Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0358(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0295/2018

Testi mressqa :

A8-0295/2018

Dibattiti :

PV 15/04/2019 - 20
CRE 15/04/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0377

Testi adottati
PDF 463kWORD 140k
It-Tlieta, 16 ta' April 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment (Direttiva) ***I
P8_TA-PROV(2019)0377A8-0295/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE (COM(2017)0791 – C8-0452/2017 – 2017/0358(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0791),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0452/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Awissu (1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Marzu 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0295/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 378, 19.10.2018, p. 5.
(2) ĠU C C 262, 25.7.2018, p. 35.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti ta' investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE(1)
P8_TC1-COD(2017)0358

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Superviżjoni prudenzjali robusta hija parti integrali mill-kondizzjonijiet regolatorji li fihom l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jipprovdu servizzi fi ħdan l-Unjoni. Ditti ta' investiment huma, flimkien ma' istituzzjonijiet ta' kreditu, soġġetti għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) u għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) fir-rigward tat-trattament u tas-superviżjoni prudenzjali tagħhom, filwaqt li l-awtorizzazzjoni tagħhom u rekwiżiti organizzazzjonali u tal-imġiba oħra huma stabbiliti fid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7).

(2)  Ir-reġimi prudenzjali eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma fil-parti l-kbira bbażati fuq iterazzjonijiet suċċessivi tal-istandards regolatorji internazzjonali stabbiliti għal gruppi bankarji kbar mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u jindirizzaw b'mod parzjali biss ir-riskji speċifiċi inerenti għall-attivitajiet diversi ta' parti kbira ta' ditti ta' investiment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-vulnerabbiltajiet u r-riskji speċifiċi inerenti għal dawn id-ditti ta' investiment jiġu indirizzati ulterjorment permezz ta' arranġamenti prudenzjali effettivi, adatti u proporzjonati fil-livell tal-Unjoni li jgħinu sabiex jipprovdu kondizzjonijiet ekwivalenti madwar l-Unjoni, li jiggarantixxu superviżjoni prudenzjali effettiva, filwaqt li jżommu l-ispejjeż ta' konformità taħt kontroll, u jiżguraw biżżejjed kapital għar-riskji ta' ditti ta' investiment.

(3)  Jenħtieġ li superviżjoni prudenzjali solida tiżgura li d-ditti ta' investiment jiġu ġestiti b'mod ordnat u fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. Jenħtieġ li jittieħed kont tal-potenzjal li d-ditti ta' investiment u l-klijenti tagħhom jidħlu għal teħid ta' riskju eċċessiv u l-gradi differenti ta' riskju mġarrab u maħluq mid-ditti ta' investiment. Bl-istess mod, jenħtieġ li s-superviżjoni prudenzjali timmira li tevita piż amministrattiv sproporzjonat fuq id-ditti ta' investiment. Fl-istess waqt, tali superviżjoni prudenzjali jenħtieġ li tagħmilha possibbli li jinstab bilanċ bejn l-iżgurar tas-sikurezza u s-solidità ta' ditti ta' investiment u l-evitar ta' spejjeż eċċessivi li jistgħu jdgħajfu l-vijabbiltà tal-attività tan-negozju tagħhom.

(4)  Ħafna mir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-qafas tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma mfassla biex jindirizzaw ir-riskji komuni ffaċċjati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, ir-rekwiżiti eżistenti huma fil-parti l-kbira kkalibrati biex jippreservaw il-kapaċità ta' self tal-istituzzjonijiet ta' kreditu permezz ta' ċikli ekonomiċi u biex jiġu protetti d-depożitanti u l-kontribwenti minn falliment possibbli, u mhumiex imfassla biex jindirizzaw il-profili tar-riskju differenti kollha tad-ditti ta' investiment. Id-ditti ta' investiment ma għandhomx portafolji kbar ta' self fil-livell tal-konsumatur u korporattiv u ma jiħdux depożiti. Il-probabbiltà li l-falliment tagħhom jista' jkollu impatti detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja ġenerali hija inqas milli fil-każ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu iżda xorta joħolqu riskju li jkun meħtieġ li jiġi indirizzat permezz ta' qafas robust. B'hekk, ir-riskji ffaċċjati u maħluqa mill-parti l-kbira tad-ditti ta' investiment huma sostanzjalment differenti mir-riskji ffaċċjati u maħluqa mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u jenħtieġ li tali differenza tkun riflessa b'mod ċar fil-qafas prudenzjali tal-Unjoni.

(5)  Id-differenzi fl-applikazzjoni tal-qafas eżistenti fi Stati Membri differenti jheddu l-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għad-ditti ta' investiment fi ħdan l-Unjoni, u jostakolaw l-aċċess tal-investituri għal opportunitajiet ġodda u modi aħjar għall-ġestjoni tar-riskju tagħhom. Dawk id-differenzi jirriżultaw mill-kumplessità ġenerali tal-applikazzjoni tal-qafas għal ditti ta' investiment differenti fuq il-bażi tas-servizzi li jipprovdu, fejn xi awtoritajiet nazzjonali jaġġustaw jew jissimplifikaw tali applikazzjoni fid-dritt jew fil-prattika nazzjonali. Peress li l-qafas prudenzjali eżistenti ma jindirizzax ir-riskji kollha ffaċċjati u maħluqa minn xi tipi ta' ditti ta' investiment, ġew applikati supplimentazzjonijiet kapitali kbar għal ċerti ditti ta' investiment f'xi Stati Membri. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi li jindirizzaw dawk ir-riskji biex tiġi żgurata superviżjoni prudenzjali armonizzata tad-ditti ta' investiment madwar l-Unjoni.

(6)  Għaldaqstant huwa meħtieġ reġim prudenzjali speċifiku għal ditti ta' investiment li mhumiex sistemiċi fid-dawl tad-daqs u tal-interkonnessjoni tagħhom ma' atturi finanzjarji u ekonomiċi oħra. Jenħtieġ li, madankollu, id-ditti sistemiċi ta' investiment jibqgħu soġġetti għall-qafas prudenzjali eżistenti skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dawk id-ditti ta' investiment huma subsett ta' ditti ta' investiment li għalihom bħalissa japplika l-qafas stabbilit fid-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li ma jibbenefikawx minn eżenzjonijiet iddedikati minn kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti prinċipali tiegħu. L-akbar u l-aktar ditti interkonnessi għandhom mudell kummerċjali u profili tar-riskju li huma simili għal dawk ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti. Dawn jipprovdu servizzi ''qishom bankarji'' u jissottoskrivu riskji fuq skala sinifikanti. Barra minn hekk, ditti sistemiċi ta' investiment huma kbar biżżejjed biex ikunu theddida, u għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li jirrappreżentaw tali theddida għall-funzjonament stabbli u ordnat tas-swieq finanzjarji bl-istess mod bħal istituzzjonijiet ta' kreditu kbar. Għalhekk huwa adatt li dawk id-ditti ta' investiment jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(7)  Ditti ta' investiment li jinnegozjaw f'isimhom stess jew jissottoskrivu strumenti finanzjarji jew iqiegħdu strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn sod fuq skala sinifikanti, jew li jkunu membri tal-ikklirjar f'kontropartijiet ċentrali, jista' jkollhom mudelli ta' negozju u profili tar-riskju li jkunu simili għal dawk tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. Minħabba d-daqs u l-attivitajiet tagħhom, jistgħu jippreżentaw riskji komparabbli għall-istabbiltà finanzjarja bħala istituzzjonijiet ta' kreditu. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom l-opzjoni li tesiġi li huma jibqgħu soġġetti għall-istess trattament prudenzjali bħal dawk l-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għall-konformità mas-superviżjoni prudenzjali skont id-Direttiva 2013/36/UE.

(8)  Jista' jkun hemm Stati Membri li fihom l-awtoritajiet li huma kompetenti għas-superviżjoni prudenzjali ta' ditti ta' investiment ikunu differenti mill-awtoritajiet li jkunu kompetenti għas-superviżjoni tal-imġiba tas-suq. Għalhekk huwa neċessarju li jinħoloq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet sabiex tiġi żgurata superviżjoni prudenzjali armonizzata tad-ditti ta' investiment madwar l-Unjoni, li jiffunzjona b'mod veloċi u effiċjenti.

(9)  Ditta ta' investiment tista' tinnegozja permezz ta' membru tal-ikklirjar fi Stat Membru ieħor. F'tali sitwazzjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti (minn naħa waħda, l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni prudenzjali tad-ditti ta' investiment u, min-naħa l-oħra, jew l-awtorità rilevanti li tissorvelja l-membru tal-ikklirjar inkella l-awtorità li tissorvelja s-CCP, rispettivament) fl-Istati Membri differenti fuq il-mudell u l-parametri użati għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-marġini tad-ditta ta' investiment fejn dan jintuża bħala l-bażi għar-rekwiżiti ta' kapital tad-ditta ta' investiment.

(10)  Sabiex titrawwem l-armonizzazzjoni tal-istandards u tal-prassi superviżorji fi ħdan l-Unjoni, jenħtieġ li l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) iżżomm il-kompetenza primarja għall-koordinazzjoni u għall-konverġenza tal-prassi superviżorja fil-qasam tas-sorveljanza prudenzjali fuq id-ditti ta' investiment fi ħdan is-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF).

(11)  Il-livell meħtieġ ta' kapital inizjali ta' ditta ta' investiment ikun ibbażat fuq is-servizzi u l-attivitajiet li dik id-ditta ta' investiment tkun awtorizzata li tipprovdi, u twettaq, rispettivament ▌, skont id-Direttiva 2014/65/UE. Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jbaxxu l-livell meħtieġ ta' kapital inizjali f'sitwazzjonijiet speċifiċi, kif previst fid-Direttiva 2013/36/UE, minn naħa, u s-sitwazzjoni ta' implimentazzjoni irregolari ta' dik id-Direttiva, min-naħa l-oħra, wasslu għal sitwazzjoni fejn il-livell meħtieġ ta' kapital inizjali jvarja madwar l-Unjoni. Sabiex tintemm dik il-frammentazzjoni, jenħtieġ li l-livell meħtieġ ta' kapital inizjali jiġi armonizzat b'mod korrispondenti għad-ditti kollha ta' investiment fl-Unjoni.

Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ostakli għad-dħul fis-suq li jistgħu jeżistu bħalissa għall-faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTF) jew il-faċilitajiet organizzati tan-negozjar (OTF), il-kapital inizjali ta' ditti ta' investiment li joperaw MFT jew OTF għandu jiġi stabbilit fl-istess livell imsemmi fl-Artikolu 9(3) ta' din id-Direttiva. Fejn ditta ta' investiment awtorizzata li topera OTF tkun ingħatat permess li wkoll tidħol f'negozjar f'isimha stess skont il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/65/UE, il-kapital inizjali tagħha għandu jiġi stabbilit fil-livell imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta' din id-Direttiva.

(12)  Filwaqt li d-ditti ta' investiment jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, ċerti kunċetti użati fil-kuntest tad-Direttiva 2013/36/UE u rispettivament, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom iżommu t-tifsira stabbilita sew tagħhom. Sabiex jiġi abilitat u jitħaffef fehim konsistenti ta' tali kunċetti meta jintużaw, fl-atti tal-liġi tal-Unjoni, b'rabta ma' ditti ta' investiment, ir-referenzi f'tali atti tal-Unjoni għall-kapital inizjali ta' ditti ta' investiment, għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti għal ditti ta' investiment, għall-proċess ta' valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-kapital ta' ▌ditti ta' investiment, għall-proċess ta' reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti għal ditti ta' investiment, u għad-dispożizzjonijiet ta' governanza u remunerazzjoni applikabbli għad-ditti ta' investiment għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għad-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' din id-Direttiva.

(13)  Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern jeħtieġ li r-responsabbiltà għas-superviżjoni tas-solidità finanzjarja ta' ditta ta' investiment, u b'mod partikolari s-solvenza tagħha u s-solidità finanzjarja tagħha, tkun tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha. Sabiex tinkiseb superviżjoni effettiva tad-ditti ta' investiment anki fi Stati Membri oħra fejn dawn jipprovdu servizzi jew ikollhom fergħa, jenħtieġ li jiġu żgurati kooperazzjoni mill-qrib u l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati Membri.

(14)  Għal finijiet informattivi u superviżorji, u b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jkunu jistgħu jwettqu, fuq il-bażi ta' każ b'każ, verifiki fuq il-post, jispezzjonaw l-attivitajiet tal-fergħat ta' ditti ta' investiment fit-territorju tagħhom u jitolbu informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' dawk il-fergħat. Madankollu, jenħtieġ li l-miżuri superviżorji għal dawk il-fergħat jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istat Membru tad-domiċilju.

(15)  Sabiex jipproteġu informazzjoni kummerċjalment sensittiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu marbuta b'regoli tas-segretezza professjonali meta jwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom u meta jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali.

(16)  Sabiex jissaħħu s-superviżjoni prudenzjali ta' ditti ta' investiment u l-protezzjoni ta' klijenti tad-ditti ta' investiment, jenħtieġ li l-awdituri jwettqu l-verifiki tagħhom b'mod imparzjali u jirrapportaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti dawk il-fatti li jista' jkollhom effett serju fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta' ditta ta' investiment jew fuq l-organizzazzjoni amministrattiva u kontabilistika tagħha.

(17)  Jenħtieġ li l-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' din id-Direttiva jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), u mar-Regolament (UE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9). B'mod partikolari, fejn din id-Direttiva tippermetti skambji ta' data personali ma' pajjiżi terzi, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 u l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 45/2001.

(18)  Sabiex jissalvagwardjaw il-konformità mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva u fir-[Regolament (UE) ---/----[IFR], jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu għal sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet amministrattivi jkollhom effett dissważiv jenħtieġ li jiġu ppubblikati ħlief f'ċerti ċirkostanzi definiti sew. Sabiex il-klijenti u l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni infurmata dwar l-opzjonijiet tagħhom ta' investiment, jenħtieġ li dawk il-klijenti u l-investituri jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar sanzjonijiet u miżuri amministrattivi imposti fuq ditti ta' investiment.

(19)  Sabiex jindividwaw ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u ksur tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħat investigattivi neċessarji u jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u rapidi biex jirrapportaw ksur potenzjali jew reali.

(20)  Jenħtieġ li ditti ta' investiment li ma jitqiesux bħala żgħar u mhux interkonnessi jkollhom disponibbli kapital intern li jkun adegwat fil-kwantità, fil-kwalità u fid-distribuzzjoni biex ikopri r-riskji speċifiċi li għalihom huma jew jistgħu jkunu skoperti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li ditti ta' investiment jkollhom strateġiji u proċessi adegwati fis-seħħ biex jivvalutaw u jżommu l-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jitolbu wkoll lil ditti żgħar u mhux interkonnessi biex japplikaw rekwiżiti simili fejn adatt.

(21)  Jenħtieġ li s-setgħat ta' rieżami u ta' evalwazzjoni jibqgħu għodda regolatorja importanti li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw elementi kwalitattivi, inkluż governanza u kontrolli interni, proċessi u proċeduri ta' mmaniġġjar tar-riskju u, fejn meħtieġ, l-istabbiliment ta' rekwiżiti addizzjonali, inkluż b'mod partikolari b'rabta ma' rekwiżiti kapitali u tal-likwidità b'mod partikolari għal ditti ta' investiment li ma jitqiesux bħala żgħar u mhux interkonnessi, u meta l-awtorità kompetenti tqis li dan ikun ġustifikat u adatt, għad-ditti żgħar u mhux interkonnessi wkoll.

(22)  Il-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali huwa stipulat fl-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dan il-prinċipju jeħtieġ li jiġi applikat b'mod konsistenti mid-ditti ta' investiment. Sabiex ir-remunerazzjoni tiġi allinjata mal-profil tar-riskju tad-ditti ta' investiment u biex jiġu ggarantiti kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, jenħtieġ li d-ditti ta' investiment ikunu soġġetti għal prinċipji ċari dwar l-arranġamenti ta' governanza korporattiva u għal regoli dwar ir-remunerazzjoni li huma newtrali fir-rigward tas-sessi u li jieħdu kont tad-differenzi bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment. Ditti ta' investiment żgħar u mhux interkonnessi, madankollu, jenħtieġ li jkunu eżenti minn dawk ir-regoli, għaliex id-dispożizzjonijiet relatati mar-remunerazzjoni u l-governanza korporattiva skont id-Direttiva 2014/65/UE huma komprensivi biżżejjed għal dawk it-tipi ta' ditti.

(23)  Bl-istess mod, ir-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2016 dwar il-valutazzjoni tar-regoli ta' remunerazzjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 wera li r-rekwiżiti dwar id-differiment u l-ħlas fi strumenti stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE mhumiex adatti għal ditti ta' investiment żgħar u mhux kumplessi jew għal persunal b'livelli baxxi ta' remunerazzjoni varjabbli. Kriterji ċari, konsistenti u armonizzati għall-identifikazzjoni ta' ditti ta' investiment u ta' individwi eżentati minn dawk ir-rekwiżiti huma neċessarji biex tiġi żgurata konverġenza ▌superviżorja u kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni.

Minħabba r-rwol importanti li jilagħbu persuni li jaqilgħu pagi għoljin fit-tmexxija tan-negozju u l-prestazzjoni fit-tul tad-ditti ta' investiment, jenħtieġ li tiġi żgurata sorveljanza effettiva tal-prattiki ta' remunerazzjoni u x-xejriet ta' persuni li jaqilgħu pagi għoljin. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw ir-remunerazzjoni ta' persuni li jaqilgħu pagi għoljin.

(24)  Huwa adatt ukoll li tiġi offruta ċerta flessibbiltà lid-ditti ta' investiment fil-mod li bih jużaw strumenti mhux fi flus meta jħallsu remunerazzjoni varjabbli, dment li t-tali strumenti jkunu effettivi fl-ilħuq tal-objettiv ta' allinjament tal-interess tal-persunal mal-interess ta' diversi partijiet ikkonċernati, bħall-azzjonisti u l-kredituri, u jikkontribwixxu għall-allinjament tar-remunerazzjoni varjabbli mal-profil tar-riskju tad-ditta ta' investiment.

(25)  Id-dħul tad-ditti ta' investiment fil-forma ta' tariffi, ta' kummissjonijiet u ta' introjtu ieħor b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' investiment differenti huwa ferm volatili. Il-limitazzjoni tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni għal porzjon tal-komponent fiss tar-remunerazzjoni tkun taffettwa l-ħila tad-ditta li tnaqqas ir-remunerazzjoni fi żminijiet ta' dħul imnaqqsa u tista' twassal għal żieda fil-bażi ta' spejjeż fissi tad-ditta, li jistgħu joħolqu riskji għall-ħila tad-ditta li tkampa matul tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jew tnaqqis fid-dħul.

Biex jiġu evitati dawk ir-riskji, jenħtieġ li ma jiġix impost proporzjon massimu wieħed bejn l-elementi varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni fuq id-ditti ta' investiment mhux sistemiċi. Minflok, jenħtieġ li dawk id-ditti ta' investiment jistabbilixxu proporzjonijiet adatti huma stess. Madankollu, jenħtieġ li din id-Direttiva ma tipprekludix Stati Membri milli jimplimentaw miżuri fil-liġi nazzjonali mfassla biex ditti ta' investiment ikunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti fir-rigward tal-proporzjon massimu bejn l-elementi varjabbli u dawk fissi tar-remunerazzjoni. Jenħtieġ li din id-Direttiva wkoll ma tipprevjenix lil Stati Membri milli jimponu proporzjon massimu, kif imsemmi fis-sentenza preċedenti, fuq tipi speċifiċi ta' ditti ta' investiment, jew kollha kemm huma.

(26)  Jintużaw strutturi differenti ta' governanza madwar l-Istati Membri. Fil-parti l-kbira tal-każijiet tintuża struttura ta' bord unitarja jew doppja. Id-definizzjonijiet użati f'din id-Direttiva għandhom l-intenzjoni li jħaddnu l-istrutturi eżistenti kollha mingħajr ma jesprimu preferenza għal xi struttura partikolari. Huma purament funzjonali għall-fini li jistabbilixxu regoli mmirati għal eżitu partikolari irrispettivament mil-liġi nazzjonali tal-kumpaniji applikabbli għal istituzzjoni f'kull Stat Membru. Għalhekk, jenħtieġ li d-definizzjonijiet ma jinterferixxux mal-allokazzjoni ġenerali ta' kompetenzi f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-kumpaniji.

(27)  Jenħtieġ li korp maniġerjali għandu jkun meqjus li jkollu funzjonijiet eżekuttivi u superviżorji. Il-kompetenza u l-istruttura ta' korpi maniġerjali huma differenti madwar l-Istati Membri. Fi Stat Membru fejn il-korpi maniġerjali jkollhom struttura b'livell wieħed, ħafna drabi bord uniku jwettaq il-kompiti maniġerjali u dawk superviżorji. Fi Stati Membri b'sistema b'żewġ livelli, il-funzjoni superviżorja titwettaq minn bord superviżorju separat li ma għandu l-ebda funzjoni eżekuttiva u l-funzjoni eżekuttiva titwettaq minn bord maniġerjali separat li jkun responsabbli u jirrispondi għall-ġestjoni ta' kuljum tal-impriża. Għaldaqstant, kompiti separati jiġu assenjati lill-entitajiet differenti fi ħdan il-korp maniġerjali.

(28)  Bħala tweġiba għad-domanda dejjem akbar mill-pubbliku għal trasparenza fiskali u biex tiġi promossa r-responsabbiltà soċjali korporattiva tad-ditti ta' investiment, adatt li d-ditti ta' investiment, sakemm ma jikkwalifikawx bħala żgħar u mhux konnessi, ikunu obbligati jiddivulgaw, fuq bażi annwali, ċerta informazzjoni, inkluż informazzjoni dwar il-profitti li jagħmlu, it-taxxi li ħallsu u kwalunkwe sussidju pubbliku li rċevew.

(29)  Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tipprevjenix Stati Membri milli jadottaw approċċ aktar strett fir-rigward tar-remunerazzjoni meta ditti ta' investiment jirċievu appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju.

(30)  Sabiex jiġu indirizzati r-riskji fil-livell ta' grupp ta' ditti ta' investiment biss, jenħtieġ li l-metodu ta' konsolidazzjoni prudenzjali meħtieġ ▌ mir-Regolament (UE) Nru ---/---- [IFR] fil-każ ta' gruppi ta' ditti ta' investiment biss jiġi akkumpanjat minn test tal-kapital tal-grupp għal strutturi aktar sempliċi ta' grupp. Madankollu, jenħtieġ li fiż-żewġ każijiet id-determinazzjoni tas-superviżur tal-grupp tkun ibbażata fuq l-istess prinċipji li japplikaw fil-każ ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata skont id-Direttiva 2013/36/UE. Biex tiġi żgurata kooperazzjoni adatta, elementi ċentrali tal-miżuri ta' koordinazzjoni, u b'mod partikolari, rekwiżiti ta' informazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew f'arranġamenti ta' kooperazzjoni u ta' koordinazzjoni jenħtieġ li jkunu simili għall-elementi ċentrali ta' koordinazzjoni applikabbli fil-kuntest ta' ġabra unika tar-regoli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu.

(31)  Minn naħa waħda, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tippreżenta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill għan-negozjar ta' ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi għall-eżerċizzju prattiku tas-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp għad-ditti ta' investiment, li l-impriżi prinċipali tagħhom ikunu stabbiliti f'pajjiżi terzi, u għal ditti ta' investiment li joperaw f'pajjiżi terzi li l-impriżi prinċipali tagħhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-EBA jkunu jistgħu wkoll jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi ma' pajjiżi terzi għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom.

(32)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu evitati dupplikazzjonijiet bejn il-qafas prudenzjali preżenti applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kif ukoll għad-ditti ta' investiment u din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE qegħdin jiġu emendati sabiex id-ditti ta' investiment jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Madankollu, ditti ta' investiment li jkunu parti minn grupp bankarju jenħtieġ li jibqgħu suġġetti għal dawk id-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE li jkunu rilevanti għall-grupp bankarju, bħal ma huma d-dispożizzjonijiet dwar l-impriża prinċipali tal-UE intermedjarja li ssir referenza għaliha fl-[Artikolu 21b] tad-Direttiva 2013/36/UE u għar-regoli dwar il-konsolidazzjoni prudenzjali imfissra fil-Kapitolu 2 tat-Titolu 2 tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(33)  Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-passi li jridu jieħdu l-impriżi biex jivverifikaw jekk jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu kif stipulata fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, għalhekk, ikollhom jiksbu awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu. Peress li ċerti ditti ta' investiment diġà jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) sa (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, huwa wkoll neċessarju li tiġi żgurata ċ-ċarezza dwar il-kontinwità ta' kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija għal dawk l-attivitajiet. B'mod partikolari, huwa essenzjali li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li t-transizzjoni mill-qafas attwali għal dak ġdid toffri ċertezza regolatorja suffiċjenti għad-ditti ta' investiment.

(34)  Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effettiva, importanti li l-impriżi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 japplikaw għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti għalhekk ikollhom il-possibbiltà li japplikaw sanzjonijiet lil impriżi li ma japplikawx għal dik l-awtorizzazzjoni.

(35)  L-emenda għad-definizzjoni ta' ''istituzzjoni ta' kreditu'' fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bir-Regolament [Regolament (UE)---/----[IFR]] tista', mad-dħul fis-seħħ tagħha, tkopri ditti ta' investiment li diġà jkunu qegħdin joperaw fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni maħruġa f'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE. Jenħtieġ li dawk l-impriżi jitħallew ikomplu joperaw bl-awtorizzazzjoni tagħhom bħala ditti ta' investiment sakemm tingħata l-awtorizzazzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu. Jenħtieġ li dawk id-ditti ta' investiment jissottomettu applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu sa mhux aktar tard minn meta l-medja tal-assi totali ta' kull xahar tagħhom taqbeż kwalunkwe wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq perijodu ta' tnax-il xahar konsekuttivi. Fejn ditta ta' investiment teċċedi kwalunkwe wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li tiġi kkalkolata l-medja tal-assi totali tagħha ta' kull xahar filwaqt li jittieħed kont tat-tnax-il xahar konsekuttivi li jippreċedu dik id-data. Jenħtieġ li dawk id-ditti ta' investiment japplikaw għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu fi żmien sena u jum wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(36)  L-emenda għad-definizzjoni ta' ''istituzzjoni ta' kreditu'' fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 bir-Regolament [Regolament (UE)---/----[IFR]] tista', wkoll taffettwa impriżi li diġà jkunu applikaw għal awtorizzazzjoni bħala ditti ta' investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE u li għalihom tkun għadha pendenti l-applikazzjoni. Jenħtieġ li t-tali applikazzjonijiet jiġu ttrasferiti lill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2013/36/UE u li jiġu ttrattati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni stabbiliti f'dik id-Direttiva jekk l-assi totali previsti tal-impriża jilħqu kwalunkwe wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(37)  Jenħtieġ ukoll li l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu soġġetti għar-rekwiżiti kollha għal aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu stipulati fit-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva. Jenħtieġ madankollu li l-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva jiġi emendat biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu wkoll jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lil istituzzjoni ta' kreditu fejn dik l-istituzzjoni ta' kreditu tuża l-awtorizzazzjoni tagħha esklużivament biex tidħol f'attivitajiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, għal perijodu ta' ħames snin konsekuttivi, jkollha assi medji totali li jkunu anqas mil-limiti stabbiliti f'dak l-Artikolu 4(1)(1)(b).

(38)  Skont l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/65/UE, ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi finanzjarji fl-UE huma soġġetti għal reġimi nazzjonali li jistgħu jirrikjedu l-istabbiliment ta' fergħa fi Stat Membru. Sabiex jiġu ffaċilitati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari tal-attivitajiet imwettqa minn ditti minn pajjiżi terzi permezz ta' fergħat fl-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu infurmati dwar l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa permezz tal-fergħat fit-territorju tagħhom.

(39)  Il-kontroreferenzi speċifiċi fid-Direttiva 2014/59/UE, fid-Direttiva 2011/61/UE u fid-Direttiva 2009/65/KE għad-dispożizzjonijiet li japplikaw għal ditti ta' investiment fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE u li ma baqgħux japplikaw mid-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru ---/---- [IFR] jenħtieġ li jiġu aġġornati għar-referenzi korrispondenti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru ---/---- [IFR].

(40)  L-EBA, f'kooperazzjoni mal-ESMA, ħarġet rapport ibbażat fuq analiżi ta' sfond, ġbir ta' data u konsultazzjoni dettaljati għal reġim prudenzjali personalizzat għad-ditti mhux sistemiċi kollha ta' investiment li jservi bħala l-bażi għall-qafas prudenzjali rivedut għad-ditti ta' investiment.

(41)  Sabiex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-EBA tiġi inkarigata bl-abbozzar ta' standards tekniċi biex tispeċifika l-informazzjoni li jenħtieġ li l-awtoritajiet fil-pajjiżi tad-domiċilju u ospitanti jiskambjaw fil-kuntest tas-superviżjoni, sabiex jiġi stabbilit kif id-ditti ta' investiment jevalwaw id-daqs tal-attivitajiet tagħhom għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' governanza interna u b'mod partikolari biex jevalwaw jekk jikkostitwixxux ditta żgħira u mhux interkonnessa. Jenħtieġ li l-istandards tekniċi jispeċifikaw ukoll liema membri tal-persunal ikollhom impatt materjali fuq il-profil ta' riskju ta' ditti għall-iskopijiet ta' dispożizzjonijiet ta' remunerazzjoni, u jispeċifikaw l-istrumenti addizzjonali tal-Grad 1 u Grad 2 li jikkwalifikaw bħala remunerazzjoni varjabbli. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-istandards tekniċi jispeċifikaw l-elementi għall-valutazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' rekwiżiti dwar il-governanza interna, it-trasparenza, it-trattament tar-riskji u r-remunerazzjoni, l-applikazzjoni ta' rekwiżiti addizzjonali ta' kapital mill-awtoritajiet kompetenti, u l-funzjonament ta' kulleġġi superviżorji.

(42)  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva u biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tad-definizzjonijiet f'din id-Direttiva, tal-valutazzjonijiet tal-kapital intern u tar-riskju tad-ditti ta' investiment, u tas-setgħat ta' rieżami u ta' evalwazzjoni superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(43)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni tal-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni abbozzati mill-EBA rigward ir-rekwiżiti għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, u biex jitqiesu l-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi u monetarji, fir-rigward tal-livelli ta' rekwiżiti kapitali inizjali għad-ditti ta' investiment, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10).

(44)  Peress li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li twaqqaf qafas prudenzjali effettiv u proporzjonat biex jiġi żgurat li d-ditti ta' investiment awtorizzati biex joperaw fi ħdan l-Unjoni joperaw fuq bażi finanzjarjament solida u huma ġestiti b'mod ordnat inkluż fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(45)  F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni(11), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, f'każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizzjoni. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li tkun ġustifikata t-trasmissjoni ta' dokumenti ta' dak it-tip,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:

(a)  il-kapital inizjali ta' ditti ta' investiment;

(b)  is-setgħat superviżorji u l-għodod għas-superviżjoni prudenzjali ta' ditti ta' investiment mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)  is-superviżjoni prudenzjali ta' ditti ta' investiment mill-awtoritajiet kompetenti b'mod li jkun konsistenti mar-regoli stabbiliti fir-[Regolament(UE) ---/----[IFR];

(d)  ir-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni prudenzjali ta' ditti ta' investiment.

Artikolu 2

Kamp ta' Applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal ditti ta' investiment awtorizzati u sorveljati skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12).

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, it-Titoli IV u V ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għad-ditti ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) u 1(6) tar-[Regolament (UE) --/----] [IFR] li għandhom jiġu sorveljati għall-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali skont it-Titoli VII u VIII tad-Direttiva 2013/36/UE, f'konformità mal-Artikolu 1(3) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  ''impriża ta' servizzi anċillari' tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti mis-sjieda u l-ġestjoni tal-proprjetà, il-ġestjoni ta' servizzi ta' proċessar ta' data, jew attività simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta' ditta ta' investiment waħda jew aktar;

(2)  'awtorizzazzjoni' tfisser awtorizzazzjoni ta' ditta ta' investiment f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(3)  'fergħa' tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(1)(30) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(4)  'irbit mill-qrib' tfisser irbit mill-qrib kif definit fl-Artikolu 4(1)(35) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(5)  'awtorità kompetenti' tfisser awtorità pubblika jew korp pubbliku ta' Stat Membru li jkunu uffiċjalment rikonoxxuti u mogħtija s-setgħa mid-dritt nazzjonali biex jissorveljaw ditti ta' investiment f'konformità ma' din id-Direttiva, bħala parti mis-sistema superviżorja mħaddma f'dak l-Istat Membru;

(6)  'negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet' tfisser negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet kif definiti fl-Artikolu 4(1)(145) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(7)  'kontroll' tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif deskritta fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), jew fl-istandards kontabilistiċi li għalihom tkun soġġetta ditta ta' investiment skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002(14), jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

(8)  'konformità mat-test tal-kapital ta' grupp' tfisser il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR] mill-impriża prinċipali fi grupp ta' ditti ta' investiment;

(9)  'istituzzjoni ta' kreditu' tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(10)  'derivattivi' tfisser derivattivi kif definiti fl-Artikolu 2(1)(29) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014(15);

(11)  'istituzzjoni finanzjarja' tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fl-Artikolu 4(1)(13) tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR];

(12)  'remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi' tfisser politika ta' remunerazzjoni bbażata fuq paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali;

(13)  'grupp' tfisser grupp kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(14)  'superviżur tal-grupp' tfisser awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp ta' ditti ta' investiment prinċipali tal-Unjoni kkontrollat minn kumpaniji holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta prinċipali tal-Unjoni;

(15)  'Stat Membru tad-domiċilju' tfisser Stat Membru tad-domiċilju kif definit fl-Artikolu 4(1)(55)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(16)  'Stat Membru ospitanti' tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 4(1)(56) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(17)  'kapital inizjali' tfisser il-kapital li huwa meħtieġ għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni bħala ditta ta' investiment, li l-ammont u t-tip tiegħu huma speċifikati fl-Artikoli 9 u 11;

(18)  'ditta ta' investiment' tfisser ditta ta' investiment kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(19)  'grupp ta' ditti ta' investiment' tfisser grupp ta' ditti ta' investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(26) tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR];

(20)  ''kumpanija holding ta' investiment'' tfisser kumpanija holding ta' investiment kif definita fl-Artikolu 4(1)(24) tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR];

(21)  'servizzi u attivitajiet ta' investiment' tfisser servizzi u attivitajiet ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(22)  'korp maniġerjali' tfisser korp maniġerjali kif definit fl-Artikolu 4(1)(36) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(23)  'korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu' tfisser il-korp maniġerjali li jaġixxi fir-rwol tiegħu ta' sorveljanza u ta' monitoraġġ tat-teħid ta' deċiżjonijiet maniġerjali;

(24)  ''kumpanija holding finanzjarja mħallta'' tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16);

(25)  'kumpanija holding finanzjarja b'attività mħallta' tfisser impriża prinċipali, għajr kumpanija holding finanzjarja, kumpanija holding ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu, ditta ta' investiment, jew kumpanija holding finanzjarja mħallta skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE, li s-sussidjarji tagħha tal-anqas jinkludu ditta ta' investiment;

(26)  'maniġment superjuri' tfisser maniġment superjuri kif definit fl-Artikolu 4(1)(37) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(27)  'impriża prinċipali' tfisser impriża prinċipali kif definita fl-Artikolu 4(1)(32) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(28)  'sussidjarja' tfisser sussidjarja kif definita fl-Artikolu 4(1)(33) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(29)  'riskju sistemiku' tfisser riskju sistemiku kif definit fl-Artikolu 3(1)(10) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(30)  'ditta ta' investiment prinċipali tal-Unjoni' tfisser ditta ta' investiment prinċipali tal-Unjoni kif definita fl-Artikolu 4(1)(57) tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR];

(31)  'kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni' tfisser kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni kif definita fl-Artikolu 4(1)(58) tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR];

(32)  'kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni' tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni kif definita fl-Artikolu 4(1)(59) tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR].

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 58 sabiex tiċċara:

(a)  id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva;

(b)  id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex, fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, tingħata kunsiderazzjoni lill-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

TITOLU II

AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 4

In-nomina u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet previsti f'din id-Direttiva u fir-[Regolament (UE) ---/---[IFR]. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-ESMA dwar din id-deżinjazzjoni, u fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda, dwar il-funzjonijiet u d-dmirijiet ta' kull awtorità kompetenti.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw l-attivitajiet tad-ditti ta' investiment, u, fejn applikabbli, ta' kumpaniji holding ta' investiment u ta' kumpaniji holding finanzjarji mħallta, biex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji kollha, inkluż is-setgħa li jwettqu verifiki fuq il-post f'konformità mal-Artikolu 14, biex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw il-konformità tad-ditti ta' investiment u, fejn applikabbli, tal-kumpaniji holding ta' investiment u tal-kumpaniji holding finanzjarji mħallta, mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], u biex jinvestigaw il-ksur possibbli ta' dawk ir-rekwiżiti.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-ħila esperta, ir-riżorsi, il-kapaċità operazzjonali, is-setgħat kollha u l-indipendenza meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet relatati mas-superviżjoni prudenzjali, l-investigazzjoni u s-sanzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

5.  L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-ditti ta' investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha għall-valutazzjoni tal-konformità tad-ditti ta' investiment mar-regoli nazzjonali li jittrasponu din di-Direttiva u l-konformità mar-[Regolament (UE) ---/----[IFR]. Il-mekkaniżmi ta' kontroll intern u l-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tad-ditti ta' investiment għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità tagħhom ma' dawk ir-regoli f'kull ħin.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti ta' investiment jirreġistraw it-transazzjonijiet tagħhom kollha u jiddokumentaw is-sistemi u l-proċessi, li jkunu soġġetti għal din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR] b'tali mod li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jevalwaw il-konformità mar-regoli nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u l-konformità mar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] f'kull ħin.

Artikolu 5

Diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li jissoġġettaw ċerti ditti ta' investiment għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li japplikaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 575/2013 skont il-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] għal ditta ta' investiment li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE fejn il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta ta' investiment jaqbeż EUR 5 biljun, ikkalkulat bħala medja tal-aħħar 12-il xahar konsekuttivi, u kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin japplikaw:

(a)  id-ditta ta' investiment twettaq dawn l-attivitajiet fuq tali skala li l-falliment jew id-diffikultà finanzjarja tad-ditta ta' investiment tista' twassal għal riskju sistemiku kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)  id-ditta ta' investiment tkun membru tal-ikklirjar kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament [IFR];

(c)  l-awtorità kompetenti tqis li jkun iġġustifikat fid-dawl tad-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta ta' investiment ikkonċernata, filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju tal-proporzjonalità u wara li b'kunsiderazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin:

(i)  l-importanza għall-ekonomija tal-Unjoni jew tal-Istat Membru rilevanti;

(ii)  is-sinifikat tal-attivitajiet transkonfinali tagħha;

(iii)  l-interkonnettività tad-ditta ta' investiment mas-sistema finanzjarja.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriżi ta' investiment kollettiv jew impriża tal-assigurazzjoni.

3.  Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 575/2013 għal ditti ta' investiment f'konformità mal-paragrafu 1, din id-ditta ta' investiment għandha tiġi sorveljata għall-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali skont it-Titoli VII u VIII tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.  Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li tirrevoka deċiżjoni meħuda f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tinforma d-ditta ta' investiment mingħajr dewmien.

Mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni ta' awtorità kompetenti li tieħu deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 1, il-paragrafu 1 għandu jieqaf japplika fejn ditta ta' investiment ma tibqax tissodisfa l-livell limitu msemmi f'dak il-paragrafu kkalkulat fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttiv.

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EBA mingħajr dewmien dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi 1, 3 u 4.

6.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jkomplu jispeċifikaw il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, u tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tagħhom.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [tnax-il xahar wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 6

Kooperazzjoni fi ħdan Stat Membru

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-korpi responsabbli fl-Istat Membru tagħhom għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tal-istituzzjonijiet finanzjarji. L-Istati Membri għandhom jesiġu lil dawk l-awtoritajiet kompetenti u dawk l-awtoritajiet jew korpi pubbliċi biex jiskambjaw, mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.

2.  L-awtoritajiet kompetenti li huma differenti minn dawk iddeżinjati f'konformità mal-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu għall-kooperazzjoni ma' dawk l-awtoritajiet, u għall-iskambju tal-informazzjoni kollha li hi rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Kooperazzjoni mas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji

Waqt il-qadi ta' dmirijiethom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont tal-konverġenza tal-istrumenti superviżorji u l-prattika superviżorja fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali adottati skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)  l-awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet għas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF), jikkooperaw b'fiduċja u b'rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari meta jkunu qed jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni adatta, affidabbli u eżawrjenti bejnhom u bejn partijiet oħra għas-SESF;

(b)  l-awtoritajiet kompetenti jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-EBA u, fejn adatt, fil-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fl-Artikolu 44 u fl-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)  l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu kull sforz biex jiżguraw il-konformità mal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-EBA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17) u jwieġbu għall-avviżi u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18);

(d)  l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib mal-BERS;

(e)  il-kompiti u s-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti ma jimpedixxux it-twettiq tad-dmirijiet ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti bħala membri tal-EBA jew tal-BERS, jew skont din id-Direttiva u skont ir-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR].

Artikolu 8

Id-dimensjoni tal-Unjoni tas-superviżjoni

L-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru għandhom, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet ġenerali tagħhom, jikkunsidraw debitament l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi ▌Stati Membri oħra kkonċernati kif ukoll għall-Unjoni kollha kemm hi u, b'mod partikolari, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien rilevanti.

TITOLU III

KAPITAL INIZJALI

Artikolu 9

Kapital inizjali

1.  Il-kapital inizjali ta' ditta ta' investiment meħtieġ skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/65/UE għall-awtorizzazzjoni biex tipprovdi s-servizzi ta' investiment jew twettaq l-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (3) u (6) ▌tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE għandu jkun ta' EUR 750 000.

2.  Il-kapital inizjali ta' ditta ta' investiment meħtieġ skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/65/UE għall-awtorizzazzjoni biex tipprovdi s-servizzi ta' investiment jew twettaq l-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (1), (2), (4), (5), jew (7) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li ma tkunx awtorizzata żżomm flus tal-klijenti jew titoli li jappartjenu għall-klijenti tagħha għandu jkun ta' EUR 75 000.

▌Il-kapital inizjali ta' ditta ta' investiment meħtieġ skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/65/UE għal ditti ta' investiment oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun ta' EUR 150 000.

Permezz ta' deroga, il-kapital inizjali ta' ditta ta' investiment awtorizzata biex tipprovdi s-servizzi ta' investiment jew twettaq l-attività ta' investiment elenkata fil-punt (9) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, fejn id-ditta ta' investiment tinnegozja jew ikollha permess tagħmel dan f'isimha stess, għandu jkun ta' EUR 750 000.

Artikolu 10

Referenzi għal kapital inizjali fid-Direttiva 2013/36/UE

Ir-referenzi għal-livelli ta' kapital inizjali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva għandhom, mid-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jinftiehmu bħala li jissostitwixxu referenzi għal-livelli ta' kapital inizjali stabbiliti mid-Direttiva 2013/36/UE kif ġej:

(a)  ir-referenza għal kapital inizjali ta' ditti ta' investiment fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 9(1) ta' din id-Direttiva;

(b)  ir-referenzi għal kapital inizjali ta' ditti ta' investiment fl-Artikolu 29 u 31 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 9(2) jew (3) ta' din id-Direttiva, skont it-tip ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment tad-ditta ta' investiment;

(c)  ir-referenza għal kapital inizjali fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 9(1) ta' din id-Direttiva.

Artikolu 11

Kompożizzjoni tal-kapital inizjali

Il-kapital inizjali ta' ditta ta' investiment għandu jiġi kostitwit f'konformità mal-Artikolu 9 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

TITOLU IV

SUPERVIŻJONI PRUDENZJALI

KAPITOLU 1

Prinċipji tas-superviżjoni prudenzjali

Taqsima 1

Kompetenzi u dmirijiet tal-Istati Membri tad-domiċilju u ta' dawk ospitanti

Artikolu 12

Kompetenzi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju

Is-superviżjoni prudenzjali ta' ditta ta' investiment għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju, mingħajr preġudizzju għal dawk id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jagħtu r-responsabbiltà lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Artikolu 13

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti għandhom jikkooperaw mill-qrib għall-finijiet tad-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR], b'mod partikolari billi jiskambjaw informazzjoni dwar ditti ta' investiment mingħajr dewmien, inkluż li ġejjin:

(a)  informazzjoni dwar l-istruttura maniġerjali u tas-sjieda tad-ditta ta' investiment;

(b)  informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti kapitali mid-ditta ta' investiment;

(c)  informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti ta' riskju tal-konċentrazzjoni u r-rekwiżiti ta' likwidità tad-ditta ta' investiment;

(d)  informazzjoni dwar il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern tad-ditta ta' investiment;

(e)  kwalunkwe fattur rilevanti ieħor li jista' jinfluwenza r-riskju maħluq mid-ditta ta' investiment.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bi kwalunkwe informazzjoni u sejba dwar il-problemi u r-riskji potenzjali maħluqa minn ditta ta' investiment għall-protezzjoni tal-klijenti jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti li jkunu identifikaw meta ssorveljaw l-attivitajiet ta' ditta ta' investiment.

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jaġixxu fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti billi jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jevitaw jew jirrimedjaw il-problemi u r-riskji potenzjali kif msemmija fil-paragrafu 2. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jispjegaw fid-dettall lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif ikunu ħadu kont tal-informazzjoni u s-sejbiet ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

4.  Fejn, wara l-komunikazzjoni tal-informazzjoni u tas-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkunsidraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkunux ħadu l-miżuri neċessarji msemmija fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jkun informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, lill-EBA u lill-ESMA, jieħdu l-miżuri adatti biex jipproteġu lill-klijenti li lilhom huma pprovduti s-servizzi jew biex jipproteġu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-EBA, is-sitwazzjonijiet fejn talba għall-kollaborazzjoni, b'mod partikolari għall-iskambju ta' informazzjoni, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, l-EBA tista', f'dawk is-sitwazzjonijiet, taġixxi f'konformità mas-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil dwar l-iskambju ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li ma jaqblux mal-miżuri tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-EBA, li għandha taġixxi f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fejn l-EBA taġixxi f'konformità ma' dak l-Artikolu, hi għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar.

6.  Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kondizzjoni fil-punt (c) fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) ---/----[IFR], l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' ditta ta' investiment tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju ta' membru tal-ikklirjar informazzjoni relatata mal-mudell tal-marġini u l-parametri użati għall-kalkolu tar-rekwiżit tal-marġini tad-ditta ta' investiment rilevanti.

7.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti għat-tip u għan-natura tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għar-rekwiżiti ta' skambju ta' informazzjoni li x'aktarx li jiffaċilitaw is-superviżjoni tad-ditti ta' investiment.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

9.  L-EBA għandha tippreżenta l-abbozzi ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 7 u 8 lill-Kummissjoni sa [18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Artikolu 14

Verifiki u spezzjonar fuq il-post ta' fergħat stabbiliti fi Stat Membru ieħor

1.  L-Istati Membri ospitanti għandhom jipprevedu li, fejn ditta ta' investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq l-attivitajiet tagħha permezz ta' fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu, wara li jkunu informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, iwettqu huma stess jew permezz tal-medjazzjoni ta' persuni li jinnominaw għal dak il-għan kontrolli fuq il-post tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) u jispezzjonaw dik il-fergħa.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom, għal finijiet superviżorji u fejn iqisuh rilevanti għal raġunijiet ta' stabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti, is-setgħa li jwettqu, fuq bażi ta' każ b'każ, verifiki fuq il-post u spezzjonijiet tal-attivitajiet imwettqa mill-fergħat tad-ditti ta' investiment fit-territorju tagħhom u jitolbu informazzjoni mingħand fergħa dwar l-attivitajiet tagħha.

Qabel ma jwettqu dawk il-kontrolli u l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom, mingħajr dewmien, jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Kemm jista' jkun malajr wara t-tlestija ta' dawk il-kontrolli u l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju l-informazzjoni miksuba u s-sejbiet li jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tad-ditta ta' investiment ikkonċernata.

Taqsima 2

Segretezza professjonali u rapportar

Artikolu 15

Segretezza professjonali u skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għal dawk l-awtoritajiet, inkluż il-persuni msemmija fl-Artikolu 76(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, huma marbuta bl-obbligu ta' segretezza professjonali għall-finijiet ta' din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/[…]---[IFR].

Informazzjoni kunfidenzjali li tali awtoritajiet u persuni jirċievu matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom tista' tiġi żvelata biss f'forma sommarja jew aggregata, dment li d-ditti ta' investiment individwali jew il-persuni ma jkunux jistgħu jiġu identifikati, bla preġudizzju għall-każijiet koperti bid-dritt kriminali.

Fejn ditta ta' investiment tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun qed tiġi stralċata b'mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax partijiet terzi tista' tiġi divulgata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq ta' dawk il-proċeduri.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw biss l-informazzjoni kunfidenzjali miġbura, skambjata jew trażmessa skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR] għall-fini ta' twettiq ta' dmirijiethom, u b'mod partikolari għall-finijiet li ġejjin:

(a)  il-monitoraġġ tar-regoli prudenzjali stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(b)  l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet;

(c)  f'appelli amministrattivi kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti;

(d)  fi proċeduri tal-qorti mnedija permezz tal-Artikolu 23.

3.  Persuni jew korpi fiżiċi u ġuridiċi, għajr awtoritajiet kompetenti, li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR] għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għall-finijiet li għalihom l-awtorità kompetenti tipprovdiha b'mod espliċitu jew f'konformità mad-dritt nazzjonali.

4.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali għall-finijiet tal-paragrafu 2, jistgħu jiddikjaraw b'mod espliċitu kif dik l-informazzjoni għandha tiġi ttrattata u jistgħu jirrestrinġu b'mod espliċitu kwalunkwe trażmissjoni ulterjuri ta' dik l-informazzjoni.

5.  L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jibagħtu informazzjoni kunfidenzjali lill-Kummissjoni Ewropea meta dik l-informazzjoni tkun neċessarja għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Kummissjoni.

6.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu lill-EBA, lill-ESMA, lill-BERS, lill-banek ċentrali tal-Istati Membri, lis-SEBĊ u lill-BĊE fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, fejn adatt, awtoritajiet pubbliċi responsabbli mis-sorveljanza tas-sistemi ta' pagament u saldu, informazzjoni kunfidenzjali fejn dik l-informazzjoni tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Artikolu 16

Arranġamenti amministrattivi ma' pajjiżi terzi għall-iskambju ta' informazzjoni

Għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom skont din id-Direttiva jew ir-[Regolament (UE) ---/----[IFR], u sabiex jiskambjaw l-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-EBA u l-ESMA f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u rispettivament ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 jistgħu jikkonkludu arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi kif ukoll ma' awtoritajiet jew korpi ta' pajjiżi terzi responsabbli għall-kompiti li ġejjin, unikament jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta' segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikolu 15 ta' din id-Direttiva:

(a)  is-superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji u swieq finanzjarji, inkluż is-superviżjoni ta' entitajiet finanzjarji liċenzjati biex joperaw bħala kontropartijiet ċentrali, fejn is-CCPs ikunu ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)  il-likwidazzjoni u l-falliment ta' ditti ta' investiment u proċeduri simili;

(c)  is-sorveljanza tal-korpi involuti fil-likwidazzjoni u fil-falliment ta' ditti ta' investiment u proċeduri simili;

(d)  it-twettiq ta' awditi statutorji fuq istituzzjonijiet finanzjarji jew fuq istituzzjonijiet li jamministraw skemi ta' kumpens;

(e)  is-sorveljanza ta' persuni inkarigati bit-twettiq ta' awditi statutorji tal-kontijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji;

(f)  is-sorveljanza ta' persuni attivi fis-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-fini ta' żgurar ta' ħarsa ġenerali konsolidata lejn is-swieq finanzjarji u spot;

(g)  is-sorveljanza ta' persuni attivi fis-swieq tad-derivattivi ta' prodotti bażiċi agrikoli għall-fini ta' żgurar ta' ħarsa ġenerali konsolidata lejn is-swieq finanzjarji u spot.

Artikolu 17

Dmirijiet tal-persuni responsabbli għall-kontroll tal-kontijiet annwali u konsolidati

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kwalunkwe persuna awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE(19) u li twettaq f'ditta ta' investiment il-kompiti deskritti fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE(20) jew l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE jew kwalunkwe kompitu statutorju ieħor, għandu jkollha d-dmir li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw dik id-ditta ta' investiment, jew li jikkonċernaw impriża li għandha rbit mill-qrib ma' dik id-ditta ta' investiment li:

(a)  jikkostitwixxu ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi stabbiliti skont din id-Direttiva;

(b)  jistgħu jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tad-ditta ta' investiment; jew

(c)  jistgħu jwasslu għar-rifjut taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew jistgħu jwasslu għall-espressjoni ta' riżervi.

Taqsima 3

Penali, setgħat investigattivi, u dritt ta' appell

Artikolu 18

Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 2, inkluż setgħat investigattivi u setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li jimponu rimedji, u d-dritt ta' Stati Membri li jipprevedu u jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra u jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jimponu tali sanzjonijiet u miżuri fir-rigward ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-[Regolament (UE)---/----[IFR], inkluż fejn iseħħ dan li ġej:

(a)  ditta ta' investiment tonqos milli ddaħħal fis-seħħ arranġamenti ta' governanza interna kif stabbilit fl-Artikolu 26;

(b)  ditta ta' investiment tonqos milli tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tal-Artikolu 54(1)(b) tar-[Regolament (UE) ---/----IFR], informazzjoni dwar il-konformità mal-obbligu li tissodisfa r-rekwiżiti kapitali kif stabbilit fl-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament, jew li tipprovdi informazzjoni mhux kompleta jew mhux preċiża;

(c)  ditta ta' investiment tonqos milli tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tal-Artikolu 54 tar-[Regolament (UE) Nru ---/----], informazzjoni dwar ir-riskju ta' konċentrazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompleta jew mhux preċiża;

(d)  ditta ta' investiment iġġarrab riskju ta' konċentrazzjoni li jaqbeż il-limiti stabbilit fl-Artikolu 37 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 38 u 39 ta' dak ir-Regolament;

(e)  ditta ta' investiment tonqos b'mod ripetut jew persistenti milli żżomm assi likwidi bi ksur tal-Artikolu 43 tar-[Regolament (UE) Nru ---/----[IFR] mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44 ta' dak ir-Regolament;

(f)  ditta ta' investiment tonqos milli tiżvela informazzjoni, jew tipprovdi informazzjoni mhux kompleta jew mhux eżatta bi ksur tad-dispożizzjonijiet stabbilit fis-Sitt Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(g)  ditta ta' investiment tagħmel pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji tad-ditta ta' investiment fejn l-Artikoli 28, 52 jew 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxu tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji;

(h)  ditta ta' investiment tinstab li tkun responsabbli għal ksur serju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2015/849(21);

(i)  ditta ta' investiment tippermetti li persuna waħda jew aktar ma jikkonformawx mal-Artikolu 91 tad-Direttiva 2013/36/UE biex isiru jew jibqgħu membri tal-korp maniġerjali.

L-Istati Membri li ma jistabbilixxux regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li hu soġġett għad-dritt kriminali nazzjonali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali.

Is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)  dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna fiżika jew ġuridika, id-ditta ta' investiment, il-kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b)  ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li tieqaf milli tirrepeti dik l-imġiba;

(c)  projbizzjoni temporanja għal membri tal-korp maniġerjali tad-ditta ta' investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita funzjonijiet f'ditti ta' investiment;

(d)  f'każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat nett annwali totali, inkluż l-introjtu gross li jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu mill-ishma u titoli oħra b'rendita fissa jew varjabbli, u kummissjonijiet jew tariffi tal-impriża fis-sena kummerċjali preċedenti;

(e)  f'każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa mhux aktar mid-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur fejn dawk il-profitti jew telf ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(f)  f'każ ta' persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Fejn impriża msemmija fil-punt (d) tkun sussidjarja, l-introjtu gross rilevanti għandu jkun l-introjtu gross li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali apikali fis-sena kontabilistika preċedenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn ditta ta' investiment tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew jiksru r-[Regolament (UE) ---/----[IFR], jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet mill-awtorità kompetenti fir-rigward tal-membri tal-korp maniġerjali u fir-rigward ta' persuni fiżiċi oħra li jkunu responsabbli għall-ksur skont id-dritt nazzjonali.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet amministrattivi jew ta' miżuri amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn adatt:

(a)  il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b)  il-grad ta' responsabbiltà tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur;

(c)  is-saħħa finanzjarja tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur, inkluż il-fatturat totali tal-persuni ġuridiċi jew l-introjtu annwali tal-persuni fiżiċi;

(d)  l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuni ġuridiċi responsabbli għall-ksur;

(e)  kwalunkwe telf imġarrab minn partijiet terzi bħala riżultat tal-ksur;

(f)  il-livell ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(g)  il-ksur preċedenti mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur;

(h)  kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.

Artikolu 19

Setgħat investigattivi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha ta' ġbir ta' informazzjoni u ta' investigazzjoni kollha meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, inkluż:

(a)  is-setgħa li jesiġu li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin jipprovdu informazzjoni:

(i)  ditti ta' investiment stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(ii)  kumpaniji holding ta' investiment stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(iii)  kumpaniji holding finanzjarji mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(iv)  kumpaniji holding ta' attività mħallta stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;

(v)  persuni li jappartjenu għall-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv);

(vi)  partijiet terzi li l-entitajiet msemmija fil-punti (i) sa (iv) ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali.

(b)  is-setgħa li jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji kollha fuq kull persuna li ssir referenza għaliha fil-punt (a) li tkun stabbilita jew lokalizzata fl-Istat Membru kkonċernat, inkluż id-dritt:

(i)  li tintalab is-sottomissjoni ta' dokumenti mill-persuni msemmija fil-punt (a);

(ii)  li jiġu eżaminati l-kotba u r-reġistri tal-persuni msemmija fil-punt (a) u li jsiru kopji jew jittieħdu siltiet mit-tali kotba u reġistri;

(iii)  li jinkisbu spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm mingħand il-persuni msemmija fil-punt (a) jew mingħand ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom;

(iv)  li tiġi intervistata kull persuna rilevanti oħra ▌għall-finijiet tal-ġbir ta' informazzjoni fuq is-suġġett ta' investigazzjoni;

(c)  is-setgħa li jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji kollha fil-bini tan-negozju tal-persuni ġuridiċi msemmija fil-punt (a) u kwalunkwe impriża oħra inkluża fis-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp, fejn l-awtorità kompetenti tkun is-superviżur tal-grupp, dment li jiġu nnotifikati minn qabel l-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati.

Artikolu 20

Il-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet u ta' miżuri amministrattivi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom kull sanzjoni u miżura amministrattiva imposti f'konformità mal-Artikolu 18 u li kontrihom ma jkun hemm ebda appell jew li ma jista' jsir ebda appell, mingħajr dewmien żejjed. Dik il-pubblikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fuqha hija imposta s-sanzjoni jew li kontriha tittieħed il-miżura. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata biss wara li dik il-persuna tkun ġiet infurmata dwar dawk is-sanzjonijiet jew miżuri u sakemm il-pubblikazzjoni tkun neċessarja u proporzjonata.

2.  Fejn l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 18, li kontriha jkun tressaq appell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u dwar l-eżitu tal-appell.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet jew il-miżuri amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 18 fuq bażi anonima fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)  is-sanzjoni tkun ġie imposta fuq persuna fiżika u l-pubblikazzjoni tad-data personali ta' dik il-persuna tinstab li tkun sproporzjonata;

(b)  il-pubblikazzjoni tkun tipperikola investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji;

(c)  il-pubblikazzjoni tkun tikkawża ħsara sproporzjonata għad-ditti ta' investiment jew għall-persuni fiżiċi involuti.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata skont dan l-Artikolu tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom mill-inqas għal ħames snin. Data personali tista' tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti fejn dan ikun permess mir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 21

Rapportar tas-sanzjonijiet lill-EBA

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA dwar is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi imposti skont l-Artikolu 18, dwar kwalunkwe appell kontra dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri u dwar l-eżitu tagħhom. L-EBA għandha żżomm bażi ta' data ċentrali ta' sanzjonijiet u ta' miżuri amministrattivi kkomunikati lilha unikament għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet kompetenti u għall-ESMA biss u għandha tiġi aġġornata regolament, u mill-inqas kull sena.

L-EBA għandha żżomm sit web b'ħoloq għall-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet u tal-miżuri amministrattivi ta' kull awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 18 u għandha tiddikjara l-perijodu ta' kemm idumu ppubblikati s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi ta' kull Stat Membru.

Artikolu 22

Rapportar ta' ksur

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u affidabbli biex jippermettu r-rapportar fil-pront ta' ksur potenzjali jew attwali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] lill-awtoritajiet kompetenti.

Dawn il-mekkaniżmi għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)  proċeduri speċifiċi għar-riċeviment, it-trattament u s-segwitu ta' tali rapporti, inkluż l-istabbiliment ta' kanali ta' komunikazzjoni sikuri;

(b)  protezzjoni adatta kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni jew tipi oħra ta' trattament inġust mid-ditti ta' investiment għal impjegati ta' ditti ta' investiment li jirrappurtaw ksur imwettaq fi ħdan id-ditta ta' investiment;

(c)  il-protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li allegatament hija responsabbli għal dak il-ksur, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2016/679;

(d)  regoli ċari li jiżguraw li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità fil-każijiet kollha fir-rigward tal-persuna li tirrapporta l-ksur imwettaq fi ħdan id-ditta ta' investiment, sakemm id-divulgazzjoni ma tkunx meħtieġa mid-dritt nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet ulterjuri jew ta' proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji sussegwenti.

2.  L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-ditti ta' investiment li jkollhom fis-seħħ proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom biex jirrapportaw ksur internament permezz ta' kanal speċifiku u indipendenti. Dawk il-proċeduri jistgħu jiġu pprovduti mis-sħab soċjali dment li dawk il-proċeduri joffru l-istess protezzjoni bħall-protezzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1.

Artikolu 23

Dritt ta' appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-miżuri meħuda skont ir-[Regolament (UE) ---/----[IFR] jew skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati f'konformità ma' din id-Direttiva jkunu soġġetti għal dritt ta' appell.

KAPITOLU 2

Proċess ta' rieżami

Taqsima 1

ADEGWATEZZA TAL-KAPITAL INTERN U PROĊESS TAL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

Artikolu 24

Kapital Intern u Assi Likwidi

1.  Id-ditti ta' investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12 (1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti, strateġiji u proċessi sodi, effettivi u komprensivi biex jivvalutaw u jżommu fuq bażi kontinwa l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital intern u l-assi likwidi li huma jqisu bħala adegwati biex ikopru n-natura u l-livell tar-riskji ▌li huma jistgħu jikkawżaw lil oħrajn u li d-ditti nfushom huma jew jistgħu jiġu esposti għalihom.

2.  L-arranġamenti, l-istrateġiji u l-proċessi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adatti u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta ta' investiment ikkonċernata. Huma għandhom ikunu soġġetti għal eżami intern regolari.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li d-ditti ta' investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12 (1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] japplikaw ir-rekwiżiti previsti f'dan l-Artikolu sal-livell li l-awtoritajiet kompetenti jqisu bħala adatt.

Taqsima 2

Governanza interna, trasparenza, trattament tar-riskji u remunerazzjoni

Artikolu 25

Kamp ta' applikazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din it-Taqsima

1.  Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika fejn, abbażi tal-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], ditta ta' investiment tiddetermina li hija tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti ▌fiha.

2.  Fejn ditta ta' investiment, li ma tkunx issodisfat il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti ▌fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament ▌---/----[IFR] sussegwentement tissodisfa dawk il-kondizzjonijiet, din it-Taqsima għandha tieqaf milli tapplika biss wara perijodu ta' 6 xhur mid-data ta' meta ġew issodisfati dawk il-kondizzjonijiet. Din it-taqsima għandha tieqaf milli tapplika għal ditta ta' investiment wara perijodu msemmi fis-sentenza preċedenti biss jekk matul dan il-perijodu d-ditta ta' investiment kompliet tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament ---/----[IFR] mingħajr interruzzjoni u li hija tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti dwar dan.

3.  Fejn ditta ta' investiment tiddetermina li hija m'għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tikkonforma ma' din it-Taqsima ▌fi żmien 12-il xahar mid-data li fiha tkun saret dik il-valutazzjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti ta' investiment japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32 għal remunerazzjoni mogħtija għal servizzi pprovduti jew għall-prestazzjoni fis-sena finanzjarja wara s-sena finanzjarja li fiha saret il-valutazzjoni msemmija fil-Paragrafu 3.

Fejn tapplika din it-Taqsima u jiġi applikat l-Artikolu 8 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din tiġi applikata għal ditti ta' investiment fuq bażi individwali.

Fejn tapplika din it-Taqsima u jiġi applikat l-Artikolu 7 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din it-Taqsima tiġi applikata għal ditti ta' investiment fuq bażi individwali u konsolidata. Bħala deroga mill-ewwel sentenza, din it-Taqsima ma għandhiex tapplika għal impriżi sussidjarji inklużi fis-sitwazzjoni konsolidata b'mod prudenzjali kif definiti fl-Artikolu 4(1)(12) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] u stabbiliti f'pajjiżi terzi, fejn l-impriża prinċipali fl-Unjoni tkun tista' turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni ta' din it-Taqsima tkun illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn ikunu stabbiliti dawk is-sussidjarji.

Artikolu 26

Governanza interna

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti ta' investiment jkollhom arranġamenti ta' governanza robusti, inkluż dawn kollha li ġejjin:

(a)  struttura organizzattiva ċara b'linji ta' responsabbiltà definiti sew, trasparenti u konsistenti;

(b)  proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar tar-riskji li d-ditti ta' investiment huma esposti għalihom jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, jew li jesponu jew li jistgħu jesponu lil oħrajn għalihom;

(c)  mekkaniżmi adegwati ta' kontroll intern, inkluż proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi;

(d)  politiki u prattiki ta' remunerazzjoni li huma konsistenti ma' u jippromwovu ġestjoni tar-riskju soda u effettiva.

Dawn il-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni għandhom ikunu newtrali fir-rigward tas-sessi.

2.  Meta jiġu stabbiliti l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 28 sa 33 ta' din id-Direttiva.

3.  L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adatti u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u fl-attivitajiet tad-ditta ta' investiment.

4.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza msemmija fil-paragrafu 1.

L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar politiki ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi għal ditti ta' investiment.

Fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dawk il-linji gwida, abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-EBA għandha toħroġ rapport dwar l-applikazzjoni tal-politiki ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi għal ditti ta' investiment.

Artikolu 27

Rapportar għal kull pajjiż

1.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti ta' investiment li jkollhom fergħa jew sussidjarja li hija istituzzjoni finanzjarja kif definita fl-Artikolu 4(1)(26) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fi Stat Membru jew f'pajjiż terz minbarra dak li fih ingħatat l-awtorizzazzjoni lid-ditta ta' investiment, li jiżvelaw, skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz, l-informazzjoni li ġejja fuq bażi annwali:

(a)  l-isem, in-natura tal-attivitajiet u l-post fejn jinsabu kwalunkwe sussidjarja u fergħa;

(b)  il-fatturat;

(c)  l-għadd ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full time;

(d)  il-profitt jew telf qabel it-taxxa;

(e)  it-taxxa fuq il-profitt jew it-telf;

(f)  is-sussidji pubbliċi riċevuti.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi vverifikata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE u, fejn possibbli, għandha tiġi annessa mal-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew, fejn applikabbli, mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati ta' dik id-ditta ta' investiment.

Artikolu 28

Trattament tar-riskji

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali tad-ditta ta' investiment japprova u perjodikament jeżamina l-istrateġija u l-politiki dwar il-predispożizzjoni għar-riskju tad-ditta ta' investiment, u dwar l-immaniġġjar, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskji li d-ditta ta' investiment hija esposta għalihom jew tista' tkun esposta għalihom, filwaqt li jittieħed kont tal-ambjent makroekonomiku u taċ-ċiklu kummerċjali tad-ditta ta' investiment.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali jiddedika biżżejjed żmien għall-iżgurar ta' konsiderazzjoni adatta tal-materji msemmija fil-paragrafu 1 u li dan jalloka riżorsi adegwati għall-immaniġġjar tar-riskji materjali kollha li għalihom hi esposta d-ditta ta' investiment.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti ta' investiment jistabbilixxu linji ta' rapportar lill-korp maniġerjali għal kull riskju materjali u għal kull politika ta' ġestjoni ta' riskju u kwalunkwe tibdil għalihom.

4.  ▌L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti kollha ta' investiment li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 32(4) li jistabbilixxu kumitat tar-riskju kompost minn membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu ebda funzjoni eżekuttiva fid-ditta ta' investiment ikkonċernata.

Il-membri tal-kumitat tar-riskju msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom għarfien, ħiliet u għarfien espert adatti biex jifhmu, jimmaniġġjaw u jimmonitorjaw bis-sħiħ l-istrateġija tar-riskju u l-predispożizzjoni għar-riskju tad-ditta ta' investiment. Huma għandhom jiżguraw li l-kumitat tar-riskju jagħti pariri lill-korp maniġerjali dwar il-predispożizzjoni għar-riskju u l-istrateġija tar-riskju ġenerali attwali u futura tad-ditta ta' investiment u jassisti lill-korp maniġerjali fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija mill-maniġment superjuri. Il-korp maniġerjali għandu jibqa' dak kumplessivament responsabbli għall-istrateġiji u l-politiki tar-riskju tad-ditta.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali, fil-funzjoni superviżorja tiegħu u, fejn ikun ġie stabbilit wieħed, il-kumitat tar-riskju ta' dak il-korp maniġerjali, ikollhom aċċess għal informazzjoni dwar ir-riskji li għalihom hi skoperta jew tista' tkun skoperta d-ditta.

Artikolu 29

Trattament tar-riskji

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-ditti ta' investiment ikollhom strateġiji, politiki, proċessi u sistemi robusti għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-immaniġġjar u l-monitoraġġ ta' dan li ġej:

(a)  sorsi materjali u effetti tar-riskji għal klijenti, u kull impatt materjali fuq il-fondi proprji;

(b)  sorsi materjali u effetti tar-riskji għas-suq u kull impatt materjali fuq il-fondi proprji;

(c)  sorsi materjali tar-riskji għad-ditti ta' investiment, b'mod partikolari dawk li jistgħu jnaqqsu l-livell ta' fondi proprji disponibbli;

(d)  ir-riskju tal-likwidità fuq sett adatt ta' perijodi ta' żmien, inkluż ta' dakinhar, sabiex jiġi żgurat li d-ditta ta' investiment iżżomm livelli adegwati ta' riżorsi likwidi, inkluż fir-rigward tal-indirizzar ta' sorsi materjali tar-riskji skont il-punti (a) sa (c).

L-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi għandhom ikunu proporzjonati għall-kumplessità, għall-profil tar-riskju, għall-kamp ta' applikazzjoni tal-operat tad-ditta ta' investiment u għat-tolleranza tar-riskju stabbiliti mill-korp maniġerjali, u għandhom jirriflettu l-importanza tad-ditta ta' investiment f'kull Stat Membru li fih twettaq negozju.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, u t-tieni subparagrafu, għandu jitqies id-dritt nazzjonali li jirregola s-segregazzjoni applikabbli għal flus tal-klijenti miżmuma.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, id-ditti ta' investiment għandhom jikkunsidraw li jkollhom assigurazzjoni ta' indennizz professjonali bħala għodda effettiva fil-ġestjoni tar-riskji tagħhom.

Għall-finijiet tal-punt (c), is-sorsi materjali tar-riskju għad-ditta nfisha għandhom jinkludu, jekk rilevanti, bidliet materjali fil-valur fil-kotba tal-assi, inkluż kull pretensjoni fuq aġenti marbuta, nuqqas ta' klijenti jew ta' kontropartijiet, pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji, muniti barranin u prodotti u obbligi għal skemi ta' pensjoni ta' benefiċċju definiti.

Id-ditti ta' investiment għandhom jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta lil kwalunkwe impatt materjali fuq fondi proprji fejn tali riskji ma jiġux koperti kif adatt mir-rekwiżiti ta' kapital ikkalkulati skont l-Artikolu 11 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li d-ditti ta' investiment, billi jieħdu kont tal-vijabbiltà u s-sostenibbiltà tal-mudelli ta' negozju u tal-istrateġiji tagħhom, jikkunsidraw b'mod dovut, jekk ikunu jeħtieġu stralċ jew iwaqqfu l-attivitajiet, ir-rekwiżiti u r-riżorsi meħtieġa li huma realistiċi, f'termini ta' limiti ta' żmien u l-manutenzjoni tal-fondi proprji u ta' riżorsi likwidi, tul il-proċess kollu tal-ħruġ mis-suq.

3.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 25, il-punti (a), (c) ▌ u (d) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal ditti ta' investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 58 biex tissupplimenta din id-Direttiva biex jiġi żgurat li jkunu robusti l-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi tad-ditti ta' investiment. B'hekk il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, u b'mod partikolari l-feġġa ta' prodotti finanzjarji ġodda, l-iżviluppi fl-istandards kontabilistiċi u l-iżviluppi li jiffaċilitaw il-konverġenza tal-prattiki superviżorji.

Artikolu 30

Politiki ta' remunerazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti ta' investiment, meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki ta' remunerazzjoni tagħhom għal kategoriji ta' persunal inkluż il-maniġment superjuri, dawk li jieħu r-riskju, il-persunal attiv f'funzjonijiet ta' kontroll u għal kull impjegat li jirċievi remunerazzjoni ġenerali li tkun mill-inqas daqs l-anqas remunerazzjoni riċevuta mill-maniġment superjuri jew minn dawk li jieħu r-riskju, u li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta ta' investiment jew tal-assi li tiġġestixxi, jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(a)  il-politika tar-remunerazzjoni hija dokumentata b'mod ċar u proporzjonata mad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, kif ukoll l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta ta' investiment;

(b)  il-politika tar-remunerazzjoni hija politika tar-remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi;"

(c)  il-politika tar-remunerazzjoni hija konsistenti ma' mmaniġġjar solidu u effettiv tar-riskju u tippromwovih;

(d)  il-politika tar-remunerazzjoni hija konformi mal-istrateġija tan-negozju u l-objettivi tad-ditta ta' investiment, u tieħu kont ukoll tal-effetti fit-tul tad-deċiżjonijiet ta' investiment meħuda;

(e)  il-politika tar-remunerazzjoni fiha miżuri għall-evitar ta' kunflitti ta' interess, tħeġġeġ imġiba kummerċjali responsabbli u tippromwovi s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju u t-teħid ta' riskji prudenti;

(f)  il-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu jadotta u perjodikament jeżamina l-politika tar-remunerazzjoni u għandu r-responsabbiltà kumplessiva li jissorvelja l-implimentazzjoni tagħha;

(g)  l-implimentazzjoni tal-politika tar-remunerazzjoni, tal-inqas kull sena, hija soġġetta għal eżami intern ċentrali u indipendenti mill-funzjonijiet ta' kontroll;

(h)  il-persunal involut fil-funzjonijiet ta' kontroll ikun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju li jissorveljaw, ikollu awtorità adatta, u jingħata remunerazzjoni f'konformità mal-kisba tal-objettivi marbuta mal-funzjonijiet tiegħu, irrispettivament mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jikkontrolla;

(i)  ir-remunerazzjoni ta' uffiċjali għolja fil-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskji u l-konformità tkun issorveljata direttament mill-kumitat għar-remunerazzjoni msemmi fl-Artikolu 33 jew, fejn ma jkunx ġie stabbilit tali kumitat, mill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

(j)  il-politika tar-remunerazzjoni, filwaqt li tieħu kont tar-regoli nazzjonali dwar l-iffissar tal-pagi, tagħmel distinzjoni ċara bejn il-kriterji applikati għad-determinazzjoni ta' dan li ġej:

(i)  ir-remunerazzjoni bażika fissa, li primarjament tirrifletti l-esperjenza professjonali rilevanti u r-responsabbiltà fl-organizzazzjoni kif stipulati fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg tiegħu;

(ii)  ir-remunerazzjoni varjabbli, li tirrifletti prestazzjoni sostenibbli u aġġustata għar-riskju tal-impjegat, kif ukoll prestazzjoni li tmur lil hinn mid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat.

(k)  il-komponent fiss għandu jirrappreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-remunerazzjoni totali biex tkun tista' titħaddem politika kompletament flessibbli fuq komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni, inkluż il-possibbiltà li ma jitħallas l-ebda komponent varjabbli tar-remunerazzjoni.

2.  Għall-finijiet tal-punt (k) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti ta' investiment jistabbilixxu l-proporzjonijiet adatti bejn il-komponent varjabbli u dak fiss tar-remunerazzjoni totali fil-politiki tar-remunerazzjoni tagħhom, filwaqt li jittieħed kont tal-attivitajiet kummerċjali tad-ditta ta' investiment u tar-riskji assoċjati, kif ukoll tal-impatt li jkollhom kategoriji differenti ta' individwi msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-profil tar-riskju tad-ditta ta' investiment.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti ta' investiment jistabbilixxu u japplikaw il-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 b'mod li jkun adatt għad-daqs u għall-organizzazzjoni interna tagħhom u għan-natura, għall-kamp ta' applikazzjoni u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom.

4.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji adatti għall-identifikazzjoni tal-kategoriji ta' individwi li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta ta' investiment kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-EBA u l-ESMA għandhom iqisu b'mod debitu r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta' April 2009 dwar il-politiki ta' remunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji kif ukoll linji gwida eżistenti tar-remunerazzjoni skont id-Direttiva tal-UCITS, l-AIFMD u l-MiFID II u jimmiraw li jimminimizzaw id-diverġenza mid-dispożizzjonijiet eżistenti.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 31

Ditti ta' investiment li jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn ditta ta' investiment tibbenefika minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju kif definit fl-Artikolu 2(1)(28) tad-Direttiva 2014/59/UE ▌:

(a)  ma tħallasx remunerazzjoni varjabbli lil membri tal-korp maniġerjali;

(b)  fejn ir-remunerazzjoni varjabbli mħallsa lil persunal ieħor minbarra l-membri tal-korp maniġerjali tkun inkonsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali soda ta' ditta ta' investiment u tal-ħruġ puntwali tagħha mill-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju, ir-remunerazzjoni varjabbli ▌ għandha tkun limitata għal sehem mid-dħul nett ▌.

Artikolu 32

Remunerazzjoni varjabbli

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull remunerazzjoni varjabbli mogħtija u mħallsa minn ditta ta' investiment lil kategoriji ta' persunal imsemmija fl-Artikolu 30(1) tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin skont l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 30(3):

(a)  fejn ir-remunerazzjoni varjabbli tkun relatata mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-remunerazzjoni varjabbli għandu jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu, tal-unità tan-negozju kkonċernata u tar-riżultati ġenerali tad-ditta ta' investiment;

(b)  meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-individwu, għandu jittieħed kont kemm tal-kriterji finanzjarji kif ukoll ta' dawk mhux finanzjarji;

(c)  il-valutazzjoni tal-prestazzjoni msemmija fil-punt (a) għandha tkun ibbażata fuq perijodu pluriennali, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċiklu tan-negozju tad-ditta ta' investiment u tar-riskji tan-negozju tagħha;

(d)  ir-remunerazzjoni varjabbli ma għandhiex taffettwa l-kapaċità tad-ditta ta' investiment li tiżgura bażi kapitali soda;

(e)  ma għandu jkun hemm ebda remunerazzjoni varjabbli garantita għajr għal persunal ġdid ▌ għall-ewwel sena tal-impjieg biss tal-persunal il-ġdid u meta d-ditta ta' investiment ikollha bażi kapitali soda;

(f)  il-pagamenti relatati mat-terminazzjoni bikrija ta' kuntratt ta' impjieg għandhom jirriflettu l-prestazzjoni miksuba matul iż-żmien mill-individwu u ma jippremjawx falliment jew imġiba ħażina;

(g)  pakketti ta' remunerazzjoni relatati mal-kumpens jew mal-akkwiżizzjoni minn kuntratti f'impjieg preċedenti għandhom ikunu allinjati mal-interessi fit-tul tad-ditta ta' investiment;

(h)  il-kejl tal-prestazzjoni użat bħala bażi għall-kalkolu ta' raggruppamenti ta' remunerazzjoni varjabbli għandu jieħu kont tat-tipi kollha ta' riskji attwali u futuri u l-ispiża tal-kapital u tal-likwidità meħtieġa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru ---/---- [IFR];

(i)  l-allokazzjoni tal-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni fi ħdan id-ditta ta' investiment għandha tieħu kont tat-tipi kollha ta' riskji attwali u futuri;

(j)  mill-inqas 50 % tar-remunerazzjoni varjabbli għandha tikkonsisti fi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin:

(i)  ishma jew, soġġett għall-istruttura legali tad-ditta ta' investiment ikkonċernata, interessi proprjetarji ekwivalenti;

(ii)  strumenti marbuta mal-ishma jew, soġġett għall-istruttura legali tad-ditta ta' investiment ikkonċernata, strumenti ekwivalenti mhux fi flus;

(iii)  strumenti tal-Grad 1 addizzjonali jew strumenti tal-Grad 2 jew strumenti oħra li jistgħu jiġu kkonvertiti bis-sħiħ għal strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew jitniżżlu fil-valur u li jirriflettu b'mod adegwat il-kwalità kreditu tad-ditta ta' investiment bħala negozju avvjat;

(iv)  strumenti mhux fi flus li jirriflettu l-kompożizzjoni tal-istrumenti tal-portafolli ġestiti;

(k)  permezz ta' deroga mill-punt (j), fejn ditta ta' investiment ma toħroġ ebda wieħed mill-istrumenti msemmija f'dak il-punt, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu japprovaw l-użu ta' arranġamenti alternattivi li jissodisfaw l-istess objettivi;

(l)  mill-inqas 40 % tar-remunerazzjoni varjabbli għandhom ikunu differiti tul perijodu ta' tlieta sa ħames snin kif adatt, skont iċ-ċiklu tan-negozju tad-ditta ta' investiment, in-natura tan-negozju tagħha, ir-riskji tagħha u l-attivitajiet tal-individwu inkwistjoni, ħlief fil-każ ta' remunerazzjoni varjabbli ta' ammont partikolarment għoli meta l-proporzjon tar-remunerazzjoni varjabbli differita jkun ta' mill-inqas 60 %;

(m)  sa 100 % tar-remunerazzjoni varjabbli għandha tkun ikkuntrattata meta l-prestazzjoni finanzjarja tad-ditta ta' investiment tkun dgħajfa jew negattiva, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' malus jew ta' rkupru soġġetti għal kriterji stabbiliti mid-ditti ta' investiment li jkopru b'mod partikolari sitwazzjonijiet li fihom l-individwu inkwistjoni:

(i)  ikun ħa sehem jew kien responsabbli għal imġiba li rriżultat f'telf sinifikanti għad-ditta ta' investiment;

(ii)  ma jkunx għadu meqjus bħala kompetenti u idoneu;

(n)  il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni għandhom ikunu konformi mal-istrateġija tan-negozju, mal-objettivi, mal-valuri u mal-interessi fit-tul tad-ditta ta' investiment.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw dawn li ġejjin:

(a)  li l-individwi msemmija fl-Artikolu 30(1) ma għandhomx jużaw strateġiji personali ta' hedging jew assigurazzjonijiet relatati mar-remunerazzjoni u mar-responsabbiltà biex ixekklu l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1;

(b)  li r-remunerazzjoni varjabbli ma għandhiex titħallas b'veikoli jew b'metodi finanzjarji li jiffaċilitaw in-nuqqas ta' konformità ma' din id-Direttiva jew mar-Regolament (UE) Nru ---/---- [IFR].

3.  Għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 1, l-istrumenti msemmija fih għandhom ikunu soġġetti għal politika ta' żamma adatta mfassla biex tallinja l-inċentivi tal-individwu mal-interessi fit-tul tad-ditta ta' investiment, tal-kredituri u tal-klijenti tagħha. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jpoġġu restrizzjonijiet fuq it-tipi u d-disinni ta' dawk l-istrumenti jew jipprojbixxu l-użu ta' ċerti strumenti għar-remunerazzjoni varjabbli.

Għall-finijiet tal-punt (l) tal-paragrafu 1, id-differiment tar-remunerazzjoni varjabbli m'għandux ivesti b'rata aktar mgħaġġla minn bażi prorata.

Għall-finijiet tal-punt (n) tal-paragrafu 1, meta impjegat jitlaq mid-ditta ta' investiment qabel l-età tal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni għandhom jinżammu mid-ditta ta' investiment għal perijodu ta' ħames snin fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (j). Meta impjegat jilħaq l-età tal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jitħallsu lill-impjegat fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (j), soġġetti għal perijodu ta' żamma ta' ħames snin minn dak l-impjegat.

4.  Il-punti (j) u (l) tal-paragrafu 1 u t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 m'għandhomx japplikaw għal:

(a)  ditta ta' investiment, li ▌ l-valur tal-assi barra u ġewwa l-karta bilanċjali tagħha jkun bħala medja daqs jew anqas minn EUR 100 miljun tul il-perijodu ta' erba' snin li jiġu eżatt qabel is-sena finanzjarja partikolari;

(b)  individwu li r-remunerazzjoni varjabbli annwali tiegħu ma taqbiżx il-EUR 50 000 u li ma tirrappreżentax aktar minn kwart tar-remunerazzjoni annwali totali tal-individwu.

5.  Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 4, Stat Membru jista' jżid il-livell limitu msemmi fih bil-kondizzjoni li d-ditta ta' investiment tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)  id-ditti ta' investiment li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru juża din id-dispożizzjoni mhumiex, fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti, waħda mill-akbar tliet ditti ta' investiment f'termini ta' valur totali tal-assi;

(b)  id-ditta ta' investiment mhijiex soġġetta għall-ebda obbligu jew soġġetta għal obbligi simplifikati fir-rigward tal-ippjanar ta' rkupru u riżoluzzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE;

(c)  id-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tad-ditti ta' investiment huwa ugwali għal jew inqas minn EUR 150 Miljun;

(d)  id-daqs tan-negozju tad-derivattivi fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tad-ditti ta' investiment huwa ugwali għal jew inqas minn EUR 100 Miljun;

(e)  il-livell limitu ma jaqbiżx EUR 300 Miljun; u

(f)  huwa adatt li jiżdied il-livell limitu filwaqt li jittieħed kont tan-natura u tal-ambitu tal-attivitajiet tad-ditta, tal-organizzazzjoni interna tagħhom, jew, fejn applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li jappartjenu għalih.

6.  Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 4, Stat Membru jista' jnaqqas il-livell limitu msemmi fih bil-kondizzjoni li jkun adatt li jitnaqqas il-livell limitu filwaqt li jittieħed kont tan-natura u tal-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tad-ditta, l-organizzazzjoni interna tagħhom, jew, fejn applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li jappartjenu għalih.

7.  Permezz ta' deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 4, Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-membri tal-persunal intitolati għal remunerazzjoni varjabbli ▌ annwali anqas mil-livell limitu u s-sehem imsemmija f'dak il-punt ma għandhomx ikunu soġġetti għall-eżenzjoni stabbilita fih minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-suq nazzjonali f'termini ta' prattiki ta' remunerazzjoni jew minħabba n-natura tar-responsabbiltajiet u l-profil tal-impjieg ta' dawk il-membri tal-persunal.

8.  F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-klassijiet ta' strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(j)(iii) u kif ukoll biex tispeċifika arranġamenti alternattivi possibbli stabbiliti fil-paragrafu 1(k).

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

9.  F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA għandha tadotta linji gwida li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-paragrafi 4, 5 u 6 u li jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tagħhom.

Artikolu 33

Kumitat ta' Remunerazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ▌ li d-ditti ta' investiment li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 32(4) jistabbilixxu kumitat ta' remunerazzjoni. Dak il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jkollu bilanċ bejn is-sessi u jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti dwar il-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni u l-inċentivi maħluqa għall-immaniġġjar tar-riskju, tal-kapital u tal-likwidità. Il-kumitat ta' remunerazzjoni jista' jiġi stabbilit fil-livell tal-grupp.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ▌ li l-kumitat ta' remunerazzjoni jkun responsabbli għat-tħejjija ta' deċiżjonijiet rigward ir-remunerazzjoni, inklużi deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet għar-riskji u l-immaniġġjar tar-riskju tad-ditta ta' investiment ikkonċernata u li jridu jittieħdu mill-korp maniġerjali. Il-President u l-membri tal-kumitat ta' remunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fid-ditta ta' investiment ikkonċernata. Meta d-dritt nazzjonali jipprevedi rappreżentanza tal-impjegati fil-korp maniġerjali, il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentant wieħed jew aktar tal-impjegati.

3.  Meta jkun qed iħejji d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-kumitat ta' remunerazzjoni għandu jieħu kont tal-interess pubbliku u l-interessi fit-tul tal-azzjonisti, tal-investituri u ta' partijiet ikkonċernati oħra fid-ditta ta' investiment.

Artikolu 34

Sorveljanza tal-politiki tar-remunerazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru l-informazzjoni divulgata f'konformità mal-punti (c)[…] u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-ditti ta' investiment dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u għandhom jużaw dik l-informazzjoni bħala punt ta' riferiment għax-xejriet u għall-prattiki tar-remunerazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-EBA.

2.  L-EBA għandha tuża l-informazzjoni riċevuta mingħand l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-paragrafu 1 u l-paragrafu 4 bħala punt ta' riferiment għax-xejriet u għall-prattiki tar-remunerazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

3.  F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta' politiki sodi tar-remunerazzjoni. Dawk il-linji gwida għandhom tal-anqas jieħdu kont tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 30 sa 33 u l-prinċipji dwar il-politiki sodi tar-remunerazzjoni stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE(22).

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti ta' investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti ▌ b'informazzjoni dwar l-għadd ta' persuni fiżiċi f'kull ditta ta' investiment li jirċievu remunerazzjoni ta' EUR 1 miljun jew aktar kull sena finanzjarja, fil-grupp ta' paga ta' EUR 1 miljun, inkluż informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom tal-impjieg, il-qasam tan-negozju involut u l-elementi ewlenin tas-salarju, il-bonus, l-għotja fuq terminu twil u l-kontribuzzjoni tal-pensjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti ta' investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba, iċ-ċifri totali ta' remunerazzjoni għal kull membru tal-korp maniġerjali jew maniġment superjuri.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi lill-EBA, li għandha tippubblikaha fuq bażi aggregata skont l-Istat Membru ta' domiċilju f'format komuni ta' rapportar. F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA tista' telabora linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.

Artikolu 35

Rapport tal-EBA dwar ir-riskji relatati mal-ESG

L-EBA għandha tħejji rapport dwar l-introduzzjoni ta' kriterji tekniċi relatati ma' skoperturi għal attivitajiet sostanzjalment assoċjati ma' objettivi ambjentali, soċjali, u ta' governanza (ESG) għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni tar-riskji, bil-ħsieb li jiġu vvalutati s-sorsi possibbli u l-effetti ta' tali riskji fuq id-ditti ta' investiment, filwaqt li jittieħed kont tat-tassonomija tal-ESG [żid ir-referenza għal test legali meta jkun disponibbli].

Ir-rapport tal-EBA msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri minn tal-anqas dan li ġej:

(a)  Definizzjoni ta' riskji relatati mal-ESG, riskji fiżiċi, u riskji tat-transizzjoni relatati mat-transizzjoni għal ekonomija aktar sostenibbli; inkluż riskji relatati mad-deprezzament tal-assi minħabba bidla regolatorja, kriterji kwalitattivi u kwantitattivi u metriċi rilevanti għall-valutazzjoni ta' tali riskji, kif ukoll il-metodoloġija għall-valutazzjoni ta' jekk dawn ir-riskji jistgħux jirriżultaw fuq terminu qasir, medju jew twil u jistgħux ikollhom impatt finanzjarju materjali fuq ditta ta' investiment;

(b)  valutazzjoni ta' jekk konċentrazzjonijiet sinifikanti ta' assi speċifiċi jistgħux iżidu r-riskji relatati mal-ESG, ir-riskji fiżiċi u r-riskji tat-transizzjoni għal ditta ta' investiment;

(c)  deskrizzjoni tal-proċessi li ditta ta' investiment tista' tuża għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-ESG, ir-riskji fiżiċi u r-riskji tat-transizzjoni;

(d)  il-kriterji, il-parametri u l-metriċi li s-superviżuri u d-ditti ta' investiment jistgħu jużaw biex jivvalutaw l-impatt tar-riskji relatati mal-ESG fuq żmien qasir, medju u twil għall-finijiet tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni.

L-EBA għandha tippreżenta r-rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Abbażi ta' dan ir-rapport, l-EBA tista', jekk adatt, tadotta linji gwida biex tintroduċi kriterji relatati ma' riskji tal-ESG għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni li jieħdu kont tas-sejbiet tar-rapport tal-EBA msemmi f'dan l-Artikolu.

Taqsima 3

Proċess ta' rieżami u evalwazzjoni superviżorji

Artikolu 36

Rieżami u evalwazzjoni superviżorji

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw, sal-punt rilevanti u meħtieġ, filwaqt li jieħdu kont tad-daqs, il-profil ta' riskju u l-mudell ta' negozju tad-ditta ta' investiment, l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mid-ditti ta' investiment sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR] u jevalwaw ▌ dan li ġej bħala adatt u rilevanti, sabiex ikunu żgurati l-maniġment tajjeb u l-kopertura tar-riskji tagħhom:

(a)  ir-riskji msemmija fl-Artikolu 29;

(b)  iż-żona ġeografika tal-iskoperturi tad-ditta ta' investiment;

(c)  il-mudell kummerċjali tad-ditta ta' investiment;

(d)  il-valutazzjoni tar-riskju sistemiku, filwaqt li jittieħed kont tal-identifikazzjoni u tal-kejl tar-riskju sistemiku skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;

(e)  ir-riskji li jaffaċċjaw is-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni tad-ditti ta' investiment sabiex ikunu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-proċessi u d-data u l-assi tagħhom;

(f)  l-iskopertura tad-ditti ta' investiment għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar;

(g)  l-arranġamenti ta' governanza tad-ditti ta' investiment u l-ħila tal-membri tal-korp maniġerjali biex iwettqu dmirijiethom.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont debitu ta' jekk id-ditti ta' investiment għandhomx assigurazzjoni ta' indennizz professjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu l-frekwenza u l-intensità tar-rieżami u tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 billi jqisu d-daqs, ▌ in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti ta' investiment ikkonċernati, u fejn rilevanti, l-importanza sistemika tagħhom u billi jieħdu kont tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

▌L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu fuq bażi ta' każ b'każ jekk u f'liema forma, għandhom jitwettqu r-rieżami u l-evalwazzjoni fir-rigward tad-ditti ta' investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/---- [IFR]], biss fejn dawn jaraw li hu meħtieġ minħabba d-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' dawk id-ditti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, għandu jitqies id-dritt nazzjonali li jirregola s-segregazzjoni applikabbli għal flus tal-klijenti miżmuma.

3.  Meta jagħmlu r-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-aġendi, għall-minuti u għad-dokumenti ta' sostenn tal-laqgħat tal-korp maniġerjali u tal-kumitati tiegħu, u r-riżultati tal-evalwazzjoni interna jew esterna rigward il-prestazzjoni tal-korp maniġerjali.

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 58 biex tissupplimenta din id-Direttiva biex jiġi żgurat li l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi tad-ditti ta' investiment jiżguraw ġestjoni soda u kopertura tar-riskji tagħhom. B'hekk il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, b'mod partikolari l-feġġa ta' prodotti finanzjarji ġodda, l-iżviluppi fl-istandards kontabilistiċi u l-iżviluppi li jiffaċilitaw il-konverġenza tal-prassi superviżorji.

Artikolu 37

Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw mudelli interni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrieżaminaw fuq bażi regolari, u mill-inqas kull 3 snin, il-konformità tad-ditti ta' investiment mar-rekwiżiti għall-permess li jużaw mudelli interni kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR]]. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod partikolari t-tibdiliet fin-negozju ta' ditta ta' investiment u l-implimentazzjoni ta' dawk il-mudelli għal prodotti ġodda, u jirrieżaminaw u jivvalutaw jekk id-ditta ta' investiment tużax tekniki u prattiki żviluppati sew u aġġornati għal dawk il-mudelli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-dgħufijiet materjali identifikati fil-kopertura tar-riskju mill-mudelli interni ta' ditta ta' investiment jiġu rettifikati, jew jieħdu passi biex jimmitigaw il-konsegwenzi tagħhom, inkluż billi jimponu supplimentazzjonijiet kapitali jew fatturi akbar ta' multiplikazzjoni.

2.  Jekk, għal mudelli interni tar-riskju għas-suq, iseħħ li tinqabeż il-mira ħafna drabi kif imsemmi fl-Artikolu 366 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sitwazzjoni li tindika li l-mudelli mhumiex jew m'għadhomx preċiżi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevokaw il-permess għall-użu tal-mudelli interni jew jimponu miżuri adatti biex jiżguraw li l-mudelli jittejbu minnufih u f'perijodu ta' żmien stabbilit.

3.  Meta ditta ta' investiment li tkun ingħatat permess biex tuża mudelli interni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti biex tapplika dawk il-mudelli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu jew prova li l-effett ta' nuqqas ta' konformità hu immaterjali jew inkella l-preżentazzjoni ta' pjan u ta' skadenza għall-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu titjib fil-pjan ippreżentat meta jkun hemm il-probabbiltà li dak il-pjan ma jkunx għal kollox kompatibbli jew jekk l-iskadenza ma tkunx adatta.

Meta jkun improbabbli li d-ditta ta' investiment tkun ser tikkonforma sal-iskadenza stipulata jew ma tkunx uriet b'mod sodisfaċenti li l-effett ta' nuqqas ta' konformità hu immaterjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrevokaw il-permess li jintużaw mudelli interni jew li jillimitawh għal dawk l-oqsma li huma konformi, jew dawk l-oqsma fejn il-konformità tkun tista' tinkiseb fi ħdan skadenza adatta.

4.  L-EBA għandha tanalizza mudelli interni fost id-ditti ta' investiment u għandha tanalizza kif id-ditti ta' investiment li jużaw mudelli interni jittrattaw riskji jew skoperturi simili. Hija għandha tinforma lill-ESMA b'dan.

Biex tippromwovi prassi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettiv, l-EBA, fuq il-bażi ta' dik l-analiżi u f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandha tiżviluppa linji gwida b'punti ta' riferiment dwar kif id-ditti ta' investiment għandhom jużaw mudelli interni u kif dawn il-mudelli interni għandhom jittrattaw riskji jew skoperturi simili.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu kont ta' dik l-analiżi u dawk il-linji-gwida għar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1.

Taqsima 4

Miżuri u setgħat superviżorji

Artikolu 38

Miżuri superviżorji

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li d-ditti ta' investiment jieħdu, fi stadju bikri, il-miżuri neċessarji biex jindirizzaw il-problemi li ġejjin:

(a)  id-ditta ta' investiment ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva jew tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(b)  l-awtoritajiet kompetenti għandhom evidenza li d-ditta ta' investiment aktarx li tikser ir-[Regolament (UE) ---/----[IFR] jew id-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva fit-12-il xahar li ġejjin.

Artikolu 39

Setgħat superviżorji

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji neċessarji biex jintervjenu fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom fl-attività tad-ditti ta' investiment b'mod effettiv u proporzjonat.

2.  Għall-finijiet tal-Artikoli 36, l-Artikolu 37(3) u l-Artikolu 38 u għall-applikazzjoni tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat li ġejjin:

(a)  li jobbligaw lid-ditti ta' investiment li jkollhom kapital addizzjonali lil hinn mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40 ta' din id-Direttiva, jew jaġġustaw il-kapital u l-assi likwidi meħtieġa f'każ ta' tibdiliet materjali fin-negozju ta' dawk id-ditti ta' investiment;

(b)  li jobbligaw it-tisħiħ tal-arranġamenti, tal-proċessi, tal-mekkaniżmi u tal-istrateġiji implimentati f'konformità mal-Artikoli 24 u 26;

(c)  li jobbligaw lid-ditti ta' investiment jippreżentaw, fi żmien sena, pjan għall-konformità mar-rekwiżiti superviżorji skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR], li jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni ta' dak il-pjan u jeżiġu li jkun hemm titjib f'dak il-pjan fejn jidħlu l-kamp ta' applikazzjoni u l-iskadenza;

(d)  li jobbligaw lid-ditti ta' investiment japplikaw politika ta' proviżjonament speċifika jew trattament ta' assi speċifiku f'termini tar-rekwiżiti kapitali;

(e)  li jirrestrinġu jew jillimitaw in-negozju, l-operazzjonijiet jew in-netwerk ta' ditti ta' investiment jew li jitolbu l-investiment tal-attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-solidità ta' ditta ta' investiment;

(f)  li jobbligaw it-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, fil-prodotti u fis-sistemi tad-ditti ta' investiment, inklużi attivitajiet esternalizzati;

(g)  li jobbligaw lid-ditti ta' investiment jillimitaw ir-remunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn dik ir-remunerazzjoni ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali solida;

(h)  li jobbligaw lid-ditti ta' investiment jużaw il-profitti netti sabiex isaħħu l-fondi proprji;

(i)  li jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet jew il-pagamenti tal-imgħax minn ditta ta' investiment lill-azzjonisti, lill-membri jew lid-detenturi tal-istrumenti Addizzjonali tal-Grad 1 fejn dik il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza mid-ditta ta' investiment;

(j)  li jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti meta mqabbla ma' dawk stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-[Regolament (UE) ---/----[IFR], inkluż ir-rapportar dwar il-pożizzjonijiet kapitali u tal-likwidità;

(k)  li jimponu rekwiżiti speċifiċi tal-likwidità f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42'';

(l)  li jobbligaw divulgazzjonijiet addizzjonali;

(m)  li jirrikjedu lid-ditti ta' investiment inaqqsu r-riskji għas-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni tagħhom biex jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-proċessi, id-data u l-assi tagħhom;

Għall-finijiet tal-punt (j), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar spissi fuq id-ditti ta' investiment biss meta l-informazzjoni li trid tiġi rrapportata ma tkunx duplikata u tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  tkun ġiet issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 38;

(b)  l-awtorità kompetenti tqis li hemm bżonn li tiġbor l-evidenza msemmija fl-Artikolu 38(b).

(c)  l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa għall-fini tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 36.

L-informazzjoni għandha titqies duplikata meta l-awtorità kompetenti jkollha diġà l-istess, jew sostanzjalment l-istess informazzjoni, meta dik l-informazzjoni tkun tista' tiġi ppreżentata mill-awtorità kompetenti jew tkun tista' tinkiseb mill-istess awtorità kompetenti permezz ta' mezzi oħrajn apparti obbligu fuq id-ditta ta' investiment li tirrapportaha. Awtorità kompetenti ma għandhiex titlob xi informazzjoni addizzjonali meta l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti f'format differenti jew livell ta' granularità mill-informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi rrappurtata u l-format jew il-granularità differenti ma jżommuhiex milli tipproduċi informazzjoni sostanzjalment simili.

Artikolu 40

Rekwiżit kapitali addizzjonali

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżiti kapitali addizzjonali msemmija fl-Artikolu 39(2)(a) biss fejn, fuq il-bażi tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikoli 36 u 37, dawn jaċċertaw kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin għal ditta ta' investiment:

(a)  id-ditta ta' investiment tkun esposta għal riskji jew għal elementi tar-riskji, jew toħloq riskji għal oħrajn li huma materjali u li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta' kapital, u speċjalment ir-rekwiżiti kapitali tal-fattur-K, stipulati fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(b)  id-ditta ta' investiment ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 26 u miżuri superviżorji oħra x'aktarx ma jkunux ser itejbu biżżejjed l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji fi żmien adatt;

(c)  l-aġġustamenti marbuta mal-valwazzjoni prudenzjali tal-portafoll tan-negozjar ma jkunux biżżejjed biex id-ditta ta' investiment tkun tista' tbigħ jew tiħħeġġja l-pożizzjonijiet tagħha f'perijodu qasir ta' żmien bla ma ġġarrab telf materjali f'kondizzjonijiet normali tas-suq;

(d)  l-evalwazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 37 turi li n-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-mudelli interni permessi aktarx li ser twassal għal livelli inadegwati ta' kapital;

(e)  id-ditta ta' investiment ripetutament tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta' kapital addizzjonali kif stipulat fl-Artikolu 41.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), ir-riskji jew l-elementi ta' riskju għandhom jiġu kkunsidrati mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżiti kapitali stabbiliti fit-Tielet u r-Raba' Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] biss meta l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital meqjus adegwati mill-awtorità kompetenti wara r-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mid-ditti ta' investiment f'konformità mal-Artikolu 24(1), huma ogħla mir-rekwiżit kapitali tad-ditta ta' investiment stabbilit fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-kapital meqjus adegwat ▌ jista' jinkludi riskji jew elementi ta' riskju li huma esklużi b'mod espliċitu mir-rekwiżit kapitali stabbilit fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-livell tal-kapital addizzjonali meħtieġ skont l-Artikolu 39(2)(a) bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżit kapitali stabbilit fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lid-ditti ta' investiment jissodisfaw ir-rekwiżit kapitali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 39(2)(a) b'fondi proprji soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)  tal-anqas tliet kwarti mir-rekwiżit kapitali addizzjonali għandu jissodisfa l-kapital tal-Grad 1;

(b)  tal-anqas tliet kwarti mill-kapital tal-Grad 1 għandu jkunu magħmul mill-kapital ta' CET 1;

(c)  dawk il-fondi proprji m'għandhomx jintużaw biex jiġi ssodisfat kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti kapitali stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissostanzjaw bil-miktub id-deċiżjoni tagħhom li jimponu rekwiżit kapitali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 39(2)(a) billi jagħtu rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu. Dan jinkludi, fil-każ stabbilit fil-paragrafu 1(d) ta' dan l-Artikolu, dikjarazzjoni speċifika dwar għaliex il-livell ta' kapital stabbilit skont l-Artikolu 41(1) ma jkunx għadu jitqies suffiċjenti.

6.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif għandhom jitkejlu r-riskji u l-elementi ta' riskju msemmija fil-paragrafu 2, inkluż ir-riskji u l-elementi ta' riskju li huma esklużi espliċitament mir-rekwiżit kapitali stabbilit fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

L-EBA għandha tiżgura li l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji jinkludi metriċi kwalitattivi indikattivi għall-ammonti ta' kapital addizzjonali msemmija fl-Artikolu 39(2)(a), filwaqt li jittieħed kont tal-firxa ta' mudelli kummerċjali u forom legali differenti li jista' jkollhom id-ditti ta' investiment, u li jkunu proporzjonati f'dak li jirrigwarda:

(a)  il-piż tal-implimentazzjoni fuq id-ditti ta' investiment u fuq l-awtoritajiet kompetenti;

(b)  il-possibbiltà li l-livell ogħla tar-rekwiżiti kapitali li japplikaw meta d-ditti ta' investiment ma jużawx mudelli interni jista' jiġġustifika l-impożizzjoni ta' rekwiżiti kapitali inferjuri meta jiġu vvalutati r-riskji u l-elementi ta' riskju skont il-paragrafu 2.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu rekwiżit kapitali addizzjonali skont il-paragrafi 1 sa 6 fuq ditti ta' investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] abbażi ta' valutazzjoni każ b'każ u meta l-awtorità kompetenti tqis li jkun ġustifikat.

Artikolu 41

Gwida dwar l-adegwatezza tal-kapital

1.  Filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju ta' proporzjonalità u skont id-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet imwettqa mid-ditti ta' investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 (1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li tali ditti jkollhom livelli ta' kapital li, abbażi tal-Artikolu 24, jkunu suffiċjentement 'il fuq mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Tielet Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] u f'din id-Direttiva, inkluż ir-rekwiżiti kapitali addizzjonali msemmija fl-Artikolu 39(2)(a), biex jiżguraw li: il-fluttwazzjonijiet ekonomiċi ċikliki ma jwasslux għal nuqqas ta' osservanza ta' dawk ir-rekwiżiti jew jhedded il-kapaċità tad-ditta ta' investiment li twettaq stralċ u twaqqaf l-attivitajiet b'mod ordnat;

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn adatt, ▌ jirrieżaminaw il-livell ta' kapital li ġie stabbilit minn kull ditta ta' investiment li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], f'konformità mal-paragrafu 1 u, fejn rilevanti, jikkomunikaw il-konklużjonijiet ta' dak ir-rieżami lid-ditta ta' investiment ikkonċernata, inkluż kwalunkwe aspettattiva għall-aġġustamenti għal-livell ta' kapital stabbilit f'konformità mal-paragrafu 1. It-tali komunikazzjoni għandha tinkludi d-data sa meta l-awtorità kompetenti tirrikjedi li jitwettaq l-aġġustament.

Artikolu 42

Rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità msemmija fl-Artikolu 39(2)(k) biss jekk, abbażi tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikolu 38 u 39, dawn jikkonkludu li ditta ta' investiment, li ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] jew li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] iżda ma ġietx eżentata mir-rekwiżit ta' likwidità skont l-Artikolu 43(1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR], tkun f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)  id-ditta ta' investiment tkun esposta għal riskji ta' likwidità jew għal elementi ta' riskju ta' likwidità li huma materjali u mhumiex koperti jew mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta' likwidità stabbilit fil-Ħames Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(b)  id-ditta ta' investiment ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 26 u miżuri amministrattivi oħrajn aktarx li ma jkunux ser itejbu biżżejjed l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji f'perijodu ta' żmien adatt;

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), ir-riskju ta' likwidità jew l-elementi ta' riskju ta' likwidità għandhom jiġu kkunsidrati bħala mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta' likwidità stabbilit fil-Ħames Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] biss meta l-ammonti u t-tipi ta' likwidità meqjusa adegwati mill-awtorità kompetenti wara r-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mid-ditti ta' investiment f'konformità mal-Artikolu 24(1), huma ogħla mir-rekwiżit ta' likwidità tad-ditta ta' investiment stabbilit fil-Ħames Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-livell ta' likwidità speċifika meħtieġ skont l-Artikolu 39(2)(k) bħala d-differenza bejn il-likwidità meqjusa adegwata skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżit ta' likwidità stabbilit fil-Ħames Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-livell ta' likwidità speċifika meħtieġ skont l-Artikolu 39(2)(k) bħala d-differenza bejn il-likwidità meqjusa adegwata skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżit ta' likwidità stabbilit fil-Ħames Parti tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR].

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissostanzjaw bil-miktub id-deċiżjoni tagħhom li jimponu rekwiżit speċifiku ta' likwidità msemmi fl-Artikolu 39(2)(k) billi jagħtu rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu.

6.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tfassal standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika b'mod adegwat mad-daqs, l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tad-ditti ta' investiment u n-natura, l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom kif għandhom jitkejlu r-riskju ta' likwidità u l-elementi ta' riskju ta' likwidità msemmija fil-paragrafu 2.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 43

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni

▌L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti dwar il-kapital addizzjonali meħtieġ skont l-Artikolu 39(2)(a) għal ditta ta' investiment li taqa' fl-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE u dwar kwalunkwe aspettattiva għall-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 41(2) fir-rigward ta' tali ditta ta' investiment.

Artikolu 44

Pubblikazzjoni ta' rapportar

L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex:

(a)  jirrikjedu li ditti ta' investiment li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Art. 12 (1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] u ditti ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) ---/----[IFR] jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 46 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] aktar minn darba kull sena u li jistabbilixxu skadenzi għal dik il-pubblikazzjoni;

(b)  jirrikjedu li ditti ta' investiment li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Art. 12 (1) tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] u ditti ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) ---/----[IFR] jużaw mezzi u postijiet speċifiċi u b'mod partikolari s-siti web tagħhom għal pubblikazzjonijiet oħra li mhumiex ir-rapporti finanzjarji;

(c)  jirrikjedu li l-intrapriżi prinċipali li jippubblikaw annwalment jew b'mod sħiħ jew permezz ta' referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura legali tagħhom u tal-istruttura ta' governanza u organizzazzjonali tal-grupp ta' ditti ta' investiment f'konformità mal-Artikoli 26(1) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 45

Obbligu ta' infurmar lill-EBA

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EBA dwar:

(a)  il-proċess tagħhom ta' rieżami u ta' evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 36;

(b)  il-metodoloġija użata għad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 39 sa 41.

L-EBA għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu lill-ESMA.

(c)  il-livell ta' penali stabbiliti mill-Istati Membri, imsemmija fl-Artikolu 18.

2.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiżviluppa l-konsistenza fir-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni. Sabiex tlesti l-valutazzjoni tagħha, l-EBA, wara li tkun ikkonsultat lill-ESMA, tista' titlob informazzjoni addizzjonali minn awtoritajiet kompetenti ▌fuq bażi proporzjonali u f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-EBA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni aggregata msemmija fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu.

L-EBA għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell ta' konverġenza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu fost l-Istati Membri. L-EBA għandha tagħmel evalwazzjonijiet bejn il-pari f'konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fejn ikun hemm bżonn. Hija għandha tinforma lill-ESMA b'dan.

L-EBA u l-ESMA għandhom joħorġu linji gwida għall-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, biex tkompli tispeċifika, b'mod li jkun adatt għad-daqs, għall-istruttura u għall-organizzazzjoni interna tad-ditti ta' investiment u n-natura, l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, tal-proċeduri u tal-metodoloġiji komuni għall-proċess ta' rieżami u ta' evalwazzjoni superviżorji msemmija fil-paragrafu 1 u l-valutazzjoni tat-trattament tar-riskji msemmija fl-Artikolu 29.

KAPITOLU 3

Superviżjoni ta' gruppi ta' ditti ta' investiment

SUPERVIŻJONI TA' GRUPPI TA' DITTI TA' INVESTIMENT FUQ BAŻI KONSOLIDATA U SUPERVIŻJONI TAL-KONFORMITÀ MAT-TEST TAL-KAPITAL TA' GRUPP

Artikolu 46

Determinazzjoni tas-superviżur tal-grupp

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta grupp ta' ditti ta' investiment ikun immexxi minn ditta ta' investiment prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp rispettivament tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti ta' dik ▌ id-ditta ta' investiment prinċipali tal-Unjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-impriża prinċipali ta' ditta ta' investiment tkun kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp rispettivament tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti ta' dik id-ditta ta' investiment ▌.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta żewġ ditti ta' investiment jew aktar awtorizzati f'żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-kumpanija prinċipali tagħhom l-istess kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew l-istess kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp rispettivament tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti tad-ditta ta' investiment awtorizzata fl-Istat Membru fejn ġiet stabbilita l-kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-intrapriżi prinċipali ta' żewġ ditti ta' investiment jew aktar awtorizzati f'żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jinkludu aktar minn kumpanija holding ta' investiment jew kumpanija holding finanzjarja mħallta waħda bl-uffiċċji reġistrati fi Stati Membri differenti u meta jkun hemm ditta ta' investiment f'kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp rispettivament għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tad-ditta ta' investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta żewġ ditti ta' investiment jew aktar awtorizzati fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpanija prinċipali tagħhom l-istess kumpanija holding ta' investiment tal-Unjoni jew kumpanija holding finanzjarja mħallta tal-Unjoni u l-ebda waħda minn dawk id-ditti ta' investiment ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih ġiet stabbilita l-kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata jew is-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp rispettivament tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tad-ditta ta' investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.

6.  Bi ftehim komuni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kriterji msemmija fil-paragrafi 3 sa 5 meta l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx adatta għas-superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata jew għas-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp rispettivament, filwaqt li jittieħed kont tad-ditti ta' investiment ikkonċernati u l-importanza tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti, u jiddeżinjaw awtorità kompetenti differenti biex tissorvelja l-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp. F'dawk il-każijiet, qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni bħal din, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew lill-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni jew lid-ditta ta' investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, kif adatt, opportunità biex tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar dik id-deċiżjoni intiża. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-EBA bi kwalunkwe deċiżjoni tagħhom.

Artikolu 47

Rekwiżiti tal-informazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza

Meta tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta' grupp ta' ditti ta' investiment ikunu ġew awtorizzati, is-superviżur tal-grupp stabbilit skont l-Artikolu 46 għandu, soġġett għat-Taqsima 2, Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu, iwissi hekk kif ikun prattikabbli, lill-EBA, lill-BERS u lil kwalunkwe awtorità kompetenti rilevanti u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 48

Kulleġġi ta' superviżuri

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp stabbilit skont l-Artikolu 46 jista', jekk adatt, jistabbilixxi kulleġġi ta' superviżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kompiti msemmijin f'dan l-Artikolu u biex jiżguraw l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' awtoritajiet superviżorji rilevanti ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari meta dan ikun meħtieġ għall-finijiet li jiġu applikati l-paragrafi (1) (c) u (2) tal-Artikolu 23 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] għall-iskambju u l-aġġornament ta' informazzjoni rilevanti rigward il-mudell ta' marġni mal-awtoritajiet superviżorji tal-QCCPs.

2.  Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jipprovdu qafas għas-superviżur tal-grupp, l-EBA u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra biex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)  il-kompiti msemmija fl-Artikolu 47;

(b)  il-koordinazzjoni ta' talbiet għall-informazzjoni fejn din tkun meħtieġa biex tiġi ffaċilitata s-superviżjoni fuq bażi konsolidata, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(c)  il-koordinazzjoni ta' talbiet għall-informazzjoni, f'każijiet meta diversi awtoritajiet kompetenti ta' ditti ta' investiment li jagħmlu parti mill-istess grupp ikollhom bżonn jitolbu jew lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tad-domiċilju ta' membru tal-ikklirjar jew lill-awtorità kompetenti tal-QCCP informazzjoni marbuta mal-mudell u l-parametri ta' marġni użati biex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' marġni tad-ditti ta' investiment rilevanti;

(d)  l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti kollha u mal-EBA f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-ESMA, f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

(e)  l-ilħuq ta' ftehim dwar id-delega volontarja bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' kompiti u responsabbiltajiet, fejn adatt;

(f)  iż-żieda fl-effiċjenza tas-superviżjoni billi jitfittex li tiġi evitata d-duplikazzjoni inutli ta' rekwiżiti superviżorji.

3.  Fejn adatt, jistgħu wkoll jiġu stabbiliti kulleġġi tas-superviżuri meta ▌ s-sussidjarji ta' grupp ta' ditti ta' investiment immexxi minn ditta ta' investiment tal-Unjoni, minn kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew minn kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni jkunu jinsabu f'pajjiż terz.

4.  F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha tieħu sehem fil-laqgħat tal-kulleġġi tas-superviżuri.

5.  L-awtoritajiet li ġejjin għandhom ikunu membri fil-kulleġġ tas-superviżuri:

(a)  l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' grupp ta' ditti ta' investiment immexxi minn ditta ta' investiment tal-Unjoni, minn kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew minn kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni;

(b)  fejn adatt, l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi, soġġetti għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li huma ekwivalenti fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2, Kapitolu I ta' dan it-Titolu.

6.  Is-superviżur tal-grupp iddeterminat skont l-Artikolu 46 għandu jippresiedi l-laqgħat tal-kulleġġ u jadotta deċiżjonijiet. Dak is-superviżur tal-grupp għandu jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni ta' dawk il-laqgħat, dwar il-kwistjonijiet prinċipali li jkunu ser jiġu diskussi u dwar l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. Is-superviżur tal-grupp għandu wkoll iżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ infurmati bis-sħiħ, u mingħajr dewmien, dwar id-deċiżjonijiet adottati f'dawk il-laqgħat jew dwar il-miżuri mwettqin.

Is-superviżur tal-grupp għandu jqis ir-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tiġi ppjanata jew ikkoordinata mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5 meta jadotta deċiżjonijiet.

L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi għandhom jiġu formalizzati b'arranġamenti bil-miktub.

7.  Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil ma' deċiżjoni adottata mis-superviżur tal-grupp dwar il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tista' tirreferi l-kwistjoni lill-EBA u titlob l-assistenza tal-EBA f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-EBA tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

8.  F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-kondizzjonijiet li fihom il-kulleġġi tas-superviżuri jeżerċitaw il-kompiti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 49

Rekwiżiti ta' kooperazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 48(5) jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha rilevanti kif meħtieġ, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  l-identifikazzjoni tal-istruttura legali u ta' governanza tal-grupp ta' ditti ta' investiment, inkluża l-istruttura organizzazzjonali tiegħu, billi jiġu koperti l-entitajiet regolati u mhux regolati, is-sussidjarji mhux regolati u l-intrapriżi prinċipali kollha, u tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet regolati fil-grupp ta' ditti ta' investiment;

(b)  il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni mingħand id-ditti ta' investiment fi grupp ta' ditti ta' investiment, u l-proċeduri għall-verifika ta' dik l-informazzjoni;

(c)  kwalunkwe żvilupp negattiv fid-ditti ta' investiment jew f'entitajiet oħra ta' grupp ta' ditti ta' investiment, li jista' jaffettwa serjament dawk id-ditti ta' investiment;

(d)  kwalunkwe sanzjoni u miżura eċċezzjonali sinifikanti meħuda mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva;

(e)  l-impożizzjoni ta' rekwiżit kapitali speċifiku skont l-Artikolu 39 ta' din id-Direttiva.

2.  L-awtoritajiet kompetenti u s-superviżur tal-grupp jistgħu jirreferu għall-EBA, f'konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, meta l-informazzjoni rilevanti ma tkunx ġiet ikkomunikata skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed jew meta talba għal kooperazzjoni, b'mod partikolari għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi ħdan perijodu raġonevoli ta' żmien.

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, kif ukoll fuq inizjattiva tagħha stess, l-EBA tista' tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fl-iżvilupp ta' prattiki ta' kooperazzjoni konsistenti.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, qabel ma jadottaw deċiżjoni li tista' tkun importanti għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra, jikkonsultaw lil xulxin dwar dawn li ġejjin:

(a)  it-tibdiliet fl-istruttura tal-azzjonisti, organizzazzjonali jew maniġerjali tad-ditti ta' investiment fil-grupp ta' ditti ta' investiment, li jirrikjedu l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti;

(b)  sanzjonijiet sinifikanti imposti fuq id-ditti ta' investiment mill-awtoritajiet kompetenti jew kwalunkwe miżura eċċezzjonali oħra meħuda minn dawk l-awtoritajiet;

(c)  rekwiżiti kapitali speċifiċi imposti f'konformità mal-Artikolu 39.

4.  Is-superviżur tal-grupp għandu jiġi kkonsultat meta jkunu ser jiġu imposti sanzjonijiet sinifikanti jew tkun ser tittieħed kwalunkwe miżura eċċezzjonali oħra mill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

5.  B'deroga mill-paragrafu 3, awtorità kompetenti mhix obbligata tikkonsulta lil awtoritajiet kompetenti oħra f'każijiet ta' urġenza jew meta tali konsultazzjoni tista' xxekkel l-effettività tad-deċiżjoni tagħha, f'liema każ l-awtorità kompetenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra b'dik id-deċiżjoni li mhix ser issir konsultazzjoni.

Artikolu 50

Verifika tal-informazzjoni rigward entitajiet li jinsabu fi Stati Membri oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru wieħed jkunu meħtieġa jivverifikaw informazzjoni dwar ditti ta' investiment, kumpaniji azzjonarji ta' investiment, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta' servizzi anċillari, kumpaniji holding finanzjarji b'attività mħallta jew sussidjarji li jinsabu fi Stat Membru ieħor, inkluż sussidjarji li huma kumpaniji tal-assigurazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor iwettqu dik il-verifika f'konformità mal-paragrafu 2.

2.  L-awtoritajiet kompetenti li jkunu rċevew talba skont il-paragrafu 1 għandhom jagħmlu xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  iwettqu l-verifika huma stess fil-qafas tal-kompetenza tagħhom;

(b)  jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li għamlu dik it-talba jwettqu l-verifika;

(c)  jitolbu lil awditur jew esperti biex iwettaq il-verifika b'mod imparzjali u jirrapporta r-riżultati minnufih;

Għall-finijiet tal-punti (a) u (c), l-awtoritajiet kompetenti li jkunu għamlu t-talba għandhom jitħallew jieħdu sehem fil-verifika.

Taqsima 2

kumpaniji holding ta' investiment, kumpaniji holding finanzjarji mħallta u kumpaniji holding li jwettqu attivitajiet mħallta

Artikolu 51

Inklużjoni ta' kumpaniji holding fis-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji holding ta' investiment u l-kumpaniji holding finanzjarji mħallta jkunu inklużi fis-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp.

Artikolu 52

Kwalifiki tad-diretturi

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-membri tal-korp maniġerjali ta' kumpanija holding ta' investiment jew kumpanija holding finanzjarja mħallta jkunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed biex iwettqu dawk id-dmirijiet b'mod effettiv, filwaqt li jittieħed kont tar-rwol speċifiku ta' kumpanija holding ta' investiment jew kumpanija holding finanzjarja mħallta.

Artikolu 53

kumpaniji holding ta' attività mħallta

1.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, meta l-kumpanija prinċipali ta' ditta ta' investiment ▌tkun ▌ kumpanija holding ta' attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tad-ditta ta' investiment jistgħu:

(a)  jitolbu li l-kumpanija holding ta' attività mħallta tipprovdilhom kwalunkwe informazzjoni li tista' tkun rilevanti għas-superviżjoni ta' dik id-ditta ta' investiment;

(b)  jissorveljaw it-tranżazzjonijiet bejn id-ditta ta' investiment u l-kumpanija holding ta' attività mħallta u s-sussidjarji tagħha, u jobbligaw lid-ditta ta' investiment li jkollha fis-seħħ proċessi adegwati ta' mmaniġġjar tar-riskji u mekkaniżmi ta' kontroll intern, inkluż proċeduri solidi ta' rappurtar u kontabilistiċi biex tidentifika, tkejjel, tissorvelja u tikkontrolla dawk it-tranżazzjonijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu, jew iqabbdu lil spetturi esterni jwettqu, spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw l-informazzjoni mwassla mingħand il-kumpaniji holding li jwettqu attivitajiet mħallta u s-sussidjarji tagħhom.

Artikolu 54

Sanzjonijiet

F'konformità mat-Taqsima 3, il-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra mmirati li jtemmu jew jimmitigaw il-ksur jew li jindirizzaw il-kawżi ta' tali ksur fuq kumpaniji holding ta' investiment, kumpaniji holding finanzjarji mħallta u kumpaniji holding ta' attività mħallta, jew il-maniġers effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu dan il-Kapitolu.

Artikolu 55

Valutazzjoni tas-superviżjoni ta' pajjiżi terzi u ta' tekniki superviżorji oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta żewġ ditti ta' investiment jew aktar li huma sussidjarji tal-istess impriża prinċipali, li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha f'pajjiż terz, ma jkunux soġġetti għal superviżjoni effettiva fil-livell tal-grupp, l-awtorità kompetenti tivvaluta jekk id-ditti ta' investiment humiex soġġetti għal superviżjoni mill-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz li tkun ekwivalenti għas-superviżjoni stabbilita f'din id-Direttiva u fl-Ewwel Parti tar-[Regolament (UE) ---/---[…] [IFR].

2.  Meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tikkonkludi li ma tapplika l-ebda tali superviżjoni ekwivalenti, l-Istati Membri ▌għandhom jippermetti tekniki superviżorji adegwati li jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni f'konformità mal-Artikoli 7 jew 8 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR]. Dawk it-tekniki superviżorji għandhom jiġu deċiżi mill-awtorità kompetenti li kienet tkun is-superviżur tal-grupp li kieku l-impriża prinċipali kienet stabbilita fl-Unjoni, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti. Kwalunkwe miżura meħuda skont dan il-paragrafu għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, lill-EBA u lill-Kummissjoni.

3.  L-awtorità kompetenti li kienet tkun is-superviżur tal-grupp li kieku l-impriża prinċipali kienet stabbilita fl-Unjoni tista', b'mod partikolari, titlob l-istabbiliment ta' kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta fl-Unjoni u tapplika l-Artikoli 7 jew 8 tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] għal dik il-kumpanija holding ta' investiment jew ▌ dik il-kumpanija holding finanzjarja mħallta.

Artikolu 56

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi

Il-Kummissjoni tista' tippreżenta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, jew fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, għan-negozjar ta' ftehimiet ma' pajjiż terz wieħed jew aktar rigward il-mezzi ta' superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp mid-ditti ta' investiment li ġejjin:

(a)  ditti ta' investiment li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha f'pajjiż terz;

(b)  ditti ta' investiment li jinsabu f'pajjiżi terzi, u li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni.

TITOLU V

PUBBLIKAZZJONI MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 57

Rekwiżiti ta' pubblikazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)  it-testi tal-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli amministrattivi u l-gwida ġenerali adottati fl-Istat Membru tagħhom skont din id-Direttiva;

(b)  il-mod kif jiġu eżerċitati l-għażliet u d-diskrezzjonijiet disponibbli skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) ---/----[IFR];

(c)  il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji li jużaw fir-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji msemmija fl-Artikolu 36;

(d)  data statistika aggregata dwar aspetti importanti tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-[Regolament (UE) ---/----[IFR] fl-Istat Membru tagħhom, inklużi n-numru u n-natura tal-miżuri superviżorji meħuda f'konformità mal-Artikolu 39(2)(a) u tas-sanzjonijiet amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 18.

2.  L-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 għandha tkun komprensiva u preċiża biżżejjed biex ikun jista' jsir paragun sinifikattiv tal-applikazzjoni tal-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti.

3.  Il-pubblikazzjonijiet għandhom isegwu format komuni u jiġu aġġornati regolarment. Dawn għandhom ikunu aċċessibbli f'post elettroniku uniku.

4.  L-EBA, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiddetermina l-format, l-istruttura, il-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.  L-EBA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 lill-Kummissjoni sa [18-il xahar mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

TITOLU VI

ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 58

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), 29(4) u 36(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2), 29(4) u 36(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(2), 29(4) u 36(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 59

Atti ta' Implimentazzjoni

L-istabbiliment ta' formoli, mudelli u proċeduri standard għar-rekwiżiti ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni li x'aktarx ser jiffaċilitaw is-superviżjoni tad-ditti ta' investiment prevista fl-Artikolu 13(8) għandhom jiġu adottati bħala atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 60(2).

Artikolu 60

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Banek Ewropej, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE(23). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

TITOLU VII

EMENDI GĦAL DIRETTIVI OĦRA

Artikolu 61

Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE

Id-Direttiva 2013/36/UE hi emendata kif ġej:

(1)  fit-titolu, jitħassar il-kliem ''u tad-ditti ta' investiment'';

(2)  L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:

   (a) l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu;
   (b) is-setgħat u l-għodod superviżorji għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-awtoritajiet kompetenti;
   (c) is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-awtoritajiet kompetenti b'mod li jkun konsistenti mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013;
   (d) ir-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.";

"

(3)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Din id-Direttiva għandha tapplika ▌ għall-istituzzjonijiet.";

"

(b)  jitħassru l-paragrafi 2 u 3;

(c)  fil-paragrafu 5, jitħassar il-punt (1);

(d)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

" ▌6. L-entitajiet imsemmija fil-punti (3) sa (24) tal-paragrafu 5 ▌ ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu ttrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 34 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII.";

"

(4)  L-Artikolu 3(1) huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

" ▌(3) 'istituzzjoni' tfisser istituzzjoni kif issir referenza għaliha fl-Artikolu 4(1)(3) tar-Regolament Nru 575/2013.";

"

(b)  jitħassar il-punt (4);

(5)  L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 5

Koordinazzjoni fi ħdan l-Istati Membri

L-Istati Membri li jkollhom aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jorganizzaw il-koordinazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet.";

"

(6)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 8a

Rekwiżiti speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li diġà kisbu awtorizzazzjoni skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE biex jippreżentaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8, sa mhux aktar tard minn dawn id-dati:

   (a) meta l-medja tal-assi totali fix-xahar, ikkalkulata fuq perijodu ta' tnax-il xahar konsekuttiv, tkun taqbeż it-EUR 30 biljun; jew
   (b) meta l-medja tal-assi totali fix-xahar ikkalkulata fuq perijodu ta' tnax-il xahar konsekuttiv tkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-intrapriżi kollha fil-grupp li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE u jkollhom assi totali anqas minn EUR 30 biljun, ikkalkulati bħala medja fuq perijodu ta' tnax-il xahar konsekuttiv, tkun taqbeż EUR 30 biljun.

2.  L-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm jiksbu l-awtorizzazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu.

3.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li fi [id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) ---/----[IFD] - jum wieħed] ikunu qed iwettqu attivitajiet bħala ditti ta' investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE, għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8 sa [sena waħda + jum wieħed wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) ---/----[IFD].

4.  Meta l-awtorità kompetenti, wara li tirċievi l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu [95a] tad-Direttiva 2014/65/UE, tiddetermina li impriża tkun ser tiġi awtorizzata bħala istituzzjoni ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, din għandha tinnotifika lill-impriża u lill-awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 4(1)(26) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandha tikseb il-proċedura ta' awtorizzazzjoni mid-data ta' dik in-notifika.

5.  F'każijiet ta' awtorizzazzjoni mill-ġdid, l-awtorità awtorizzanti għandha tiżgura li l-proċess huwa ssimplifikat kemm jista' jkun u li jittieħed kont tal-informazzjoni mill-awtorizzazzjonijiet eżistenti.

6.  L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

   (a) l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriża lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 10;
   (b) il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 1.

Is-setgħa hi ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a) u (b) f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [tnax-il xahar mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].";

"

(7)  fl-Artikolu 18, jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(aa) tuża l-awtorizzazzjoni tagħha b'mod esklużiv biex tkun involuta fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għal perijodu ta' 5 snin konsekuttivi jkollha assi totali medji inqas mil-livelli limitu stabbiliti f'dak l-Artikolu;";

"

(8)  L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. L-EBA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha, u għandha taġġorna mill-inqas annwalment, lista tal-ismijiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li ngħataw awtorizzazzjoni.";

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"3a. Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-ismijiet tal-impriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandha tidentifika dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu bħala tali. Dik il-lista għandha tiddeskrivi wkoll kwalunkwe bidla meta mqabbla mal-verżjoni preċedenti tal-lista.";

"

(9)  fl-Artikolu 21b, il-paragrafu (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"5. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

   (a) il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz għandu jkun it-total ta' dan li ġej:
   (i) l-ammont tal-assi totali ta' kull istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz, kif jirriżulta mill-karta tal-bilanċ konsolidata tagħhom jew kif jirriżulta mill-karti tal-bilanċ individwali tagħhom, fejn il-karta tal-bilanċ ta' istituzzjoni ma tkunx konsolidata; u
   (ii) l-ammont ta' assi totali ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzat fl-Unjoni f'konformità ma' din id-Direttiva, id-Direttiva 2014/65/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.
   (b) it-terminu "istituzzjoni" għandu jinkludi wkoll ditti ta' investiment.";

"

(10)  Jitħassar it-Titolu IV;

(11)  fl-Artikolu 51(1), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

''L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lis-superviżur li jikkonsolida, meta jkun japplika l-Artikolu 112(1), jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, biex fergħa ta' istituzzjoni ta' kreditu titqies bħala sinifikanti.'';

"

(12)  fl-Artikolu 53, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. Il-paragrafu 1 m'għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni ma' xulxin jew jittrażmettu l-informazzjoni lill-BERS, lill-EBA, jew lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) ("ESMA") stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* f'konformità ma' din id-Direttiva, mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mad-[Direttiva (UE) ---/----[IFD] dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti ta' investiment], mar-[Regolament (UE) ___/____[IFR] u ma' Direttivi oħrajn applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, mal-Artikoli 31, 35 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-Artikoli 31 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-paragrafu 1.

_______________________

* Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).";

"

(13)  fl-Artikolu 66(1), jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(aa) it-twettiq ta' mill-inqas waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-qbiż tal-livell limitu indikat f'dak l-Artikolu mingħajr l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu.'';

"

(14)  fl-Artikolu 76(5), titħassar l-aħħar sentenza;

(15)  fl-Artikolu 86, il-paragrafu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"11. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità li jistabbilixxu strateġiji adegwati u miżuri ta' implimentazzjoni adatta biex jindirizzaw il-possibbiltà ta' nuqqas ta' likwidità, inkluż fir-rigward ta' fergħat stabbiliti f'xi Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-pjanijiet jiġu ttestjati mill-istituzzjonijiet mill-inqas kull sena, jiġu aġġornati abbażi tal-eżitu tax-xenarji alternattivi stipulati fil-paragrafu 8, u jiġu rrapportati lill-maniġment superjuri u approvati minnha, sabiex il-politiki u l-proċessi interni jkunu jistgħu jiġu aġġustati kif meħtieġ. L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-passi operattivi meħtieġa minn qabel biex jiżguraw li l-pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità jkunu jistgħu jiġu implimentati minnufih. Dawk il-passi operazzjonali għandhom jinkludu l-pussess ta' kollateral disponibbli b'mod immedjat għal finanzjament mill-bank ċentrali. Dan jinkludi l-pussess ta' kollateral fil-munita ta' Stat Membru ieħor, fejn meħtieġ, jew il-munita ta' pajjiż terz li għalih l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha skopertura, u meta jkun meħtieġ b'mod operazzjonali fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti jew ta' pajjiż terz li t-tali istituzzjoni ta' kreditu tkun skoperta għall-munita tiegħu.'';

"

(16)  fl-Artikolu 110, jitħassar il-paragrafu 2;

(17)  L-Artikolu 111 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 111

Determinazzjoni tas-superviżur li jikkonsolida

1.  Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru jew istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja dik l-entità prinċipali jew l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE fuq bażi individwali.

Meta l-entità prinċipali tkun ditta ta' investiment prinċipali fi Stat Membru jew ditta ta' investiment prinċipali tal-UE, u mill-inqas waħda mis-sussidjarji tagħha tkun istituzzjonijiet ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, jew fejn ikun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu, l-istituzzjonijiet ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.

2.  Fejn l-entità prinċipali ta' istituzzjoni tkun kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni fuq bażi individwali.

3.  Fejn żewġ istituzzjonijiet jew aktar awtorizzati fl-Unjoni jkollhom l-istess kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq minn:

   (a) l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu meta jkun hemm biss istituzzjoni ta' kreditu waħda fil-grupp;
   (b) l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, meta jkun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu fil-grupp; jew

4.  Meta hi meħtieġa l-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.

5.  B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, mill-punt (b) tal-paragrafu 3 u mill-paragrafu 4, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn istituzzjoni ta' kreditu waħda fi grupp, is-superviżur li jikkonsolida għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar fil-grupp meta s-somma tat-total tal-karta tal-bilanċ ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu tkun ogħla minn dik tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati fuq bażi individwali minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.

6.  F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bi ftehim komuni, jirrinunzjaw għall-kriterji msemmijin fil-paragrafi 1, 3 u 4 u jaħtru awtorità kompetenti differenti biex twettaq is-superviżjoni fuq bażi konsolidata meta l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hemm ma tkunx adatta, filwaqt li jittieħed kont tal-istituzzjonijiet ikkonċernati u l-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti, jew il-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata mill-istess awtorità kompetenti. F'tali każijiet, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew l-istituzzjoni bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, kif applikabbli, għandu jkollha d-dritt tinstema' qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jieħdu d-deċiżjoni.

7.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u l-EBA rigward kwalunkwe ftehim li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 6.";

"

(18)  fl-Artikolu 114, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Meta tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluż sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew sitwazzjoni ta' żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta' grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, is-superviżur li jikkonsolida għandu, soġġett għall-Kapitolu 1, Taqsima 2, u fejn applikabbli t-Taqsima 2, Kapitolu I tat-Titolu IV tad-[Direttiva (UE) ---/----[IFD] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]*, iwissi mill-aktar fis possibbli, lill-EBA u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u fl-Artikolu 59 u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawk l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha.

____________________

* [Direttiva (UE) ---/---- tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' …… fi ……].";

"

(19)  L-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. L-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-EBA għandhom jikkooperaw mill-qrib. Ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva, u, fejn applikabbli, it-Taqsima 2, Kapitolu I tat-Titolu IV tad-[Direttiva (UE) ---/----[IFD] m'għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali fil-kulleġġi tas-superviżuri. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.";

"

(b)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"6. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, il-banek ċentrali tas-SEBĊ kif adatt, u l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fejn adatt u soġġetti għal rekwiżiti tal-kunfidenzjalità li jkunu ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha, għar-rekwiżiti skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu I tat-Titolu IV tad-[Direttiva (UE) ---/---[IFD] Direttiva (UE) 2019/xx jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri.'';

"

(c)  il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"9. Is-superviżur li jikkonsolida, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II, ta' din id-Direttiva, u fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu I tat-Titolu IV tad-[Direttiva (UE) ---/---[IFD], għandu jinforma lill-EBA dwar l-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u jikkomunika lill-EBA l-informazzjoni kollha li tkun ta' rilevanza partikolari għall-finijiet tal-konverġenza superviżorja.

Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tista' tirreferi l-kwistjoni lill-EBA u titlob l-assistenza tagħha f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-EBA tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.";

"

(20)  fl-Artikolu 125, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. L-informazzjoni riċevuta, fil-qafas tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u b'mod partikolari, kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li hu previst f'din id-Direttiva, għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1) ta' din id-Direttiva għall-istituzzjonijiet ta' kreditu jew skont l-Artikolu 15 tad-[Direttiva (UE) ---/---[IFD].'';

"

(21)  fl-Artikolu 128, jitħassar it-tieni subparagrafu.;

(22)  fl-Artikolu 129, jitħassru l-paragrafi 2, 3 u 4;

(23)  fl-Artikolu 130, jitħassru l-paragrafi 2, 3 u 4;

(24)  fl-Artikolu 143(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(d) mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu 1, Taqsima 2 tad-[Direttiva (UE) ---/---[IFD], id-data statistika aggregata dwar l-aspetti ewlenin tal-implimentazzjoni tal-qafas prudenzjali f'kull Stat Membru, inklużi l-għadd u n-natura tal-miżuri superviżorji meħuda f'konformità mal-Artikolu 102(1)(a), u tal-penali amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 65.'';

"

Artikolu 62

Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE

Id-Direttiva 2014/59/UE hija emendata kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 2(1), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(3) 'ditta ta' investiment' tfisser ditta ta' investiment kif definita fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament [Regolament (UE) ---/----* [IFR] li tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali inizjali stipulat fl-Artikolu 9(1) tad-[Direttiva (UE) ---/---- [IFD].".

"

(2)  Fl-Artikolu 45, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. F'konformità mal-Artikolu 67(4) tar-Regolament (UE) [----/----IFR], ir-referenzi għall-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'din id-Direttiva rigward ir-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' ditti ta' investiment imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva għandhom jinftehmu kif ġej:

   Referenzi għall-Artikolu 92(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward il-proporzjon totali tal-kapital f'din id-Direttiva għandhom jirreferu għall-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) [----/----IFR];
   Referenzi għall-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju f'din id-Direttiva għandhom jirreferu għar-rekwiżit applikabbli fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) [----/----IFR] multiplikat bi 12.5.

F'konformità mal-Artikolu 67(4) tar-Regolament (UE) [----/----IFR], ir-referenzi għall-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE f'din id-Direttiva rigward ir-rekwiżiti addizzjonali ta' fondi proprji ta' ditti ta' investiment imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva għandhom jinftehmu bħala li jirreferu għall-Artikolu 40 tad-Direttiva ---/---/UE [IFD]."

"

Artikolu 63

Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE

Id-Direttiva 2014/65/UE hija emendata kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 8, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(c) ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet li fihom ingħatat l-awtorizzazzjoni, bħall-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-[Regolament (UE) ---/---[…] [IFR];'';

"

(2)  L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 15

Dotazzjoni tal-kapital inizjali

''L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jagħtux awtorizzazzjoni jekk id-ditta ta' investiment ma jkollhiex biżżejjed kapital inizjali f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-[Direttiva (UE) ---/----[IFD], b'kunsiderazzjoni tan-natura tas-servizz jew tal-attività ta' investiment inkwistjoni.'';

"

(3)  L-Artikolu 41 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 41

Għoti ta' awtorizzazzjoni

"1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita d-ditta ta' pajjiż terzi, jew fejn ikollha l-intenzjoni li tistabbilixxi l-fergħa tagħha, għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata li:

   (a) il-kondizzjonijiet skont l-Artikolu 39 ikunu ssodisfati; u
   (b) il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz tkun tista' tikkonforma mad-dispożizzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3.

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lid-ditta ta' pajjiż terz, fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni ta' applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni tkunx ingħatat jew le.

2.  Il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz awtorizzata skont il-paragrafu 1 għandha tikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 16 sa 20, 23, 24, 25 u 27, l-Artikolu 28(1) u l-Artikoli 30, 31 u 32 ta' din id-Direttiva u fl-Artikoli 3 sa 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u l-miżuri adottati skonthom u għandha tkun soġġetta għas-superviżjoni tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu xi rekwiżiti addizzjonali fuq l-organizzazzjoni u l-operat tal-fergħa fir-rigward tal-materji koperti minn din id-Direttiva u ma għandhomx jittrattaw xi fergħa ta' ditti ta' pajjiżi terzi b'mod aktar favorevoli minn ditti mill-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-ESMA fuq bażi annwali bil-lista ta' fergħat ta' ditti ta' pajjiżi terzi attivi fit-territorju tagħhom.

L-ESMA għandha tippubblika kull sena lista ta' fergħat ta'pajjiżi terzi attivi fl-Unjoni, inkluż l-isem tad-ditta ta' pajjiż terz li tagħha tkun il-fergħa.

3.  Il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz li tkun awtorizzata skont il-paragrafu 1 għandha tirrapporta fuq bażi annwali lill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 l-informazzjoni li ġejja:

   (a) l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet ▌imwettqa mill-fergħa f'dak l-Istat Membru;
   (b) għal ditti li jwettqu attività (3) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, il-minimu tagħhom ta' kull xahar, l-iskopertura medja u massima għall-kontropartijiet tal-UE;
   (c) għal ditti li jipprovdu servizz (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, il-valur totali tal-istrumenti finanzjarji li joriġinaw minn kontropartijiet tal-UE sottoskritti jew li tqiegħdu abbażi ta' impenn sod tul l-aħħar 12-il xahar;
   (d) il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondu għas-servizzi u l-attivitajiet li ssir referenza għalihom fil-punt (a);
   (e) deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta' protezzjoni tal-investituri disponibbli għall-klijenti tal-fergħa, inklużi d-drittijiet ta' dawk il-klijenti li joħorġu mill-iskema ta' kumpens lill-investitur li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 39(2)(f);
   (f) il-politika u l-arranġamenti tagħhom dwar il-ġestjoni tar-riskju applikati mill-fergħa għas-servizzi u l-attivitajiet li ssir referenza għalihom fil-punt (a).
   (g) l-arranġamenti ta' governanza, inkluż id-detenturi tal-funzjoni prinċipali għall-attivitajiet tal-fergħa;
   (h) kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġa biex ikun jista' jsir monitoraġġ komprensiv tal-attivitajiet tal-fergħa.

Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-ESMA l-informazzjoni li ġejja:

   (a) L-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat awtorizzati f'konformità mal-paragrafu 1 u kwalunkwe bidla sussegwenti għal tali awtorizzazzjoni;
   (b) l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa minn fergħa awtorizzata fl-Istat Membru;
   (c) il-fatturat u l-assi totali li jikkorrispondu għas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (b);
   (d) l-isem tal-grupp ta' pajjiż terz li tkun tappartjeni għalih il-fergħa awtorizzata.

4.  L-awtoritajiet kompetenti li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet li jkunu parti mill-istess grupp li lilhom ikunu jappartjenu il-fergħat ta' ditti minn pajjiżi terzi awtorizzati skont il-paragrafu 1, u l-ESMA u l-EBA għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li l-attivitajiet kollha ta' dak il-grupp fl-Unjoni jkunu soġġetti għal superviżjoni komprensiva, konsistenti u effettiva skont din id-Direttiva, ir-Regolament 600/2014, id-Direttiva 2013/36/UE, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva [Direttiva (UE) ---/----* [IFD] u r-Regolament [Regolament (UE) ---/----* [IFR].

5.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-format li fih l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 3 għandha tkun irrappurtata ▌.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [disa' xhur mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.'';

"

(4)  L-Artikolu 42 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 42

Għoti ta' servizzi fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn klijent konsumatur jew klijent professjonali fit-tifsira tat-Taqsima II tal-Anness II stabbilit jew li jinsab fl-Unjoni jibda fuq l-inizjattiva esklużiva tiegħu l-għoti ta' servizz jew attività ta' investiment minn ditta ta' pajjiż terz, ir-rekwiżit għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 39 ma għandux japplika għall-għoti ta' dak is-servizz jew attività mid-ditta tal-pajjiż terz lil dik il-persuna inkluż relazzjoni marbuta speċifikament mal-għoti ta' dak is-servizz jew attività.

Mingħajr preġudizzju għar-relazzjonijiet intragrupp, meta ditta ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta' entità li taġixxi f'isimha jew li jkollha rabtiet mill-qrib ma' tali ditta ta' pajjiż terz jew ma' kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f'isem tali entità, tfittex klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni, dan m'għandux jitqies bħala servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva proprja esklussiva tal-klijent.

2.  Inizjattiva minn tali klijenti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tagħti s-setgħa lid-ditta ta' pajjiż terz biex tikkummerċjalizza b'mod ieħor mhux permezz tal-fergħa, fejn wieħed huwa meħtieġ, skont il-liġi nazzjonali, kategoriji ġodda ta' prodotti ta' investiment jew servizzi ta' investiment lil dak il-klijent.";

"

(5)  fl-Artikolu 49, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-swieq regolati jadottaw reġimi għall-fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet fis-swieq tal-ishma, tal-irċevuti tad-depożitarji, tal-fondi nnegozjati fil-Borża, taċ-ċertifikati u ta' strumenti finanzjarji simili oħra u fi strumenti finanzjarji oħra li għalihom jiġu żviluppati standards tekniċi regolatorji skont il-paragrafu 4. L-applikazzjoni ta' fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet m'għandhiex twaqqaf lis-swieq regolati milli jqabblu ordnijiet fuq skala kbira f'nofs il-proċess skont il-prezzijiet attwali tat-talba u tal-offerta.";

"

(6)  fl-Artikolu 81(3), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

''(a) biex jivverifikaw li huma ssodisfati l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tan-negozju tad-ditti ta' investiment u biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-kondotta ta' dak in-negozju, il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern;'';

"

(7)  jiddaħħal l-Artikolu 95a li ġej:"

Artikolu 95a

Dispożizzjoni tranżitorja dwar l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE meta l-assi totali previsti ta' impriża li tkun applikat għal awtorizzazzjoni skont it-Titolu II ta' din id-Direttiva qabel [id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE)---/--- [IFD] biex twettaq l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I jaqbżu t-EUR 30 biljun, u jinnotifikaw lill-applikant b'dan.''.

"

Artikolu 64

Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE

Id-Direttiva 2011/61/UE hi emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

''5. Irrispettivament mill-paragrafu 3, il-fondi proprji tal-AIFM ma għandhom qatt ikunu anqas mill-ammont meħtieġ skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) ---/----*[IFR].''.

"

Artikolu 65

Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE

Id-Direttiva 2009/65/KE hija emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/65/KE, il-paragrafu 1, il-punt (a), is-subpunt (iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

''(iii) irrispettivament mill-ammont ta' dawk ir-rekwiżiti, il-fondi proprji tal-kumpanija tal-maniġment ma għandhom qatt ikunu inqas mill-ammont preskritt fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) --/----*[IFR]. ''

"

Artikolu 66

Emenda għad-Direttiva 2002/87/KE

Il-punt 7 tal-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

''(7) ''regoli settorjali'' tfisser leġislazzjoni tal-Unjoni marbuta mas-superviżjoni prudenzjali ta' entitajiet regolati, b'mod partikolari d-Direttivi 2014/65/UE, 2013/36/EU, Regolament (UE) Nru 575/2013, 2009/138/KE, Regolament [---IFR---], u Direttiva [---IFD---].".

"

TITOLU VIII ▌

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 67

Rieżami

Sa … [tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru ---/---- [IFR]] il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-ESMA, għandha tippreżenta rapport, flimkien ma' proposta leġislattiva jekk adatt, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar li ġej:

(a)  id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) ---/---- [IFR] kif ukoll fl-UCITS u l-AIFMD bil-għan li jinkisbu kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għad-ditti ta' investiment kollha attivi fl-Unjoni, inkluż l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet;

(b)  l-adegwatezza tar-rekwiżiti ta' rapportar u ta' żvelar f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) ---/---- [IFR], filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju ta' proporzjonalità;

(c)  valutazzjoni, li għandha tqis ir-rapport tal-EBA msemmi fl-Artikolu 35 u t-tassonomija fuq finanzjament sostenibbli [żid referenza għat-test legali ladarba jkun disponibbli], dwar jekk xi:

(i)  riskju ambjentali, soċjali jew ta' governanza (ESG) għandux jitqies għall-governanza interna ta' ditta ta' investiment;

(ii)  riskju ESG għandux jitqies għal politika ta' remunerazzjoni ta' ditta ta' investiment;

(iii)  riskju ESG għandux jitqies għat-trattament tar-riskji; u

(iv)   riskju ESG għandux jiġi inkluż fir-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni.

(d)  l-effettività tal-arranġamenti ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni skont din id-Direttiva;

(e)  il-kooperazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri ma' pajjiżi terzi fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) ---/---- [IFR];

(f)  l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) ---/---- [IFR] għad-ditti ta' investiment abbażi tal-istruttura legali jew tal-mudell ta' sjieda tagħhom.

(g)  il-potenzjal li ditti ta' investiment jistgħu joħolqu riskju ta' tfixkil tas-sistema finanzjarja b'konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali u għodod makroprudenzjali adegwati biex jindirizzaw tali riskju u jissostitwixxu r-rekwiżiti tal-punt (d) tal-Artikolu 36(1) ta' din id-Direttiva.

(h)  il-kondizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw għal ditti ta' investiment, f'konformità mal-Artikolu 5, ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 575/2013.

Artikolu 68

Traspożizzjoni

1.  Sa [18-il xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru ---/----[IFR].

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-EBA t-test tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Fejn id-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika tat-traspożizzjoni tal-miżuri pprovduti minn Stati Membri ma jkunux suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-konformità tad-dispożizzjonijiet ta' traspożizzjoni ma' ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba mill-EBA bil-ħsieb li twettaq il-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew fuq inizjattiva proprja, teżiġi li l-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

4.  Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom.

Artikolu 69

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għall-finijiet tas-superviżjoni prudenzjali u r-riżoluzzjoni ta' ditti ta' investiment, ir-referenzi għad-Direttiva 2013/36/UE f'atti oħra tal-Unjoni għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 70

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Il-President

Għall-Kunsill Il-President

_____________________

Or. en

(1)* IL-FINALIZZAZZJONI LEGALI-LINGWISTIKA TA' DAN IT-TEST GĦADHA MA SARITX.
(2)ĠU C 378, 19.10.2018, p. 5.
(3)Opinjoni tad-19 ta' April 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019.
(5)Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti ta' investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(6)Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(7)Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
(8)Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(9)Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(10)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11)ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(12)Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(13)Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' intrapriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(14)Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
(15)Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(16)Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar intrapriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 035, 11.2.2003, p. 1).
(17)Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(18)Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).
(19)Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
(20)Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-intrapriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(21)Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(22)Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta' April 2009 dwar il-politiki ta' remunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22).
(23)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE tal-5 ta' Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Banek Ewropej (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36).

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' April 2019Avviż legali