Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0322(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0181/2019

Testi mressqa :

A8-0181/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2019 - 6.23

Testi adottati :

P8_TA(2019)0355

Testi adottati
PDF 141kWORD 48k
Il-Ħamis, 4 ta' April 2019 - Brussell Verżjoni proviżorja
L-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 ***I
P8_TA-PROV(2019)0355A8-0181/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 (COM(2018)0614 – C8-0396/2018 – 2018/0322(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0614),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0396/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Jannar 2019(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0181/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 134 – paragrafu 2 – inċiż 6
"– 2021-2023: 1 %".
"– 2021-2023: 2 %".

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' April 2019Avviż legali