Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0178(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0175/2019

Testi mressqa :

A8-0175/2019

Dibattiti :

PV 28/03/2019 - 6
CRE 28/03/2019 - 6

Votazzjonijiet :

PV 28/03/2019 - 8.7

Testi adottati :

P8_TA(2019)0325

Testi adottati
PDF 331kWORD 96k
Il-Ħamis, 28 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
It-twaqqif ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli ***I
P8_TA-PROV(2019)0325A8-0175/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (COM(2018)0353 – C8-0207/2018 – 2018/0178(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0353),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8‑0207/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta’ Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0175/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 80
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  F'Marzu 2018, il-Kummissjoni ppubblikat il-Pjan ta' Azzjoni tagħha "Niffinanzjaw it-Tkabbir Sostenibbli" (Financing Sustainable Growth)25 fejn waqqfet strateġija ambizzjuża u komprensiva dwar il-finanzjament sostenibbli. Wieħed mill-għanijiet stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni huwa li tingħata direzzjoni ġdida lill-flussi tal-kapital lejn investiment sostenibbli sabiex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklussiv. It-twaqqif ta' sistema unika ta' klassifikazzjoni għall-attivitajiet sostenibbli hija l-azzjoni l-aktar importanti u urġenti prevista mill-Pjan ta' Azzjoni. Il-Pjan ta' Azzjoni jirrikonoxxi li l-bidla tal-flussi tal-kapital lejn attivitajiet iktar sostenibbli trid tkun appoġġjata minn fehim kondiviż ta' xi jfisser "sostenibbli". Bħala l-ewwel pass, jenħtieġ li l-investituri jiġu infurmati dwar l-investimenti li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli bi gwida ċara dwar l-attivitajiet li jitqiesu li jikkontribwixxu għall-għanijiet ambjentali. Fi stadju ulterjuri tista' tiġi żviluppata gwida oħra dwar l-attivitajiet li jikkontribwixxu għal għanijiet sostenibbli oħra, inkluż għanijiet soċjali.
(6)  F'Marzu 2018, il-Kummissjoni ppubblikat il-Pjan ta' Azzjoni tagħha "Niffinanzjaw it-Tkabbir Sostenibbli" (Financing Sustainable Growth)25 fejn waqqfet strateġija ambizzjuża u komprensiva dwar il-finanzjament sostenibbli. Wieħed mill-għanijiet stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni huwa li tingħata direzzjoni ġdida lill-flussi tal-kapital lejn investiment sostenibbli sabiex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklussiv. It-twaqqif ta' sistema unika ta' klassifikazzjoni u ta' indikaturi għall-identifikazzjoni tal-livell ta' sostenibbiltà tal-attivitajiet huma l-azzjoni l-aktar importanti u urġenti prevista mill-Pjan ta' Azzjoni. Il-Pjan ta' Azzjoni jirrikonoxxi li l-bidla tal-flussi tal-kapital lejn attivitajiet iktar sostenibbli trid tkun appoġġata minn fehim kondiviż u olistiku tal-impatt ta' attivitajiet ekonomiċi u investimenti fuq is-sostenibbiltà ambjentali u l-effiċjenza fir-riżorsi. Bħala l-ewwel pass, gwida ċara dwar attivitajiet li jikkwalifikaw bħala li jikkontribwixxu għall-għanijiet ambjentali jenħtieġ li jgħinu biex jinfurmaw lill-investituri dwar l-investimenti li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi skont il-livell ta' sostenibbiltà tagħhom. Bir-rikonoxximent tal-Għanijiet tas-Sostenibbiltà tan-NU u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa tal-20 ta' Ġunju 2017, jenħtieġ ukoll li tiġi żviluppata gwida oħra dwar l-attivitajiet li jikkontribwixxu għal għanijiet sostenibbli oħra, inkluż għanijiet soċjali u ta' governanza, li b'hekk tiġi implimentata b'mod sħiħ, koerenti, komprensiv, integrat u effettiv l-Aġenda 2030.
_________________
_________________
25 COM(2018) 97 final.
25 COM(2018) 97 final.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Filwaqt li tirrikonoxxi l-urġenza li tindirizza t-tibdil fil-klima, enfasi limitata fuq l-esponiment għall-karbonju jista' jkollha riperkussjonijiet negattivi billi tidderieġi l-flussi tal-investiment lejn miri li jġorru riskji ambjentali oħrajn. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji adegwati biex jiżguraw li l-attivitajiet ekonomiċi ma jagħmlux ħsara lil għanijiet ambjentali oħra, bħall-bijodiversità u l-effiċjenza tal-enerġija. L-investituri jeħtieġu informazzjoni komparabbli u olistika fir-rigward tar-riskji ambjentali u l-impatt tagħhom, sabiex jivvalutaw il-portafolli tagħhom lil hinn mill-esponiment għall-karbonju.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
(6b)  Minħabba l-urġenza f'diversi oqsma interkonnessi ta' degradazzjoni ambjentali u konsum żejjed ta' riżorsi, hemm bżonn li jittieħed approċċ sistemiku għal tendenzi negattivi li qed jikbru b'mod esponenzjali, bħat-telfien tal-bijodiversità, il-konsum żejjed globali tar-riżorsi, id-dehra ta' theddid ġdid inklużi kimiċi perikolużi u t-taħlitiet tagħhom, l-iskarsezza nutrizzjonali, it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tal-ożonu, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani, it-tnaqqis tal-ilma ħelu, u t-tibdil fis-sistema tal-art. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu jħarsu 'l quddiem u huma kbar biżżejjed għall-isfidi li ġejjin. L-iskala ta' dawk l-isfidi tirrikjedi approċċ olistiku u ambizzjuż u l-applikazzjoni ta' prinċipju strett ta' prekawzjoni.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Ir-Rapport Fuq Inizjattiva Proprja tal-Parlament Ewropew dwar il-Finanzi Sostenibbli tad-29 ta' Mejju 2018 jistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-indikaturi tas-sostenibbiltà u tat-tassonomija, bħala inċentiv għall-investiment sostenibbli. Jenħtieġ li tiġi żgurata konsistenza bejn il-leġiżlazzjoni rilevanti.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  L-iskala tal-isfida tinvolvi sistema finanzjarja sħiħa li titmexxa b'mod gradwali biex tappoġġja l-ekonomija biex din tiffunzjona fuq bażi sostenibbli. Għal dak il-għan, jeħtieġ li l-finanzi sostenibbli jiddaħħlu fil-proċess ġenerali, u jeħtieġ li jitqies l-impatt tas-sostenibbiltà fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi finanzjarji.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  L-offerta ta' prodotti finanzjarji li jfittxu għanijiet ambjentalment sostenibbli hija mod effettiv ta' kif l-investiment privat imur f'attivitajiet sostenibbli. Ir-rekwiżiti nazzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti finanzjarji u bonds korporattivi bħala investimenti sostenibbli, b'mod partikolari rekwiżiti li jippermetti lill-atturi rilevanti tas-suq li jużaw tikketta nazzjonali, għandhom l-għan li jtejbu l-fiduċja tal-investitur, biex joħolqu l-viżibbiltà u jindirizzaw it-tħassib dwar "greenwashing". Il-greenwashing hija prattika fejn jinkiseb vantaġġ kompetittiv inġust permezz tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott finanzjarju bħala favur l-ambjent, meta fil-fatt ma jkunux jissodisfa l-istandards ambjentali minimi. Bħalissa xi ftit Stati Membri għandhom skemi ta' tikkettar. Huma jibnu fuq tassonomiji differenti li jikklassifikaw l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Fid-dawl tal-impenji politiċi taħt il-Ftehim ta' Pariġi u fuq livell Ewropew, x'aktarx li aktar u aktar Stati Membri se jintroduċu skemi ta' tikkettar jew rekwiżiti oħra fuq l-atturi tas-suq b'rabta mal-prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi ppreżentati bħala ambjentalment sostenibbli. B'hekk, l-Istati Membri jkunu qegħdin jużaw it-tassonomiji nazzjonali tagħhom biex jiddeterminaw liema investimenti jikkwalifikaw bħala sostenibbli. Jekk dawn ir-rekwiżiti nazzjonali huma bbażati fuq kriterji differenti biex jiġi determinat liema attivitajiet ekonomiċi jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli, l-investituri ma jkollhomx interess jinvestu mal-fruntieri, minħabba d-diffikultajiet fi tqabbil tal-opportunitajiet differenti ta' investiment. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi li jixtiequ jattiraw l-investiment minn madwar l-Unjoni jkollhom jissodisfaw kriterji differenti f'diversi Stati Membri sabiex l-attivitajiet tagħhom jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli għall-finijiet tat-tikketti differenti. In-nuqqas ta' kriterji komuni b'hekk iżidu l-ispejjeż u joħolqu diżinċentiv sinifikanti għall-operaturi ekonomiċi, li jirriżulta f'impediment għall-aċċess transfruntier tas-swieq kapitali għall-investmenti sostenibbli. L-ostakli għall-aċċess għas-swieq kapitali transfruntiera sabiex jinġabru fondi għall-proġetti sostenibbli huma mistennija li jkompli jikbru. Il-kriterji biex jiġi determinat jekk attività ekonomika hix ambjentalment sostenibbli għalhekk jenħtieġ li jiġu armonizzati fuq livell Ewropew, sabiex jitneħħew l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u jiġi evitat li jerġgħu jitfaċċaw 'il quddiem. B'din l-armonizzazzjoni l-operaturi ekonomiċi jsibuha aktar faċli biex jiġbru fondi għall-attivitajiet ambjentali tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri, għaliex l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom jistgħu jitqabblu ma' kriterji uniformi sabiex jintgħażlu bħala assi sottostanti għall-investimenti ambjentalment sostenibbli. B'hekk isir aktar faċli biex jiġi attirat l-investiment bejn il-fruntieri fl-Unjoni.
(9)  L-offerta ta' prodotti finanzjarji li jfittxu għanijiet ambjentalment sostenibbli hija mod effettiv ta' kif jiġi gradwalment imċaqlaq l-investiment privat minn attivitajiet b'impatt ambjentali negattiv u lejn attivitajiet aktar sostenibbli. Ir-rekwiżiti nazzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti finanzjarji, servizzi u bonds korporattivi bħala investimenti sostenibbli, kif definit f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari rekwiżiti li jippermetti lill-atturi rilevanti tas-suq li jużaw tikketta nazzjonali, għandhom l-għan li jtejbu l-fiduċja tal-investitur u s-sensibilizzazzjoni tar-riskji, biex joħolqu l-viżibbiltà u jindirizzaw it-tħassib dwar "greenwashing". Il-greenwashing hija prattika fejn jinkiseb vantaġġ kompetittiv inġust permezz tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott finanzjarju bħala favur l-ambjent, meta fil-fatt ma jkunux jissodisfa l-istandards ambjentali minimi. Bħalissa xi ftit Stati Membri għandhom skemi ta' tikkettar. Huma jibnu fuq tassonomiji differenti li jikklassifikaw l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Fid-dawl tal-impenji politiċi taħt il-Ftehim ta' Pariġi u fuq livell Ewropew, x'aktarx li aktar u aktar Stati Membri se jintroduċu skemi ta' tikkettar jew rekwiżiti oħra fuq l-atturi tas-suq b'rabta mal-prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi ppreżentati bħala ambjentalment sostenibbli. B'hekk, l-Istati Membri jkunu qegħdin jużaw it-tassonomiji nazzjonali tagħhom biex jiddeterminaw liema investimenti jikkwalifikaw bħala sostenibbli. Jekk dawn ir-rekwiżiti nazzjonali huma bbażati fuq kriterji u indikaturi differenti biex jiġi determinat liema attivitajiet ekonomiċi jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli, l-investituri ma jkollhomx interess jinvestu mal-fruntieri, minħabba d-diffikultajiet fi tqabbil tal-opportunitajiet differenti ta' investiment. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi li jixtiequ jattiraw l-investiment minn madwar l-Unjoni jkollhom jissodisfaw kriterji differenti f'diversi Stati Membri sabiex l-attivitajiet tagħhom jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli għall-finijiet tat-tikketti differenti. In-nuqqas ta' kriterji u indikaturi komuni se jidderieġi l-investimenti b'mod ambjentalment ineffettiv, u f'xi każijiet kontroproduttiv, u jwassal għal miri ambjentali u ta' sostenibbiltà mhux issodisfati. Dak in-nuqqas b'hekk iżid l-ispejjeż u joħloq diżinċentiv sinifikanti għall-operaturi ekonomiċi, li jirriżulta f'impediment għall-aċċess transfruntier tas-swieq kapitali għall-investmenti sostenibbli. L-ostakli għall-aċċess għas-swieq kapitali transfruntiera sabiex jinġabru fondi għall-proġetti sostenibbli huma mistennija li jkompli jikbru. Il-kriterji u l-indikaturi biex jiġi determinat il-grad ta' sostenibbiltà ta' attività ekonomika jenħtieġ li jiġu armonizzati gradwalment fuq livell Ewropew, sabiex jitneħħew l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u jiġi evitat li jerġgħu jitfaċċaw 'il quddiem. B'din l-armonizzazzjoni tal-informazzjoni, tal-metriċi u tal-kriterji, l-operaturi ekonomiċi jsibuha aktar faċli biex jiġbru fondi għall-attivitajiet ambjentalment sostenibbli tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri, għaliex l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom jistgħu jitqabblu ma' kriterji u indikaturi uniformi sabiex jintgħażlu bħala assi sottostanti għall-investimenti ambjentalment sostenibbli. B'hekk isir aktar faċli biex jiġi attirat l-investiment bejn il-fruntieri fl-Unjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   Sabiex l-Unjoni tilħaq l-impenji ambjentali u klimatiċi tagħha, jeħtieġ li jiġu mobilizzati l-investimenti privati. Biex jintlaħaq, dan jirrikjedi ppjanar fit-tul kif ukoll stabbiltà u prevedibbiltà regolatorja għall-investituri. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat qafas ta' politika koerenti għall-investimenti sostenibbli, huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jibnu fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Barra minn hekk, jekk il-parteċipanti tas-suq ma jagħtux spjegazzjoni lill-investituri ta' kif l-attivitajiet li jinvestu fihom jikkontribwixxu lejn għanijiet ambjentali, jew jekk jużawx kunċetti differenti fl-ispjegazzjoni tagħhom ta' x'inhi attività ekonomika "sostenibbli", l-investituri jsibu piż sproporzjonat biex jivverifikaw u jqabblu dawn il-prodotti finanzjarji differenti. Instab li dan l-aspett ma jħajjarx lill-investituri biex jinvestu fi prodotti finanzjarji ekoloġiċi. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' fiduċja fl-investituri għandu effetti negattivi importanti fuq is-suq għall-investiment sostenibbli. Intwera wkoll li regoli nazzjonali jew inizjattivi bbażati fuq is-suq li jkunu ttieħdu biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni ġewwa l-fruntieri nazzjonali jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq intern. Jekk il-parteċipanti tas-suq finanzjarju jiżvelaw kif il-prodotti finanzjarji li qegħdin isostnu huma favur l-ambjent jissodisfaw l-għanijiet ambjentali, u għal dan l-iżvelar jużaw kriterji komuni mal-Unjoni dwar fiex tikkonsisti attività ekonomika ambjentalment sostenibbli, din tgħin lill-investituri jqabblu l-opportunitajiet ta' investiment favur l-ambjent mal-fruntieri. L-investituri jinvestu fi prodotti finanzjarji ekoloġiċi b'aktar fiduċija madwar l-Unjoni, li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern.
(10)  Barra minn hekk, jekk il-parteċipanti tas-suq ma jiżvelawx kif l-attivitajiet li jinvestu fihom jikkontribwixxu b'mod negattiv jew pożittiv lejn għanijiet ambjentali, jew jekk jużawx metriċi u kriterji għad-determinazzjoni tal-impatt fl-ispjegazzjoni tagħhom tal-grad tas-sostenibbiltà ambjentali ta' attività ekonomika, l-investituri jsibu piż sproporzjonat biex jivverifikaw u jqabblu l-prodotti finanzjarji differenti. Instab li dan l-aspett ma jħajjarx lill-investituri biex jinvestu fi prodotti finanzjarji sostenibbli. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' fiduċja fl-investituri għandu effetti negattivi importanti fuq is-suq għall-investiment sostenibbli. Intwera wkoll li regoli nazzjonali jew inizjattivi bbażati fuq is-suq li jkunu ttieħdu biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni ġewwa l-fruntieri nazzjonali jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq intern. Jekk il-parteċipanti tas-suq finanzjarju jiżvelaw kif il-prodotti finanzjarji li qegħdin isostnu huma favur l-ambjent jissodisfaw l-għanijiet ambjentali, u għal dan l-iżvelar jużaw kriterji komuni mal-Unjoni dwar fiex tikkonsisti attività ekonomika ambjentalment sostenibbli, din tgħin lill-investituri jqabblu l-impatt ambjentali tal-opportunitajiet ta' investiment mal-fruntieri u se tinċentivizza d-destinatarji ta' investiment biex jagħmlu l-mudelli ta' negozju tagħhom aktar sostenibbli. L-investituri jinvestu fi prodotti finanzjarji ekoloġiċi b'aktar fiduċija madwar l-Unjoni, li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Sabiex jitwassal impatt fuq is-sostenibbiltà usa' u ambjentalment sinifikanti, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv mhux meħtieġ fuq il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-partijiet ikkonċernati u biex jiġi ffaċilitat it-tkabbir tas-swieq finanzjarji Ewropej li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi sostenibbli, it-tassonomija jenħtieġ li tkun ibbażata fuq indikaturi u kriterji armonizzati, komparabbli u uniformi, inklużi tal-inqas l-indikaturi ta' ekonomija ċirkolari. Dawk l-indikaturi jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-metodoloġija unifikata tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja u li jiġu applikati fl-inizjattivi regolatorji tal-Unjoni. Jenħtieġ li jkunu l-bażi għall-valutazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi u l-investimenti fir-riskju u l-impatt fuq l-ambjent. Kwalunkwe sovrappożizzjoni fir-regolament li ma tkunx konformi mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar u ma tkunx applikata b'mod proporzjonat trid tiġi evitata bl-għan li tinħoloq terminoloġija konsistenti u qafas regolatorju ċar. Kwalunkwe piż mhux meħtieġ kemm tal-awtoritajiet, kif ukoll tal-istituzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jiġi evitat ukoll. Fl-istess perspettiva, il-kamp ta' applikazzjoni u l-użu ta' kriterji ta' skrinjar tekniċi kif ukoll ir-rabta ma' inizjattivi oħrajn jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar qabel ma t-tassonomija u l-kriterji li jappartjenu għaliha jidħlu fis-seħħ. L-istabbiliment ta' kriterji armonizzati għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli jenħtieġ li jqis il-kompetenza tal-Istati Membri f'oqsma differenti tal-politika. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament japplikaw b'mod proporzjonat għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi kif definit skont dan ir-Regolament.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10b (ġdida)
(10b)  L-indikaturi jenħtieġ li jkunu armonizzati abbażi tal-impenji eżistenti, bħalma hija l-ħidma tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Ambjentali Ewropea u l-OECD, fost oħrajn, u jenħtieġ li jidentifikaw l-impatt ambjentali f'termini tas-CO2 u emissjonijiet oħra, il-bijodiversità, il-produzzjoni tal-iskart, l-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, il-materji primi, l-ilma, u l-użu tal-art dirett u indirett, kif stabbilit fil-qafas tal-monitoraġġ tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija ċirkolari (COM/2018/29 final), il-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkulari (COM/2015/0614 final) u fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-effiċjenza tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (2014/2208(INI)). Barra minn hekk, l-indikaturi jenħtieġ li jitfasslu wkoll filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti dwar l-Appoġġ għall-Finanzjament tal-Ekonomija Ċirkolari tal-Kummissjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa kif tintegra x-xogħol ta' dan il-grupp ta' esperti mat-TEG. Jenħtieġ li l-indikaturi jqisu l-istandards sostenibbli rikonoxxuti fuq livell internazzjonali.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Biex jindirizzaw l-ostakoli eżistenti fil-funzjonament tas-suq intern u biex jevitaw it-tfaċċar ta' dawn l-ostakoli fil-futur, l-Istati Membri jenħtieġ li jintalbu jużaw kunċett komuni ta' investiment ambjentalment sostenibbli meta jistabbilixxu rekwiżiti għal atturi tas-suq għall-finijiet ta' tikkettar ta' prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi ppreżentati bħala ambjentalment sostenibbli fuq livell nazzjonali. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li l-maniġers tal-fondi u l-investituri istituzzjonali li jgħidu li qegħdin isegwu għanijiet ambjentali jużaw l-istess kunċett ta' investiment ambjentalment sostenibbli meta' jiżvelaw kif se jilħqu dawk l-għanijiet.
(11)  Biex jindirizzaw l-ostakoli eżistenti fil-funzjonament tas-suq intern u biex jevitaw it-tfaċċar ta' dawn l-ostakoli fil-futur, l-Istati Membri u l-Unjoni jenħtieġ li jintalbu jużaw kunċett komuni rigward il-grad ta' sostenibbiltà ambjentali ta' investiment meta jistabbilixxu rekwiżiti għal atturi tas-suq għall-finijiet ta' tikkettar ta' prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi ppreżentati bħala ambjentalment sostenibbli fuq livell nazzjonali. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li l-maniġers tal-fondi u l-investituri istituzzjonali li jgħidu li qegħdin isegwu għanijiet ambjentali jużaw l-istess kunċett ta' investiment ambjentalment sostenibbli u l-istess indikaturi, metriċi u kriterji biex jikkalkulaw l-impatt ambjentali meta' jiżvelaw kif se jilħqu dawk l-għanijiet.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  It-twaqqif ta' kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli jistgħu jħeġġu lill-kumpaniji biex jiżvelaw fuq is-siti webtagħhom, fuq bażi volontarja, informazzjoni dwar l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli li jwettqu. Din l-informazzjoni tgħin mhux biss lill-atturi rilevanti fis-swieq finanzjarji biex jidentifikaw malajr liema kumpaniji jwettqu attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, iżda se tiffaċilitalhom ukoll il-ġbir ta' fondi għall-attivitajiet ambjentali tagħhom.
(12)  L-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-attivitajiet se tgħin lill-atturi rilevanti fis-swieq finanzjarji biex jidentifikaw u jiddeterminaw faċilment il-grad ta' sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi mwettqa mill-kumpaniji, iżda se tiffaċilitalhom ukoll il-ġbir ta' fondi.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Jenħtieġ li klassifikazzjoni tal-Unjoni ta' attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli tippermetti l-iżvilupp ta' politiki futuri tal-Unjoni, inklużi standards mal-Unjoni kollha għal prodotti finanzjarji ambjentalment sostenibbli u eventwalment it-twaqqif ta' tikketti li formalment jirrikonoxxu l-konformità ma' dawk l-istandards madwar l-Unjoni. Rekwiżiti legali uniformi sabiex l-investimenti jitqiesu bħala investimenti ambjentalment sostenibbli, ibbażati fuq kriterji uniformi għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, huma meħtieġa bħala referenza għal leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni li għandha l-għan li tippermetti dawk l-investimenti.
(13)  Jenħtieġ li indikaturi madwar l-Unjoni rilevanti għad-determinazzjoni tal-impatt ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi jippermettu l-iżvilupp ta' politiki u strateġiji futuri tal-Unjoni, inklużi standards mal-Unjoni kollha għal prodotti finanzjarji ambjentalment sostenibbli u eventwalment it-twaqqif ta' tikketti li formalment jirrikonoxxu l-konformità ma' dawk l-istandards madwar l-Unjoni, kif ukoll li jkunu l-bażi għal miżuri oħra ekonomiċi, regolatorji u prudenzjali. Rekwiżiti legali uniformi sabiex jitqies il-grad ta' sostenibbiltà ambjentali tal-investimenti, ibbażati fuq kriterji uniformi għad-determinazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi u indikaturi komuni għal valutazzjoni tal-impatti ambjentali fuq l-investimenti, huma meħtieġa bħala referenza għal leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni li għandha l-għan li tiffaċilita l-bidla minn investimenti b'impatt ambjentali negattiv għal investimenti b'impatt pożittiv.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Fil-kuntest tal-kisba tal-SDGs fl-Unjoni, l-għażla tal-politiki bħal l-ħolqien ta' Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, intwerew li huma effettivi għaliex jagħtu sehemhom fit-twassil ta' investiment privat flimkien man-nefqa pubblika lejn investimenti sostenibbli. Ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jispeċifika mira għall-investiment fl-ambjent ta' 40 % għal proġetti ta' infrastruttura u ta' innovazzjoni taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi. Il-kriterji komuni għas-sostenibbiltà tal-attivitajiet ekonomiċi jistgħu jservu ta' pedament għal inizjattivi futuri simili tal-Unjoni li jappoġġjaw l-investiment li għandu għanijiet marbuta mal-klima jew għanijiet ambjentali oħra.
(14)  Fil-kuntest tal-kisba tal-SDGs fl-Unjoni, l-għażliet tal-politiki bħall-ħolqien ta' Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, jistgħu jkunu effettivi għaliex jagħtu sehemhom fil-mobilizzazzjoni u fit-twassil ta' investiment privat flimkien man-nefqa pubblika lejn investimenti sostenibbli. Ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27 jispeċifika mira għall-investiment orizzontali fl-ambjent ta' 40 % għal proġetti ta' infrastruttura u ta' innovazzjoni taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi. Il-kriterji komuni għas-sostenibbiltà tal-attivitajiet ekonomiċi u indikaturi komuni għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jistgħu jservu ta' pedament għal inizjattivi futuri simili tal-Unjoni li jimmobilizzaw l-investiment li għandu għanijiet marbuta mal-klima jew għanijiet ambjentali oħra.
__________________
__________________
27 Ir-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (ĠU L 345 , 27.12.2017 p. 34).
27 Ir-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (ĠU L 345 , 27.12.2017 p. 34).
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq kif ukoll ħsara lill-interessi tal-konsumaturi minħabba ideat differenti dwar l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, jenħtieġ li r-rekwiżiti nazzjonali li jenħtieġ li l-atturi tas-suq jissodisfaw meta jixtiequ jbigħu prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi bħala ambjentalment sostenibbli jibnu fuq il-kriterji uniformi għall-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Dawk l-atturi tas-suq jinkludu l-parteċipanti tas-suq finanzjarju li joffru prodotti finanzjarji "ekoloġiċi" u kumpaniji mhux finanzjarji li joħorġu bonds korporattivi "ħodor".
(15)  Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq kif ukoll ħsara lill-interessi tal-konsumaturi minħabba ideat differenti rigward il-grad tas-sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi, jenħtieġ li r-rekwiżiti nazzjonali li jenħtieġ li l-atturi tas-suq jissodisfaw meta jixtiequ jbigħu prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi kif definit f'dan ir-Regolament bħala ambjentalment sostenibbli jibnu fuq il-kriterji uniformi għall-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Dawk l-atturi tas-suq jinkludu l-parteċipanti tas-suq finanzjarju li joffru prodotti jew servizzi finanzjarji sostenibbli u kumpaniji mhux finanzjarji li joħorġu bonds korporattivi sostenibbli.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Sabiex l-obbligu ta' żvelar ma jiġix evitat, jenħtieġ li dak l-obbligu japplika wkoll meta l-prodotti finanzjarji jiġu ppreżentati bħallikieku għandhom karatteristiċi simili bħal investimenti ambjentalment sostenibbli, inkluż dawk li l-mira tagħhom hija l-protezzjoni tal-ambjent b'mod wiesa'. Jenħtieġ li l-parteċipanti tas-suq finanzjarju ma jkollhomx għalfejn jiġu mitluba jinvestu biss f'attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli skont il-kriterji ta' skrinjar tekniċi previsti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġu mħeġġa jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk jikkunsidraw li attività ekonomika li ma tissodisfax il-kriterji ta' skrinjar tekniċi, jew attività li għaliha għad mhemmx kriterji, jenħtieġ li titqies ambjentalment sostenibbli, biex jgħinu lill-Kummissjoni tevalwa jekk ikunx xieraq tikkumplimenta jew taġġorna l-kriterji ta' skrinjar tekniċi.
(17)  Sabiex l-obbligu ta' żvelar ma jiġix evitat, jenħtieġ li dak l-obbligu japplika wkoll għall-prodotti finanzjarji kollha li jiġu ppreżentati bħallikieku għandhom karatteristiċi simili bħal investimenti ambjentalment sostenibbli, inkluż dawk li l-mira tagħhom hija l-protezzjoni tal-ambjent b'mod wiesa'. Jenħtieġ li l-parteċipanti tas-suq finanzjarju ma jkollhomx għalfejn jiġu mitluba jinvestu biss f'attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli skont il-kriterji ta' skrinjar tekniċi previsti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-parteċipanti tas-swieq finanzjarji u atturi oħra jiġu mħeġġa jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk jikkunsidraw li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi rilevanti għall-attivitajiet li huma jiffinanzjaw għadhom ma ġewx stabbiliti u li għalhekk il-prodotti finanzjarji tagħhom jenħtieġ li jitqiesu ambjentalment sostenibbli, biex jgħinu lill-Kummissjoni tevalwa jekk ikunx xieraq tikkumplimenta jew taġġorna l-kriterji ta' skrinjar tekniċi.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Sabiex jiġi determinat jekk attività ekonomika hix ambjentalment sostenibbli, jenħtieġ li titwaqqaf lista eżawrjenti ta' għanijiet ambjentali.
(18)  Sabiex jiġi determinat il-grad ta' sostenibbiltà ambjentali ta' attività ekonomika, jenħtieġ li titwaqqaf lista eżawrjenti ta' għanijiet ambjentali bbażata fuq indikaturi li jkejlu l-impatt ambjentali, b'kunsiderazzjoni tal-impatt tagħha fuq il-katina kollha tal-valur industrijali u li tiżgura koerenza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni bħall-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Għal kull għan ambjentali, jenħtieġ li jiġu stabbili kriterji uniformi biex attivitajiet ekonomiċi jitqiesu li qegħdin jagħtu kontribut sostanzjali għal dak il-għan. Jenħtieġ li element wieħed tal-kriterji uniformi jkun li tiġi evitata ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-għanijiet ambjentali previsti f'dan ir-Regolament. Dan sabiex jiġi evitat li ċerti investimenti jitqiesu ambjentalment sostenibbli minkejja li l-attivitajiet ekonomiċi li jgawdu minn dawk l-investimenti jikkawżaw ħsara lill-ambjent li taqbeż il-kontribut tagħhom għal għan ambjentali. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għal kontribut sostanzjali u biex ma tiġix ikkawżata ħsara sinifikanti jippermettu lill-investimenti f'attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli biex jagħtu kontribut reali lill-għanijiet ambjentali.
(20)  Għal kull għan ambjentali, jenħtieġ li jiġu stabbili kriterji uniformi bbażati fuq informazzjoni pprovduta permezz ta' indikaturi armonizzati biex attivitajiet ekonomiċi jitqiesu li qegħdin jagħtu kontribut sostanzjali għal dak il-għan. Jenħtieġ li element wieħed tal-kriterji uniformi jkun li tiġi evitata ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-għanijiet ambjentali previsti f'dan ir-Regolament. Dan sabiex jiġi evitat li ċerti investimenti jitqiesu ambjentalment sostenibbli minkejja li l-attivitajiet ekonomiċi li jgawdu minn dawk l-investimenti jikkawżaw ħsara lill-ambjent li taqbeż il-kontribut tagħhom għal għan ambjentali. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għal kontribut sostanzjali u biex ma tiġix ikkawżata ħsara sinifikanti jippermettu lill-investimenti f'attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli biex jagħtu kontribut reali lill-għanijiet ambjentali.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Kont tenut tad-dettalji tekniċi speċifiċi meħtieġa biex jiġi evalwat l-impatt ambjentali ta' attività ekonomika u n-natura tinbidel malajr ta' kemm ix-xjenza u t-teknoloġija, jenħtieġ li l-kriterji tal-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli jiġu adattati regolarment għal dak it-tibdil. Biex il-kriterji jkunu aġġornati, ibbażati fuq evidenza xjentifika u l-informazzjoni minn esperti kif ukoll minn partijiet ikkonċernati rilevanti, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għal kontribut sostanzjali u ħsara sinifikanti jiġu speċifikati b'aktar granularità għal attivitajiet ekonomiċi differenti u jenħtieġ li jkunu aġġornati regolarment. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi kriterji ta' skrinjar tekniċi granulari u kalibrati, għall-attivitajiet ekonomiċi differenti, abbażi tal-input tekniku ta' Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli b'diversi partijiet ikkonċernati.
(22)  Kont tenut tad-dettalji tekniċi speċifiċi meħtieġa biex jiġi evalwat l-impatt ambjentali ta' attività ekonomika u n-natura tinbidel malajr ta' kemm ix-xjenza u t-teknoloġija, jenħtieġ li l-kriterji rilevanti għad-determinazzjoni tal-livell tas-sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi jiġu adattati regolarment għal dak it-tibdil. Biex il-kriterji u l-indikaturi jkunu aġġornati, ibbażati fuq evidenza xjentifika u l-informazzjoni minn esperti kif ukoll minn partijiet ikkonċernati rilevanti, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għal kontribut sostanzjali u ħsara sinifikanti jiġu speċifikati b'aktar granularità għal attivitajiet ekonomiċi differenti u jenħtieġ li jkunu aġġornati regolarment. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi kriterji ta' skrinjar tekniċi granulari u kalibrati u sett ta' indikaturi armonizzati, għall-attivitajiet ekonomiċi differenti, abbażi tal-input tekniku ta' Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli b'diversi partijiet ikkonċernati.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Ċerti attivitajiet ekonomiċi għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent, u kontribut sostanzjali lil wieħed jew aktar għanijiet ambjentali jista' jinkiseb jekk jitnaqqas dak l-impatt negattiv. Għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji ta' skrinjar tekniċi li jeħtieġu titjib sostanzjali fil-prestazzjoni ambjentali meta mqabbla ma', fost affarijiet oħra, il-medja tal-industrija. Jenħtieġ li dawk il-kriterji jikkunsidraw ukoll l-impatt fit-tul ta' attività ekonomika speċifika.
(23)  Ċerti attivitajiet ekonomiċi għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent, u kontribut sostanzjali lil wieħed jew aktar għanijiet ambjentali jista' jinkiseb jekk jitnaqqas dak l-impatt negattiv. Għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji ta' skrinjar tekniċi li jeħtieġu titjib sostanzjali fil-prestazzjoni ambjentali meta mqabbla ma', fost affarijiet oħra, il-medja tal-industrija sabiex jiġi kkunsidrat jekk l-attività tistax tagħti kontribut sostanzjali lil għan ambjentali wieħed jew aktar. Jenħtieġ li dawk il-kriterji jikkunsidraw ukoll l-impatt fit-tul (jiġifieri aktar minn 3 snin) ta' attività ekonomika speċifika b'mod partikolari l-benefiċċji ambjentali tal-prodotti u tas-servizzi u l-kontribut tal-prodotti intermedjarji, u b'hekk jipprovdu valutazzjoni tal-impatt tal-fażijiet kollha tal-manifattura u l-użu permezz tal-katina tal-valur u ċ-ċiklu tal-ħajja.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Jenħtieġ li attività ekonomija ma titqies ambjentalment sostenibbli jekk tikkawża aktar ħsara lill-ambjent mill-benefiċċji li tagħti. Jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jidentifikaw ir-rekwiżiti minimi meħtieġa sabiex tiġi evitata ħsara sinifikanti lil għanijiet oħra. Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji ta' skrinjar tekniċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dawk il-kriterji jkunu bbażati fuq l-evidenza xjentifika disponibbli u jiġu aġġornati regolarment. Meta l-evalwazzjoni xjentifika ma tippermettix l-identifikazzjoni tar-riskju b'ċertezza adegwata, jenħtieġ li japplika l-prinċipju ta' prekawzjoni, skont l-Artikolu 191 TFUE.
(24)  Jenħtieġ li attività ekonomija ma titqies ambjentalment sostenibbli jekk ma toħloqx benefiċċju nett lill-ambjent. Jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jidentifikaw ir-rekwiżiti minimi meħtieġa sabiex tiġi evitata ħsara sinifikanti lil għanijiet oħra. Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji ta' skrinjar tekniċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dawk il-kriterji jkunu raġonevoli, proporzjonati u bbażati fuq l-evidenza xjentifika disponibbli u tikkunsidra l-katina tal-valur kollha u ċ-ċiklu tal-ħajja tat-teknoloġiji. Hi jenħtieġ li tiżgura wkoll li jiġu aġġornati regolarment. Meta l-evalwazzjoni xjentifika ma tippermettix l-identifikazzjoni tar-riskju b'ċertezza adegwata, jenħtieġ li japplika l-prinċipju ta' prekawzjoni, skont l-Artikolu 191 tat-TFUE.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji ta' skrinjar tekniċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra l-liġi tal-Unjoni rilevanti, kif ukoll l-istrumenti mhux leġiżlattivi tal-Unjoni diġà fis-seħħ, inkluż ir-Regolament (UE) 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, l-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE,38 il-Kriterji dwar l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE39 u x-xogħol li għadu għaddej fuq ir-regoli dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti u dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet40. Sabiex jiġu evitati inkonsistenzi mhux neċessarji bil-klassifikazzjonijiet tal-attivitajiet ekonomiċi li diġà jeżistu għal għanijiet oħra, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra wkoll il-klassifikazzjonijiet tal-istatistika marbuta mas-Settur tal-Prodotti u s-Servizzi Ambjentali, prinċipalment il-Klassifikazzjoni tal-Attivitajiet u n-Nefqa għall-Protezzjoni Ambjentali (CEPA) u l-Klassifikazzjoni tal-Attivitajiet ta' Ġestjoni tar-Riżorsi (CreMA)41.
(25)  Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji ta' skrinjar tekniċi u sett ta' indikaturi armonizzati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra l-liġi tal-Unjoni rilevanti, kif ukoll l-istrumenti mhux leġiżlattivi tal-Unjoni diġà fis-seħħ, inkluż ir-Regolament (UE) 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, l-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE,38 il-Kriterji dwar l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE39, il-Pjattaforma tal-Ekonomija Ċirkolari tal-Kummissjoni, il-Pjattaforma Ewropea dwar il-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja, ix-xogħol li għadu għaddej fuq ir-regoli dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti u dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet40. Sabiex jiġu evitati inkonsistenzi mhux neċessarji bil-klassifikazzjonijiet tal-attivitajiet ekonomiċi li diġà jeżistu għal għanijiet oħra, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra wkoll il-klassifikazzjonijiet tal-istatistika marbuta mas-Settur tal-Prodotti u s-Servizzi Ambjentali, prinċipalment il-Klassifikazzjoni tal-Attivitajiet u n-Nefqa għall-Protezzjoni Ambjentali (CEPA) u l-Klassifikazzjoni tal-Attivitajiet ta' Ġestjoni tar-Riżorsi (CreMA)41.
__________________
__________________
37 Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).
37 Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).
38 Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, pp. 1–45).
38 Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, pp. 1–45).
39 Il-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Akkwist pubbliku għal ambjent aħjar {SEC(2008) 2124} {SEC(2008) 2125} {SEC(2008) 2126} COM/2008/0400 final.
39 Il-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Akkwist pubbliku għal ambjent aħjar {SEC(2008) 2124} {SEC(2008) 2125} {SEC(2008) 2126} COM/2008/0400 final.
40 2013/179/UE: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' April 2013 dwar l-użu ta' metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u ta' organizzazzjonijiet (ĠU 124, 4.5.2013, p. 1-210.)
40 2013/179/UE: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' April 2013 dwar l-użu ta' metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u ta' organizzazzjonijiet (ĠU 124, 4.5.2013, p. 1-210.)
41 L-Annessi 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 538/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 158, 27.05.2014).
41 L-Annessi 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 538/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 158, 27.05.2014).
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-infrastruttura kif ukoll l-esternalitajiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi fi ħdan analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra x-xogħol tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħal l-OECD, il-leġiżlazzjoni u l-istandards rilevanti tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42, id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43, id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45, id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46 u l-metodoloġija attwali. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jippromwovu l-oqfsa xierqa ta' governanza li jintegraw il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, kif imsemmija fil-Prinċipji li huma appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli47, f'kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja ta' proġett.
(26)  Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji ta' skrinjar tekniċi u indikaturi armonizzati jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll l-ispeċifiċitajiet tas-setturi differenti tal-infrastruttura kif ukoll l-esternalitajiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi fi ħdan analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra x-xogħol tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħal l-OECD, il-leġiżlazzjoni u l-istandards rilevanti tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42, id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43, id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45, id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46 u l-metodoloġija attwali. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi u l-indikaturi jippromwovu l-oqfsa xierqa ta' governanza li jintegraw il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, kif imsemmija fil-Prinċipji li huma appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli47, f'kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja ta' proġett.
__________________
__________________
42 Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
42 Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
43 Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
43 Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
44 Id-Direttiva 2014/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
44 Id-Direttiva 2014/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
45 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
45 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
46 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
46 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
47 https://www.unpri.org/download?ac=1534.
47 https://www.unpri.org/download?ac=1534.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)  Fid-definizzjoni tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll il-miżuri tranżizzjonali lejn attivitajiet li jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli u b'livell baxx ta' karbonju. Għal kumpaniji li attwalment huma involuti f'attivitajiet ekonomiċi li huma ta' ħsara kbira għall-ambjent jenħtieġ li jkun hemm inċentivi biex issir tranżizzjoni rapida lejn status ambjentalment sostenibbli, jew tal-inqas ambjentalment mhux problematiku. Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar jenħtieġ li jinkoraġġixxu proċessi ta' tranżizzjoni bħal dawn fejn ikunu qed iseħħu. Jekk il-biċċa l-kbira tal-impriżi li jwettqu attività dannuża partikolari jkunu involuti b'mod ċar f'tali tranżizzjoni, il-kriterji ta' skrinjar jistgħu jikkunsidraw dan. L-eżistenza ta' sforzi tat-tranżizzjoni serji jistgħu jintwerew, fost affarijiet oħra, permezz ta' sforzi sostnuti tar-riċerka u żvilupp, proġetti kbar ta' nfiq tal-kapital tal-investiment f'teknoloġiji ġodda u aktar ambjentalment sostenibbli, jew pjanijiet tat-tranżizzjoni konkreti għall-inqas fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Biex jevitaw li jfixklu l-kompetizzjoni meta jiġbru l-fondi għall-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jiżguraw li l-attivitajiet ekonomiċi kollha f'settur speċifiku jistgħu jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli u jiġu trattati indaqs jekk jikkontribwixxu lejn wieħed jew aktar mill-għanijiet ambjentali stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-kapaċità potenzjali ta' kontribuzzjoni lejn dawk l-għanijiet ambjentali tista' madankollu tvarja fis-setturi, li jenħtieġ li jiġi rifless f'dawk il-kriterji. Madankollu, f'kull settur, jenħtieġ li dawk il-kriterji ma jagħtux vantaġġ inġust lil ċerti attivitajiet ekonomiċi biss jekk attivitajiet oħra jikkontribwixxu lejn l-għanijiet ambjentali bl-istess mod bħal dawk tal-ewwel.
(27)  Biex iħeġġu l-innovazzjoni ambjentalment sostenibbli u biex jevitaw li jfixklu l-kompetizzjoni meta jiġbru l-fondi għall-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jiżguraw li l-attivitajiet ekonomiċi kollha f'makrosetturi (jiġifieri s-setturi NACE bħall-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, il-manifattura, il-provvista tal-elettriku, tal-gass, tal-fwar u tal-arja kundizzjonata, il-bini, it-trasport u s-servizzi ta' ħażna) jistgħu jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli u jiġu trattati indaqs jekk jikkontribwixxu lejn wieħed jew aktar mill-għanijiet ambjentali stabbiliti f'dan ir-Regolament, filwaqt li ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil kwalunkwe għan ambjentali ieħor fl-Artikoli 3 u 12. Il-kapaċità potenzjali ta' kontribuzzjoni lejn dawk l-għanijiet ambjentali tista' madankollu tvarja fis-setturi, li jenħtieġ li jiġi rifless f'dawk il-kriterji ta' skrinjar. Madankollu, f'kull settur ekonomiku makrosettorjali, jenħtieġ li dawk il-kriterji ma jagħtux vantaġġ inġust lil ċerti attivitajiet ekonomiċi biss jekk attivitajiet oħra jikkontribwixxu lejn l-għanijiet ambjentali bl-istess mod bħal dawk tal-ewwel, filwaqt li ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil kwalunkwe għan ambjentali ieħor imsemmi fl-Artikoli 3 u 12.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
(27a)  L-attivitajiet ambjentalment sostenibbli huma r-riżultat ta' teknoloġiji u prodotti żviluppati tul il-katina tal-valur kollha. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jqisu r-rwol tal-katina tal-valur sħiħa, mill-ipproċessar tal-materji primi sal-prodott finali u l-fażi tal-iskart tiegħu, fit-twettiq finali tal-attivitajiet ambjentalment sostenibbli.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 27b (ġdida)
(27b)   Biex jevitaw li jfixklu l-katini tal-valur li jiffunzjonaw sew, jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jqisu li l-attivitajiet ambjentalment sostenibbli jistgħu jsiru permezz ta' teknoloġiji u prodotti żviluppati minn diversi atturi ekonomiċi.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Meta tistabbilixxi l-kriterji ta' skrinjar tekniċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa jekk l-adozzjoni ta' dawk il-kriterji għall-attivitajiet ambjentalment sostenibbli tagħtix lok għal assi mhux irkuprabbli jew tipproduċi inċentivi inkonsistenti, u jekk ikollhiex impatt negattiv fuq il-likwidità fis-swieq finanzjarji.
(28)  Meta tistabbilixxi l-kriterji ta' skrinjar tekniċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa r-riskji potenzjali tat-tranżizzjoni, jekk il-pass tal-adozzjoni ta' dawk il-kriterji għall-attivitajiet ambjentalment sostenibbli tagħtix lok għal assi mhux irkuprabbli jew tipproduċi inċentivi inkonsistenti.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Sabiex tiżgura li l-investimenti jmorru għand attivitajiet ekonomiċi li jkollhom l-akbar impatt pożittiv fuq l-għanijiet ambjentali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lit-twaqqif ta' kriterji ta' skrinjar tekniċi għall-attivitajiet ekonomiċi li għandhom il-potenzjal li jagħtu l-akbar kontribut lill-għanijiet ambjentali.
(30)  Sabiex tiżgura li l-investimenti jmorru għand attivitajiet ekonomiċi li jkollhom l-akbar impatt pożittiv fuq l-għanijiet ambjentali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lit-twaqqif ta' kriterji ta' skrinjar tekniċi għall-attivitajiet ekonomiċi li għandhom il-potenzjal li jagħtu l-akbar kontribut lill-għanijiet ambjentali. Jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar iqisu l-eżiti tal-proġetti biex jiġu ffaċilitati l-identifikazzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda kif ukoll biex titqies l-iskalabbiltà ta' dawn it-teknoloġiji.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ta' skrinjar tekniċi xierqa għas-settur tat-trasport, inkluż għal assi mobbli, li jenħtieġ li jqisu l-fatt li s-settur tat-trasport, inkluż it-trasport marittimu internazzjonali, jikkontribwixxi mas-26 % tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra totali fl-Unjoni. Kif muri fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Finanzi għal Tkabbir Sostenibbli46, is-settur tat-trasport jirrapreżenta madwar 30 % tal-ħtiġijiet addizzjonali annwali ta' investiment għall-iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni, inkluż biż-żieda tal-elettriku jew it-tranżizzjoni lejn metodi aktar nodfa ta' trasport bil-promozzjoni ta' bidla modali u ġestjoni tat-traffiku.
(31)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ta' skrinjar tekniċi xierqa għas-settur tat-trasport, inkluż għal assi mobbli, li jenħtieġ li jqisu ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tat-teknoloġiji u s-settur tat-trasport, inkluż it-trasport marittimu internazzjonali, jikkontribwixxi mas-26 % tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra totali fl-Unjoni. Kif muri fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Finanzi għal Tkabbir Sostenibbli46, is-settur tat-trasport jirrapreżenta madwar 30 % tal-ħtiġijiet addizzjonali annwali ta' investiment għall-iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni, inkluż biż-żieda tal-elettriku jew it-tranżizzjoni lejn metodi aktar nodfa ta' trasport bil-promozzjoni ta' bidla modali u ġestjoni tat-traffiku.
__________________
__________________
48 COM(2018) 97 final.
48 COM(2018) 97 final.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  Huwa ta' importanza partikolari li meta tkun qed tipprepara t-tfassil tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa skont ir-rekwiżiti ta' Regolamentazzjoni Aħjar. Jenħtieġ li l-proċess għall-iżvilupp u l-aġġornament tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi jinvolvi wkoll lill-partijiet ikkonċernati u jibbaża ruħu fuq il-pariri ta' esperti b'għarfien u esperjenza ppruvata fl-oqsma rilevanti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni twaqqaf Pjattaforma dwar il-finanzjament sostenibbli. Jenħtieġ li din il-Pjattaforma tkun iffurmata minn esperti li jirrapreżentaw kemm lis-settur privat kif ukoll lis-settur pubbliku. Jenħtieġ li r-rappreżentanti tas-settur pubbliku jinkludu esperti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u mill-Bank Ewropew għall-Investiment. Jenħtieġ li l-esperti tas-settur privat jinkludu rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż l-attur tas-swieq finanzjarji, l-universitajiet, l-istituti tar-riċerki, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp, l-analiżi u r-reviżjoni tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi, kif ukoll l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-valutazzjoni ta' dawk l-assi li sal-adozzjoni tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi kienu kkunsidrati bħala assi "ekoloġiċi" skont il-prattiki tas-suq attwali. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tagħti pariri lill-Kummissjoni wkoll dwar jekk il-kriterji ta' skrinjar tekniċi humiex adegwati għal użu ulterjuri fl-inizjattivi ta' politika futuri tal-Unjoni li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-investiment sostenibbli.
(32)  Huwa ta' importanza partikolari li meta tkun qed tipprepara t-tfassil tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa skont ir-rekwiżiti ta' Regolamentazzjoni Aħjar. Jenħtieġ li l-proċess għall-iżvilupp u l-aġġornament tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi u l-indikaturi armonizzati jinvolvi wkoll lill-partijiet ikkonċernati u jibbaża ruħu fuq l-evidenza xjentifika, l-impatt soċjoekonomiku, l-aħjar prattika u x-xogħol eżistenti u l-entitajiet, b'mod partikolari l-Kummissjoni Ewropea u l-Pjattaforma għall-Ekonomija Ċirkolari, u l-pariri ta' esperti b'għarfien u esperjenza globali ppruvata fl-oqsma rilevanti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni twaqqaf Pjattaforma dwar il-finanzjament sostenibbli. Jenħtieġ li din il-Pjattaforma tkun iffurmata minn firxa wiesgħa ta' esperti li jirrapreżentaw kemm lis-settur privat kif ukoll lis-settur pubbliku biex jiġi żgurat li l-ispeċifiċitajiet kollha tas-setturi rilevanti jitqiesu b'mod dovut. Jenħtieġ li r-rappreżentanti tas-settur pubbliku jinkludu esperti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u mill-aġenziji nazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent, mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, u mill-Bank Ewropew għall-Investiment. Jenħtieġ li l-esperti tas-settur privat jinkludu rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż l-attur tas-swieq finanzjarji u tas-swieq mhux finanzjarji, ir-rappreżentanti tal-ekonomija reali li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta' industriji, l-universitajiet, l-istituti tar-riċerki, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet. Meta jkun neċessarju, jenħtieġ li l-Pjattaforma tkun tista' titlob pariri mingħand dawk li mhumiex membri. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp, l-analiżi u r-reviżjoni tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi u indikaturi armonizzati, kif ukoll l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-valutazzjoni ta' dawk l-assi li sal-adozzjoni tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi kienu kkunsidrati bħala sostenibbli skont il-prattiki tas-suq attwali. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tagħti pariri lill-Kummissjoni wkoll dwar jekk il-kriterji ta' skrinjar tekniċi u l-indikaturi humiex adegwati għal użu ulterjuri fl-inizjattivi ta' politika futuri tal-Unjoni li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-investiment sostenibbli. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta' standards kontabilistiċi ta' sostenibbiltà u standards ta' rappurtar integrat għall-korporattivi u għall-parteċipanti tas-suq finanzjarju, inkluż permezz tar-reviżjoni tad-Direttiva 2013/34/UE.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  Sabiex tkun tista' tispeċifika r-rekwiżiti previsti f'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi u taġġorna kriterji ta' skrinjar tekniċi granulari u kalibrati għal attivitajiet ekonomiċi differenti dwar x'jikkostitwixxi kontribuzzjoni sostanzjali u ħsara sinifikanti għall-għanijiet ambjentali, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni meħtieġa biex ikun hemm konformità mal-obbligu ta' żvelar previst fl-Artikolu 4(3) u l-kriterji ta' skrinjar tekniċi msemmija fl-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2). Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiżgura parteċipazzjoni indaqs fil-preparazzjoni tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li huma involuti fil-preparazzjoni tal-atti delegati.
(33)  Sabiex tkun tista' tispeċifika r-rekwiżiti previsti f'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi u taġġorna indikaturi u kriterji ta' skrinjar tekniċi granulari u kalibrati għal attivitajiet ekonomiċi differenti dwar x'jikkostitwixxi kontribuzzjoni sostanzjali u ħsara sinifikanti għall-għanijiet ambjentali, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni meħtieġa biex ikun hemm konformità mal-obbligu ta' żvelar previst fl-Artikolu 4(3) u l-kriterji ta' skrinjar tekniċi msemmija fl-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2). Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiżgura parteċipazzjoni indaqs fil-preparazzjoni tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li huma involuti fil-preparazzjoni tal-atti delegati.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 35
(35)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi rieżaminat regolarment sabiex jivvaluta l-progress fuq l-iżvilupp ta' kriterji tekniċi ta' skrinjar għal attivitajiet ambjentalment sostenibbli, l-użu tad-definizzjoni ta' investiment ambjentalment sostenibbli, u jekk il-konformità mal-obbligi tirrikjedix l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' verifika. Jenħtieġ li r-rieżami jinkludi wkoll valutazzjoni ta' jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġx li jiġi estiż biex ikopri objettivi ta' sostenibbiltà soċjali.
(35)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi rieżaminat regolarment u mill-inqas wara sentejn sabiex jivvaluta l-progress fuq l-iżvilupp ta' kriterji tekniċi ta' skrinjar u indikaturi armonizzati għal attivitajiet ambjentalment sostenibbli u ambjentalment dannużi, l-użu tad-definizzjoni ta' investiment ambjentalment sostenibbli jew investimenti li jkollhom impatt ambjentali negattiv, u jekk il-konformità mal-obbligi tirrikjedix l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' verifika ulterjuri. Jenħtieġ li r-rieżami jinkludi wkoll valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament biex ikopri objettivi ta' sostenibbiltà soċjali. Sal-31 ta' Marzu 2020, jenħtieġ li, fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tippubblika proposti leġiżlattivi ulterjuri dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' verifika tal-konformità.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Billi l-Istati Membri ma jistgħux jilħqu biżżejjed l-objettivi ta' dan ir-Regolament, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE, minħabba l-ħtieġa li jiġu introdotti kriterji uniformi fil-livell tal-Unjoni għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,
(36)  Billi l-Istati Membri ma jistgħux jilħqu biżżejjed l-objettivi ta' dan ir-Regolament, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE, minħabba l-ħtieġa li jiġu introdotti kriterji u indikaturi uniformi fil-livell tal-Unjoni għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,
Emendi 35, 55, 59, 87 u 96
Proposta għal regolament
Artikolu 1
Artikolu 1
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji biex jiġi determinat jekk attività ekonomika hijiex ambjentalment sostenibbli għall-finijiet ta' stabbiliment tal-livell ta' sostenibbiltà ambjentali ta' investiment.
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji biex jiġi determinat il-grad ta' impatt ambjentali u s-sostenibbiltà ta' attività ekonomika għall-finijiet ta' stabbiliment tal-livell ta' sostenibbiltà ambjentali ta' investiment.
2.  Dan ir-Regolament japplika għal dawn li ġejjin:
2.  Dan ir-Regolament japplika għal dawn li ġejjin:
(a)  miżuri adottati mill-Istati Membri jew mill-Unjoni li jistabbilixxu kwalunkwe rekwiżit dwar atturi fis-suq fir-rigward ta' prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi li huma kummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli.
(a)  miżuri adottati mill-Istati Membri jew mill-Unjoni li jistabbilixxu kwalunkwe rekwiżit dwar parteċipanti fis-swieq finanzjarji fir-rigward ta' prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi li huma kummerċjalizzati fi ħdan l-Unjoni bħala ambjentalment sostenibbli.
(b)  parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joffru prodotti finanzjarji bħala investimenti ambjentalment sostenibbli jew bħala investimenti b'karatteristiċi simili.
(b)  parteċipanti fis-swieq finanzjarji fi ħdan l-Unjoni li joffru lill-klijenti tal-UE prodotti finanzjarji bħala investimenti ambjentalment sostenibbli jew bħala investimenti b'karatteristiċi simili, u
(ba)   parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joffru prodotti finanzjarji oħra ħlief fejn:
i.  jipprovdu spjegazzjonijiet, appoġġati minn evidenza raġonevoli li tkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti, li l-attivitajiet ekonomiċi ffinanzjati mill-prodotti finanzjarji tagħhom ma jkollhomx xi impatt sinifikanti fuq is-sostenibbiltà skont il-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fl-Artikoli 3 u 3a, f'liema każ id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II u III m'għandhomx japplikaw. Din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fil-prospett tagħhom, jew
ii.  il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jiddikjaraw fil-prospett tagħhom li l-prodott finanzjarju inkwistjoni ma jsegwix għanijiet ta' sostenibbiltà u li l-prodott huwa f'riskju miżjud li jappoġġa attivitajiet ekonomiċi li mhumiex ikkunsidrati bħala sostenibbli skont dan ir-regolament.
2a.  Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jiġu applikati b'mod proporzjonat, billi jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv, u billi jitqiesu n-natura, il-livell u l-kumplessità tal-parteċipant fis-swieq finanzjarji u l-istituzzjonijiet ta' kreditu permezz ta' dispożizzjonijiet simplifikati għal entitajiet żgħar u mhux kumplessi f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2)(d).
2b.  Il-kriterji msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jistgħu jintużaw għall-għan imsemmi f'dak il-paragrafu mill-impriżi mhux koperti mill-Artikolu 1(2) jew fir-rigward ta' strumenti finanzjarji oħra minbarra dawk definiti fl-Artikolu 2 fuq bażi volontarja,
2c.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat għall-fini li tiġi speċifikata l-informazzjoni li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti għall-fini tal-punt (a) tal-paragrafu 2.
Emendi 36, 88 u 89
Proposta għal regolament
Artikolu 2
Artikolu 2
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Definizzjonijiet
1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)   "investiment ambjentalment sostenibbli" tfisser investiment li jiffinanzja attività ekonomika waħda jew aktar li jikkwalifikaw taħt dan ir-Regolament bħala ambjentalment sostenibbli;
(a)  "investiment ambjentalment sostenibbli" tfisser investiment li jiffinanzja attività ekonomika waħda jew aktar li jikkwalifikaw taħt dan ir-Regolament bħala ambjentalment sostenibbli;
(b)  "parteċipanti fis-swieq finanzjarji" tfisser parteċipanti fis-swieq finanzjarji kif definit fl-Artikoli 2(a) ta' [proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar żvelar relatat ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li temenda d-Direttiva (UE) 2016/2341];
(b)  "parteċipanti fis-swieq finanzjarji" tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, kif definit fl-Artikoli 2(a) ta' [proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar żvelar relatat ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li temenda d-Direttiva (UE) 2016/2341];
(i)  istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 definit skont [PO daħħal ir-referenza għall-Artikolu rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013];
(ba)   "emittent" tfisser emittent elenkat kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u l-punt(h) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b;
(c)  "prodotti finanzjarji" tfisser prodotti finanzjarji kif definit fl-Artikoli 2(j) ta' [proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar żvelar relatat ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li temenda d-Direttiva (UE) 2016/2341];
(c)  "prodotti finanzjarji" tfisser portafoll ta' ġestjoni, AIF, IBIP, prodott tal-pensjoni, skema tal-pensjoni jew UCITS, bond korporattiv, kif definit fl-Artikoli 2(j) ta' [proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar żvelar relatat ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li temenda d-Direttiva (UE) 2016/2341], kif ukoll il-ħruġ imsemmi fid-Direttiva 2003/71/KE u r-Regolament (UE) 2017/1129;
(ca)  "indikaturi ambjentali" tfisser, bħala minimu, il-kejl tal-konsum tar-riżorsi, bħall-materji primi, l-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, l-ilma, l-impatt fuq servizzi tal-ekosistema, l-emissjonijiet inkluż is-CO2, l-impatt fuq il-bijodiversità u l-użu tal-art u l-produzzjoni tal-iskart, abbażi tal-evidenza xjentifika, il-metodoloġija tal-Kummissjoni dwar il-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja u kif stipulat fil-qafas ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija ċirkolari (COM/2018/29 final);
(cb)  "awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti" tfisser l-awtorità, jew l-awtoritajiet, kompetenti jew superviżorji fl-Istati Membri kif speċifikat fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, li fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom ikopru l-kategorija tal-parteċipant fis-swieq finanzjarji soġġett għar-rekwiżit tal-iżvelar imsemmi fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;
(cc)  "ASE rilevanti" tfisser l-Awtorità Superviżorja Ewropea, jew l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, speċifikati fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u/jew tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, li fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom ikopru l-kategorija tal-parteċipant fis-swieq finanzjarji soġġett għar-rekwiżit tal-iżvelar imsemmi fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;
(d)  "mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima" tfisser il-proċess biex titrażżan iż-żieda tat-temperatura medja globali biex tinżamm ferm inqas minn 2 °C iktar mil-livelli preindustrijali u biex iż-żieda tat-temperatura tiġi limitata għal 1.5 °C iktar mil-livelli preindustrijali;
(d)  "mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima" tfisser il-proċessi, inklużi miżuri tranżizzjonali, meħtieġa biex titrażżan iż-żieda tat-temperatura medja globali biex tinżamm ferm inqas minn 2 °C u l-insegwiment ta' sforzi biex tiġi limitata għal 1,5 °C iktar mil-livelli preindustrijali, kif stabbilit fil-Ftehim ta' Pariġi;
(e)  "adattament għat-tibdil fil-klima" tfisser il-proċess ta' aġġustament għal klima attwali u mistennija u l-effetti tagħha;
(e)  "adattament għat-tibdil fil-klima" tfisser il-proċess ta' aġġustament għat-tibdil fil-klima attwali u mistennija u l-effetti tagħha;
(f)  "gass serra" tfisser gass serra elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49;
(f)  "gass serra" tfisser gass serra elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49;
(g)  "ekonomija ċirkolari" tfisser li jinżamm il-valur tal-prodotti, tal-materjali u tar-riżorsi fl-ekonomija għall-itwal żmien possibbli, u jitnaqqas l-iskart, inkluż permezz tal-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50;
(g)  "ekonomija ċirkolari" tfisser li jinżamm il-valur u l-użu tal-prodotti, tal-materjali u tar-riżorsi l-oħrajn kollha fl-ekonomija fl-ogħla livell tagħhom għall-itwal żmien possibbli, u b'hekk jitnaqqas l-impatt ambjentali u jitnaqqas l-iskart, inkluż permezz tal-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50 u jiġi minimizzat l-użu ta' riżorsi abbażi tal-indikaturi tal-ekonomija ċirkolari kif stabbilit fil-qafas ta' monitoraġġ dwar il-progress lejn ekonomija ċirkolari, li jkopri stadji differenti ta' produzzjoni, konsum, ġestjoni tal-iskart;
(h)  "tniġġis" tfisser:
(h)  "tniġġis" tfisser:
(i)  l-introduzzjoni diretta jew indiretta, bħala riżultat ta' attività tal-bniedem, ta' sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana, ħsejjes jew inkwinanti oħra fl-arja, fil-baħar jew fl-art li jistgħu jkunu ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-kwalità tal-ambjent, li tista' tirriżulta fi ħsara għal proprjetà materjali, jew tista' tgħarraq jew tfixkel il-faċilitajiet u l-użi oħra leġittimi tal-ambjent;
(i)  l-introduzzjoni diretta jew indiretta, bħala riżultat ta' attività tal-bniedem, ta' sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana, ħsejjes, dwal jew inkwinanti oħra fl-arja, fil-baħar jew fl-art li jistgħu jkunu ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-kwalità tal-ambjent, li tista' tirriżulta fi ħsara għal proprjetà materjali, jew tista' tgħarraq jew tfixkel il-faċilitajiet u l-użi oħra leġittimi tal-ambjent;
(ii)  fil-kuntest tal-ambjent marin, it-tniġġis kif definit fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51;
(ii)  fil-kuntest tal-ambjent marin, it-tniġġis kif definit fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51;
(iia)   fil-kuntest tal-ambjent tal-ilma, it-tniġġis kif definit fl-Artikolu 2(33) tad-Direttiva 2006/60/KE;
(i)  "ekosistema b'saħħitha" tfisser ekosistema li tinsab f'kundizzjoni fiżika, kimika u bijoloġika tajba jew ta' kwalità fiżika, kimika u bijoloġika;
(i)  "ekosistema b'saħħitha" tfisser ekosistema li tinsab f'kundizzjoni fiżika, kimika u bijoloġika tajba jew ta' kwalità fiżika, kimika u bijoloġika u li għandha kapaċità ta' riproduzzjoni awtonoma jew ta' restawr awtonomu għall-ekwilibriju u li tippreserva l-bijodiversità;
(j)  "effiċjenza enerġetika" tfisser l-użu aktar effiċjenti fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija mill-produzzjoni sal-konsum finali;
(j)  "effiċjenza enerġetika" tfisser l-użu aktar effiċjenti fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija mill-produzzjoni sal-konsum finali;
(k)  "status ambjentali tajjeb" tfisser status ambjentali tajjeb kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE;
(k)  "status ambjentali tajjeb" tfisser status ambjentali tajjeb kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE;
(l)  "ilmijiet marini" tfisser ilmijiet marini kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/56/KE;
(l)  "ilmijiet marini" tfisser ilmijiet marini kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/56/KE;
(m)  "ilma tal-wiċċ", "ilma intern", "ilmijiet temporanji" u "ilma tal-kosta" għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fil-punti (1), (3), (6) u (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE52;
(m)  "ilma tal-wiċċ", "ilma intern", "ilmijiet temporanji" u "ilma tal-kosta" għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fil-punti (1), (3), (6) u (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE52;
(n)  "ġestjoni sostenibbli tal-foresti" tfisser l-użu tal-foresti u tal-art tal-foresti b'mod u b'rata tali li jippermettulhom iżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta' riġenerazzjoni, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jissodisfaw, attwalment u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, f'livell lokali, nazzjonali u dinji, mingħajr ma jikkawżaw dannu lil ekosistemi oħrajn.
(n)  "ġestjoni sostenibbli tal-foresti" tfisser l-użu tal-foresti u tal-art tal-foresti skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.
__________________
__________________
49 Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013 p. 13).
1a Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).
1b Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).
49 Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013 p. 13).
50 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
50 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
51 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19-40).
51 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19-40).
52 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
52 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 3
Artikolu 3
Artikolu 3
Kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli
Kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli
Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-livell ta' sostenibbiltà ambjentali ta' investiment, attività ekonomika għandha tkun ambjentalment sostenibbli meta dik l-attività tikkonforma ma' dawn il-kriterji:
Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-livell ta' sostenibbiltà ambjentali ta' investiment, attività ekonomika għandha tkun ambjentalment sostenibbli meta dik l-attività tikkonforma ma' dawn il-kriterji:
(a)  l-attività ekonomika tikkontribwixxi sostanzjalment għal wieħed mill-objettivi ambjentali jew aktar stabbiliti fl-Artikolu 5 skont l-Artikoli 6 sa 11;
(a)  l-attività ekonomika tikkontribwixxi sostanzjalment għal wieħed mill-objettivi ambjentali jew aktar stabbiliti fl-Artikolu 5 skont l-Artikoli 6 sa 11;
(b)  l-attività ekonomika ma tagħmel ħsara sinifikanti għal ebda objettiv ambjentali stabbilit fl-Artikolu 5 skont l-Artikolu 12;
(b)  l-attività ekonomika ma tagħmel ħsara sinifikanti għal ebda objettiv ambjentali stabbilit fl-Artikolu 5 skont l-Artikolu 12;
(c)  l-attività ekonomika titwettaq f'konformità mas-salvagwardji minimi stabbiliti fl-Artikolu 13;
(c)  l-attività ekonomika titwettaq f'konformità mas-salvagwardji minimi stabbiliti fl-Artikolu 13;
(d)  l-attività ekonomika tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta' skrinjar, meta l-Kummissjoni tkun speċifikathom skont l-Artikoli 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2) u 11(2).
(d)  l-attività ekonomika tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta' skrinjar, meta l-Kummissjoni tkun speċifikathom abbażi tal-kejl armonizzat tal-impatt tas-sostenibbiltà fil-livelli tal-kumpanija jew tal-pjan li japparjtenu għall-attività ekonomika u skont l-Artikoli 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2) u 11(2).
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 3a (ġdid)
Artikolu 3a
Kriterji għal attivitajiet ekonomiċi b'impatt ambjentali negattiv sinifikanti
Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar il-konsegwenzi tar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament biex tespandi l-qafas għal investimenti sostenibbli b'qafas li jintuża biex jiddefinixxi kriterji għal meta u kif attività ekonomika għandha impatt negattiv sinifikanti fuq is-sostenibbiltà.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 4
Artikolu 4
Artikolu 4
Użu tal-kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli
Applikazzjoni tal-kriterji u konformità magħhom biex jiġi ddeterminat il-grad ta' sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi
1.  L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji biex jiġu determinati attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stabbiliti fl-Artikolu 3 għall-finijiet ta' kwalunkwe miżura li tistabbilixxi rekwiżiti dwar atturi fis-suq fir-rigward ta' prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi li huma kummerċjalizzati bħala "ambjentalment sostenibbli".
1.  L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom japplikaw il-kriterji biex jiġi determinat il-grad ta' sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 għall-finijiet ta' kwalunkwe miżura li tistabbilixxi rekwiżiti ta' sostenibbiltà dwar atturi fis-suq fir-rigward ta' prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi.
2.  Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joffru prodotti finanzjarji bħala investimenti ambjentalment sostenibbli, jew bħala investimenti li għandhom karatteristiċi simili, għandhom jiżvelaw informazzjoni dwar kif u sa fejn jintużaw il-kriterji għal attivitajiet ambjentalment sostenibbli stabbiliti fl-Artikolu 3 sabiex jiddeterminaw is-sostenibbiltà ambjentali tal-investiment. Meta l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jqisu li jenħtieġ li attività ekonomika li ma tikkonformax mal-kriterji tekniċi ta' skrinjar stabbiliti skont dan ir-Regolament jew li l-kriterji tekniċi ta' skrinjar għadhom ma ġewx stabbiliti għalihom titqies bħala ambjentalment sostenibbli, dawn jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni.
2.  Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joffru prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni rilevanti li tippermettilhom jistabbilixxu jekk il-prodotti li joffru jikkwalifikawx bħala investimenti ambjentalment sostenibbli skont il-kriterji tal-Artikolu 3. Meta l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jqisu li attività ekonomika li l-kriterji tekniċi ta' skrinjar għadhom ma ġewx stabbiliti għalihom għandha titqies bħala ambjentalment sostenibbli, dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tinnotifika lill-Pjattaforma dwar il-Finanzi sostenibbli msemmija fl-Artikolu 15 dwar tali talbiet mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji ma għandhomx joffru prodotti finanzjarji bħala investimenti ambjentalment sostenibbli, jew bħala investimenti li għandhom karatteristiċi simili, jekk dawk il-prodotti ma jikkwalifikawx bħala ambjentalment sostenibbli.
2a.   L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ASE rilevanti, għandhom jimmonitorjaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jirrappurtawha lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti li għandha tikkomunikaha lill-ASE rilevanti mingħajr dewmien. Kull meta l-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti jew l-ASE rilevanti ma jaqblux mal-informazzjoni rrappurtata kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 2a, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jirrevedu u jikkoreġu l-informazzjoni żvelata.
2b.  L-iżvelar tal-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 4 għandu jkun konsistenti mal-prinċipji ta' informazzjoni ġusta, ċara u mhux qarrieqa inklużi fid-Direttiva (UE) 2014/65/UE u fid-Direttiva (UE) 2016/97/UE u setgħat ta' intervent imsemmija fl-Artikolu 4(2c) konsistenti ma' dawk inklużi fir-Regolament Nru 600/2014.
2c.  F'dan ir-Regolament ma għandu jkun meħtieġ l-ebda rekwiżit ta' żvelar skont [PO jekk jogħġbok daħħal referenza għar-Regolament dwar divulgazzjonijiet relatati ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341];
2d.  L-impriżi żgħar u mhux kumplessi msemmija fl-Artikolu 2.2b u 2.2c għandhom ikunu soġġetti għal dispożizzjonijiet simplifikati.
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex tissupplimenta l-paragrafu 2 biex tispeċifika l-informazzjoni mitluba biex tikkonforma ma' dak il-paragrafu, u tqis il-kriterji tekniċi ta' skrinjar stabbiliti skont dan ir-Regolament. Din l-informazzjoni għandha tippermetti li l-investituri jidentifikaw:
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex tissupplimenta l-paragrafu 2, 2a u 2b biex tispeċifika l-informazzjoni mitluba biex tikkonforma ma' dawk il-paragrafi, inkluża lista ta' investimenti li jkollhom karatteristiċi simili bħal investimenti sostenibbli u l-limiti massimi rilevanti tal-kwalifika għall-finijiet tal-paragrafu 2 b'kunsiderazzjoni tad-disponibbiltà tal-informazzjoni rilevanti u l-kriterji tekniċi ta' skrinjar stabbiliti skont dan ir-Regolament. Din l-informazzjoni għandha tippermetti li l-investituri jidentifikaw:
(a)  il-persentaġġ ta' parteċipazzjonijiet li jappartjenu għal kumpaniji li jwettqu attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli;
(a)  il-persentaġġ ta' parteċipazzjonijiet f'kumpaniji differenti li jwettqu attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli;
(b)  is-sehem tal-investiment li jiffinanzja l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli bħala persentaġġ tal-attivitajiet ekonomiċi kollha.
(b)  is-sehem tal-investiment li jiffinanzja l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli bħala persentaġġ tal-attivitajiet ekonomiċi kollha.
(ba)  id-definizzjonijiet rilevanti ta' impriżi żgħar u mhux kumplessi msemmija fl-Artikolu 2b kif ukoll id-dispożizzjonijiet simplifikati li japplikaw għal dawn l-entitajiet.
3a.  Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat skont il-paragrafu 3 sal-31 ta' Diċembru 2019 bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-1 ta' Lulju 2020. Il-Kummissjoni tista' temenda l-att delegat, b'mod partikolari fid-dawl tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2).
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat skont il-paragrafu 3 sal-31 ta' Diċembru 2019 bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-1 ta' Lulju 2020. Il-Kummissjoni tista' temenda l-att delegat, b'mod partikolari fid-dawl tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2).
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4a
Il-monitoraġġ tas-swieq
1.  F'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ASE rilevanti għandha timmonitorja s-suq għall-prodotti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, li jiġu kkummerċjalizzati, distribwiti jew mibjugħa fl-Unjoni.
2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw is-suq għal prodotti finanzjarji li huma kkummerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa fl-Istat Membru tagħhom jew minnu.
3.  Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, Nru 1094/2010, Nru 1095/2010, l-ASE rilevanti tista', fejn ikun hemm ksur ta' dan ir-Regolament mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1, tipprojbixxi jew tirrestrinġi temporanjament fl-Unjoni l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ tal-prodotti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 1;
Projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tista' tapplika f'ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-ASE rilevanti.
4.  Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-ASE rilevanti għandha tiżgura li l-azzjoni:
(a)  ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni, u
(b)  ma' toħloqx riskju ta' arbitraġġ regolatorju;
Meta awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont dan l-Artikolu, l-ASE rilevanti tista' tieħu kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1.
5.  Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-ASE rilevanti għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li qed tipproponi.
6.  L-ASE rilevanti għandha tirrieżamina projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f'intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta' tliet xhur, din għandha tiskadi.
7.  L-azzjoni adottata mill-ASE rilevanti skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 5
Artikolu 5
Artikolu 5
Objettivi ambjentali
Objettivi sostenibbli
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom ikunu l-objettivi ambjentali:
1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom ikunu l-objettivi ambjentali:
(1)  il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;
(1)  il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;
(2)  l-adattament għat-tibdil fil-klima;
(2)  l-adattament għat-tibdil fil-klima;
(3)  l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ilma u r-riżorsi marini;
(3)  l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ilma u r-riżorsi marini;
(4)  it-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart;
(4)  it-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari, inklużi l-prevenzjoni tal-iskart u ż-żieda tal-użu ta' materji primi sekondarji;
(5)  il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;
(5)  il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;
(6)  il-protezzjoni tal-ekosistemi b'saħħithom.
(6)  il-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi b'saħħithom, u r-restawr tal-ekosistemi degradati.
1a.  L-għanijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu għandhom jitkejlu b'indikaturi armonizzati, analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja u kriterji xjentifiċi, u għandhom jiġu ssodisfati biex jiżguraw li jlaħħqu mal-isfidi ambjentali li ġejjin.
Emendi 42, 66 u 99
Proposta għal regolament
Artikolu 6
Artikolu 6
Artikolu 6
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima
1.  Attività ekonomika għandha tqis li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima meta dik l-attività tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera f'livell li jipprevjeni interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima billi tevita jew tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew ittejjeb l-assorbimenti tal-gassijiet serra permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi, inkluż permezz ta' innovazzjoni tal-proċess jew tal-prodott:
1.  Attività ekonomika għandha tqis li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima meta dik l-attività tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera f'livell li jipprevjeni interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima billi tevita jew tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew ittejjeb l-assorbimenti tal-gassijiet serra permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi, inkluż permezz ta' innovazzjoni tal-proċess jew tal-prodott:
(a)  il-ġenerazzjoni, il-ħażna jew l-użu ta' enerġija rinnovabbli jew enerġija newtrali mil-lat ta' klima (inkluża enerġija newtrali mil-lat ta' karbonju), inkluż permezz tal-użu ta' teknoloġija innovattiva li għandha l-potenzjal għal tfaddil sinfikanti fil-futur jew permezz ta' tisħiħ meħtieġ tal-grilja;
(a)  il-ġenerazzjoni, il-ħażna, id-distribuzzjoni jew l-użu ta' enerġija rinnovabbli f'konformità mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, inkluż permezz tal-użu ta' teknoloġija innovattiva li għandha l-potenzjal għal tfaddil sinifikanti fil-futur jew permezz ta' tisħiħ meħtieġ tal-grilja;
(b)  titjib fl-effiċjenza enerġetika;
(b)  titjib fl-effiċjenza enerġetika, fis-setturi kollha, minbarra l-ġenerazzjoni tal-enerġija li tuża l-fjuwils fossili solidi, u fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija, sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija primarju u finali;
(c)  żieda fil-mobbiltà nadifa jew newtrali mil-lat ta' klima;
(c)  żieda fil-mobbiltà nadifa jew newtrali mil-lat ta' klima;
(d)  il-qlib għall-użu ta' materjali rinnovabbli;
(d)  il-qlib għal jew l-użu miżjud ta' materjali rinnovabbli sostenibbli bbażati fuq valutazzjoni sħiħa taċ-ċiklu tal-ħajja u s-sostituzzjoni ta' materjali bbażati fuq il-fossili b'mod partikolari, li fi żmien qasir iwassal għal iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;
(e)  żieda fil-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju;
(e)  żieda fl-użu ta' teknoloġiji ambjentalment sikuri tal-ġbir, użu u ħżin tal-karbonju (CCU) u tal-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (CCS) li jwasslu għal tnaqqis nett f'emissjonijiet;
(f)  l-eliminazzoni gradwali ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra, inklużi mill-fjuwils fossili;
(f)  l-eliminazzoni gradwali ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra;
(fa)  iż-żieda tat-tneħħija tas-CO2 mill-atmosfera u l-ħżin tiegħu f'ekosistemi naturali, pereżempju permezz tal-afforestazzjoni, ir-restawr ta' foresti u l-agrikoltura riġenerattiva;
(g)  l-istabbiliment ta' infrastruttura tal-enerġija mitluba biex tkun permessa d-dekarbonizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija;
(g)  l-istabbiliment ta' infrastruttura tal-enerġija mitluba biex tkun permessa d-dekarbonizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija;
(h)  il-forniment tal-fjuwils nodfa u effiċjenti minn sorsi rinnovabbli u newtrali mil-lat ta' karbonju.
(h)  il-forniment tal-fjuwils nodfa u effiċjenti minn sorsi rinnovabbli u newtrali mil-lat ta' karbonju.
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 biex:
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 biex:
(a)  tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;
(a)  tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Dawk il-kriterji tekniċi ta' skrinjar għandhom jinkludu livelli limiti għall-attivitajiet ta' mitigazzjoni f'konformità mal-objettiv li jiġi limitat it-tisħin globali għal ferm inqas minn 2 °C u jsiru sforzi biex jiġi limitat għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, kif stabbilit mill-Ftehim ta' Pariġi;
(b)  tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.
(b)  tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 f'att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi msemmija fil-paragrafu 2 f'att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-31 ta' Diċembru 2019 bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-1 ta' Lulju 2020.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-31 ta' Diċembru 2019 bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-1 ta' Lulju 2020.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 7
Artikolu 7
Artikolu 7
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima
1.  Attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima meta dik l-attività tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għat-tnaqqis tal-effetti negattivi tal-klima futura attwali u mistennija jew għall-prevenzjoni ta' żieda jew ċaqliq ta' effetti negattivi ta' tibdil fil-klima, permezz ta' dawn il-mezzi:
1.  Attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima meta dik l-attività tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għat-tnaqqis tal-effetti negattivi tal-klima futura attwali u mistennija jew għall-prevenzjoni ta' żieda jew ċaqliq ta' effetti negattivi ta' tibdil fil-klima, permezz ta' dawn il-mezzi:
(a)  il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti negattivi speċifiċi għall-post u għall-kuntest tat-tibdil fil-klima, li għandhom jiġu vvalutati u prijoritizzati bl-użu tal-previżjonijiet tal-klima disponibbli, dwar l-attività ekonomika;
(a)  il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti negattivi speċifiċi għall-post u għall-kuntest tat-tibdil fil-klima, li għandhom jiġu vvalutati u prijoritizzati bl-użu tal-previżjonijiet tal-klima disponibbli, dwar l-attività ekonomika;
(b)  il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti negattivi li t-tibdil fil-klima jista' jkollu għall-ambjent naturali u mibni li fih isseħħ l-attività ekonomika, li għandhom jiġi vvalutati u prijoritizzati bl-użu tal-previżjonijiet tal-klima disponibbli.
(b)  il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti negattivi li t-tibdil fil-klima jista' jkollu għall-ambjent naturali u mibni li fih isseħħ l-attività ekonomika, li għandhom jiġi vvalutati u prijoritizzati bl-użu tal-previżjonijiet tal-klima disponibbli u studji dwar l-impatt tal-bniedem fuq it-tibdil fil-klima.
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:
(a)  tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima;
(a)  tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima;
(b)  tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.
(b)  tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 flimkien f'att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi msemmija fil-paragrafu 2 flimkien f'att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-31 ta' Diċembru 2019 bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-1 ta' Lulju 2020.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-31 ta' Diċembru 2019 bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-1 ta' Lulju 2020.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 8
Artikolu 8
Artikolu 8
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ilma u r-riżorsi marini
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ilma u r-riżorsi marini
1.  Attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ilma u tar-riżorsi marini meta dik l-attività tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-istatus tajjeb tal-ilmijiet, inkluż l-ilma ħelu, l-ilmijiet temporanji u l-ilmijiet kostali, jew għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini, permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi:
1.  Attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-korpi tal-ilma u tal-ilmijiet marini meta dik l-attività tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-istatus tajjeb tal-ilmijiet, inklużi l-ilmijiet tal-wiċċ interni, l-estwarji u l-ilmijiet kostali, jew għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini, fejn dik l-attività tieħu miżuri xierqa biex tirrestawra, tipproteġi u żżomm id-diversità bijoloġika, il-produttività, ir-reżiljenza, il-valur u s-saħħa globali tal-ekosistema marina, kif ukoll tal-għajxien tal-komunitajiet dipendenti fuqhom, permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi:
(a)  il-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku mill-effetti avversi ta' skariki ta' ilma urban u industrijali mormi billi jiġi żgurat il-ġbir u t-trattament adegwat ta' ilmijiet urbani u industrijali mormija skont l-Artikoli 3, 4, 5 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE53;
(a)  il-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku, inkluż l-ilma għall-għawm (l-ilma tax-xtut u l-ilma baħar), mill-effetti avversi ta' skariki ta' ilma urban u industrijali mormi, inkluż il-plastik, billi jiġi żgurat il-ġbir u t-trattament adegwat ta' ilmijiet urbani u industrijali mormija skont l-Artikoli 3, 4, 5 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE53 jew skont l-aħjar teknika disponibbli stipulata fid-Direttiva 2010/75/UE,
(aa)  il-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku mill-effetti negattivi tal-emissjonijiet u l-iskariki fil-baħar skont il-konvenzjonijiet ibbażati fuq l-OMI bħall-MARPOL, kif ukoll il-konvenzjonijiet mhux koperti mill-MARPOL bħall-Konvenzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra u l-Konvenzjonijiet tal-Ibħra Reġjonali;
(b)  il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem mill-effetti avversi ta' kwalunkwe kontaminazzjoni ta' ilma tax-xorb billi jiġi żgurat li jkun ħieles minn kull mikroorganiżmu, parassita u sustanza li tikkostitwixxi periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, u li jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I, il-Partijiet A u B, tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE54, u jiżdied l-aċċess taċ-ċittadini għall-ilma tax-xorb nadif;
(b)  il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem mill-effetti avversi ta' kwalunkwe kontaminazzjoni ta' ilma tax-xorb billi jiġi żgurat li jkun ħieles minn kull mikroorganiżmu, parassita u sustanza li tikkostitwixxi periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, u li jivverifika li jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I, il-Partijiet A u B, tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, u jiżdied l-aċċess taċ-ċittadini għall-ilma tax-xorb nadif;
(c)  l-astrazzjoni ta' ilma f'konformita mal-objettiv ta' status kwantitattiv tajjeb kif definit fit-Tabella 2.1.2 fl-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE;
(c)  l-astrazzjoni ta' ilma f'konformita mal-objettiv ta' status kwantitattiv tajjeb kif definit fit-Tabella 2.1.2 fl-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE;
(d)  it-titjib tal-effiċjenza tal-ilma, il-faċilitazzjoni tal-użu mill-ġdid tal-ilma, u kull attività oħra li tipproteġi jew ittejjeb il-kwalità tal-korpi tal-ilma tal-Unjoni skont id-Direttiva 2000/60/KE;
(d)  it-titjib tal-immaniġġjar u tal-effiċjenza tal-ilma, il-faċilitazzjoni tal-użu mill-ġdid tal-ilma, is-sistemi tal-immaniġġjar tal-ilma tax-xita u kull attività oħra li tipproteġi jew ittejjeb il-kwalità u l-kwantità tal-korpi tal-ilma tal-Unjoni skont id-Direttiva 2000/60/KE;
(e)  l-iżgurar tal-użu sostenibbli tas-servizzi tal-ekosistema marina jew il-kontribuzzjoni għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini, kif determinat abbażi tad-deskritturi kwalitativi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE u kif speċifikat ulterjorment fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/84855.
(e)  l-iżgurar tal-użu sostenibbli tas-servizzi tal-ekosistema marina jew il-kontribuzzjoni għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini, kif determinat abbażi tad-deskritturi kwalitativi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE u kif speċifikat ulterjorment fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/84855.
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:
(a)  tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tal-ilma u tar-riżorsi marini;
(a)  tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tal-ilma u tar-riżorsi marini;
(b)  tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.
(b)  tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 flimkien f'att delegat wieħed, u tqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 flimkien f'att delegat wieħed, u tqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-1 ta' Lulju 2022, bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2022.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-1 ta' Lulju 2022, bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2022.
_________________
_________________
53 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
53 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
54 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
54 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
55 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta' Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 43.)
55 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta' Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 43.)
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 9
Artikolu 9
Artikolu 9
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-ekonomija ċirkolari u għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-ekonomija ċirkolari, inkluża l-prevenzjoni tal-iskart u għaż-żieda fl-użu tal-materji primi sekondarji
1.  Attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari u għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart meta dik l-attività tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għal dak l-objettiv ambjentali permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi:
1.  Attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari, inklużi l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart, li tinkludi ċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta' prodott jew l-attività ekonomika fi stadji differenti tal-produzzjoni, il-konsum u t-tmiem tal-ħajja, meta dik l-attività, f'konformità mal-acquis tal-UE, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għal dak l-objettiv ambjentali permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi:
(a)  it-titjib tal-użu effiċjenti ta' materji primi prodotti, inkluż permezz tat-tnaqqis tal-użu ta' materji primi primarji u ż-żieda fl-użu ta' prodotti sekondarji u l-iskart;
(a)  it-titjib tal-użu effiċjenti ta' materji primi u riżorsi prodotti, inkluż permezz tat-tnaqqis tal-użu ta' materji primi primarji u ż-żieda fl-użu ta' prodotti sekondarji u materji primi sekondarji, b'tali mod li jiġu appoġġjat it-tmiem ta' operazzjonijiet tal-iskart;
(b)  iż-żieda fid-durabbiltà, fil-kapaċità ta' tiswija, ta' aġġornament jew ta' użu mill-ġdid tal-prodotti;
(b)  id-disinn, il-manifattura u ż-żieda fl-użu tal-prodotti li huma effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, durabbli (inkluż f'termini ta' tul il-ħajja u n-nuqqas ta' obsolexxenza programmata), li jistgħu jissewwew, jerġgħu jintużaw u jittejbu;
(c)  iż-żieda fil-kapaċità ta' riċiklaġġ tal-prodotti, inkluż ta' materjali individwali inklużi fil-prodotti, fost l-oħrajn permezz ta' sostituzzjoni jew tnaqqis fl-użu ta' prodotti u materjali li mhumiex riċiklabbli;
(c)  id-disinn ta' prodotti li ġejjin mill-iskart u ż-żieda fil-kapaċità tal-użu mill-ġdid u ta' riċiklaġġ tal-prodotti, inkluż ta' materjali individwali inklużi fil-prodotti, fost l-oħrajn permezz ta' sostituzzjoni jew tnaqqis fl-użu ta' prodotti u materjali li mhumiex riċiklabbli;
(d)  it-tnaqqis fil-kontenut ta' sustanzi perikolużi fil-materjali u fil-prodotti;
(d)  it-tnaqqis fil-kontenut ta' sustanzi perikolużi u s-sostituzzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna fil-materjali u fil-prodotti, f'konformità mar-rekwiżiti legali armonizzati stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, partikolarment, mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE li tiżgura ġestjoni sikura tas-sustanzi, il-materjali u l-prodotti u l-iskart;
(e)  l-estensjoni tal-użu ta' prodotti inkluż permezz taż-żieda fl-użu mill-ġdid, fil-manifattura mill-ġdid, fl-aġġornament, fit-tiswija u fil-kondiviżjoni ta' prodotti mill-konsumaturi;
(e)  l-estensjoni tal-użu ta' prodotti inkluż permezz taż-żieda fl-użu mill-ġdid, fil-manifattura mill-ġdid, fl-aġġornament, fit-tiswija u fil-kondiviżjoni ta' prodotti mill-konsumaturi;
(f)  iż-żieda fl-użu ta' materji primi sekondarji u l-kwalità tagħhom, inkluż permezz ta' riċiklaġġ tal-iskart ta' kwalità għolja;
(f)  iż-żieda fl-użu ta' materji primi sekondarji u l-kwalità tagħhom, inkluż permezz ta' riċiklaġġ tal-iskart ta' kwalità għolja;
(g)  it-tnaqqis ta' ġenerazzjoni tal-iskart;
(g)  it-tnaqqis ta' ġenerazzjoni tal-iskart inkluż ġenerazzjoni ta' skart fi proċessi relatati mal-produzzjoni industrijali, l-estrazzjoni ta' minerali, il-manifattura, il-kostruzzjoni u d-demolizzjoni;
(h)  iż-żieda fit-tħejjija għal użu mill-ġdid u riċiklaġġ tal-iskart;
(h)  iż-żieda fit-tħejjija għal użu mill-ġdid u riċiklaġġ tal-iskart skont il-ġerarkija tal-iskart;
(ha)   iż-żieda fl-iżvilupp tal-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;
(i)  l-evitar ta' inċinerazzjoni u rimi tal-iskart;
(i)  l-evitar ta' inċinerazzjoni, rimi u rimi f'landfill tal-iskart skont il-ġerarkija tal-iskart;
(j)  l-evitar u t-tindif ta' żibel u tniġġis ieħor ikkawżat minn immaniġġjar ħażin tal-iskart;
(j)  l-evitar, it-tnaqqis u t-tindif ta' żibel u tniġġis ieħor inklużi l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-iskart marin, ikkawżat minn immaniġġjar ħażin tal-iskart;
(ja)   it-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel fil-produzzjoni primarja, fl-ipproċessar u fil-manifatturar, fil-bejgħ bl-imnut u f'mezzi oħra ta' distribuzzjoni tal-ikel, f'restorants u servizzi tal-ikel kif ukoll fid-djar;
(k)  l-użu effiċjenti ta' riżorsi naturali tal-enerġija.
(k)  l-użu effiċjenti ta' riżorsi naturali tal-enerġija, materji primi, ilma u art;
(ka)  it-trawwim tal-bijoekonomija permezz tal-użu sostenibbli ta' sorsi rinnovabbli għall-produzzjoni ta' materjali u komoditajiet.
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:
(a)  tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-ekonomija ċirkolari u għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart;
(a)  tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar, ibbażati fuq l-indikaturi tal-ekonomija ċirkolari tal-Kummissjoni, li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-ekonomija ċirkolari u għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart;
(b)  tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.
(b)  tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar, ibbażati fuq l-indikaturi tal-ekonomija ċirkolari tal-Kummissjoni, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 flimkien f'att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq l-indikaturi tal-ekonomija ċirkolari tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2 flimkien f'att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-1 ta' Lulju 2021, bil-ħsieb li tiżgura li d-dħul fis-seħħ tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2021.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-1 ta' Lulju 2021, bil-ħsieb li tiżgura li d-dħul fis-seħħ tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2021.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 10
Artikolu 10
Artikolu 10
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis
1.  Attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis meta dik l-attività tikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni ambjentali mit-tniġġis permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi:
1.  Attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis meta dik l-attività tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għal protezzjoni ambjentali mit-tniġġis permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi:
(a)  it-tnaqqis tal-emissjonijiet inkwinanti tal-ilma u tal-ħamrija għajr gassijiet serra;
(a)  it-tnaqqis tal-emissjonijiet inkwinanti tal-ilma u tal-ħamrija għajr gassijiet serra;
(b)  it-titjib tal-livelli tal-kwalità tal-arja, tal-ilma jew tal-ħamrija fiż-żoni li fihom isseħħ l-attività ekonomika filwaqt li jiġu minimizzati l-impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u r-riskji għalihom;
(b)  it-titjib tal-livelli tal-kwalità tal-arja, tal-ilma jew tal-ħamrija fiż-żoni li fihom isseħħ l-attività ekonomika filwaqt li jiġu minimizzati l-impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u r-riskji għalihom;
(c)  il-minimizzazzjoni tal-effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent tal-produzzjoni u l-użu tal-prodotti kimiċi.
(c)  il-minimizzazzjoni tal-effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent tal-produzzjoni u l-użu tal-prodotti kimiċi.
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:
(a)  tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;
(a)  tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;
(b)  tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.
(b)  tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 flimkien f'att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 flimkien f'att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-1 ta' Lulju 2021, bil-ħsieb li tiżgura li d-dħul fis-seħħ tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2021.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-1 ta' Lulju 2021, bil-ħsieb li tiżgura li d-dħul fis-seħħ tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2021.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 11
Artikolu 11
Artikolu 11
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-protezzjoni tal-ekosistemi b'saħħithom
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi b'saħħithom jew għar-restawr tal-ekosistemi degradati
1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għal ekosistemi b'saħħithom meta dik l-attività tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-protezzjoni, għall-konservazzjoni u għat-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistema f'konformità mal-istrumenti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tal-Unjoni rilevanti, permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi:
1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-bijodiversità u l-ekosistemi b'saħħithom jew ir-restawr ta' ekosistemi degradati meta dik l-attività tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-protezzjoni, għall-konservazzjoni u għat-titjib jew għar-restawr tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistema f'konformità mal-istrumenti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tal-Unjoni rilevanti, permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi:
(a)  il-konservazzjoni tan-natura (ħabitati, speċji); il-protezzjoni, ir-restawr u t-titjib tal-kundizzjoni tal-ekosistemi u l-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi;
(a)  miżuri ta' konservazzjoni tan-natura biex iżommu jew jirrestawraw ħabitati u speċji ta' fawna u flora selvaġġi fi stat ta' konservazzjoni favorevoli biex jilħqu popolazzjonijiet adegwati ta' speċji li jseħħu naturalment u miżuri għall-protezzjoni, ir-restawr u t-titjib tal-kundizzjoni tal-ekosistemi u l-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi;
(b)  il-ġestjoni sostenibbli tal-art, inkluża l-protezzjoni adegwata tal-bijodiversità tal-ħamrija; in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art; u r-rimedju tas-siti kontaminati;
(b)  il-ġestjoni sostenibbli tal-art, inkluża l-protezzjoni adegwata tal-bijodiversità tal-ħamrija; in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art; u r-rimedju tas-siti kontaminati;
(c)  prattiki agrikoli sostenibbli, inklużi dawk li jikkontribwixxu għall-waqfien jew għall-prevenzjoni tad-deforestazzjoni u t-telf tal-ħabitati;
(c)  prattiki agrikoli sostenibbli, inklużi dawk li jikkontribwixxu għall-waqfien jew għall-prevenzjoni tad-deforestazzjoni u t-telf tal-ħabitati;
(d)  il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.
(d)  il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, b'kunsiderazzjoni tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam, ir-Regolament LULUCF tal-UE, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED) tal-UE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, li hija konformi ma' dawn u l-konklużjonijiet tal-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (MCPFE).
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:
(a)  tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-protezzjoni ta' ekosistemti b'saħħithom;
(a)  tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-protezzjoni ta' bijodiversità u ekosistemi b'saħħithom jew għar-restawr ta' ekosistemi degradati;
(b)  tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.
(b)  tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 flimkien f'att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 flimkien f'att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-1 ta' Lulju 2022, bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2022.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-1 ta' Lulju 2022, bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2022.
Emendi 48 u 101
Proposta għal regolament
Artikolu 12
Artikolu 12
Artikolu 12
Ħsara sinifikanti għall-objettivi ambjentali
Ħsara sinifikanti għall-objettivi ambjentali
Għall-finijiet tal-Artikolu 3(b), attività ekonomika għandha titqies li tagħmel ħsara sinifikanti għal:
1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 3(b) u 3a, b'kunsiderazzjoni taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha, attività ekonomika għandha titqies li tagħmel ħsara sinifikanti għal:
(a)  il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, meta dik l-attività twassal għal emissjonijiet sinifikanti tal-gassijiet serra;
(a)  il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, meta dik l-attività twassal għal emissjonijiet sinifikanti tal-gassijiet serra;
(b)  l-adattament għat-tibdil fil-klima, meta dik l-attività twassal għal żieda fl-effett negattiv tal-klima attwali u mistennija, għall-ambjent naturali u mibni u lil hinn minnu li fih isseħħ l-attività;
(b)  l-adattament għat-tibdil fil-klima, meta dik l-attività twassal għal żieda fl-effett negattiv tal-klima attwali u mistennija, għall-ambjent naturali u mibni u lil hinn minnu li fih isseħħ l-attività;
(c)  l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ilma u tar-riżorsi marini, meta dik l-attività tkun ta' detriment sa punt sinifikanti għall-istatus tajjeb tal-ilmijiet tal-Unjoni, inklużi l-ilma ħelu, l-ilmijiet temporanji u l-ilmijiet kostali, jew għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini tal-Unjoni;
(c)  l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ilma u tar-riżorsi marini, meta dik l-attività tkun ta' detriment sa punt sinifikanti għall-istatus tajjeb tal-ilmijiet tal-Unjoni, inklużi l-ilma ħelu, l-ilmijiet temporanji u l-ilmijiet kostali, jew għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini tal-Unjoni, f'konformità mad-Direttivi 2000/60/KE u 2008/56/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma;
(d)  l-ekonomija ċirkolari u l-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, meta dik l-attività twassal għal ineffiċjenzi sinifikanti fl-użu ta' materjali f'wieħed mill-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jew aktar, inkluż f'termini tad-durabbiltà, il-kapaċità ta' tiswija, ta' aġġornament, ta' użu mill-ġdid jew ta' riċiklaġġ ta' prodotti; jew meta dik l-attività twassal għal żieda sinifikanti fil-ġenerazzjoni, fl-inċinerazzjoni jew fir-rimi tal-iskart;
(d)  l-ekonomija ċirkolari u l-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, meta dik l-attività twassal għal ineffiċjenzi sinifikanti fl-użu ta' materjali u riżorsi, bħall-enerġija mhux rinnovabbli, il-materji primi, l-ilma u l-art, direttament jew indirettament fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti inklużi l-ineffiċjenzi relatati mal-karatteristiċi ddisinjati li jillimitaw il-ħajja tal-prodotti u inkluż f'termini tad-durabbiltà, il-kapaċità ta' tiswija, ta' aġġornament, ta' użu mill-ġdid jew ta' riċiklaġġ ta' prodotti; jew meta dik l-attività twassal għal żieda sinifikanti fil-ġenerazzjoni, fl-inċinerazzjoni jew fir-rimi tal-iskart;
(e)  il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis meta dik l-attività twassal għal żieda sinifikanti fl-emissjonijiet ta' inkwinanti għall-arja, għall-ilma u għall-art, meta mqabbla mas-sitwazzjoni qabel ma tkun bdiet din l-attività;
(e)  il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis meta dik l-attività twassal għal żieda sinifikanti fl-emissjonijiet ta' inkwinanti għall-arja, għall-ilma u għall-art, meta mqabbla mas-sitwazzjoni qabel ma tkun bdiet din l-attività;
(f)  l-ekosistemi b'saħħithom, meta dik l-attività tkun ta' detriment sa punt sinifikanti għall-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi.
(f)  l-ekosistemi b'saħħithom, meta dik l-attività tkun ta' detriment sa punt sinifikanti għall-kundizzjoni tajba u r-reżiljenza tal-ekosistemi, inklużi l-bijodiversità u l-użu tal-art.
2.   Meta tiġi vvalutata attività ekonomika skont il-kriterji (a) sa (f), għandhom jitqiesu l-impatti ambjentali tal-attività nnifisha, kif ukoll tal-prodotti u s-servizzi pprovduti minn dik l-attività tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom u, jekk ikun meħtieġ, tul il-katina tal-valur.
Emendai 49, 70, 72 u 93
Proposta għal regolament
Artikolu 13
Artikolu 13
Artikolu 13
Salvagwardji minimi
Salvagwardji minimi
Is-salvagwardji minimi msemmija fl-Artikolu 3(c) għandhom ikunu proċeduri implimentati mill-impriża li tkun qed twettaq attività ekonomika biex tiżgura li jiġu osservati l-prinċiipji u d-drittijiet stabbiliti fit-tmien konvenzjonijiet fundamentali identifikati fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol, jiġifieri: id-dritt li ma jkunux soġġetti għal xogħol furzat, il-libertà ta' assoċjazzjoni, id-dritt għall-organizzazzjoni tal-ħaddiema, id-dritt ta' negozjar kollettiv, ir-remunerazzjoni ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ta' valur ugwali, in-nondiskriminazzjoni fl-opportunità u t-trattament fir-rigward tal-impjiegi u tal-professjoni, kif ukoll id-dritt li ma jkunux soġġetti għat-tħaddim tat-tfal.
Is-salvagwardji minimi msemmija fl-Artikolu 3(c) għandhom ikunu proċeduri implimentati mill-impriża li tkun qed twettaq attività ekonomika biex tiżgura li jiġu osservati l-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fit-tmien konvenzjonijiet fundamentali identifikati fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol u l-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar il-konsegwenzi u l-adegwatezza ta' reviżjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tinkludi l-konformità ma' salvagwardji minimi oħra li l-impriża li qed twettaq attività ekonomika trid tosserva sabiex tistabbilixxi li dik l-attività ekonomika hi ambjentalment sostenibbli.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan l-Artikolu b'att delegat li jispeċifika l-kriterji biex tiddetermina jekk ikunx hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu. Meta tfassal l-att delegat imsemmi f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis il-prinċipji elenkati fil-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak l-att delegat sal-31 ta' Diċembru 2020.
Emendi 50, 73, 74, 75 u 104
Proposta għal regolament
Artikolu 14
Artikolu 14
Artikolu 14
Rekwiżiti għal kriterji tekniċi ta' skrinjar
Rekwiżiti għal kriterji tekniċi ta' skrinjar
1.  Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar, adottati f'konformità mal-Artikoli 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2) u 11(2), għandhom:
1.  Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar, adottati f'konformità mal-Artikoli 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2) u 11(2), għandhom:
(-a)  tkun ibbażata fuq indikaturi armonizzati li jkejlu l-impatt ambjentali bl-użu tal-valutazzjoni armonizzata taċ-ċiklu tal-ħajja;
(a)  jidentifikaw l-aktar kontribuzzjonijiet potenzjali rilevanti għall-objettiv ambjentali partikolari, u jqisu mhux biss l-impatti fuq terminu qasir iżda anke l-impatti fuq terminu itwal ta' attività ekonomika speċifika;
(a)  jidentifikaw l-aktar kontribuzzjonijiet potenzjali rilevanti għall-objettiv ambjentali partikolari, u jqisu mhux biss l-impatti fuq terminu qasir iżda anke l-impatti fuq terminu itwal ta' attività ekonomika speċifika;
(b)  jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi li jenħtieġ li jiġu ssodisfati biex tiġi evitata ħsara sinifikanti għal kwalunkwe waħda mill-objettivi ambjentali rilevanti;
(b)  jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi li jenħtieġ li jiġu ssodisfati biex tiġi evitata ħsara sinifikanti għal kwalunkwe waħda mill-objettivi ambjentali rilevanti;
(c)  ikunu kwalitattivi jew kwantitattivi, jew it-tnejn li huma, u jinkludu livelli limiti meta possibbli;
(c)  ikunu kwalitattivi jew kwantitattivi, jew it-tnejn li huma, u jinkludu livelli limiti meta possibbli;
(d)  fejn xieraq, jibnu fuq l-iskemi ta' tikkettar u ċertifikazzjoni tal-Unjoni, fuq metodoloġiji tal-Unjoni għall-valutazzjoni tal-impronta ambjentali, u fuq is-sistemi ta' klassifikazzjoni statistika tal-Unjoni, u jqisu kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti rilevanti;
(d)  fejn xieraq, jibnu fuq l-iskemi ta' tikkettar u ċertifikazzjoni tal-Unjoni, fuq metodoloġiji tal-Unjoni għall-valutazzjoni tal-impronta ambjentali, u fuq is-sistemi ta' klassifikazzjoni statistika tal-Unjoni, u jqisu kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti rilevanti; tiġi rikonoxxuta l-kompetenza tal-Istati Membri;
(e)  ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva u jqisu, meta rilevanti, l-prinċipju ta' prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE;
(e)  ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva u jaderixxu mal-prinċipju ta' prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE;
(f)  iqisu l-impatti ambjentali tal-attività ekonomika nnifisha, kif ukoll il-prodotti u s-servizzi pprovduti minn dik l-attività ekonomika, speċjalment billi jitqiesu l-produzzjoni, l-użu u t-tmiem tal-ħajja tagħhom;
(f)  iqisu l-impatti ambjentali tal-attività ekonomika nnifisha, kif ukoll il-prodotti u s-servizzi pprovduti minn dik l-attività ekonomika permezz taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom u, jekk meħtieġ, permezz tal-katina tal-valur, billi jitqiesu l-produzzjoni mill-ipproċessar tal-materji primi sal-prodott finali, l-użu, it-tmiem tal-ħajja tagħhom u r-riċiklaġġ;
(fa)   tqis l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni, ibbażata fuq il-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015-2030;
(g)  iqisu n-natura u l-iskala tal-attività ekonomika;
(g)  iqisu n-natura u l-iskala tal-attività ekonomika, iqisu jekk attività tkunx fi tranżizzjoni għal konfigurazzjoni u/jew operat sostenibbli, permezz ta' proġetti ta' riċerka u innovazzjoni, skedi ta' żmien speċifiċi u mogħdijiet għal din it-tranżizzjoni;
(h)  iqisu l-impatt potenzjali fuq il-likwidità fis-suq, ir-riskju li ċerti assi ma jiġux irkuprati bħala riżultat li jintilef il-valur minħabba t-tranżizzjoni għal ekonomija aktar sostenibbli, kif ukoll ir-riskju li jinħolqu inċentivi inkonsistenti;
(h)  iqisu r-riskju li ċerti assi ma jiġux irkuprati bħala riżultat li jintilef il-valur minħabba t-tranżizzjoni għal ekonomija aktar sostenibbli, kif ukoll ir-riskju li jinħolqu inċentivi inkonsistenti;
(ha)   ikunu faċli biex jiġu applikati u jevitaw piż amministrattiv żejjed minn perspettiva tal-konformità;
(i)  ikopru l-attivitajiet ekonomiċi rilevanti kollha f'settur speċifiku u jiżguraw li dawk l-attivitajiet kollha jkunu trattati b'mod ugwali lejn objettiv ambjentali wieħed jew aktar, biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizjoni fis-suq;
(i)  ikopru l-attivitajiet ekonomiċi rilevanti kollha f'makrosettur ekonomiku u jiżguraw li dawk l-attivitajiet jkunu trattati b'mod ugwali f'termini tar-riskji ta' sostenibbiltà tagħhom jekk jikkontribwixxu b'mod ugwali lejn objettiv ambjentali wieħed jew aktar u ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil wieħed mill-objettivi oħrajn taħt l-Artikoli 3 u 12, biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizjoni fis-suq;
(j)  ikunu stabbiliti biex jiffaċilitaw il-verifika ta' konformità ma' dawk il-kriterji kull fejn possibbli.
(j)  ikunu stabbiliti biex jiffaċilitaw il-verifika ta' konformità ma' dawk il-kriterji kull fejn possibbli.
2.  Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll kriterji għal attivitajiet relatati mat-tranżizzjoni għall-enerġija nadifa, b'mod partikolari l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli, sa fejn dawn jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali.
2.  Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll kriterji bbażati fuq indikaturi għal attivitajiet relatati mat-tranżizzjoni għall-enerġija nadifa lejn emissjonijiet ta' gassijiet serra netti ta' żero, b'mod partikolari l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli, sa fejn dawn jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali.
2a.   Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar għandhom jiżguraw li attivitajiet ta' ġenerazzjoni ta' enerġija li jużaw fjuwils fossili solidi ma jitqisux bħala attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.
2b.   Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar għandhom jiżguraw li l-attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għal effetti ta' intrappolament tal-klijentela intensivi f'termini ta' karbonju ma jitqisux bħala attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.
2c.   Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar għandhom jiżguraw li attivitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jipproduċu skart mhux rinnovabbli ma jitqisux bħala attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli
3.  Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll kriterji għal attivitajiet relatati mal-qlib għall-mobbiltà nadifa jew newtrali mil-lat ta' klima, inkluż permezz ta' bidla modali, miżuri ta' effiċjenza u fjuwils alternattivi, sa fejn dawn jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali.
3.  Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll kriterji għal attivitajiet relatati mal-qlib għall-mobbiltà nadifa jew newtrali mil-lat ta' klima, inkluż permezz ta' bidla modali, miżuri ta' effiċjenza u fjuwils alternattivi, sa fejn dawn jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali.
3a.  Jekk il-biċċa l-kbira tal-impriżi li jwettqu attività ekonomika speċifika evidentement involuti fi trajettorja lejn li jittrasformaw din l-attività għal waħda sostenibbli, il-kriterji tal-iskrinjar jistgħu jikkunsidraw dan. Tali trajettorja tista' tintwera permezz ta' sforzi sostnuti tar-riċerka u żvilupp, proġetti kbar ta' investiment f'teknoloġiji ġodda u aktar sostenibbli, jew pjanijiet tat-tranżizzjoni konkreti għall-inqas fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina b'mod regolari l-kriterji ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 u, jekk xieraq, temenda l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament f'konformità mal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.
4.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina b'mod regolari l-kriterji ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 u, jekk xieraq, temenda l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament f'konformità mal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 15
Artikolu 15
Artikolu 15
Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli
Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli
1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Pjattaforma dwar il-finanzi sostenibbli magħmula minn:
1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Pjattaforma dwar il-finanzi sostenibbli liema kompożizzjoni għandha tiżgura bilanċ, firxa wiesgħa ta' opinjonijiet u ugwaljanza bejn is-sessi. Hi għandha tkun magħmula, b'mod bilanċjat, minn rappreżentanti mill-gruppi li ġejjin:
(a)  rappreżentanti ta':
(a)  rappreżentanti ta' dawn li ġejjin:
(i)  l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;
(i)  l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;
(ii)  l-Awtorità Superviżorja Ewropea;
(ii)  l-Awtorità Superviżorja Ewropea;
(iii)  il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
(iii)  il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
(iiia)   l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali;
(iiib)   il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG);
(b)  esperti li jirrappreżentaw partijiet ikkonċernati privati rilevanti;
(b)  esperti li jirrappreżentaw partijiet ikkonċernati privati rilevanti, inklużi l-atturi tas-swieq finanzjarji u mhux finanzjarji u s-setturi tan-negozju, li jirrappreżentaw l-industriji rilevanti;
(ba)   esperti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, inkluż b'għarfien espert fil-qasam ta' kwistjonijiet ambjentali, soċjali, tax-xogħol u ta' governanza.
(c)  esperti maħtura f'kapaċità personali, b'għarfien u esperjenza ppruvati fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament.
(c)   esperti li jirrappreżentaw lill-akkademja, inklużi universitajiet, istituti ta' riċerka u think tanks, inkluż b'għarfien espert globali;
1a.   L-esperti msemmija fil-punti (b) u (c) għandhom jiġu maħtura skont l-Artikolu 237 tar-Regolament Finanzjarju, u għandu jkollhom għarfien u esperjenza ppruvati fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, speċjalment is-sostenibbiltà fis-settur finanzjarju.
1b.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu infurmati b'mod dovut fil-ħin fil-proċedura tal-għażla tal-esperti għall-Pjattaforma.
2.  Il-Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli għandha:
2.  Il-Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli għandha:
(-a)   tavża lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' indikaturi armonizzati msemmija fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1(-a) u l-ħtieġa possibbli biex jiġu aġġornati; b'dan il-mod hija għandha tibbaża fuq il-ħidma tal-entitajiet u l-inizjattivi rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Qafas ta' Monitoraġġ tal-Ekonomija Ċirkolari.
(a)  tavża lill-Kummissjoni dwar il-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fl-Artikolu 14, u l-ħtieġa possibbli biex jiġu aġġornati dawn il-kriterji;
(a)  tavża lill-Kummissjoni dwar il-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fl-Artikolu 14, u l-ħtieġa possibbli biex jiġu aġġornati dawn il-kriterji;
(b)  tanalizza l-impatt tal-kriterji tekniċi ta' skrinjar f'termini tal-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali tal-applikazzjoni tagħhom;
(b)  tanalizza l-impatt tal-kriterji tekniċi ta' skrinjar abbażi tad-data u r-riċerka xjentifika meta jkunu disponibbli f'termini tal-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali tal-applikazzjoni tagħhom;
(c)  tassisti lill-Kummissjoni biex tanalizza t-talbiet minn partijiet ikkonċernati biex tiżviluppa jew tirrevedi kriterji tekniċi ta' skrinjar għal attività ekonomika partikolari;
(c)  tassisti lill-Kummissjoni biex tanalizza t-talbiet minn partijiet ikkonċernati biex tiżviluppa jew tirrevedi kriterji tekniċi ta' skrinjar għal attività ekonomika partikolari abbażi tad-data u r-riċerka xjentifika meta jkunu disponibbli; il-konklużjonijiet ta' dawn l-analiżi għandhom jiġu ppubblikati fil-ħin fuq is-sit web tal-Kummissjoni;
(d)  tavża lill-Kummissjoni dwar is-sostenibbiltà tal-kriterji tekniċi ta' skrinjar għal użi ulterjuri possibbli;
(d)  fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Parlament Ewropew, tavża lill-Kummissjoni jew lill-Parlament Ewropew dwar is-sostenibbiltà tal-kriterji tekniċi ta' skrinjar għal użi ulterjuri possibbli;
(da)   tavża, b'kooperazzoni mal-EFRAG, lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta' standards ta' kontabbiltà tas-sostenibbiltà u standards integrati ta' rappurtar għal korporazzjonijiet u parteċipanti fis-suq finanzjarju, inkluż permezz tar-reviżjoni tad-Direttiva 2013/34/UE;
(e)  timmonitorja u tirrapporta regolarment lill-Kummissjoni dwar flussi ta' kapital lejn investiment sostenibbli;
(e)  timmonitorja u tirrapporta regolarment lill-Kummissjoni dwar it-tendenza fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri rigward il-flussi ta' kapital minn attivitajiet ekonomiċi b'impatt negattiv fuq is-sostenibbiltà ambjentali lejn investiment sostenibbli abbażi tad-data u r-riċerka xjentifika meta jkunu disponibbli;
(f)  tavża lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa possibbli biex jiġi emendat ir-Regolament.
(f)  tavża lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa possibbli biex jiġi emendat ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza u l-kwalità tad-data, u tal-modi kif jitnaqqas il-piż amministrattiv;
(fa)   tikkontribwixxi għall-evalwazzjoni u l-iżvilupp ta' regolamenti u politiki dwar il-finanzi sostenibbli, inklużi kwistjonijiet ta' koerenza politika;
(fb)  tassisti lill-Kummissjoni fid-definizzjoni ta' objettivi soċjali possibbli.
2a.   Il-Pjattaforma għandha tikkunsidra b'mod dovut id-data xierqa u r-riċerka xjentifika rilevanti fit-twettiq ta' dawn il-kompiti. Hija tista' twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi sabiex tiġbor l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati dwar kwistjonijiet speċifiċi fil-mandat tagħha.
3.  Il-Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli għandha tkun ippreseduta mill-Kummissjoni.
3.  Il-Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli għandha tkun ippreseduta mill-Kummissjoni u magħmula f'konformità mar-regoli orizzontali tal-Kummissjoni għall-gruppi ta' esperti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-analiżijiet, id-deliberazzjonijiet, ir-rapporti u l-minuti tal-Pjattaforma fuq is-sit web tagħha.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 16
Artikolu 16
Artikolu 16
Eżerċizzju tad-delega
Eżerċizzju tad-delega
1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2), u 11(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat minn [Data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2), u 11(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat minn [Data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 2 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 2 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Bħala parti mit-tħejjija tal-atti delegati, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet u valutazzjonijiet xierqa tal-għażliet ta' politika proposti.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(3), 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2) u 11(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(3), 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2) u 11(2), 12(2) u 13(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.
Emendi 53 u 105
Proposta għal regolament
Artikolu 17
Artikolu 17
Artikolu 17
Klawsola ta' rieżami
Klawsola ta' rieżami
1.  Sal-31 ta' Diċembru 2021 u sussegwentement kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa:
1.  Sal-31 ta' Diċembru 2021 u sussegwentement kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa:
(a)  il-progress dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-iżvilupp tal-kriterji tekniċi ta' skrinjar għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli;
(a)  il-progress dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-iżvilupp tal-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli;
(b)  il-ħtieġa possibbli li jiġu riveduti l-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament biex titqies attività ekonomika ambjentalment sostenibbli;
(b)  il-ħtieġa possibbli li jiġu riveduti l-kriterji u l-lista ta' indikaturi stabbiliti f'dan ir-Regolament biex titqies attività ekonomika ambjentalment sostenibbli biex tiffaċilita l-innovazzjoni u t-tranżizzjoni sostenibbli;
(c)  l-adegwatezza li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament biex ikopri objettivi oħrajn dwar is-sostenibbiltà, b'mod partikolari objettivi soċjali;
(c)  l-adegwatezza li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament biex ikopri objettivi oħrajn dwar is-sostenibbiltà, b'mod partikolari objettivi soċjali;
(d)  l-użu tad-definizzjoni ta' investiment ambjentalment sostenibbli fid-dritt tal-Unjoni, u fil-livell tal-Istat Membru, inkluża l-adegwatezza tat-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' verifika tal-konformità mal-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(d)  l-użu tad-definizzjoni ta' investiment ambjentalment sostenibbli u investimenti b'impatt ambjentali negattiv fid-dritt tal-Unjoni, u fil-livell tal-Istat Membru, inkluża l-adegwatezza tar-rieżami jew tat-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' verifika addizzjonali tal-konformità mal-kriterji bbażati fuq indikaturi stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(da)   l-effettività tat-tassonomija fit-twassil ta' investimenti privati f'attivitajiet sostenibbli.
1a.  Sal-31 ta' Diċembru 2021, u sussegwentement kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jekk joħloq piż amministrattiv eċċessiv jew jekk id-data meħtieġa għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji ma tkunx disponibbli biżżejjed.
2.  Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti ta' akkumpanjament meta jkun xieraq.
2.  Ir-rapporti għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti leġiżlattivi ta' akkumpanjament meta jkun xieraq.

(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 103.
(2) ĠU C 86, 7.3.2019, p. 24.

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' April 2019Avviż legali