Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2002(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0481/2018

Testi mressqa :

A8-0481/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2019 - 6.26
CRE 04/04/2019 - 6.26

Testi adottati :

P8_TA(2019)0358

Testi adottati
PDF 126kWORD 48k
Il-Ħamis, 4 ta' April 2019 - Brussell Verżjoni proviżorja
It-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew
P8_TA-PROV(2019)0358A8-0481/2018

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar it-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (2018/2002(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP) (COM(2017)0343),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni personali, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (C(2017)4393),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0481/2018),

A.  billi s-suq intern għal prodotti tal-pensjoni personali għadu frammentat ħafna, b'mod partikolari fir-rigward tal-eżenzjonijiet mit-taxxa;

B.  billi l-istudju dwar il-fattibilità ta' Qafas Ewropew dwar il-Pensjoni Personali ta' Ġunju 2017 (FISMA/2015/146(02)/D) juri li l-inċentivi fiskali huma fundamentali biex jintuża l-PEPP;

C.  billi l-Istati Membri għandhom il-kompetenza esklużiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta;

D.  billi fis-suq intern il-fornituri u l-prodotti kollha għandhom jiġu trattati b'mod ugwali, irrispettivament min-nazzjonalità jew l-Istat Membru tal-oriġini;

1.  Jistieden lill-Kunsill, bil-ħsieb li jittejjeb l-użu tal-PEPP, biex jelabora proposti fir-rigward ta' inċentivi għal dawk li jfaddlu fil-PEPP;

2.  Jissuġġerixxi li jiġu kkunsidrati l-approċċi li ġejjin:

   li jiġu analizzati l-inċentivi fiskali eżistenti għall-prodotti ta' pensjoni personali u jiġu vvalutati l-kosti, l-effikaċja u l-effetti ridistributtivi tagħhom u fejn applikabbli jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi u l-effetti rigressivi;
   li jingħata ħelsien mit-taxxa lill-PEPP bħal dak mogħti lill-prodotti tal-pensjoni personali nazzjonali, anki f'każijiet fejn il-karatteristiki tal-PEPP ma jaqblux kompletament mal-kriterji nazzjonali kollha;
   li jingħata ħelsien mit-taxxa speċifiku lill-PEPP, li jkun armonizzat fil-livell tal-Unjoni, u li jiġi stabbilit fi ftehim tat-taxxa multilaterali bejn l-Istati Membri;

3.  Jenfasizza li t-taxxa hija kompetenza tal-Istati Membri, u li għalhekk kwalunkwe deċiżjoni biex jingħata ħelsien speċjali mit-taxxa lill-PEPP tibqa' f'idejn kull Stat Membru;

4.  Ifakkar li l-Istati Membri għandhom l-opportunità li jieħdu sehem fil-kooperazzjoni msaħħa.;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' April 2019Avviż legali