzjoni u l-mobilità, inkluż l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u tal-ispostament furzat. Id-differenzazzjoni u s-sjieda reċiproka akbar huma l-karatteristika tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li tirrikonoxxi l-livelli differenti ta' involviment, u tirrifletti l-interessi ta' kull pajjiż fir-rigward tan-natura u l-fokus tas-sħubija tiegħu mal-Unjoni.
(19)  Il-Politika Ewropea tal-Viċinat timmira lejn l-approfondiment tad-demokrazija, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u rispett tal-istat tad-dritt, l-istabbilizzazzjoni tal-pajjiżi ġirien u t-tisħiħ tar-reżiljenza, b'mod partikolari billi tippromwovi riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali, bħala l-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-Unjoni. Sabiex tilħaq l-għan tagħha, l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat rieżaminata permezz ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiffoka fuq l-oqsma ta' prijorità li ġejjin: il-governanza tajba, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, b'enfażi partikolari fuq involviment akbar mas-soċjetà ċivili; l-iżvilupp soċjoekonomiku, inkluża l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, kif ukoll l-edukazzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali; is-sigurtà; il-migrazzjoni u l-mobbiltà, inkluż l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u tal-ispostament sfurzat u s-sostenn tal-popolazzjonijiet, il-pajjiżi u r-reġjuni li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' pressjoni migratorja maġġuri. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni tal-Unjoni u l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles approfonditi u komprensivi ma' pajjiżi fil-viċinat. Id-differenzazzjoni u s-sjieda reċiproka akbar huma l-karatteristika tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li tirrikonoxxi l-livelli differenti ta' involviment, u tirrifletti l-interessi ta' kull pajjiż fir-rigward tan-natura u l-fokus tas-sħubija tiegħu mal-Unjoni. L-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Fil-każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija f'wieħed mill-pajjiżi sħab, l-appoġġ jenħtieġ li jiġi sospiż. Il-finanzjament tal-viċinat huwa lieva ewlenija fl-indirizzar ta' sfidi komuni, bħall-migrazzjoni irregolari u t-tibdil fil-klima, kif ukoll fit-tixrid tal-prosperità, is-sigurtà u l-istabbiltà permezz tal-iżvilupp ekonomiku u governanza aħjar. Il-viżibbiltà tal-assistenza tal-Unjoni fl-ambitu tal-viċinat jenħtieġ li tissaħħaħ.
__________________
__________________
62 Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, "Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat", 18 ta' Novembru 2015.
62 Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, "Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat", 18 ta' Novembru 2015.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' ftehim ta' assoċjazzjoni modernizzat mal-pajjiżi mill-Grupp ta' Stati mill-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u jippermetti lill-UE u lis-sħab tagħha tal-AKP biex ikomplu jiżviluppaw alleanzi b'saħħithom dwar sfidi dinjija ewlenin. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-kontinwazzjoni tal-kooperazzjoni stabbilita bejn l-Unjoni u l-Unjoni Afrikana f'konformità mal-Istrateġija Konġunta UE-Afrika u jibni fuq il-ftehim futur bejn l-UE u l-AKP wara l-2020, inkluż permezz ta' approċċ kontinentali lejn l-Afrika.
(20)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' ftehim ta' assoċjazzjoni modernizzat mal-pajjiżi mill-Grupp ta' Stati mill-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u jippermetti lill-UE u lis-sħab tagħha tal-AKP biex ikomplu jiżviluppaw alleanzi b'saħħithom dwar sfidi dinjija ewlenin u komuni. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-kontinwazzjoni tal-kooperazzjoni stabbilita bejn l-Unjoni u l-Unjoni Afrikana f'konformità mal-Istrateġija Konġunta UE-Afrika, inkluż l-impenn mill-Afrika u l-UE li jippromwovu d-drittijiet tat-tfal kif ukoll it-tisħiħ tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ tal-Ewropa u tal-Afrika, u jibni fuq il-ftehim futur bejn l-UE u l-AKP wara l-2020, inkluż permezz ta' approċċ kontinentali lejn l-Afrika, u sħubija ta' benefiċċju reċiproku bejn partijiet ugwali bejn l-UE u l-Afrika.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
(20a)   Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-aspetti relatati mal-kummerċ tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, bħall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi dwar id-diliġenza dovuta għal ktajjen ta' provvista li jikkonċernaw il-landa, it-tantalju u d-deheb, il-Proċess ta' Kimberley, il-Patt dwar is-Sostenibbiltà, l-implimentazzjoni tal-impenji skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a (Regolament dwar is-SĠP), il-kooperazzjoni skont l-Infurzar tal-Liġi, it-Tmexxija u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) u l-inizjattivi tal-Għajnuna għall-Kummerċ sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-appoġġ reċiproku bejn il-politika kummerċjali tal-UE u l-għanijiet u l-azzjonijiet ta' żvilupp;
_________________
Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  L-Unjoni jenħtieġ li tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli biex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan jenħtieġ li jinkiseb permezz ta' koerenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni III63, l-Istrument tal-Għajnuna Umanitarja64, id-Deċiżjoni dwar il-Pajjiż u Territorji extra-Ewropew65, l-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari biex jikkomplementa l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat tal-Euratom66, il-politika estera u ta' sigurtà komuni u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi67 li għadha kif ġiet proposta li hija ffinanzjata lil hinn mill-baġit tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u Programmi oħra tal-Unjoni. Dan jinkludi koerenza u komplementarjetà mal-assistenza makrofinanzjarja, fejn rilevanti. Sabiex jiġi massimizzat l-impatt ikkombinat tal-interventi biex jintlaħaq għan komuni, dan ir-Regolament jenħtieġ jippermetti t-taħlit ta' finanzjament ma' Programmi oħra tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet.
(21)  L-Unjoni jenħtieġ li tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli biex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan jenħtieġ li jinkiseb permezz ta' koerenza, konsistenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni III63, l-Istrument għall-Għajnuna Umanitarja64, id-Deċiżjoni dwar il-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej65, l-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari biex jikkomplementa l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat tal-Euratom66, il-politika estera u ta' sigurtà komuni u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi67 li għadha kif ġiet proposta li hija ffinanzjata lil hinn mill-baġit tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u Programmi oħra tal-Unjoni, inklużi Fondi Fiduċjarji kif ukoll politiki u programmi tal-Istati Membri tal-UE. Dan jinkludi koerenza u komplementarjetà mal-assistenza makrofinanzjarja, fejn rilevanti. Sabiex jiġi massimizzat l-impatt ikkombinat tal-interventi biex jintlaħaq għan komuni, dan ir-Regolament jenħtieġ jippermetti t-taħlit ta' finanzjament ma' Programmi oħra tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet.
__________________
__________________
63 COM (2018) 465 final, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)
63 COM (2018) 465 final, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)
64 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).
64 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).
65 COM(2018) 461 final, Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni ta' pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka fuq in-naħa l-oħra ("id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija").
65 COM(2018) 461 final, Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni ta' pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka fuq in-naħa l-oħra ("id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija").
66 COM(2018) 462 final, Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari li jikkumplimenta l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom.
66 COM(2018) 462 final, Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari li jikkumplimenta l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom.
67 C(2018) 3800 final Proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Kunsill għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew għall-Paċi.
67 C(2018) 3800 final Proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Kunsill għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew għall-Paċi.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Il-finanzjament minn dan ir-Regolament jenħtieġ jintuża biex jiffinanzja azzjonijiet taħt id-dimensjoni internazzjonali ta' Erasmus, li l-implimentazzjoni tagħhom jenħtieġ li ssir skont ir-Regolament dwar Erasmus68.
(22)  Il-finanzjament minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jintuża biex jiffinanzja azzjonijiet taħt id-dimensjoni internazzjonali ta' Erasmus u ta' Ewropa Kreattiva, li l-implimentazzjoni tagħhom jenħtieġ li ssir skont ir-Regolament dwar Erasmus68 u r-Regolament dwar Ewropa Kreattiva68a.Regulation (EU) No 1295/2013
_________________
_________________
68 COM (2018) 367 final, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) 1288/2013
68 COM (2018) 367 final, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013;
68a COM (2018) final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)   Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm Erasmus Plus jenħtieġ li tingħata spinta bil-għan li jiżdiedu l-opportunitajiet għall-mobbiltà u l-kooperazzjoni għall-individwi u l-organizzazzjonijiet minn pajjiżi inqas żviluppati tad-dinja - billi jiġu appoġġati tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-pajjiżi terzi, l-iżvilupp tal-ħiliet, l-iskambji bejn il-persuni, filwaqt li jiġi offrut għadd ikbar ta' opportunitajiet għall-kooperazzjoni u l-mobbiltà mal-pajjiżi żviluppati u dawk emerġenti.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 22b (ġdida)
(22b)  Fid-dawl tar-rilevanza tal-indirizzar tal-edukazzjoni u l-kultura bi qbil mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżgurar ta' edukazzjoni ta' kwalità inklużiva u ekwa, il-promozzjoni ta' opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, it-trawwim tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, u r-rikonoxximent tar-rwol tal-kultura fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej permezz ta' azzjonijiet dedikati u mmirati mfassla biex ikollhom impatt ċar fuq ir-rwol tal-UE bħala attur globali.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  L-approċċ ewlieni għall-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun permezz ta' programmi ġeografiċi, sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-assistenza tal-Unjoni u l-azzjoni tal-Unjoni tinġieb eqreb tal-pajjiżi u l-popolazzjonijiet sħab. Dan l-approċċ ġenerali jenħtieġ li jiġi kkumplimentat minn programmi tematiċi u minn azzjonijiet ta' rispons rapidu, fejn rilevanti.
(23)  L-approċċ ewlieni għall-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun permezz ta' programmi ġeografiċi, sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-assistenza tal-Unjoni u l-azzjoni tal-Unjoni tinġieb eqreb tal-popolazzjonijiet u l-pajjiżi sħab, filwaqt li jiġu appoġġati prijoritajiet tematiċi bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem, is-soċjetà ċivili u s-sostenibbiltà. L-għanijiet taħt il-programmi ġeografiċi u tematiċi jenħtieġ li jkunu konsistenti u koerenti ma' xulxin u jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn programmi tematiċi u minn azzjonijiet ta' rispons rapidu, fejn rilevanti. Jenħtieġ li tiġi żgurata komplementarjetà effettiva bejn il-programmi u l-azzjonijiet ġeografiċi, tematiċi u ta' rispons rapidu. Sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull programm, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplementa d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-istrateġija tal-Unjoni, l-oqsma ta' prijorità, l-għanijiet dettaljati, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi speċifiċi ta' prestazzjoni u l-allokazzjoni finanzjarja speċifika għal kull programm. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
________________
1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  F'konformità mal-Kunsens, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jtejbu l-programmazzjoni konġunta sabiex iżidu l-impatt kollettiv tagħhom billi jiġbru flimkien ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tagħhom. Il-programmazzjoni konġunta jenħtieġ li tibni fuq l-involviment, l-approprjazzjoni u s-sjieda tal-pajjiżi sħab. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jfittxu li jappoġġaw lill-pajjiżi sħab permezz ta' implimentazzjoni konġunta, kull meta xieraq.
(24)  F'konformità mal-Kunsens, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jtejbu l-programmazzjoni konġunta sabiex iżidu l-impatt kollettiv tagħhom billi jiġbru flimkien ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tagħhom. Il-programmazzjoni konġunta jenħtieġ li tibni fuq l-involviment, l-approprjazzjoni u s-sjieda tal-pajjiżi sħab. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jfittxu li jappoġġaw lill-pajjiżi sħab permezz ta' applikazzjoni konġunta, kull meta xieraq. L-applikazzjoni konġunta jenħtieġ li tkun inklużiva u miftuħa għas-sħab kollha tal-Unjoni li jaqblu u li jistgħu jikkontribwixxu għal viżjoni komuni, inklużi l-aġenziji tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet finanzjarji ta' żvilupp tagħhom, l-awtoritajiet lokali, is-settur privat, is-soċjetà ċivili u l-akkademja.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 24a (ġdida)
(24a)  Fil-każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt f'wieħed mill-pajjiżi sħab, l-appoġġ jista', permezz ta' att delegat, jiġi sospiż parzjalment jew kompletament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis b'mod xieraq ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 24b (ġdida)
(24b)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonferma mill-ġdid is-sikurezza nukleari bħala parti importanti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u jiffaċilita l-għanijiet ta' kooperazzjoni speċifikati fir-Regolament (EINS). Għalhekk, fil-każ li pajjiż sieħeb jonqos b'mod persistenti milli jirrispetta l-istandards bażiċi tas-sikurezza nukleari, bħalma huma d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti fi ħdan il-Qafas tal-IAEA, il-Konvenzjonijiet ta' Espoo u Aarhus u l-emendi sussegwenti tagħhom, it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u l-Protokolli addizzjonali tagħhom, l-impenji favur l-implimentazzjoni tat-testijiet tal-istress u l-miżuri relatati, u l-għanijiet ta' kooperazzjoni speċifikati fir-Regolament (EINS), l-assistenza skont dan ir-Regolament għall-pajjiż ikkonċernat jenħtieġ li tiġi kkunsidrata mill-ġdid u tista' tiġi sospiża jew sospiża parzjalment.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Filwaqt li d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, fosthom l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa jenħtieġ li jiġu riflessi matul l-implimentazzjoni kollha ta' dan ir-Regolament, l-assistenza tal-Unjoni permezz tal-programmi tematiċi għad-drittijiet tal-bniedem uf d-demokrazija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jkollha rwol speċifiku komplementari u addizzjonali minħabba n-natura dinjija tagħha, u l-indipendenza tal-azzjoni tagħha mill-kunsens tal-gvernijiet u tal-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiżi terzi kkonċernati.
(25)  Filwaqt li d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, fosthom il-protezzjoni tat-tfal, il-minoritajiet, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni LGBTI, kif ukoll l-ugwaljanza bejn is-sessi, u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, jenħtieġ li jiġu riflessi u integrati b'mod konsistenti matul l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-assistenza tal-Unjoni permezz tal-programmi tematiċi għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili - l-awtoritajiet lokali jenħtieġ li jkollha rwol speċifiku komplementari u addizzjonali minħabba n-natura dinjija tagħha, u l-indipendenza tal-azzjoni tagħha mill-kunsens tal-gvernijiet u tal-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Meta tagħmel dan, l-Unjoni jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lill-pajjiżi u s-sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju u fejn in-nuqqas ta' rispett lejn dawk id-drittijiet u l-libertajiet huwa partikolarment evidenti u sistematiku, kif ukoll lil sitwazzjonijiet fejn ikun hemm fin-nofs l-ispazju tas-soċjetà ċivili. L-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li titfassal b'tali mod li tippermetti appoġġ lis-soċjetà ċivili, kif ukoll kooperazzjoni u sħubija magħha fir-rigward ta' kwistjonijiet tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem sensittivi, filwaqt li tipprovdi l-flessibbiltà u r-reattività meħtieġa biex ikun hemm rispons għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu, għall-ħtiġijiet tal-benefiċjarji, jew għall-perjodi ta' kriżi, u meta jkun neċessarju, tikkontribwixxi għall-bini tal-kapaċità tas-soċjetà ċivili. F'tali każijiet, il-prijoritajiet politiċi jenħtieġ li jkunu l-promozzzjoni tar-rispett għad-dritt internazzjonali u l-provvediment ta' mezzi ta' azzjoni lis-soċjetà ċivili lokali u lil partijiet ikkonċernati tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti oħra sabiex jingħata kontribut għal ħidma li titwettaq f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. Dan ir-Regolament jenħtieġ li joffri wkoll il-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jirċievu għotjiet żgħar b'mod rapidu u effiċjenti meta jkun neċessarju, b'mod partikolari fl-aktar sitwazzjonijiet diffiċli, bħalma huma dawk ta' fraġilità, kriżi u tensjonijiet interkomunitarji.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Skont l-Artikoli 2, 3 u 21 tat-TUE u l-Artikolu 8 tat-TFUE, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun iggwidata mill-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, u jenħtieġ li tipprova tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tan-nisa f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi II, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà tal-10 ta' Diċembru 2018, il-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Għan Nru 5 tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 25b (ġdida)
(25b)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza u jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi globalment, inkluż billi jappoġġa l-organizzazzjonijiet li qed jaħdmu fuq il-promozzjoni tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi (aċċess għal informazzjoni, edukazzjoni u servizzi ta' kwalità u aċċessibbli) u l-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess u d-diskriminazzjoni, filwaqt li jirrikonoxxi u jindirizza wkoll ir-rabtiet mill-qrib bejn il-kwistjonijiet ta' paċi, sigurtà, żvilupp u ugwaljanza bejn is-sessi. Din il-ħidma jenħtieġ li tkun koerenti mal-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-konvenzjonijiet internazzjonali u Ewropej rilevanti, u tippromwovihom.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jinkludu firxa wiesgħa ta' atturi bi rwoli u mandati differenti li jinkludi l-istrutturi kollha mhux Statali, mhux għall-profitt, mhux partiġġjani u mhux vjolenti, li bihom persuni jorganizzaw ruħhom sabiex isegwu għanijiet u ideali komuni, sew politiċi, kulturali, soċjali jew ekonomiċi. Huma joperaw mil-livell lokali sal-livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, u jinkludu organizzazzjonijiet urbani u rurali, formali u informali.
(26)  L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jinkludu firxa wiesgħa ta' atturi bi rwoli u mandati multipli li tinkludi l-istrutturi kollha mhux Statali, mhux għall-profitt u mhux vjolenti, li bihom persuni jorganizzaw ruħhom biex isegwu għanijiet u ideali komuni, sew politiċi, kulturali, soċjali, reliġjużi, ambjentali, jew ekonomiċi jew biex iżommu responsabbli lill-awtoritajiet. Peress li joperaw mil-livell lokali sal-livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, dawn jinkludu organizzazzjonijiet urbani u rurali, formali u informali. Il-korpi jew l-atturi l-oħrajn li mhumiex speċifikament esklużi b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati meta dan ikun neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)  Bi qbil mal-Kunsens għall-Iżvilupp, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jrawmu l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u tal-awtoritajiet lokali (LAs) fil-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u għall-implimentazzjoni tal-SDGs, iter alia fis-setturi tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja soċjali u bħala fornituri ta' servizzi soċjali bażiċi lill-popolazzjonijiet l-aktar fil-bżonn. Huma jenħtieġ li jirrikonoxxu r-rwoli multipli tal-OSĊ u tal-LAs, dawn tal-aħħar bħala promoturi ta' approċċ territorjali għall-iżvilupp, inklużi proċessi ta' deċentralizzazzjoni, parteċipazzjoni, sorveljanza u akkontabbiltà. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jippromwovu spazju operattiv u ambjent abilitanti għall-OSĊ, u jkomplu jsaħħu l-appoġġ tagħhom favur il-bini tal-kapaċitajiet tal-OSĊ u tal-LAs sabiex isaħħu l-vuċi tagħhom fil-proċess ta' żvilupp sostenibbli u djalogu politiku, soċjali u ekonomiku avvanzat, inkluż permezz ta' programmi dwar il-faċilitajiet tas-soċjetà ċivili.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 26b (ġdida)
(26b)   L-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tippromwovi l-involviment strateġiku ikbar tagħhom fl-istrumenti u l-programmi esterni kollha, inklużi l-programmi ġeografiċi u l-azzjonijiet ta' rispons rapidu skont dan ir-Regolament, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar "L-għeruq tad-demokrazija u żvilupp sostenibbli: l-involviment tal-Ewropa mas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet esterni".
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni li jimplimentaw il-Ftehim ta' Pariġi u l-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan ir-Regolament se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tintlaħaq il-mira ġenerali li 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE ikunu b'appoġġ għal għanijiet tal-klima. L-azzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 25 % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv għal għanijiet tal-klima. Azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u l-kontribuzzjoni kumplessiva minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun parti mill-evalwazzjonijiet rilevanti u mill-proċessi ta' rieżami.
(28)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, li jitħares l-ambjent u li jiġi miġġieled it-telf tal-bijodiversità, skont l-impenji tal-Unjoni li jimplimentaw il-Ftehim ta' Pariġi, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika u ambjentali tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tintlaħaq il-mira ġenerali tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni b'appoġġ għal għanijiet tal-klima u jappoġġa azzjonijiet b'kobenefiċċji ċari u identifikabbli fis-setturi kollha. L-azzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 45 % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv għall-għanijiet tal-klima, il-ġestjoni u l-protezzjoni ambjentali, il-bijodiversità u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, filwaqt li 30 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv jenħtieġ li jkun iddedikat għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u l-kontribuzzjoni kumplessiva minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun parti mill-evalwazzjonijiet rilevanti u mill-proċessi ta' rieżami. L-azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam jenħtieġ li tiffavorixxi l-aderenza mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-Konvenzjonijiet ta' Rio, u ma tikkontribwixxix għad-degradazzjoni ambjentali jew tikkawża ħsara lill-ambjent jew lill-klima. L-azzjonijiet u l-miżuri li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira dwar il-klima jenħtieġ li jenfasizzaw b'mod speċjali l-appoġġ għall-adattament għat-tibdil fil-klima f'pajjiżi foqra u vulnerabbli ħafna, u jenħtieġ li jqisu r-relazzjoni bejn il-klima, il-paċi u s-sigurtà, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-ġlieda kontra l-faqar. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u jippromwovi agrikoltura, ġestjoni tal-foresti u attivitajiet ta' estrazzjoni sostenibbli u sikuri.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Huwa essenzjali li tiżdied il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni ma' pajjiżi sħab, ħalli jitgawdew il-benefiċċji ta' migrazzjoni ġestita tajjeb u regolari u tiġi indirizzata effettivament il-migrazzjoni irregolari. Tali kooperazzjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi biex jiġi żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari, it-titjib tal-ġestjoni tal-fruntieri u li jsiru sforzi fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' migranti, u ssir ħidma fuq ir-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni meta rilevanti, fuq il-bażi tal-akkontabbiltà reċiproka u r-rispett sħiħ tal-obbligi umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk, il-kooperazzjoni effettiva tal-pajjiżi terzi mal-Unjoni f'dan il-qasam jenħtieġ li ssir element integrali mill-prinċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament. Aktar koerenza bejn il-migrazzjoni u l-politiki tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija importanti biex jiġi żgurat li l-assistenza għall-iżvilupp tappoġġa lill-pajjiżi sħab jimmaniġġaw il-migrazzjoni b'mod aktar effettiv. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal approċċ koordinat, olistiku u strutturat għall-migrazzjoni, billi jimmassimizza s-sinerġiji u japplika l-ingranaġġ meħtieġ.
(29)  Il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni ma' pajjiżi sħab tista' twassal biex jinsilet benefiċċju reċiproku mill-migrazzjoni ordnata, sikura u responsabbli u biex jiġu indirizzati b'mod effettiv il-migrazzjoni irregolari u l-ispostament sfurzat. Tali kooperazzjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi biex jiġu ffaċilitati mogħdijiet sikuri u legali għall-migrazzjoni u l-asil, jiġi żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament sfurzat, ikun hemm kollaborazzjoni mad-dijaspori, tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri u jiġu segwiti sforzi fl-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' migranti, u ssir ħidma fuq ir-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni sikuri, dinjitużi u sostenibbli meta rilevanti, b'mod li jkun sensittiv għall-kunflitti fuq il-bażi tal-akkontabbiltà reċiproka, u b'rispett sħiħ tal-obbligi umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem skont id-dritt internazzjonali u dak tal-Unjoni. Il-koerenza bejn il-politiki tal-migrazzjoni u dawk tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija importanti biex jiġi żgurat li l-assistenza għall-iżvilupp tappoġġa lill-pajjiżi sħab biex jiġġieldu l-faqar u l-inugwaljanza, jippromwovu d-drittijiet u l-libertajiet, kif ukoll biex isir kontribut għal ġestjoni tal-migrazzjoni ordnata, sikura u responsabbli. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal approċċ koordinat, olistiku u strutturat għall-migrazzjoni, billi jimmassimizza s-sinerġiji u l-impatt pożittiv tal-migrazzjoni u l-mobbiltà fuq l-iżvilupp.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi għall-isfidi, il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet relatati mal-migrazzjoni, f'komplementarjetà mal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni. Sabiex jikkontribwixxi għal dan il-għan, u mingħajr preġudizzju għaċ-ċirkustanzi mhux previsti, 10 % mill-pakkett finanzjarju tiegħu huma mistennija jkunu ddedikati biex jiġu indirizzati l-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u tal-ispostament sfurzat u biex tiġi appoġġata l-ġestjoni u l-governanza tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tar-refuġjati u d-drittijiet tal-migranti fl-għanijiet ta' dan ir-Regolament.
(30)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi għall-isfidi, il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet relatati mal-migrazzjoni, f'komplementarjetà mal-politiki tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp. Biex jikkontribwixxi għal dak l-għan, sabiex tiġi mmassimizzata l-kontribuzzjoni tal-migrazzjoni għall-iżvilupp, u mingħajr preġudizzju għal ħtiġijiet ġodda jew sfidi emerġenti ġodda, huwa mistemmi li massimu ta' 10 % mill-pakkett finanzjarju tiegħu jkun iddedikat biex jiġu indirizzati l-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u tal-ispostament sfurzat u biex jiġi appoġġat impenn imsaħħaħ favur il-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni sikura ordnata, regolari u responsabbli u l-implimentazzjoni ta' politiki ppjanati u ġesti tajjeb, inkluża l-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti u tar-refuġjati abbażi tad-dritt internazzjonali u dak privat fl-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-indirizzar tal-fenomenu tal-eżodu ta' mħuħ u biex jgħin fl-appoġġ tal-ħtiġijiet tal-persuni spostati u tal-komunitajiet ospitanti, b'mod partikolari permezz tal-għoti ta' aċċess għal opportunitajiet ta' għajxien u servizzi bażiċi.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 30a (ġdida)
(30a)   Is-servizzi u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) urew li jippermettu l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv. Dawn jistgħu jkunu kruċjali għat-titjib tal-ħajja taċ-ċittadini anke fl-ifqar pajjiżi, b'mod partikolari billi jsaħħu l-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, itejbu l-governanza demokratika u t-trasparenza, u jagħtu spinta l-produttività u l-ħolqien tal-impjiegi. Madankollu, il-konnettività u l-affordabbiltà għadhom problema kemm madwar ir-reġjuni kif ukoll fihom, peress li jeżistu varjazzjonijiet kbar bejn il-pajjiżi bi dħul għoli u dawk bi dħul iktar baxx u bejn il-bliet u ż-żoni rurali. Għalhekk, dan ir-regolament jenħtieġ li jgħin lill-Unjoni biex tkompli tintegra d-diġitalizzazzjoni fil-politiki ta' żvilupp tal-Unjoni.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 30b (ġdida)
(30b)  L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata b'Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, issottolinjat l-importanza tal-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi kemm bħala Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) 16 kif ukoll sabiex jinkisbu eżiti oħrajn tal-politika ta' żvilupp. L-SDG 16 jitlob speċifikament "It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet nazzjonali rilevanti, inkluż permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali, għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-livelli kollha, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex tiġi evitata l-vjolenza u jiġu missielta t-terroriżmu u l-kriminalità".
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 30c (ġdida)
(30c)  Fil-Communiqué tal-Laqgħa ta' Livell Għoli tad-19 ta' Frar 2016, il-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi aġġorna d-direttivi ta' rappurtar tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà. Il-finanzjament tal-azzjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament jikkostitwixxi Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp meta jissodisfa l-kriterji stabbiliti f'dawk id-direttivi ta' rappurtar jew kwalunkwe direttiva ta' rappurtar sussegwenti, li dwarha jkun jista' jaqbel il-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 30d (ġdida)
(30d)  Il-bini tal-kapaċitajiet b'appoġġ għall-iżvilupp u s-sigurtà għall-iżvilupp jenħtieġ li jintuża f'każijiet eċċezzjonali biss, meta l-għanijiet tar-Regolament ma jkunux jistgħu jintlaħqu permezz ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp oħra. L-għoti ta' appoġġ lill-atturi tas-settur tas-sigurtà fil-pajjiżi terzi, inkluż, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-militar, f'kuntest ta' prevenzjoni tal-kunflitti, ġestjoni tal-kriżi jew stabbilizzazzjoni huwa essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet xierqa għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp. Il-governanza tajba, il-kontroll demokratiku u s-sorveljanza ċivili effettivi tas-sistema tas-sigurtà, inkluż fir-rigward tal-militar, kif ukoll il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u mal-prinċipji tal-istat tad-dritt huma attributi essenzjali ta' Stat li jiffunzjona tajjeb fi kwalunkwe kuntest, u jenħtieġ li jiġu promossi permezz ta' appoġġ għal riforma tas-settur tas-sigurtà usa' lill-pajjiżi terzi.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 30e (ġdida)
(30e)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jibni fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni mill-Kummissjoni mitluba għal Ġunju 2020, li se tinkludi konsultazzjoni pubblika mifruxa b'diversi partijiet ikkonċernati, valutazzjoni tal-koerenza tal-bini tal-kapaċitajiet b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp fl-ambitu tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp iffinanzjata mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-Istrateġija Globali u l-Għanijiet ta' Żvilupp tan-NU.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 30f (ġdida)
(30f)  L-Unjoni jenħtieġ li tippromwovi wkoll approċċ sensittiv għall-kunflitti u sensittiv għas-sessi fl-azzjonijiet u l-programmi kollha skont dan ir-Regolament, bl-għan li jiġu evitati impatti negattivi u jiġu massimizzati dawk pożittivi.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(32)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' applikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-ħtiġijiet, il-preferenzi u l-kuntest speċifiku tas-sħab, ir-rilevanza, is-sostenibbiltà u l-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mal-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/10461a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament Finanzjarju"). Ir-rwol tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) bħala fondazzjoni awtorizzata permezz tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-appoġġ tad-demokrazija, is-soċjetà ċivili u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja jenħtieġ li jissaħħaħ u jiġi inkrimentat skont dan ir-Regolament. L-EED jenħtieġ li jingħata l-flessibbiltà amministrattiva u l-opportunitajiet finanzjarji biex jinħarġu għotjiet immirati lill-atturi tas-soċjetà ċivili fil-Viċinat Ewropew għall-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-iżvilupp tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-elezzjonijiet ħielsa u l-istat tad-dritt.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli + ("EFSD+") il-ġdid, li jibni fuq il-predeċessur ta' suċċess tiegħu, l-EFSD70, jenħtieġ li jikkostitwixxi pakkett finanzjarju integrat li jipprovdi kapaċità ta' finanzjament fil-forom ta' għotjiet, garanziji u strumenti finanzjarji oħra madwar il-dinja kollha. L-EFSD+ jenħtieġ li jappoġġa l-Pjan ta' Investiment Estern u jikkombina operazzjonijiet ta' taħlit u ta' garanziji baġitarji koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, inklużi dawk li jkopru r-riskji sovrani assoċjati ma' operazzjonijiet ta' self, preċedentement imwettqa taħt il-mandat ta' self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Minħabba r-rwol tiegħu skont it-Trattati u l-esperjenza tiegħu matul dawn l-aħħar deċennji jappoġġa l-politiki tal-Unjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment jenħtieġ jibqa' sieħeb naturali tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet taħt il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
(33)  Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli + ("EFSD+") il-ġdid, li jibni fuq il-predeċessur tiegħu, l-EFSD70, jenħtieġ li jikkostitwixxi pakkett finanzjarju integrat li jipprovdi kapaċità ta' finanzjament fil-forma ta' għotjiet, garanziji u strumenti finanzjarji oħra madwar id-dinja kollha. L-EFSD+ jenħtieġ li jappoġġa l-Pjan ta' Investiment Estern u jikkombina operazzjonijiet ta' taħlit u ta' garanziji baġitarji koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, inklużi dawk li jkopru r-riskji sovrani assoċjati ma' operazzjonijiet ta' self, preċedentement imwettqa taħt il-mandat ta' self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Minħabba r-rwol tiegħu skont it-Trattati u l-esperjenza tiegħu matul dawn l-aħħar deċennji jappoġġa l-politiki tal-Unjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment jenħtieġ jibqa' sieħeb naturali tal-Kummissjoni għall-applikazzjoni ta' operazzjonijiet taħt il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Banek Nazzjonali tal-Iżvilupp (NDBs) tal-UE jew Banek Multilaterali tal-Iżvilupp (MDBs) oħra għandhom ukoll ħiliet u kapital li jistgħu jġibu magħhom valur sinifikanti għall-impatt tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni u għalhekk jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tagħhom skont l-EFSD+ tiġi promossa wkoll bil-qawwa permezz ta' dan ir-Regolament.
__________________
__________________
70 Ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (European Fund for Sustainable Development, EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD.
70 Ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (European Fund for Sustainable Development, EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Premessa 34
(34)  L-EFSD + jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġaw l-investimenti bħala mezz li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli permezz tat-trawwim ta' żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli u inklużiv u billi jippromwovi r-reżiljenza soċjoekonomika tal-pajjiżi sħab, b'enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar, it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien ta' impjiegi diċenti, l-opportunitajiet ekonomiċi, il-ħiliet u l-intraprenditorija, is-setturi soċjoekonomiċi, l-intrapriżi mikro, żgħar u medji, kif ukoll billi jiġu indirizzati l-kawżi soċjoekonomiċi speċifiċi tal-migrazzjoni irregolari, f'konformità mad-dokumenti rilevanti ta' programmazzjoni indikattiva. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u lill-pajjiżi fqar b'ħafna dejn.
(34)  L-EFSD + jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġa l-investimenti bħala mezz kif jikkontribwixxi biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli permezz tat-trawwim ta' żvilupp ekonomiku, kulturali u soċjali sostenibbli u inklużiv u l-promozzjoni tar-reżiljenza soċjoekonomika tal-pajjiżi sħab, b'enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar, il-prevenzjoni tal-funflitti u l-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi, ġusti u inklużivi, il-progress ekonomiku sostenibbli u inklużiv, l-indirizzar tat-tibdil fil-klima permezz tal-mitigazzjoni u l-adattament, id-degradazzjoni ambjentali, u l-ħolqien ta' opportunitajiet ekonomiċi u impjiegi diċenti f'konformità mal-istandards rilevanti tal-ILO, b'mod partikolari għan-nisa, iż-żgħażagħ u l-persuni vulnerabbli. Jenħtieġ li ssir enfasi fuq l-għoti ta' edukazzjoni ta' kwalità inklużiva u ekwa, u l-iżvilupp tal-ħiliet u l-intraprenditorija permezz tat-tisħiħ tal-istrutturi edukattivi u kulturali, inkluż b'rabta mat-tfal f'sitwazzjonijiet ta' spostament sfurzat u emerġenzi umanitarji. Għandu jkollu wkoll l-għan li jappoġġa ambjent ta' investiment stabbli, l-industrijalizzazzjoni, is-setturi soċjoekonomiċi, il-kooperattivi, l-intrapriżi soċjali, l-intrapriżi mikro, żgħar u medji kif ukoll it-tisħiħ tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem, li n-nuqqas tagħhom spiss jikkostitwixxi l-kawżi soċjoekonomiċi speċifiċi tal-migrazzjoni irregolari u ċ-ċaqliq sfurzat, f'konformità mad-dokumenti rilevanti ta' programmazzjoni indikattiva. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u lill-pajjiżi fqar b'ħafna dejn. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni speċjali fir-rigward tat-titjib tal-għoti ta' servizzi pubbliċi bażiċi essenzjali, tas-sigurtà tal-ikel, u tal-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjonijiet urbani li qed jikbru b'mod rapidu, inkluż permezz ta' akkomodazzjoni adegwata, sikura u affordabbli. Jenħtieġ li l-EFSD+ jinkoraġġixxi s-sħubijiet bi skop ta' qligħ/mingħajr skop ta' qligħ bħala mezz biex l-investimenti tas-settur privat jiġi ggwidat lejn l-iżvilupp sostenibbli u l-qerda tal-faqar. L-involviment strateġiku tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi sħab jenħtieġ li jiġi promoss ukoll fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-proġett, sabiex jinstabu soluzzjonijiet imfassla apposta għall-promozzjoni tal-iżvilupp soċjoekonomiku tal-komunitajiet, il-ħolqien tal-impjiegi u opportunitajiet ġodda ta' negozju. L-investimenti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-analiżi tal-kunflitti, jiffukaw fuq il-kawżi ewlenin tal-kunflitti, il-fraġilità u l-instabbiltà, filwaqt li jimmassimizzaw il-potenzjal għat-trawwim tal-paċi u jimminimizzaw ir-riskji li l-kunflitti jaggravaw.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Premessa 35
(35)  Jenħtieġ li l-EFSD+ jimmassimizza l-addizjonalità tal-finanzjament, jindirizza l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, irendi prodotti innovattivi u jattira fondi mis-settur privat. Jenħtieġ li l-involviment tas-settur privat fil-kooperazzjoni tal-Unjoni mal-pajjiżi sħab permezz tal-EFSD+ iħalli impatt addizzjonali u li jkun jista' jitkejjel fuq l-iżvilupp mingħajr distorsjoni fis-suq u jenħtieġ li dan ikun kosteffikaċi bbażat fuq l-akkontabbiltà reċiproka u l-kondiviżjoni tar-riskju u tal-kostijiet. Jenħtieġ li l-EFSD+ jopera bħala "one-stop-shop", billi jirċievi proposti ta' finanzjament mingħand istituzzjonijiet finanzjarji u investituri pubbliċi jew privati u li jagħti firxa wiesgħa ta' appoġġ finanzjarju għall-investimenti eliġibbli.
(35)  Jenħtieġ li l-EFSD+ jimmassimizza l-addizjonalità tal-finanzjament, jindirizza l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, irendi prodotti innovattivi u jattira fondi mis-settur privat biex tiġi ottimizzata l-kontribuzzjoni tal-finanzjament privat għall-iżvilupp sostenibbli lokali. Jenħtieġ li l-involviment tas-settur privat fil-kooperazzjoni tal-Unjoni mal-pajjiżi sħab permezz tal-EFSD+ iħalli impatt addizzjonali u li jkun jista' jitkejjel fuq l-iżvilupp b'rispett sħiħ tal-ambjent u d-drittijiet u l-għajxien tal-komunitajiet lokali u mingħajr distorsjoni fis-suq lokali u kompetizzjoni mhux xierqa mal-atturi ekonomiċi lokali. Jenħtieġ li dan ikun kosteffikaċi u bbażat fuq l-akkontabbiltà reċiproka u l-kondiviżjoni tar-riskju u tal-kostijiet. Jenħtieġ li l-EFSD+, filwaqt li bbażat fuq kriterji ta' akkontabbiltà reċiproka u trasparenza adegwati, jopera bħala "one-stop-shop", billi jirċievi proposti ta' finanzjament mingħand istituzzjonijiet finanzjarji u investituri pubbliċi jew privati u jagħti firxa wiesgħa ta' appoġġ finanzjarju għall-investimenti eliġibbli.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Premessa 35a (ġdida)
(35a)  Garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet ta' investimenti sovrani fis-settur pubbliku jenħtieġ li tifforma parti mill-EFSD+. Dik il-garanzija tal-UE jenħtieġ li ma tkunx estiża għal operazzjonijiet ta' investimenti sovrani li jinvolvu self ta' fondi mislufa lis-settur privat jew self lil entitajiet sottosovrani, jew għall-benefiċċju tagħhom, li jistgħu jaċċessaw finanzjament sottosovran mingħajr garanziji sovrani. Sabiex il-BEI ikun megħjun fl-ippjanar tal-kapaċità tiegħu, jenħtieġ li jiġi allokat lill-BEI volum minimu garantit ta' tali operazzjonijiet ta' investimenti sovrani.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tibni fuq il-Garanzija tal-EFSD u fuq il-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni. Jenħtieġ li l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tappoġġa l-operazzjonijiet tal-EFSD+ koperti mill-garanziji baġitarji, mill-assistenza makrofinanzjarja u mis-self lil pajjiżi terzi fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom71. Dawn l-operazzjonijiet jenħtieġ li jkunu appoġġati minn approprjazzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' dawk permezz tar-Regolament (UE) Nru .../... (IPA III) u permezz tar-Regolament (UE) Nru .../... (EINS), li jenħtieġ li jkopru wkoll il-proviżjonament u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn self ta' assistenza makrofinanzjarja u minn self lil pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS, rispettivament. Meta tiffinanzja operazzjonijiet EFSD+, jenħtieġ li tingħata prijorità lil dawk li jkollhom impatt għoli fuq il-ħolqien tal-impjiegi u li l-proporzjon tal-kostijiet u l-benefiċċji tagħhom itejjeb is-sostenibbiltà tal-investiment. Jenħtieġ li l-operazzjonijiet appoġġati bil-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jkunu akkumpanjati b'valutazzjoni ex ante dettaljata tal-aspetti ambjentali, finanzjarji u soċjali, kif ikun xieraq u f'konformità mar-rekwiżiti għal regolamentazzjoni aħjar. Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li ma tintużax biex tipprovdi servizzi pubbliċi essenzjali, li jibqgħu r-responsabbiltà tal-gvern nazzjonali.
(36)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tibni fuq il-Garanzija tal-EFSD u fuq il-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni. Jenħtieġ li l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tappoġġa l-operazzjonijiet tal-EFSD+ koperti mill-garanziji baġitarji, mill-assistenza makrofinanzjarja u mis-self lil pajjiżi terzi fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom71. Dawn l-operazzjonijiet jenħtieġ li jkunu appoġġati minn approprjazzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' dawk permezz tar-Regolament (UE) Nru .../... (IPA III) u permezz tar-Regolament (UE) Nru .../... (EINS), li jenħtieġ li jkopru wkoll il-proviżjonament u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn self ta' assistenza makrofinanzjarja u minn self lil pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS, rispettivament. Fil-finanzjament tal-operazzjonijiet tal-EFSD+, jenħtieġ li tingħata prijorità lil dawk l-operazzjonijiet li jkollhom impatt għoli fuq il-ħolqien ta' impjiegi u għajxien deċenti u li l-proporzjon tal-kostijiet u l-benefiċċji tagħhom itejjeb is-sostenibbiltà tal-investiment, u li jipprovdu l-ogħla garanziji ta' sostenibbiltà u impatt tal-iżvilupp fit-tul permezz tas-sjieda lokali. Jenħtieġ li l-operazzjonijiet appoġġati bil-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jkunu akkumpanjati b'valutazzjoni ex ante dettaljata tal-aspetti ambjentali, finanzjarji u soċjali, inkluż l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-għajxien ta' komunitajiet affettwati u l-impatt fuq l-inugwaljanzi u l-identifikazzjoni ta' modi biex jiġu indirizzati dawk l-inugwaljanzi f'konformità mar-rekwiżiti għal regolamentazzjoni aħjar u filwaqt li jitqies kif xieraq il-prinċipju ta' kunsens liberu u infurmat minn qabel tal-komunitajiet affettwati f'investimenti relatati mal-art. Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li ma tintużax biex tipprovdi servizzi pubbliċi essenzjali, li jibqgħu r-responsabbiltà tal-gvern nazzjonali. Il-valutazzjonijiet tal-impatt ex post jenħtieġ li jkejlu wkoll l-impatt tal-iżvilupp tal-operazzjonijiet EFSD+.
__________________
__________________
71 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom tad-29 ta' Marzu 1977 li tagħti l-jedd lill-Kummissjoni li toħroġ self tal-Euratom sabiex tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' power stations nukleari (ĠU L 88, 6.4.1977, p. 9).
71 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom tad-29 ta' Marzu 1977 li tagħti l-jedd lill-Kummissjoni li toħroġ self tal-Euratom sabiex tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' power stations nukleari (ĠU L 88, 6.4.1977, p. 9).
Emenda 54
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  Sabiex tiġi prevista l-flessibbiltà, tiżdied l-attrazzjoni għas-settur privat u jiġi mmassimizzat l-impatt tal-investimenti, jenħtieġ li tingħata deroga mir-regoli relatati mal-metodi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju, fir-rigward tal-kontropartijiet eliġibbli. Dawk il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jkunu wkoll korpi li ma jkunux fdati bl-implimentazzjoni ta' xi sħubija pubblika privata u jistgħu jkunu wkoll korpi regolati b'liġi privata ta' pajjiż sieħeb.
(37)  Sabiex tiġi prevista l-flessibbiltà, tiżdied l-attrazzjoni għas-settur privat, tiġi promossa l-kompetizzjoni ġusta u jiġi mmassimizzat l-impatt tal-investimenti, jenħtieġ li tingħata deroga mir-regoli relatati mal-metodi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju, fir-rigward tal-kontropartijiet eliġibbli. Dawk il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jkunu wkoll korpi li ma jkunux fdati bl-implimentazzjoni ta' xi sħubija pubblika privata u jistgħu jkunu wkoll korpi regolati bid-dritt privat ta' pajjiż sieħeb.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Premessa 39
(39)  Azzjonijiet esterni huma ta' spiss implimentati f'ambjent volatili ħafna li jkun jeħtieġ adattament kontinwu u rapidu għall-ħtiġijiet li jevolvu tas-sħab tal-Unjoni u għall-isfidi dinjija għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba, is-sigurtà u l-istabbiltà, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, l-oċeani, u l-kriżi tal-migrazzjoni u l-kawżi ewlenin tagħha. Ir-rikonċiljazzjoni tal-prinċipju tal-prevedibbiltà mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda konsegwentement ifisser l-adattament tal-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi. Biex tiżdied il-kapaċità tal-UE li tirrispondi għal ħtiġijiet mhux previsti, u billi jibni fuq l-esperjenza ta' suċċess tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), ammont jenħtieġ li jitħalla mhux allokat bħala riżerva għall-isfidi u l-prijoritajiet li jinħolqu. Jenħtieġ li din ir-riżerva tiġi mobilizzata skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(39)  L-azzjonijiet esterni ta' spiss jiġu applikati f'ambjent volatili ħafna li jkun jeħtieġ adattament kontinwu u rapidu għall-ħtiġijiet li jevolvu tas-sħab tal-Unjoni u għall-isfidi dinjija għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-governanza tajba, is-sigurtà u l-istabbiltà, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, l-oċeani, u l-migrazzjoni, inklużi l-kawżi ewlenin tagħha bħall-faqar u l-inugwaljanza, u l-impatt tan-numru li qed jiżdied ta' persuni spustati, speċjalment fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ir-rikonċiljazzjoni tal-prinċipju tal-prevedibbiltà mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda konsegwentement tfisser l-adattament tal-applikazzjoni finanzjarja tal-programmi. Biex tiżdied il-kapaċità tal-UE li tirrispondi għal ħtiġijiet mhux koperti minn programmi u dokumenti ta' programmazzjoni, abbażi tal-esperjenza ta' suċċess tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), ammont definit minn qabel jenħtieġ li jitħalla mhux allokat bħala riżerva għall-isfidi u l-prijoritajiet li jinħolqu. Jenħtieġ li din ir-riżerva tiġi mobilizzata f'każijiet debitament ġustifikati skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Premessa 42
(42)  Sabiex jissaħħu s-sjieda tal-proċessi ta' żvilupp min-naħa tal-pajjiżi sħab u s-sostenibbiltà tal-assistenza esterna, jenħtieġ li l-Unjoni, fejn ikun rilevanti, tiffavorixxi l-użu tal-istituzzjonijiet proprji tal-pajjiżi sħab u tas-sistemi u l-proċeduri tal-pajjiżi sħab għal kull aspett taċ-ċiklu tal-proġett għall-kooperazzjoni.
(42)  Sabiex jissaħħu s-sjieda demokratika tal-proċessi ta' żvilupp min-naħa tal-pajjiżi sħab u s-sostenibbiltà tal-assistenza esterna, jenħtieġ li l-Unjoni, fejn ikun rilevanti, tiffavorixxi l-użu tal-istituzzjonijiet, ir-riżorsi u l-għarfien espert proprji tal-pajjiżi sħab, u tas-sistemi u l-proċeduri tal-pajjiżi sħab għal kull aspett taċ-ċiklu tal-proġett għall-kooperazzjoni filwaqt li jiġu żgurati l-għarfien espert u r-riżorsi lokali u l-involviment sħiħ tas-soċjetà ċivili u tal-gvernijiet lokali. L-Unjoni jenħtieġ li tipprovdi wkoll programmi ta' taħriġ dwar kif issir applikazzjoni għall-finanzjament tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-ħaddiema taċ-ċivil tal-awtoritajiet lokali bl-għan li tgħinhom itejbu l-eliġibbiltà u l-effiċjenza tal-proġetti tagħhom. Dawn il-programmi jenħtieġ li jitwettqu fil-pajjiżi kkonċernati, ikunu disponibbli fil-lingwa tal-pajjiż u jikkomplementaw kwalunkwe programm ta' tagħlim mill-bogħod li jkun stabbilit ukoll, sabiex ikun żgurat taħriġ immirat li jwieġeb għall-ħtiġijiet ta' dak il-pajjiż.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Premessa 44a (ġdida)
(44a)  Sabiex jikkontribwixxi għall-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, il-frodi, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, il-finanzjament kollu permezz ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi pprovdut b'mod kompletament trasparenti. Barra minn hekk, il-kontropartijiet eliġibbli jenħtieġ li ma jappoġġaw l-ebda attività mwettqa għal skopijiet illegali u ma jipparteċipaw fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament jew investiment permezz ta' mezz li jkun jinsab f'ġurisdizzjoni li ma tikkooperax jew f'rifuġju fiskali. Il-kontropartijiet jenħtieġ li joqogħdu lura wkoll milli jagħmlu kwalunkwe użu ta' evitar tat-taxxa jew ta' skemi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Premessa 45
(45)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
imħassar
__________________
77 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
Emenda 59
Proposta għal regolament
Premessa 46
(46)  Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward mir-rati ta' proviżjonament stipulati fl-Artikolu 26(3), l-oqsma ta' kooperazzjoni u ta' intervent elenkati fl-Annessi II, III u IV, l-oqsma ta' prijorità tal-operazzjonijiet EFSD+ elenkati fl-Anness V, il-governanza tal-EFSD+ fl-Anness VI, biex tirrieżamina jew tikkumplimenta l-indikaturi fl-Anness VII meta jkun hemm bżonn u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.
(46)  Sabiex jiġu ssupplimentati elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-istrateġija tal-Unjoni, l-oqsma ta' prijorità, l-għanijiet dettaljati, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni u l-allokazzjoni finanzjarja u l-modalitajiet ta' kooperazzjoni speċifiċi għal kull programm ġeografiku u tematiku, kif ukoll għal pjanijiet ta' azzjoni u miżuri mhux ibbażati fuq dokumenti ta' programmazzjoni li jistabbilixxu qafas operazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, l-istabbiliment ta' qafas ta' ġestjoni tar-riskji, id-deċiżjonijiet dwar il-ħtiġijiet mhux koperti minn programmi jew dokumenti ta' programmazzjoni, id-deċiżjonijiet dwar is-sospensjoni tal-assistenza, l-istabbiliment tal-qafas ta' approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni, l-istabbiliment tar-rati ta' proviżjonament, l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni u l-estensjoni tal-ambitu tal-azzjonijiet għal pajjiżi u territorji mhux koperti b'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu emendati elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-oqsma ta' kooperazzjoni u ta' intervent elenkati fl-Annessi II, III u IV, l-oqsma ta' prijorità tal-operazzjonijiet EFSD+ u t-twieqi ta' investiment elenkati fl-Anness V, kif ukoll l-indikaturi elenkati fl-Anness VII.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Premessa 47
(47)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta' April 201678, hemm il-ħtieġa li dan il-programm jiġi evalwat fuq l-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni u piżijiet amministrattivi żejda, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Fejn xieraq, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(47)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201678, hemm il-ħtieġa li dan il-programm jiġi evalwat fuq l-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni u piżijiet amministrattivi żejda, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki ma' partijiet ikkonċernati rilevanti bħas-soċjetà ċivili u l-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
__________________
__________________
78 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.
78 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Premessa 48
(48)  Ir-referenzi għall-istrumenti tal-Unjoni fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE, u li huma ssostitwiti b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jinqraw bħala referenzi għal dan ir-Regolament u l-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li dan ir-Regolament jiġi implimentat f'konformità mar-rwol tas-SEAE kif previst f'dik id-Deċiżjoni.
(48)  Minħabba n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni wiesa' ta' dan ir-Regolament u biex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-prinċipji, l-għanijiet u l-infiq kemm taħt dan ir-Regolament kif ukoll taħt strumenti oħra ta' finanzjament estern, bħar-Regolament (UE) .../... (EINS), jew Strumenti li huma intrinsikament marbuta ma' politiki esterni, bħar-Regolament (UE) .../... (IPA III), grupp ta' tmexxija orizzontali magħmul mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE u taħt il-presidenza tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) jew ta' rappreżentant ta' dak l-uffiċċju jenħtieġ li jkun responsabbli għat-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-politiki, il-programmi, l-għanijiet u l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-finanzjament estern tal-Unjoni. Il-VP/RGħ jenħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Għall-azzjonijiet kollha, inklużi l-azzjonijiet ta' rispons rapidu u l-miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, u matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmazzjoni, ippjanar u applikazzjoni tal-istrument, jenħtieġ li r-Rappreżentant Għoli u s-SEAE jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, identifikati abbażi tan-natura u l-għanijiet tal-azzjoni prevista, u jisfruttaw bl-aħjar mod l-għarfien espert tagħhom. Il-proposti kollha għal deċiżjonijiet jenħtieġ li jitħejjew skont il-proċeduri tal-Kummissjoni u jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-adozzjoni.
__________________
79 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
Emenda 62
Proposta għal regolament
Premessa 48a (ġdida)
(48a)  Jenħtieġ li fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, fejn rilevanti, jiġu żgurati l-komplementarjetà u l-konsistenza fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Unjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni fi ħdan il-qafas tal-Kapitolu Tnejn tat-Titolu V tat-TUE u l-miżuri adottati fi ħdan il-qafas tal-Parti Ħamsa tat-TFUE.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Premessa 49
(49)  L-azzjonijiet ippjanati kif previst hawn taħt jenħtieġ li jsegwu strettament il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-miżuri restrittivi tal-Unjoni,
imħassar
Emenda 64
Proposta għal regolament
Premessa 49a (ġdida)
(49a)  Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkun involut bis-sħiħ fil-fażijiet ta' disinn, programmazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-istrumenti sabiex jiġu żgurati l-kontroll politiku u l-iskrutinju u r-responsabbiltà demokratiċi tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna. Jenħtieġ li jiġi stabbilit djalogu msaħħaħ bejn l-istituzzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew ikun f'pożizzjoni li jeżerċita kontroll politiku waqt l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'mod sistematiku u bla xkiel sabiex b'hekk jissaħħu kemm l-effiċjenza kif ukoll il-leġittimità.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
(6a)  "organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili" tfisser l-istrutturi kollha mhux Statali, mhux għall-profitt, u mhux vjolenti, li bihom persuni jorganizzaw ruħhom biex isegwu għanijiet u ideali komuni, sew politiċi, kulturali, soċjali, ekonomiċi, reliġjużi jew ambjentali, jew biex iżommu responsabbli lill-awtoritajiet, li joperaw f'livell lokali, nazzjonali, reġjonali jew internazzjonali, u li jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet urbani u rurali kif ukoll formali u informali; "soċjetà ċivili", fil-kuntest tal-programm tematiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, tinkludi individwi jew gruppi li huma indipendenti mill-Istat u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem skont id-definizzjoni mogħtija mid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Dritt u r-Responsabbiltà tal-Individwi;
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)
(6b)  "awtoritajiet lokali" tfisser fergħat tal-awtoritajiet pubbliċi jew tal-gvern, li joperaw fil-livell subnazzjonali (pereżempju livell muniċipali, komunitarju, distrettwali, tal-kontea, provinċjali jew reġjonali).
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8
(8)  "kontributur" għandha tfisser Stat Membru, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali jew istituzzjoni pubblika ta' Stat Membru, aġenzija pubblika jew entitajiet oħrajn li jikkontribwixxu bi flus jew b'garanziji għall-fond komuni ta' proviżjonament.
(8)  "kontributur" tfisser Stat Membru, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali jew istituzzjoni pubblika ta' Stat Membru, aġenzija pubblika jew entitajiet pubbliċi jew privati oħrajn li jikkontribwixxu bi flus jew b'garanziji għall-fond komuni ta' proviżjonament.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
(8a)  "addizzjonalità" tfisser il-prinċipju li skontu jiġi żgurat li l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli permezz ta' operazzjonijiet li ma setgħux jitwettqu mingħajrha, jew li jiksbu riżultati pożittivi li jmorru lil hinn minn dak li seta' jinkiseb mingħajrha, kif ukoll li jiġi attirat il-finanzjament mis-settur privat u jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali kif ukoll it-titjib tal-kwalità, is-sostenibbiltà, l-impatt jew l-iskala ta' investiment. Il-prinċipju jiżgura wkoll li l-operazzjonijiet ta' investiment u finanzjament koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna ma jissostitwixxux l-appoġġ ta' Stat Membru, finanzjament privat jew intervent finanzjarju ieħor internazzjonali jew tal-Unjoni, u jevitaw li jeskludu investimenti pubbliċi jew privati oħrajn. Il-proġetti appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tipikament ikollhom profil ta' riskju ogħla mill-portafoll tal-investimenti appoġġat mill-kontropartijiet eliġibbli fil-qafas tal-politiki ta' investiment normali tagħhom mingħajr il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8b (ġdid)
(8b)  "pajjiżi industrijalizzati" tfisser pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi li qed jiżviluppaw inklużi fil-lista ta' riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp ("ODA") tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD ("OECD-DAC").
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8c (ġdid)
(8c)  "faqar" tfisser il-kundizzjonijiet kollha fejn in-nies huma mċaħħda u meqjusa bħala inabilitati f'soċjetajiet u kuntesti lokali differenti; id-dimensjonijiet fundamentali tal-faqar jinkludu l-kapaċitajiet ekonomiċi, umani, politiċi, soċjokulturali u protettivi.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8d (ġdid)
(8d)   "sensittività għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi" tfisser aġir bl-għan li jiġu mifhuma u kkunsidrati l-fatturi soċjali u kulturali involuti fid-diskriminazzjoni u l-esklużjoni bbażati fuq is-sess fl-isferi kollha tal-ħajja pubblika u u tal-ħajja privata;
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8e (ġdid)
(8e)   "sensittività għall-kunflitti" tfisser aġir bl-għan jkun mifhum li kwalunkwe inizjattiva mwettqa f'ambjent affettwat minn kunflitt se tinteraġixxi ma' dak il-kunflitt, u li tali interazzjoni se jkollha konsegwenzi li jista' jkollhom effetti pożittivi jew negattivi; is-sensittività għall-kunflitti tfisser ukoll li jiġi żgurat li, skont l-aħjar kapaċitajiet tagħha, l-azzjonijiet (politiċi, strateġiċi, ta' assistenza esterna) li tieħu l-Unjoni jevitaw li jkollhom impatt negattiv u jimmassimizzaw l-impatt pożittiv fuq id-dinamika tal-kunflitt, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-kunflitti, l-istabbiltà strutturali u l-konsolidazzjoni tal-paċi.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)
Meta ssir referenza għad-drittijiet tal-bniedem, għandha tinftiehem li tinkludi l-libertajiet fundamentali;
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 2 - paragrafu 1b (ġdid)
Fil-kuntest tal-Artikolu 15, "Il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn" jistgħu jinkludu wkoll il-pajjiżi elenkati fl-Anness I.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  L-għan ġenerali ta' dan ir-Regolament huwa li jsostni u jippromwovi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni madwar id-dinja sabiex jiġu segwiti l-għanijiet u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikoli 3(5), fl-Artikolu 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
1.  L-għan ġenerali ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju li jagħti lok li l-Unjoni ssostni u tippromwovi l-valuri, il-prinċipji u l-interessi fundamentali tagħha madwar id-dinja, b'konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikoli 3(5), fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fl-Artikoli 11 u 208 tat-TFUE.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet u l-impenji internazzjonali li l-Unjoni qablet magħhom, b'mod partikolari l-Aġenda 2030, l-SDGs u l-Ftehim ta' Pariġi;
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab)  li jiżviluppa relazzjoni speċjali msaħħa mal-pajjiżi fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Unjoni, ibbażata fuq il-kooperazzjoni, il-paċi u s-sigurtà, l-akkontabbiltà reċiproka u l-impenn kondiviż favur il-valuri universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-integrazzjoni soċjoekonomika u l-protezzjoni ambjentali u l-azzjoni klimatika;
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ac (ġdid)
(ac)  li jaħdem favur it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar, b'mod partikolari fil-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs); li jagħti lok għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli;
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  fil-livell dinji, li jikkonsolida u jappoġġa d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, aktar stabbiltà u paċi u li jindirizza sfidi dinjija oħra, inkluż il-migrazzjoni u l-mobbiltà;
(b)  fil-livell dinji, li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet lokali, li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi, li jipprevjeni l-kunflitti u jippromwovi soċjetajiet ġusti u inklużivi, li jaħdem favur il-multilateraliżmu, il-ġustizzja internazzjonali u l-akkontabbiltà, u li jindirizza sfidi dinjija u reġjonali oħra, inklużi t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali kif ukoll il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera, kif stabbilit fl-Anness III, inkluża l-promozzjoni tat-tisħiħ tal-fiduċja u relazzjonijiet tajba ta' viċinat;
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  li jipproteġi, jippromwovi u javvanza d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt kif ukoll l-ugwaljanza soċjali u bejn is-sessi, inkluż fl-aktar ċirkostanzi diffiċli u sitwazzjonijiet ta' urġenza, fi sħubija mas-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja;
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  li jirrispondi b'ħeffa għal: sitwazzjonijiet ta' kriżi, instabbiltà u kunflitt; sfidi għar-reżiljenza u jorbot l-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta' żvilupp; u l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera.
(c)  li jirrispondi b'ħeffa għal: sitwazzjonijiet ta' kriżi, instabbiltà u kunflitt; sfidi għar-reżiljenza u jorbot l-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta' żvilupp.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
3.  Mill-anqas 92 % tan-nefqa skont dan ir-Regolament għandha tissodisfa l-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, stabbiliti mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.
3.  Mill-anqas 95 % tan-nefqa skont dan ir-Regolament għandha tissodisfa l-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, stabbiliti mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi. Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi għall-mira kollettiva li 0,2 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni jmur għall-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u 0,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp fil-perjodu previst tal-Aġenda 2030.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Mill-anqas 20 % tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp iffinanzjata skont dan ir-Regolament, fil-programmi kollha, ġeografiċi u tematiċi, kull sena u matul id-durata kollha tal-azzjonijiet, għandha tkun delimitati għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, sabiex jiġi sostnut u msaħħaħ il-forniment ta' servizzi soċjali bażiċi, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni u l-protezzjoni soċjali, b'mod partikolari lill-persuni l-aktar marġinalizzati, u b'enfasi fuq in-nisa u t-tfal.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  Mill-anqas 85 % tal-programmi, ġeografiċi u tematiċi, iffinanzjati mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp skont dan ir-Regolament, għandu jkollhom l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet bħala għan prinċipali jew sinifikanti, kif definit mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD. Parti sinifikanti minn dawn il-programmi għandu jkollhom l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet bħala għan prinċipali.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat permezz ta':
1.  Il-finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandu jiġi applikat permezz ta':
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-programmi ġeografiċi jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha, ħlief il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali kif definiti fir-Regolament (UE) Nru …/… 80 . (IPA) u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropew kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (UE).
Il-programmi ġeografiċi jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha, ħlief il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru …/… 80 (IPA) u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropew kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (UE). Jistgħu jiġu stabbiliti programmi ġeografiċi b'kamp ta' applikazzjoni kontinentali jew transreġjonali, b'mod partikolari programm pan-Afrikan li jkopri l-pajjiżi Afrikani skont il-punti (a) u (b) u programm li jkopri l-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku skont il-punti (b), (c) u (d).
__________________
__________________
80 Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L ).
80 Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L ).
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili;
(b)  Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u Awtoritajiet Lokali;
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  Ħtiġijiet u Prijoritajiet tal-Politika Estera
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Il-programmi tematiċi jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha kif ukoll il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej kollha kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill/ (UE).
Il-programmi tematiċi jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha. Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej għandu jkollhom aċċess sħiħ għall-programmi tematiċi, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.../... (UE). Il-parteċipazzjoni effettiva tagħhom għandha tkun żgurata, b'kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom u l-isfidi partikolari li jridu jindirizzaw.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  jikkontribwixxu għall-istabbiltà u għall-prevenzjoni ta' kunflitti f'sitwazzjonijiet ta' urġenza, kriżi emerġenti, kriżi u wara kriżi;
(a)  jikkontribwixxu għall-paċi, għall-istabbiltà u għall-prevenzjoni ta' kunflitti f'sitwazzjonijiet ta' urġenza, kriżi emerġenti, kriżi u wara kriżi;
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-istati, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi u biex jorbtu l-azzjoni tal-għajnuna umanitarja u tal-iżvilupp;
(b)  jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-istati, inklużi l-awtoritajiet lokali, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi, u għall-irbit tal-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta' żvilupp;
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera.
imħassar
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
L-azzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati primarjament permezz ta' programmi ġeografiċi.
L-azzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati primarjament permezz ta' programmi ġeografiċi.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
L-azzjonijiet implimentati permezz tal-programmi tematiċi għandhom ikunu komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati bil-programmi ġeografiċi u għandhom jindirizzaw inizjattivi dinjija u transreġjonali biex jintlaħqu għanijiet miftehma internazzjonalment, b'mod partikolari l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, jiġu protetti beni pubbliċi dinjija jew jiġu indirizzati sfidi dinjija. L-azzjonijiet permezz ta' programmi tematiċi jistgħu jitwettqu wkoll fejn ma jkunx hemm programm ġeografiku, jew fejn dan ikun ġie sospiż, jew fejn ma jkunx hemm ftehim dwar l-azzjoni mal-pajjiż sieħeb ikkonċernat, jew fejn l-azzjoni ma tkunx tista' tiġi indirizzata adegwatament mill-programmi ġeografiċi.
L-azzjonijiet applikati permezz tal-programmi tematiċi għandhom ikunu komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati bil-programmi ġeografiċi u għandhom jappoġġaw inizjattivi dinjija u transreġjonali mmirati lejn il-kisba tal-għanijiet miftiehma internazzjonalment kif imsemmi fil-punt (aa) tal-Artikolu 3(2), kif ukoll il-protezzjoni tal-beni pubbliċi dinjija jew l-indirizzar ta' sfidi dinjija. L-azzjonijiet permezz ta' programmi tematiċi jistgħu jitwettqu wkoll b'mod indipendenti, inkluż fejn ma jkunx hemm programm ġeografiku, jew fejn dan ikun ġie sospiż, jew fejn ma jkunx hemm ftehim dwar l-azzjoni mal-pajjiż sieħeb ikkonċernat, jew fejn l-azzjoni ma tkunx tista' tiġi indirizzata adegwatament mill-programmi ġeografiċi.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 3
L-azzjonijiet ta' rispons rapidu għandhom ikunu komplementari għall-programmi ġeografiċi u tematiċi. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu mfassla u implimentati biex jippermettu, fejn rilevanti, il-kontinwità tagħhom taħt programmi ġeografiċi jew tematiċi.
L-azzjonijiet ta' rispons rapidu għandhom ikunu komplementari kemm għall-programmi ġeografiċi u tematiċi kif ukoll għall-azzjonijiet iffinanzjati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 [Ir-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja]. Dawk l-azzjonijiet għandhom jiġu mfassla u applikati biex tiġi permessa, fejn rilevanti, il-kontinwità tagħhom taħt programmi ġeografiċi jew tematiċi.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu assigurati l-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplimentarjetà ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, ma' politiki u programmi rilevanti oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.
1.  Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu assigurati l-konsistenza, il-koerenza, is-sinerġiji u l-komplimentarjetà mal-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi strumenti ta' finanzjament estern oħra, b'mod partikolari r-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament IPA III], kif ukoll miżuri adottati skont il-Kapitolu Tnejn tat-Titolu V tat-TUE u l-Parti Ħamsa tat-TFUE, ma' politiki u programmi rilevanti oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. L-Unjoni għandha tqis l-għanijiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li tapplika li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-programmi ta' appoġġ rispettivi tagħhom bl-għan li jżidu l-effikaċja u l-effiċjenza tat-twettiq tagħhom u jipprevjenu d-duplikazzjoni tal-finanzjament.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 5 - paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu kif xieraq il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 89 200 miljun fi prezzijiet attwali.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 82 451 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 93 154miljun fi prezzijiet attwali) [100 %].
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja
(a)  EUR 68 000 miljun għall-programmi ġeografiċi:
(a)  EUR 63 687 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 71 954 miljun fi prezzijiet attwali) [77,24%] għall-programmi ġeografiċi:
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1
–  Il-viċinat mill-inqas EUR 22 000 miljun,
–  Il-viċinat mill-inqas EUR 20 572 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 23 243 miljun fi prezzijiet attwali) [24,95 %],
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2
–  l-Afrika sub-Saħarjana mill-anqas EUR 32 000 miljun,
–  l-Afrika sub-Saħarjana mill-anqas EUR 30 723 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 34 711 miljun fi prezzijiet attwali) [37,26 %],
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 3
–  l-Asja u l-Paċifiku EUR 10 000 miljun,
–  l-Asja u l-Paċifiku EUR 8 851 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 10 000 miljun fi prezzijiet attwali) [10,73%], inkluż mill-anqas EUR 620 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 700 miljun fi prezzijiet attwali) għall-Paċifiku,
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 4
–  il-kontinent Amerikan u l-Karibew EUR 4 000 miljun,
–  il-kontinent Amerikan u l-Karibew EUR 3 540 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4 000 miljun fi prezzijiet attwali) [4,29 %], inklużi EUR 1 062 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 200 miljun fi prezzijiet attwali) għall-Karibew,
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – parti introduttorja
(b)  EUR 7 000 miljun għall-programmi tematiċi:
(b)  EUR 9 471 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 10 700 miljun fi prezzijiet attwali) għall-programmi tematiċi:
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 1
–  Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija EUR 1 500 miljun,
–  Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija EUR 1 770 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 000 miljun fi prezzijiet attwali) [2,15 %], b'sa 25 % tal-programm iddedikat għall-finanzjament tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE,
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 2
–  Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili EUR 1 500 miljun,
–  Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (OSĊ) u Awtoritajiet Lokali (LAs) EUR 2 390 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 700 miljun fi prezzijiet attwali) [2,90%], li minnhom EUR 1 947 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 200 miljun fi prezzijiet attwali) [2,36 %] għall-OSĊ u EUE 443 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 500 miljun fi prezzijiet attwali) [0,54 %] għal-LAs,
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 3
–  Stabbiltà u Paċi EUR 1 000 miljun,
–  Stabbiltà u Paċi EUR 885 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 000 miljun fi prezzijiet attwali) [1,07 %],
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 4
–  Sfidi Dinjija EUR 3 000 miljun,
–  Sfidi Dinjija EUR 3 983 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4 500 miljun fi prezzijiet attwali) [4,83 %],
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 - punt b – inċiż 4a (ġdid)
–  Ħtiġijiet u Prijoritajiet tal-Politika Estera EUR 443 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 500 miljun fi prezzijiet attwali) [0,54 %],
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c
(c)  EUR 4 000 miljun għal azzjonijiet ta' rispons rapidu.
(c)  EUR 3 098 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 3 500 miljun fi prezzijiet attwali) [3,76 %] għal azzjonijiet ta' rispons rapidu:
–  – Stabbiltà u prevenzjoni tal-kunflitti f'sitwazzjonijiet ta' urġenza, kriżi emerġenti, kriżi u wara kriżi EUR 1 770 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 000 miljun fi prezzijiet attwali) [2,15 %],
–  Tisħiħ tar-reżiljenza tal-istati, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi u rabta tal-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta' żvilupp EUR 1 328 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 500 miljun fi prezzijiet attwali) [1,61 %],
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  Ir-riżervi ta' EUR 10 200 miljun għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti għandhom iżidu l-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 f'konformità mal-Artikolu 15.
3.  Ir-riżervi ta' EUR 6 196 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 7 000 miljun fi prezzijiet attwali) [7,51 %], għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti għandhom iżidu l-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 f'konformità mal-Artikolu 15.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  L-azzjonijiet skont l-Artikolu 9 għandhom jiġu ffinanzjati sal-ammont ta' EUR 270 miljun.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 6 - paragrafu 4b (ġdid)
4b.  L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali matul il-proċedura baġitarja, wara li jkun intlaħaq ftehim dwar il-prijoritajiet bejn l-Istituzzjonijiet.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
Il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma' pajjiżi sħab, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta' summits jew il-konklużjonijiet ta' laqgħat ta' livell għoli ma' pajjiżi sħab, ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandhom jikkostitwixxu l-qafas kumplessiv ta' politika għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehimiet kummerċjali u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma' pajjiżi sħab, ir-rakkomandazzjonijiet u l-atti adottati fil-korpi mwaqqfa permezz ta' dawk il-ftehimiet, kif ukoll il-ftehimiet multilaterali rilevanti, l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta' summits u dikjarazzjonijiet internazzjonali oħra u l-konklużjonijiet ta' laqgħat ta' livell għoli ma' pajjiżi sħab, ir-riżoluzzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u r-riżoluzzjonijiet u l-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jikkostitwixxu l-qafas kumplessiv ta' politika għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  L-Unjoni għandha tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li fuqhom hija mibnija, permezz ta' djalogu u kooperazzjoni ma' pajjiżi u reġjuni sħab.
1.  L-Unjoni għandha tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida permezz ta' djalogu u kooperazzjoni ma' pajjiżi u reġjuni sħab, permezz ta' azzjoni fin-Nazzjonijiet Uniti u f'fora internazzjonali oħra u permezz tal-kooperazzjoni tagħha mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mal-awtoritajiet lokali u mal-atturi privati, il-prinċipji li fuqhom hija mibnija, jiġifieri d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali. Il-finanzjament skont dan ir-Regolament għandu jkun konformi ma' dawn il-prinċipji, kif ukoll mal-impenji tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  F'konformità mal-Artikoli 2 u 21 tat-TUE, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għandha tkun imsejsa fid-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali.
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Għandu jiġi applikat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet kollha tal-bniedem, sew ċivili u politiċi jew ekonomiċi, soċjali u kulturali sabiex jiġu integrati l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex id-detenturi tad-dritt jiġu appoġġati fil-pretensjoni tad-drittijiet tagħhom b'enfasi fuq gruppi aktar foqra u aktar vulnerabbli u sabiex il-pajjiżi sħab jiġu appoġġati fl-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem. Dan ir-Regolament għandu jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa.
2.  Għandu jiġi applikat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet kollha tal-bniedem, sew ċivili u politiċi jew ekonomiċi, soċjali u kulturali sabiex jiġu integrati l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex id-detenturi tad-dritt jiġu appoġġati fil-pretensjoni tad-drittijiet tagħhom b'enfasi fuq gruppi emarġinati u vulnerabbli, inklużi l-minoranzi, in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ, il-persuni anzjani, il-popli indiġeni, il-persuni LGBTI, u l-persuni b'diżabilità, fuq id-drittijiet essenzjali tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali, u sabiex il-pajjiżi sħab jiġu appoġġati fl-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem. Dan ir-Regolament għandu jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, taż-żgħażagħ u tat-tfal, inkluż fir-rigward tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-Unjoni għandha tippromwovi approċċ multilaterali u bbażat fuq ir-regoli għall-beni u l-isfidi dinjija u għandha tikkoopera mal-Istati Membri, il-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u donaturi oħra f'dak ir-rigward.
L-Unjoni għandha tippromwovi approċċ multilaterali u bbażat fuq ir-regoli u l-valuri għall-isfidi u l-beni pubbliċi dinjija u għandha tikkoopera mal-Istati Membri, il-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u l-programmi, il-fondi u l-aġenziji tan-NU, u donaturi oħra f'dak ir-rigward.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
L-Unjoni għandha tippromwovi l-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u donaturi oħra.
L-Unjoni għandha tippromwovi l-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali u donaturi oħra.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
Fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi sħab għandhom jiġu kkunsidrati r-rekord fl-implimentazzjoni tal-impenji, il-ftehimiet internazzjonali u r-relazzjonijiet kontrattwali mal-Unjoni tagħhom.
Fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi sħab għandhom jiġu kkunsidrati r-rekord fl-implimentazzjoni tal-impenji, il-ftehimiet internazzjonali, b'mod partikolari l-Ftehim ta' Pariġi, u r-relazzjonijiet kontrattwali mal-Unjoni tagħhom, b'mod partikolari l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u kooperazzjoni u l-ftehimiet kummerċjali.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-pajjiżi sħab, fuq in-naħa l-oħra, għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp u għandha tippromwovihom, fejn applikabbli, jiġifieri: is-sjieda tal-prijoritajiet tal-iżvilupp mill-pajjiżi sħab, fowkus fuq ir-riżultati, sħubijiet inklużivi għall-iżvilupp, it-trasparenza u l-akkontabbiltà reċiproka. L-Unjoni għandha tippromwovi mobilizzazzjoni u użu effettivi u effiċjenti tar-riżorsi.
Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-pajjiżi sħab, fuq in-naħa l-oħra, għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp u għandha tippromwovihom fil-modalitajiet kollha, jiġifieri: is-sjieda tal-prijoritajiet tal-iżvilupp mill-pajjiżi sħab, fokus fuq ir-riżultati, is-sħubijiet inklużivi għall-iżvilupp, it-trasparenza u l-akkontabbiltà reċiproka, u l-allinjament mal-prijoritajiet tal-pajjiżi sħab. L-Unjoni għandha tippromwovi mobilizzazzjoni u użu effettivi u effiċjenti tar-riżorsi.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
F'konformità mal-prinċipju ta' sħubija inklużiva, fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tassigura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-pajjiżi sħab, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, jiġu kkonsultati kif dovut u jkollhom aċċess f'waqtu għall-informazzjoni rilevanti li jippermettilhom li jkollhom rwol siewi matul it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-proċessi assoċjati ta' monitoraġġ tal-programmi.
F'konformità mal-prinċipju ta' sħubija inklużiva, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-pajjiżi sħab, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, jiġu kkonsultati kif dovut u jkollhom aċċess f'waqtu għall-informazzjoni rilevanti li jippermettilhom li jkollhom rwol siewi matul it-tfassil, l-applikazzjoni u l-proċessi assoċjati ta' monitoraġġ tal-programmi.
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
F'konformità mal-prinċipju tas-sjieda, il-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, għandha tiffavorixxi l-użu tas-sistemi tal-pajjiżi sħab għall-implimentazzjoni tal-programmi.
F'konformità mal-prinċipju tas-sjieda, il-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, għandha tiffavorixxi l-użu tas-sistemi tal-pajjiżi sħab għall-applikazzjoni tal-programmi.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6
6.  Il-programmi u l-azzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jintegraw it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali u l-ugwaljanza bejn is-sessi u għandhom jindirizzaw l-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, biex jippromwovu azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu kobenefiċċji u jilħqu għanijiet multipli b'mod koerenti. Dawn il-programmi u l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq analiżi tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet, jintegraw approċċ ta' reżiljenza u jkunu sensittivi għall-kunflitti. Huma għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipju li ħadd ma jitħalla lura.
6.  Il-programmi u l-azzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jintegraw it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali skont l-Artikolu 11 tat-TFUE, it-tnaqqis tar-riskji ta' diżastri u t-tħejjija għalihom, l-iżvilupp uman, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi, l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, tat-tfal u taż-żgħażagħ, in-nondiskriminazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura, u d-diġitalizzazzjoni u għandhom jindirizzaw l-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, biex jippromwovu azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu kobenefiċċji u jilħqu għanijiet multipli b'mod koerenti. Dawn il-programmi u l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq analiżi tal-kapaċitajiet, tar-riskji u tal-vulnerabbiltajiet, jintegraw approċċ ta' reżiljenza ffukat il-persuni u fuq il-komunità u jkunu sensittivi għall-kunflitti. Huma għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipju li ħadd ma jitħalla lura u l-prinċipju "tagħmilx ħsara".
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 7
7.  Għandu jiġi segwit approċċ aktar koordinat, olistiku u strutturat għall-migrazzjoni mas-sħab u l-effikaċja tiegħu tiġi vvalutata regolarment.
7.  Mingħajr preġudizzju għall-għanijiet l-oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, għandu jiġi segwit approċċ aktar koordinat, olistiku u strutturat għall-migrazzjoni, mas-sħab u l-effikaċja tiegħu għandha tiġi vvalutata regolarment, mingħajr ma tiġi kkundizzjonata l-allokazzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp lil pajjiżi terzi fuq il-kooperazzjoni dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni u b'rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt li kull individwu għandu li jħalli l-pajjiż ta' oriġini tiegħu.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament b'rabta mas-sigurtà, l-istabbiltà u l-paċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-bini tal-kapaċitajiet tal-atturi militari b'appoġġ tal-iżvilupp u s-sigurtà għall-iżvilupp, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, u ċ-ċibersigurtà, jitwettqu f'konformità mad-dritt internazzjonali, inklużi d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali. Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa pjanijiet direzzjonali b'mod konġunt mas-sħab benefiċjarji biex ittejjeb il-konformità istituzzjonali u operazzjonali tal-atturi militari mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u t-trasparenza. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja bir-reqqa, tevalwa u tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta' tali azzjonijiet għal kull għan rilevanti skont l-Artikolu 31 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem. Għal tali azzjonijiet, il-Kummissjoni għandha timxi fuq approċċ sensittiv għall-kunflitti, inkluża analiżi ex ante tal-kunflitti rigoruża u sistematika li tintegra bis-sħiħ l-analiżi tas-sessi, minbarra d-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji skont l-Artikolu 8(8)b. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 36 li jissupplementa dan ir-Regolament billi jistabbilixxi qafas operazzjonali, abbażi tal-gwida eżistenti biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem jitqiesu fit-tfassil u l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni tat-tortura u ta' trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor u mar-rispett tal-proċess dovut tal-liġi, inklużi l-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt ta' proċess ġust u d-drittijiet ta' difiża.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 8
8.  Il-Kummissjoni għandha tinforma u għandu jkollha skambji ta' opinjonijiet regolari mal-Parlament Ewropew.
8.  Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment u għandu jkollha djalogi politiċi sinifikanti mal-Parlament Ewropew, fuq inizjattiva proprja u fuq talba mill-Parlament Ewropew.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 8a (ġdid)
8a.  Il-Kummissjoni għandu jkollha skambji regolari ta' informazzjoni mas-soċjetà ċivili u mal-awtoritajiet lokali.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 8b (ġdid)
8b.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 34 li jissupplementa dan ir-Regolament billi jistabbilixxi qafas xieraq għall-ġestjoni tar-riskji, inklużi miżuri ta' mitigazzjoni u valutazzjoni għal kull għan rilevanti tar-Regolament.
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 8c (ġdid)
8c.  It-trasparenza u l-akkontabbiltà, b'enfasi qawwija fuq ir-rappurtar u l-iskrutinju għandhom jirfdu l-istrument kollu kemm hu. Dan għandu jinkludi sistema ta' kontroll trasparenti, inkluż ir-rappurtar ta' informazzjoni dwar ir-riċevituri ta' fondi u dwar jekk il-pagamenti sarux fil-ħin.
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  F'konformità mal-Artikolu 41(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament ma għandux jintuża biex jiġi ffinanzjat l-akkwist ta' armi jew munizzjon jew operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża.
1.  Il-finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament ma għandux jintuża biex jiġi ffinanzjat l-akkwist ta' armi jew munizzjon jew operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża. Kwalunkwe tagħmir, servizz jew teknoloġija pprovduta skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għal kontrolli stretti ta' trasferiment kif stipulat fil-Pożizzjoni Komuni 944/2008/CFSP, ir-Regolament dwar l-Użu Doppju u kwalunkwe miżura restrittiva oħra tal-Unjoni fis-seħħ. F'konformità mar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament tal-UE dwar il-Prodotti li jistgħu jintużaw għall-Piena Kapitali u t-Tortura], dan ir-Regolament m'għandux jintuża biex jiġi ffinanzjat kwalunkwe tip ta' tagħmir li jista' jintuża għal skopijiet ta' tortura, trattament ħażin jew ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem.
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Sabiex tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli, li jirrikjedi l-kisba ta' soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklużivi, l-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament tista' tintuża fil-kuntest ta' riforma aktar wiesgħa fis-settur tas-sigurtà jew biex tibni l-kapaċità tal-atturi militari fil-pajjiżi sħab, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4, biex jitwettqu attivitajiet ta' żvilupp u sigurtà għall-attivitajiet ta' żvilupp.
2.  Sabiex tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli, li jirrikjedi l-kisba ta' soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklużivi, l-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament tista' tintuża fil-kuntest ta' riforma aktar wiesgħa fis-settur tas-sigurtà jew biex tibni l-kapaċità tal-atturi militari fil-pajjiżi sħab, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4, biex jitwettqu attivitajiet ta' żvilupp u sigurtà għall-attivitajiet ta' żvilupp, f'konformità mal-għan komprensiv li jinkiseb żvilupp sostenibbli.
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt b
(b)  fejn ikun hemm konsensus bejn il-pajjiż sieħeb ikkonċernat u l-Unjoni li l-atturi militari huma kruċjali għall-preservazzjoni, l-istabbiliment jew l-istabbiliment mill-ġdid tal-kundizzjonijiet essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli, inkluż fi kriżijiet u f'kuntesti u sitwazzjonijiet fraġli jew destabilizzati.
(b)  fejn ikun hemm konsensus bejn il-pajjiż sieħeb ikkonċernat u l-Unjoni li l-atturi militari huma kruċjali għall-preservazzjoni, l-istabbiliment jew l-istabbiliment mill-ġdid tal-kundizzjonijiet essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli, u li dawk l-atturi militari ma jkunux implikati fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ikunu ta' theddida għall-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-Istat, inkluż fi kriżijiet u f'kuntesti u sitwazzjonijiet fraġli jew destabilizzati.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 6
6.  Waqt it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tippromwovi s-sjieda tal-pajjiż sieħeb. Hija għandha tiżviluppa wkoll l-elementi neċessarji u l-prattiki tajbin meħtieġa biex tkun żgurata s-sostenibbiltà fuq terminu medju u twil u għandha tippromwovi l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali stabbiliti.
6.  Waqt it-tfassil u l-applikazzjoni ta' miżuri skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tippromwovi s-sjieda tal-pajjiż sieħeb. Hija għandha tiżviluppa wkoll l-elementi neċessarji u l-prattiki tajbin meħtieġa biex ikunu żgurati s-sostenibbiltà u l-akkontabbiltà fuq terminu medju u twil u għandha tippromwovi l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk il-miżuri jiġġeneraw benefiċċji diretti tas-sigurtà tal-bniedem għall-popolazzjoni, jiġu integrati f'politika ta' riforma tas-settur tas-sigurtà usa' li tinkludi elementi ta' akkontabbiltà u sorveljanza demokratika u parlamentari b'saħħithom, inkluż f'termini ta' provvista aħjar tas-servizzi tas-sigurtà, u jidħlu fi strateġiji ta' paċi u żvilupp fit-tul imfassla biex jindirizzaw il-kawżi primarji tal-kunflitti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-azzjonijiet immirati lejn ir-riforma tal-forzi militari jikkontribwixxu biex jagħmluhom aktar trasparenti, akkontabbli u konformi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem ta' dawk li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom; Għall-miżuri li għandhom l-għan li jipprovdu lill-forzi militari sħab bit-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tispeċifika t-tip ta' tagħmir li għandu jiġi pprovdut fil-kuntest ta' kull miżura. Il-Kummissjoni għandha tapplika d-dispożizzjonijiet speċifikati skont l-Artikolu 8 – paragrafu 8b (ġdid) sabiex tiżgura li dan it-tagħmir jintuża biss mill-benefiċjarji intenzjonati tiegħu.
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 7
7.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri xierqa ta' valutazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tar-riskju għall-miżuri skont dan l-Artikolu.
7.  Il-Kummissjoni għandha twettaq, fl-evalwazzjoni skont l-Artikolu 32, u b'mod partikolari fir-rigward tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri. Ir-riżultati għandhom jinformaw it-tfassil tal-programmi u l-allokazzjoni tar-riżorsi, u jkomplu jsaħħu l-konsistenza u l-komplementarjetà tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Titolu II
IMPLIMENTAZZJONI TA' DAN IR-REGOLAMENT
APPLIKAZZJONI TA' DAN IR-REGOLAMENT
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Kamp ta' applikazzjoni tal-programmi ġeografiċi
1.  L-attivitajiet ta' kooperazzjoni tal-Unjoni skont dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati għal attivitajiet ta' natura lokali, nazzjonali, reġjonali, transreġjonali u kontinentali.
2.  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, il-programmi ġeografiċi għandhom jitfasslu mill-oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin:
(a)  governanza tajba, demokrazija, stat tad-dritt, drittijiet tal-bniedem, libertajiet fundamentali u soċjetà ċivili;
(b)  qerda tal-faqar, ġlieda kontra l-inugwaljanzi u żvilupp tal-bniedem;
(c)  migrazzjoni u mobbiltà;
(d)  ambjent u tibdil fil-klima;
(e)  tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli u impjiegi diċenti;
(f)  sigurtà, stabbiltà u paċi;
(g)  sħubija;
3.  Aktar dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 huma stabbiliti fl-Anness II.
(Dan l-Artikolu l-ġdid għandu jiddaħħal qabel l-Artikolu 10 taħt it-Titolu II, Kapitolu I)
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 9b (ġdid)
Article 9b
Kamp ta' applikazzjoni tal-programmi tematiċi
1.  Il-programmi tematiċi għandhom ikopru l-oqsma ta' intervent li ġejjin:
(a)  Drittijiet tal-Bniedem, Libertajiet Fundamentali u Demokrazija:
–  il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi u f'sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju, inkluż billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' protezzjoni urġenti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem b'mod flessibbli u komprensiv.
–  ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd, li jikkontribwixxi għall-bini ta' soċjetajiet li fihom ikunu prevalenti l-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali u l-akkontabbiltà.
–  il-konsolidazzjoni u l-appoġġ tad-demokrazija, filwaqt li jiġu indirizzati l-aspetti kollha tal-governanza demokratika, inkluż it-tisħiħ tal-pluraliżmu demokratiku u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, inkluż billi jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali taċ-ċittadini u n-netwerks reġjonali tagħhom madwar id-dinja, il-ħolqien ta' ambjent abilitanti għas-soċjetà ċivili u l-appoġġ ta' proċessi elettorali kredibbli, inklużivi u trasparenti, a tul iċ-ċiklu elettorali kollu, b'mod partikolari permezz tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE (MOE tal-UE).
–  il-promozzjoni ta' multilateriżmu u sħubiji strateġiċi effettivi li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' oqfsa internazzjonali, reġjonali u nazzjonali u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-atturi lokali fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.
–  it-trawwim ta' sinerġiji u netwerking transreġjonali ġodda fost is-soċjetajiet ċivili lokali u bejn is-soċjetà ċivili u korpi u mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti oħra sabiex tiġi mmassimizzata l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u tinħoloq dinamika pożittiva.
(b)  Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u Awtoritajiet Lokali:
–  l-appoġġ favur soċjetà ċivili inklużiva, parteċipatorja, indipendenti u b'pożizzjoni msaħħa fil-pajjiżi sħab;
–  il-promozzjoni tad-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u bejniethom;
–  l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u l-mobilizzazzjoni tal-għarfien espert tagħhom biex jiġi promoss approċċ territorjali għall-iżvilupp;
–  il-ħolqien ta' sensibilizzazzjoni, għarfien u impenn taċ-ċittadini tal-Unjoni fir-rigward tal-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;
–  l-appoġġ tas-soċjetà ċivili biex tipparteċipa fi djalogu u promozzjoni tal-ordni pubblika mal-gvernijiet u l-istituzzjonijiet internazzjonali;
–  l-appoġġ tas-soċjetà ċivili għas-sensitizzazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u ċ-ċittadini dwar il-produzzjoni u l-konsum kummerċjali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li jkunu ġusti, biex iħeġġuhom jadottaw imġiba aktar sostenibbli;
(c)  Stabbiltà u Paċi
–  l-assistenza għall-prevenzjoni tal-kunflitti, il-konsolidazzjoni tal-paċi u t-tħejjija għall-kriżi;
–  l-assistenza fl-indirizzar tat-theddid globali u transreġjonali u t-theddid emerġenti;
(d)  Sfidi globali
–  is-saħħa,
–  l-edukazzjoni,
–  l-ugwaljanza bejn is-sessi,
–  it-tfal u ż-żgħażagħ;
–  il-migrazzjoni u l-ispostament sfurzat,
–  l-impjiegi diċenti, il-protezzjoni soċjali u l-inugwaljanza,
–  il-kultura,
–  l-iżgurar ta' ambjent tajjeb għas-saħħa u l-indirizzar tat-tibdil fil-klima,
–  l-enerġija sostenibbli,
–  it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi diċenti u l-involviment tas-settur privat,
–  l-ikel u n-nutrizzjoni,
–  il-promozzjoni ta' soċjetajiet inklużivi, governanza ekonomika tajba u ġestjoni trasparenti tal-finanzi pubbliċi,
–  l-aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb, sanità u iġjene,
(e)  Ħtiġijiet u Prijoritajiet tal-Politika Estera
–  l-għoti ta' appoġġ għall-istrateġiji bilaterali ta' kooperazzjoni reġjonali u interreġjonali, il-promozzjoni tad-djalogu ta' politika u l-iżvilupp ta' approċċi u reazzjonijiet kollettivi għal sfidi ta' tħassib globali;
–  l-għoti ta' appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni;
–  il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni u l-promozzjoni ta' fehim u viżibbiltà mifruxa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija;
2.  Aktar dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 huma stabbiliti fl-Anness III.
(Dan l-Artikolu l-ġdid għandu jiddaħħal qabel l-Artikolu 10 taħt it-Titolu II, Kapitolu I)
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a
(a)  id-dokumenti ta' programmazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi jew ir-reġjuni sħab, konsistenti mal-għan ġenerali u mal-ambitu, l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(a)  id-dokumenti ta' programmazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi jew ir-reġjuni sħab, konsistenti mal-għan ġenerali u mal-ambitu, l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament, u abbażi tal-istrateġija tal-Unjoni lejn pajjiż jew reġjun sieħeb jew abbażi tal-istrateġiji tematiċi tal-Unjoni;
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt c
(c)  l-Unjoni għandha tikkonsulta wkoll donaturi u atturi oħra, inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali, fejn rilevanti;
(c)  l-Unjoni għandha fi stadju bikri u matul il-proċess ta' programmazzjoni tinkoraġġixxi djalogu inklużiv u regolari bejn partijiet interessati multipli ma' donaturi u atturi oħra tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni, inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, u fondazzjonijiet privati u politiċi. Il-Parlament Ewropew għandu jkun informat dwar l-eżitu ta' dawk il-konsultazzjonijiet.
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt d
(d)  il-programmi tematiċi tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija u tas-Soċjetà Ċivili msemmija fl-Artikolu 4(3)(a) u (b) għandhom jipprovdu assistenza indipendentement mill-kunsens tal-gvernijiet u awtoritajiet pubbliċi oħra tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Dawn il-programmi tematiċi għandhom jappoġġaw prinċipalment organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
(d)  il-programmi tematiċi tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali, u tal-Istabbiltà u l-Paċi msemmija fl-Artikolu 4(3)(a), (b) u (c) għandhom jipprovdu assistenza indipendentement mill-kunsens tal-gvernijiet u awtoritajiet pubbliċi oħra tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Il-programmi tematiċi tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, u l-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali għandhom jappoġġaw prinċipalment is-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti li jkunu taħt pressjoni.
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – titolu
Prinċipji ta' programmazzjoni għall-programmi ġeografiċi
Prinċipji ta' programmazzjoni
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Il-programmazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tqis b'mod xieraq id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, il-governanza tajba u d-demokrazija fil-pajjiżi sħab.
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu -1a (ġdid)
-1a.  It-tħejjija, l-implimentazzjoni u r-rieżami tad-dokumenti ta' programmazzjoni kollha skont dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u dawk tal-effikaċja tal-għajnuna.
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu -1b (ġdid)
-1b.  Il-programmi ġeografiċi u tematiċi għandhom ikunu komplementari u koerenti ma' xulxin, u joħolqu valur miżjud.
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a
(a)  mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati, sal-punt possibbli, fuq djalogu bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi sħab ikkonċernati, inklużi awtoritajiet nazzjonali u lokali, bl-involviment tas-soċjetà ċivili, tal-parlamenti nazzjonali u lokali u ta' partijiet ikkonċernati oħra, sabiex tittejjeb is-sjieda tal-proċess u biex jiġi inkoraġġit l-appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali u reġjonali;
(a)  mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq djalogu inklużiv bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri, u l-pajjiżi sħab ikkonċernati, inklużi awtoritajiet nazzjonali u lokali u reġjonali, bl-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-parlamenti reġjonali, nazzjonali u lokali, tal-komunitajiet u ta' partijiet ikkonċernati oħra sabiex tittejjeb is-sjieda demokratika tal-proċess u biex jiġi inkoraġġit l-appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali u reġjonali;
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b
(b)  fejn ikun xieraq, il-perjodu ta' programmazzjoni għandu jiġi sinkronizzat maċ-ċikli ta' strateġija tal-pajjiżi sħab;
(b)  kull meta jkun possibbli, il-perjodu ta' programmazzjoni għandu jiġi sinkronizzat maċ-ċikli ta' strateġija tal-pajjiżi sħab;
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Il-programmazzjoni tal-programmi ġeografiċi għandha tipprovdi qafas speċifiku, imfassal apposta għall-kooperazzjoni, ibbażat fuq:
2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-programmazzjoni tal-programmi ġeografiċi għandha tipprovdi qafas speċifiku, imfassal apposta għall-kooperazzjoni, ibbażat fuq:
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a
(a)  il-ħtiġijiet tas-sħab, stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji speċifiċi li jqisu l-popolazzjoni, il-faqar, l-inugwaljanza, l-iżvilupp tal-bniedem, il-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali, u r-reżiljenza tal-istat u tas-soċjetà;
(a)  il-ħtiġijiet tas-sħab, stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji speċifiċi u analiżi fil-fond, li jqisu l-popolazzjoni, il-faqar, l-inugwaljanza, l-iżvilupp tal-bniedem, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-ispazju ċiviku, il-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali, u r-reżiljenza tal-istat u tas-soċjetà;
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-kapaċitajiet tas-sħab li jiġġeneraw u jaċċessaw riżorsi finanzjarji u l-kapaċitajiet tagħhom ta' assorbiment;
(b)  il-kapaċitajiet tas-sħab ta' mobilizzazzjoni u ta' użu effettiv tar-riżorsi domestiċi biex jappoġġaw il-prijoritajiet ta' żvilupp nazzjonali u l-kapaċitajiet tagħhom ta' assorbiment;
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt c
(c)  l-impenji u l-prestazzjoni tas-sħab, stabbiliti fuq kriterji bħar-riforma politika u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali;
(c)  l-isforzi u l-impenji tas-sħab, inklużi dawk miftiehma b'mod konġunt mal-Unjoni, stabbiliti fuq kriterji bħar-riforma politika, il-progress fir-rigward tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, is-sostenibbiltà ambjentali u l-użu effettiv tal-għajnuna;
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt e
(e)  il-kapaċità u l-impenn tas-sħab li jippromwovu interessi u valuri kondiviżi, u li jappoġġaw għanijiet komuni u alleanzi multilaterali, kif ukoll li l-prijoritajiet tal-Unjoni jitmexxew 'il quddiem.
(e)  il-kapaċità u l-impenn tas-sħab li jippromwovu valuri, prinċipji u interessi fundamentali kondiviżi, u li jappoġġaw għanijiet komuni u alleanzi multilaterali, kif ukoll li l-prijoritajiet tal-Unjoni jitmexxew 'il quddiem.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4
4.  Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati għandha tiffoka fuq il-promozzjoni tal-interessi tal-Unjoni u tal-interessi reċiproċi.
4.  Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati għandha tiffoka fuq il-promozzjoni tal-interessi tal-Unjoni u tal-interessi reċiproċi, kif ukoll tal-valuri u l-interessi fundamentali kondiviżi, l-għanijiet miftiehma b'mod komuni u l-multilateriżmu. Fejn rilevanti, tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq djalogu bejn l-Unjoni, inkluż il-Parlament Ewropew, u l-Istati Membri, li jinvolvi lis-soċjetà ċivili.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5
5.  Id-dokumenti ta' programmazzjoni għall-programmi ġeografiċi għandhom ikunu bbażati fuq ir-riżultati u għandhom jikkunsidraw, fejn ikun xieraq, il-miri u l-indikaturi miftehma fuq livell internazzjonali, b'mod partikolari dawk stabbiliti għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll l-oqfsa tar-riżultati fil-livell ta' pajjiż, sabiex jiġi valutat u komunikat il-kontribut tal-Unjoni għar-riżultati, fil-livell tal-outputs, tal-eżiti u tal-impatt.
5.  Id-dokumenti ta' programmazzjoni għandhom ikunu orjentati lejn ir-riżultati u, kull meta jkun possibbli, jinkludu indikaturi u miri ċari biex jitkejlu l-progress u l-impatt tal-assistenza tal-Unjoni. L-indikaturi jistgħu jkunu bbażati, fejn ikun xieraq, fuq standards miftiehma fuq livell internazzjonali, b'mod partikolari dawk stabbiliti għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll l-oqfsa tar-riżultati fil-livell ta' pajjiż.
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 6
6.  Meta jkunu qegħdin jitfasslu d-dokumenti ta' programmazzjoni għal pajjiżi u reġjuni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara kriżi, u f'sitwazzjonijiet fraġli u vulnerabbli, għandhom jiġu kkunsidrati b'mod xieraq il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċjali tal-pajjiżi jew tar-reġjuni kkonċernati.
6.  Meta jkunu qegħdin jitfasslu d-dokumenti ta' programmazzjoni għal pajjiżi u reġjuni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara kriżi, u f'sitwazzjonijiet fraġli u vulnerabbli, għandhom jiġu kkunsidrati b'mod xieraq il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċjali tal-pajjiżi jew tar-reġjuni kkonċernati, kif ukoll il-vulnerabbiltajiet, ir-riskji u l-kapaċitajiet sabiex tiżdied ir-reżiljenza. Għandha tingħata wkoll attenzjoni lill-prevenzjoni tal-kunflitti, il-konsolidazzjoni tal-paċi u l-istat, ir-rikostruzzjoni u r-rikonċiljazzjoni ta' wara l-kunflitti, it-tħejjija għad-diżastri kif ukoll ir-rwol tan-nisa u d-drittijiet tat-tfal f'dawk il-proċessi. Għandu jiġi applikat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq in-nies.
Fejn pajjiżi jew reġjuni sħab ikunu direttament involuti fi, jew affettwati minn sitwazzjoni ta' kriżi, ta' wara kriżi jew ta' fraġilità, għandha titpoġġa enfasi speċjali sabiex tiżdied il-koordinazzjoni bejn l-atturi rilevanti kollha biex tiġi megħjuna t-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta' emerġenza għall-fażi ta' żvilupp.
Fejn pajjiżi jew reġjuni sħab ikunu direttament involuti fi, jew affettwati minn sitwazzjoni ta' kriżi, ta' wara kriżi jew ta' fraġilità, għandha titpoġġa enfasi speċjali sabiex tiżdied il-koordinazzjoni bejn l-atturi rilevanti kollha biex jiġu megħjuna l-prevenzjoni tal-vjolenza u t-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta' emerġenza għall-fażi ta' żvilupp.
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 7
7.  Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti taħt ir-Regolament (UE) Nru .../... (Erasmus). Minn dan ir-Regolament għandu jitfassal dokument wieħed ta' programmazzjoni għal seba' snin, li jinkludi fondi mir-Regolament (UE) Nru .../... (IPA III). Ir-Regolament (UE) …/… (Erasmus) għandu japplika għall-użu ta' dawk il-fondi.
7.  Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi mill-programmi stabbiliti skont l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament għal azzjonijiet stabbiliti taħt ir-Regolament (UE) Nru .../... (Erasmus). Għandu jiġi allokat ammont indikattiv ta' EUR 2 000 000 000 mill-programmi ġeografiċi għal azzjonijiet iddedikati għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-pajjiżi sħab. Minn dan ir-Regolament għandu jitfassal dokument wieħed ta' programmazzjoni għal seba' snin, li jinkludi fondi mir-Regolament (UE) Nru .../... (IPA III). Ir-Regolament (UE) …/… (Erasmus) għandu japplika għall-użu ta' dawk il-fondi, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) Nru …/… (IPA III).
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.   Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru .../... (Ewropa Kreattiva). Minn dan ir-Regolament għandu jitfassal dokument ta' programmazzjoni wieħed għal seba' snin, li jinkludi fondi mir-Regolament (UE) Nru .../... (IPA III). Ir-Regolament (UE) Nru .../... (Ewropa Kreattiva) għandu japplika għall-użu ta' dawn il-fondi.
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplementa elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tistabbilixxi oqfsa għal kull programm speċifiku pluriennali nazzjonali u multinazzjonali. Dawk id-dispożizzjonijiet qafas għandhom:
(a)  jispeċifikaw l-oqsma ta' prijorità fost dawk definiti fl-Artikoli 9a u 15b;
(b)  jistabbilixxu l-għanijiet speċifiċi ddettaljati u li jistgħu jitkejlu ta' kull programm;
(c)  jistabbilixxu r-riżultati mistennija b'miri li jistgħu jitkejlu, u indikaturi ċari u speċifiċi tal-prestazzjoni marbuta mal-għanijiet;
(d)  jistabbilixxu allokazzjoni finanzjarja indikattiva kemm b'mod ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità;
(e)  jistabbilixxu modalitajiet ta' kooperazzjoni, inklużi kontribuzzjonijiet għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Fil-każ tal-programmi ġeografiċi, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha titwettaq permezz ta' programmi indikattivi pluriennali għall-pajjiż u għal diversi pajjiżi.
imħassar
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għal finanzjament mill-Unjoni, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni ċari u speċifiċi, u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm kumplessivament kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità.
imħassar
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu mibnija fuq:
3.  Il-programmi pluriennali għandhom ikunu mibnija fuq:
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt -a (ġdid)
(-a)  rapport li jkun fih analiżi f'konformità mal-Artikolu 11(2) tal-ħtiġijiet, tal-kapaċitajiet, tal-impenji u tal-prestazzjoni tal-pajjiż jew pajjiżi sħab ikkonċernati u l-impatt potenzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, kif ukoll wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt a
(a)  strateġija nazzjonali jew reġjonli fil-forma ta' pjan nazzjonali ta' żvilupp jew dokument simili aċċettat mill-Kummissjoni bħala bażi għall-programm indikattiv pluriennali korrispondenti, meta jiġi adottat dan id-dokument tal-aħħar;
(a)  strateġija nazzjonali jew reġjonali fil-forma ta' pjan nazzjonali ta' żvilupp jew dokument simili bbażat fuq konsultazzjoni siewja mal-popolazzjoni lokali u s-soċjetà ċivili u aċċettat mill-Kummissjoni bħala bażi għall-programm pluriennali korrispondenti, meta jiġi adottat dan id-dokument tal-aħħar;
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt b
(b)  dokument qafas li jistabbilixxi l-politika tal-Unjoni lejn is-sieħeb jew is-sħab ikkonċernati, li jinkludi dokument konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri;
(b)  dokument li jistabbilixxi l-politika tal-Unjoni lejn is-sieħeb jew is-sħab ikkonċernati, li jinkludi dokument konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri;
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4
4.  Sabiex jiżdied l-impatt tal-kooperazzjoni kollettiva tal-Unjoni, fejn ikun possibbli, dokument ta' programmazzjoni konġunta għandu jissostitwixxi d-dokumenti ta' programmazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Dokument ta' programmazzjoni konġunta jista' jissostitwixxi l-programm indikattiv pluriennali tal-Unjoni, dment li jikkonforma mal-Artikoli 10 u 11, ikun fih l-elementi elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u jistabbilixxi t-tqassim tax-xogħol bejn l-Unjoni u l-Istati Membri.
4.  Sabiex jiżdied l-impatt tal-kooperazzjoni kollettiva tal-Unjoni, fejn ikun possibbli, dokument ta' programmazzjoni konġunta għandu jissostitwixxi d-dokumenti ta' programmazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Dokument ta' programmazzjoni konġunta jista' jissostitwixxi l-programm pluriennali tal-Unjoni, dment li dan ikun approvat f'att adottat f'konformità mal-Artikolu 14 u jikkonforma mal-Artikoli 10 u 11, ikun fih l-elementi elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u jistabbilixxi t-tqassim tax-xogħol bejn l-Unjoni u l-Istati Membri.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-programmi pluriennali jistgħu jipprovdu għal ammont ta' fondi, li ma jaqbiżx 5 % tal-ammont totali, li mhuwiex allokat għal qasam ta' prijorità jew pajjiż sieħeb jew grupp ta' pajjiżi. Dawk il-fondi għandhom jiġu impenjati f'konformità mal-Artikolu 21.
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jiġu stabbiliti oqfsa għal kull programm pluriennali tematiku speċifiku. Dawk id-dispożizzjonijiet ta' qafas għandhom:
(a)  jispeċifikaw l-oqsma ta' prijorità fost dawk iddefiniti fl-Artikolu 9b;
(b)  jistabbilixxu l-għanijiet speċifiċi ddettaljati u li jistgħu jitkejlu ta' kull programm;
(c)  jistabbilixxu r-riżultati mistennija b'miri li jistgħu jitkejlu, u indikaturi ċari u speċifiċi ta' prestazzjoni marbuta mal-għanijiet;
(d)  jistabbilixxu allokazzjoni finanzjarja indikattiva kemm b'mod ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità;
(e)  jistabbilixxu modalitajiet ta' kooperazzjoni.
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  Fil-każ tal-programmi tematiċi, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha titwettaq permezz ta' programmi indikattivi pluriennali.
imħassar
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni, il-prijoritajiet magħżula għall-finanzjament mill-Unjoni, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni ċari u speċifiċi, u s-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tas-sħab ewlenin għat-tema kkonċernata.
imħassar
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi għandhom jistabbilixxu l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kumplessivament, skont il-qasam ta' kooperazzjoni u skont il-prijorità. L-allokazzjoni finanzjarja indikattiva tista' tingħata fil-forma ta' firxa.
imħassar
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)
Id-dispożizzjonijiet ta' qafas imsemmija fl-Artikoli 12 u 13 għandhom ikunu mibnija fuq rapport li jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni internazzjonali u tal-attivitajiet tas-sħab ewlenin għat-tema kkonċernata u li jindika r-riżultati mistennija mill-programm.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-programmi pluriennali jistgħu jipprovdu għal ammont ta' fondi, li ma jaqbiżx 5 % tal-ammont totali, li mhuwiex allokat għal qasam ta' prijorità jew pajjiż sieħeb jew grupp ta' pajjiżi. Dawk il-fondi għandhom jiġu impenjati f'konformità mal-Artikolu 21.
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – titolu
Adozzjoni u emenda tal-programmi indikattivi pluriennali
Adozzjoni u emenda tal-programmi pluriennali
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi indikattivi pluriennali msemmija fl-Artikoli 12 u 13 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 35(2). Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għar-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, li għandhom l-effett li jimmodifikaw b'mod sinifikanti l-kontenut tal-programm indikattiv pluriennali.
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tistabbilixxi oqfsa għal programmi pluriennali msemmija fl-Artikoli 12 u 13 permezz ta' atti delegati. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 34. Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għar-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  Meta jiġu adottati d-dokumenti ta' programmazzjoni pluriennali konġunta msemmija fl-Artikolu 12, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tapplika biss għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għad-dokument ta' programmazzjoni pluriennali konġunta.
2.  Meta jiġu adottati d-dokumenti ta' programmazzjoni pluriennali konġunta msemmija fl-Artikolu 12, l-att delegat għandu japplika biss għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għad-dokument ta' programmazzjoni pluriennali konġunta.
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi ġeografiċi jistgħu jiġu rieżaminati fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva, b'mod partikolari fejn ikun hemm bidliet sostanzjali fil-qafas ta' politika msemmi fl-Artikolu 7 jew wara sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' wara kriżi.
3.  Il-programmi ġeografiċi u tematiċi pluriennali għandhom jiskadu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2025. Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi pluriennali ġodda sat-30 ta' Ġunju 2025, abbażi tar-riżultati, is-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 32.
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4
4.  Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi jistgħu jiġu rieżaminati fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva, b'mod partikolari fejn ikun hemm bidliet sostanzjali fil-qafas ta' politika msemmi fl-Artikolu 7.
4.  Il-programmi pluriennali jistgħu jiġu modifikati fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni effettiva, b'mod partikolari fejn ikun hemm bidliet sostanzjali fil-qafas ta' politika msemmi fl-Artikolu 7. Il-programmi pluriennali għandhom jiġu modifikati f'każijiet fejn il-mobilizzazzjoni tar-riżerva tal-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti teħtieġ bidla tad-dispożizzjonijiet ta' qafas tal-programm rilevanti.
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 5
5.  Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati jew theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista' temenda l-programmi indikattivi pluriennali msemmija fl-Artikoli 12 u 13 ta' dan ir-Regolament b'atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 35(4).
5.  Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati jew theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista' temenda l-programmi pluriennali msemmija fl-Artikoli 12 u 13 b'atti delegati skont il-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 34a.
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-ammont imsemmi fl-Artikolu 6(3) għandu jintuża fost affarijiet oħra:
1.  L-ammont imsemmi fl-Artikolu 6(3) għandu jintuża f'każijiet debitament ġustifikati, bi prijorità tingħata lill-pajjiżi li huma l-aktar fi bżonn, u f'komplementarjetà u konsistenza sħiħa mal-atti adottati skont dan ir-Regolament:
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a
(a)  biex jassigura rispons xieraq tal-Unjoni f'każ ta' ċirkustanzi mhux previsti;
(a)  biex jassigura rispons xieraq tal-Unjoni f'każ ta' ħtiġijiet mhux previsti li mhumiex koperti minn programmi u dokumenti ta' programmazzjoni;
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b
(b)  biex jindirizza ħtiġijiet ġodda jew sfidi emerġenti, bħal dawk fil-fruntieri tal-Unjoni jew tal-ġirien tagħha marbuta ma' sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' wara kriżi jew ta' pressjoni migratorja;
(b)  biex jindirizza ħtiġijiet ġodda jew sfidi emerġenti, bħal dawk fil-fruntieri tal-Unjoni jew tal-ġirien tagħha jew dawk f'pajjiżi terzi marbuta ma' sitwazzjonijiet ta' kriżi, kemm naturali kif ukoll ikkaġunati mill-bniedem, u ta' wara kriżi jew mal-fenomenu tal-migrazzjoni, b'mod partikolari l-ispostament furzat;
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c
(c)  biex jippromwovi inizjattivi jew prijoritajiet internazzjonali ġodda mmexxija mill-Unjoni.
(c)  biex jippromwovi u jirrispondi għal inizjattivi jew prijoritajiet internazzjonali ġodda.
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 15a (ġdid)
Artikolu 15a
Sospensjoni tal-assistenza
1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-għajnuna fil-ftehimiet ma' pajjiżi u reġjuni sħab, fejn pajjiż sieħeb jonqos b'mod persistenti milli josserva l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, jew l-istandards tas-sikurezza nukleari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa, f'konformità mal-Artikolu 34, li tadotta atti delegati li jemendaw l-Anness VII-a billi żżid pajjiż sieħeb mal-lista tal-pajjiżi sħab li għalihom l-assistenza tal-Unjoni tiġi sospiża jew parzjalment sospiża. Fil-każ ta' sospensjoni parzjali, għandhom jiġu indikati l-programmi li għalihom tapplika s-sospensjoni.
2.  Fejn il-Kummissjoni ssib li r-raġunijiet li jiġġustifikaw s-sospensjoni tal-assistenza ma għadhomx japplikaw, din għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 34 biex temenda l-Anness VII-a sabiex iddaħħal mill-ġdid l-assistenza tal-Unjoni.
3.  F'każijiet ta' sospensjoni parzjali, l-assistenza tal-Unjoni għandha tintuża primarjament biex tappoġġa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi mhux statali fir-rigward ta' miżuri maħsuba biex jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u jappoġġaw il-proċessi ta' demokratizzazzjoni u djalogu fil-pajjiżi sħab.
4.  Il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew rilevanti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha.
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 15b (ġdid)
Artikolu 15b
Għanijiet speċifiċi għaż-żona tal-Viċinat
1.  F'konformità mal-Artikoli 3 u 4, l-appoġġ tal-Unjoni skont dan ir-Regolament fiż-żona tal-Viċinat għandu jkollu bħala għanijiet:
(a)  it-tisħiħ ta' kooperazzjoni u sjieda politika tal-Politika Ewropea tal-Viċinat mill-Unjoni u l-pajjiżi sħab tagħha;
(b)  l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, jew ftehimiet eżistenti u futuri oħra, u l-aġendi ta' assoċjazzjoni miftiehma b'mod konġunt u prijoritajiet ta' sħubija jew dokumenti ekwivalenti;
(c)  it-tisħiħ u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, il-bini tal-istat, governanza tajba, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll il-promozzjoni ta' mod aktar effettiv biex jiġu implimentati r-riformi miftiehma f'formats reċiproċi;
(d)  l-istabbilizzazzjoni tal-viċinat f'termini politiċi, ekonomiċi u ta' sigurtà;
(e)  it-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, l-Unjoni għall-Mediterran, u l-kollaborazzjoni mal-Viċinat Ewropew kollu kif ukoll il-kooperazzjoni transfruntiera;
(f)  il-promozzjoni tal-bini tal-fiduċja, relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u miżuri oħra li jikkontribwixxu għas-sigurtà fil-forom kollha tagħha u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-kunflitti, inklużi l-kunflitti fit-tul, l-appoġġ lill-popolazzjonijiet affettwati u r-rikostruzzjoni, u r-rispett għall-multilateraliżmu u d-dritt internazzjonali;
(g)  il-promozzjoni ta' sħubija msaħħa ma' soċjetajiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab, inkluż permezz ta' mobbiltà msaħħa u kuntatti bejn il-persuni, b'mod partikolari b'rabta mal-attivitajiet kulturali, edukattivi, professjonali u tal-isport;
(h)  l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni regolari kif ukoll dik irregolari;
(i)  il-kisba ta' integrazzjoni progressiva fis-suq intern tal-Unjoni u kooperazzjoni settorjali u transsettorjali msaħħa, inkluż permezz ta' approssimazzjoni leġiżlattiva u konverġenza regolatorja lejn l-istandards tal-Unjoni u standards internazzjonali rilevanti oħra, u aċċess aħjar għas-suq inkluż permezz ta' oqsma profondi u komprensivi ta' kummerċ ħieles, il-bini ta' istituzzjonijiet u l-investiment relatati;
(j)  l-appoġġ ta' żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli, inklużiv u ta' benefiċċju soċjali għal kulħadd billi jiġu promossi l-ħolqien tal-impjiegi u l-impjegabbiltà, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ;
(k)  il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà tal-enerġija u jiġu promossi l-għanijiet tal-enerġija rinnovabbli, tal-enerġija sostenibbli u tal-effiċjenza enerġetika;
(l)  l-inkoraġġiment tal-istabbiliment ta' oqfsa tematiċi mal-pajjiżi ġirien ta' pajjiżi sħab tal-viċinat biex jiġu indirizzati sfidi komuni bħall-migrazzjoni, l-enerġija, is-sigurtà u s-saħħa.
(Dan l-Artikolu ġdid għandu jiddaħħal qabel l-Artikolu 16 taħt it-Titolu II, Kapitolu II)
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt b
(b)  l-impenn lejn u l-progress fl-implimentazzjoni ta' għanijiet ta' riforma politika, ekonomika u soċjali miftehma b'mod konġunt;
(b)  l-impenn lejn u l-progress fl-implimentazzjoni ta' għanijiet ta' riforma politika, ekonomika, ambjentali u soċjali miftehma b'mod konġunt;
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt c
(c)  l-impenn lejn u l-progress fil-bini ta' demokrazija profonda u sostenibbli;
(c)  l-impenn lejn u l-progress fil-bini ta' demokrazija profonda u sostenibbli, inkluża l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  impenn favur il-multilateraliżmu;
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  L-appoġġ tal-Unjoni lill-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness I għandu jiġi applikat f'konformità mal-prinċipju ta' kofinanzjament stabbilit fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  B'mod indikattiv 10 % tal-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 4(2)(a) biex jissupplimenta l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 12 għandu jiġi allokat lill-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness I sabiex jimplimentaw l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni. L-allokazzjonijiet ibbażati fuq il-prestazzjoni għandhom jiġu deċiżi fuq il-progress tagħhom lejn id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, il-governanza ekonomika u r-riformi. Il-progress tal-pajjiżi sħab għandu jiġi valutat kull sena.
1.  Mill-inqas 10 % tal-pakkett finanzjarju stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(2)(a), biex jissupplimenta l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 12, għandu jiġi allokat lill-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness I sabiex japplikaw l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni. L-allokazzjonijiet ibbażati fuq il-prestazzjoni għandhom jiġu deċiżi fuq il-progress tagħhom lejn id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, sikura, ordnata u regolari, il-governanza ekonomika u l-implimentazzjoni tar-riformi miftiehma. Il-progress tal-pajjiżi sħab għandu jiġi valutat kull sena, bl-involviment tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari permezz ta' rapporti dwar il-progress tal-pajjiżi li jinkludu xejriet meta mqabbla mas-snin preċedenti.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-applikazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun is-suġġett ta' skambju regolari ta' fehmiet fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill.
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  L-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni ma għandux japplika għall-appoġġ lis-soċjetà ċivili, lill-kuntatti bejn il-persuni, inkluża l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet lokali, l-appoġġ għat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem, jew miżuri ta' appoġġ marbutin ma' kriżijiet. F'każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, l-appoġġ għal dawn l-azzjonijiet jista' jiżdied.
2.  L-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni ma għandux japplika għall-appoġġ lis-soċjetà ċivili, lill-kuntatti bejn il-persuni, inkluża l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet lokali, l-appoġġ għat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem, jew miżuri ta' appoġġ marbutin ma' kriżijiet. F'każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, l-appoġġ għal dawn l-azzjonijiet għandu jiżdied, fejn xieraq.
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jirrevedu l-appoġġ ibbażat fuq il-prestazzjoni f'każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-istat tad-dritt.
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 34 biex tissupplimenta dan ir-Regolament li jistabbilixxi qafas metodoloġiku tal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni.
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Il-kooperazzjoni transfruntiera, kif definit fl-Artikolu 2(3), għandu jkopri l-kooperazzjoni dwar il-fruntieri bejn artijiet biswit xulxin, il-kooperazzjoni transnazzjonali fuq territorji transnazzjonali ikbar, kooperazzjoni marittima madwar il-baċiri tal-baħar, kif ukoll il-kooperazzjoni interreġjonali.
1.  Il-kooperazzjoni transfruntiera, kif definit fl-Artikolu 2(3), għandu jkopri l-kooperazzjoni dwar il-fruntieri bejn artijiet biswit xulxin u marittimi, il-kooperazzjoni transnazzjonali fuq territorji transnazzjonali ikbar, kooperazzjoni marittima madwar il-baċiri tal-baħar, kif ukoll il-kooperazzjoni interreġjonali. Il-kooperazzjoni transfruntiera għandu jkollha l-għan li tkun koerenti mal-għanijiet tal-istrateġiji makroreġjonali eżistenti u futuri u mal-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali.
Emenda 196
Proposta għal regolament
Titolu II – kapitolu III – titolu
Pjanijiet ta' azzjoni, miżuri u metodi ta' implimentazzjoni
Eżekuzzjoni
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta' azzjoni jew miżuri annwali jew pluriennali. Il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta' miżuri individwali, miżuri speċjali, miżuri ta' appoġġ jew miżuri ta' assistenza eċċezzjonali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jispeċifikaw, għal kull azzjoni, l-għanijiet segwiti, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet prinċipali, il-metodi ta' implimentazzjoni, il-baġit u kwalunkwe nefqa ta' appoġġ assoċjata.
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta' azzjoni jew miżuri annwali jew pluriennali. Il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta' miżuri individwali, miżuri speċjali, miżuri ta' appoġġ jew miżuri ta' assistenza eċċezzjonali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jispeċifikaw, għal kull azzjoni, l-għanijiet segwiti, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet prinċipali, il-metodi ta' applikazzjoni, il-baġit u kwalunkwe nefqa ta' appoġġ assoċjata.
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Fil-każ ta' ħtiġijiet jew ċirkostanzi mhux previsti, u meta ma jkunx possibbli finanzjament minn sorsi aktar xierqa, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri speċjali mhux previsti fid-dokumenti ta' programmazzjoni.
Fil-każ ta' ħtiġijiet jew ċirkostanzi mhux previsti, u meta ma jkunx possibbli finanzjament minn sorsi aktar xierqa, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri speċjali mhux ibbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni.
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
3.  Jistgħu jintużaw pjanijiet ta' azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri individwali biex jiġu implimentati azzjonijiet ta' rispons rapidu msemmija fl-Artikolu 4(4)(b) u (c).
3.  Jistgħu jintużaw pjanijiet ta' azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri individwali biex jitwettqu azzjonijiet ta' rispons rapidu msemmija fl-Artikolu 4(4)(b).
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Miżura ta' assistenza eċċezzjonali jista' jkollha tul sa 18-il xahar, li jista' jiġi estiż darbtejn b'perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sitt xhur, sa żmien massimu ta' 30 xahar, fil-każ ta' ostakli oġġettivi u mhux mistennija għall-implimentazzjoni tagħha, dment li ma jkun hemm l-ebda żieda fl-ammont finanzjarju tal-miżura.
imħassar
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
F'każijiet ta' kriżijiet u konflitti mtawla, il-Kummissjoni tista' tadotta t-tieni miżura ta' assistenza eċċezzjonali b'perjodu ta' żmien ta' sa 18-il xahar. F'każijiet debitament ġustifikati meta l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni tkun essenzjali u ma tistax tiġi żgurat b'mezzi oħra, ikunu jistgħu jiġu adottati iktar miżuri.
imħassar
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Miżuri meħuda skont l-Artikolu 19(3) u (4) jista' jkollhom tul sa 18-il xahar, li jista' jiġi estiż darbtejn b'perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sitt xhur, sa żmien massimu ta' 30 xahar, fil-każ ta' ostakli oġġettivi u mhux mistennija għall-eżekuzzjoni, dment li ma jkun hemm l-ebda żieda fl-ammont finanzjarju tal-miżura.
F'każijiet ta' kriżijiet u kunflitti mtawla, il-Kummissjoni tista' tadotta t-tieni miżura ta' assistenza eċċezzjonali b'perjodu ta' żmien sa 18-il xahar. F'każijiet debitament ġustifikati, meta l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni skont dan il-paragrafu tkun essenzjali u ma tistax tiġi żgurata b'mezzi oħra, ikunu jistgħu jiġu adottati aktar miżuri.
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
1.  Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jkopri n-nefqa ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument u għall-kisba tal-għanijiet tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mal-attivitajiet ta' tħejjija, segwitu, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni meħtieġa għal dik l-implimentazzjoni, kif ukoll in-nefqa fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fuq l-appoġġ amministrattiv meħtieġ għall-programm, u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni u s-sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.
1.  Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jkopri n-nefqa ta' appoġġ għall-eżekuzzjoni tal-Istrument u għall-kisba tal-għanijiet tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mal-attivitajiet ta' tħejjija, segwitu, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni meħtieġa għal dik l-eżekuzzjoni, kif ukoll in-nefqa fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fuq l-appoġġ amministrattiv meħtieġ għall-programm, u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni u s-sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1
1.  Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).
1.  Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jiġu adottati b'deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
2.  Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa għal:
imħassar
(a)  pjanijiet ta' azzjoni, miżuri individwali u miżuri ta' appoġġ, li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun;
(b)  miżuri speċjali kif ukoll pjanijiet ta' azzjoni u miżuri adottati sabiex jiġu implimentati azzjonijiet ta' rispons rapidu li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni li ma jaqbiżx l-EUR 20 miljun;
(c)  emendi tekniċi, dment li dawk l-emendi ma jaffettwawx b'mod sostanzjali l-għanijiet tal-pjan ta' azzjoni jew tal-miżura kkonċernata, bħalma huma:
(i)  bidla fil-metodu tal-implimentazzjoni;
(ii)  tqassim mill-ġdid tal-fondi bejn l-azzjonijiet kontenuti fi pjan ta' azzjoni;
(iii)  żidiet jew tnaqqis tal-baġit tal-pjanijiet ta' azzjoni u tal-miżuri b'mhux aktar minn 20 % tal-baġit inizjali u li ma jaqbżux l-EUR 10 miljun;
Fil-każ ta' pjanijiet ta' azzjoni u miżuri pluriennali, il-limiti msemmija fil-paragrafi 2(a), (b) u (c) (iii) għandhom ikunu applikabbli fuq bażi annwali.
Meta jiġu adottati skont dan il-paragrafu, il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri, ħlief il-miżuri ta' assistenza eċċezzjonali u l-emendi tekniċi, għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri permezz tal-kumitat rilevanti msemmi fl-Artikolu 35 fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom.
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Qabel l-adozzjoni jew l-estensjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali li ma jaqbżux l-EUR 20 miljun, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill dwar in-natura u l-għanijiet tagħhom u l-ammonti finanzjarji previsti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill qabel ma tagħmel bidliet sostantivi sinifikanti f'miżuri ta' assistenza eċċezzjonali diġà adottati. Il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ ta' politika rilevanti tal-Kunsill għall-ippjanar u l-implimentazzjoni sussegwenti ta' dawn il-miżuri, fl-interessi tal-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ ta' politika rilevanti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew għall-ippjanar u l-applikazzjoni sussegwenti ta' dawn il-miżuri, fl-interessi tal-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew debitament infurmat, u b'mod f'waqtu, dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali skont dan l-Artikolu, inklużi l-ammonti finanzjarji previsti, u għandha tinforma wkoll lill-Parlament Ewropew meta tagħmel bidliet jew estensjonijiet sostanzjali għal dik l-assistenza.
Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew dwar l-ippjanar ta' miżuri skont dan l-Artikolu, inklużi l-ammonti finanzjarji previsti, u għandha tinforma wkoll lill-Parlament Ewropew meta tagħmel bidliet jew estensjonijiet sostanzjali għal dik l-assistenza. Malajr kemm jista' jkun wara l-adozzjoni jew il-modifika sostanzjali ta' miżura, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta jiġri dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti ħarsa ġenerali tan-natura u r-raġunament wara l-miżura adottata, tat-tul tagħha, tal-baġit u tal-kuntest tagħha, inkluża l-komplementarjetà ta' dik il-miżura ma' assistenza oħra eżistenti u ppjanata tal-Unjoni. Għal miżuri ta' għajnuna eċċezzjonali, il-Kummissjoni għandha tindika wkoll jekk, sa liema punt u kif se tiżgura l-kontinwità tal-politika eżegwita permezz tal-assistenza eċċezzjonali permezz ta' għajnuna għal żmien medju u fit-tul skont dan ir-Regolament.
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Qabel ma tadotta pjanijiet ta' azzjoni u miżuri mhux ibbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni skont l-Artikolu 19(2), bl-eċċezzjoni ta' każijiet imsemmija fl-Artikolu 19(3) u (4), il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-għanijiet speċifiċi li għandhom jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, l-istrumenti li għandhom jintużaw, l-attivitajiet ewlenin u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi ta' dawn il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri.
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 4
4.  Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati, bħal kriżijiet inklużi diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem, theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista' tadotta pjanijiet ta' azzjoni u miżuri, bħal atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(4).
imħassar
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
Għandu jsir skrutinju ambjentali xieraq, fil-livell tal-azzjonijiet, inkluż għall-impatti fuq it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità, f'konformità mal-atti leġiżlattivi applikabbli tal-Unjoni, inklużi d-Direttiva 2011/92/UE82 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE83, li jinkludi, fejn applikabbli, valutazzjoni tal-impatt ambjentali għal azzjonijiet ta' sensittività ambjentali, b'mod partikolari għal infrastruttura ġdida maġġuri.
Għandu jsir skrutinju tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali u ambjentali xieraq, fil-livell tal-azzjonijiet, inkluż għall-impatti fuq it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità, f'konformità mal-atti leġiżlattivi applikabbli tal-Unjoni, inklużi d-Direttiva 2011/92/UE82 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE83, li jinkludi, fejn applikabbli, valutazzjoni tal-impatt ambjentali għal azzjonijiet ta' sensittività ambjentali, b'mod partikolari għal infrastruttura ġdida maġġuri.
__________________
__________________
82 Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kodifikazzjoni) (ĠU L 26 28.1.2012, p. 1).
82 Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kodifikazzjoni) (ĠU L 26 28.1.2012, p. 1).
83 Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, 05.07.1985. p.  0040 – 0048).
83 Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, 05.07.1985. p. 0040 – 0048).
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)
Barra minn hekk, għandhom isiru valutazzjonijiet ex ante tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġeneru, soċjali u tax-xogħol, kif ukoll analiżi ta' kunflitti u valutazzjoni tar-riskju.
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
Fejn ikun rilevanti, fl-implimentazzjoni ta' programmi settorjali għandhom jintużaw valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi. Għandhom jiġu żgurati l-involviment tal-partijiet interessati fil-valutazzjonijiet ambjentali u l-aċċess pubbliku għar-riżultati ta' tali valutazzjonijiet.
Fejn ikun rilevanti, fl-eżekuzzjoni ta' programmi settorjali għandhom jintużaw valutazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali u ambjentali strateġiċi. Għandhom jiġu żgurati l-involviment tal-partijiet interessati f'dawn il-valutazzjonijiet u l-aċċess pubbliku għar-riżultati ta' tali valutazzjonijiet.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 21a (ġdid)
Artikolu 21a
Il-programmi ta' assistenza tal-Parlament Ewropew
Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu mal-Parlament Ewropew, u tqis il-fehmiet tal-Parlament Ewropew dwar oqsma li fihom dan tal-aħħar qed imexxi l-programmi ta' assistenza tiegħu stess, bħat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-osservazzjoni elettorali.
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 7 – punt c
(c)  kontribuzzjonijiet għall-kostijiet neċessarji biex tiġi stabbilita u amministrata sħubija pubblik privata;
(c)  kontribuzzjonijiet għall-kostijiet neċessarji biex tiġi stabbilita u amministrata sħubija pubblika privata inkluż appoġġ ta' parteċipazzjoni wiesgħa bit-twaqqif ta' korp indipendenti ta' organizzazzjonijiet indipendenti ta' partijiet terzi CSO biex jivvalutaw u jimmonitorjaw strutturi ta' sħubija pubblika privata;
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – titolu
Forom ta' finanzjament mill-UE u metodi ta' implimentazzjoni
Forom ta' finanzjament mill-Unjoni u metodi ta' applikazzjoni
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2
2.  Fil-ħidma mal-partijiet ikkonċernati tal-pajjiżi sħab, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tagħhom, inklużi l-ħtiġijiet tagħhom u l-kuntest rilevanti, meta tiddefinixxi l-modalitajiet ta' finanzjament, it-tip ta' kontribuzzjoni, il-modalitajiet tal-għotja u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-ġestjoni tal-għotjiet, bil-ħsieb li jinkiseb u li jingħata l-aħjar rispons għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' tali partijiet ikkonċernati. Għandhom jiġu inkoraġġiti modalitajiet speċifiċi skont ir-Regolament Finanzjarju, bħal ftehimiet ta' sħubija, awtorizzazzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju lil terzi persuni, għoti dirett jew sejħiet għall-proposti ristretti għall-eliġibbiltà, jew somom f'daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b'rata fissa kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
2.  Fil-ħidma mal-partijiet ikkonċernati tal-pajjiżi sħab, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tagħhom, inklużi l-ħtiġijiet tagħhom u l-kuntest rilevanti, meta tiddefinixxi l-modalitajiet ta' finanzjament, it-tip ta' kontribuzzjoni, il-modalitajiet tal-għotja u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-ġestjoni tal-għotjiet, bil-ħsieb li jinkiseb u li jingħata l-aħjar rispons għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' tali partijiet ikkonċernati. Dik il-valutazzjoni għandha tqis il-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni u involviment sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari tas-soċjetà ċivili lokali. Għandhom jiġu inkoraġġiti modalitajiet speċifiċi skont ir-Regolament Finanzjarju, bħal ftehimiet ta' sħubija, awtorizzazzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju lil terzi persuni, għoti dirett jew sejħiet għall-proposti ristretti għall-eliġibbiltà, jew somom f'daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b'rata fissa kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Dawk il-modalitajiet differenti għandhom jiżguraw trasparenza, traċċabbiltà u innovazzjoni. Il-kooperazzjoni bejn l-NGOs lokali u internazzjonali għandha tiġi mħeġġa sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili lokali bil-għan li tinkiseb il-parteċipazzjoni sħiħa tagħha fil-programmi ta' żvilupp.
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  għotjiet ta' valur baxx lil difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għall-finanzjament ta' azzjonijiet ta' protezzjoni urġenti, fejn xieraq mingħajr il-ħtieġa għal kofinanzjament;
(a)  għotjiet ta' valur baxx lil difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lil mekkaniżmi għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju, għall-finanzjament ta' azzjonijiet ta' protezzjoni urġenti, fejn xieraq mingħajr il-ħtieġa għal kofinanzjament, kif ukoll lill-medjaturi u lill-atturi oħra tas-soċjetà ċivili involuti fi djalogu relatat ma' kriżi u ma' kunflitti armati, mar-riżoluzzjoni tal-kunflitti, mar-rikonċiljazzjoni u mal-bini tal-paċi;
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  għotjiet, fejn ikun xieraq mingħajr il-ħtieġa ta' kofinanzjament, sabiex jiġu ffinanzjati azzjonijiet fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli fejn il-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-proposti ma tkunx xierqa, inklużi sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, fejn is-sigurtà tal-bniedem tkun l-aktar f'riskju jew fejn l-organizzazzjonijiet u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem joperaw fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli. Għotjiet bħal dawn ma għandhomx jaqbżu l-EUR 1 000 000 u għandu jkollhom tul ta' żmien ta' mhux aktar minn 18-il xahar, li tista' tiġi estiża bi 12-il xahar ieħor fl-eventwalità ta' ostakli oġġettivi u mhux previsti għall-implimentazzjoni tagħhom;
(b)  għotjiet, fejn ikun xieraq mingħajr il-ħtieġa ta' kofinanzjament, sabiex jiġu ffinanzjati azzjonijiet fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli fejn il-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-proposti ma tkunx xierqa, inklużi sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, theddid għall-istituzzjonijiet demokratiċi, eskalazzjoni ta' kriżi, kunflitt armat fejn is-sigurtà tal-bniedem tkun l-aktar f'riskju jew fejn l-organizzazzjonijiet u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-medjaturi u atturi oħra tas-soċjetà ċivili involuti fi djalogu relatat ma' kriżi u kunflitt armat, ir-rikonċiljazzjoni u l-bini tal-paċi joperaw fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli. Għotjiet bħal dawn ma għandhomx jaqbżu l-EUR 1 000 000 u għandu jkollhom tul ta' żmien ta' mhux aktar minn 18-il xahar, li tista' tiġi estiża bi 12-il xahar ieħor fl-eventwalità ta' ostakli oġġettivi u mhux previsti għall-applikazzjoni tagħhom;
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  għotjiet lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll lill-Global Campus, liċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni, li jipprovdi Lawrja Ewropea ta' Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, u n-netwerk assoċjat tiegħu ta' universitajiet li jipprovdu diplomi postgraduate dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi boroż ta' studju lil studenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi terzi.
(c)  għotjiet lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll lill-Global Campus, liċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni, li jipprovdi Lawrja Ewropea ta' Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, u n-netwerk assoċjat tiegħu ta' universitajiet li jipprovdu diplomi postgraduate dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi boroż ta' studju lil studenti, riċerkaturi, għalliema, u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi terzi.
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)   Proġetti żgħar kif deskritti fl-Artikolu 23a (ġdid)
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-appoġġ baġitarju kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, inkluż permezz ta' kuntratti ta' prestazzjoni ta' riforma strutturali, għandu jkun ibbażat fuq is-sjieda tal-pajjiż, l-akkontabbiltà reċiproka u impenji kondiviżi għall-valuri universali, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab. Għandu jinkludi djalogu msaħħaħ ta' politika, tisħiħ tal-kapaċitajiet, u governanza mtejba, li jikkomplementaw l-isforzi tal-isħab biex jiġbru aktar u jonfqu aħjar bil-għan li jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv u l-impjiegi u l-qerda tal-faqar.
L-appoġġ baġitarju kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, inkluż permezz ta' kuntratti ta' prestazzjoni ta' riforma strutturali, għandu jkun ibbażat fuq is-sjieda tal-pajjiż, ir-rendikont reċiproku u impenji kondiviżi għall-valuri universali, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem u l-istat tad-dritt u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab. Għandu jinkludi djalogu msaħħaħ ta' politika, tisħiħ tal-kapaċitajiet, u governanza mtejba, li jikkomplementaw l-isforzi tas-sħab biex jiġbru aktar u jonfqu aħjar bil-għan li jappoġġaw żvilupp soċjoekonomiku sostenibbli u inklużiv li jkun ta' benefiċċju għal kulħadd, il-ħolqien ta' impjiegi deċenti, b'attenzjoni partikolari għaż-żgħażagħ, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-qerda tal-faqar b'kunsiderazzjoni xierqa għall-ekonomiji lokali, id-drittijiet ambjentali u soċjali.
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi pprovdut appoġġ baġitarju għandha tkun ibbażata fuq politiki ta' appoġġ baġitarju miftehma mill-Unjoni, sett ċar ta' kriterji ta' eliġibbiltà u evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji u l-benefiċċji.
Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi pprovdut appoġġ baġitarju għandha tkun ibbażata fuq politiki ta' appoġġ baġitarju miftehma mill-Unjoni, sett ċar ta' kriterji ta' eliġibbiltà u evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji u l-benefiċċji. Wieħed mid-determinanti ewlenin ta' dik id-deċiżjoni għandu jkun valutazzjoni tal-impenn, tar-rekord u tal-progress tal-pajjiżi sħab fir-rigward tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt.
Emenda 223
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Meta tipprovdi appoġġ baġitarju skont l-Artikolu 236 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b'mod ċar u timmonitorja l-kriterji għall-kondizzjonalità tal-appoġġ baġitarju, inkluż il-progress fir-riformi u t-trasparenza, u għandha tappoġġa l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari, il-kapaċitajiet nazzjonali ta' awditjar u ż-żieda fit-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.
Meta tipprovdi appoġġ baġitarju skont l-Artikolu 236 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b'mod ċar u timmonitorja l-kriterji għall-kondizzjonalità tal-appoġġ baġitarju, inkluż il-progress fir-riformi u t-trasparenza, u għandha tappoġġa l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari, il-kapaċitajiet nazzjonali ta' awditjar, il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ u ż-żieda fit-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi ta' akkwist pubbliku b'saħħithom li jappoġġaw l-iżvilupp ekonomiku lokali u n-negozji lokali.
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 7
7.  Dawn l-istrumenti finanzjarj jistgħu jinġabru f'faċilitajiet għall-għanijiet tal-implimentazzjoni u tar-rappurtar.
7.  Dawn l-istrumenti finanzjarji jistgħu jinġabru f'faċilitajiet għall-għanijiet tal-applikazzjoni u tar-rappurtar.
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.   Il-Kummissjoni u s-SEAE m'għandhomx jidħlu f'operazzjonijiet ġodda jew imġedda ma' entitajiet inkorporati jew stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet iddefiniti taħt il-politika rilevanti tal-Unjoni bħala li ma jikkooperawx, jew li huma identifikati bħala pajjiżi terzi b'riskju kbir skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew li mhumiex effettivament konformi mal-istandards fiskali tal-Unjoni jew miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni.
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 23a (ġdid)
Artikolu 23a
Fondi għall-proġetti żgħar
1.  Il-finanzjament skont dan ir-Regolament jista' jiġi pprovdut lill-fondi għall-proġetti żgħar, immirati lejn l-għażla u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' volum finanzjarju limitat.
2.  Il-benefiċjarji ta' fond għall-proġett żgħir għandhom ikunu organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
3.  Ir-riċevituri finali fi ħdan fond għall-proġett żgħir għandhom jirċievu appoġġ skont dan ir-Regolament, permezz tal-benefiċjarju, u jimplimentaw proġetti żgħar fi ħdan dak il-fond għall-proġett żgħir ("proġett żgħir").
4.  Fejn il-kontribuzzjoni pubblika għall-proġett żgħir ma taqbiżx EUR 50 000, din għandha tieħu l-forma ta' kostijiet unitarji jew ammonti f'daqqa jew tinkludi rati fissi.
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt f
(f)  membri sħab tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, fil-każ ta' kuntratti implimentati f'wieħed mill-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati jew f'Pajjiż Fqir b'Ħafna Dejn, kif inkluż fil-lista ta' riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp.
(f)  membri sħab tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, fil-każ ta' kuntratti applikati f'wieħed mill-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati jew f'Pajjiż Fqir b'Ħafna Dejn, kif inkluż fil-lista ta' riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp.
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 5
5.  Għall-azzjonijiet kofinanzjati konġuntament minn entità, jew implimentati b'ġestjoni diretta jew indiretta ma' entitajiet kif imsemmi fil-punti minn (c)(ii) sa (viii) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju, għandhom japplikaw ukoll ir-regoli ta' eliġibbiltà ta' dak l-entitajiet.
5.  Għall-azzjonijiet kofinanzjati konġuntament minn entità, jew applikati b'ġestjoni diretta jew indiretta ma' entitajiet kif imsemmi fil-punti minn (c)(ii) sa (viii) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju, għandhom japplikaw ukoll ir-regoli ta' eliġibbiltà ta' dak l-entitajiet.
Emenda 229
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 9
9.  Ir-regoli tal-eliġibbiltà ta' dan l-Artikolu jistgħu jkunu ristretti fir-rigward tan-nazzjonalità, il-pożizzjoni ġeografika jew in-natura tal-applikanti, fejn tali restrizzjonijiet ikunu meħtieġa min-natura u l-għanijiet speċifiċi tal-azzjoni u fejn ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni effettiva tagħha.
9.  Ir-regoli tal-eliġibbiltà ta' dan l-Artikolu jistgħu jkunu ristretti fir-rigward tan-nazzjonalità, il-pożizzjoni ġeografika jew in-natura tal-applikanti, fejn tali restrizzjonijiet ikunu meħtieġa min-natura u l-għanijiet speċifiċi tal-azzjoni u fejn ikunu neċessarji għall-applikazzjoni effettiva tagħha. Ir-restrizzjonijiet tan-nazzjonalità ma għandhomx japplikaw għall-organizzazzjonijiet nazzjonali.
Emenda 230
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 11
11.  Sabiex jiġu promossi kapaċitajiet, swieq u xiri lokali, għandha tingħata prijorità lill-kuntratturi lokali u reġjonali meta r-Regolament Finanzjarju jipprevedi għotja fuq il-bażi ta' offerta waħda. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-parteċipazzjoni ta' kuntratturi lokali u reġjonali għandha tiġi promossa f' konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dak ir-Regolament.
11.  Sabiex jiġu promossi kapaċitajiet, swieq u xiri lokali, għandha tingħata prijorità lill-kuntratturi lokali u reġjonali, filwaqt li tingħata attenzjoni għar-rekord tal-passat tagħhom fis-sostenibbiltà ambjentali jew kummerċ ġust meta r-Regolament Finanzjarju jipprevedi għotja fuq il-bażi ta' offerta waħda. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-parteċipazzjoni ta' kuntratturi lokali u reġjonali għandha tiġi promossa f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dak ir-Regolament. Fil-każijiet kollha għandhom jiġu applikati l-kriterji ta' sostenibbiltà u ta' diliġenza dovuta.
Emenda 231
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 12a (ġdid)
12a.   L-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali ma għandux jappoġġa azzjonijiet li, skont l-skrutinju ambjentali msemmi fl-Artikolu 21, jikkawżaw ħsara lill-ambjent jew lill-klima. L-allokazzjonijiet għandhom ikunu kompatibbli bis-sħiħ mal-Ftehim ta' Pariġi u, b'mod ġenerali, il-finanzjament Ewropew iddedikat għall-azzjoni esterna għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi. B'mod partikolari, l-istrument ma għandux jappoġġa:
(a)  Azzjonijiet inkompatibbli mal-Kontributi Determinati fil-Livell Nazzjonali tal-pajjiżi riċeventi skont il-Ftehim ta' Pariġi;
(b)  investiment fi fjuwils fossili upstream, midstream u downstream.
Emenda 232
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta' impenn riportati f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament Finanzjarju.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni dwar l-approprjazzjonijiet li ġew riportati awtomatikament f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 233
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu (6)(2)(a) għandu jiffinanzja l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+) u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+) u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-pakketti finanzjarji għall-programmi ġeografiċi msemmija fil-punt a tal-Artikolu 6(2), filwaqt li jiżguraw li dan il-finanzjament mhux għad-detriment ta' azzjonijiet oħra appoġġati minn programmi ġeografiċi.
Emenda 234
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-għan tal-EFSD+ bħala pakkett finanzjarju integrat, li jipprovdi kapaċità finanzjarja li tuża l-metodi ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 23(1)(a), (e), (f) u (g), għandu jkun li jappoġġa l-investimenti u jżid l-aċċess għall-finanzjament, bil-għan li jrawwem żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli u inklużiv u jippromwovi r-reżiljenza soċjoekonomika fil-pajjiżi sħab b'enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar, it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien ta' impjiegi diċenti, l-opportunitajiet ekonomiċi, il-ħiliet u l-intraprenditorija, is-setturi soċjoekonomiċi, l-intrapriżi mikro, żgħar u medji, kif ukoll jindirizza l-kawżi fundamentali soċjoekonomiċi speċifiċi tal-migrazzjoni irregolari, skont id-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva rilevanti. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u lill-pajjiżi fqar b'ħafna dejn.
L-għan tal-EFSD+ bħala pakkett finanzjarju integrat, li jipprovdi kapaċità finanzjarja fil-forma ta' għotjiet, garanziji u strumenti finanzjarji oħra kif stabbilit fl-Artikolu 23(1), għandu jkun li jappoġġa l-investimenti u jżid l-aċċess għall-finanzjament, filwaqt li jimmassimizza l-addizzjonalità, jipprovdi prodotti innovattivi u jiġbor fondi mis-settur privat, bil-għan li jrawwem żvilupp ekonomiku, ambjentali u soċjali sostenibbli, l-industrijalizzazzjoni u ambjent ta' investiment stabbli u inklużiv, sabiex jippromwovi r-reżiljenza soċjoekonomika u ambjentali fil-pajjiżi sħab b'enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar, it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, il-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent, il-ħolqien ta' impjiegi diċenti f'konformità mal-istandards rilevanti tal-ILO, b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli, inklużi n-nisa u ż-żgħażagħ, l-opportunitajiet ekonomiċi, il-ħiliet u l-intraprenditorija, is-setturi soċjoekonomiċi, b'enfasi fuq l-intrapriżi u l-kooperattivi soċjali fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jnaqqsu l-faqar, l-inugwaljanzi, u jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-għajxien, jappoġġaw l-intrapriżi mikro, żgħar u medji, kif ukoll jindirizza l-kawżi fundamentali soċjoekonomiċi speċifiċi tal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament furzat, u jikkontribwixxi għar-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, skont id-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva rilevanti. 45 % tal-finanzjament għandu jiġi allokat għal investimenti li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-klima, il-ġestjoni u l-protezzjoni ambjentali, il-bijodiversità u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, li minnhom 30 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv għandu jkun iddedikat għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament. Għandha tingħata attenzjoni speċjali, u appoġġ addizzjonali għall-bini tal-kapaċità istituzzjonali, governanza ekonomika, u assistenza teknika, lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u lill-pajjiżi fqar b'ħafna dejn. Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tintuża flimkien mal-investiment tal-gvern fis-servizzi pubbliċi essenzjali, li jibqgħu responsabbiltà tal-gvern.
Emenda 235
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 3
3.  Bil-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, l-Unjoni tista' tiggarantixxi operazzjonijiet, iffirmati bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2027, sa EUR 60 000 000 000.
3.  Bil-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, l-Unjoni tista' tiggarantixxi operazzjonijiet, iffirmati bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2027, sa EUR 60 000 000 000. Dak il-limitu għandu jiġi rivedut fil-kuntest tar-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu skont l-Artikolu 32.
Emenda 236
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
4.  Ir-rata ta' proviżjonament għandha tvarja bejn 9 % u 50 % skont it-tip ta' operazzjonijiet.
4.  Ir-rata ta' proviżjonament għandha tvarja bejn 9 % u 50 % skont it-tip ta' operazzjonijiet. Ammont massimu ta' EUR 10 biljun għandu jiġi pprovdut mill-baġit tal-Unjoni permezz ta' linja baġitarja speċifika fil-qafas tal-proċedura tal-baġit annwali jew permezz ta' trasferiment baġitarju. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex jiġi emendat dan l-ammont massimu jekk ikun meħtieġ.
Emenda 237
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
Ir-rati ta' proviżjonament għandha tkun rieżaminata kull tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament stabbilita fl-Artikolu 40. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex tissupplimenta jew temenda dawn ir-rati.
Ir-rati ta' proviżjonament għandhom ikunu rieżaminati kull sentejn mill-bidu tad-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament stabbilita fl-Artikolu 40. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex tissupplimenta jew temenda dawn ir-rati, u l-ammonti finanzjarji involuti.
Emenda 238
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6
6.  L-EFSD+ u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jistgħu jappoġġaw operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment f'pajjiżi sħab fiż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-programmi ġeografiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(2)(a) u għandu jiġi ttrasferit fil-fond komuni ta' proviżjonament. L-EFSD+ u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jistgħu wkoll jappoġġaw operazzjonijiet f'benefiċjarji elenkati fl-Anness I tar-Regolament IPA III. Il-finanzjament għal dawn l-operazzjonijiet taħt l-EFSD+ u għall-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi ffinanzjat mir-Regolament IPA. Il-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għal self lil pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS għandu jiġi ffinanzjat mir-Regolament EINS.
6.  L-EFSD+ u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jistgħu jappoġġaw operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment f'pajjiżi sħab fiż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-programmi ġeografiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(2)(a) u għandu jiġi ttrasferit fil-fond komuni ta' proviżjonament. Id-distribuzzjoni ġeografika tal-operazzjonijiet tal-EFSD+ għandha, sal-punt massimu possibbli, tirrifletti wkoll il-piż relattiv tal-allokazzjonijiet finanzjarji għar-reġjuni differenti kif deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2). L-EFSD+ u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jistgħu wkoll jappoġġaw operazzjonijiet f'benefiċjarji elenkati fl-Anness I tar-Regolament IPA III. Il-finanzjament għal dawn l-operazzjonijiet taħt l-EFSD+ u għall-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi ffinanzjat mir-Regolament IPA. Il-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għal self lil pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS għandu jiġi ffinanzjat mir-Regolament EINS.
Emenda 239
Proposta għal regolament
Artikolu 26a (ġdid)
Artikolu 26a
Għanijiet għall-EFSD+
1.  L-operazzjonijiet tal-EFSD+ eliġibbli għall-appoġġ mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom jikkontribwixxu għall-oqsma ta' prijorità li ġejjin:
(a)  l-għoti ta' finanzjament u ta' appoġġ lill-iżvilupp tas-setturi tal-intrapriżi privati, kooperattivi u soċjali biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu b'enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar u, fejn xieraq, il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament UE.../... [IPA III];
(b)  jiġu indirizzati l-ostakli għall-investimenti privati, b'mod partikolari billi tiġi żgurata s-sigurtà legali tal-investimenti;
(c)  l-ingranaġġ tal-finanzjament tas-settur privat, b'enfasi partikolari fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u medji;
(d)  it-tisħiħ tas-setturi u l-oqsma soċjoekonomiċi u l-infrastruttura pubblika u privata relatata u l-konnettività sostenibbli u l-produzzjoni sostenibbli, bil-għan li jiġi promoss żvilupp soċjoekonomiku inklużiv u sostenibbli li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent;
(e)  il-kontribut għall-azzjoni klimatika u l-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent;
(f)  il-kontribut, permezz tal-promozzjoni ta' żvilupp sostenibbli, biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali speċifiċi tal-migrazzjoni u l-ispostament furzat, inkluża l-migrazzjoni irregolari, u l-kontribut għall-migrazzjoni u mobbiltà sikura, ordnata u regolari.
Emenda 240
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
1.  L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment eliġibbli għall-appoġġ permezz tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom ikunu konsistenti u allinjati mal-politiki tal-Unjoni, kif ukoll mal-istrateġiji u l-politiki tal-pajjiżi sħab. B'mod partikolari huma għandhom jappoġġaw l-għanijiet, il-prinċipji ġenerali u l-qafas ta' politika ta' dan ir-Regolament u d-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva rilevanti, bil-konsiderazzjoni dovuta għall-oqsma ta' prijorità stabbiliti fl-Anness V.
1.  L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment eliġibbli għall-appoġġ permezz tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom ikunu konsistenti u allinjati mal-politiki tal-Unjoni, b'mod partikolari l-politika tagħha ta' żvilupp u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll mal-istrateġiji u l-politiki tal-pajjiżi sħab u jindirizzaw il-fallimenti tas-suq lokali jew l-operazzjonijiet ta' investiment subottimali u mingħajr ma jikkompetu b'mod inġust mal-atturi ekonomiċi lokali. B'mod partikolari huma għandhom jappoġġaw l-għanijiet, il-prinċipji ġenerali u l-qafas ta' politika ta' dan ir-Regolament u d-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva rilevanti, bil-konsiderazzjoni dovuta għall-oqsma ta' prijorità stabbiliti fl-Artikolu 26a u deskritti b'mod ulterjuri fl-Anness V.
Emenda 241
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-għoti tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jkun soġġett għall-konklużjoni tal-ftehimiet rispettivi ta' garanzija tal-EFSD bejn il-Kummissjoni f'isem l-Unjoni u l-kontroparti eliġibbli.
Emenda 242
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tappoġġa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (a) sa (c) tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju u li:
2.  Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tappoġġa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment li jindirizzaw il-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. L-operazzjonijiet għandhom ikunu wkoll konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (a) sa (c) tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju u li:
Emenda 243
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt -aa (ġdid)
(-aa)   jipprovdu addizzjonalità finanzjarja u tal-iżvilupp;
Emenda 244
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt -ab (ġdid)
(-ab)   jgħaddu minn valutazzjoni tal-impatt ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali u tax-xogħol ex ante parteċipatorja li tkun disponibbli pubblikament, li tidentifika u tindirizza r-riskji f'dawk l-oqsma u tqis kif dovut il-prinċipju ta' kunsens b'xejn u infurmat minn qabel (FPIC) ta' komunitajiet affettwati f'investimenti relatati mal-art;
Emenda 245
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c
(c)  ikunu teknikament vijabbli u sostenibbli minn perspettiva soċjali u ambjentali.
(c)  ikunu teknikament vijabbli u sostenibbli minn perspettiva soċjoekonomika u ambjentali.
Emenda 246
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  jimmiraw lejn is-setturi u l-kwistjonijiet fejn hemm fallimenti tas-suq jew istituzzjonali ċari li jxekklu l-finanzjament tas-settur privat;
Emenda 247
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)
(cb)  ikunu strutturati b'tali mod li jikkontribwixxu għall-ikkatalizzar tal-iżvilupp tas-suq u għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tas-settur privat lejn id-diskrepanzi fl-investiment;
Emenda 248
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt cc (ġdid)
(cc)  jiffokaw fuq proġetti li jinvolvu riskji akbar minn dawk li s-selliefa privati huma lesti li jieħdu fuq bażi kummerċjali biss;
Emenda 249
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt cd (ġdid)
(cd)  ma jfixklux is-swieq fil-pajjiżi u r-reġjuni sħab.
Emenda 250
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt ce (ġdid)
(ce)  jimmassimizzaw, fejn ikun possibbli, il-mobilizzazzjoni tal-kapital tas-settur privat lokali;
Emenda 251
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt cf (ġdid)
(cf)  jirrispettaw il-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp kif stabbilit fis-Sħubija ta' Busan għal Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp u affermata mill-ġdid f'Nairobi fl-2016, inkluż is-sjieda, l-allinjament, il-fokus fuq ir-riżultati, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont reċiproku, kif ukoll l-għan ta' għajnuna mhux marbuta;
Emenda 252
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt cg (ġdid)
(cg)  ikunu mfassla biex jissodisfaw il-kriterji għall-ODA stabbiliti mill-OECD-DAC, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-iżvilupp tas-settur privat, ħlief l-operazzjonijiet fil-pajjiżi industrijalizzati mhux eliġibbli għall-ODA;
Emenda 253
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt ch (ġdid)
(ch)  jiġu applikati b'rispett sħiħ għal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll għal linji gwida, prinċipji u konvenzjonijiet internazzjonali maqbula, inklużi l-Prinċipji għall-Investiment Responsabbli, il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, il-Prinċipji tal-Investiment Responsabbli fl-Agrikoltura u s-Sistemi tal-Ikel (FAO) tan-NU, u l-konvenzjonijiet u l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Prinċipji Gwida ta' Maastricht dwar l-Obbligi Extraterritorjali tal-Membri fil-Qasam tad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Linji Gwida Volontarji tal-FAO dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti fil-Kuntest tas-Sigurtà Alimentari Nazzjonali;
Emenda 254
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 4
4.  Il-kontropartijiet eliġibbli għall-finijiet tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom ikunu dawk identifikati fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju, inklużi dawk minn pajjiżi terzi li jikkontribwixxu għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, u b'deroga mill-Artikolu 62(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju, korpi rregolati mid-dritt privata ta' Stat Membru jew pajjiż terz li kkontribwixxa għall-Garanzija għall-Azzjoni Esternza skont l-Artikolu 28, u li jipprovdu assigurazzjoni adegwata tal-kapaċità finanzjarja tagħhom għandhom ikunu eliġibbli għall-fini tal-Garanzija.
4.  Il-kontropartijiet eliġibbli għall-finijiet tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom ikunu dawk identifikati fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju, inklużi dawk minn pajjiżi terzi li jikkontribwixxu għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament u l-opinjoni tal-bord strateġiku. Barra minn hekk, u b'deroga mill-Artikolu 62(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju, korpi rregolati mid-dritt privata ta' Stat Membru jew pajjiż terz li kkontribwixxa għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna skont l-Artikolu 28, u li jipprovdu assigurazzjoni adegwata tal-kapaċità finanzjarja tagħhom għandhom ikunu eliġibbli għall-fini tal-Garanzija.
Emenda 255
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment għandu, inter alia:
a)  jipparteċipa, flimkien ma' istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej oħra, fil-ġestjoni tar-riskju tal-EFSD+, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-ħtieġa li jiġi evitat kunflitt ta' interess possibbli;
b)  jimplimenta esklussivament parti minn tieqa ta' investiment li tkopri s-self sovran li għandu jiġi fornut b'mill-inqas EUR 1 000 000 000 mill-pakketti finanzjarji tal-programmi ġeografiċi, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 3 ta' dan it-titolu;
c)  ikun kontroparti eliġibbli tal-attivitajiet ta' implimentazzjoni taħt twieqi oħrajn ta' investiment.
Emenda 256
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jikkonformaw mar-regoli u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 62(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju. Fil-każ ta' korpi rregolati mid-dritt privat ta' Stat Membru jew pajjiż terz li jkun ikkontribwixxa għall-Garanzija għall-Azzjoni Esternza skont l-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata preferenza lil dawk il-korpi li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-kriterji ambjentali, soċjali u tal-governanza korporattiva.
Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jikkonformaw mar-regoli u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 62(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju. Fil-każ ta' korpi rregolati mid-dritt privat ta' Stat Membru jew pajjiż terz li jkun ikkontribwixxa għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna skont l-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata preferenza lil dawk il-korpi li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-kriterji ambjentali, soċjali, ta' tassazzjoni u tal-governanza korporattiva.
Emenda 257
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 5 – subparagrafu 3
Il-Kummissjoni għandha tiżgura trattament ekwu għall-kontropartijiet eliġibbli kollha u għandha tiżgura li l-kunflitti ta' interess jiġu evitati matul il-perjodu kollu ta' implimentazzjoni tal-EFSD+. Sabiex tiżgura l-komplementarjetà, il-Kummissjoni tista' titlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti mill-kontropartijiet eliġibbli dwar l-operazzjonijiet tagħhom li mhumiex tal-EFSD+.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura trattament ekwu u aċċess ugwali għall-finanzjament għall-kontropartijiet eliġibbli kollha u għandha tiżgura li l-kunflitti ta' interess jiġu evitati matul il-perjodu kollu ta' applikazzjoni tal-EFSD+. Sabiex tiżgura l-komplementarjetà, il-Kummissjoni tista' titlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti mill-kontropartijiet eliġibbli dwar l-operazzjonijiet tagħhom li mhumiex tal-EFSD+.
Emenda 258
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lill-kontropartijiet eliġibbli, OSĊ u komunitajiet lokali għal skambju ta' fehmiet dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti b'dan ir-Regolament.
Emenda 259
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 6 – punt da (ġdid)
(da)   il-prinċipji ta' proċeduri ta' sejħa għall-offerti miftuħa u ġusti.
Emenda 260
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 7
7.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi twieqi ta' investiment għal reġjuni, pajjiżi sħab speċifiċi, jew it-tnejn li huma, għal setturi speċifiċi, jew għal proġetti speċifiċi, kategoriji speċifiċi ta' benefiċjarji finali, jew it-tnejn li huma, li se jiġu ffinanzjati minn dan ir-Regolament li se jiġu koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna sa ammont fiss. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif it-twieqi ta' investiment ikkonformaw ma' dan l-Artikolu u l-prijoritajiet ta' finanzjament dettaljati tagħhom. It-talbiet kollha għal appoġġ finanzjarju fit-twieqi ta' investiment għandhom isiru lill-Kummissjoni.
imħassar
L-għażla tat-twieqi ta' investiment għandha tkun debitament ġustifikata b'analiżi tal-falliment tas-suq jew tas-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. Din l-analiżi għandha titwettaq mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-kontropartijiet u l-partijiet ikkonċernati potenzjalment eliġibbli.
Il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jipprovdu l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3 taħt tieqa ta' investiment jew proġett individwali amministrat minn kontroparti eliġibbli. L-istrumenti jistgħu jiġu pprovduti għall-benefiċċju ta' pajjiżi sħab, inklużi pajjiżi fraġli jew affettwati minn konflitt jew pajjiżi li qed jiffaċċjaw sfidi fir-rikostruzzjoni u fl-irkupru wara konflitt, għall-benefiċċju ta' dawk l-istituzzjonijiet tal-pajjiżi sħab, inklużi l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji lokali privati u nazzjonali pubbliċi tagħhom, kif ukoll għall-benefiċċju tal-entitajiet fis-settur privat ta' dawk il-pajjiżi sħab.
Emenda 261
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 8
8.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-operazzjonijiet appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fid-dawl tal-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fil-paragrafi 2 u 3, u meta jkun possibbli tibbaża ruħha fuq is-sistemi eżistenti għall-kejl tar-riżultati tal-kontropartijiet eliġibbli. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultat tal-valutazzjoni tagħha għal kull tieqa ta' investiment fuq bażi annwali.
8.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-operazzjonijiet appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fid-dawl tal-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fil-paragrafi 2 u 3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi bħala gwida għall-għażla tal-proġetti. Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jimlew it-tabella ta' valutazzjoni għall-operazzjonijiet kollha taħt l-EFSD+. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-operazzjonijiet kollha appoġġati mill-Garanzija kontra l-kriterji ta' eliġibbiltà elenkati fl-Artikolu 27 u għandha tuża t-tabella ta' valutazzjoni biex twettaq kontroll tal-kwalità indipendenti fuq id-diliġenza dovuta u l-valutazzjoni mwettqa mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni fil-livell tal-proġett. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha titlob kjarifika u modifiki għas-sħab ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tabella ta' valutazzjoni għall-proġetti kollha wara l-approvazzjoni għall-użu tal-garanzija mill-Kummissjoni u s-sħab ta' implimentazzjoni, u r-riżultat tal-għodod ta' garanzija u l-proġetti individwali kollha taħt il-valutazzjoni tagħha għal kull tieqa ta' investiment fuq bażi annwali.
Emenda 262
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 9
9.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 biex tissupplimenta jew temenda l-oqsma ta' prijorità fl-Anness V u l-governanza tal-EFSD+ fl-Anness VI.
9.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 biex tissupplimenta jew temenda l-oqsma ta' prijorità u t-twieqi ta' investiment indikati fl-Anness V. Meta tissuplimenta jew temenda twieqi ta' investiment għal reġjuni speċifiċi, pajjiżi sħab speċifiċi, jew it-tnejn li huma, għal setturi speċifiċi, jew għal proġetti speċifiċi, kategoriji speċifiċi ta' benefiċjarji finali, jew it-tnejn li huma, li se jiġu ffinanzjati minn dan ir-Regolament li se jiġu koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna sa ammont fiss, il-Kummissjoni għandha tieħu kont dovut tal-parir ipprovdut mill-bord strateġiku, u tikkonsulta l-bordijiet operattivi.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif it-twieqi ta' investiment jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26a u dan l-Artikolu u l-prijoritajiet ta' finanzjament iddettaljati tagħhom. It-talbiet kollha għal appoġġ finanzjarju fit-twieqi ta' investiment għandhom isiru lill-Kummissjoni.
L-għażla tat-twieqi ta' investiment għandha tkun debitament ġustifikata b'analiżi tal-falliment tas-suq jew tas-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. Din l-analiżi għandha titwettaq mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-kontropartijiet u l-partijiet ikkonċernati potenzjalment eliġibbli.
Il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jipprovdu l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3 taħt tieqa ta' investiment jew proġett individwali amministrat minn kontroparti eliġibbli. L-istrumenti jistgħu jiġu pprovduti għall-benefiċċju ta' pajjiżi sħab, inklużi pajjiżi fraġli jew affettwati minn kunflitt jew pajjiżi li qed jiffaċċjaw sfidi fir-rikostruzzjoni u fl-irkupru wara kunflitt, għall-benefiċċju ta' dawk l-istituzzjonijiet tal-pajjiżi sħab, inklużi l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji lokali privati u nazzjonali pubbliċi tagħhom, kif ukoll għall-benefiċċju tal-entitajiet fis-settur privat ta' dawk il-pajjiżi sħab. F'pajjiżi fraġli u affettwati minn kunflitt, u f'pajjiżi oħra, fejn ikun ġustifikat, jista' jingħata appoġġ lill-investimenti tas-settur pubbliku li jkollhom effetti rilevanti fuq l-iżvilupp tas-settur privat.
Emenda 263
Proposta għal regolament
Artikolu 27a (ġdid)
Artikolu 27a
Struttura u governanza tal-EFSD+
1.  L-EFSD+ għandu jkun magħmul minn pjattaformi ta' investiment reġjonali stabbiliti fuq il-bażi tal-metodi ta' ħidma, il-proċeduri u l-istrutturi tal-faċilitajiet esterni ta' taħlit eżistenti tal-Unjoni, li jistgħu jikkombinaw l-operazzjonijiet ta' taħlit tagħhom u l-operazzjonijiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna taħt l-EFSD+.
2.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni ġenerali tal-EFSD+ u tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Lil hinn minn dan, il-Kummissjoni ma għandhiex tfittex li twettaq operazzjonijiet bankarji ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew b'mod regolari biex tiżgura l-ogħla standards ta' trasparenza u r-rendikont finanzjarju.
3.  Fil-ġestjoni tal-EFSD+, il-Kummissjoni għandha tingħata pariri minn bord strateġiku, ħlief fil-każ tal-operazzjonijiet li jkopru l-politika tat-Tkabbir tal-Unjoni u ffinanzjati mill-[IPA III], fejn il-Kummissjoni għandha tingħata pariri minn bord strateġiku tal-Qafas ta' Investiment għall-Balkani tal-Punent (WBIF). Il-Kummissjoni għandha taħdem ukoll f'kooperazzjoni mill-qrib mal-kontropartijiet eliġibbli kollha fir-rigward tal-immaniġġjar operazzjonali tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Għal dak il-għan, għandu jiġi stabbilit grupp ta' ħidma tekniku, magħmul minn esperti mill-Kummissjoni u minn kontropartijiet eliġibbli, sabiex jivvaluta r-riskju u l-ipprezzar relatat.
4.  Il-bord strateġiku għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-orjentament strateġiku u l-prijoritajiet ta' investimenti tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna taħt l-EFSD+ u jikkontribwixxi għall-allinjament tagħhom mal-prinċipji gwida u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, tal-politika tal-iżvilupp, tal-politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u mal-iskop tal-EFSD+ kif stabbilit fl-Artikolu 26. Dan għandu wkoll jappoġġa lill-Kummissjoni meta tistabbilixxi l-miri kumplessivi tal-investiment fir-rigward tal-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna f'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-EFSD+ u timmonitorja kopertura ġeografika u tematika xierqa u diversifikata għat-twieqi ta' investiment, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi fqar b'ħafna dejn.
5.  Il-bord strateġiku għandu jappoġġa wkoll il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-koerenza ġenerali bejn il-pjattaformi ta' investiment reġjonali, bejn it-tliet pilastri tal-Pjan ta' Investiment Ewropew, bejn il-Pjan ta' Investiment Ewropew u l-isforzi l-oħra tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, kif ukoll ma' programmi oħra stabbiliti f'dan ir-Regolament, strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni u Fondi Fiduċjarji oħra.
6.  Il-bord strateġiku għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli, tal-Istati Membri kollha u tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-Parlament Ewropew għandu jkollu status ta' osservatur. Il-kontributuri, il-kontropartijiet eliġibbli, il-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti u partijiet ikkonċernati oħra, jistgħu jingħataw status ta' osservaturi, meta jkun xieraq. Il-bord strateġiku għandu jiġi kkonsultat qabel l-inklużjoni ta' kwalunkwe osservatur ġdid. Il-bord strateġiku għandu jkun kopresedut mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli.
7.  Il-bord strateġiku għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena u, meta jkun possibbli, jadotta opinjonijiet b'kunsens. Laqgħat addizzjonali jistgħu jiġu organizzati fi kwalunkwe ħin mill-president jew fuq it-talba ta' terz tal-membri tiegħu. F'każ li ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, għandhom japplikaw id-drittijiet tal-vot kif maqbula matul l-ewwel laqgħa tal-bord strateġiku u stipulati fir-regoli ta' proċedura tiegħu. Dawk id-drittijiet tal-vot għandhom iqisu b'mod xieraq is-sors tal-finanzjament. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu l-qafas rigward ir-rwol tal-osservaturi. Il-minuti u l-aġendi tal-laqgħat tal-bord strateġiku għandhom, wara li jiġu adottati, isiru pubbliċi.
8.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-bord strateġiku dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-applikazzjoni tal-EFSD+. Il-bord strateġiku tad-WBIF għandu jipprovdi l-progress magħmul fl-applikazzjoni tal-istrument ta' garanzija għar-reġjun tat-Tkabbir biex jikkomplementa dan ir-rapportar. Il-bord strateġiku għandu jorganizza regolarment konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar l-orjentazzjoni strateġika u l-implimentazzjoni tal-EFSD+.
9.  L-eżistenza taż-żewġ bordijiet strateġiċi ma jkollhiex influwenza fuq il-ħtieġa li jkun hemm qafas ta' ġestjoni tar-riskji wieħed, unifikat għall-EFSD+.
10.  Waqt il-perjodu tal-applikazzjoni tal-EFSD+, il-bord strateġiku għandu jadotta u jippubblika, mill-aktar fis possibbli, linji gwida li jistabbilixxu kif għandha tiġi żgurata l-konformità tal-operazzjonijiet tal-EFSD+ mal-għanijiet u l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 26a u 27.
11.  Fil-gwida strateġika tiegħu, il-bord strateġiku għandu jqis b'mod xieraq ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti.
12.  Il-bordijiet operazzjonali tal-pjattaformi ta' investiment reġjonali għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fil-livell tal-applikazzjoni fid-definizzjoni tal-għanijiet ta' investiment reġjonali u settorjali, u tat-twieqi ta' investiment reġjonali, settorjali u tematiċi u għandhom jifformulaw opinjonijiet dwar operazzjonijiet ta' taħlit u dwar l-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tkopri l-operazzjonijiet tal-EFSD+.
Emenda 264
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Il-kontribuzzjoni minn pajjiżi terzi għajr il-partijiet kontreanti taż-Żona Ekonomika Ewropea u minn terzi persuni oħra għandha tkun fil-forma ta' flus u tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.
Il-kontribuzzjoni minn pajjiżi terzi għajr il-partijiet kontraenti taż-Żona Ekonomika Ewropea u minn terzi persuni oħra għandha tkun fil-forma ta' flus u tkun soġġetta għall-opinjoni tal-Bord Strateġiku u għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.
Emenda 265
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 5
B'talba tal-Istati Membri, il-kontribuzzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu allokati għall-bidu ta' azzjonijiet f'reġjuni, pajjiżi, setturi jew twieqi ta' investiment eżistenti speċifiċi.
imħassar
Emenda 266
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Kwalunkwe kontribuzzjoni tista' tintuża biex tkopri sejħiet ta' garanzija, irrispettivament mill-allokazzjoni.
Kwalunkwe kontribuzzjoni tista' tintuża biex tkopri sejħiet ta' garanzija.
Emenda 267
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – titolu
Implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna
Applikazzjoni tal-ftehimiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna
Emenda 268
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, għandha tikkonkludi ftehimiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna mal-kontropartijiet eliġibbli magħżula skont l-Artikolu 27. Il-ftehimiet jistgħu jiġu konklużi ma' konsorzju ta' żewġ kontropartijiet eliġibbli jew aktar.
1.  Il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, għandha tikkonkludi ftehimiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna mal-kontropartijiet eliġibbli magħżula skont l-Artikolu 27. Dawk il-ftehimiet għandhom ikunu mingħajr kundizzjonijiet, irrevokabbli, fuq l-ewwel talba, u favur il-kontropartijiet magħżula. Il-ftehimiet jistgħu jiġu konklużi ma' konsorzju ta' żewġ kontropartijiet eliġibbli jew aktar.
Emenda 269
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-ftehimiet kollha ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom, wara talba, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt li jittieħed kont tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva.
Il-ftehimiet kollha ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt li jittieħed kont tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva.
Emenda 270
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 3 – punt c
(c)  referenza għall-għanijiet u l-fini ta' dan ir-Regolament, valutazzjoni tal-ħtiġijiet u indikazzjoni tar-riżultati mistennija, b'kont meħud tal-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-imġiba responsabbli fin-negozju;
(c)  referenza għall-għanijiet u l-fini ta' dan ir-Regolament, valutazzjoni tal-ħtiġijiet u indikazzjoni tar-riżultati mistennija, b'kont meħud tal-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-ħtieġa li tiġi żgurata imġiba responsabbli fin-negozju, inkluż, b'mod partikolari, b'rispett għal-linji gwida, il-prinċipji u l-istrumenti legali miftiehma fuq livell internazzjonali msemmija fil-punt (ch) tal-Artikolu 27(2);
Emenda 271
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 3 – punt d
(d)  ir-remunerazzjoni tal-garanzija, li għandha tirrifletti l-livell ta' riskju, u l-possibbiltà li r-remunerazzjoni tiġi parzjalment issussidjata sabiex jingħataw termini aġevoli f'każijiet debitament ġustifikati;
(d)  ir-remunerazzjoni tal-garanzija, li għandha tirrifletti l-livell ta' riskju, u l-possibbiltà li r-remunerazzjoni tiġi parzjalment issussidjata sabiex jingħataw termini aġevoli f'każijiet debitament ġustifikati, u b'mod partikolari pajjiżi li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi b'ħafna dejn;
Emenda 272
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 3 – punt g
(g)  l-obbligi ta' monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni;
(g)  l-obbligi ta' monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni trasparenti;
Emenda 273
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 3 – punt h
(h)  proċeduri ta' lmenti ċari u aċċessibbli għal terzi persuni li jistgħu jiġu affettwati mill-implimentazzjoni ta' proġetti appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
(h)  proċeduri ta' lmenti ċari u aċċessibbli għal terzi persuni li jistgħu jiġu affettwati mill-applikazzjoni ta' proġetti appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
Emenda 274
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Il-Kummissjoni, meta tikkonkludi ftehimiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna mal-kontropartijiet eliġibbli, għandha tieħu kont dovut ta':
(a)  il-pariri u l-gwida tal-bordijiet operattivi strateġiċi u reġjonali;
(b)  l-għanijiet tat-tieqa tal-investiment;
(c)  l-esperjenza u l-kapaċità operattiva, finanzjarja u ta' ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti eliġibbli;
(d)  l-ammont ta' riżorsi proprji, kif ukoll ta' kofinanzjament mis-settur privat, li l-kontroparti eliġibbli lesta timmobilizza għat-tieqa tal-investiment.
Emenda 275
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 7
7.  Meta jintalbu, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom, jipprovdu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-Kummissjoni b'rabta ma' dan ir-Regolament.
7.  Meta jintalbu, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom, jipprovdu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-Kummissjoni b'rabta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet mill-valutazzjoni tal-impatt ex ante fuq id-drittijiet tal-bniedem, soċjali, tax-xogħol u l-ambjent u kriterji tal-għażla oħrajn elenkati fl-Artikolu 27.
Emenda 276
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 8
8.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, l-assistenza finanzjarja f'konformità mal-Artikolu 241 u 250 tar-Regolament Finanzjarju. Għal dik il-fini, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jipprovdu kull sena l-informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista' tikkonforma mal-obbligi tar-rapportar.
8.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, l-assistenza finanzjarja f'konformità mal-Artikolu 241 u 250 tar-Regolament Finanzjarju. Għal dik il-fini, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jipprovdu kull sena l-informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista' tikkonforma mal-obbligi tar-rapportar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif stabbilit fl-Artikolu 31(6a).
Emenda 277
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 8a (ġdid)
8a.  Il-Kummissjoni jew il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-OLAF meta, fi kwalunkwe stadju tat-tħejjija, tal-implimentazzjoni jew tal-għeluq tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament, ikun hemm raġunijiet għala jissuspettaw li hemm frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li tista' taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jew il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jipprovdu lill-OLAF bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikun jista' jwettaq investigazzjoni sħiħa u bir-reqqa.
Emenda 278
Proposta għal regolament
Artikolu 29a (ġdid)
Artikolu 29a
Mekkaniżmu ta' tressiq ta' lmenti u rimedji
Fid-dawl tal-possibbiltà ta' lmenti ta' terzi persuni f'pajjiżi sħab, inkluż ta' komunitajiet u individwi affettwati minn proġetti appoġġati mill-EFSD+ u mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissjoni u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom referenzi diretti għall-mekkaniżmi ta' lment tal-kontropartijiet rilevanti li kkonkludew ftehimiet mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ċentralizzat tal-UE ta' tressiq ta' lmenti għall-proġetti kollha skont il-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament sabiex tipprovdi l-possibbiltà li tirċievi direttament ilmenti relatati mat-trattament ta' lmenti mill-kontropartijiet eliġibbli. Il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni dik l-informazzjoni fid-dawl ta' kooperazzjoni futura ma' dawk il-kontropartijiet.
Emenda 279
Proposta għal regolament
Artikolu 29b (ġdid)
Artikolu 29b
Attivitajiet esklużi u ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx
1.  Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna ma għandhiex tappoġġa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li:
(a)  ikunu marbuta mas-settur tas-sigurtà militari jew tal-Istat.
(b)  jappoġġaw l-iżvilupp tal-enerġija nukleari, ħlief is-self ipprovdut f'konformità mar-Regolament EINS, u l-karburanti fossili u jippromwovu aktar id-dipendenza mill-karbonju (carbon lock-in) tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet.
(c)  ikollhom spejjeż esterni ambjentali sinifikanti, bħal dawk li jinvolvu d-degradazzjoni ta' żoni protetti u s-siti ta' Ħabitats Kritiċi u ta' Wirt Kulturali li għalihom ma jitwettaq l-ebda pjan ta' żvilupp sostenibbli u ta' ġestjoni.
(d)  jirriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi sħab, bħal li l-komunitajiet jiġu mċaħħda mid-dritt tagħhom ta' aċċess u ta' kontroll tar-riżorsi naturali bħall-art, jikkontribwixxu għall-ispostament furzat tal-popolazzjonijiet, jew jinvolvu xogħol furzat jew impjieg tat-tfal.
2.  Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tagħhom, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jikkonformaw mad-dritt applikabbli tal-Unjoni u l-istandards li hemm qbil fuqhom fuq livell internazzjonali u tal-Unjoni u, għalhekk, m'għandhomx jappoġġaw proġetti taħt dan ir-Regolament li jikkontribwixxu għall-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Barra minn hekk, il-kontropartijiet eliġibbli ma għandhomx jidħlu f'operazzjonijiet ġodda jew imġedda mal-entitajiet inkorporati jew stabbiliti fil-ġurisdizzjonijiet elenkati taħt il-politika tal-Unjoni rilevanti dwar il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx, jew li huma identifikati bħala pajjiżi terzi b'riskju kbir skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew li ma jikkonformawx b'mod effettiv mal-istandards tat-taxxa tal-Unjoni jew miftiehma fuq livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni. Il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jidderogaw minn dan il-prinċipju biss jekk il-proġett jiġi fiżikament implimentat f'wieħed minn dawn il-ġurisdizzjonijiet, u ma jkunx hemm indikazzjonijiet li l-operazzjoni taqa' taħt kwalunkwe waħda mill-kategoriji elenkati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Meta jikkonkludu ftehimiet ma' intermedjarji finanzjarji, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmija f'dan l-Artikolu fil-ftehimiet rilevanti u għandhom jitolbu l-intermedjarji finanzjarji jirrapportaw fuq l-osservanza tagħhom.
3.  Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tagħha, il-kontroparti eliġibbli għandha tapplika l-prinċipji u l-istandards stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u, b'mod partikolari, fir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva (UE) 2015/849. Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jagħmlu kemm il-finanzjament dirett kif ukoll il-finanzjament permezz ta' intermedjarji skont dan ir-Regolament kontinġenti fuq l-iżvelar ta' informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u jippubblikaw data ta' rapportar pajjiż pajjiż f'konformità mal-Artikolu 89(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 280
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  L-ilħuq tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandu jitkejjel permezz ta' sistema ta' monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni adegwata, trasparenti u responsabbli, li tiżgura l-involviment xieraq tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll issaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-sħab kollha tal-Unjoni, inkluża s-soċjetà ċivili, fl-applikazzjoni tal-programmi.
Emenda 281
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1
1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress skont dan ir-Regolament lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness VII, f'konformità mal-indikaturi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Il-valuri tal-indikaturi fl-1 ta' Jannar 2021 għandhom jintużaw bħala bażi għall-valutazzjoni tal-punt sa fejn inkunu ntlaħqu l-għanijiet.
1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress skont dan ir-Regolament lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2) huma stabbiliti fl-Anness VII, f'konformità mal-indikaturi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Il-valuri tal-indikaturi fl-1 ta' Jannar 2021 għandhom jintużaw bħala bażi għall-valutazzjoni tal-punt sa fejn inkunu ntlaħqu l-għanijiet.
Emenda 282
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-azzjonijiet tagħha regolarment u tirrieżamina l-progress li jkun sar lejn il-kisba ta' riżultati mistennija u tkopri l-outputs u l-eżiti.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-azzjonijiet tagħha regolarment u tirrieżamina l-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 3, kif ukoll ta' riżultati mistennija u tkopri l-outputs u l-eżiti.
Emenda 283
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-progress fir-rigward tar-riżultati mistennija għandu jiġi mmonitorjat fuq il-bażi ta' indikaturi ċari, trasparenti u, fejn ikun xieraq, miżurabbli. L-għadd ta' indikaturi għandu jkun limitat biex jiffaċilita r-rapportar f'waqtu.
Il-progress fir-rigward tar-riżultati mistennija għandu jiġi mmonitorjat abbażi ta' indikaturi ċari, trasparenti u li jistgħu jitkejlu stabbiliti fl-Anness VII u fil-qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni adottat skont il-paragrafu 9, kif ukoll skont id-dispożizzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni baġitarja tal-Unjoni. L-għadd ta' indikaturi għandu jkun limitat biex jiffaċilita r-rapportar f'waqtu u, bħala minimu, għandhom jiġu diżaggregati skont is-sess u l-età.
Emenda 284
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
L-oqfsa tar-riżultati konġunti inklużi f'dokumenti ta' programmazzjoni konġunti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(4) għandhom jipprovdu l-bażi għall-monitoraġġ konġunt mill-Unjoni u mill-Istati Membri tal-implimentazzjoni tal-appoġġ kollettiv tagħhom lil pajjiż sieħeb.
L-oqfsa tar-riżultati konġunti inklużi f'dokumenti ta' programmazzjoni konġunti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(4) għandhom jipprovdu l-bażi għall-monitoraġġ konġunt mill-Unjoni u mill-Istati Membri tal-applikazzjoni tal-appoġġ kollettiv tagħhom lil pajjiż sieħeb.
Emenda 285
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.
Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.
Emenda 286
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Mill-2022 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-kisba tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament permezz ta' indikaturi li jkejlu r-riżultati miksuba mir-Regolament u l-effiċjenza tiegħu. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
4.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li jkun sar fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Mill-2022 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-kisba tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament permezz ta' indikaturi, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawk stabbiliti fl-Anness VII kif ukoll l-eżekuzzjoni baġitarja tal-Unjoni, li jkejlu r-riżultati miksuba mir-Regolament u l-effiċjenza tiegħu. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Emenda 287
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 5
5.  Ir-rapport annwali għandu jkollu informazzjoni relatata mas-sena ta' qabel dwar il-miżuri finanzjati, ir-riżultati tal-eżerċizzji tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni, l-involviment tas-sħab rilevanti, u l-implimentazzjoni tal-obbligi baġitarji u tal-approprjazzjonijiet ta' pagamenti, diżaggregati skont il-pajjiż, ir-reġjun u s-settur ta' kooperazzjoni. Ir-rapport għandu jivvaluta r-riżultati tal-finanzjament tal-Unjoni billi juża, sa fejn ikun possibbli, indikaturi speċifiċi u miżurabbli tar-rwol tiegħu biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Fil-każ tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, ir-rapport għandu jivvaluta wkoll, fejn possibbli u rilevanti, l-aderenza għal prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, inkluż għal strumenti finanzjarji innovattivi.
5.  Ir-rapport annwali għandu jkollu informazzjoni relatata mas-sena ta' qabel dwar il-miżuri finanzjati, ir-riżultati tal-eżerċizzji tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni, l-involviment u l-livell ta' kooperazzjoni tas-sħab rilevanti, u l-applikazzjoni tal-obbligi baġitarji u tal-approprjazzjonijiet ta' pagamenti, diżaggregati skont il-pajjiż, ir-reġjun u s-settur ta' kooperazzjoni. Huwa għandu jinkludi valutazzjoni tal-progress li jkun sar lejn riżultati mistennija u dwar l-inkorporazzjoni ta' kwistjonijiet trasversali kif imsemmija fl-Artikolu 8(6). Huwa għandu jivvaluta r-riżultati tal-finanzjament tal-Unjoni billi juża indikaturi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu tar-rwol tiegħu biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Fil-każ tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, ir-rapport għandu jivvaluta wkoll, l-aderenza għal prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, inkluż għal strumenti finanzjarji innovattivi.
Emenda 288
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 6
6.  Ir-rapport annwali mħejji fl-2021 għandu jinkludi informazzjoni konsolidata mir-rapporti annwali li jirrigwardaw il-perjodu mill-2014 sal-2020 dwar il-finanzjament kollu mir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 40(2), inklużi dħul assenjat estern u l-kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji, u joffri diżaggregazzjoni tal-infiq skont il-pajjiż, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti. Ir-rapport għandu jirrifletti t-tagħlimiet ewlenin u s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-eżerċizzji esterni ta' evalwazzjoni li jkunu saru fis-snin preċedenti.
6.  Ir-rapport annwali mħejji fl-2021 għandu jinkludi informazzjoni konsolidata mir-rapporti annwali li jirrigwardaw il-perjodu mill-2014 sal-2020 dwar il-finanzjament kollu mir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 39(2), inklużi dħul assenjat estern u l-kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji, u joffri diżaggregazzjoni tal-infiq skont il-pajjiż, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti. Ir-rapport għandu jirrifletti t-tagħlimiet ewlenin, u s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-eżerċizzji esterni ta' evalwazzjoni li jkunu saru fis-snin preċedenti. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-livell tal-kapaċità tal-persunal fil-livell tal-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni għat-twettiq tal-għanijiet kollha koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 289
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta bħala parti mir-rapport annwali, rapport dettaljat dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, u l-funzjonament tal-EFSD+, il-ġestjoni tiegħu u l-kontribuzzjoni effettiva tiegħu għall-għanijiet tagħha. Dik il-parti tar-rapport annwali għandha tkun akkumpanjata minn opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri. Huwa għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
(a)  valutazzjoni tar-riżultati li jikkontribwixxu għall-iskop u l-għanijiet tal-EFSD+ kif stabbilit f'dan ir-Regolament;
(b)  valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment attwali u koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fil-livelli settorjali, nazzjonali u reġjonali u l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri ta' riskju u l-impatt tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja u ekonomika tas-sħab;
(c)  valutazzjoni tal-addizzjonalità u l-valur miżjud, il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tas-settur privat, l-outputs stmati u reali u l-eżiti u l-impatt tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fuq bażi aggregata, inkluż l-impatt fuq il-ħolqien ta' impjiegi diċenti u l-kapaċità li tipprovdi paga li tiggarantixxi l-għajxien, il-qerda tal-faqar u t-tnaqqis fl-inugwaljanzi; dik il-valutazzjoni għandha tinkludi analiżi tal-ġeneru tal-operazzjonijiet koperti bbażata fuq evidenza u data diżaggregata skont is-sessi, fejn ikun possibbli, u analiżi tat-tip ta' settur privat appoġġat, inklużi kooperattivi u intrapriżi soċjali;
(d)  valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u tal-ilħuq ta' indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni stabbiliti għal kull proposta ppreżentata;
(e)  valutazzjoni tal-effett ta' ingranaġġ miksub mill-operazzjonijiet koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u mill-EFSD+;
(f)  l-ammont finanzjarju ttrasferit lill-benefiċjarji u valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment minn kull kontroparti eliġibbli fuq bażi aggregata;
(g)  valutazzjoni tal-addizzjonalità u tal-valur miżjud tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-kontropartijiet eliġibbli, u tar-riskju aggregat assoċjat ma' dawk l-operazzjonijiet;
(h)  informazzjoni ddettaljata dwar talbiet għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, telf, redditi, ammonti rkuprati u kwalunkwe pagament ieħor riċevut, kif ukoll esponiment għar-riskju ġenerali;
(i)  ir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-kontropartijiet eliġibbli koperti b'dan ir-Regolament, awditjati minn awditur estern indipendenti;
(j)  valutazzjoni tas-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn l-operazzjonijiet koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u t-tieni u t-tielet pilastri tal-PIE bbażati fuq rapporti eżistenti relevanti, b'kont meħud, b'mod partikolari, tal-progress li jkun sar fil-qasam tal-governanza tajba, inklużi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-flussi finanzjarji illeċiti, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt u tal-politiki bl-aspett tal-ġeneru, kif ukoll tat-tisħiħ tal-intraprenditorija, tal-ambjent tan-negozju lokali u tas-swieq finanzjarji lokali;
(k)  valutazzjoni tal-konformità tal-operazzjonijiet tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna mal-prinċipji ta' effettività tal-iżvilupp miftiehma fuq livell internazzjonali;
(l)  valutazzjoni tar-remunerazzjoni tal-garanziji;
(m)  valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-attivitajiet esklużi u mal-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx.
Emenda 290
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 7
7.  Għandha ssir stima annwali tal-infiq kumplessiv relatat mal-azzjoni klimatika u l-bijodiversità fuq il-bażi tad-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva adottati. Il-finanzjament allokat taħt dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal sistema ta' traċċabbiltà annwali bbażata fuq il-metodoloġija tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, ("indikaturi ta' Rio"), mingħajr ma jkun eskluż l-użu ta' metodoloġiji aktar preċiżi meta dawn ikunu disponibbli, integrati fil-metodoloġija eżistenti għal ġestjoni tal-prestazzjoni ta' programmi tal-Unjoni, biex tkun kwantifikata n-nefqa relatata mal-azzjoni klimatika u mal-bijodiversità fil-livell tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 19 u rreġistrata fl-evalwazzjonijiet u r-rapporti annwali.
7.  Għandha ssir stima annwali tal-infiq kumplessiv relatat mal-miri stabbiliti minn dan ir-Regolament fuq il-bażi tad-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva adottati. Il-finanzjament allokat taħt dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal sistema ta' traċċabbiltà annwali bbażata fuq il-metodoloġija tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi inklużi l-"indikaturi ta' Rio", mingħajr ma jkun eskluż l-użu ta' metodoloġiji aktar preċiżi meta dawn ikunu disponibbli, integrati fil-metodoloġija eżistenti għal ġestjoni tal-prestazzjoni ta' programmi tal-Unjoni, biex tkun kwantifikata n-nefqa relatata mal-azzjoni klimatika, mal-bijodiversità, u mal-ambjent, mal-iżvilupp uman u mal-inklużjoni soċjali, mal-ugwaljanza bejn is-sessi, u mal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, fil-livell tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 19 u rreġistrata fl-evalwazzjonijiet u r-rapporti annwali. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-istima lill-Parlament Ewropew bħala parti mir-rapport annwali.
Emenda 291
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 8
8.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp permezz ta' standards internazzjonali rikonoxxuti.
8.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp permezz ta' standards internazzjonali rikonoxxuti, inklużi dawk tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, u bl-użu tal-qafas għal standard komuni żviluppat mill-Inizjattiva Internazzjonali għat-Trasparenza tal-Għajnuna.
Emenda 292
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 9
9.  Biex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress ta' dan ir-Regolament lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex temenda l-Anness VII biex tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies meħtieġ u li tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoriraġġ u l-evalwazzjoni.
9.  Biex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress ta' dan ir-Regolament lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex temenda l-Anness VII biex tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies meħtieġ, inkluż fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-Terminu skont l-Artikolu 32, u li tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, li jista' jinkludi indikaturi tal-prestazzjoni addizzjonali għal kull wieħed mill-għanijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament.
Emenda 293
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – titolu
Evalwazzjoni
Evalwazzjoni u rieżami ta' nofs it-terminu
Emenda 294
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Evalwazzjoni interim ta' dan ir-Regolament għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-istrument.
Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2023 u għandu jeżamina l-kontribut tal-Unjoni għall-ilħuq tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament, permezz ta' indikaturi li jkejlu r-riżultati miksuba u kwalunkwe sejba u konklużjoni dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament, inkluż tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus u tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
Emenda 295
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-Parlament Ewropew jista' jipprovdi kontribut għal din l-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jorganizzaw konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-benefiċjarji, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiżguraw li dawk l-aktar emarġinati jkunu rappreżentati.
Emenda 296
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Fejn xieraq, l-evalwazzjonijiet għandhom jużaw il-prinċipji ta' prattika tajba tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li jfittxu li jaċċertaw jekk ikunux intlaħqu l-għanijiet u li jifformulaw rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejbu l-azzjonijiet futuri.
Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-impatt u l-effettività tal-azzjonijiet tagħha għal kull qasam ta' intervent u l-effettività tal-programmazzjoni, permezz ta' evalwazzjonijiet esterni. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu l-proposti u l-fehmiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar evalwazzjonijiet esterni indipendenti. Fejn applikabbli, l-evalwazzjonijiet għandhom jużaw il-prinċipji ta' prattika tajba tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li jfittxu li jaċċertaw jekk ikunux intlaħqu l-għanijiet u li jifformulaw rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejbu l-azzjonijiet futuri. L-evalwazzjoni interim għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta' miri stabbiliti minn dan ir-Regolament.
Emenda 297
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Fi tmiem l-implimentazzjoni tar-Regolament, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tar-Regolament mill-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tħares lejn il-kontribuzzjoni tal-Unjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u tqis l-indikaturi li jkejlu r-riżultati miksuba u kwalunkwe sejba u konklużjoni dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament.
Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jindirizza wkoll l-effiċjenza, il-valur miżjud, il-funzjonament tal-arkitettura ssimplifikata u struttura simplifikata tal-finanzjament estern, il-koerenza interna u esterna, u r-rilevanza kontinwa tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji bejn l-azzjonijiet iffinanzjati, il-kontribuzzjoni tal-miżuri għal azzjoni esterna konsistenti tal-Unjoni, u l-grad ta' kemm il-pubbliku fil-pajjiżi riċevituri huma konxji tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, fejn xieraq, u jinkludu s-sejbiet tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 31(4).
Emenda 298
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali għandu jindirizza wkoll l-effiċjenza, il-valur miżjud, il-lok għal simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna, u r-rilevanza kontinwa tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.
imħassar
Emenda 299
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali għandu jsir bil-għan speċifiku li titjieb l-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni. Huwa għandu jinforma d-deċiżjonijiet dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tat-tipi ta' azzjonijiet implimentati taħt ir-Regolament.
Ir-rapport tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jsir bil-għan speċifiku li titjieb l-applikazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni. Huwa għandu jinforma d-deċiżjonijiet dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tat-tipi ta' azzjonijiet implimentati taħt ir-Regolament.
Emenda 300
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 4
Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali għandu jinkludi ukoll informazzjoni kkonsolidata minn rapporti annwali rilevanti dwar il-finanzjament kollu regolat minn dan ir-Regolament, inkluż id-dħul u l-kontribuzzjonijiet assenjati esterni lill-fondi fiduċjarji u joffri diżaggregazzjoni tal-infiq mill-pajjiż benefiċjarju, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti.
Ir-rapport tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jinkludi wkoll informazzjoni kkonsolidata minn rapporti annwali rilevanti dwar il-finanzjament kollu regolat minn dan ir-Regolament, inkluż id-dħul u l-kontribuzzjonijiet assenjati esterni lill-fondi fiduċjarji u joffri diżaggregazzjoni tal-infiq mill-pajjiż benefiċjarju, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti, kif ukoll skont programmi ġeografiċi u tematiċi u azzjoni ta' rispons rapidu, inklużi fondi mobilizzati mir-riżerva tal-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti.
Emenda 301
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 5
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-kummenti tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri permezz tal-kumitat rilevanti msemmi fl-Artikolu 35. L-evalwazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu diskussi f'dak il-kumitat fuq talba tal-Istati Membri. Ir-riżultati għandhom jintużaw fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-kummenti tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri. Ir-riżultati għandhom jintużaw fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.
Emenda 302
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 6
Il-Kummissjoni għandha, sa punt xieraq, tassoċja lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-proċess tal-evalwazzjoni tal-finanzjament mill-Unjoni previst f'dan ir-Regolament, u tista', fejn ikun xieraq, tfittex li twettaq evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri u s-sħab fl-iżvilupp bl-involviment mill-qrib tal-pajjiżi sħab.
Il-Kummissjoni għandha tassoċja lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u benefiċjarji, inklużi OSĊ, fil-proċess tal-evalwazzjoni tal-finanzjament mill-Unjoni previst f'dan ir-Regolament, u tista', fejn ikun xieraq, tfittex li twettaq evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri u s-sħab fl-iżvilupp bl-involviment mill-qrib tal-pajjiżi sħab.
Emenda 303
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmi fil-paragrafu 2 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti leġiżlattivi li jistabbilixxu l-emendi meħtieġa għal dan ir-Regolament.
Emenda 304
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Fi tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tar-Regolament dwar l-istess termini bħall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 305
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1
1.  F'każijiet debitament ġustifikati u meta l-azzjoni għall-implimentazzjoni tkun ta' natura dinjija, transreġjonali jew reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, fil-programmi indikattivi pluriennali rilevanti jew fil-pjanijiet ta' azzjoni jew il-miżuri rilevanti, li testendi l-ambitu tal-azzjonijiet għal pajjiżi u territorji mhux koperti minn dan ir-Regolament skont l-Artikolu 4 sabiex tassigura l-koerenza u l-effettività tal-finanzjament tal-Unjoni jew biex tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali jew transreġjonali.
1.  F'każijiet debitament ġustifikati u meta l-azzjoni għall-applikazzjoni tkun ta' natura dinjija, transreġjonali jew reġjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi żżid il-pajjiżi u t-territorji koperti minn dan ir-Regolament skont l-Artikolu 4 għall-finijiet ta' dawk l-azzjonijiet.
Emenda 306
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista' tinkludi allokazzjoni finanzjarja speċifika sabiex tassisti pajjiżi u reġjuni sħab isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma' reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni ġirien tagħhom u ma' pajjiżi u territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Deċiżjoni dwar il-PTEE. Għal dan il-għan, dan ir-Regolament jista' jikkontribwixxi, fejn ikun xieraq u fuq il-bażi ta' reċiproċità u proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta' finanzjament mid-Deċiżjoni dwar il-PTEE u / jew ir-Regolament ETC, għal azzjonijiet implimentati minn pajjiż jew reġjun sieħeb jew kwalunkwe entità oħra taħt dan ir-Regolament, minn pajjiż, territorju jew kwalunkwe entità oħra skont id-Deċiżjoni dwar il-PTEE jew minn reġjun ultraperiferiku tal-Unjon fil-qafas ta' programmi operazzjonali konġunti jew għal programmi jew miżuri ta' kooperazzjoni interreġjonali stabbiliti u implimentati skont ir-Regolament ETC.
imħassar
Emenda 307
Proposta għal regolament
Artikolu 33a (ġdid)
Artikolu 33a
Kooperazzjoni bejn pajjiżi u reġjuni sħab ma' reġjuni ultraperiferiċi ġirien tal-Unjoni u ma' pajjiżi u territorji extra-Ewropej
1.  Il-Kummissjoni tista' tinkludi allokazzjoni finanzjarja speċifika sabiex tassisti pajjiżi u reġjuni sħab isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma' reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni ġirien tagħhom u ma' pajjiżi u territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Deċiżjoni dwar il-PTEE. Għal dan il-għan, dan ir-Regolament jista' jikkontribwixxi, fejn ikun xieraq u fuq il-bażi ta' reċiproċità u proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta' finanzjament mid-Deċiżjoni dwar il-PTEE u/jew ir-Regolament ETC, għal azzjonijiet applikati minn pajjiż jew reġjun sieħeb jew kwalunkwe entità oħra taħt dan ir-Regolament, minn pajjiż, territorju jew kwalunkwe entità oħra skont id-Deċiżjoni dwar il-PTEE jew minn reġjun ultraperiferiku tal-Unjon fil-qafas ta' programmi operazzjonali konġunti jew għal programmi jew miżuri ta' kooperazzjoni interreġjonali stabbiliti u applikati skont ir-Regolament ETC.
2.  Ir-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni ma għandhiex tkun ogħla minn 90 % tan-nefqa eliġibbli ta' programm jew ta' miżura. Għal assistenza teknika, ir-rata ta' kofinanzjament tkun ta' 100 %.
Emenda 308
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li tadottata atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(6), l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 27(9) u l-Artikolu 31(9) għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-validità ta' dan ir-Regolament.
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(6), l-Artikolu 8(7a), l-Artikolu 8(8b), l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 15a, l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 21(3a), l-Artikolu 26(4), l-Artikolu 27(9), l-Artikolu 31(9) u l-Artikolu 33(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-validità ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti delegati malajr kemm jista' jkun. Madankollu l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(7a), l-Artikolu 8(8b), l-Artikolu 17(4), u l-Artikolu 31(9) għandhom jiġu adottati ... [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Emenda 309
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(6), fl-Artikolu 26(3), fl-Artikolu 27(9) u fl-Artikolu 31(9) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(6), fl-Artikolu 8(7a), fl-Artikolu 8(8b), fl-Artikolu 14(1), fl-Artikolu 15a, fl-Artikolu 17(4), fl-Artikolu 21(3a), fl-Artikolu 26(4), fl-Artikolu 27(9), fl-Artikolu 31(9) u fl-Artikolu 33(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
Emenda 310
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 27(9) u l-Artikolu 31(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 8(7a), l-Artikolu 8(8b), l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 15a, l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 21(3a), l-Artikolu 26(4), l-Artikolu 27(9), l-Artikolu 31(9) u l-Artikolu 33(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 311
Proposta għal regolament
Artikolu 34a (ġdid)
Artikolu 34a
Proċedura ta' urġenza
1.  Fejn, fil-każ ta' diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem, jew ta' theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, ir-raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati u għandha tapplika l-proċedura prevista fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
2.  L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw dment li ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni f'konformità mal-paragrafu 3. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
3.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 34(6). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Emenda 312
Proposta għal regolament
Artikolu 34b (ġdid)
Artikolu 34b
Obbligu ta' rendikont demokratiku
1.  Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u s-SEAE, u sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar, kif ukoll il-ħeffa fl-adozzjoni ta' atti u miżuri mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jidhru quddiemu sabiex jiddiskutu l-orjentazzjonijiet u l-linji gwida strateġiċi għall-programmazzjoni skont dan ir-Regolament. Dak id-djalogu għandu jrawwem ukoll il-koerenza ġenerali tal-Istrumenti ta' Finanzjament Estern kollha f'konformità mal-Artikolu 5. Dak id-djalogu jista' jseħħ qabel l-adozzjoni ta' atti delegati u tal-abbozz ta' baġit annwali mill-Kummissjoni. Dak id-djalogu jista' jseħħ ukoll fuq bażi ad hoc fid-dawl ta' żviluppi politiċi ewlenin, fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni Ewropea jew tas-SEAE.
2.  Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jippreżentaw lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti kollha f'dak ir-rigward mill-inqas xahar qabel id-djalogu. Għad-djalogu relatat mal-baġit annwali, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jipprovdu informazzjoni kkonsolidata dwar il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri kollha adottati jew ippjanati skont l-Artikolu 21, informazzjoni dwar il-kooperazzjoni għal kull pajjiż, reġjun u qasam tematiku, u dwar l-użu ta' azzjonijiet ta' rispons rapidu, l-isfidi emerġenti u l-prijoritajiet li jinħolqu, u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
3.  Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu bis-sħiħ il-pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew. Fil-każ li l-Kummissjoni jew is-SEAE ma jqisux il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, huma għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni xierqa.
4.  Il-Kummissjoni u s-SEAE, b'mod partikolari permezz tal-grupp ta' tmexxija skont l-Artikolu 38, għandhom ikunu responsabbli biex iżommu lill-Parlament Ewropew infurmat dwar l-istat ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar il-miżuri, l-azzjonijiet u r-riżultati li jkunu għaddejjin.
Emenda 313
Proposta għal regolament
Artikolu 35
Artikolu 35
imħassar
Kumitat
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat tal-Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  Meta l-opinjoni tal-kumitat trid tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew jekk maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob li jsir dan.
4.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
5.  Id-deċiżjoni adottata għandha tibqa' fis-seħħ għat-tul ta' żmien tad-dokument, il-programm ta' azzjoni jew il-miżura adottata jew modifikata.
6.  Osservatur mill-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jieħu sehem fil-proċeduri tal-Kumitat dwar dawk il-kwistjonijiet li jkunu jikkonċernaw lill-Bank Ewropew tal-Investiment.
Emenda 314
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – titolu
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
Trasparenza, komunikazzjoni, u żvelar ta' informazzjoni lill-pubbliku
Emenda 315
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1
1.  Ir-riċevituri ta' finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
1.  Ir-riċevituri ta' finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità tar-riċevituri ma' dawk ir-rekwiżiti.
Emenda 316
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati ma' dan ir-Regolament, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet ikunu direttament relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
2.  Il-Kummissjoni għandha tapplika azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati ma' dan ir-Regolament, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet ikunu direttament relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
Emenda 317
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex issaħħaħ il-komunikazzjoni strateġika u d-diplomazija pubblika għall-komunikazzjoni tal-valuri tal-Unjoni u tal-valur miżjud tal-Unjoni.
Emenda 318
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi repożitorju elettroniku ċentrali pubbliku komprensiv wieħed tal-azzjonijiet kollha ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, inklużi l-kriterji użati biex jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet tas-sħab fil-proċess tal-allokazzjoni tar-riżorsi, u biex jiġi żgurat l-aġġornament regolari tiegħu, bl-eċċezzjoni ta' dawk l-azzjonijiet meqjusa bħala li jagħtu bidu għal kwistjonijiet ta' sigurtà jew sensittivitajiet politiċi lokali skont l-Artikolu 37.
Emenda 319
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 2c (ġdid)
2c.  Ir-repożitorju għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-operazzjonijiet kollha ta' finanzjament u investiment, inkluż fil-livell individwali u tal-proġetti, u l-elementi essenzjali tal-ftehimiet ta' garanzija tal-EFSD+ kollha, inkluża informazzjoni dwar l-identità ġuridika tal-kontropartijiet eliġibbli, il-benefiċċji tal-iżvilupp mistennija u l-proċeduri ta' lmenti, filwaqt li titqies il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva.
Emenda 320
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 2d (ġdid)
2d F'konformità mal-linji politiċi tagħhom dwar it-trasparenza u r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni, il-kontropartijiet eliġibbli tal-EFSD+ għandhom, proattivament u sistematikament jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom informazzjoni relatata mal-operazzjonijiet kollha ta' finanzjament u investiment koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, b'mod partikolari fir-rigward tal-mod li bih dawk l-operazzjonijiet jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Tali informazzjoni għandha titqassam fil-livell tal-proġett. Tali informazzjoni għandha dejjem tqis il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva. Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jippubbliċizzaw ukoll l-appoġġ tal-Unjoni fl-informazzjoni kollha li jippubblikaw dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Emenda 321
Proposta għal regolament
Artikolu 38
Artikolu 38
imħassar
Klawżola dwar is-SEAE
Dan ir-Regolament għandu japplika skont id-Deċiżjoni 2010/427/UE.
Emenda 322
Proposta għal regolament
Artikolu 38a (ġdid)
Artikolu 38a
Governanza
Grupp ta' tmexxija orizzontali magħmul mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE u ppresedut mill-VP/RGħ jew rappreżentant ta' dak l-uffiċċju għandu jkun responsabbli għat-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni ta' dan l-istrument matul iċ-ċiklu tal-ġestjoni sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-rendikont tal-finanzjament estern kollu tal-Unjoni. Il-VP/RGħ għandu jiżgura koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Għall-azzjonijiet kollha, inklużi azzjonijiet ta' rispons rapidu u miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, u matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmar, ippjanar u applikazzjoni tal-istrument, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, identifikati abbażi tan-natura u l-għanijiet tal-azzjoni prevista, li jibnu fuq l-għarfien espert tagħhom. Il-proposti kollha għal deċiżjonijiet għandhom jitħejjew billi jiġu segwiti l-proċeduri tal-Kummissjoni u għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-adozzjoni.
Il-Parlament Ewropew għandu jkun involut bis-sħiħ fil-fażijiet tad-disinn, tal-programmazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-istrumenti sabiex jiżgura kontroll politiku u skrutinju demokratiku u obbligu ta' rendikont tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna.
Emenda 323
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 2
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 324
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 17
L-appoġġ mill-Unjoni f'dan il-qasam jista' jintuża wkoll biex il-Federazzjoni Russa tkun tista' tipparteċipa fi programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera u fi programmi rilevanti oħra b'diversi pajjiżi.
L-appoġġ mill-Unjoni f'dan il-qasam jista' jintuża wkoll biex il-Federazzjoni Russa tkun tista' tipparteċipa fi programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera u fi programmi rilevanti oħra b'diversi pajjiżi, inkluża kooperazzjoni dwar l-edukazzjoni, b'mod partikolari l-iskambji tal-istudenti.
Emenda 325
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 1 – punt a
(a)  Tisħiħ tad-demokrazija u tal-proċessi demokratiċi, tal-governanza u tas-sorveljanza, inklużi proċessi elettorali trasparenti u kredibbli;
(a)  Tisħiħ tad-demokrazija u tal-proċessi demokratiċi inklussivi, tal-governanza u tas-sorveljanza, inklużi ġudikatura indipendenti, l-istat tad-dritt u proċessi elettorali trasparenti, paċifiċi u kredibbli;
Emenda 326
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 1 – punt b
(b)  Tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;
(b)  Tisħiħ tal-promozzjoni u tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kif ipproklamat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-drittijiet tal-bniedem u l-issodisfar ta' strumenti internazzjonali relatati, li jappoġġaw u jipproteġu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' patti u oqfsa globali u reġjonali, iżidu l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom, u jistabbilixxu l-pedamenti għall-ħolqien ta' qafas legali għall-protezzjoni ta' persuni spostati minħabba t-tibdil fil-klima;
Emenda 327
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 1 – punt c
(c)  Promozzjoni tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, kif ukoll tal-prinċipju tal-ugwaljanza, b'mod partikolari l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi;
(c)  Promozzjoni tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, kif ukoll tal-prinċipju tal-ugwaljanza, b'mod partikolari l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, u d-drittijiet tat-tfal, taż-żgħażagħ, tal-persuni b'diżabbiltà, tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi, tal-persuni LGBTI u tal-popli indiġeni;
Emenda 328
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 1 – punt d
(d)  Għoti ta' appoġġ lil soċjetà ċivili li qed tikseb riżultati u lir-rwol tagħha fi proċessi ta' riforma u fi trasformazzjonijiet demokratiċi, kif ukoll il-promozzjoni ta' spazju li jippermetti li s-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini jkunu involuti fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi;
(d)  Għoti ta' appoġġ lil soċjetà ċivili li qed tikseb riżultati, it-tisħiħ tar-rwol tagħha fi tranżizzjonijiet politiċi, f'proċessi ta' riforma u fi trasformazzjonijiet demokratiċi, kif ukoll il-promozzjoni ta' spazju li jippermetti li s-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini jkunu involuti fil-ħajja politika u fl-iskrutinju tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi;
Emenda 329
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 1 – punt f
(f)  Bini ta' reżiljenza tal-istati, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi għal pressjonijiet u skossi politiċi, ekonomiċi, ambjentali, tal-ikel, demografiċi u soċjetali;
(f)  Bini ta' reżiljenza tal-istati, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi biex dawn jitħejjew biex jirreżistu, jadattaw u jirkupraw malajr mill-iskossi ambjentali u ekonomiċi, mid-diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem u, mill-kunflitti, il-kriżijiet tas-saħħa u s-sigurtà alimentari;
Emenda 330
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 1 – punt g
(g)  Tisħiħ tal-iżvilupp tal-istituzzjonijiet pubbliċi demokratiċi fil-livelli nazzjonali u sottonazzjonali, inklużi sistema ġudizzjarja indipendenti, effettiva, effiċjenti u responsabbli, il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, u l-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd;
(g)  Tisħiħ tal-iżvilupp tal-istituzzjonijiet pubbliċi demokratiċi fil-livelli internazzjonali, nazzjonali u sottonazzjonali, inklużi sistema ġudizzjarja indipendenti, effettiva, effiċjenti u responsabbli, il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, il-ġustizzja internazzjonali u l-obbligu ta' rendikont u l-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd;
Emenda 331
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 1 – punt h
(h)  Għoti ta' appoġġ lill-proċessi ta' riforma tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż permezz ta' approċċi tal-Gvern elettroniku ċċentrati fuq iċ-ċittadin, it-tisħiħ tal-oqfsa ġuridiċi u tal-istruttura istituzzjonali, is-sistemi nazzjonali tal-istatistika, il-kapaċitajiet, il-ġestjoni tajba tal-finanzi pubbliċi, u l-kontribut għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
(h)  Għoti ta' appoġġ lill-proċessi ta' riforma tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż permezz ta' approċċi tal-Gvern elettroniku ċċentrati fuq iċ-ċittadin, it-tisħiħ tal-oqfsa ġuridiċi u tal-istruttura istituzzjonali, is-sistemi nazzjonali tal-istatistika, il-kapaċitajiet, il-ġestjoni tajba tal-finanzi pubbliċi, u l-kontribut għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa;
Emenda 332
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 1 – punt j
(j)  Aktar trasparenza u obbligu ta' rendikont tal-istituzzjonijiet pubbliċi, tisħiħ tal-akkwist pubbliku u tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, żvilupp tal-gvern elettroniku u tisħiħ tal-għoti ta' servizzi;
(j)  Aktar trasparenza u obbligu ta' rendikont tal-istituzzjonijiet pubbliċi, tisħiħ tal-akkwist pubbliku inkluż l-inkoraġġiment tal-iżvilupp tal-kriterji ta' sostenibbiltà (ambjentali, soċjali u ekonomika) u miri u tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, żvilupp tal-gvern elettroniku u tisħiħ tal-għoti ta' servizzi;
Emenda 333
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 1 – punt ka (ġdid)
(ka)   il-promozzjoni tad-demokrazija parlamentari
Emenda 334
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt a
(a)  Qerda tal-faqar fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, indirizzar tad-diskriminazzjoni u tal-inugwaljanzi, u sforzi biex ħadd ma jaqa' lura;
(a)  Qerda tal-faqar fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, indirizzar tad-diskriminazzjoni u tal-inugwaljanzi, biex ħadd ma jaqa' lura; u li l-ewwel nett tilħaq lil dawk li qegħdin l-aktar lura, billi tipprijoritizza l-investimenti fis-servizzi pubbliċi dwar is-saħħa, in-nutrizzjoni, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali;
Emenda 335
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt b
(b)  Tisħiħ tal-isforzi għall-adozzjoni ta' politiki u għal investiment xieraq biex jiġu promossi d-drittijiet tan-nisa u taż-żgħażagħ, biex jiġi ffaċilitat l-involviment tagħhom fil-ħajja soċjali, ċivika u ekonomika, u biex jiġi żgurat il-kontribut sħiħ tagħhom għat-tkabbir inklużiv u għall-iżvilupp sostenibbli;
(b)  Tisħiħ tal-isforzi għall-adozzjoni ta' politiki u għal investiment xieraq biex jiġu promossi, protetti u jiġu ssodisfati d-drittijiet tan-nisa, taż-żgħażagħ, tat-tfal u tal-persuni b'diżabbiltà biex jiġi ffaċilitat l-involviment tagħhom u l-parteċipazzjoni sinifikanti fil-ħajja soċjali, ċivika u ekonomika, u biex jiġi żgurat il-kontribut sħiħ tagħhom għat-tkabbir inklużiv u għall-iżvilupp sostenibbli;
Emenda 336
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt c
(c)  Promozzjoni tal-protezzjoni u l-issodisfar tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, inklużi drittijiet ekonomiċi, drittijiet tax-xogħol u drittijiet soċjali, is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, kif ukoll il-prevenzjoni ta' vjolenza sesswali u sessista fil-forom kollha tagħha;
(c)  Promozzjoni tal-protezzjoni u l-issodisfar tad-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, inklużi drittijiet ekonomiċi, drittijiet tax-xogħol u drittijiet soċjali, id-drittijiet tal-art, is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, kif ukoll il-prevenzjoni u l-protezzjoni tagħhom minn vjolenza sesswali u sessista fil-forom kollha tagħha; dan jinkludi l-promozzjoni tal-aċċess għal kulħadd għal informazzjoni dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva komprensiva u għal edukazzjoni dwar is-sesswalità komprensiva; il-promozzjoni ta' kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni għal għodod ġodda u mtejba għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż l-ippjanar tal-familja, partikolarment f'ambjenti b'riżorsi baxxi;
Emenda 337
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt d
(d)  Attenzjoni speċjali għal persuni żvantaġġati, vulnerabbli u marġinalizzati, fost l-oħrajn tfal, persuni ta' età avvanzata, persuni b'diżabbiltà, persuni LGBTI u popli indiġeni. Dan jinkludi l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn indukrar istituzzjonali tat-tfal għal indukrar tat-tfal ibbbażat fil-komunità;
(d)  Attenzjoni speċjali għal persuni żvantaġġati, vulnerabbli u marġinalizzati, fost l-oħrajn tfal, persuni ta' età avvanzata, persuni b'diżabbiltà, persuni LGBTI u popli indiġeni. Dan jinkludi l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn indukrar istituzzjonali tat-tfal għal indukrar tat-tfal ibbbażat fil-komunità, b'diżabbiltà u mingħajr;
Emenda 338
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt e
(e)  Promozzjoni ta' appoċċ integrat għall-għoti ta' appoġġ lil komunitajiet, b'mod partikolari l-ifqar fosthom, biex jitjieb l-aċċess għall-ħtiġijiet u s-servizzi bażiċi;
(e)  Promozzjoni ta' approċċ integrat għall-għoti ta' appoġġ lil komunitajiet, b'mod partikolari l-ifqar fosthom u dawk l-aktar diffiċli biex jintlaħqu, billi jitjieb l-aċċess universali għall-ħtiġijiet u s-servizzi bażiċi, b'mod partikolari s-saħħa, inklużi s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, l-informazzjoni u l-provvisti, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni u l-protezzjoni soċjali;
Emenda 339
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt f
(f)  Għoti ta' appoġġ biex jinħoloq ambjent li jsostni lit-tfal bħala element importanti fit-trawwim ta' popolazzjoni żgħażugħa b'saħħitha li tkun kapaċi tilħaq il-potenzjal kollu tagħha;
(f)  L-għoti l-itfal, b'mod partikolari dawk l-aktar emarġinati, l-aħjar bidu fil-ħajja permezz ta' investiment fl-iżvilupp fit-tfulija bikrija u l-iżgurar li t-tfal li jesperjenzaw il-faqar jew l-inugwaljanza jkollhom aċċess għal servizzi bażiċi bħas-saħħa, in-nutrizzjoni, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali; l-għoti ta' appoġġ biex jinħoloq ambjent li jsostni lit-tfal bħala element importanti fit-trawwim ta' popolazzjoni żgħażugħa b'saħħitha li tkun kapaċi tilħaq il-potenzjal kollu tagħha, u l-għoti ta' attenzjoni speċjali għall-bżonnijiet tat-bniet;
Emenda 340
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt g
(g)  Għoti ta' appoġġ lil aċċess universali għal biżżejjed ikel affordabbli, sikur u sustanzjuż, b'mod partikolari għal dawk fl-aktar sitwazzjonijiet vulnerabbli, kif ukoll it-tisħiħ tas-sigurtà alimentari u n-nutrizzjoni, b'mod partikolari f'pajjiżi li qed jiffaċċjaw kriżijiet fit-tul jew rikorrenti
(g)  Għoti ta' appoġġ lil aċċess universali għal biżżejjed ikel affordabbli, sikur u sustanzjuż, b'mod partikolari għal dawk fl-aktar sitwazzjonijiet vulnerabbli, inter alia tfal taħt l-età ta' ħames snin, l-adoloxxenti, kemm bniet u subien, u nisa, speċjalment waqt it-tqala u treddigħ, kif ukoll it-tisħiħ tas-sigurtà alimentari u n-nutrizzjoni, b'mod partikolari f'pajjiżi li qed jiffaċċjaw kriżijiet fit-tul jew rikorrenti; it-trawwim ta' approċċi multisettorjali relatati man-nutrizzjoni għall-agrikoltura
Emenda 341
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt h
(h)  Għoti ta' appoġġ lil aċċess universali għal sanità sikura u suffiċjenti tal-ilma tax-xorb, kif ukoll iġjene u ġestjoni tal-ilma sostenibbli u integrata;
(h)  Għoti ta' appoġġ lil aċċess universali għal sanità sikura u suffiċjenti tal-ilma tax-xorb, kif ukoll iġjene u ġestjoni tal-ilma sostenibbli u integrata bħala determinanti ewlenin tas-saħħa, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-ugwaljanza bejn is-sessi
Emenda 342
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt i
(i)  Ksib ta' kopertura universali tas-saħħa b'aċċess ekwu għal servizzi tas-saħħa ta' kwalità u affordabbli, inkluż permezz tal-għoti ta' appoġġ għall-bini ta' sistemi tas-saħħa b'saħħithom, ta' kwalità u reżiljenti, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċità għal twissija bikrija, tnaqqis tar-riskju, ġestjoni tar-riskju u rkupru;
(i)  Ksib ta' kopertura universali tas-saħħa b'aċċess ekwu għal servizzi tas-saħħa ta' kwalità u affordabbli, inkluż servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u permezz tal-għoti ta' appoġġ għall-bini ta' sistemi tas-saħħa inklussivi b'saħħithom li huma aċċessibbli għal kulħadd, ta' kwalità u reżiljenti, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċità għal twissija bikrija, tnaqqis tar-riskju, ġestjoni tar-riskju u rkupru; l-ikkomplementar tal-azzjoni permezz tal-programm qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni biex jiġi indirizzat it-theddid globali għas-saħħa, jiġu żviluppati vaċċini u trattamenti sikuri, effiċjenti u bi prezz li jintlaħaq kontra l-mard relatat mal-faqar u l-mard ittraskurat, u biex jitjiebu r-reazzjonijiet għall-isfidi tas-saħħa inkluż il-mard li jittieħed, ir-reżistenza antimikrobika u l-mard u l-epidemiji emerġenti;
Emenda 343
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt ja (ġdid)
(ja)  Tisħiħ tar-reżiljenza tan-nies u tal-komunitajiet, inkluż permezz ta' investiment akbar fi proġetti tat-tnaqqis ta' riskju tad-diżastru (DRR) u ta' tħejjija mmexxija mill-komunità;
Emenda 344
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt jb (ġdid)
(jb)  Jagħti appoġġ lill-gvernijiet u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex joħolqu l-infrastruttura meħtieġa, inter alia r-riżorsi fiżiċi, teknoloġiċi u umani, u bl-użu tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi u amministrattivi li jippermettu li r-reġistrazzjonijiet ċivili kollha (mit-twelid sal-mewt) jiġu reġistrati b'mod preċiż, u li dokumenti duplikati rikonoxxuti b'mod uffiċjali jiġu ppubblikati meta jkun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jeżistu b'mod uffiċjali u jkunu jistgħu jaċċessaw id-drittijiet fundamentali tagħhom;
Emenda 345
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt k
(k)  Promozzjoni ta' żvilupp urban inklużiv u sostenibbli biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza urbana, b'fokus fuq dawk li jinsabu l-aktar fil-bżonn.
(k)  Promozzjoni ta' żvilupp urban inklużiv u sostenibbli biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza urbana, b'fokus fuq dawk li jinsabu l-aktar fil-bżonn u li tadotta approċċ li jieħu kont ta' kwistjonijiet marbutin mal-ugwaljanza bejn is-sessi;
Emenda 346
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt l
(l)  Għoti ta' appoġġ lill-awtoritajiet lokali biex itejbu, fil-livell tal-bliet, il-forniment ta' servizzi bażiċi u ta' aċċess ekwu għas-sigurtà alimentari, kif ukoll għal abitazzjoni u għal kwalità tal-ħajja aċċessibbli, deċenti u affordabbli, b'mod partikolari għal dawk li jgħixu f'residenzi informali u f'bassifondi.
imħassar
Emenda 347
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt m
(m)  Promozzjoni ta' edukazzjoni ta' kwalità tajba li tkun inklużiva u ekwa, formali, informali u mhux formali għal kulħadd fil-livelli kollha u li tkun tinkludi taħriġ tekniku u vokazzjonali, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' kriżi, u wkoll permezz tal-użu ta' teknoloġiji diġitali biex jittejbu t-tagħlim u l-apprendiment fl-edukazzjoni;
(m)  Promozzjoni tal-ilħuq tal-għanijiet miftiehma fuq livell internazzjonali fl-edukazzjoni b'fokus partikolari fuq sistemi pubbliċi tal-edukazzjoni mingħajr ħlas, permezz ta' edukazzjoni ta' kwalità tajba li tkun inklużiva u ekwa, formali, informali u mhux formali, u li tippromwovi opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd fil-livelli kollha u li tkun tinkludi l-iżvilupp bikri tat-tfal, taħriġ tekniku u vokazzjonali, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' kriżi, u wkoll permezz tal-użu ta' teknoloġiji diġitali biex jittejbu t-tagħlim u l-apprendiment fl-edukazzjoni;
Emenda 348
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt ma (ġdid)
(ma)  Appoġġ ta' kurituri tal-edukazzjoni biex jiġi żgurat li l-istudenti li jkunu ġejjin minn pajjiżi li jinsabu f'gwerra jistgħu jistudjaw f'universitajiet tal-Unjoni;
Emenda 349
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt n
(n)  Appoġġ għal azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità, għall-mobilità fit-tagħlim lejn, minn jew bejn pajjiżi sħab, kif ukoll għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku ma' istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet, korpi u awtoritajiet lokali ta' implimentazzjoni, minn dawk il-pajjiżi;
(n)  Appoġġ għal azzjonijiet ta' mobbiltà fit-tagħlim, bini ta' kapaċità u kooperazzjoni kulturali lejn, minn jew bejn pajjiżi sħab, kif ukoll għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku ma' istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet, korpi u awtoritajiet lokali ta' implimentazzjoni, minn dawk il-pajjiżi;
Emenda 350
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt na (ġdid)
(na)   Il-promozzjoni tal-bini tal-kapaċità u l-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija u r-riċerka, b'mod partikolari l-indirizzar tal-isfidi relatati mal-faqar li jaffettwaw b'mod sproporzjonat il-pajjiżi sħab u l-oqsma traskurati ta' riċerka u innovazzjoni b'investimenti limitati fis-settur privat, u data miftuħa u t-trawwim tal-innovazzjoni soċjali;
Emenda 351
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt o
(o)  Promozzjoni tal-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tar-riċerka, kif ukoll tad-data miftuħa u tal-innovazzjoni;
(o)  Promozzjoni tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u tal-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tar-riċerka, tad-data miftuħa, tal-big data, tal-intelliġenza artifiċjali, u tal-innovazzjoni, f'koordinazzjoni mal-programm qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni, sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu tal-eżodu ta' mħuħ;
Emenda 352
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt q
(q)  Il-promozzjoni ta' djalogu interkulturali u diversità kulturali fil-forom kollha tagħhom, u l-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali, u l-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kreattivi għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli;
(q)  Il-promozzjoni ta' djalogu interkulturali u diversità kulturali fil-forom kollha tagħhom, u l-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali, u l-isfruttar tal-potenzjal tas-setturi kulturali u kreattivi għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli;
Emenda 353
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 2 – punt qa (ġdid)
(qa)  Appoġġ għal azzjonijiet, u promozzjoni tal-kooperazzjoni, fil-qasam tal-isport li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, taż-żgħażagħ, tal-individwi u tal-komunitajiet kif ukoll għall-kisba tal-għanijiet tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-inklużjoni soċjali tal-Aġenda 2030.
Emenda 354
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – parti introduttorja
3.  Migrazzjoni u mobbiltà
3.  Migrazzjoni, mobbiltà u l-ispostament furzat
Emenda 355
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt -a (ġdid)
(-a)  Għoti ta' appoġġ lil politiki tal-migrazzjoni effettivi u bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, fil-livelli kollha, inklużi programmi ta' protezzjoni, biex tiġi ffaċilitata migrazzjoni sikura, ordnata u regolari;
Emenda 356
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt a
(a)  It-tisħiħ tas-sħubijiet dwar il-migrazzjoni u l-mobilità abbażi ta' approċċ integrat u bilanċjat, li jkopri l-aspetti kollha tal-migrazzjoni, inkluż assistenza fl-implimentazzjoni tal-Unjoni għall-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali jew reġjonali, inkluż is-sħubijiet għall-mobbiltà;
(a)  Kontribut għat-tisħiħ tas-sħubijiet bilaterali, reġjonali, inklużi dawk Nofsinhar-Nofsinhar u internazzjonali dwar il-migrazzjoni u l-mobbiltà abbażi ta' approċċ integrat u bilanċjat, li jkopri l-aspetti kollha tal-migrazzjoni, u f'konformità mad-dritt internazzjonali u tal-Unjoni u mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem;
Emenda 357
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt aa (ġdid)
(aa)  Għoti ta' assistenza fl-implimentazzjoni ta' ftehimiet u arranġamenti bilaterali jew reġjonali ma' pajjiżi terzi, inklużi s-sħubijiet għall-mobbiltà, u l-ħolqien ta' rotot sikuri u legali, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' faċilitazzjoni tal-viżi u ftehimiet ta' risistemazzjoni u fuq il-bażi tal-obbligu ta' rendikont reċiproku u r-rispett sħiħ tal-obbligi umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem;
Emenda 358
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt b
(b)  Għoti ta' appoġġ għar-riintegrazzjoni sostenibbli ta' migranti ritornati;
(b)  Għoti ta' appoġġ għar-riintegrazzjoni sostenibbli u soċjoekonomika ta' suċċess ta' migranti ritornati;
Emenda 359
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt d
(d)  Indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, it-titjib tal-kooperazzjoni dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri;
(d)  It-tnaqqis tal-vulnerabbiltajiet fil-migrazzjoni, inkluż permezz tal-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, u t-tisħiħ tar-rispons transnazzjonali għat-traffikar tal-bnedmin u l-immigrazzjoni illegali skont id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni;
Emenda 360
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt e
(e)  It-tisħiħ xjentifiku, tekniku, tal-kapaċità umana u istituzzjonali għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;
(e)  It-tisħiħ xjentifiku, tekniku, tal-kapaċità umana u istituzzjonali għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluż il-ġbir u l-użu ta' data preċiża u diżaggregata bħala bażi għall-politiki bbażati fuq l-evidenza sabiex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni sikura, ordnata u responsabbli;
Emenda 361
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt f
(f)  Għoti ta' appoġġ lil politiki tal-migrazzjoni effettivi u bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem inkluż programmi ta' protezzjoni;
imħassar
Emenda 362
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt g
(g)  Promozzjoni ta' kundizzjonijiet li jiffaċilitaw il-migrazzjoni legali u l-mobbiltà mmaniġġjata sew, kif ukoll il-kuntatti bejn il-persuni, biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-iżvilupp tal-migrazzjoni;
(g)  Promozzjoni ta' kundizzjonijiet li jiffaċilitaw il-migrazzjoni legali u l-mobbiltà mmaniġġjata sew, kif ukoll il-kuntatti bejn il-persuni, inkluż billi tiġi pprovduta informazzjoni preċiża u f'waqtha fl-istadji kollha tal-migrazzjoni;
Emenda 363
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt ga (ġdid)
(ga)  L-immassimizzar tal-impatt tal-iżvilupp tal-migrazzjoni u t-titjib ta' fehim komuni tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp;
Emenda 364
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt h
(h)  Żgurar tal-protezzjoni tal-migranti u tal-persuni spostati bil-forza;
(h)  Żgurar tal-protezzjoni tal-migranti u tal-persuni spostati bil-forza, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-gruppi vulnerabbli u l-applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet u l-iżgurar tar-rikonoxximent u d-determinazzjoni tal-istatus tal-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fost il-flussi migratorji mħallta;
Emenda 365
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt i
(i)  Għoti ta' appoġġ lil soluzzjonijiet ibbażati fuq l-iżvilupp għal persuni spostati bil-forza u għall-komunitajiet ospitanti tagħhom;
(i)  Għoti ta' appoġġ lil soluzzjonijiet ibbażati fuq l-iżvilupp għal persuni spostati bil-forza u għall-komunitajiet ospitanti tagħhom, inkluż permezz tal-aċċess għall-edukazzjoni u impjiegi diċenti, biex jiġu promossi d-dinjità, ir-reżiljenza u l-awtodipendenza ta' persuni spostati, u l-inklużjoni tagħhom fil-ħajja ekonomika u soċjali tal-pajjiżi ospitanti;
Emenda 366
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt j
(j)  Għoti ta' appoġġ lill-involviment tad-dijaspora fil-pajjiżi ta' oriġini;
(j)  Għoti ta' appoġġ lill-involviment tad-dijaspora fil-pajjiżi ta' oriġini, biex jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-iżvilupp sostenibbli;
Emenda 367
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – punt ka (ġdid)
(ka)  Kontribut għat-tisħiħ tal-pożizzjoni lill-migranti u lis-soċjetajiet biex iwettqu l-inklużjoni sħiħa tagħhom u l-koeżjoni soċjali.
Emenda 368
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam se tiġi ġestita f'koerenza mal-[Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil], b'rispett sħiħ tal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.
Emenda 369
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt b
(b)  Kontribut għall-isforzi tas-sħab biex isegwu l-impenji tagħhom rigward it-tibdil fil-klima f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, inkluża l-implimentazzjoni tal-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (NDCs) u tal-pjanijiet ta' azzjoni rigward il-mitigazzjoni u l-adattament, inklużi sinerġiji bejn l-adattament u l-mitigazzjoni;
(b)  Għoti ta' appoġġ lill-adattament għat-tibdil fil-klima, b'enfasi speċjali fuq stati u popolazzjonijiet partikolarment vulnerabbli li ma jkollhomx riżorsi biex jieħdu l-miżuri meħtieġa; kontribut għall-isforzi tas-sħab biex isegwu l-impenji tagħhom rigward it-tibdil fil-klima f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, inkluża l-implimentazzjoni tal-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (NDCs) u tal-pjanijiet ta' azzjoni rigward il-mitigazzjoni u l-adattament, inklużi sinerġiji bejn l-adattament u l-mitigazzjoni, kif ukoll l-impenji tagħhom fl-ambitu ta' ftehimiet ambjentali pluriennali oħra, bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni;
Emenda 370
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt d
(d)  Tisħiħ tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-enerġija sostenibbli. Promozzjoni u żieda tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-effiċjenza fl-enerġija u fl-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;
(d)  Promozzjoni tal-aċċess għall-enerġija sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan li tiġi rrispettata l-wegħda tal-Unjoni tal-2012 biex sal-2030 jingħata tali aċċess għal 500 miljun persuna oħra, filwaqt li tingħata prijorità lil soluzzjonijiet fuq skala żgħira, mhux kollegati mal-grilja jew ma' grilja żgħira ta' valur ambjentali u ta' żvilupp għoli. Tisħiħ tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-enerġija sostenibbli. Promozzjoni u żieda tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-effiċjenza fl-enerġija u fl-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli; promozzjoni tal-aċċess għal servizzi tal-enerġija affidabbli, sikuri, affordabbli, nodfa u sostenibbli, b'mod partikolari soluzzjonijiet lokali u deċentralizzati li jiżguraw aċċess għall-enerġija għal persuni li jgħixu fil-faqar u f'reġjuni mbiegħda;
Emenda 371
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt da (ġdid)
(da)  Il-bini tal-kapaċità biex jiġu integrati l-għanijiet tas-sostenibbiltà ambjentali u tat-tibdil fil-klima, u s-segwitu tat-tkabbir ekoloġiku fl-istrateġiji tal-iżvilupp nazzjonali u lokali inkluż l-appoġġ għall-kriterji tas-sostenibbiltà fl-akkwist pubbliku;
Emenda 372
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt db (ġdid)
(db)  Promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali korporattiva, diliġenza dovuta fil-ktajjen tal-provvista, u tal-applikazzjoni konsistenti tal-"approċċ prekawzjonarju" u tal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas";
Emenda 373
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt db (ġdid)
(dc)   Promozzjoni ta' prattiki agrikoli ambjentalment sostenibbli, inkluża l-agroekoloġija, li juru li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ekosistemi u l-bijodiversità u jsaħħu r-reżiljenza ambjentali u soċjali għat-tibdil fil-klima fuq perjodu twil ta' żmien;
Emenda 374
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt f
(f)  Tisħiħ tal-involviment tal-komunitajiet lokali fir-risponsi għat-tibdil fil-klima, fil-konservazzjoni ta' ekosistemi u fil-governanza ta' riżorsi naturali. Promozzjoni ta' żvilupp urban sostenibbli u tar-reżiljenza fiż-żoni urbani;
(f)  Tisħiħ tal-involviment tal-komunitajiet lokali u l-popli indiġeni fir-risponsi għat-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra t-telf tal-bijodiversità u l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi, fil-konservazzjoni ta' ekosistemi u fil-governanza ta' riżorsi naturali, inkluż permezz tat-titjib fil-ġestjoni taż-żamma tal-art u tar-riżorsi tal-ilma. Promozzjoni ta' żvilupp urban sostenibbli u tar-reżiljenza fiż-żoni urbani;
Emenda 375
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt fa (ġdid)
(fa)  Tmiem tal-kummerċ fil-minerali ta' kunflitt kif ukoll tal-abbuż kontra l-minaturi, u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-komunitajiet lokali f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/821 dwar l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista u l-miżuri li jakkumpanjawhom, kif ukoll l-elaborazzjoni ta' dan l-approċċ għall-minerali li bħalissa għadhom mhumiex koperti;
Emenda 376
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt fb (ġdid)
(fb)   Promozzjoni tal-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli biex in-nies jingħataw is-setgħa li jittrasformaw is-soċjetà u jibnu futur sostenibbli;
Emenda 377
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt g
(g)  Promozzjoni tal-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-użu sostenibbli, u r-restawr tar-riżorsi naturali, ekosistemi b'saħħtihom u biex jieqaf it-telf tal-bijodiversità, kif ukoll il-protezzjoni tal-ħajja selvaġġa;
(g)  Promozzjoni tal-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-użu sostenibbli, u r-restawr tar-riżorsi naturali, ekosistemi b'saħħithom u biex jieqaf it-telf tal-bijodiversità, kif ukoll il-protezzjoni tal-ħajja selvaġġa, inkluża l-ġlieda kontra l-kaċċa illegali u t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi;
Emenda 378
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt ga (ġdid)
(ga)  L-indirizzar tat-telf tal-bijodiversità, l-implimentazzjoni ta' inizjattivi internazzjonali u tal-Unjoni biex jindirizzaw it-telf, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-ġestjoni tal-ekosistemi tal-art u tal-baħar u l-bijodiversità assoċjata;
Emenda 379
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt h
(h)  Promozzjoni tal-ġestjoni integrata u sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-kooperazzjoni transfruntiera rigward l-ilma;
(h)  Promozzjoni tal-ġestjoni integrata u sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-kooperazzjoni transfruntiera rigward l-ilma skont id-dritt internazzjonali;
Emenda 380
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt i
(i)  Promozzjoni tal-konservazzjoni u t-tisħiħ tal-ħażniet tal-karbonju permezz ta' ġestjoni sostenibbli tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, kif ukoll ġlieda kontra d-degradazzjoni ambjentali, id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art;
(i)  Promozzjoni tal-konservazzjoni u t-tisħiħ tal-ħażniet tal-karbonju permezz ta' ġestjoni sostenibbli tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, kif ukoll ġlieda kontra d-degradazzjoni ambjentali, id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art u tal-foresti, u n-nixfa;
Emenda 381
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt j
(j)  Limitazzjoni tad-deforestazzjoni u promozzjoni tal-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali (FLEGT), kif ukoll il-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u kontra l-kummerċ illegali tal-injam u ta' prodotti tal-injam;
(j)  Limitazzjoni tad-deforestazzjoni u promozzjoni tal-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali (FLEGT), kif ukoll il-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u kontra l-kummerċ illegali tal-injam u ta' prodotti tal-injam. L-appoġġ lil governanza aħjar u lill-bini tal-kapaċitajiet għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali; l-appoġġ għan-negozjar u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja;
Emenda 382
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt k
(k)  L-appoġġ għall-governanza tal-oċeani, inkluż il-protezzjoni, ir-restawr u l-preservazzjoni taż-żoni kostali u tal-baħar f'kull forma tagħha, inkluż l-ekosistemi, il-ġlieda kontra l-iskart tal-baħar, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) u l-protezzjoni tal-bijodiversità marittima;
(k)  L-appoġġ għall-governanza tal-oċeani, inkluż il-protezzjoni, ir-restawr u l-preservazzjoni taż-żoni kostali u tal-baħar f'kull forma tagħha, inkluż l-ekosistemi, il-ġlieda kontra l-iskart tal-baħar, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) u l-protezzjoni tal-bijodiversità marittima f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS);
Emenda 383
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt l
(l)  It-tisħiħ reġjonali għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri (DRR) u r-reżiljenza, b'sinerġija ma' politiki u azzjonijiet ta' adattament għat-tibdil fil-klima;
(l)  It-tisħiħ reġjonali għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri (DRR), it-tħejjija u r-reżiljenza permezz ta' approċċ ibbażat fuq il-komunità u ċċentrat fuq il-persuni, b'sinerġija ma' politiki u azzjonijiet ta' adattament għat-tibdil fil-klima;
Emenda 384
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt m
(m)  Promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi u fil-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, inkluż l-indirizzar tat-tniġġis u l-ġestjoni soda tal-kimiċi u tal-iskart;
(m)  Promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi u fil-konsum u l-produzzjoni sostenibbli (u tul il-katina tal-provvista kollha), inkluż billi jitrażżan l-użu tar-riżorsi naturali għall-finanzjament tal-kunflitti, u tiġi appoġġata l-konformità mill-partijiet ikkonċernati b'inizjattivi bħall-iskema ta' ċertifikazzjoni Kimberley Process; l-indirizzar tat-tniġġis u l-ġestjoni soda tal-kimiċi u tal-iskart;
Emenda 385
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt n
(n)  Għoti ta' appoġġ lill-isforzi għat-titjib tad-diversifikazzjoni ekonomika, il-kompetittività u l-kummerċ sostenibbli, lill-iżvilupp tas-settur privat b'fokus partikolari fuq tkabbir ekoloġiku b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, kif ukoll lil mikrointrapriżi, SMEs u kooperattivi, fejn jittieħed vantaġġ mill-ftehimiet kummerċjali eżistenti mal-UE.
(n)  Għoti ta' appoġġ lill-isforzi għat-titjib tad-diversifikazzjoni ekonomika sostenibbli, il-kompetittività, il-ktajjen tal-provvista għall-kondiviżjoni tal-valur u l-kummerċ ġust, lill-iżvilupp tas-settur privat b'fokus partikolari fuq tkabbir ekoloġiku b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, kif ukoll lil mikrointrapriżi, intrapriżi soċjali u SMEs u kooperattivi, fejn jittieħed vantaġġ mill-benefiċċji tal-iżvilupp ta' ftehimiet kummerċjali eżistenti mal-UE;
Emenda 386
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt na (ġdid)
(na)  Il-kisba tal-impenji internazzjonali rigward il-konservazzjoni tal-bijodiversità fi trattati bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB), il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċijiet Migratorji tal-Annimali Selvaġġi (CMS) u trattati oħra relatati mal-bijodiversità;
Emenda 387
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt nb (ġdid)
(nb)   Żieda fl-integrazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-għanijiet relatati mat-tibdil fil-klima u l-ambjent fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni permezz ta' appoġġ għall-ħidma metodoloġika u ta' riċerka dwar, fi u minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, li tinkludi mekkaniżmi ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika, il-kartografija tal-ekosistemi, evalwazzjoni u valutazzjoni, titjib tal-kompetenza ambjentali u l-promozzjoni ta' azzjonijiet innovattivi u l-koerenza tal-politika;
Emenda 388
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 4 – punt nc (ġdid)
(nc)   L-indirizzar tal-effetti globali u transreġjonali tal-bidla fil-klima li jkollhom impatt potenzjalment destabbilizzanti fuq l-iżvilupp, il-paċi u s-sigurtà.
Emenda 389
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt a
(a)  Għoti ta' appoġġ lill-intraprenditorija, lill-impjieg deċenti u lill-impjegabbiltà permezz tal-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi, inklużi l-edukazzjoni, it-titjib tal-istandards tax-xogħol u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll il-ħolqien ta' opportunitajiet, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ;
(a)  Għoti ta' appoġġ lill-intraprenditorija, inkluż permezz tal-mikrofinanzjament, lill-impjieg deċenti u lill-impjegabbiltà permezz tal-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi, inklużi l-edukazzjoni, it-titjib tal-applikazzjoni sħiħa tal-istandards tax-xogħol tal-ILO inkluż id-djalogu soċjali u l-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol f'ambjent b'saħħtu, tal-pagi li jiggarantixxu l-għajxien kif ukoll il-ħolqien ta' opportunitajiet, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ;
Emenda 390
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt b
(b)  Għoti ta' appoġġ lill-perkorsi għall-iżvilupp nazzjonali li jimmassimizzaw l-eżiti u l-impatti soċjali pożittivi u jippromwovu tassazzjoni progressiva u politiki pubbliċi ridistributtivi;
(b)  Għoti ta' appoġġ lill-perkorsi għall-iżvilupp nazzjonali li jimmassimizzaw l-eżiti u l-impatti soċjali pożittivi, jippromwovu tassazzjoni effettiva u sostenibbli u politiki pubbliċi ridistributtivi, u l-istabbiliment u t-tisħiħ ta' sistemi tal-protezzjoni soċjali sostenibbli u ta' skemi tal-assigurazzjoni soċjali; għoti ta' appoġġ lill-isforzi fil-livelli nazzjonali u internazzjonali biex jiġu miġġielda l-evażjoni tat-taxxa u r-rifuġji fiskali;
Emenda 391
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt c
(c)  Titjib tal-klima kummerċjali u tal-investiment biex jinħoloq ambjent regolatorju li jippermetti l-iżvilupp ekonomiku kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lil kumpaniji, b'mod partikolari intrapriżi mikro, żgħar u medji biex jespandu n-negozju tagħhom u joħolqu l-impjiegi;
(c)  Titjib tal-klima kummerċjali u tal-investiment responsabbli biex jinħoloq ambjent regolatorju li jippermetti l-iżvilupp ekonomiku kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lil kumpaniji, b'mod partikolari intrapriżi mikro, żgħar u medji, kooperattivi u intrapriżi soċjali biex jespandu n-negozju tagħhom u joħolqu l-impjiegi, jingħata appoġġ lill-iżvilupp ta' ekonomija solidali u tingħata spinta lill-obbligu ta' rendikont tas-settur privat;
Emenda 392
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt ca (ġdid)
(ca)  Il-promozzjoni tal-obbligu ta' rendikont korporattiv u l-mekkaniżmi ta' rimedju għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati ma' attivitajiet tas-settur privat; l-għoti ta' appoġġ lil sforzi fil-livell lokali, reġjonali u globali biex tiġi żgurata l-konformità korporattiva mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u mal-iżviluppi regolatorji, inkluż dwar diliġenza dovuta obbligatorja u strument internazzjonali vinkolanti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem f'livell globali;
Emenda 393
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt d
(d)  Tisħiħ tas-sostennibbiltà soċjali u ambjentali, ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u ta' kondotta kummerċjali responsabbli tul il-ktajjen kollha tal-valur;
(d)  Tisħiħ tas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali, ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u ta' kondotta kummerċjali responsabbli tul il-ktajjen kollha tal-valur, filwaqt li jiġu żgurati l-kondiviżjoni tal-valur, il-prezzijiet ġusti u l-kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust;
Emenda 394
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt e
(e)  Żieda fl-effettività tan-nefqa pubblika u promozzjoni ta' użu aktar strateġiku tal-finanzi pubbliċi, inklużi permezz ta' strumenti ta' taħlit biex jiġi attirat investiment addizzjonali mis-settur pubbliku u mis-settur privat;
(e)  Żieda fl-effettività u s-sostenibbiltà tan-nefqa pubblika, inkluż permezz tal-promozzjoni tal-akkwist pubbliku sostenibbli; u promozzjoni ta' użu aktar strateġiku tal-finanzi pubbliċi, inklużi permezz ta' strumenti ta' taħlit biex jiġi attirat investiment addizzjonali mis-settur pubbliku u mis-settur privat;
Emenda 395
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt g
(g)  Il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali interna, li ssawwar rabtiet aktar b'saħħithom bejn iż-żoni urbani u rurali u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tas-settur tat-turiżmu bħala ingranaġġ għall-iżvilupp sostenibbli;
(g)  Il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali interna, li ssawwar rabtiet aktar b'saħħithom bejn iż-żoni urbani u rurali u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp kemm tal-industriji kreattivi kif ukoll tas-settur tat-turiżmu kulturali bħala ingranaġġ għall-iżvilupp sostenibbli;
Emenda 396
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt h
(h)  Tingħata spinta u jiġu diversifikati l-ktajjen tal-valur tal-agrikoltura u tal-ikel, promozzjoni tad-diversifikazzjoni ekonomika, żieda tal-valur, integrazzjoni, kompetittività u kummerċ reġjonali, kif ukoll tisħiħ ta' innovazzjonijiet sostenibbli, b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima;
(h)  Tingħata spinta u jiġu diversifikati l-ktajjen tal-valur tal-agrikoltura u tal-ikel sostenibbli u inklużivi, jiġu promossi s-sigurtà alimentari u d-diversifikazzjoni ekonomika, iż-żieda tal-valur, l-integrazzjoni reġjonali, il-kompetittività u l-kummerċ ġust, u jissaħħu l-innovazzjonijiet sostenibbli, b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima;
Emenda 397
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt ha (ġdid)
(ha)   Issir enfasi fuq intensifikazzjoni agrikola ekoloġikament effiċjenti għal bdiewa żgħar, u b'mod partikolari n-nisa, billi jiġi pprovdut appoġġ għal politiki nazzjonali, strateġiji u oqfsa legali effettivi u sostenibbli, u għal aċċess ekwu u sostenibbli għar-riżorsi, inklużi l-art, l-ilma, (mikro) kreditu u inputs agrikoli oħra;
Emenda 398
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt hb (ġdid)
(hb)   Jingħata appoġġ b'mod attiv lill-parteċipazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet tal-bdiewa fit-tfassil tal-politika u l-programmi ta' riċerka u jiżdied l-involviment tagħhom fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi tal-gvern;
Emenda 399
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt j
(j)  Trawwim ta' aċċess universali għall-enerġija sostenibbli, promozzjoni ta' ekonomija ċirkolari b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u effiċjenti fir-riżorsi, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima;
(j)  Trawwim ta' aċċess universali għall-enerġija sikura, affordabbli u sostenibbli, promozzjoni ta' ekonomija ċirkolari b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u effiċjenti fir-riżorsi, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima;
Emenda 400
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt l
(l)  Promozzjoni ta' konnettività diġitali affordabbli, inklużiva u affidabbli, kif ukoll tisħiħ tal-ekonomija diġitali;
(l)  Il-promozzjoni ta' konnettività diġitali affordabbli, inklużiva, affidabbli u sikura, kif ukoll it-tisħiħ tal-ekonomija diġitali; il-promozzjoni tal-litteriżmu u l-ħiliet diġitali; it-trawwim ta' intraprenditorija diġitali u l-ħolqien tal-impjiegi; il-promozzjoni tal-użu ta' teknoloġiji diġitali bħala faċilitatur għall-iżvilupp sostenibbli; l-indirizzar taċ-ċibersigurtà, il-privatezza tad-data u kwistjonijiet regolatorji oħra marbuta mad-diġitalizzazzjoni;
Emenda 401
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt m
(m)  Żvilupp u tisħiħ tas-swieq u tas-setturi b'tali mod li jsaħħaħ it-tkabbir inklużiv u sostenibbli;
(m)  Żvilupp u tisħiħ tas-swieq u tas-setturi b'tali mod li jsaħħaħ it-tkabbir inklużiv u sostenibbli, u l-kummerċ ġust;
Emenda 402
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt n
(n)  Għoti ta' appoġġ lill-aġenda dwar l-integrazzjoni reġjonali u lill-politiki kummerċjali ottimali, kif ukoll għoti ta' appoġġ lill-konsolidazzjoni u lill-implimentazzjoni ta' ftehimiet kummerċjali bejn l-UE u s-sħab tagħha;
(n)  Għoti ta' appoġġ lill-aġenda dwar l-integrazzjoni reġjonali u lill-politiki kummerċjali ottimali favur żvilupp inklużiv u sostenibbli, kif ukoll għoti ta' appoġġ lill-konsolidazzjoni u lill-implimentazzjoni ta' ftehimiet kummerċjali ġusti bejn l-Unjoni u s-sħab tagħha, inklużi l-ftehimiet olistiċi u asimmetriċi mas-sħab tal-pajjiż li qed jiżviluppa; il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-multilateraliżmu, tal-kooperazzjoni ekonomika sostenibbli kif ukoll tar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;
Emenda 403
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt o
(o)  Promozzjoni tal-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tar-riċerka, kif ukoll tad-data miftuħa u tal-innovazzjoni;
(o)  Promozzjoni tal-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tar-riċerka, tad-diġitalizzazzjoni, tad-data miftuħa, tal-big data u tal-intelliġenza artifiċjali u l-innovazzjoni, inkluż l-iżvilupp tad-diplomazija tax-xjenza;
Emenda 404
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt p
(p)  Promozzjoni ta' djalogu interkulturali u diversità kulturali fil-forom kollha tagħha, kif ukoll il-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-patrimonju kulturali;
(p)  Promozzjoni ta' djalogu interkulturali u diversità kulturali fil-forom kollha tagħha, l-iżvilupp ta' artiġjanat lokali kif ukoll l-arti kontemporanji u l-espressjonijiet kulturali, il-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-patrimonju kulturali;
Emenda 405
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt r
(r)  Titjib tal-aċċess għal impjieg deċenti u ħolqien ta' swieq tax-xogħol u politiki tal-impjiegi aktar inklużivi u li jiffunzjonaw sew, li jkunu orjentati lejn impjieg deċenti għal kulħadd, speċjalment iż-żgħażagħ;
(r)  Titjib tal-aċċess għal impjieg deċenti għal kulħadd f'ambjent b'saħħtu, u ħolqien ta' swieq tax-xogħol u politiki tal-impjiegi aktar inklużivi u li jiffunzjonaw sew, li jkunu orjentati lejn impjieg deċenti, lejn ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol, inklużi l-pagi li jiggarantixxu l-għajxien, għal kulħadd, speċjalment iż-żgħażagħ;
Emenda 406
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt ra (ġdid)
(ra)   L-iżgurar li l-aċċess għal setturi tal-estrazzjoni jkun ġust u sostenibbli filwaqt li ma jkunx qed jikkontribwixxi għal kunflitti jew korruzzjoni;
Emenda 407
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 5 – punt s
(s)  Il-promozzjoni ta' aċċess ġust, sostenibbli u mingħajr distorsjoni għas-setturi estrattivi.
(s)  Il-promozzjoni ta' aċċess ġust, sostenibbli u mingħajr distorsjoni għas-setturi tal-estrazzjoni; l-iżgurar ta' żieda fit-trasparenza, diliġenza dovuta u responsabbiltà tal-investitur filwaqt li jiġi promoss l-obbligu ta' rendikont tas-settur privat; l-applikazzjoni ta' miżuri li jakkumpanjaw lir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli.
Emenda 408
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – parti introduttorja
6.  Sigurtà, stabbiltà u paċi
6.  Paċi, sigurtà u stabbiltà
Emenda 409
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt a
(a)  Kontribut għall-paċi u l-istabbiltà permezz tal-bini tar-reżiljenza tal-istati, is-soċjetajiet, il-komunitajiet u l-individwi għal pressjonijiet u skossi politiċi, ekonomiċi, ambjentali, demografiċi u soċjetali;
(a)  Kontribut għall-paċi, il-prevenzjoni ta' kunflitti u għalhekk għall-istabbiltà permezz tal-bini tar-reżiljenza tal-istati, is-soċjetajiet, il-komunitajiet u l-individwi għal pressjonijiet u skossi politiċi, ekonomiċi, ambjentali, demografiċi u soċjetali, inkluż permezz tal-appoġġ għall-valutazzjonijiet tar-reżiljenza mfassla biex jidentifikaw il-kapaċitajiet indiġeni fis-soċjetajiet li jippermettulhom jirreżistu u jadattaw għal dawn il-pressjonijiet u x-xokkijiet u jirkupraw malajr minnhom;
Emenda 410
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt aa (ġdid)
(aa)  Il-promozzjoni ta' kultura ta' nonvjolenza, inkluż billi tiġi appoġġata l-edukazzjoni dwar il-paċi formali u informali;
Emenda 411
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt b
(b)  Għoti ta' appoġġ lill-prevenzjoni ta' konflitti, lit-twissija bikrija u lill-konsolidazzjoni tal-paċi permezz ta' medjazzjoni, maniġġar ta' kriżijiet u stabilizzazzjoni;
(b)  Għoti ta' appoġġ lill-prevenzjoni ta' konflitti, lit-twissija bikrija u lill-konsolidazzjoni tal-paċi permezz ta' medjazzjoni, maniġġar ta' kriżijiet u stabilizzazzjoni u rikostruzzjoni ta' wara l-kunflitt, inkluż rwol imsaħħaħ għan-nisa f'dawn l-istadji kollha; il-promozzjoni, l-iffaċilitar u l-bini tal-kapaċità fil-bini ta' fiduċja, il-medjazzjoni, id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni, relazzjonijiet tajba ta' viċinat u miżuri oħra li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, b'mod partikolari fir-rigward ta' tensjonijiet interkomunitarji emerġenti kif ukoll miżuri ta' konċiljazzjoni bejn segmenti ta' soċjetajiet u kunflitti u kriżijiet imtawla;
Emenda 412
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt ba (ġdid)
(ba)  L-appoġġ għar-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-vittmi ta' kunflitti armati kif ukoll id-diżarm, id-demobilizzazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid ta' ex ġellieda u l-familji tagħhom fis-soċjetà ċivili, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa;
Emenda 413
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt ba (ġdid)
(bb)  It-tisħiħ tar-rwol tan-nisa u ż-żgħażagħ fil-konsolidazzjoni tal-paċi u l-prevenzjoni tal-kunflitti, u l-inklużjoni, il-parteċipazzjoni ċivili u politika sinifikanti u r-rikonoxximent soċjali tagħhom; l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1325, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet fraġli, ta' kunflitt u ta' wara kunflitt;
Emenda 414
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt c
(c)  Għoti ta' appoġġ lir-riforma tas-settur tas-sigurtà li gradwalment tipprovdi lill-individwi u lill-istat aktar sigurtà effettiva u akkontabbli għall-iżvilupp sostenibbli;
(c)  Għoti ta' appoġġ lir-riforma tas-settur tas-sigurtà sensittiva għall-kunflitti li gradwalment tipprovdi lill-individwi u lill-istat aktar sigurtà effettiva, demokratika u akkontabbli għall-iżvilupp sostenibbli u l-paċi;
Emenda 415
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt d
(d)  Għoti ta' appoġġ lill-bini tal-kapaċitajiet ta' atturi militari b'sostenn għas-sigurtà u l-iżvilupp (CBSD);
(d)  Għoti ta' appoġġ lill-bini tal-kapaċitajiet ta' atturi militari b'sostenn għas-sigurtà u l-iżvilupp;
Emenda 416
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt da (ġdid)
(da)   għoti ta' appoġġ għal inizjattivi ta' diżarm reġjonali u internazzjonali u għal sistemi u mekkaniżmi ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi;
Emenda 417
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt e
(e)  Għoti ta' appoġġ lill-inizjattivi reġjonali u internazzjonali li jikkontribwixxu għas-sigurtà, l-istabbiltà u l-paċi;
(e)  Għoti ta' appoġġ lill-inizjattivi lokali, reġjonali u internazzjonali li jikkontribwixxu għas-sigurtà, l-istabbiltà u l-paċi kif ukoll ir-rabta ta' dawk l-inizjattivi differenti;
Emenda 418
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt f
(f)  Prevenzjoni u ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti u għat-terroriżmu;
(f)  Prevenzjoni u ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti u għat-terroriżmu permezz ta' programmi u azzjonijiet speċifiċi għall-kuntest, sensittivi għall-kunflitti u għall-kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u li jiffokaw fuq in-nies;
Emenda 419
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt fa (ġdid)
(fa)  Indirizzar tal-impatt soċjoekonomiku fuq il-popolazzjoni ċivili ta' mini kontra l-persunal, munizzjon li għadu ma splodiex jew fdalijiet splussivi tal-gwerra, inklużi l-ħtiġijiet tan-nisa;
Emenda 420
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt fb (ġdid)
(fb)  Indirizzar tal-effetti soċjali jew tar-ristrutturar tal-forzi armati, inklużi l-ħtiġijiet tan-nisa;
Emenda 421
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt fc (ġdid)
(fc)  Għoti ta' appoġġ għal tribunali lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali ad hoc, kummissjonijiet u mekkaniżmi għall-verità u r-rikonċiljazzjoni;
Emenda 422
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt h
(h)  Promozzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera rigward il-ġestjoni sostennibbli ta' riżorsi naturali kondiviżi;
(h)  Promozzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera rigward il-ġestjoni sostenibbli ta' riżorsi naturali kondiviżi f'konformità mad-dritt internazzjonali u tal-Unjoni;
Emenda 423
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt i
(i)  Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, b'mod partikolari permezz tal-bini ta' kapaċità u l-iżvilupp tal-infrastruttura f'pajjiżi terzi fl-oqsma tas-saħħa, l-agrikoltura u s-sikurezza tal-ikel; kif ukoll appoġġ għall-azzjonijiet soċjali li jindirizzaw il-konsegwenzi fuq il-popolazzjoni l-iktar vulnerabbli esposta għal xi inċident radjoloġiku u bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom; il-promozzjoni tal-ġestjoni tal-għarfien, it-taħriġ u l-edukazzjoni f'oqsma relatati man-nukleari;
(i)  Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, b'mod partikolari permezz tal-bini ta' kapaċità u l-iżvilupp tal-infrastruttura f'pajjiżi terzi fl-oqsma tas-saħħa, l-agrikoltura u s-sikurezza tal-ikel; kif ukoll appoġġ għall-azzjonijiet soċjali li jindirizzaw il-konsegwenzi fuq il-popolazzjoni l-iktar vulnerabbli esposta għal xi inċident radjoloġiku u bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom; il-promozzjoni tal-ġestjoni tal-għarfien, it-taħriġ u l-edukazzjoni f'oqsma relatati man-nukleari. Tali attivitajiet għandhom jiġu żviluppati flimkien ma' dawk fl-ambitu tal-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari stabbilit mir-Regolament UE .../... [Regolament EINS];
Emenda 424
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 6 – punt j
(j)  It-tisħiħ tas-sigurtà marittima sabiex ikunu possibbli oċeani bla periklu, sikuri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli;
(j)  It-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza marittimi sabiex ikunu possibbli oċeani bla periklu, sikuri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli;
Emenda 425
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 7 – punt ca (ġdid)
(ca)  Appoġġ u żieda fil-kooperazzjoni minn pajjiżi u reġjuni sħab ma' reġjuni ultraperiferiċi tal-viċinat tal-Unjoni u ma' pajjiżi u territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' [...] ta' [...] dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea;
Emenda 426
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 7 – punt d
(d)  Il-promozzjoni ta' ambjent abilitanti għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż fondazzjonijiet, it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni sinifikanti u strutturata tagħhom fil-politiki domestiċi u l-kapaċità tagħhom li jwettqu r-rwoli tagħhom bħala atturi indipendenti fl-iżvilupp u l-governanza; u t-tisħiħ ta' modi ġodda ta' sħubiji ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-promozzjoni ta' djalogu sostantiv u strutturat mal-Unjoni u l-użu effettiv ta' pjanijiet direzzjonali tal-pajjiżi għall-involviment tal-UE mas-soċjetà ċivili;
(d)  Il-promozzjoni ta' ambjent abilitanti għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż fondazzjonijiet, it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-politiki domestiċi u l-kapaċità tagħhom li jwettqu r-rwoli tagħhom bħala atturi indipendenti fl-iżvilupp u l-governanza; u t-tisħiħ ta' modi ġodda ta' sħubiji ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-promozzjoni ta' djalogu sostantiv u strutturat mal-Unjoni u l-użu effettiv u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet direzzjonali tal-pajjiżi għall-involviment tal-Unjoni mas-soċjetà ċivili;
Emenda 427
Proposta għal regolament
Anness II – parti A – punt 7 – punt f
(f)  Involviment aktar effettiv maċ-ċittadini f'pajjiżi terzi, inkluż billi jsir użu sħiħ mid-diplomazija ekonomika, kulturali u pubblika;
(f)  Involviment aktar effettiv maċ-ċittadini u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi, inkluż billi jsir użu sħiħ mid-diplomazija ekonomika, kulturali, sportiva u pubblika;
Emenda 428
Proposta għal regolament
Anness II – parti B
B Speċifikament għaż-Żona tal-Viċinat
imħassar
(a)  Promozzjoni ta' kooperazzjoni politika msaħħa;
(b)  Għoti ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' ftehimiet ta' assoċjazzjoni jew ftehimiet oħra eżistenti jew fil-futur, kif ukoll ta' aġendi ta' assoċjazzjoni miftiehma b'mod konġunt u prijoritajiet ta' sħubija jew dokumenti ekwivalenti;
(c)  Promozzjoni ta' sħubija msaħħa ma' soċjetajiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab, inkluż permezz ta' kuntatti bejn il-persuni;
(d)  Tisħiħ ta' kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari fi ħdan il-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, l-Unjoni għall-Mediterran u l-kollaborazzjoni mal-Viċinat Ewropew kollu, kif ukoll il-kooperazzjoni transfruntiera;
(e)  Kisba ta' integrazzjoni progressiva fis-suq intern tal-Unjoni u kooperazzjoni settorjali u transsettorjali msaħħa, inkluż permezz ta' approssimazzjoni leġislattiva u konverġenza regolatorja lejn l-istandards tal-Unjoni u standards internazzjonali rilevanti oħra, kif ukoll aċċess aħjar għas-suq inkluż permezz ta' oqsma profondi u komprensivi ta' kummerċ ħieles, il-bini ta' istituzzjonijiet u l-investiment relatati.
Emenda 429
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – inċiż 1
—  Kontribut għall-avvanz tal-valuri fundamentali tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tal-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem, tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u tar-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali.
imħassar
Emenda 430
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – inċiż 2
—  Possibbiltà ta' kooperazzjoni u sħubija mas-soċjetà ċivili fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet relatati mad-demokrazija, inkluż f'sitwazzjonijiet sensittivi u urġenti. Biex jintlaħqu l-għanijet ta' hawn taħt, għandha tiġi żviluppata strateġija koerenti u olistika fil-livelli kollha.
imħassar
Emenda 431
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – inċiż 3
—  Rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd, li jikkontribwixxi għall-bini ta' soċjetajiet li fihom ikunu prevalenti l-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja u l-akkontabbilta, is-solidarjetà u l-ugwaljanza. Ir-rispett u l-osservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd għandhom jiġu mmonitorjati, promossi u msaħħa f'konformità mal-prinċipji tal-universalità, l-indiviżibbiltà u l-interdipendenza tad-drittijiet tal-bniedem. L-ambitu tal-programm jinkludi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali. L-isfidi għad-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu indirizzati filwaqt li tissaħħaħ is-soċjetà ċivili u jiġu protetti u jingħataw is-setgħa d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, anke fir-rigward tal-ambitu dejjem iżgħar għall-azzjonijiet tagħhom.
imħassar
Emenda 432
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – inċiż 4
—  Żvilupp, tisħiħ u protezzjoni tad-demokrazija, fejn jiġu indirizzati b'mod komprensiv l-aspetti kollha tal-governanza demokratika, inkluż ir-rinforz tal-pluraliżmu demokratiku, it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-għoti ta' appoġġ lil proċessi elettorali kredibbli, inklużivi u trasparenti. Id-demokrazija għandha tissaħħaħ permezz tar-rispett għall-pilastri prinċipali tas-sistemi demokratiċi, inkluż l-istat tad-dritt, l-istandards u l-valuri demokratiċi, il-midja indipendenti, istituzzjonijiet akkontabbli u inklużivi, inklużi l-partiti politiċi u l-parlamenti, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. L-osservazzjoni elettorali għandha rwol sħiħ fl-appoġġ usa' għall-proċessi demokratiċi. F'dan il-kuntest, l-osservazzjoni elettorali tal-UE għandha tkompli tkun komponent ewlieni tal-programm, bħalma għandu jkun il-każ ukoll tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tal-UE.
imħassar
Emenda 433
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – inċiż 5
—  Promozzjoni ta' multilateraliżmu u sħubija strateġika effettivi, li jikkontribwixxu biex jiġu rinforzati l-kapaċitajiet tal-oqfsa internazzjonali, reġjonali u nazzjonali fil-promozjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. Is-Sħubiji Strateġiċi għandhom jingħataw spinta, b'attenzjoni partikolari għall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) u l-mekkaniżmi reġjonali u nazzjonali rilevanti għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, il-programm għandu jippromwovi l-edukazzjoni u r-riċerka dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, inkluż permezz tal-Kampus Globali għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija.
imħassar
Emenda 434
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – paragrafu 1a (ġdid)
Taħt dan il-programm, l-Unjoni għandha tipprovdi assistenza biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokratizzazzjoni globali, reġjonali, nazzjonali u lokali fi sħubija mas-soċjetà ċivili fi ħdan l-oqsma strateġiċi ta' intervent li ġejjin:
1a.  Il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi u f'sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju, inkluż billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' protezzjoni urġenti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem b'mod flessibbli u komprensiv.
Il-fokus huwa fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet relatati mad-demokrazija li ma jistgħux jiġu indirizzati bi programmi ġeografiċi jew tematiċi oħra minħabba l-karattru sensittiv jew in-natura ta' emerġenza tagħhom. F'tali każijiet, il-prijorità għandha tkun li jiġi promoss ir-rispett għad-dritt internazzjonali rilevanti u li jiġu pprovduti appoġġ tanġibbli u mezzi ta' azzjoni lis-soċjetà ċivili lokali f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali lit-tisħiħ ta' mekkaniżmu speċifiku għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem.
1b.  Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd, li jikkontribwixxi għall-bini ta' soċjetajiet li fihom ikunu prevalenti l-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali, il-ġustizzja internazzjonali u l-obbligu ta' rendikont.
L-assistenza tal-Unjoni għandu jkollha l-kapaċità li tindirizza l-aktar kwistjonijiet politiċi sensittivi bħall-piena tal-mewt, it-tortura, il-libertà tal-espressjoni f'kuntesti restrittivi, id-diskriminazzjoni kontra gruppi vulnerabbli, kif ukoll il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal (pereżempju, it-tħaddim tat-tfal, it-traffikar tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u s-suldati tfal) u għandha tirrispondi għall-isfidi emerġenti u kumplessi bħall-protezzjoni tal-persuni spostati minħabba t-tibdil fil-klima, minħabba l-indipendenza ta' azzjoni tagħha u l-flessibbiltà għolja tagħha f'termini tal-modalitajiet ta' kooperazzjoni.
1c.  Il-konsolidazzjoni u l-appoġġ tad-demokrazija filwaqt li jiġu indirizzati l-aspetti kollha ta' governanza demokratika, inkluż it-tisħiħ tal-pluraliżmu demokratiku u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, il-ħolqien ta' ambjent abilitanti għas-soċjetà ċivili, u l-appoġġ ta' proċessi elettorali kredibbli, inklużivi u trasparenti, b'mod partikolari permezz ta' MOE tal-UE.
Id-demokrazija għandha tissaħħaħ permezz tar-rispett għall-pilastri prinċipali tas-sistemi demokratiċi, inklużi l-istat tad-dritt, l-istandards u l-valuri demokratiċi, il-midja indipendenti, l-istituzzjonijiet responsabbli u inklużivi li jinkludu lill-partiti politiċi u l-parlamenti, kif ukoll settur tas-sigurtà responsabbli u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-prijorità għandha tkun li jiġi pprovdut appoġġ tanġibbli u mezzi ta' azzjoni lill-atturi politiċi li jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. L-osservazzjoni elettorali għandha rwol sħiħ fl-appoġġ usa' tal-proċessi demokratiċi. F'dan il-kuntest, l-osservazzjoni elettorali tal-UE għandha tkompli tkun komponent ewlieni tal-programm, bħalma għandu jkun il-każ ukoll tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-MOE tal-UE. Fokus ieħor se jkun li jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali taċ-ċittadini u n-netwerks reġjonali tagħhom madwar id-dinja.
Għandhom jissaħħu l-kapaċità u l-viżibbiltà tal-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali taċ-ċittadini fil-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Ewropa u tal-organizzazzjonijiet tal-pjattaforma reġjonali rispettivi, b'mod partikolari billi jiġi promoss programm ta' tagħlim bejn il-pari sostenibbli għall-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali indipendenti u mhux partiġġjani. L-Unjoni għandha tfittex li ttejjeb il-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali taċ-ċittadini domestiċi, tipprovdi edukazzjoni lill-votanti, litteriżmu medjatiku, programmi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali domestiċi u internazzjonali, u għandha tiddefendi l-kredibbiltà u l-fiduċja fl-istituti tal-elezzjoni u tal-osservazzjoni elettorali.
1d.  Il-promozzjoni ta' multilateraliżmu u sħubiji strateġiċi effettivi li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' oqfsa internazzjonali, reġjonali u nazzjonali u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-atturi lokali fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.
Is-sħubiji għad-drittijiet tal-bniedem li għandhom jiffokaw fuq it-tisħiħ tal-arkitettura tad-drittijiet tal-bniedem nazzjonali u internazzjonali, inkluż l-appoġġ lill-multilateraliżmu, peress li l-indipendenza u l-effettività tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u tal-mekkaniżmi reġjonali rilevanti għad-drittijiet tal-bniedem huma essenzjali. L-appoġġ għall-edukazzjoni u r-riċerka dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija kif ukoll il-promozzjoni tal-libertà akkademika għandhom ikomplu, inkluż permezz tal-appoġġ lill-Kampus Globali għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija.
1e.  It-trawwim ta' sinerġiji u netwerking transreġjonali ġodda fost is-soċjetajiet ċivili lokali u bejn is-soċjetà ċivili u korpi u mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti oħra sabiex tiġi massimizzata l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u tinħoloq dinamika pożittiva.
Il-fokus għandu jitqiegħed fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-prinċipju tal-universalità, l-identifikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar id-drittijiet tal-bniedem kollha, kemm jekk ċivili u politiċi, jew ekonomiċi, soċjali u kulturali, u l-libertajiet fundamentali, jiġifieri meta jiġu indirizzati sfidi ewlenin, inkluża s-sigurtà sostenibbli, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-migrazzjoni irregolari u l-ispazju dejjem jiċkien għall-NGOs. Dan jirrikjedi sforz akbar biex tingħaqad flimkien firxa wiesgħa ta' partijiet interessati relatati mad-drittijiet tal-bniedem (pereżempju, is-soċjetà ċivili lokali u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati, l-akkademiċi, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tan-nisa, sindakati) minn pajjiżi u kontinenti differenti li flimkien jistgħu joħolqu narrattiva pożittiva dwar id-drittijiet tal-bniedem b'effett multiplikatur.
1f.  L-Unjoni għandha tippromwovi aktar, fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi taħt l-istrument, l-isforzi internazzjonali lejn ftehim multilaterali li jipprojbixxi l-kummerċ ta' beni użati għat-tortura u għall-piena kapitali.
Emenda 435
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2 – parti introduttorja
2.  OQSMA TA' INTERVENT GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI
2.  OQSMA TA' INTERVENT GĦAS-SOĊJETÀ ĊIVILI U L-AWTORITAJIET LOKALI
Emenda 436
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2 – punt 1 – parti introduttorja
1.  Spazju ċiviku inklużiv, parteċipatorju, mogħi s-setgħa u indipendenti għas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab
1.  Soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali inklużivi, parteċipatorji, mogħtija s-setgħa u indipendenti fil-pajjiżi sħab
Emenda 437
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2 – punt 1 – punt a
(a)  Ħolqien ta' ambjent li jippermetti l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-azzjoni minn naħa tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz ta' fondazzjonijiet;
(a)  Ħolqien ta' ambjent li jippermetti l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-azzjoni minn naħa tas-soċjetà ċivili, inkluż billi jingħata appoġġ lill-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili fid-djalogu ta' politika permezz ta' fondazzjonijiet;
Emenda 438
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 2 – punt 1 – punt b
(b)  Bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi fondazzjonijiet, biex jaġixxu bħala atturi kemm tal-iżvilupp kif ukoll tal-governanza;
(b)  Għoti ta' appoġġ u bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi fondazzjonijiet, biex jaġixxu bħala atturi kemm tal-iżvilupp kif ukoll tal-governanza;
Emenda 439
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – punt 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  Il-bini tal-kapaċitajiet, il-koordinazzjoni u t-tisħiħ istituzzjonali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, inklużi n-netwerks tan-Nofsinhar tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet umbrella biex jinvolvu ruħhom fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom u bejn tipi differenti ta' partijiet interessati attivi fid-dibattitu pubbliku dwar l-iżvilupp, joħolqu djalogu mal-gvernijiet dwar il-politika pubblika u jieħdu sehem b'mod effettiv fil-proċess tal-iżvilupp.
Emenda 440
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2 – punt 2 – parti introduttorja
2.  Djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar il-politika tal-iżvilupp u bejniethom
2.  Djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili
Emenda 441
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2 – punt 2 – punt a
(a)  Promozzjoni ta' fora ta' djalogu inklużivi b'diversi partijiet ikkonċernati, inkluż l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali, l-Istati Membri, il-pajjiżi sħab u partijiet ikkonċernati ewlenin oħra;
(a)  Promozzjoni ta' fora ta' djalogu inklużivi b'diversi partijiet ikkonċernati u tisħiħ istituzzjonali tas-soċjetà ċivili u tan-netwerks tal-awtoritajiet lokali, inklużi l-interazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali, l-Istati Membri, il-pajjiżi sħab u partijiet ikkonċernati ewlenin oħra;
Emenda 442
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 2 – punt 3 – punt b
(b)  Mobilizzazzjoni tal-appoġġ pubbliku fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali għal strateġiji ta' żvilupp sostenibbli u inklużivi fil-pajjiżi sħab.
(b)  Mobilizzazzjoni tal-appoġġ pubbliku fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali għal tnaqqis tal-faqar u strateġiji ta' żvilupp sostenibbli u inklużivi fil-pajjiżi sħab.
Emenda 443
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – punt 3 – punt ba (ġdid)
(ba)   Is-sensibilizzazzjoni dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, l-għarfien dwar il-ktajjen tal-provvista u l-effetti tal-kapaċità tal-akkwist taċ-ċittadini tal-Unjoni li tippermetti żvilupp sostenibbli.
Emenda 444
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2 – punt 3a (ġdid)
3a.  Il-provvista ta' servizzi soċjali bażiċi mogħtija lill-popolazzjonijiet fil-bżonn
Interventi f'pajjiżi sħab li jappoġġaw lil gruppi vulnerabbli u marġinalizzati billi jipprovdu servizzi soċjali bażiċi bħas-saħħa - inklużi n-nutrizzjoni, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali u l-aċċess għall-ilma sikur, is-sanità u l-iġjene mogħtija permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali.
Emenda 445
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2 – punt 3b (ġdid)
3b.  Tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali bħala atturi tal-iżvilupp permezz ta':
(a)  żieda fil-kapaċità tal-Unjoni u n-netwerks, il-pjattaformi u l-alleanzi tal-awtoritajiet lokali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jiġu żgurati djalogu ta' politika sostantiv u kontinwu u parteċipazzjoni effettiva fil-qasam tal-iżvilupp u tiġi promossa governanza demokratika, b'mod partikolari permezz tal-Approċċ Territorjali għall-Iżvilupp Lokali;
(b)  żieda fl-interazzjonijiet maċ-ċittadini tal-Unjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp (sensibilizzazzjoni, kondiviżjoni tal-għarfien u involviment, inkluż permezz tal-adozzjoni ta' kriterji ta' sostenibbiltà fl-akkwist pubbliku), b'mod partikolari rigward dawk relatati mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, inkluż fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali;
(c)  żieda fis-sjieda u l-assorbiment tal-għajnuna permezz ta' programmi ta' taħriġ fil-pajjiż għall-ħaddiema taċ-ċivil tal-awtoritajiet lokali dwar kif japplikaw għal finanzjament mill-Unjoni.
Emenda 446
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – parti introduttorja
3.  OQSMA TA' INTERVENT GĦALL-ISTABBILTÀ U L-PAĊI
3.  OQSMA TA' INTERVENT GĦALL-KONSOLIDAZZJONI TAL-PAĊI, GĦALL-PREVENZJONI TAL-KUNFLITTI U GĦALL-ISTABBILTÀ
Emenda 447
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 –paragrafu 1 – parti introduttorja
L-Unjoni għandha tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja li tkopri l-appoġġ għal miżuri mmirati lejn il-bini u t-tisħiħ tal-kapaċità tas-sħab tagħha biex jevitaw il-kunflitt, jikkonsolidaw il-paċi u jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' qabel u wara kriżijiet f'koordinazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u sottoreġjonali oħra, kif ukoll mal-Istat u mal-atturi fis-soċjetà ċivili, b'relazzjoni mal-isforzi tagħhom prinċipalment fl-oqsma li ġejjin, inkluż attenzjoni speċifika għall-parteċipazzjoni tan-nisa:
L-Unjoni għandha tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja li tkopri l-appoġġ għal miżuri mmirati lejn il-bini u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni u tas-sħab tagħha biex jevitaw il-kunflitt, jikkonsolidaw il-paċi u jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' qabel u wara kriżijiet f'koordinazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u sottoreġjonali oħra, kif ukoll mal-Istat u mal-atturi fis-soċjetà ċivili, b'rabta mal-isforzi tagħhom prinċipalment fl-oqsma li ġejjin, inkluż attenzjoni speċifika għall-ugwaljanza bejn is-sessi, għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ:
Emenda 448
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1 – punt a
(a)  twissija bikrija u analiżi tar-riskju sensittiva għall-kunflitti; bini tal-fiduċja, medjazzjoni, djalogu u miżuri ta' rikonċiljazzjoni;
(a)  twissija bikrija u analiżi tar-riskju sensittiva għall-kunflitti fit-tfassil tal-politika u fl-implimentazzjoni tagħha;
Emenda 449
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  il-faċilitazzjoni u l-bini tal-kapaċità fit-tisħiħ tal-fiduċja, medjazzjoni, djalogu u miżuri ta' rikonċiljazzjoni, b'attenzjoni partikolari għal tensjonijiet interkomunitarji emerġenti, speċjalment il-prevenzjoni tal-ġenoċidju u r-reati kontra l-umanità;
Emenda 450
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab)  tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-parteċipazzjoni u l-iskjerament fil-missjonijiet ta' stabbilizzazzjoni ċivili; tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Unjoni, tas-soċjetà ċivili u tas-sħab tal-Unjoni għall-parteċipazzjoni u l-iskjerament ta' missjonijiet ċivili taż-żamma tal-paċi u tal-konsolidazzjoni tal-paċi; skambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki dwar il-konsolidazzjoni tal-paċi, l-analiżi tal-kunflitti, it-twissija bikrija jew it-taħriġ u t-twettiq ta' servizzi;
Emenda 451
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1 – punt b
(b)  irkupru wara konflitt kif ukoll irkupru wara diżastru;
(b)  appoġġ tal-irkupru wara kunflitt, inkluż l-indirizzar tal-kwistjoni ta' persuni nieqsa f'sitwazzjonijiet ta' wara kunflitt, u l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' ftehimiet multilaterali rilevanti li jindirizzaw il-mini u l-fdalijiet splussivi tal-gwerra kif ukoll irkupru wara diżastru b'rilevanza għas-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà;
Emenda 452
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1 – punt c
(c)  konsolidazzjoni tal-paċi u azzjonijiet ta' appoġġ għall-bini tal-istat;
(c)  l-appoġġ għall-konsolidazzjoni tal-paċi u l-azzjonijiet għall-bini tal-istat, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u internazzjonali, stati u organizzazzjonijiet internazzjonali ; u l-iżvilupp ta' djalogi strutturali bejniethom f'diversi livelli, bejn is-soċjetà ċivili lokali u l-pajjiżi sħab, u mal-Unjoni;
Emenda 453
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  it-tnaqqis tal-użu tar-riżorsi naturali għall-finanzjament tal-kunflitti, u l-appoġġ tal-konformità tal-partijiet ikkonċernati ma' inizjattivi bħall-Iskema ta' Ċertifikazzjoni Kimberley Process u li jinkludu dawk relatati mar-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli1a, speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' kontrolli domestiċi effiċjenti fuq il-produzzjoni tar-riżorsi naturali u l-kummerċ tagħhom;
__________________
1a ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1.
Emenda 454
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1 – punt e
(e)  Bini tal-Kapaċità fil-qasam tas-Sigurtà u l-Iżvilupp (CBSD).
(e)  bini tal-Kapaċità tal-atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp.
Emenda 455
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)  l-għoti ta' appoġġ għal azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1325 u 2250 kif ukoll il-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza tan-nisa u ż-żgħażagħ fi proċessi ta' paċi formali u informali;
Emenda 456
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
(eb)  l-għoti ta' appoġġ għal azzjonijiet li jippromwovu kultura ta' nonvjolenza, inkluża l-edukazzjoni formali u mhux formali dwar il-paċi;
Emenda 457
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)
(ec)  l-għoti ta' appoġġ għal azzjonijiet li jsaħħu r-reżiljenza tal-istati, is-soċjetajiet, il-komunitajiet u l-individwi, inklużi valutazzjonijiet tar-reżiljenza mfassla biex jidentifikaw il-kapaċitajiet endoġeni fis-soċjetajiet li jippermettulhom jirreżistu u jadattaw għall-pressjonijiet u x-xokkijiet u jirkupraw malajr minnhom;
Emenda 458
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1 – punt ed (ġdid)
(ed)   appoġġ għat-tribunali kriminali internazzjonali u t-tribunali nazzjonali ad hoc, għall-kummissjonijiet tal-verità u tar-rikonċiljazzjoni, u għall-ġustizzja tranżizzjonali u mekkaniżmi oħra għas-soluzzjoni legali ta' talbiet marbutin mad-drittijiet tal-bniedem u d-dikjarazzjoni u l-aġġudikazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, stabbiliti f'konformità mal-istandards internazzjonali fl-oqsma tad-drittijet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;
Emenda 459
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1 – punt ee (ġdid)
(ee)   l-appoġġ għall-miżuri biex jiġi miġġieled l-użu illegali tal-armi tan-nar, tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir u l-aċċess għalihom;
Emenda 460
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 1 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-miżuri f'dan il-qasam:
(a)  għandhom jinkludu t-trasferiment tal-għarfien espert, l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki, il-valutazzjoni tar-riskju jew tat-theddid, ir-riċerka u l-analiżi, is-sistemi ta' twissija bikrija, it-taħriġ u l-għoti ta' servizzi;
(b)  għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp ulterjuri ta' djalogu strutturali dwar kwistjonijiet ta' konsolidazzjoni tal-paċi;
(c)  jistgħu jinkludu assistenza teknika u finanzjarja għall-applikazzjoni tal-azzjonijiet ta' appoġġ għall-konsolidazzjoni tal-paċi u ta' bini tal-istat.
Emenda 461
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-Unjoni għandha tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja biex tappoġġa l-isforzi tas-sħab u l-azzjonijiet tal-Unjoni fl-indirizzar ta' theddid u theddid emerġenti globali u transreġjonali, prinċipalment fl-oqsma li ġejjin:
L-Unjoni għandha tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja biex tappoġġa l-isforzi tas-sħab u l-azzjonijiet tal-Unjoni fl-indirizzar ta' theddid globali u transreġjonali u theddid emerġenti fl-oqsma li ġejjin:
Emenda 462
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 2 – paragrafu 1 – punt a
(a)  theddid għal-liġi u l-ordni, u għas-sigurtà u s-sikurezza tal-individwi, inkluż it-terroriżmu, l-estremiżmu vjolenti, il-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, it-theddid ibridu u t-traffikar, il-kummerċ u t-tranżitu illeċiti;
(a)  theddid għal-liġi u l-ordni, u għas-sigurtà u s-sikurezza tal-individwi, inkluż it-terroriżmu, l-estremiżmu vjolenti, il-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, it-theddid ibridu u t-traffikar, il-kummerċ u t-tranżitu illeċiti, b'mod partikolari t-tisħiħ tal-kapaċità tal-infurzar tal-liġi u tal-awtoritajiet ġudizzjarji u ċivili involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, inkluża ċ-ċiberkriminalità, u l-forom kollha ta' traffikar illeċitu u fil-kontroll effettiv ta' kummerċ illegali u ta' tranżitu.
Għandha tingħata prijorità lill-kooperazzjoni transreġjonali li tinvolvi żewġ pajjiżi terzi jew aktar li urew li għandhom rieda politika ċara biex jindirizzaw il-problemi li jinqalgħu.
Il-miżuri għandhom ipoġġu enfasi partikolari fuq governanza tajba u għandhom ikunu f'konformità mad-dritt internazzjonali. Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu tista' titwettaq ukoll ma' pajjiżi u reġjuni individwali jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali.
Fir-rigward tal-assistenza lill-awtoritajiet involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, għandha tingħata prijorità lill-miżuri ta' appoġġ li jikkonċernaw l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-liġijiet kontra t-terroriżmu, l-implimentazzjoni u l-prattika tal-liġi finanzjarja, tal-liġi doganali u tal-liġi tal-immigrazzjoni, l-iżvilupp tal-proċeduri tal-infurzar tal-liġi li huma allinjati mal-ogħla standards internazzjonali u li jikkonformaw mad-dritt internazzjonali, it-tisħiħ tal-kontroll demokratiku u l-mekkaniżmi ta' sorveljanza istituzzjonali, u l-prevenzjoni tar-radikaliżmu vjolenti.
Fir-rigward tal-assistenza relatata mal-problema tad-drogi, għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-kooperazzjoni internazzjonali li għandha l-għan li tippromwovi l-aħjar prattiki relatati mat-tnaqqis tad-domanda, tal-produzzjoni u tal-periklu.
Emenda 463
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 2 – paragrafu 1 – punt b
(b)  theddid għall-ispazji pubbliċi, l-infrastruttura kritika, is-sigurtà ċibernetika, is-saħħa pubblika jew għall-istabbiltà ambjentali, theddidt għas-sigurtà marittima, theddid ġej minn impatti tat-tibdil fil-klima;
(b)  theddid għall-ispazji pubbliċi, l-infrastruttura kritika, inkluż it-trasport internazzjonali, li jinkludi t-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija, l-operazzjonijiet tal-enerġija u d-distribuzzjoni tal-enerġija, is-sigurtà ċibernetika, is-saħħa pubblika, li tinkludi l-epidemiji mhux mistennija b'impatt transnazzjonali potenzjali, jew għall-istabbiltà ambjentali, theddid għas-sigurtà marittima, theddid globali u transreġjonali li ġej minn impatti tat-tibdil fil-klima li jkollu impatt potenzjalment destabilizzanti fuq il-paċi u s-sigurtà;
Emenda 464
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 2 – paragrafu 1 – punt c
(c)  mitigazzjoni kontra riskji, kemm jekk ikunu ta' oriġini intenzjonali, aċċidentali jew naturali, relatati ma' materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, jew inkella aġenti u riskji relatati ma' installazzjonijiet jew siti;
(c)  mitigazzjoni kontra riskji, kemm jekk ikunu ta' oriġini intenzjonali, aċċidentali jew naturali, relatati ma' materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, jew inkella aġenti u riskji relatati ma' installazzjonijiet jew siti, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:
(1)  l-appoġġ u l-promozzjoni tal-attivitajiet ċivili ta' riċerka bħala alternattiva għar-riċerka relatata mad-difiża;
(2)  it-tisħiħ tal-prattiki tas-sigurtà relatati mal-faċilitajiet ċivili fejn il-materjali jew l-aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari sensittivi jinħażnu jew jiġu ġestiti fil-kuntest tal-programmi ta' riċerka ċivili;
(3)  l-għoti ta' appoġġ, fi ħdan il-qafas tal-politiki ta' kooperazzjoni tal-Unjoni u l-għanijiet tagħhom, lill-istabbiliment tal-infrastruttura ċivili u l-istudji ċivili rilevanti meħtieġa għaż-żarmar, ir-rimedju jew il-konverżjoni ta' faċilitajiet u siti relatati mal-armi fejn dawn huma ddikjarati bħala li ma għadhomx jagħmlu parti minn programm ta' difiża;
(4)  it-tisħiħ tal-kapaċità tal-awtoritajiet ċivili kompetenti involuti fl-iżvilupp u l-infurzar tal-kontroll effettiv tat-traffikar illeċitu f'materjali jew aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (inkluż it-tagħmir għall-produzzjoni jew it-twassil tagħhom);
(5)  l-iżvilupp tal-qafas legali u tal-kapaċitajiet istituzzjonali għall-istabbiliment u l-infurzar tal-kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni, b'mod partikolari fuq oġġetti b'użu doppju, inklużi miżuri ta' kooperazzjoni reġjonali u fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi u l-promozzjoni tal-adeżjoni miegħu;
(6)  l-iżvilupp ta' tħejjija għal diżastri, ippjanar ta' emerġenza u rispons għall-kriżijiet ċivili effettivi, u kapaċitajiet għall-miżuri ta' tindif.
Tali attivitajiet għandhom jiġu żviluppati flimkien ma' dawk fl-ambitu tal-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari stabbilit mir-Regolament UE .../... [Regolament EINS].
Emenda 465
Proposta għal regolament
Anness III – punt 3 – punt 2 – paragrafu 1 – punt d
(d)  Bini tal-Kapaċità fil-qasam tas-Sigurtà u l-Iżvilupp (CBSD).
(d)  Bini tal-Kapaċità tal-atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp.
Emenda 466
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 1 – punt a
(a)  Żvilupp tal-elementi kruċjali ta' sistema tas-saħħa effettiva u komprensiva li jistgħu jiġu indirizzati l-aħjar fil-livell supranazzjonali, biex jiġi żgurat aċċess ekwu għas-servizzi tas-saħħa u għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi;
(a)  Żvilupp tal-elementi kruċjali ta' sistema tas-saħħa effettiva u komprensiva li jistgħu jiġu indirizzati l-aħjar fil-livell supranazzjonali, biex jiġi żgurat aċċess ekwu, affordabbli, inklużiv u universali għas-servizzi tas-saħħa pubblika u għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi;
Emenda 467
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  Promozzjoni, forniment u espansjoni tas-servizzi essenzjali u tas-servizzi ta' appoġġ psikoloġiku għall-vittmi tal-vjolenza, b'mod partikolari n-nisa u t-tfal vittmi ta' stupru;
Emenda 468
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 1 – punt c
(c)  Indirizzar tas-sigurtà globali tas-saħħa permezz tar-riċerka u l-kontroll tal-mard li jittieħed, il-konkretizzazzjoni tal-għarfien fi prodotti u f'politiki li jindirizzaw il-piż tal-mard dejjem jinbidel (mard mhux komunikabbli, il-forom kollha ta' malnutrizzjoni u l-fatturi ta' riskju ambjentali), u l-forma tas-swieq globali biex jitjieb l-aċċess għall-komoditajiet essenzjali tas-saħħa u għas-servizzi tas-saħħa, speċjalment fir-rigward tas-saħħa sesswali u riproduttiva.
(c)  Indirizzar tas-sigurtà globali tas-saħħa permezz tar-riċerka tal-mard li jittieħed, inkluż dwar mard relatat mal-faqar u traskurat - u l-kontroll tiegħu, billi jiġu miġġielda dan il-mar u l-mediċini foloz, il-konkretizzazzjoni tal-għarfien fi prodotti sikuri, aċċessibbli u affordabbli u f'politiki li jindirizzaw l-immunizzazzjoni, l-ispettru wiesa' tal-piż persistenti tal-infezzjonijiet, il-mard u l-epidemiji emerġenti u riemerġenti u r-reżistenza għall-antimikrobiċi (mard mhux komunikabbli, il-forom kollha ta' malnutrizzjoni u l-fatturi ta' riskju ambjentali), u l-forma tas-swieq globali biex jitjieb l-aċċess għall-komoditajiet essenzjali tas-saħħa u għas-servizzi tas-saħħa, speċjalment fir-rigward tas-saħħa sesswali u riproduttiva.
Emenda 469
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  L-appoġġ għal inizjattivi biex jiżdied l-aċċess għal mediċini sikuri, effiċjenti u affordabbli (li jinkludu mediċini ġeneriċi), dijanjostika u teknoloġiji tas-saħħa relatati u l-użu tal-għodod disponibbli kollha biex jitnaqqas il-prezz tal-mediċini li jsalvaw il-ħajja u d-dijanjostika.
Emenda 470
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 1 – punt cb (ġdid)
(cb)  It-trawwim ta' saħħa tajba u l-ġlieda kontra l-mard li jittieħed billi jissaħħu s-sistemi tas-saħħa u jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll billi jissaħħaħ il-fokus fuq il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim;
Emenda 471
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 2 – punt a
(a)  Promozzjoni tal-isforzi globali konġunti għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità tajba li jkunu inklużivi u ekwi fil-livelli kollha, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' kriżi;
(a)  Promozzjoni tal-ilħuq tal-għanijiet miftiehma internazzjonalment fl-edukazzjoni u tal-ġlieda kontra l-faqar edukattiv permezz tal-isforzi globali konġunti għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità tajba li jkunu inklużivi u ekwi fil-livelli kollha, għall-etajiet kollha, inkluż fl-iżvilupp bikri tat-tfal, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' kriżi u bi prijorità partikolari għat-tisħiħ tas-sistemi pubbliċi tal-edukazzjoni mingħajr ħlas;
Emenda 472
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 2 – punt b
(b)  Tisħiħ tal-għarfien, il-ħiliet u l-valuri permezz ta' sħubiji u alleanzi, għall-finijiet ta' ċittadinanza attiva u produttiva kif ukoll ta' soċjetajiet inklużivi u reżiljenti;
(b)  Tisħiħ tal-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-ħiliet u l-valuri permezz ta' sħubiji u alleanzi, għall-finijiet ta' ċittadinanza attiva u soċjetajiet produttivi, edukati, demokratiċi, inklużivi u reżiljenti;
Emenda 473
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 2 – punt c
(c)  Għoti ta' appoġġ lill-azzjoni globali għat-tnaqqis tal-inugwaljanza fid-dimensjonijiet kollha tagħha, bħad-diskrepanzi bejn il-bniet/in-nisa u s-subien/l-irġiel, biex jiġi żgurat li kulħadd ikollu opportunità ugwali biex jipparteċipa fil-ħajja ekonomika u soċjali.
(c)  Għoti ta' appoġġ lill-azzjoni globali għat-tnaqqis tad-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi fid-dimensjonijiet kollha, bħad-diskrepanzi bejn il-bniet/in-nisa u s-subien/l-irġiel, biex jiġi żgurat li kulħadd ikollu opportunità ugwali biex jipparteċipa fil-ħajja ekonomika, politika, soċjali u kulturali.
Emenda 474
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 2 – punt ca (ġdid)
(ca)   Għoti ta' appoġġ lill-isforzi u t-titjib tal-prattiki tajba adottati mill-atturi tas-soċjetà ċivili biex tiġi żgurata edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità f'ambjenti fraġli fejn l-istrutturi ta' governanza huma dgħajfa.
Emenda 475
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 2 – punt cb (ġdid)
(cb)  L-appoġġ għal azzjonijiet, u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni, fil-qasam tal-isport li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u taż-żgħażagħ, l-individwi u l-komunitajiet kif ukoll għall-għanijiet tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-inklużjoni soċjali tal-Aġenda 2030;
Emenda 476
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 3 – parti introduttorja
3.  Nisa u tfal
3.  Nisa
Emenda 477
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 3 – punt a
(a)  Tmexxija u għoti ta' appoġġ lill-isforzi globali, lis-sħubiji u l-alleanzi biex jiġu eliminati l-forom kollha ta' vjolenza fil-konfront tan-nisa u l-bniet; dan jinkludi vjolenza fiżika, psikoloġika, sesswali, ekonomika u tipi oħra ta' vjolenza u diskriminazzjoni, inkluża l-esklużjoni li n-nisa jiffaċċjaw fl-oqsma differenti tal-ħajja privata u pubblika tagħhom;
(a)  Tmexxija u għoti ta' appoġġ lill-inizjattivi lokali, nazzjonali u reġjonali u lill-isforzi globali, lis-sħubiji u lill-alleanzi għad-drittijiet tan-nisa kif stabbilit fil-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Protokoll Fakultattiv tagħha biex jiġu eliminati l-forom kollha ta' vjolenza, il-prattiki dannużi u l-forom kollha ta' diskriminazzjoni fil-konfront tan-nisa u l-bniet; dan jinkludi vjolenza fiżika, psikoloġika, sesswali, ekonomika, politika u tipi oħra ta' vjolenza u diskriminazzjoni, inkluża l-esklużjoni li n-nisa jiffaċċjaw fl-oqsma differenti tal-ħajja privata u pubblika tagħhom;
Emenda 478
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 3 – punt aa (ġdid)
(aa)  L-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-inugwaljanzi bejn is-sessi bħala mezz ta' appoġġ għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi; promozzjoni tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, inkluż fir-rwoli tagħhom bħala atturi għall-iżvilupp u bennejja tal-paċi; it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet biex jiġu jissaħħu l-vuċijiet u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja soċjali, ekonomika, politika u ċivika;
Emenda 479
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 3 – punt ab (ġdid)
(ab)  Il-promozzjoni tal-protezzjoni u l-issodisfar tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, inklużi d-drittijiet ekonomiċi, tax-xogħol, soċjali u politiċi, u s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, inklużi s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttivi, l-edukazzjoni u l-provvisti.
Emenda 480
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 3 – punt b
(b)  Promozzjoni ta' inizjattivi ġodda biex jiġu ffurmati sistemi aktar b'saħħithom ta' protezzjoni tat-tfal f'pajjiżi terzi, l-iżgurar li t-tfal ikunu protetti mill-vjolenza, l-abbuż u n-negliġenza fl-oqsma kollha, inkluż billi tiġi promossa t-tranżizzjoni minn indukrar istituzzjonali tat-tfal għal indukrar tat-tfal ibbbażat fil-komunità.
imħassar
Emenda 481
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 3a (ġdid)
3a.  It-tfal u ż-żgħażagħ
(a)  Il-promozzjoni ta' inizjattivi ġodda biex jiġu ffurmati sistemi aktar b'saħħithom ta' protezzjoni tat-tfal f'pajjiżi terzi, li jiżguraw li t-tfal jibdew ħajjithom bl-aħjar mod possibbli u jkunu protetti mill-vjolenza, l-abbuż u n-negliġenza fl-oqsma kollha, inkluż billi tiġi promossa t-tranżizzjoni minn indukrar istituzzjonali tat-tfal għal indukrar tat-tfal ibbbażat fil-komunità.
(b)  Il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi soċjali bażiċi għat-tfal u ż-żgħażagħ, inklużi dawk l-aktar marġinalizzati, b'enfasi fuq is-saħħa, in-nutrizzjoni, l-edukazzjoni, l-iżvilupp bikri tat-tfal u l-protezzjoni soċjali, u inklużi s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, l-informazzjoni u l-provvisti, is-servizzi ddedikati għaż-żgħażagħ u l-edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità, in-nutrizzjoni, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali;
(c)  Il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għall-ħiliet, l-impjiegi diċenti u ta' kwalità permezz tal-edukazzjoni, tat-taħriġ vokazzjonali u tekniku, u tal-aċċess għat-teknoloġiji diġitali; l-appoġġ għall-intraprenditorija taż-żgħażagħ u l-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli b'kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti;
(d)  Il-promozzjoni ta' inizjattivi li jagħtu setgħa liż-żgħażagħ u lit-tfal, u jappoġġaw politiki u azzjonijiet li jiggarantixxu l-inklużjoni tagħhom, il-parteċipazzjoni ċivili u politika sinifikanti u r-rikonoxximent soċjali, filwaqt li jirrikonoxxu l-potenzjal reali tagħhom bħala aġenti pożittivi tal-bidla f'oqsma bħall-paċi, is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli, it-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-qerda tal-faqar.
Emenda 482
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 4 – parti introduttorja
4.  Migrazzjoni u ċaqliq sfurzat
4.  Migrazzjoni, mobbiltà u ċaqliq sfurzat
Emenda 483
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 4 – punt a
(a)  Żgurar ta' tmexxija kontinwata tal-UE fil-formazzjoni tal-aġenda globali dwar il-governanza tal-migrazzjoni u taċ-ċaqliq sfurzat fid-dimensjonijiet kollha tagħhom;
(a)  Żgurar ta' tmexxija kontinwata tal-UE fil-formazzjoni tal-aġenda globali dwar il-governanza tal-migrazzjoni u taċ-ċaqliq sfurzat fid-dimensjonijiet kollha tagħhom, biex tiġi ffaċilitata migrazzjoni sikura, ordnata u regolari;
Emenda 484
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 4 – punt b
(b)  Tmexxija u għoti ta' appoġġ lid-djalogi ta' politika globali u transreġjonali, inkluż l-iskambju u l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni u ċ-ċaqliq sfurzat;
(b)  Tmexxija u għoti ta' appoġġ lid-djalogi ta' politika globali u transreġjonali, inkluż dwar migrazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-iskambju u l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni u ċ-ċaqliq sfurzat;
Emenda 485
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 4 – punt da (ġdid)
(da)  Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam għandha tadotta approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u tkun ġestita f'koerenza mal-[Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil], b'rispett sħiħ tad-dinjità tal-bniedem u tal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.
Emenda 486
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 5 – punt b
(b)  Kontribut għall-aġenda globali dwar l-impjieg deċenti, b'mod partikolari fi ktajjen globali tal-valur, u t-tisħiħ tal-għarfien dwar politiki tal-impjiegi effettivi li jirreaġixxu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, inklużi l-ETV u t-tagħlim tul il-ħajja;
(b)  Kontribut għall-aġenda globali dwar l-impjieg deċenti għal kulħadd f'ambjent b'saħħtu, fuq il-bażi tal-istandards bażiċi tax-xogħol tal-ILO, inkluż id-djalogu soċjali, il-pagi li jiggarantixxu l-għajxien u l-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal, b'mod partikolari billi l-ktajjen globali tal-valur isiru sostenibbli u responsabbli, abbażi ta' obbligi orizzontali tad-diliġenza dovuta, u jissaħħaħ l-għarfien dwar politiki tal-impjiegi effettivi li jirreaġixxu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, inklużi l-ETV u t-tagħlim tul il-ħajja;
Emenda 487
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 5 – punt ba (ġdid)
(ba)   l-appoġġ għal inizjattivi globali dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-obbligu ta' rendikont korporattiv għall-ksur tad-drittijiet u l-aċċess għar-rimedji;
Emenda 488
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 5 – punt c
(c)  Għoti ta' appoġġ lill-inizjattivi globali dwar il-protezzjoni soċjali universali li jirrispettaw il-prinċipji tal-effiċjenza, tas-sostenibbiltà u tal-ekwità; inklużjoni ta' appoġġ biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza u tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali;
(c)  Għoti ta' appoġġ lill-inizjattivi globali dwar il-protezzjoni soċjali universali li jirrispettaw il-prinċipji tal-effiċjenza, tas-sostenibbiltà u tal-ekwità, inklużjoni ta' appoġġ biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza u tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali, b'mod partikolari bl-istabbiliment u t-tisħiħ tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali sostenibbli, l-iskemi tal-assigurazzjoni soċjali, u b'riforma fiskali, it-tisħiħ tal-kapaċità tas-sistemi tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa;
Emenda 489
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 6 – punt a
(a)  Promozzjoni ta' inizjattivi għad-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali għal relazzjonijiet interkomunitarji paċifiċi;
(a)  Promozzjoni ta' inizjattivi għad-diversità kulturali, id-djalogu interkulturali u interreliġjuż għal relazzjonijiet interkomunitarji paċifiċi;
Emenda 490
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 6 – punt b
(b)  Għoti ta' appoġġ lill-kultura bħala katalist għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli u għar-rinforz tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-patrimonju kulturali.
(b)  Għoti ta' appoġġ lill-kultura u lill-espressjoni kreattiva u artistika bħala katalist għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli, u għar-rinforz tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-patrimonju kulturali u l-arti kontemporanja u espressjonijiet kulturali oħra u tal-preservazzjoni tagħhom;
Emenda 491
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 6 – punt ba (ġdid)
(ba)  Żvilupp tal-artiġjanat lokali, bħala mezz biex jiġi ppreservat il-patrimonju kulturali lokali.
Emenda 492
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 6 – punt bb (ġdid)
(bb)  It-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar is-salvagwardja, il-konservazzjoni u t-titjib tal-wirt kulturali, inkluża l-preservazzjoni ta' wirt kulturali partikolarment vulnerabbli, b'mod partikolari minn komunitajiet minoritarji u iżolati u popli indiġeni;
Emenda 493
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 6 – punt bc (ġdid)
(bc)   L-appoġġ għal inizjattivi għar-ritorn ta' proprjetà kulturali lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom jew ir-restituzzjoni tagħhom f'każ ta' approprjazzjoni illeċita.
Emenda 494
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 6 – punt bd (ġdid)
(bd)  L-appoġġ tal-kooperazzjoni kulturali mal-Unjoni, inkluż permezz ta' skambji, sħubiji u inizjattivi oħra u r-rikonoxximent tal-professjonaliżmu tal-awturi, l-artisti u l-operaturi kulturali u kreattivi;
Emenda 495
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 6 – punt be (ġdid)
(be)  L-appoġġ tal-kooperazzjoni u tas-sħubiji fost l-organizzazzjonijiet tal-isport;
Emenda 496
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti B – punt 1 – punt b
(b)  Kontribut għall-projezzjoni esterna tal-politiki ambjentali u l-politiki dwar it-tibdil fil-klima tal-Unjoni;
(b)  Kontribut għall-projezzjoni esterna tal-politiki ambjentali u l-politiki dwar it-tibdil fil-klima tal-Unjoni b'rispett sħiħ għall-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp;
Emenda 497
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti B – punt 1 – punt c
(c)  Integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali, tat-tibdil fil-klima u tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri fil-politiki, il-pjanijiet u l-investimenti, inkluż permezz ta' għarfien u informazzjoni aħjar;
(c)  Integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali, tat-tibdil fil-klima u tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri fil-politiki, il-pjanijiet u l-investimenti, inkluż permezz ta' għarfien u informazzjoni aħjar, inkluż fil-programmi jew fil-miżuri ta' kooperazzjoni interreġjonali bejn il-pajjiżi u r-reġjuni sħab fuq naħa, u r-reġjuni ultraperiferiċi tal-viċinat u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni PTEE fuq in-naħa l-oħra;
Emenda 498
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti B – punt 1 – punt d
(d)  Implimentazzjoni tal-inizjattivi internazzjonali u tal-UE għall-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, kif ukoll għal żvilupp b'emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (NDCs) u ta' strateġiji reżiljanti għall-klima b'emissjonijiet baxxi, il-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, l-indirizzar tad-degradazzjoni ambjentali u t-telf tal-bijodiversità, il-promozzjoni tal-konservazzjoni, l-użu u l-ġestjoni sostenibbli ta' ekosistemi terrestri u marini u ta' riżorsi naturali rinnovabbli - inklużi l-art, l-ilma, l-oċeani, is-sajd u l-foresti, l-indirizzar tad-deforestazzjoni, id-degredazzjoni tal-art, il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi, l-indirizzar tat-tniġġis u l-iżgurar ta' ambjent b'saħħtu, l-indirizzar ta' kwistjonijiet emerġenti relatati mal-klima u mal-ambjent, il-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u l-ġestjoni soda tal-kimiċi u tal-iskart, u l-għoti ta' appoġġ lit-tranżizzjoni għal ekonomiji ekoloġiċi u ċirkolari b'emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima.
(d)  Implimentazzjoni tal-inizjattivi internazzjonali u tal-UE għall-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, kif ukoll għal żvilupp b'emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (NDCs) u ta' strateġiji reżiljenti għall-klima b'emissjonijiet baxxi, il-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, l-indirizzar tad-degradazzjoni ambjentali u t-telf tal-bijodiversità, il-konservazzjoni, l-użu u l-ġestjoni sostenibbli ta' ekosistemi terrestri u marini u ta' riżorsi naturali rinnovabbli - inklużi l-art, l-ilma, l-oċeani, is-sajd u l-foresti, l-indirizzar tad-deforestazzjoni, id-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni tal-art, il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi, l-indirizzar tat-tniġġis u l-iżgurar ta' ambjent b'saħħtu, l-indirizzar ta' kwistjonijiet emerġenti relatati mal-klima u mal-ambjent, il-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, il-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma u l-ġestjoni soda tal-kimiċi u tal-iskart, u l-għoti ta' appoġġ lit-tranżizzjoni għal ekonomiji ekoloġiċi u ċirkolari b'emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima.
Emenda 499
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti B – punt 1 – punt da (ġdid)
(da)  Promozzjoni ta' prattiki agrikoli ambjentalment sostenibbli, li jinkludu l-agroekoloġija, sabiex jiġu protetti l-ekosistemi u l-bijodiversità u tissaħħaħ ir-reżiljenza ambjentali u soċjali għat-tibdil fil-klima, b'enfasi partikolari fuq l-appoġġ lill-bdiewa żgħar, lill-ħaddiema u lill-artiġjani;
Emenda 500
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti B – punt 1 – punt db (ġdid)
(db)  Implimentazzjoni ta' inizjattivi internazzjonali u tal-Unjoni biex jindirizzaw it-telf tal-bijodiversità, il-promozzjoni tal-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-ġestjoni tal-ekosistemi tal-art u tal-baħar u l-bijodiversità assoċjata.
Emenda 501
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti A – punt 2 – punt a
(a)  Għoti ta' appoġġ lill-isforzi globali, l-impenji, is-sħubiji u l-alleanzi, inkluż it-tranżizzjoni lejn l-enerġija sostenibbli;
(a)  Għoti ta' appoġġ lill-isforzi globali, l-impenji, is-sħubiji u l-alleanzi, b'mod partikolari t-tranżizzjoni lejn l-enerġija sostenibbli;
Emenda 502
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti B – punt 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  Promozzjoni tas-sigurtà tal-enerġija għall-pajjiżi sħab u l-komunitajiet lokali, pereżempju permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi u tar-rotot, il-kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-volatilità tal-prezzijiet, il-potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet, it-titjib tas-swieq u t-trawwim tal-interkonnessjonijiet u l-kummerċ tal-enerġija u b'mod partikolari tal-elettriku;
Emenda 503
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti B – punt 2 – punt b
(b)  Tħeġġiġ ta' gvernijiet sħab biex jadottaw politika għas-settur tal-enerġija u riformi tas-suq sabiex jistabbilixxu ambjent li jwassal biex l-investimenti jżidu l-aċċess għal servizzi tal-enerġija li jkunu affordabbli, moderni, affidabbli u sostenibbli, b'fokus qawwi fuq l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija;
(b)  Tħeġġiġ ta' gvernijiet sħab biex jadottaw politika għas-settur tal-enerġija u riformi tas-suq sabiex jistabbilixxu ambjent li jwassal biex it-tkabbir inklużiv u l-investimenti jżidu l-aċċess għal servizzi tal-enerġija li ma jagħmlux ħsara lill-klima, ikunu affordabbli, moderni, affidabbli u sostenibbli, filwaqt li tingħata prijorità lill-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija;
Emenda 504
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti C – punt 1 – punt a
(a)  Promozzjoni ta' investiment privat sostenibbli permezz ta' mekkaniżmi ta' finanzjament innovattivi u kondiviżjoni tar-riskju;
(a)  Promozzjoni ta' investiment privat sostenibbli permezz ta' mekkaniżmi ta' finanzjament innovattivi, inkluż għall-pajjiżi l-anqas żviluppati u dawk fraġli, li kieku ma jattirawx tali investiment u fejn tista' tiġi ppruvata l-addizzjonalità;
Emenda 505
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti C – punt 1 – punt b
(b)  Titjib tal-ambjent kummerċjali u tal-klima tal-investiment, għoti ta' appoġġ lil djalogu msaħħaħ bejn is-settur pubbliku u s-settur privat, u bini tal-kapaċitajiet ta' Intrapriżi Mikro, Żgħar u Medji,
(b)  Żvilupp ta' settur privat lokali soċjalment u ekoloġikament responsabbli, titjib tal-ambjent kummerċjali u tal-klima tal-investiment, għoti ta' appoġġ lil djalogu msaħħaħ bejn is-settur pubbliku u s-settur privat, u bini tal-kapaċitajiet, kompetittività u reżiljenza ta' Intrapriżi lokali Mikro, Żgħar u Medji kif ukoll kooperattivi u intrapriżi soċjali, u l-integrazzjoni tagħhom fl-ekonomija lokali, reġjonali u globali;
Emenda 506
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti C – punt 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  Il-promozzjoni tal-inklużjoni finanzjarja billi jitrawwem l-aċċess għas-servizzi finanzjarji u l-użu effettiv tagħhom, bħall-mikrokreditu u t-tfaddil, il-mikroassigurazzjoni u t-trasferiment ta' pagament, mill-mikrointrapriżi u l-SMEs u d-djar, b'mod partikolari l-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli;
Emenda 507
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti C – punt 1 – punt c
(c)  Appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni u għall-ftehimiet kummerċjali u l-implimentazzjoni tagħhom; u t-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-pajjiżi sħab u l-għoti ta ' spinta lill-opportunitajiet ta ' kummerċ, investiment u negozju għall-kumpanniji mill-Unjoni, filwaqt li jiġu eliminati l-ostakoli għall-aċċess għas-suq u l-investiment
(c)  Appoġġ għall-implimentazzjoni ta' politika kummerċjali tal-Unjoni u għall-ftehimiet kummerċjali bil-għan tal-iżvilupp sostenibbli; u t-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-pajjiżi sħab u l-għoti ta' spinta lill-opportunitajiet ta ' kummerċ ġust, ta' investiment u negozju responsabbli u akkontabbli għall-kumpaniji mill-Unjoni, filwaqt li jiġu eliminati l-ostakoli għall-aċċess għas-suq u l-investiment, kif ukoll bil-għan li jitħaffef l-aċċess għal teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara lill-klima u għall-proprjetà intellettwali, filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm kemm jista' jkun kondiviżjoni tal-valur u diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem fil-ktajjen tal-provvista, u b'rispett sħiħ lejn il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, fejn huma kkonċernati l-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
Emenda 508
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti C – punt 2 – punt a
(a)  Għoti ta' appoġġ u influwenzar ta' strateġiji, organizzazzjonijiet, mekkaniżmi u atturi internazzjonali li jniedu kwistjonijiet u oqfsa ta' politika globali maġġuri relatati mas-sigurtà alimentari u nutrizzjonali;
(a)  Għoti ta' appoġġ u influwenzar ta' strateġiji, organizzazzjonijiet, mekkaniżmi u atturi internazzjonali li jniedu kwistjonijiet u oqfsa ta' politika globali maġġuri relatati mas-sigurtà sostenibbli, alimentari u nutrizzjonali, u l-kontribuzzjoni għall-obbligu ta' rendikont tal-impenji internazzjonali dwar is-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni u l-agrikoltura sostenibbli inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi;
Emenda 509
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti C – punt 2 – punt b
(b)  Titjib tal-beni pubbliċi globali bil-ħsieb li jintemmu l-ġuħ u l-malnutrizzjoni; għodda bħan-Netwerk Globali dwar il-Kriżijiet tal-Ikel isaħħu l-kapaċità ta' rispons adegwat għall-kriżijiet tal-ikel u tan-nutrizzjoni fil-kuntest tar-rabta bejn l-għajnuna umanitarja, l-iżvilupp u l-paċi (b'hekk jgħin fil-mobilitazzjoni ta' riżorsi tal-Pilastru 3);
(b)  L-iżgurar tal-aċċess ekwu għall-ikel inkluż billi tingħata għajnuna biex tiġi indirizzata d-diskrepanza fil-finanzjament għan-nutrizzjoni; titjib tal-beni pubbliċi globali bil-ħsieb li jintemmu l-ġuħ u l-malnutrizzjoni; għodda bħan-Netwerk Globali dwar il-Kriżijiet tal-Ikel isaħħu l-kapaċità ta' rispons adegwat għall-kriżijiet tal-ikel u tan-nutrizzjoni fil-kuntest tar-rabta bejn l-għajnuna umanitarja, l-iżvilupp u l-paċi (b'hekk jgħin fil-mobilizzazzjoni ta' riżorsi tal-Pilastru 3);
Emenda 510
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti C – punt 2 – punt ba (ġdid)
(ba)   It-titjib ta' sforzi transsettorjali b'mod koordinat u aċċellerat sabiex tiżdied il-kapaċità għall-produzzjoni tal-ikel lokali u reġjonali diversifikata, tiġi żgurata s-sigurtà alimentari u nutrizzjonali u l-aċċess għall-ilma tax-xorb, u tissaħħaħ ir-reżiljenza ta' dawk l-aktar vulnerabbli, b'mod partikolari fil-pajjiżi li jiffaċċjaw kriżijiet fit-tul jew rikorrenti;
Emenda 511
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti C – punt 2 – punt c
(c)  Riaffermazzjoni, fil-livell globali, tar-rwol ċentrali tal-agrikoltura u s-sajd u l-akkwakultura sostenibbli għal sigurtà alimentari akbar, għall-qerda tal-faqar, il-ħolqien tal-impjiegi, il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, ir-reżiljenza u ekosistemi b'saħħithom;
(c)  Riaffermazzjoni, fil-livell globali, tar-rwol ċentrali tal-agrikoltura u s-sajd u l-akkwakultura sostenibbli, inkluża l-agrikoltura fuq skala żgħira, it-trobbija tal-bhejjem u l-pastoraliżmu għal sigurtà alimentari akbar, għall-qerda tal-faqar, il-ħolqien tal-impjiegi, l-aċċess ekwu u sostenibbli għar-riżorsi u l-ġestjoni tagħhom, inkluż l-art u d-drittijiet tal-art, l-ilma, il-(mikro) kreditu, iż-żrieragħ "open source" u inputs agrikoli oħra, il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, ir-reżiljenza u ekosistemi b'saħħithom;
Emenda 512
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti C – punt 2 – punt d
(d)  Forniment ta' innovazzjonijiet permezz ta' riċerka internazzjonali u rinforz tal-għarfien u tal-għarfien espert globali, b'mod partikolari dak relatat mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, mal-agrobijodiversità, mal-ktajjen tal-valur globali u inklużivi, mas-sikurezza alimentari, ma' investimenti responsabbli, mal-governanza tal-art u mal-pussess ta' riżorsi naturali.
(d)  Forniment ta' innovazzjonijiet permezz ta' riċerka internazzjonali u rinforz tal-għarfien u tal-għarfien espert globali, il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-istrateġiji ta' adattament lokali u awtonomi, b'mod partikolari dak relatat mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, mal-agrobijodiversità, mal-ktajjen tal-valur globali u inklużivi, mal-kummerċ ġust, mas-sikurezza alimentari, ma' investimenti responsabbli, mal-governanza tal-art u mal-pussess ta' riżorsi naturali.
Emenda 513
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti C – punt 2 – punt da (ġdid)
(da)   Għoti ta' appoġġ b'mod attiv lill-parteċipazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet tal-bdiewa fit-tfassil tal-politika u l-programmi ta' riċerka u ż-żieda fl-involviment tagħhom fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi tal-gvern.
Emenda 514
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4 – parti D – punt 2
2.  Promozzjoni ta' soċjetajiet inklużivi u ta' governanza ekonomika tajba, inklużi mobilizzazzjoni ġusta u inklużiva tad-dħul domestiku, ġestjoni trasparenti tal-finanzi pubbliċi, u nefqa pubblika effettiva u inklużiva.
2.  Promozzjoni ta' soċjetajiet inklużivi u ta' governanza ekonomika tajba, inklużi mobilizzazzjoni ġusta u inklużiva tad-dħul domestiku u l-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, ġestjoni trasparenti tal-finanzi pubbliċi, u nefqa pubblika effettiva u inklużiva.
Emenda 515
Proposta għal regolament
Anness III – punt 4a (ġdid)
4a.  OQSMA TA' INTERVENT GĦALL-ĦTIĠIJIET U L-PRIJORITAJIET TAL-POLITIKA ESTERA
L-azzjonijiet biex jiġu appoġġati l-għanijiet stabbiliti fil-punt (da) tal-Artikolu 4(3) għandhom jappoġġaw il-politika estera tal-Unjoni fi kwistjonijiet politiċi, ta' żvilupp, ekonomiċi u ta' sigurtà. Dawk l-azzjonijiet għandhom jippermettu lill-Unjoni taġixxi fejn ikun hemm interess għall-politika estera, jew tieqa ta' opportunità biex tilħaq l-għanijiet tagħha, u li diffiċli jiġu indirizzati b'mezzi oħra. Dawn jistgħu jkopru dan li ġej:
(a)  appoġġ għall-istrateġiji bilaterali, reġjonali u interreġjonali ta' kooperazzjoni tal-Unjoni, il-promozzjoni tad-djalogu ta' politika u l-iżvilupp ta' approċċi u reazzjonijiet kollettivi għal sfidi ta' tħassib globali, li jinkludu l-migrazzjoni, l-iżvilupp, it-tibdil fil-klima u l-kwistjonijiet tas-sigurtà, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:
–  appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija u ta' Kooperazzjoni, pjanijiet ta' azzjoni u strumenti bilaterali simili;
–  approfondiment tad-djalogu politiku u ekonomiku ma' pajjiżi terzi ta' rilevanza partikolari fix-xena dinjija, inkluża l-politika estera;
–  appoġġ tal-impenn ma' pajjiżi terzi rilevanti fir-rigward ta' kwistjonijiet bilaterali u globali ta' tħassib komuni;
–  promozzjoni ta' segwitu adegwat jew implimentazzjoni kkoordinata tal-konklużjonijiet milħuqa u l-impenji magħmula f'fora internazzjonali rilevanti;
(b)  appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni:
–  appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni u n-negozjar, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-ftehimiet kummerċjali, b'rispett sħiħ tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, fejn huma kkonċernati l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u allinjament sħiħ mas-segwitu tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;
–  appoġġ għat-titjib tal-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi sħab u l-għoti ta' spinta lill-opportunitajiet għal kummerċ, ta' investiment u ta' negozju għal kumpaniji mill-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs, filwaqt li jiġu eliminati l-ostakoli għall-aċċess għas-suq u l-investiment u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, permezz ta' diplomazija ekonomika, kooperazzjoni kummerċjali u regolatorja b'rabta mal-pajjiżi sħab li qed jiżviluppaw;
(c)  kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni:
–  kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni bħal fost l-oħrajn l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, ix-xjenza u l-edukazzjoni u l-kooperazzjoni rigward il-ġestjoni u l-governanza tal-oċeani;
–  promozzjoni tal-politiki interni tal-Unjoni ma' pajjiżi sħab ewlenin u appoġġ għall-konverġenza regolatorja f'dan ir-rigward;
(d)  promozzjoni ta' fehim u viżibbiltà wiesgħa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija:
–  promozzjoni ta' fehim u viżibbiltà wiesgħa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija, permezz ta' komunikazzjoni strateġika, diplomazija pubblika, kuntatti bejn il-persuni, diplomazija kulturali, kooperazzjoni fi kwistjonijiet edukattivi u akkademiċi, u attivitajiet ta' outreach biex jiġu promossi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni;
–  tisħiħ tal-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal akkademiku, li jwassal għall-ħolqien ta' sħubiji mmirati lejn it-titjib tal-kwalità ta' edukazzjoni għolja u ta' lawrji konġunti li jwassal għal rikonoxximent akkademiku ("Programm Erasmus+").
Dawn l-azzjonijiet għandhom japplikaw politiki jew inizjattivi innovattivi, li jikkorrispondu għal ħtiġijiet, opportunitajiet u prijoritajiet attwali jew evolventi fit-terminu qasir jew medju, inkluż bil-potenzjal li jinfurmaw azzjonijiet fil-futur taħt programmi ġeografiċi jew tematiċi. Huma għandhom jiffukaw fuq l-approfondiment tar-relazzjonijiet u d-djalogu tal-Unjoni kif ukoll fuq il-bini ta' sħubiji u ta' alleanzi ma' pajjiżi ewlenin ta' interess strateġiku, speċjalment dawk l-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi bi dħul medju li għandhom rwol dejjem aktar importanti fix-xena dinjija, fil-governanza globali, fil-politika estera, fl-ekonomija internazzjonali u fil-fora multilaterali.
Emenda 516
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 1 – parti introduttorja
1.  Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-istabbiltà u għall-prevenzjoni ta' konflitti f'sitwazzjonijiet ta' urġenza, ta' kriżi emerġenti, waqt kriżi u wara kriżi
1.  Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-paċi, l-istabbiltà u għall-prevenzjoni ta' kunflitti f'sitwazzjonijiet ta' urġenza, ta' kriżi emerġenti, waqt kriżi u wara kriżi
Emenda 517
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 1 – paragrafu 1 – punt a
(a)  sitwazzjoni ta' urġenza, ta' kriżi, ta' kriżi emerġenti jew ta' diżastri naturali;
(a)  sitwazzjoni ta' urġenza, ta' kriżi, ta' kriżi emerġenti jew ta' diżastri naturali, fejn rilevanti għall-istabbiltà, il-paċi u s-sigurtà;
Emenda 518
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 1 – paragrafu 1 – punt b
(b)  sitwazzjoni li tippreżenta theddida għad-demokrazija, għal-liġi u l-ordni, għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, jew għas-sigurtà u s-sikurezza ta' individwi, b'mod partikolari dawk esposti għal vjolenza abbażi tas-sess f'sitwazzjonijiet ta' instabbiltà;
(b)  sitwazzjoni li tippreżenta theddida għall-paċi, għad-demokrazija, għal-liġi u l-ordni, għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, jew għas-sigurtà u s-sikurezza ta' individwi, b'mod partikolari dawk esposti għal vjolenza abbażi tas-sess f'sitwazzjonijiet ta' instabbiltà;
Emenda 519
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 1a (ġdid)
1 a.  L-assistenza teknika u finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 tista' tkopri dan li ġej:
(a)  appoġġ, permezz tal-provvista ta' assistenza teknika u loġistika, għall-isforzi mwettqa mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u lokali u mill-Istat u l-atturi tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tal-bini tal-fiduċja, il-medjazzjoni, id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni, il-ġustizzja tranżizzjonali, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u ż-żgħażagħ, partikolarment fir-rigward tat-tensjonijiet fil-komunità u l-kunflitti fit-tul;
(b)  appoġġ għall-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari fir-rigward ta' dawk dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà u ż-żgħażagħ, b'mod partikolari f'pajjiżi fraġli, f'pajjiżi ta' kunflitt u f'pajjiżi ta' wara kunflitt;
(c)  appoġġ għall-istabbiliment u l-funzjonament tal-amministrazzjonijiet interim li ngħataw mandat f'konformità mad-dritt internazzjonali;
(d)  appoġġ għall-iżvilupp ta' istituzzjonijiet demokratiċi, pluralistiċi tal-istat, inklużi miżuri biex isaħħu r-rwol tan-nisa f'tali istituzzjonijiet, amministrazzjoni ċivili u sorveljanza ċivili effettivi fuq is-sistema tas-sigurtà, kif ukoll miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-forom kollha tat-traffikar illeċitu;
(e)  appoġġ għat-tribunali kriminali internazzjonali u t-tribunali nazzjonali ad hoc, għall-kummissjonijiet tal-verità u tar-rikonċiljazzjoni, u għall-ġustizzja tranżizzjonali u mekkaniżmi oħra għas-soluzzjoni legali ta' talbiet marbutin mad-drittijiet tal-bniedem u d-dikjarazzjoni u l-aġġudikazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, stabbiliti f'konformità mal-istandards internazzjonali fl-oqsma tad-drittijet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;
(f)  appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istat - quddiem pressjonijiet sinifikanti biex jibni, iżomm jew jirrestawra malajr il-funzjonijiet ewlenin tiegħu, u koeżjoni soċjali u politika bażika;
(g)  appoġġ għall-miżuri meħtieġa biex tinbeda r-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni tal-infrastruttura ewlenija, tad-djar, tal-bini pubbliku u tal-assi ekonomiċi, u l-kapaċità produttiva essenzjali, kif ukoll miżuri oħra biex tinbeda mill-ġdid l-attività ekonomika, biex jinħolqu l-impjiegi u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet minimi meħtieġa għall-iżvilupp soċjali sostenibbli;
(h)  appoġġ għall-miżuri ċivili relatati mad-demobilizzazzjoni u r-riintegrazzjoni ta' ex ġellieda u l-familji tagħhom fis-soċjetà ċivili, u fejn xieraq ir-ripatrijazzjoni tagħhom, kif ukoll miżuri biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tas-suldati tfal u tal-ġellieda nisa;
(i)  appoġġ għall-miżuri biex jitnaqqsu l-effetti soċjali tar-ristrutturar tal-forzi armati;
(j)  appoġġ għall-miżuri biex jiġi indirizzat, fi ħdan il-qafas tal-politiki ta' kooperazzjoni tal-Unjoni u l-għanijiet tagħhom, l-impatt soċjoekonomiku fuq il-popolazzjoni ċivili tal-mini tal-art, splussivi attivi jew fdalijiet tal-isplussivi tal-gwerra kontra l-persunal. L-attivitajiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament jistgħu jkopru, fost l-oħrajn, l-edukazzjoni dwar ir-riskju, is-sejba u t-tneħħija tal-mini u, flimkien ma' dawn, il-qerda tal-ħażniet;
(k)  appoġġ għall-miżuri biex, fi ħdan il-qafas tal-politiki ta' kooperazzjoni tal-Unjoni u l-għanijiet tagħhom, jiġi miġġieled l-użu illeċitu tal-armi tan-nar, tal-armi żgħar u tal-armi ħfief u l-aċċess għalihom;
(l)  appoġġ għall-miżuri sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa u tat-tfal f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' kunflitt, inkluża l-prevenzjoni tal-esponiment tagħhom għall-vjolenza sessista, jiġu ssodisfati b'mod adegwat;
(m)  appoġġ għar-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni tal-vittmi ta' kunflitt armat, inklużi miżuri biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa u tat-tfal;
(n)  appoġġ għall-miżuri biex jippromwovu u jħarsu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, u l-istrumenti internazzjonali relatati;
(o)  appoġġ għall-miżuri soċjoekonomiċi biex jippromwovu l-aċċess ekwu għar-riżorsi naturali u l-ġestjoni trasparenti tagħhom, f'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti, inkluża l-konsolidazzjoni tal-paċi;
(p)  appoġġ għall-miżuri biex jindirizzaw l-impatt potenzjali ta' movimenti għal għarrieda ta' popolazzjonijiet b'rilevanza għas-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà, inklużi miżuri li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-komunitajiet ospitanti f'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti, inkluża l-konsolidazzjoni tal-paċi;
(q)  appoġġ għall-miżuri biex jippromwovu l-iżvilupp u l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-parteċipazzjoni tagħha fil-proċess politiku, inklużi miżuri biex isaħħu r-rwol tan-nisa f'tali proċessi u miżuri biex jippromwovu midja indipendenti, pluralista u professjonali;
(r)  bini tal-kapaċitajiet tal-atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp.
Emenda 520
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 2 – paragrafu 1
L-azzjonijiet ta' rispons rapidu msemmija fil-punt b) tal-Artikolu 4(4) għandhom jitfasslu biex effettivament isaħħu r-reżiljenza u biex jorbtu flimkien l-azzjonijiet umanitarji u dawk tal-iżvilupp, li ma jistgħux jiġu indirizzati b'ħeffa permezz ta' programmi ġeografiċi u tematiċi.
L-azzjonijiet ta' rispons rapidu msemmija fil-punt b) tal-Artikolu 4(4) għandhom jitfasslu biex effettivament isaħħu r-reżiljenza u biex jorbtu flimkien l-azzjonijiet umanitarji u dawk tal-iżvilupp, li ma jistgħux jiġu indirizzati b'ħeffa permezz ta' programmi ġeografiċi u tematiċi u biex tiġi żgurata koerenza, konsistenza u komplementarjetà mal-għajnuna umanitarja kif speċifikat fl-Artikolu 5.
Emenda 521
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 2 – paragrafu 2 – punt a
(a)  it-tisħiħ tar-reżiljenza permezz tal-appoġġ lil individwi, komunitajiet, istituzzjonijiet u pajjiżi biex issir tħejjija, ikun hemm ilqugħ, adattament għal u rkupru minn pressjonijiet u skossi politiċi, ekonomiċi u soċjetali, kif ukoll minn diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem, kunflitti u theddid globali; inkluż bir-riforz tal-kapaċità ta' stat - li jkun qed jiffaċċa pressjonijiet sinifikanti biex jifformula, iżomm jew jirrestawra l-funzjonijiet ewlenin tiegħu, kif ukoll il-koeżjoni bażika soċjali u politika, u ta' soċjetajiet, komunitajiet u individwi biex jimmaniġġjaw opportunitajiet u riskji b'mod paċifiku u stabbli, u biex jibnu, iżommu jew jirrestawraw l-għajxien tagħhom meta jiffaċċjaw pressjonijiet kbar;
(a)  it-tisħiħ tar-reżiljenza permezz tal-appoġġ lil individwi, komunitajiet, istituzzjonijiet u pajjiżi biex issir tħejjija, ikun hemm ilqugħ, adattament għal u rkupru minn pressjonijiet u skossi politiċi, ekonomiċi u soċjetali, kif ukoll minn diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem, kunflitti u theddid globali; inkluż billi tissaħħaħ il-kapaċità ta' soċjetajiet, komunitajiet u individwi biex jimmaniġġjaw opportunitajiet u riskji b'mod paċifiku, sensittiv għall-kunflitti u stabbli, u biex jibnu, iżommu jew jirrestawraw l-għajxien tagħhom meta jiffaċċjaw pressjonijiet kbar, u billi jingħata appoġġ lil individwi, komunitajiet u soċjetajiet biex jidentifikaw u jsaħħu l-kapaċitajiet indiġeni eżistenti tagħhom biex jifilħu u jadattaw għal dawn il-pressjonijiet u x-xokkijiet u jirkupraw malajr minnhom, inklużi dawk li jistgħu jwasslu għal eskalazzjoni tal-vjolenza;
Emenda 522
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 2 – paragrafu 2 – punt c
(c)  it-twettiq ta' riabilitazzjoni u rikostruzzjoni fit-terminu qasir biex il-vittmi ta' diżastri naturali jew ta' dawk ikkawżati mill-bniedem, ta' kunflitti u ta' theddid globali jkunu jistgħu jibbenefikaw minn livell minimu ta' integrazzjoni soċjoekonomika u, mill-aktar fis possibbli joħolqu l-kundizzjonijiet għat-tkomplija tal-iżvilupp abbażi ta' għanijiet fit-tul stabbiliti mill-pajjiżi u r-reġjuni kkonċernati; dan jinkludi l-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti u immedjati li jirriżultaw mill-ispostament ta' nies (rifuġjati, persuni spostati u persuni ritornati) wara diżastri naturali u diżastri kkawżati mill-bniedem; u
(c)  it-twettiq ta' riabilitazzjoni u rikostruzzjoni fit-terminu qasir biex il-vittmi ta' diżastri naturali jew ta' dawk ikkawżati mill-bniedem, ta' kunflitti u ta' theddid globali jkunu jistgħu jibbenefikaw minn livell minimu ta' integrazzjoni soċjoekonomika u, mill-aktar fis possibbli joħolqu l-kundizzjonijiet għat-tkomplija tal-iżvilupp abbażi ta' għanijiet fit-tul stabbiliti mill-pajjiżi u r-reġjuni kkonċernati; dan jinkludi l-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti u immedjati li jirriżultaw mill-ispostament furzat ta' nies wara diżastri naturali u diżastri kkawżati mill-bniedem; u
Emenda 523
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 2 – paragrafu 2 – punt d
(d)  l-għoti ta' assistenza lill-istat jew ir-reġjun fl-istabbiliment ta' mekkaniżmi fit-terminu qasir għall-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom, inkluż għat-tbassir u għat-twissija bikrija, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-konsegwenzi tad-diżastri.
(d)  l-għoti ta' assistenza lill-istat, ir-reġjun, l-awtoritajiet lokali jew organizzazzjonijiet nongovernattivi rilevanti fl-istabbiliment ta' mekkaniżmi fit-terminu qasir għall-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom, inkluż għat-tbassir u għat-twissija bikrija, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-konsegwenzi tad-diżastri.
Emenda 524
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 3
3.  Azzjonijiet li jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera
imħassar
L-azzjonijiet ta' rispons rapidu biex jingħata appoġġ lill-għanijiet stipulati fil-punt c) tal-Artikolu 4(4) għandhom jappoġġaw il-politika estera tal-Unjoni fi kwistjonijiet relatati mal-politika, mal-ekonomija u mas-sigurtà. Huma għandhom jippermettu li l-Unjoni taġixxi fejn ikun hemm interess urġenti jew imperattiv għall-politika estera, jew inkella opportunità temporanja biex tikseb l-għanijiet tagħha li tkun teħtieġ reazzjoni rapida u li ma tkunx tista' tiġi indirizzata faċilment b'mezzi oħra.
Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkopru dan li ġej:
(a)  appoġġ għall-istrateġiji bilaterali, reġjonali u interreġjonali ta' kooperazzjoni tal-Unjoni, promozzjoni tad-djalogu ta' politika u żvilupp ta' approċċi u reazzjonijiet kollettivi għal sfidi ta' tħassib globali, inklużi kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni u mas-sigurtà, kif ukoll sfruttament ta' opportunitajiet temporanji f'dan ir-rigward;
(b)  appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni u għall-ftehimiet kummerċjali u l-implimentazzjoni tagħhom; u għat-titjib tal-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi sħab u l-għoti ta' spinta lill-opportunitajiet għal kummerċ, ta' investiment u ta' negozju għal kumpaniji mill-Unjoni, b'mod partikolari SMEs, filwaqt li jiġu eliminati l-ostakli għall-aċċess għas-suq u l-investiment permezz ta' diplomazija ekonomika kif ukoll ta' kooperazzjoni kummerċjali u regolatorja;
(c)  kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni bħal fost l-oħrajn l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni u tal-governanza tal-oċeani;
(d)  promozzjoni ta' fehim u viżibbiltà wiesgħa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija, permezz ta' komunikazzjoni strateġika, diplomazija pubblika, kuntatti bejn il-persuni, diplomazija kulturali, kooperazzjoni fi kwistjonijiet edukazzjonali u akkademiċi, u attivitajiet ta' outreach biex jiġu promossi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni.
Dawn l-azzjonijiet għandhom jimplimentaw politiki jew inizjattivi innovattivi, li jikkorrispondu għal ħtiġijiet, opportunitajiet u prijoritajiet attwali jew evolventi fit-terminu qasir jew medju, inkluż bil-potenzjal li jinfurmaw azzjonijiet fil-futur taħt programmi ġeografiċi jew tematiċi. Huma għandhom jiffukaw fuq l-approfondiment tar-relazzjonijiet u d-djalogu tal-Unjoni kif ukoll fuq il-bini ta' sħubiji u ta' alleanzi ma' pajjiżi ewlenin ta' interess strateġiku, speċjalment dawk l-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi bi dħul medju li għandhom rwol dejjem aktar importanti fix-xena dinjija, fil-governanza globali, fil-politika estera, fl-ekonomija internazzjonali u fil-fora multilaterali.
Emenda 525
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 1 – parti introduttorja
B'mod partikolari, l-operazzjonijiet tal-EFSD+ eliġibbli għall-appoġġ mill-Garanzija tal-Azzjoni Esterna għandhom ikunu mmirati lejn l-oqsma ta' prijorità li ġejjin:
L-operazzjonijiet tal-EFSD+ eliġibbli għall-appoġġ mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom jikkontribwixxu għall-oqsma ta' prijorità li ġejjin:
Emenda 526
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 1 – punt a
(a)  jipprovdu finanzjament u appoġġ għall-iżvilupp tas-setturi privati u dawk kooperattivi li jkunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 209(2) tar-[Regolament Finanzjarju], b'fokus partikolari fuq kumpaniji lokali u fuq intrapriżi mikro, żgħar u medji, fuq il-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi diċenti u fuq l-inkoraġġiment għall-kumpaniji Ewropej biex jikkontribwixxu għall-iskop tal-EFSD+;
(a)  jipprovdu finanzjament u appoġġ għall-iżvilupp tas-settur privat, tas-settur tal-intrapriżi soċjali u dak kooperattiv li jkunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 209(2) tar-[Regolament Finanzjarju], biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, il-Ftehim ta' Pariġi u, fejn xieraq, il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament UE.../... [IPA III], il-qerda tal-faqar, il-promozzjoni tal-ħiliet u l-intraprenditorija, l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u ż-żgħażagħ, filwaqt li jsegwu u jsaħħu l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem, b'fokus partikolari fuq kumpaniji lokali, intrapriżi soċjali u intrapriżi mikro, żgħar u medji, fuq il-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi diċenti f'konformità mal-istandards rilevanti tal-ILO, il-pagi li jiggarantixxu l-għajxien, l-opportunitajiet ekonomiċi u l-inkoraġġiment għall-kumpaniji Ewropej biex jikkontribwixxu għall-iskop tal-EFSD+;
Emenda 527
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 1 – punt e
(e)  jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika u għall-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent;
(e)  jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika u għall-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent, biex b'hekk jinħolqu kobenefiċċji għall-klima u l-ambjent, billi jallokaw 45 % tal-finanzjament għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-issodisfar tal-objettivi klimatiċi, tal-ġestjoni u tal-protezzjoni ambjentali, tal-bijodiversità u tal-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, li minnhom 30 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv għandu jkun iddedikat għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih;
Emenda 528
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 1 – punt f
(f)  jikkontribwixxu, billi jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, biex jiġu indirizzati kawżi speċifiċi fl-għeruq tal-migrazzjoni irregolari, kif ukoll irawmu r-reżiljenza tal-komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti, u jikkontribwixxu għar-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, bl-attenzjoni dovuta għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem.
(f)  jikkontribwixxu, billi jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, biex jiġu indirizzati l-faqar u l-inugwaljanza bħala fatturi ewlenin għall-migrazzjoni, inkluża l-migrazzjoni irregolari u l-ispostament furzat, u jikkontribwixxu għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari, billi jrawmu r-reżiljenza tal-komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti, u jikkontribwixxu għar-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, bl-attenzjoni dovuta għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tal-bniedem.
Emenda 529
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 1a (ġdid)
Għandhom jinħolqu t-twieqi ta' investiment li ġejjin:
—  Enerġija Sostenibbli u Konnettività Sostenibbli
—  Il-Finanzjament tal-Intrapriżi Mikro, Żgħar u Medji (MSMEs)
—  Agrikoltura sostenibbli, imprendituri rurali, inklużi sussistenza u biedja fuq skala żgħira, raħħala u agroindustrija li tirrispetta l-ambjent
—  Bliet sostenibbli
—  Diġitalizzazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli
—  L-Iżvilupp tal-Bniedem
Emenda 530
Proposta għal regolament
Anness VI
[...]
imħassar
Emenda 531
Proposta għal regolament
Anness VII – punt 5
(5)  Għadd ta' studenti rreġistrati f'edukazzjoni primarja u/jew sekondarja u f'taħriġ bl-appoġġ tal-UE
(5)  Għadd ta' studenti li jkunu lestew l-edukazzjoni primarja u/jew sekondarja u jkunu kisbu ħiliet minimi fil-qari u l-matematika, u f'taħriġ bl-appoġġ tal-Unjoni
Emenda 532
Proposta għal regolament
Anness VII – punt 9
(9)  L-indikatur tal-istabbiltà politika u n-nuqqas ta' vjolenza
(9)  L-indikatur tal-istabbiltà politika u n-nuqqas ta' vjolenza mibni fuq valutazzjoni bażika
Emenda 533
Proposta għal regolament
Anness VII – paragrafu 2
L-indikaturi kollha għandhom jiġu disaggregati skont is-sess kull meta rilevanti.
L-indikatur (4) għandu jiġi diżaggregat skont is-sess, u l-indikaturi (2), (3) u (5) għandhom jiġu diżaggregati skont is-sess u l-età.
Emenda 534
Proposta għal regolament
Anness VIIa (ġdid)
Anness VIIa
Il-pajjiżi sħab li fir-rigward tagħhom l-assistenza tal-Unjoni hija sospiża.
[Għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15a.]

(1) ĠU C 45, 4.2.2019, p. 1.
(2) ĠU C 110, 22.3.2019, p. 163.
(3) ĠU C 86, 7.3.2019, p. 295.


L-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) ***I
PDF 348kWORD 103k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (COM(2018)0465 – C8-0274/2018 – 2018/0247(COD))
P8_TA-PROV(2019)0299A8-0174/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0465),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0274/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0174/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  L-għanijiet ta' strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni huma distinti fis-sustanza mill-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, minħabba li dan l-istrument għandu l-għan li jipprepara lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I għal sħubija futura fl-Unjoni u li jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni tagħhom. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jinżamm strument dedikat bħala appoġġ għat-tkabbir, filwaqt li tiġi żgurata l-komplementarjetà tiegħu mal-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI – Neighbourhood, Development and International Cooperation Instrument).
(2)  L-objettiv ta' strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni huwa li jipprepara lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I ("benefiċjarji") għal sħubija futura fl-Unjoni u li jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni tagħhom, bi qbil mal-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż ir-rispett għad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali kif ukoll il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt kif imniżżla fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Filwaqt li n-natura distinta tal-proċess ta' adeżjoni jitlob strument dedikat bħala appoġġ għat-tkabbir, l-objettivi u l-funzjonament ta' dan l-istrument jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u kumplimentari għalihom u b'mod partikolari mal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI – Neighbourhood, Development and International Cooperation Instrument).
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprevedi li kull stat Ewropew li jirrispetta l-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tad-demokrazija, tal-ugwaljanza, tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, u li jimpenja ruħu li jippromwovi dawn il-valuri, jista' japplika biex isir membru tal-Unjoni. Stat Ewropew li jkun applika biex jissieħeb fl-Unjoni jista' jsir membru biss meta jiġi kkonfermat li jissodisfa l-kriterji ta' sħubija stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen f'Ġunju 1993 (il-“kriterji ta' Copenhagen”) u dejjem jekk l-Unjoni jkollha l-kapaċità li tintegra lill-membru l-ġdid. Il-kriterji ta' Copenhagen huma relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi, l-eżistenza ta' ekonomija tas-suq operattiva kif ukoll il-kapaċità li jlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni, u l-abbiltà li jieħu fuqu mhux biss id-drittijiet iżda wkoll l-obbligi stabbiliti fit-Trattati, inkluża aderenza mal-għanijiet ta' unjoni politika, ekonomika u monetarja.
(3)  L-Artikolu 49 tat-TUE jipprevedi li kull stat Ewropew li jirrispetta l-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tad-demokrazija, tal-ugwaljanza, tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, u li jimpenja ruħu li jippromwovi dawn il-valuri, jista' japplika biex isir membru tal-Unjoni. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Il-proċess tat-tkabbir huwa mibni fuq kriterji stabbiliti u kundizzjonalità ġusta u rigoruża. Kull benefiċjarju jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-merti proprji tiegħu. Il-valutazzjoni tal-progress miksub u l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet għandhom l-għan li jipprovdu inċentivi u gwida lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I biex jaħdmu fuq ir-riformi estensivi meħtieġa. Sabiex il-prospett ta' tkabbir isir realtà, l-impenn sod għall-prinċipju tal-"fundamentali l-ewwel"15 huwa essenzjali. Il-progress lejn l-adeżjoni jiddependi fuq ir-rispett ta' kull applikant għall-valuri tal-Unjoni u l-kapaċità tiegħu li jwettaq ir-riformi meħtieġa sabiex jallinja s-sistemi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi u ekonomiċi mar-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki fl-Unjoni.
(4)  Il-proċess tat-tkabbir huwa mibni fuq kriterji stabbiliti u kundizzjonalità ġusta u rigoruża. Kull benefiċjarju jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-merti proprji tiegħu. Il-valutazzjoni tal-progress miksub u l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet għandhom l-għan li jipprovdu inċentivi u gwida lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I biex jaħdmu fuq ir-riformi estensivi meħtieġa. Sabiex il-prospett ta' tkabbir isir realtà, l-impenn sod għall-prinċipju tal-"fundamentali l-ewwel"15 huwa essenzjali. Ir-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u l-kooperazzjoni reġjonali bbażati fuq soluzzjoni definittiva, inklużiva u vinkolanti ta' tilwim bilaterali huma elementi essenzjali tal-proċess ta' tkabbir u kritiċi għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Unjoni kollha kemm hi. Il-progress lejn l-adeżjoni jiddependi fuq ir-rispett ta' kull applikant għall-valuri tal-Unjoni u l-kapaċità tiegħu li jwettaq u jimplimenta r-riformi meħtieġa sabiex jallinja s-sistemi politiċi, istituzzjonali, legali, soċjali, amministrattivi u ekonomiċi mar-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki fl-Unjoni. Il-Qafas ta' Negozjati jistabbilixxi r-rekwiżiti li magħhom jiġi valutat il-progress fin-negozjati ta' adeżjoni ma' kull pajjiż kandidat.
_________________
_________________
15 L-approċċ tal-"fundamentali l-ewwel" jorbot l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali maż-żewġ oqsma kruċjali l-oħrajn tal-proċess ta' adeżjoni: il-governanza ekonomika – enfasi msaħħa fuq l-iżvilupp ekonomiku u kompetittività mtejba – u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. Kull wieħed minn dawn it-tliet prinċipji fundamentali huwa ta' importanza kruċjali għall-proċessi ta' riforma fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali u jindirizza t-tħassib ewlieni taċ-ċittadini.
15 L-approċċ tal-"fundamentali l-ewwel" jorbot l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali maż-żewġ oqsma kruċjali l-oħrajn tal-proċess ta' adeżjoni: il-governanza ekonomika – enfasi msaħħa fuq l-iżvilupp ekonomiku u kompetittività mtejba – u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. Kull wieħed minn dawn it-tliet prinċipji fundamentali huwa ta' importanza kruċjali għall-proċessi ta' riforma fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali u jindirizza t-tħassib ewlieni taċ-ċittadini.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Stat Ewropew li jkun applika biex jaderixxi mal-Unjoni jista' jsir membru tal-Unjoni biss meta jiġi kkonfermat li jissodisfa totalment il-kriterji ta' adeżjoni stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen f'Ġunju 1993 (il-"kriterji ta' Copenhagen") u dejjem jekk l-Unjoni jkollha l-kapaċità li tintegra lill-membru l-ġdid. Il-kriterji ta' Copenhagen huma relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi, l-eżistenza ta' ekonomija tas-suq li tiffunzjona kif ukoll il-kapaċità li jlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni, u l-abbiltà li jieħu fuqu mhux biss id-drittijiet iżda wkoll l-obbligi stabbiliti fit-Trattati, inkluż il-ksib tal-għanijiet ta' unjoni politika, ekonomika u monetarja.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Il-politika tat-tkabbir tal-Unjoni hija investiment fil-paċi, fis-sigurtà u fl-istabbiltà fl-Ewropa. Din tagħti aktar opportunitajiet ekonomiċi u kummerċjali, għall-benefiċċju reċiproku tal-Unjoni u tal-Istati Membri aspiranti. Il-prospett ta' sħubija fl-Unjoni għandu effett trasformattiv qawwi, li jintroduċi bidla pożittiva demokratika, politika, ekonomika u soċjali.
(5)  Il-politika tat-tkabbir hija parti integrali mill-azzjoni esterna tal-Unjoni, u tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà, il-prosperità u l-istabbiltà kemm ġewwa kif ukoll barra l-fruntieri tal-Unjoni. Din tagħti aktar opportunitajiet ekonomiċi u kummerċjali, għall-benefiċċju reċiproku tal-Unjoni u tal-Istati Membri aspiranti filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta' integrazzjoni progressiva biex tiġi żgurata trasformazzjoni bla xkiel għall-benefiċjarji. Il-prospett ta' sħubija fl-Unjoni għandu effett trasformattiv qawwi, li jintroduċi bidla pożittiva demokratika, politika, ekonomika u soċjali.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll assistenza f'konformità mal-ftehimiet konklużi mill-Unjoni mal-benefiċjarji elenkati fl-Anness I. Jenħtieġ li l-assistenza tkun tiffoka l-aktar fuq l-għajnuna lill-benefiċjarji elenkati fl-Anness I biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, biex jirriformaw l-amministrazzjoni ġudizzjarja u pubblika, biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni. Jenħtieġ ukoll li l-assistenza ssostni l-prinċipji u d-drittijiet ewlenin kif definiti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali17. Jenħtieġ li l-assistenza tkompli tappoġġa l-isforzi tagħhom biex javvanzaw fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Jenħtieġ ukoll li ssaħħaħ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku u l-governanza ekonomika tagħhom, filwaqt li tirfed aġenda tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiva, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta' politiki ta' żvilupp reġjonali, ta' agrikoltura u żvilupp rurali, soċjali u tal-impjiegi, u l-iżvilupp tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali, f'konformità wkoll mal-inizjattiva emblematika l-Aġenda Diġitali għall-Balkani tal-Punent.
(7)  Jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll assistenza f'konformità mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, inkluż mal-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-assistenza tkun tiffoka l-aktar fuq l-għajnuna lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, biex jirriformaw l-amministrazzjoni ġudizzjarja u pubblika, biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, u biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali, ir-rispett tal-istandards internazzjonali tax-xogħol relatati mad-drittijiet tal-ħaddiema u n-nondiskriminazzjoni kontra gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal u persuni b'diżabbiltajiet. Jenħtieġ li l-assistenza ssostni wkoll l-osservanza, min-naħa tal-benefiċjarji, tal-prinċipji u d-drittijiet ewlenin kif definiti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali17, kif ukoll tal-ekonomija soċjali tas-suq u tal-konverġenza lejn l-acquis soċjali. Jenħtieġ li l-assistenza tkompli tappoġġa l-isforzi tagħhom biex javvanzaw fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE, bil-ħsieb li jiġu żviluppati relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u tissaħħaħ ir-rikonċiljazzjoni. Jenħtieġ li wkoll tippromwovi stutturi ta' kooperazzjoni settorjali reġjonali u ssaħħaħ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku u l-governanza ekonomika tagħhom, trawwem l-integrazzjoni ekonomika mas-suq uniku tal-Unjoni, inkluża l-kooperazzjoni doganali, tippromwovi kummerċ miftuħ u ġust, filwaqt li tirfed aġenda tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiva, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta' politiki ta' żvilupp reġjonali, ta' koeżjoni u inklużjoni, ta' agrikoltura u żvilupp rurali, soċjali u tal-impjiegi, u l-iżvilupp tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali, f'konformità wkoll mal-inizjattiva emblematika l-Aġenda Diġitali għall-Balkani tal-Punent.
_________________
_________________
17 Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamat solennement mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir li sar f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017.
17 Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamat solennement mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir li sar f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)   Meta wieħed iqis in-natura trasformattiva tal-proċess ta' riforma matul il-proċess ta' tkabbir fil-pajjiżi kandidati, l-Unjoni jenħtieġ li ttejjeb l-isforzi tagħha fil-prijoritizzazzjoni ta' oqsma ewlenin għall-finanzjament tal-Unjoni, bħalma huma l-bini tal-istituzzjoni u tas-sigurtà, u ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għal pajjiżi kandidati meta jimplimentaw proġetti bil-għan li tipproteġi dawk il-pajjiżi kandidati minn influwenzi mhux tal-UE.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
(7b)   L-isforzi tal-Unjoni biex tappoġġa l-progress tar-riforma fil-pajjiżi kandidati permezz tal-finanzjament tal-IPA jenħtieġ li jkunu kkomunikati sew fil-pajjiżi kandidati, kif ukoll fl-Istati Membri. L-Unjoni, f'dak ir-rigward, jenħtieġ li ssaħħaħ l-isforzi ta' komunikazzjoni u ta' kampanja sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-IPA, bħala l-istrument ewlieni tal-UE ta' paċi u stabbiltà f'oqsma tat-tkabbir. 
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7c (ġdida)
(7c)   L-importanza tal-faċilitazzjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit hija rikonoxxuta fir-rigward tal-bini tal-istituzzjonijiet, li mbagħad tgħin fl-antiċipazzjoni ta' kwistjonijiet ta' sigurtà possibbli, u tipprevjeni l-flussi migratorji illegali possibbli fil-futur lejn l-Istati Membri.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Il-kooperazzjoni strateġika u operazzjonali msaħħa bejn l-Unjoni u l-benefiċjarji elenkati fl-Anness I dwar is-sigurtà hija kruċjali biex it-theddid ta' terroriżmu u għas-sigurtà jiġi indirizzat effettivament u effiċjentement.
(9)  Il-kooperazzjoni strateġika u operazzjonali msaħħa bejn l-Unjoni u l-benefiċjarji elenkati fl-Anness I dwar is-sigurtà u r-riforma tas-settur tad-difiża hija kruċjali biex it-theddid ta' terroriżmu, il-kriminalità organizzata u s-sigurtà jiġu indirizzat b'mod effettiv u effiċjenti.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Jenħtieġ li l-azzjonijiet meħuda fl-ambitu tal-istrument stabbilit minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu wkoll biex jagħtu għajnuna lill-benefiċjarji fl-allinjament progressiv mal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), u l-implimentazzjoni ta' miżuri restrittivi kif ukoll il-politiki esterni usa' tal-Unjoni fl-istituzzjonijiet internazzjonali u fil-fora multilaterali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkoraġġixxi l-benefiċjarji jżommu ordni globali abbażi tar-regoli u l-valuri u jikkooperaw dwar il-promozzjoni tal-multilateraliżmu u t-tisħiħ ulterjuri tas-sistema internazzjonali tal-kummerċ, inklużi r-riformi tad-WTO.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Huwa essenzjali li tiżdied iktar l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni inkluża l-ġestjoni tal-fruntieri, dwar l-iżgurar tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, dwar il-kondiviżjoni ta' informazzjoni rilevanti, dwar it-tisħiħ tal-benefiċċji għall-iżvilupp tal-migrazzjoni, dwar il-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni legali u tal-ħaddiema, dwar it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u fuq l-isforz tagħna fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, kontra t-traffikar ta' bnedmin u kontra l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali.
(10)  Il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni inkluża l-ġestjoni u l-kontroll tal-fruntieri, dwar l-iżgurar tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, dwar il-kondiviżjoni ta' informazzjoni rilevanti, dwar it-tisħiħ tal-benefiċċji għall-iżvilupp tal-migrazzjoni, dwar il-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni legali u tal-ħaddiema, dwar it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u l-isforzi li jipprevjenu u jiskoraġġixxu l-migrazzjoni irregolari u l-ispustar furzat tal-persuni, u l-ġlieda kontra t-traffikar ta' bnedmin u d-dħul klandestin ta' persuni huma aspett importanti ta' kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-benefiċjarji.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  It-tisħiħ tal-istat ta' dritt, inkluż il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, u l-governanza tajba, inkluża r-riforma fl-amministrazzjoni pubblika, għandhom sfidi ewlenin fil-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji elenkati fl-Anness I u huma essenzjali sabiex il-benefiċjarji jersqu eqreb lejn l-Unjoni u aktar tard biex jieħdu fuqhom b'mod sħiħ l-obbligi tas-sħubija fl-Unjoni. Minħabba li r-riformi mixtieqa f'dawk l-oqsma huma fit-tul u minħabba l-ħtieġa li jinbnew rekords ta' prestazzjoni, l-assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li tindirizza r-rekwiżiti imposti fuq il-benefiċjarji elenkati fl-Anness I mill-aktar fis possibbli.
(11)  It-tisħiħ tal-istat ta' dritt, inkluż l-indipendenza tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-kriminalità organizzata, u l-governanza tajba, inkluża r-riforma fl-amministrazzjoni pubblika, filwaqt li jingħata appoġġ lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-allinjament kontinwu dwar it-trasparenza, l-akkwist pubbliku, il-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat, il-proprjetà intellettwali u l-investiment barrani għadhom sfidi ewlenin u huma essenzjali sabiex il-benefiċjarji jersqu eqreb lejn l-Unjoni u jitħejjew biex aktar tard jieħdu fuqhom b'mod sħiħ l-obbligi tas-sħubija fl-Unjoni. Minħabba li r-riformi mixtieqa f'dawk l-oqsma huma fit-tul u minħabba l-ħtieġa li jinbnew rekords ta' prestazzjoni, l-assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun programmata biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet mill-aktar fis possibbli.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  F'konformità mal-prinċipju tad-demokrazija parteċipattiva, is-sorveljanza parlamentari ta' kull benefiċjarju elenkat fl-Anness I ta' min tiġi inkoraġġita mill-Kummissjoni.
(12)  Id-dimensjoni parlamentari tibqa' fundamentali fil-proċess ta' adeżjoni. Għalhekk, f'konformità mal-prinċipju tad-demokrazija parteċipattiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet parlamentari, is-sorveljanza parlamentari, il-proċeduri demokratiċi u r-rappreżentanza ġusta ta' kull benefiċjarju.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Il-benefiċjarji elenkati fl-Anness I hemm bżonn li jkunu ppreparati aħjar sabiex jindirizzaw l-isfidi dinjija, bħall-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, u li jallinjaw ruħhom mal-isforzi tal-Unjoni biex tindirizza dawk il-kwistjonijiet. Biex jirrifletti l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat konformi mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs – Sustainable Development Goals), dan il-programm għandu jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira globali ta' 25 % tal-infiq baġitarju tal-UE li jappoġġa l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet li jaqgħu taħt dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 16 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm favur objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u l-kontribuzzjoni kumplessiva minn dan il-programm jenħtieġ li tkun parti mill-evalwazzjonijiet u mill-proċessi ta' rieżami rilevanti.
(13)  Il-benefiċjarji hemm bżonn li jkunu ppreparati aħjar sabiex jindirizzaw l-isfidi dinjija, bħall-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, u li jallinjaw ruħhom mal-isforzi tal-Unjoni biex tindirizza dawk il-kwistjonijiet. Biex jirrifletti l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat konformi mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs – Sustainable Development Goals), dan il-programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira globali ta' 25 % tal-infiq baġitarju tal-UE li jappoġġa l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet li jaqgħu taħt dan il-Programm jenħtieġ li jimmiraw biex jikkontribwixxu tal-inqas 16 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm favur objettivi klimatiċi, filwaqt li jistinkaw biex jilħqu l-għan li l-infiq relatat mal-klima jilħaq, sal-2027, it-30 % tan-nefqa tal-QFP. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-proġetti ambjentali li jindirizzaw it-tniġġis transfruntier. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-Programm, u l-kontribuzzjoni kumplessiva minn dan il-programm jenħtieġ li tkun parti mill-evalwazzjonijiet u mill-proċessi ta' rieżami rilevanti.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw il-konformità, il-koerenza u l-komplementarjetà tal-assistenza tagħhom, b'mod partikolari permezz ta' konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-assistenza. Jenħtieġ li jittieħdu wkoll il-passi meħtieġa sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni u komplementarjetà aħjar, inkluż permezz ta' konsultazzjonijiet regolari, ma' donaturi oħrajn. Ir-rwol tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jiġi msaħħaħ kemm fil-programmi implimentati permezz ta' korpi ta' governanza u bħala benefiċjarju dirett tal-assistenza tal-Unjoni.
(16)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw il-konformità, il-koerenza, il-konsistenza u l-komplementarjetà tal-assistenza finanzjarja esterna, b'mod partikolari permezz ta' konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-assistenza. Jenħtieġ li jittieħdu wkoll il-passi meħtieġa sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni u komplementarjetà aħjar, inkluż permezz ta' konsultazzjonijiet regolari, ma' donaturi oħrajn. Organizzazzjonijiet differenti indipendenti tas-soċjetà ċivili u tipi u livelli differenti ta' awtoritajiet lokali jenħtieġ li jiżvolġu rwol sinifikanti fil-proċess. B'konformità mal-prinċipju ta' sħubija inklużiva, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jkunu parti mit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi eżegwiti permezz ta' korpi governattivi u jkunu l-benefiċjarji diretti tal-assistenza tal-Unjoni.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Il-prijoritajiet għall-azzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet fl-oqsma ta' politika relevanti li se jiġu appoġġati taħt dan ir-regolament jenħtieġ li jiġu definiti f'qafas ta' programmazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni għad-durata tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027 fi sħubija mal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, fuq il-bażi tal-aġenda tat-tkabbir u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, f'konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi ddefiniti minn dan ir-Regolament u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istrateġiji nazzjonali rilevanti. Jenħtieġ li l-qafas ta' programmazzjoni jidentifika l-oqsma li għandhom jiġu appoġġati permezz tal-assistenza b'allokazzjoni indikattiva għal kull qasam ta' appoġġ, inkluż stima tan-nefqa relatata mal-klima.
(17)  L-objettivi speċifiċi u miżurabbli fl-oqsma ta' politika rilevanti jenħtieġ li jiġu definiti għal kull benefiċjarju, segwiti minn prijoritajiet għal azzjoni biex jintlaħqu dawn l-objettivi f'qafas ta' programmazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati. Il-qafas ta' programmazzjoni jenħtieġ li jiġi stabbilit fi sħubija mal-benefiċjarji, fuq il-bażi tal-aġenda tat-tkabbir u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, f'konformità mal-objettivi ġenerali u speċifiċi ddefiniti minn dan ir-Regolament u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istrateġiji nazzjonali rilevanti u r-riżoluzzjonijiet pertinenti tal-Parlament Ewropew. Jenħtieġ li tali sħubija tinkludi, kif hu xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-koordinament bejn id-donaturi. Il-qafas ta' programmazzjoni jenħtieġ li jiġi rieżaminat wara l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu. Jenħtieġ li l-qafas ta' programmazzjoni jidentifika l-oqsma li għandhom jiġu appoġġati permezz tal-assistenza b'allokazzjoni indikattiva għal kull qasam ta' appoġġ, inkluż stima tan-nefqa relatata mal-klima.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Huwa fl-interess tal-Unjoni li tassisti l-benefiċjarji elenkati fl-Anness I fl-isforzi tagħhom għar-riforma bil-ħsieb ta' sħubija fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-assistenza tiġi ġestita b'enfasi qawwija fuq ir-riżultati u b'inċentivi għal dawk li juru l-impenn tagħhom għar-riforma permezz tal-implimentazzjoni effiċjenti tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni u l-progress lejn l-ilħuq tal-kriterji tas-sħubija.
(18)  Huwa fl-interess komuni tal-Unjoni u tal-benefiċjarji li tassisti l-benefiċjarji fl-isforzi tagħhom għar-riforma tas-sistemi politiċi, legali u ekonomiċi tagħhom bil-ħsieb ta' sħubija fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-assistenza tiġi ġestita f'konformità mal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni b'inċentivi sinifikanti abbażi ta' użu iżjed effiċjenti u effettiv tal-fondi għal dawk li juru l-impenn tagħhom għar-riforma permezz tal-implimentazzjoni effiċjenti tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni u l-progress lejn l-ilħuq tal-kriterji tas-sħubija. Jenħtieġ li l-assistenza tkun allokata f'konformità mal-prinċipju tas-"sehem ġust" u tal-konsegwenzi ċari fil-każ ta' deterjorament gravi jew nuqqas ta' progress fir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
(18a)   Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni ċari biex tiżgura li l-objettivi u l-azzjonijiet li jikkonċernaw benefiċjarji differenti jibqgħu rilevanti u fattibbli u li jkejlu l-progress b'mod regolari. Għal dak il-għan, kull objettiv jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn indikatur tal-prestazzjoni wieħed jew aktar, li jivvaluta l-adozzjoni mill-benefiċjarji tar-riformi u l-implimentazzjoni konkreta tagħhom.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  It-tranżizzjoni minn ġestjoni diretta mill-Kummissjoni tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni għal ġestjoni indiretta mill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I jenħtieġ li tkun progressiva u li timxi mal-kapaċitajiet rispettivi ta' dawk il-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-assistenza tkompli tagħmel użu mill-istrutturi u mill-istrumenti li wrew kemm huma ta' valur fil-proċess ta' qabel l-adeżjoni.
(19)  It-tranżizzjoni minn ġestjoni diretta mill-Kummissjoni tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni għal ġestjoni indiretta mill-benefiċjarji jenħtieġ li tkun progressiva u li timxi mal-kapaċitajiet rispettivi ta' dawk il-benefiċjarji. Dik it-tranżizzjoni jenħtieġ li titreġġa' lura jew tiġi sospiża f'oqsma ta' politika jew ta' programm speċifiċi fil-każ li l-benefiċjarji jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi rilevanti jew li jamministraw il-fondi tal-Unjoni f'konformità mar-regoli, il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti. Jenħtieġ li tali deċiżjoni tqis b'mod debitu kwalunkwe konsegwenza ekonomika u soċjali negattiva possibbli. Jenħtieġ li l-assistenza tkompli tagħmel użu mill-istrutturi u mill-istrumenti li wrew kemm huma ta' valur fil-proċess ta' qabel l-adeżjoni.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  L-Unjoni jenħtieġ li tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli sabiex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan jenħtieġ li jinkiseb permezz tal-koerenza u l-komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u programmi tal-Unjoni oħrajn. Dan jinkludi, fejn huwa rilevanti, il-koerenza u l-komplementarjetà mal-assistenza makrofinanzjarja.
(20)  L-Unjoni jenħtieġ li tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli sabiex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan jenħtieġ li jinkiseb, sabiex jiġi evitat it-trikkib ma' strumenti ta' finanzjament estern eżistenti oħra, permezz tal-koerenza, il-konsistenza u l-komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u programmi tal-Unjoni oħrajn. Dan jinkludi, fejn huwa rilevanti, il-koerenza u l-komplementarjetà mal-assistenza makrofinanzjarja.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)   Mingħajr preġudizzju għall-proċedura tal-baġit u d-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-għajnuna stabbilita fil-ftehimiet internazzjonali mal-benefiċjarji, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex temenda l-Anness I ta' dan ir-Regolament biex tissospendi, anki parzjalment, l-assistenza tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali setgħa tintuża meta jkun hemm rigress konsistenti fuq wieħed jew aktar mill-kriterji ta' Copenhagen jew meta l-benefiċjarju jonqos milli jirrispetta l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jew jikser l-impenji li ħa fl-ambitu tal-ftehimiet rilevanti konklużi mal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li r-raġunijiet li jiġġustifikaw is-sospensjoni tal-assistenza ma jkunux japplikaw aktar, jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex temenda l-Anness I biex terġa' tintroduċi l-assistenza tal-Unjoni.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-regolament jenħtieġ li jingħażlu fuq il-bażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jiksbu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Ta' min jitqies l-użu ta' somom f'daqqa, prezzijiet fissi u kostijiet tal-unità, kif ukoll ta' finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet, kif inhu msemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(24)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' eżekuzzjoni skont dan ir-regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jiksbu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, prezzijiet fissi u kostijiet tal-unità, kif ukoll ta' finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet, kif inhu msemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tapplika regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni. Ir-regoli u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-istrumenti għall-finanzjament tal-azzjoni esterna tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru [NDICI] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet addizzjonali dettaljati biex jindirizzaw sitwazzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari għall-oqsma ta' politika tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-agrikoltura u żvilupp rurali.
(25)  Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tapplika regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni. Ir-regoli u l-proċeduri għall-applikazzjoni tal-istrumenti għall-finanzjament tal-azzjoni esterna tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru [NDICI] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet addizzjonali dettaljati biex jindirizzaw sitwazzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari għall-oqsma ta' politika tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  L-azzjonijiet esterni spiss jiġu implimentati f'ambjent volatili ħafna u jkun hemm bżonn adattament rapidu u kontinwu għall-ħtiġijiet li qed jevolvu tas-sħab tal-Unjoni u għal sfidi dinjija għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba, is-sigurtà u l-istabbiltà, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, u l-migrazzjoni irregolari u l-għeruq tagħha. Li l-prinċipju tal-prevedibbiltà jiġi rikonċiljat mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda, għaldaqstant, jimplika li l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi tiġi adattata. Biex tiżdied l-abbiltà tal-Unjoni li tirrispondi għal ħtiġijiet imprevisti, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stabbilit annwalment, ir-Regolament jenħtieġ li jippreserva l-possibbiltà li jiġu applikati l-flessibilitajiet diġà permessi mir-Regolament Finanzjarju għal politiki oħrajn, jiġifieri trasferimenti u impenji mill-ġdid ta' fondi impenjati, biex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-fondi tal-UE, kemm għaċ-ċittadini tal-UE u għall-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, biex b'hekk jiġu massimizzati l-fondi tal-UE disponibbli għall-interventi ta' azzjoni esterna tal-UE.
(26)  L-azzjonijiet esterni spiss jiġu implimentati f'ambjent volatili ħafna u jkun hemm bżonn adattament rapidu u kontinwu għall-ħtiġijiet li qed jevolvu tas-sħab tal-Unjoni u għal sfidi dinjija għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba, is-sigurtà, id-difiża u l-istabbiltà, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, il-protezzjoniżmu ekonomiku, il-migrazzjoni irregolari u l-ispustar furzat tal-persuni u l-għeruq tagħha. Li l-prinċipju tal-prevedibbiltà jiġi rikonċiljat mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda, għaldaqstant, jimplika li l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-programmi tiġi adattata. Biex tiżdied l-abbiltà tal-Unjoni li tirrispondi għal ħtiġijiet imprevisti, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stabbilit annwalment, ir-Regolament jenħtieġ li jippreserva l-possibbiltà li jiġu applikati l-flessibilitajiet diġà permessi mir-Regolament Finanzjarju għal politiki oħrajn, jiġifieri trasferimenti u impenji mill-ġdid ta' fondi impenjati filwaqt li taderixxi mal-għanijiet u l-objettivi mniżżla f'dan ir-Regolament, biex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-fondi tal-UE, kemm għaċ-ċittadini tal-UE u għall-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, biex b'hekk jiġu massimizzati l-fondi tal-UE disponibbli għall-interventi ta' azzjoni esterna tal-UE. Jenħtieġ li jitħallew forom addizzjonali ta' flessibbiltà bħal pereżempju r-riallokazzjoni fost il-prijoritajiet, il-qsim ta' proġetti f'fażijiet differenti u l-ikkuntrattar eċċessiv.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 29a (ġdida)
(29a)   Il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera huma l-aktar programmi viżibbli tal-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, kif ukoll huma magħrufa sew miċ-ċittadini. Il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera jistgħu għalhekk itejbu b'mod sinifikanti l-viżibilità tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fl-istati kandidati;
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 31a (ġdida)
(31a)   Jenħtieġ li l-allokazzjonijiet ta' finanzjament kollha fl-ambitu ta' dan ir-Regolament isiru b'mod trasparenti, effettiv, responsabbli, depolitiċizzat u mhux diskriminatorju, anki permezz ta' distribuzzjoni ekwa li tirrifletti l-bżonnijiet tar-reġjuni u tal-muniċipalitajiet lokali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, il-Viċi President/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ("VP/RGħ") u, b'mod partikolari, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jagħmlu monitoraġġ mill-qrib tal-fatt li dawk il-kriterji jiġu ssodisfati u li l-prinċipji tat-trasparenza, tal-obbligu ta' rendikont u tan-nondiskriminazzjoni jiġu rispettati fl-allokazzjoni tal-fondi.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 31b (ġdida)
(31b)   Jenħtieġ li l-Kummissjoni, il-VP/ir-RGħ u, b'mod partikolari, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-benefiċjarji jsaħħu l-viżibbiltà tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni tal-Unjoni bil-għan li jikkomunikaw il-valur miżjud tal-appoġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni jirrikonoxxu l-oriġini tal-finanzjament tal-Unjoni u jiżguraw il-viżibbiltà adegwata tiegħu. Jenħtieġ li l-IPA jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-azzjonijiet ta' komunikazzjoni għal finijiet ta' promozzjoni tar-riżultati tal-assistenza tal-Unjoni indirizzati lejn pubbliku ta' tipi differenti fil-benefiċjarji.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)   Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' kundizzjonijiet u strutturi speċifiċi għall-ġestjoni indiretta mal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-assistenza għall-iżvilupp rurali, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont [ir-Regolament (UE) Nru 182/201125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]. Meta jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, it-tagħlimiet mitgħallma mill-ġestjoni u mill-implimentazzjoni tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni passata jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. Dawk il-kundizzjonijiet uniformi jenħtieġ li jiġu emendati jekk l-iżviluppi jkunu jirrikjedu dan.
imħassar
_________________
25 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 34
(34)   Il-kumitat stabbilit skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun kompetenti wkoll għall-atti u l-impenji legali skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/200626 skont ir-Regolament (UE) 231/2014 kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/200627.
imħassar
_________________
26 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82)
27 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006 tas-27 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi strument ta' sostenn finanzjarju għall-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2667/2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 5).
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 34a (ġdida)
(34a)   Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkun involut bis-sħiħ fil-fażijiet tat-tfassil, tal-programmazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-istrumenti sabiex jiżgura kontroll politiku u skrutinju demokratiku u obbligu ta' rendikont tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna. Jenħtieġ li jiġi stabbilit djalogu msaħħaħ bejn l-istituzzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew ikun f'pożizzjoni li jeżerċita kontroll politiku waqt l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'mod sistematiku u bla xkiel sabiex b'hekk jissaħħu kemm l-effiċjenza kif ukoll il-leġittimità.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
(1a)  "Prinċipju tas-sehem ġust tal-assistenza" tfisser li l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni jkun kkomplementat b'mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni, fil-każijiet li fihom l-assistenza mogħtija lill-benefiċjarji nkella tkun sproporzjonatament baxxa jew għolja meta mqabbla mal-benefiċjarji l-oħra, fid-dawl tal-bżonnijiet tal-popolazzjoni milquta u l-progress relattiv fir-riformi relatati mal-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni jew il-progress f'dawn tal-aħħar;
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  L-għan ġenerali tal-IPA III għandu jkun li jappoġġa l-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni tar-riformi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi, soċjali u ekonomiċi meħtieġa minn tali benefiċjarji biex jikkonformaw mal-valuri tal-Unjoni u biex progressivament jallinjaw irwieħhom mar-regoli, mal-istandards, mal-politiki u mal-prattiki tal-Unjoni bil-ħsieb tas-sħubija mal-Unjoni, biex b'hekk jikkontribwixi għall-istabbiltà, għas-sigurtà u għall-prosperità tagħhom.
1.  L-għan ġenerali tal-IPA III għandu jkun li jappoġġa l-benefiċjarji fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni tar-riformi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi, soċjali u ekonomiċi meħtieġa minn tali benefiċjarji biex jikkonformaw mal-valuri u l-acquis tal-Unjoni u biex progressivament jallinjaw ruħhom mar-regoli, mal-istandards, mal-politiki u mal-prattiki tal-Unjoni bil-ħsieb tal-adeżjoni mal-Unjoni, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-paċi, għall-istabbiltà, għas-sigurtà u għall-prosperità kif ukoll għall-interessi strateġiċi tal-Unjoni.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
(a)  Li jsaħħaħ l-istat tad-dritt, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-drittijiet fundamentali u għad-dritt internazzjonali, is-soċjetà ċivili u s-sigurtà, kif ukoll li jtejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-ġestjoni tal-fruntieri;
(a)  Li jsaħħaħ l-istat tad-dritt, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk tal-minoranzi u t-tfal, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet fundamentali u d-dritt internazzjonali, is-soċjetà ċivili, il-libertà akkademika, il-paċi u s-sigurtà, ir-rispett għad-diversità kulturali, in-nondiskriminazzjoni u t-tolleranza;
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)   Li jindirizza l-ispostament furzat u l-migrazzjoni irregolari, filwaqt li jiżgura li l-migrazzjoni sseħħ b'mod sikur, ordnat u regolari, u jissalvagwardja l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali;
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
(b)  Li jsaħħaħ l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika u li jappoġġa r-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha;
(b)  Li jsaħħaħ l-effikaċja tal-amministrazzjoni pubblika, jappoġġa t-trasparenza, ir-riformi strutturali, l-indipendenza ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-governanza tajba fil-livelli kollha, inkluż fil-qasam tal-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat, il-kompetizzjoni, l-investiment barrani u l-proprjetà intellettwali;
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
(c)  Li jsawwar ir-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I biex jiġu pariġġ dawk tal-Unjoni, u biex isaħħaħ ir-rikonċiljazzjoni u r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, kif ukoll il-kuntatti bejn il-persuni u l-komunikazzjoni;
(c)  Li jsawwar ir-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-benefiċjarji f'allinjament ma' dawk tal-Unjoni, inkluż dwar il-PESK , isaħħaħ l-ordni internazzjonali multilaterali bbażat fuq ir-regoli u jsaħħaħ ir-rikonċiljazzjoni interna u esterna u r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, kif ukoll il-bini tal-paċi u l-prevenzjoni tal-kunflitti, inkluż permezz tal-bini tal-fiduċja u l-medjazzjoni, edukazzjoni inklużiva u integrata fil-kuntatti bejn il-persuni, il-libertà tal-midja u l-komunikazzjoni;
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d
(d)  Li jsaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku u soċjali inkluż permezz ta' iktar konnettività u żvilupp reġjonali, ta' politiki ta' agrikoltura u żvilupp rurali, ta' politiki soċjali u tal-impjiegi, li jsaħħaħ il-ħarsien tal-ambjent, li jżid ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, li jaċċellera t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u li jiżviluppa l-ekonomija u s-soċjetà diġitali.
(d)  Li jsaħħaħ l-iżvilupp u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, inkluż permezz ta' iktar konnettività u żvilupp reġjonali, politiki agrikoli u tal-iżvilupp rurali u politiki soċjali u tal-impjiegi, it-tnaqqis tal-faqar u tal-iżbilanċi reġjonali, il-promozzjoni tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali billi jissaħħu l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali fil-livell tal-istat, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), il-kapaċitajiet ta' inizjattivi bbażati fil-komunità, l-appoġġ għall-investiment f'żoni rurali u t-titjib tal-klima tan-negozju u tal-investiment ;
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da)  Li jsaħħaħ il-protezzjoni ambjentali, iżid ir-resiljenza għat-tibdil fil-klima, jaċċellera l-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju u jiżviluppa l-ekonomija u s-soċjetà diġitali, b'hekk joħloq opportunitajiet ta' impjiegi, partikolarment għaż-żgħażagħ;
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e
(e)  Li jappoġġa l-kooperazzjoni territorjali u transfruntiera.
(e)  Li jappoġġa l-kooperazzjoni territorjali u transfruntiera, inkluż tul il-fruntieri marittimi u li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi billi jiġu implimentati bis-sħiħ il-ftehimiet eżistenti mal-Unjoni, filwaqt li jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-IPA III għall-perjodu 20212027 għandu jkun ta' EUR 14 500 000 000 fi prezzijiet kurrenti.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-IPA III għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 13 009 976 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 14 663 401 000 fi prezzijiet kurrenti).
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għall-assistenza teknika u amministrativa għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħall-attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi, u kwalunkwe attività relatata mat-tħejjija tal-programm suċċessur għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni, f'konformità mal-Artikolu 20 tar-[Regolament NDICI].
2.  Perċentwali stabbilit tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-eżekuzzjoni tal-Programm, li għandu jinkludi attivitajiet ta' tħejjija ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni, appoġġ għat-tisħiħ istituzzjonali u l-bini tal-kapaċità amministrattiva inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi, u kwalunkwe attività relatata mat-tħejjija tal-programm suċċessur għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandu jkun żgurat li jkun hemm il-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, ma' politiki u programmi rilevanti tal-Unjoni oħrajn, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.
1.  Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandu jkun żgurat li jkun hemm il-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, ma' politiki u programmi rilevanti tal-Unjoni oħrajn, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  [Ir-Regolament NDICI] għandu japplika għal-attivitajiet implimentati taħt dan ir-Regolament fejn imsemmi f'dan ir-Regolament.
2.  [Ir-Regolament NDICI] għandu japplika għal-attivitajiet eżegwiti taħt dan ir-Regolament fejn imsemmi f'dan ir-Regolament.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
4.  L-assistenza taħt l-IPA III tista' tingħata lit-tip ta' azzjonijiet previsti fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u fil-Fond ta' Koeżjoni30, fil-Fond Soċjali Ewropew Plus31 u fil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali32.
4.  L-assistenza taħt l-IPA III tista' tingħata lit-tip ta' azzjonijiet previsti fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u fil-Fond ta' Koeżjoni30, fil-Fond Soċjali Ewropew Plus31, fil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali32 u l-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri, fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-kuntest transfruntier, transnazzjonali, interreġjonali jew makroreġjonali.
__________________
__________________
30 COM(2018) 372 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni.
30 COM(2018) 372 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni.
31 COM(2018) 382 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+).
31 COM(2018) 382 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+).
32 COM(2018) 392 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
32 COM(2018) 392 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Il-Kummissjoni għandha talloka perċentwal tar-riżorsi tal-IPA III biex tħejji lill-benefiċjarji elenkati fl-Anness I għall-parteċipazzjoni fil-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), b'mod partikolari fil-Fond Soċjali Ewropew (FSE).
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5
5.  Il-[FEŻR]32 għandu jikkontribwixxi għal programmi jew miżuri stabbiliti għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u l-Istati Membri. Dawn il-programmi u l-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 16. L-ammont tal-kontribuzzjoni mill-IPA-KTF għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 10 (3) tar-[Regolament KTE]. Il-Programmi IPA-Kooperazzjoni Transfruntiera għandhom jiġu mmaniġjati f'konformità mar-[Regolament KTE].
5.  Il-[FEŻR]32 għandu jikkontribwixxi għal programmi jew miżuri stabbiliti għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji u Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-programmi u l-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 16. L-ammont tal-kontribuzzjoni mill-IPA-KTF għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 10(3) tar-[Regolament KTE], b'livell limitu massimu ffissat għal 85 % għall-kontribuzzjoni mill-IPA III. Il-Programmi IPA-Kooperazzjoni Transfruntiera għandhom jiġu mmaniġjati f'konformità mar-[Regolament KTE].
________________________
_____________________
32 COM(2018) 372 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni.
32 COM(2018) 372 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 8
8.  F'ċirkostanzi debitament iġġustifikati u sabiex tiżgura l-koerenza u l-effettività tal-finanzjament tal-Unjoni u biex trawwem il-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li testendi l-eliġibbiltà tal-programmi u l-miżuri ta' azzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) għal pajjiżi, territorji u reġjuni minbarra dawk imsemmija fl-Anness I, fejn il-programm jew il-miżura li għandha tiġi implimentata hija ta' natura dinjija, reġjonali jew transfruntiera.
8.  F'ċirkostanzi debitament iġġustifikati u sabiex tiżgura l-koerenza u l-effikaċja tal-finanzjament tal-Unjoni u biex trawwem il-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li testendi l-eliġibbiltà tal-programmi u l-miżuri ta' azzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) għal pajjiżi, territorji u reġjuni minbarra dawk imsemmija fl-Anness I, fejn il-programm jew il-miżura li għandha tiġi applikata hija ta' natura dinjija, reġjonali jew transfruntiera.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Il-qafas tal-politika tat-tkabbir iddefinit mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill, il-ftehimiet li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti mal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Komunikazzjonijiet Konġunti tal-kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rilevanti, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta' politika kumplessiv għall-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza bejn il-qafas ta' politika tat-tkabbir u tal-assistenza.
1.  Il-qafas tal-politika tat-tkabbir iddefinit mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill, il-ftehimiet li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti mal-benefiċjarji, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Komunikazzjonijiet Konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rilevanti, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta' politika komprensiv għall-applikazzjoni ta' dan ir-regolament. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza bejn il-qafas ġenerali ta' politika tat-tkabbir u tal-assistenza.
Il-VP/ir-RGħ u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw koordinazzjoni bejn l-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika tat-tkabbir fi ħdan il-qafas tal-objettivi tal-politika stabbiliti fl-Artikolu 3.
Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-programmazzjoni skont dan ir-Regolament b'involviment xieraq tas-SEAE.
Il-qafas tal-politika tat-tkabbir għandu jkun il-bażi li fuqha tingħata l-assistenza.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Il-programmi u l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jintegraw it-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-ugwaljanza bejn is-sessi u, fejn applikabbli, għandhom jindirizzaw l-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli33, għall-promozzjoni ta' azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu benefiċċji kollaterali u jilħqu għanijiet multipli b'mod koerenti.
2.  Il-programmi u l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jintegraw it-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent, il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitt dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-migrazzjoni, u l-ispustar furzat, is-sigurtà, il-koeżjoni soċjali u reġjonali, it-tnaqqis tal-faqar u l-ugwaljanza bejn is-sessi u, fejn applikabbli, għandhom jindirizzaw l-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli33, għall-promozzjoni ta' azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu benefiċċji kollaterali u jilħqu għanijiet multipli b'mod koerenti. Għandhom jimmiraw li jikkontribwixxu 16 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv favur objettivi klimatiċi.
__________________
____________________
33 https://ec.europa.eu/europeaid/policies/sustainable-development-goals_en
33 https://ec.europa.eu/europeaid/policies/sustainable-development-goals_en
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-koerenza u għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw id-duplikazzjoni bejn l-assistenza mogħtija taħt l-IPA III u assistenza oħra mogħtija mill-Unjoni, mill-Istati Membri u mill-Bank Ewropew tal-Investiment, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operazzjonali fil-qasam tal-assistenza esterna, u għall-armonizzazzjoni tal-politiki u l-proċeduri, b'mod partikolari l-prinċipji internazzjonali dwar l-effettività tal-iżvilupp35. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsulazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta' assistenza u laqgħat inklużivi mmirati għall-koordinazzjoni tal-assistenza, u għandha tikkostitwixxi pass ewlieni fil-proċessi ta' programmazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri.
3.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-koerenza u għandhom jevitaw id-duplikazzjoni bejn l-assistenza mogħtija taħt l-IPA III u assistenza oħra mogħtija mill-Unjoni, mill-Istati Membri u mill-Bank Ewropew tal-Investiment, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operazzjonali fil-qasam tal-assistenza esterna, u għall-armonizzazzjoni tal-politiki u l-proċeduri, b'mod partikolari l-prinċipji internazzjonali dwar l-effikaċja tal-iżvilupp35. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta' assistenza u laqgħat inklużivi mmirati għall-koordinazzjoni tal-assistenza, u għandha tikkostitwixxi pass ewlieni fil-proċessi ta' programmazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri. L-assistenza għandu jkollha l-għan li tiżgura l-allinjament mal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-fondi, arranġamenti għall-prinċipju ta' sħubija u approċċ integrat għal żvilupp territorjali.
_________________
_________________
35 https://ec.europa.eu/europeaid/policies/eu-approach-aid-effectiveness_en
35 https://ec.europa.eu/europeaid/policies/eu-approach-aid-effectiveness_en
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni għandha taġixxi fi sħubija mal-benefiċjarji. Is-sħubija għandha tinkludi, kif xieraq, awtoritajiet nazzjonali u lokali kompetenti, kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li tippermettilhom li jkollhom rwol sinifikanti matul il-fażijiet tat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ.
Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-koordinazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti. L-assistenza tal-IPA III ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż, kif xieraq, bħala benefiċjarji diretti tal-assistenza;
Emenda 53
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – titolu
IMPLIMENTAZZJONI
QAFAS TA' PROGRAMMAZZJONI U EŻEKUZZJONI
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  L-assistenza bl-IPA III għandha tkun ibbażata fuq il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għall-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3. Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni għad-durata tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni.
1.  Dan ir-Regolament għandu jkun supplimentat minn qafas ta' programmazzjoni tal-IPA li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ulterjuri dwar il-mod li bih jinkisbu l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3. Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati, f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti ta' programmazzjoni rilevanti f'ħin utli qabel ma jibda l-perjodu ta' programmazzjoni. Dawk id-dokumenti għandhom jistabbilixxu l-allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull settur tematiku u, meta disponibbli, għal kull pajjiż/reġjun, u jkopru r-riżultati mistennija u l-għażla tal-arranġamenti ta' assistenza.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet annwali fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2021 sal-2027.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jqis l-istrateġiji nazzjonali u l-politiki tas-settur rilevanti.
Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jqis ir-riżoluzzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-istrateġiji nazzjonali u l-politiki tas-settur rilevanti.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 16.
3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA, inklużi l-arranġamenti għall-attwazzjoni tal-prinċipju tas-"sehem ġust", permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14. Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2025 l-aktar tard. Sat-30 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta qafas ta' programmazzjoni tal-IPA ġdid, ibbażat fuq l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li tkun konsistenti ma' strumenti finanzjarji esterni oħra u tqis ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni tista' wkoll tirrieżamina, meta meħtieġ, l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA, b'mod partikolari meta jkun hemm bidliet sostanzjali fil-qafas ta' politika msemmi fl-Artikolu 6 b'kont meħud tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 5
5.  Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jinkludi indikaturi għall-valutazzjoni tal-progress fir-rigward tal-ilħuq tal-miri stabbiliti fih.
5.  Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jkun ibbażat fuq indikaturi tal-prestazzjoni ċari u verifikabbli stabbiliti fl-Anness IV għall-valutazzjoni tal-progress fir-rigward tal-ilħuq tal-miri stabbiliti fih, inter alia, il-progress u r-riżultati fl-oqsma ta':
(a)  id-demokrazija, l-istat tad-dritt u sistema ġudizzjarja indipendenti u effiċjenti;
(b)  id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u gruppi vulnerabbli;
(c)  l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tat-tfal;
(d)  il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;
(e)  ir-rikonċiljazzjoni, il-bini tal-paċi, relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien;
(f)  il-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni;
(g)  il-ġestjoni tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi.
Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-progress imqabbel ma' dawk l-indikaturi fir-rapporti annwali tagħha.
L-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għal skambju regolari ta' fehmiet fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill.
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
Evalwazzjoni u rieżami ta' nofs it-terminu
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta qafas ta' programmazzjoni ġdid għall-IPA abbażi tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu. Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2023 u jeżamina l-kontribut tal-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, permezz ta' indikaturi li jkejlu r-riżultati miksuba u kwalunkwe konstatazzjoni u konklużjoni dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament.
Il-Parlament Ewropew jista' jagħti l-kontribut tiegħu għal din l-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jorganizzaw konsultazzjoni mal-benefiċjarji u l-partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiżguraw ir-rappreżentanza tal-aktar persuni emarġinati.
Permezz ta' evalwazzjonijiet esterni, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-effikaċja tal-programmazzjoni flimkien mal-impatt u l-effikaċja tal-azzjonijiet tagħha f'kull qasam ta' intervent. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu l-proposti u l-fehmiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-evalwazzjonijiet esterni indipendenti. L-evalwazzjoni interim għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Unjoni b'rabta mal-miri stabbiliti minn dan ir-Regolament.
2.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jindirizza wkoll l-effiċjenza, il-valur miżjud, il-funzjonament tal-arkitettura ssimplifikata u razzjonalizzata tal-finanzjament estern, il-koerenza interna u esterna, kif ukoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn l-azzjonijiet iffinanzjati, il-kontribut tal-miżuri għal azzjoni esterna konsistenti min-naħa tal-Unjoni u l-grad ta' kemm il-pubbliku fil-pajjiżi benefiċjarji jkun konxju mill-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, jekk ikun il-każ.
3.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jsir bl-iskop speċifiku li titjieb l-applikazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni. Għandu jikkontribwixxi għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tat-tipi ta' azzjonijiet implimentati fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.
4.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jinkludi ukoll informazzjoni konsolidata minn rapporti annwali rilevanti dwar il-finanzjament kollu regolat minn dan ir-Regolament – li jinkludi d-dħul assenjat u l-kontribuzzjonijiet esterni lill-fondi fiduċjarji – u jindika t-tqassim tal-infiq skont il-pajjiż benefiċjarju, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti. 
5.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri. Ir-riżultati għandhom jintużaw fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.
6.  Il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni previst f'dan ir-Regolament, u tista', jekk ikun il-każ, twettaq evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri u b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-benefiċjarji.
7.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmi f'dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk ikun il-każ, takkumpanjah bi proposti leġiżlattivi li jintroduċu l-emendi li jkun hemm bżonn isiru f'dan ir-Regolament.
8.  Fi tmiem il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tar-Regolament bl-istess kundizzjonijiet bħal fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija f'dan l-Artikolu.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 7b (ġdid)
Artikolu 7b
Sospensjoni tal-assistenza
 1. F'konformità mal-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat sabiex temenda l-Anness I ta' dan ir-Regolament b'tali mod li tissospendi l-assistenza tal-Unjoni – jew tissospendiha parzjalment – jekk benefiċjarju jonqos milli jirrispetta l-prinċipju tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jew l-istandards tas-sikurezza nukleari, jew imur kontra l-impenji meħuda fl-ambitu tal-ftehimiet rilevanti konklużi mal-Unjoni jew jonqos konsistentement milli josserva xi wieħed jew aktar mill-kriterji ta' Copenhagen. Fl-eventwalità ta' sospensjoni parzjali, għandhom ikunu indikati l-programmi li għalihom tapplika s-sospensjoni. 
2.  F'konformità mal-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Anness I u tirrikostitwixxi l-assistenza tal-Unjoni jekk tasal għall-konklużjoni li r-raġunijiet li jiġġustifikaw is-sospensjoni tal-assistenza ma jkunux japplikaw iżjed. 
3.  F'każijiet ta' sospensjoni parzjali, l-assistenza tal-Unjoni għandha tintuża primarjament biex jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi mhux statali fir-rigward ta' miżuri maħsuba biex jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u b'appoġġ għall-proċessi ta' demokratizzazzjoni u djalogu fil-pajjiżi sħab. 
4.  Il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew fil-proċess deċiżjonali tagħha. 
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 7c (ġdid)
Artikolu 7c
Governanza
Grupp ta' tmexxija orizzontali magħmul mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE u ppresedut mill-VP/RGħ jew minn rappreżentant ta' dak l-uffiċċju għandu jkun inkarigat mit-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni ta' dan l-istrument tul iċ-ċiklu kollu tal-ġestjoni sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-finanzjament estern kollu tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni politika globali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni għandha tkun assigurata mill-VP/RGħ. Tul iċ-ċiklu kollu tal-programmazzjoni, l-ippjanar u l-applikazzjoni tal-istrument, il-VP/RGħ u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni – identifikati abbażi tan-natura u l-objettivi tal-azzjoni prevista – u jagħmlu użu mill-għarfien espert tagħhom. Il-VP/RGħ, is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom iħejju kull proposta għal deċiżjoni skont il-proċeduri tal-Kummissjoni u jippreżentawha għall-adozzjoni. 
Il-Parlament Ewropew għandu jkun involut bis-sħiħ fil-fażijiet tat-tfassil, il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji esterni sabiex jiġi żgurat kontroll politiku, skrutinju demokratiku u obbligu ta' rendikont f'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – titolu
Miżuri u metodi ta' implimentazzjoni
Miżuri u metodi ta' eżekuzzjoni
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  L-assistenza taħt l-IPA III għandha tiġi implimentata f'ġestjoni diretta jew f'ġestjoni indiretta f'konformità mar-Regolament Finanzjarju permezz ta' pjanijiet u miżuri ta' azzjoni pluriennali kif imsemmi fil-Kapitolu III tat-Titolu II tar-[Regolament NDICI]. Il-Kapitolu III tat-Titolu II tar-[Regolament NDICI] għandu japplika għal dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 [persuni u entitajiet eliġibbli].
1.  L-assistenza taħt l-IPA III għandha tiġi eżegwita f'ġestjoni diretta jew f'ġestjoni indiretta f'konformità mar-Regolament Finanzjarju permezz ta' pjanijiet u miżuri ta' azzjoni pluriennali kif imsemmi fil-Kapitolu IIIa.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Ġestjoni indiretta tista' titreġġa' lura jekk il-benefiċjarju ma jkunx jista' jew ma jkunx irid jamministra l-fondi mogħtija skont ir-regoli, il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti skont Fil-każ li benefiċjarju jonqos milli jirrispetta l-prinċipju tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jew fil-każ li jikser l-impenji meħuda fl-ambitu tal-ftehimiet rilevanti konklużi mal-Unjoni, il-Kummissjoni tista', f'oqsma ta' politika jew fi programmi speċifiċi, tibdel mill-ġestjoni indiretta ma' dak il-benefiċjarju għal ġestjoni indiretta ma' entità jew entitajiet fdati għajr benefiċjarju jew ġestjoni diretta.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu mal-Parlament Ewropew, u tqis il-fehmiet tal-Parlament Ewropew dwar oqsma li fihom dan tal-aħħar qed imexxi l-programmi ta' assistenza tiegħu stess, bħat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-osservazzjoni elettorali.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew kompletament involut fi kwistjonijiet relatati mal-ippjanjar u mal-implimentazzjoni tal-miżuri pertinenti għal dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe bidla sostanzjali jew allokazzjoni prevista.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  L-iżborż tal-appoġġ baġitarju ġenerali jew settorjali għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li jsir progress sodisfaċenti biex jinkisbu l-objettivi miftiehma mal-benefiċjarju.
Il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-kundizzjonalità tal-appoġġ baġitarju stabbiliti fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) .../.... [ir-Regolament NDICI]. Għandha tieħu azzjoni biex tnaqqas jew tissospendi l-finanzjament tal-Unjoni permezz tal-appoġġ baġitarju fil-każijiet ta' irregolaritajiet sistemiċi fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jew ta' progress insodisfaċenti biex jinkisbu l-objettivi miftiehma mal-benefiċjarju.
Ir-reintroduzzjoni tal-assistenza wara s-sospensjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn assistenza mmirata lill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Kapitolu IIIa (ġdid) – titolu
Kapitolu IIIa
Eżekuzzjoni
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 8a (ġdid)
Artikolu 8a
Pjanijiet ta' azzjoni u miżuri
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta' azzjoni jew miżuri annwali jew pluriennali. Il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta' miżuri individwali, miżuri speċjali, miżuri ta' appoġġ jew miżuri ta' assistenza eċċezzjonali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jispeċifikaw, għal kull azzjoni, l-objettivi mixtieqa, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet ewlenin, il-metodi ta' implimentazzjoni, il-baġit u n-nefqiet kollha ta' appoġġ relatati.
2.  Il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4.
Fejn ikun meħtieġ, azzjoni tista' tiġi adottata bħala miżura individwali qabel jew wara l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni. Il-miżuri individwali għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u f'każijiet oħra debitament ġustifikati.
Fil-każ ta' ħtiġijiet jew ċirkostanzi mhux previsti, u meta ma jkunx possibbli finanzjament minn sorsi aktar xierqa, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 tar-Regolament ...[ir-Regolament NDICI] li jistipulaw miżuri speċjali mhux ibbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni.
3.  Pjanijiet ta' azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri individwali jistgħu jintużaw biex jiġu eżegwiti azzjonijiet ta' rispons rapidu msemmija fl-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament... [ir-Regolament NDICI].
4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' assistenza eċċezzjonali għal azzjonijiet ta' rispons rapidu kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament... [ir-Regolament NDICI].
5.  Miżuri meħuda skont l-Artikolu 19(3) u (4) jistgħu jibqgħu validi sa 18-il xahar, u jistgħu jiġu estiżi darbtejn b'perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sitt xhur, sa żmien massimu ta' 30 xahar, fil-każ ta' ostakli oġġettivi u mhux mistennija għall-eżekuzzjoni, dment li ma jkun hemm l-ebda żieda fl-ammont finanzjarju tal-miżura.
F'każijiet ta' kriżijiet u konflitti mtawla, il-Kummissjoni tista' tadotta t-tieni miżura ta' assistenza eċċezzjonali b'perjodu ta' żmien ta' mhux aktar minn 18-il xahar. F'każijiet debitament ġustifikati, meta l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni skont dan il-paragrafu tkun essenzjali u ma tistax tiġi żgurata b'mezzi oħra, ikunu jistgħu jiġu adottati aktar miżuri.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 8b (ġdid)
Artikolu 8b
Miżuri ta' appoġġ
1.  Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jkopri n-nefqa li tappoġġa l-eżekuzzjoni tal-Istrument u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mal-attivitajiet ta' tħejjija, segwitu, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni meħtieġa għal dik l-eżekuzzjoni, kif ukoll in-nefqa fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fuq l-appoġġ amministrattiv meħtieġ għall-programm, u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni u s-sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.
2.  Meta n-nefqa ta' appoġġ ma tkunx inkluża fil-pjanijiet ta' azzjoni jew fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 8c, il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn xieraq, miżuri ta' appoġġ. Il-finanzjament tal-Unjoni taħt il-miżuri ta' appoġġ jista' jkopri:
(a)  studji, laqgħat, informazzjoni, sensibilizzazzjoni, taħriġ, tħejjija u skambju tat-tagħlimiet miksuba u tal-aqwa prattiki, attivitajiet ta' pubblikazzjoni u kwalunkwe nefqa amministrattiva u ta' assistenza teknika oħra meħtieġa għall-programmazzjoni u l-ġestjoni tal-azzjonijiet, inklużi esperti esterni remunerati;
(b)  attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u studji dwar kwistjonijiet rilevanti u d-disseminazzjoni tagħhom;
(c)  infiq relatat mal-provvediment ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni u l-komunikazzjoni u l-viżibbiltà korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 8c (ġdid)
Artikolu 8c
 Adozzjoni ta' miżuri u pjanijiet ta' azzjoni 
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri u pjanijiet ta' azzjoni permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.
2.  Fl-interess tal-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ strateġiku rilevanti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew fl-ippjanar u l-applikazzjoni sussegwenti ta' tali miżuri u pjanijiet ta' azzjoni. 
Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew bl-ippjanar ta' miżuri u pjanijiet ta' azzjoni skont dan l-Artikolu, kif ukoll bl-ammonti finanzjarji previsti, u għandha tinfurmah ukoll meta tagħmel bidliet jew estensjonijiet sostanzjali f'dik l-assistenza. Malajr kemm jista' jkun wara l-adozzjoni jew il-modifika sostanzjali ta' miżura, u – ikun xi jkun – fi żmien xahar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti sommarju tan-natura u r-raġunament wara l-miżura adottata kif ukoll tat-tul, il-baġit u l-kuntest tagħha, inkluża l-komplementarjetà ta' dik il-miżura ma' kwalunkwe assistenza oħra eżistenti u ppjanata tal-Unjoni. Għal miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, il-Kummissjoni għandha tindika wkoll jekk, kif u kemm se tiżgura l-kontinwità tal-politika eżegwita bl-assistenza eċċezzjonali permezz ta' assistenza għal żmien medju u fit-tul skont dan ir-Regolament. 
3.  Qabel ma tadotta miżuri u pjanijiet ta' azzjoni mhux ibbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8a(2), ħlief għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8a(3) u (4), il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 14 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-objettivi speċifiċi li jridu jintlaħqu, ir-riżultati mistennija, l-istrumenti li jridu jintużaw, l-attivitajiet ewlenin u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi ta' tali miżuri u pjanijiet ta' azzjoni. 
4.  Fil-livell tal-azzjonijiet għandu jsir skrinjar adegwat tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll ta' kwistjonijiet soċjali u ambjentali – inkluż dwar l-impatt fuq it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità – f'konformità mal-atti leġiżlattivi applikabbli tal-Unjoni, inklużi d-Direttiva 2011/92/UE1a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE1b, u dan għandu jinkludi, meta applikabbli, valutazzjoni tal-impatt ambjentali għal azzjonijiet ambjentalment sensittivi, partikolarment infrastrutturi ġodda kbar. 
Barra minn hekk, għandhom isiru valutazzjonijiet ex ante tal-impatt f'termini soċjali u ta' kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem, is-sessi u x-xogħol, kif ukoll valutazzjoni tar-riskju u analiżi tal-kunflitti. 
Jekk ikun rilevanti, fl-eżekuzzjoni tal-programmi settorjali għandhom jintużaw valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi kif ukoll soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-involviment tal-partijiet ikkonċernati f'dawn il-valutazzjonijiet u aċċess pubbliku għar-riżultati tagħhom. 
 __________________ 
1a Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kodifikazzjoni) (ĠU L 26 28.1.2012, p. 1). 
1b Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, 5.07.1985, p. 40). 
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 8d (ġdid)
Artikolu 8d
Metodi ta' kooperazzjoni
1.  Il-finanzjament taħt dan l-Istrument għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni, kif previst mir-Regolament Finanzjarju, jew direttament mill-Kummissjoni stess, mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u minn aġenziji eżekuttivi jew indirettament permezz ta' xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
2.  Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jista' jiġi pprovdut ukoll permezz ta' kontribuzzjonijiet għal fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, mill-Istati Membri, mill-pajjiżi u r-reġjuni sħab jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, jew donaturi oħra.
3.  L-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament ...[ir-Regolament NDICI] għandhom jissodisfaw annwalment l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont l-Artikolu 155 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rekwiżiti ta' rapportar għal kull waħda minn dawk l-entitajiet huma stabbiliti fil-ftehim qafas ta' sħubija, fil-ftehim ta' kontribuzzjoni, fil-ftehim dwar il-garanziji baġitarji jew fil-ftehim ta' finanzjament.
4.  L-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' dan l-Istrumenti jistgħu jiġu implimentati permezz ta' kofinanzjament parallel jew konġunt.
5.  Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni tinqasam f'numru ta' komponenti identifikabbli b'mod ċar li kull wieħed minnhom huwa ffinanzjat minn sħab differenti li jipprovdu kofinanzjament b'tali mod li l-użu aħħari tal-finanzjament jista' dejjem jiġi identifikat.
6.  Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, l-ispiża totali ta' azzjoni għandha tinqasam bejn is-sħab li jipprovdu l-kofinanzjament filwaqt li r-riżorsi għandhom jiġu akkomunati b'mod li ma jibqax aktar possibbli li jkun identifikat is-sors ta' finanzjament ta' kwalunkwe attività speċifika mwettqa bħala parti mill-azzjoni.
7.  Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u s-sħab tagħha tista' tieħu l-forma, fost affarijiet oħra, ta’:
(a)  arranġamenti triangolari li permezz tagħhom l-Unjoni tikkoordina ma' pajjiżi terzi l-finanzjament tal-assistenza tagħha lil pajjiż jew reġjun sieħeb;
(b)  miżuri ta' kooperazzjoni amministrattivi bħal ġemellaġġ bejn istituzzjonijiet pubbliċi, awtoritajiet lokali, korpi pubbliċi nazzjonali jew entitajiet tad-dritt privat responsabbli għal kompiti ta' servizz pubbliku ta' Stat Membru u dawk ta' pajjiż jew reġjun sieħeb, kif ukoll miżuri ta' kooperazzjoni li jinvolvu esperti tas-settur pubbliku mibgħuta mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom;
(c)  kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż meħtieġa għall-istabbiliment u l-amministrazzjoni ta' sħubija pubblika-privata inkluż appoġġ ta' parteċipazzjoni wiesgħa bit-twaqqif ta' korp indipendenti ta' organizzazzjonijiet indipendenti ta' partijiet terzi CSO biex jivvalutaw u jimmonitorjaw strutturi ta' sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat;
(d)  programmi ta' appoġġ għall-politika tas-settur li permezz tagħhom l-Unjoni tipprovdi appoġġ għall-programm tas-settur ta' pajjiż sieħeb;
(e)  kontribuzzjonijiet għall-kost tal-parteċipazzjoni f'programmi u azzjonijiet tal-Unjoni implimentati minn aġenziji u korpi tal-Unjoni, kif ukoll korpi jew persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
(f)  sussidji tar-rati tal-imgħax.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 8e (ġdid)
Artikolu 8e
Forom ta' finanzjament mill-Unjoni u metodi ta' applikazzjoni
1.  Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jiġi pprovdut permezz tat-tipi ta' finanzjament previsti mir-Regolament Finanzjarju, u b'mod partikolari:
(a)  sussidji;
(b)  kuntratti pubbliċi għal servizzi, provvisti jew xogħlijiet;
(c)  appoġġ baġitarju;
(d)  kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju;
(e)  strumenti finanzjarji;
(f)  garanziji baġitarji;
(g)  finanzjamenti mħallta;
(h)  ħelsien mid-dejn fil-kuntest ta' programm miftiehem internazzjonalment dwar il-ħelsien mid-dejn;
(i)  assistenza finanzjarja;
(j)  esperti esterni mħallsa.
2.  Fil-ħidma mal-partijiet ikkonċernati tal-pajjiżi sħab, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tagħhom, inklużi l-ħtiġijiet tagħhom u l-kuntest rilevanti, meta tiddefinixxi l-modalitajiet ta' finanzjament, it-tip ta' kontribuzzjoni, il-modalitajiet tal-għotja u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-ġestjoni tal-għotjiet, bil-ħsieb li jinkiseb u li jingħata l-aħjar rispons għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' tali partijiet ikkonċernati. Dik il-valutazzjoni għandha tqis il-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni u involviment sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari tas-soċjetà ċivili lokali. Għandhom jiġu inkoraġġiti modalitajiet speċifiċi skont ir-Regolament Finanzjarju, bħal ftehimiet ta' sħubija, awtorizzazzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju lil terzi persuni, għoti dirett jew sejħiet għall-proposti ristretti għall-eliġibbiltà, jew somom f'daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b'rata fissa kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Dawk il-modalitajiet differenti għandhom jiżguraw trasparenza, traċċabbiltà u innovazzjoni. Il-kooperazzjoni bejn l-NGOs lokali u internazzjonali għandha tiġi mħeġġa sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili lokali bil-għan li tinkiseb il-parteċipazzjoni sħiħa tagħha fil-programmi ta' żvilupp.
3.  Minbarra l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju, il-proċedura ta' għoti dirett tista' tintuża għal;
(a)  għotjiet ta' valur baxx lil difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lil mekkaniżmi għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju, biex jiffinanzjaw azzjonijiet ta' protezzjoni urġenti, fejn xieraq mingħajr il-ħtieġa ta' kofinanzjament, kif ukoll għall-medjaturi u atturi oħra tas-soċjetà ċivili involuti fi djalogu relatat mal-kriżi u l-kunflitti armati, fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, fir-rikonċiljazzjoni u fil-bini tal-paċi;
(b)  għotjiet, fejn xieraq mingħajr il-ħtieġa ta' kofinanzjament, biex jiffinanzjaw azzjonijiet fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli fejn il-pubblikazzjoni ta' sejħa għal proposti ma tkunx xierqa inklużi sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, theddid għal istituzzjonijiet demokratiċi, eskalazzjoni ta' kriżi, kunflitt armat fejn is-sigurtà tal-bniedem tkun l-aktar f'riskju jew fejn l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u d-difensuri, il-medjaturi u atturi oħra tas-soċjetà ċivili involuti fi djalogu relatat ma' kriżi u kunflitt armat, ir-rikonċiljazzjoni u l-bini tal-paċi joperaw taħt l-aktar kundizzjonijiet diffiċli. Għotjiet bħal dawn ma għandhomx jaqbżu l-EUR 1 000 000 u għandu jkollhom tul ta' żmien ta' mhux aktar minn 18-il xahar, li jista' jiġi estiż bi 12-il xahar ieħor fl-eventwalità ta' ostakli oġġettivi u mhux previsti għall-applikazzjoni tagħhom;
(c)  għotjiet lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll lill-Global Campus, liċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni, li jipprovdi Lawrja Ewropea ta' Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, u n-netwerk assoċjat tiegħu ta' universitajiet li jipprovdu diplomi postgraduate dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi boroż ta' studju lil studenti, riċerkaturi, għalliema u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi terzi.
(d)  Proġetti żgħar kif deskritti fl-Artikolu 23a tar-Regolament... [ir-Regolament NDICI].
L-appoġġ baġitarju kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, inkluż permezz ta' kuntratti ta' prestazzjoni ta' riforma tas-setturi, għandu jkun ibbażat fuq is-sjieda tal-pajjiż, dover ta' rendikont reċiproku u impenji kondiviżi għall-valuri universali, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem u l-istat tad-dritt u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab. Għandha tinkludi djalogu msaħħaħ ta' politika, żvilupp tal-kapaċità, u governanza mtejba, li jikkumplimentaw l-isforzi tas-sħab biex jiġbru aktar u jonfqu aħjar sabiex jappoġġaw żvilupp soċjoekonomiku sostenibbli u inklużiv li jkun ta' benefiċċju għal kulħadd, il-ħolqien ta' impjiegi deċenti, b'attenzjoni partikolari għaż-żgħażagħ, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-eliminazzjoni tal-faqar b'kunsiderazzjoni xierqa għall-ekonomiji lokali, id-drittijiet ambjentali u soċjali.
Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi pprovdut appoġġ baġitarju għandha tkun ibbażata fuq politiki ta' appoġġ baġitarju maqbula mill-Unjoni, sett ċar ta' kriterji ta' eliġibbiltà u evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji u l-benefiċċji. Wieħed mill-fatturi determinanti prinċipali ta' dik id-deċiżjoni għandu jkun valutazzjoni tal-impenn, ir-rekord u l-progress tal-pajjiżi sħab fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.
4.  L-appoġġ baġitarju għandu jiġi differenzjat b'mod li jwieġeb aħjar għall-kuntest politiku, ekonomiku u soċjali tal-pajjiż sieħeb, b'kont meħud tas-sitwazzjonijiet ta' fraġilità.
Meta tipprovdi appoġġ baġitarju f'konformità mal-Artikolu 236 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b'mod ċar u tissorvelja l-kriterji għall-kundizzjonalità tal-appoġġ baġitarju, inkluż il-progress fir-riformi u t-trasparenza, u għandha tappoġġa l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari, il-kapaċitajiet ta' awditjar nazzjonali, il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ u ż-żieda fit-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi ta' akkwist pubbliku b'saħħithom li jappoġġaw l-iżvilupp ekonomiku lokali u n-negozji lokali.
5.  L-iżborż tal-appoġġ baġitarju għandu jkun ibbażat fuq indikaturi li juru li jkun qiegħed isir progress sodisfaċenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet miftehma mal-pajjiż sieħeb