Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2606(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0219/2019

Testi mressqa :

B8-0219/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2019)0316

Testi adottati
PDF 168kWORD 57k
L-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Ċerti użu tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) (Grupa Azoty Zakłady Azotowe Kędzierzyn S.A.)
P8_TA-PROV(2019)0316B8-0219/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni parzjali għal ċerti użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Grupa Azoty Zakłady Azotowe Kędzierzyn S.A.) (D060866/01 – 2019/2606(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni parzjali għal ċerti użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Grupa Azoty Zakłady Azotowe Kędzierzyn S.A.) (D060866/01),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE(1) tal-Kummissjoni ("ir-Regolament REACH"), u b'mod partikolari l-Artikolu 64(8) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (SEAC)(2), skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 64(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2005 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-bis(2-etileksil) ftalat (DEHP), tal-ftalat tad-dibutil (DBP), tal-benżil-butil-ftalat (BBP) u tal-ftalat tad-diisobutil (DIBP)(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni XXX li tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-837/16(6),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-DEHP ġie miżjud fil-lista ta' sustanzi kandidati ta' tħassib serju ħafna skont ir-Regolament REACH fl-2008(7) minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu bħala tossiku għar-riproduzzjoni;

B.  billi d-DEHP ġie inkluż fl-Anness XIV tar-Regolament REACH fl-2011(8) minħabba dik il-klassifikazzjoni, l-użu mifrux tiegħu u l-volum kbir ta' produzzjoni fl-Unjoni(9), b'data tat-terminazzjoni tal-21 ta' Frar 2015;

C.  billi l-kumpaniji li riedu jkomplu jużaw id-DEHP kellhom jippreżentaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni sa Awwissu 2013; billi l-kumpanija Grupa Azoty, peress li ppreżentat l-applikazzjoni tagħha qabel dik l-iskadenza, tħalliet tkompli tuża d-DEHP sakemm tittieħed id-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 58 tar-Regolament REACH;

D.  billi l-Kummissjoni rċeviet l-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC f'Jannar 2015; billi d-dewmien tal-Kummissjoni fl-abbozzar tad-deċiżjoni de facto wassal biex l-użu kontinwu tad-DEHP ġie ttollerat għal aktar minn erba' snin wara d-data tat-terminazzjoni;

E.  billi fl-2014 id-DEHP ġie identifikat bħala sustanza bi proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali tal-annimali u l-bnedmin; billi l-lista ta' kandidati ġiet aġġornata skont dan fl-2014(10) fir-rigward tal-ambjent u fl-2017(11) fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem;

F.  billi r-Regolament (UE) 2018/2005 rrestrinġa l-użu tad-DEHP u ta' ftalati oħra f'ħafna oġġetti abbażi ta' riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem; billi l-RAC enfasizza, fil-kuntest ta' dik ir-restrizzjoni, il-fatt li "l-valutazzjoni tal-inċertezzi tissuġġerixxi li l-perikli u b'hekk ir-riskji mill-erba' ftalati jistgħu jkunu sottovalutati"(12);

G.  billi r-Regolament (UE) 2018/2005 rrestrinġa l-użu tad-DEHP u ta' ftalati oħra f'ħafna oġġetti, filwaqt li eżenta ċerti applikazzjonijiet; billi, minbarra l-esportazzjoni ta' formulazzjonijiet li fihom id-DEHP, l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni huwa għalhekk ta' rilevanza partikolari għal dawk l-applikazzjonijiet eżentati;

H.  billi, madankollu, tali applikazzjonijiet jistgħu jirrappreżentaw riskju inaċċettabbli għall-ambjent, b'mod partikolari minħabba l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali tad-DEHP;

I.  billi l-objettiv primarju tar-Regolament REACH huwa li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent fid-dawl tal-premessa 16 tiegħu, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea(13);

J.  billi skont l-Artikolu 55 u l-premessa 12 tar-Regolament REACH, is-sostituzzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna b'sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti hija għan ċentrali tal-awtorizzazzjoni;

K.  billi l-punt (d) tal-Artikolu 62(4) tar-Regolament REACH jirrikjedi li l-applikant jipprovdi rapport dwar is-sikurezza kimika skont l-Anness I;

L.  billi, f'dan il-każ, l-opinjoni tal-RAC identifikat nuqqasijiet kbar fl-informazzjoni pprovduta mill-applikant(14);

M.  billi l-RAC u l-Kummissjoni kkonkludew li l-applikant naqas milli juri li r-riskju kien ikkontrollat adegwatament skont l-Artikolu 60(2); billi l-RAC ikkonkluda wkoll li, kuntrarju għall-Artikolu 60(10), ir-riskju ma tnaqqasx għal livell baxx kemm daqs kemm hu teknikament u prattikament possibbli;

N.  billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jirrikonoxxi l-"informazzjoni limitata mressqa dwar l-esponiment fuq il-post tax-xogħol"(15), iżda minflok ma jirrifjuta l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 60(7), jirrikjedi li l-applikant jipprovdi d-data nieqsa fir-rapport ta' rieżami tiegħu 18-il xahar wara l-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni(16);

O.  billi r-rapport ta' rieżami, previst fl-Artikolu 61, mhuwiex maħsub biex jagħti aktar żmien lill-kumpaniji biex jikkompletaw l-informazzjoni li kellha tiġi pprovduta inizjalment, iżda huwa maħsub biex jiżgura li l-informazzjoni pprovduta inizjalment fl-applikazzjoni tkun għadha aġġornata wara perjodu stabbilit, inkluż, b'mod partikolari, fir-rigward ta' jekk sarux disponibbli alternattivi ġodda;

P.  billi l-Qorti Ġenerali ddikjarat b'mod ċar li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 60(8) u (9) ma jistgħux jintużaw legalment biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet jew il-lakuni potenzjali fl-informazzjoni pprovduta mill-applikant għall-awtorizzazzjoni(17);

Q.  billi l-Artikolu 60(4) jipprevedi obbligu li jintwera li l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-użu tas-sustanza huma ferm akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent u li l-ebda sustanza alternattiva xierqa mhija disponibbli;

R.  billi l-opinjoni tal-SEAC enfasizzat nuqqasijiet sinifikanti fl-analiżi soċjoekonomika ppreżentata mill-applikant, riflessi wkoll fl-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni(18);

S.  billi, fid-dawl tal-Artikolu 55 u l-Artikolu 60(4), applikant jeħtieġ li jagħti prova li m'hemmx alternattivi xierqa għall-użi li applika għalihom;

T.  billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jirrikonoxxi li l-użu 2 ma kienx speċifiku biżżejjed(19); billi l-SEAC sab nuqqasijiet serji fl-applikazzjoni fir-rigward tad-disponibbiltà ta' alternattivi(20)(21);

U.  billi mhijiex ġustifikazzjoni leġittima għall-applikant li jiddependi fuq l-istatus tiegħu bħala manifattur tas-sustanza biex ma jipprovdix biżżejjed informazzjoni dwar l-adegwatezza ta' alternattivi għall-użi koperti fl-applikazzjoni;

V.  billi, minħabba n-nuqqasijiet fid-data pprovduta, membru tal-SEAC ma qabilx uffiċjalment mal-konklużjoni tal-SEAC dwar in-nuqqas ta' alternattivi xierqa(22);

W.  billi l-Artikolu 60(5) ma jistax jiġi interpretat li jfisser li l-adegwatezza tal-alternattivi mill-perspettiva tal-applikant hija l-fattur uniku u determinanti; billi l-Artikolu 60(5) ma jistabbilix lista eżawrjenti tal-informazzjoni li għandha titqies fl-analiżi tal-alternattivi; billi l-punt (c) tal-Artikolu 60(4) jirrikjedi wkoll ukoll li titqies l-informazzjoni minn kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi; billi l-informazzjoni pprovduta fil-konsultazzjoni pubblika diġà wriet, dak iż-żmien, id-disponibbiltà ta' alternattivi għall-użi koperti(23);

X.  billi l-Qorti Ġenerali fakkret lill-Kummissjoni li, sabiex tagħti legalment awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 60(4), hija għandha tivverifika ammont suffiċjenti ta' informazzjoni sostanzjali u verifikabbli sabiex tikkonkludi jew li mhija disponibbli l-ebda alternattiva xierqa għal kwalunkwe wieħed mill-użi koperti fl-applikazzjoni jew li l-inċertezzi li għad baqa' dwar in-nuqqas ta' alternattivi disponibbli, fid-data tal-adozzjoni tal-awtorizzazzjoni, huma negliġibbli(24);

Y.  billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jagħti l-kunsiderazzjoni tal-"informazzjoni l-ġdida disponibbli mill-proċess ta' restrizzjoni"(25) bħala raġuni għad-dewmien fl-adozzjoni tagħha; billi, għalhekk, huwa sorprendenti li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni naqas milli jikkunsidra d-disponibbiltà ta' alternattivi li hija dokumentata b'mod ċar fid-dossier tar-restrizzjoni(26); billi l-alternattivi msemmija fil-proposta dwar ir-restrizzjoni huma rilevanti wkoll għal użi koperti fl-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni(27);

Z.  billi l-applikant innifsu ħabbar li issa m'għadux juża l-ortoftalati, inkluż id-DEHP(28);

AA.  billi, finalment, il-Kummissjoni ma qisitx il-fatt li d-DEHP ġie rikonoxxut uffiċjalment bħala interferent endokrinali li jaffettwa s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent; billi din l-informazzjoni kellha titqies mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-valutazzjoni soċjoekonomika skont l-Artikolu 60(4), peress li inkella l-benefiċċji ta' rifjut tal-awtorizzazzjoni jkunu sottovalutati;

AB.  billi, għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni proposta mill-Kummissjoni tikser l-Artikoli 60(4) u 60(7) tar-Regolament REACH;

AC.  billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jippremja lil min jibqa' lura, u jaffettwa b'mod negattiv lill-kumpaniji li investew f'alternattivi(29);

AD.  billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jiddikjara li "l-Kummissjoni ħadet nota" tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2015; billi ħafna min-nuqqasijiet strutturali fl-implimentazzjoni tal-kapitolu tal-awtorizzazzjoni tar-Regolament REACH li l-Parlament enfasizza f'dik ir-riżoluzzjoni jivvizzjaw ukoll l-abbozz preżenti ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni(30);

AE.  billi l-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari: alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart(31), tenna li "t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari tirrikjedi l-applikazzjoni stretta tal-ġerarkija tal-iskart u, fejn possibbli, l-eliminazzjoni gradwali ta' sustanzi ta' tħassib, b'mod partikolari fejn diġà jeżistu jew se jiġu żviluppati alternattivi aktar sikuri";

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid li jirrifjuta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni ttemm malajr l-użu tad-DEHP fl-applikazzjonijiet li fadal kollha, speċjalment minħabba l-fatt li huma disponibbli alternattivi aktar sikuri għall-PVC artab u għad-DEHP;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC għall-użu 1 – https://echa.europa.eu/documents/10162/99c8c723-b76e-4ca4-a747-6e1b59a8d7f7; u 2 – https://echa.europa.eu/documents/10162/29db4e36-94dd-41bd-b9ea-9d0f08fbbac7
(3) ĠU L 322, 18.12.2018, p. 14.
(4) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(5) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 96.
(6) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2019, L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni, T-837/16, ECLI:EU:T:2015:144, disponibbli fuq http://curia.europa.eu/juris/documents.jsf?oqp=&for=&mat=or&lgrec=en&jge=&td=%3BALL&jur=C%2CT%2CF&num=T-837%252F16&page=1&dates=&pcs=Oor&lg=&pro=&nat=or&cit=none%252CC%252CCJ%252CR%252C2008E%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252Ctrue%252Cfalse%252Cfalse&language=mt&avg=&cid=5704206.
(7) https://echa.europa.eu/documents/10162/c94ac248-378f-4058-9907-205b497c286e
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2011 tas-17 ta' Frar 2011 li jemenda l-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi ("REACH"), (ĠU L 44, 18.2.2011, p. 2)
(9) https://echa.europa.eu/documents/10162/6f89a308-c467-4836-ae1e-9c6163a9ae10
(10) https://echa.europa.eu/documents/10162/30b654ce-1de3-487a-8696-e05617c3173b
(11) https://echa.europa.eu/documents/10162/88c20879-606b-03a6-11e4-9edb90e7e615
(12) "Il-valutazzjoni tal-inċertezzi tissuġġerixxi li l-perikli u b'hekk ir-riskji mill-erba' ftalati jistgħu jkunu sottovalutati. Id-DNELs għad-DEHP u l-BBP jistgħu jkunu aktar baxxi minn dawk li huma derivati attwalment. Għadd ta' studji sperimentali u epidemjoloġiċi ssuġġerew effetti possibbli fuq is-sistema immunitarja, is-sistema metabolika u l-iżvilupp newroloġiku. Uħud minn dawn l-istudji jindikaw li t-tossiċità riproduttiva tista' ma tkunx l-aktar punt tat-tmiem sensittiv u li d-DNELs magħżula jistgħu ma jkunux protettivi biżżejjed kontra dawn l-effetti l-oħra. Barra minn hekk, il-Kumitat tal-Istati Membri (MSC) ikkonferma li dawn l-erba' ftalati huma interferenti endokrinali relatati mas-saħħa tal-bniedem u l-Kummissjoni qed tikkunsidra li tidentifikahom bħala sustanzi ta' tħassib ekwivalenti skont l-Artikolu 57(f) tar-REACH. Dan iqajjem inċertezzi addizzjonali bir-riskju ta' dawn is-sustanzi." Ara https://www.echa.europa.eu/documents/10162/713fd91d-2919-0575-836a-f66937202d66, p. 9.
(13) Kawża C-558/07, S.P.C.M. SA u Oħrajn vs Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs, § 45, ECLI:EU:C:2009:430
(14) "L-RAC jevalwa li d-data dwar l-esponiment ippreżentata fis-CSR mhijiex rappreżentattiva għall-kamp ta' applikazzjoni estensiv tal-applikazzjoni. Għalhekk, valutazzjoni tal-esponiment b'bażi soda mill-RAC mhijiex possibbli. L-evalwazzjonijiet li ġejjin huma bbażati biss fuq bażi ta' data b'nuqqasijiet u, għaldaqstant, ma tantx huma sinifikanti għall-valutazzjoni tar-riskju li ġejja" - ara l-opinjoni tal-RAC dwar l-użu 2, p. 10.
(15) Abbozz ta' deċiżjoni §17.
(16) Abbozz ta' deċiżjoni §17.
(17) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2019, L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni, Kawża T-837/16, §82-83, ECLI:EU:T:2019:144..
(18) "valutazzjoni kwantitattiva tal-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem tal-użu kontinwu ma kinitx possibbli minħabba limitazzjonijiet fl-informazzjoni disponibbli" - abbozz ta' deċiżjoni, §5.
(19) Abbozz ta' deċiżjoni §18.
(20) "il-konklużjoni tal-applikant rigward l-adegwatezza u d-disponibbiltà ta' alternattivi ... mhijiex ġustifikata biżżejjed" – Opinjoni tal-SEAC dwar l-użu 2, p. 18.
(21) "il-valutazzjoni tal-alternattivi ma tindirizzax b'mod speċifiku s-sitwazzjonijiet differenti koperti mill-kamp ta' applikazzjoni wiesa' ħafna ta' din l-applikazzjoni u għalhekk ma turix li l-alternattivi mhumiex teknikament fattibbli" – Opinjoni tal-SEAC dwar l-użu 2, p. 19.
(22) Ara l-Opinjoni tal-Minoranza: https://echa.europa.eu/documents/10162/7211effb-0e5a-430b-a1f1-15114cb9fcc9
(23) https://echa.europa.eu/comments-public-consultation-0003-02, ara b'mod partikolari l-linja 56.
(24) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2019, L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni, Kawża T-837/16, §86, ECLI:EU:T:2019:144.
(25) Abbozz ta' deċiżjoni § 3.
(26) "Alternattivi teknikament fattibbli b'riskju aktar baxx fil-preżent huma disponibbli bi prezzijiet simili għall-użi kollha fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proposta" – https://www.echa.europa.eu/documents/10162/713fd91d-2919-0575-836a-f66937202d66
(27) https://www.echa.europa.eu/documents/10162/713fd91d-2919-0575-836a-f66937202d66, p. 69 — ara "applikazzjonijiet" fit-tabella li tkopri wkoll l-użi esterni.
(28) http://grupaazoty.com/en/wydarzenia/plastyfikatory-nieftalanowe.html
(29) Ara pereżempju, https://marketplace.chemsec.org/Alternative/Non-phthalate-plasticizer-for-extreme-applications-302; https://marketplace.chemsec.org/Alternative/Safe-plasticizer-for-demanding-outdoor-applications-298
(30) Ara b'mod partikolari l-premessi N, O, P u R ta' dik ir-riżoluzzjoni.
(31) Testi adottati, P8_TA(2018)0353.

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Marzu 2019Avviż legali