Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0351(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0347/2018

Testi mressqa :

A8-0347/2018

Dibattiti :

PV 27/03/2019 - 24
CRE 27/03/2019 - 24

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.30

Testi adottati :

P8_TA(2019)0388

Testi adottati
PDF 567kWORD 152k
It-Tlieta, 16 ta' April 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża ***I
P8_TA-PROV(2019)0388A8-0347/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (fruntieri u viża) u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ETIAS], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntiera] u r-Regolament (UE) Nru 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA] (COM(2018)0478 – C8-0294/2018 – 2017/0351(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0793) u l-proposta emendata (COM(2018)0478),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 74 u l-punti (a), (b), (d) u (e) tal-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0294/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018(1)(1),

–  wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta’ Frar 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0347/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 283, 10.8.2018, p. 48.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI
P8_TC1-COD(2017)0351

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 74 u l-Artikolu 77(2)(a), (b), (d) u (e) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016 intitolata Sistemi ta' Informazzjoni aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà, il-Kummissjoni saħqet fuq il-ħtieġa li tittejjeb l-arkitettura tal-ġestjoni tad-data tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-fruntieri u għas-sigurtà. Il-Kummissjoni tat bidu għal proċess lejn il-kisba tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE għall-ġestjoni tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni, bl-għan li tindirizza n-nuqqasijiet strutturali relatati ma' dawk is-sistemi li jxekklu l-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali u biex jiġi żgurat li l-gwardji tal-fruntiera, l-awtoritajiet doganali, l-uffiċjali tal-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji jkollhom l-informazzjoni neċessarja għad-dispożizzjoni tagħhom.

(2)  Fil-Pjan Direzzjonali tiegħu għal titjib tal-iskambju tal-informazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni inklużi soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tas-6 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill identifika diversi sfidi legali, tekniċi u operazzjonali fl-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u sejjaħ għas-sejbien ta' soluzzjonijiet.

(3)  Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-prijoritajiet strateġiċi għall-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2017(3), il-Parlament Ewropew sejjaħ għal proposti għat-titjib u għall-iżvilupp tas-sistemi ta' informazzjoni eżistenti tal-UE, għall-indirizzar tal-lakuni fl-informazzjoni u għall-mixja lejn l-interoperabbiltà ta' dawn, kif ukoll għal proposti għall-kondiviżjoni obbligatorja ta' informazzjoni fil-livell tal-UE, flimkien mas-salvagwardji neċessarji għall-protezzjoni tad-data.

(4)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill Ewropew talab biex ix-xogħol li jkompli l-kisba tal-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni u tal-bażijiet ta' data tal-UE.

(5)  Fir-rapport finali tiegħu tal-11 ta' Mejju 2017, il-grupp ta' esperti ta' livell għoli dwar is-sistemi ta' informazzjoni u l-interoperabbiltà kkonkluda li l-ħidma favur soluzzjonijiet prattiċi għall-interoperabbiltà hi neċessarja u teknikament fattibbli u li, fil-prinċipju, hu possibbli li l-interoperabbiltà tikseb titjib operazzjonali kif ukoll tkun stabbilita f'konformità mar-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tad-data.

(6)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-16 ta' Mejju 2017 intitolata Is-seba' rapport ta' progress lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina, il-Kummissjoni stabbilixxiet, f'konformità mal-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016 u mas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' esperti ta' livell għoli dwar is-sistemi ta' informazzjoni u l-interoperabbiltà, approċċ ġdid għall-ġestjoni tad-data għall-fruntieri, għas-sigurtà u għall-migrazzjoni fejn is-sistemi ta' informazzjoni kollha tal-UE għall-ġestjoni tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni kellhom ikunu interoperabbli b’mod li jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali.

(7)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2017 dwar il-mod 'il quddiem biex jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni tfittex is-soluzzjonijiet għall-interoperabbiltà kif proposta mill-grupp ta' esperti ta' livell għoli.

(8)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2017 il-Kunsill Ewropew saħaq fuq il-ħtieġa li tittejjeb l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet ta' data u stieden lill-Kummissjoni biex tħejji abbozz ta' leġiżlazzjoni abbażi tal-proposti magħmula mill-grupp ta' esperti ta' livell għoli dwar is-sistemi ta' informazzjoni u l-interoperabbiltà mill-aktar fis possibbli.

(9)  Bl-għan li jitjiebu l-effikaċja u l-effiċjenza tal-kontrolli fil-fruntieri esterni, li jsir kontribut għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u li jsir kontribut għal livell għoli ta' sigurtà fi ħdan l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni, inkluża ż-żamma tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku u li tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri, li titjieb l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi, tiġi assistita l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, li jsir kontribut għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tar-reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra, li tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni ta' persuni mhux magħrufa li ma jkunux jistgħu jidentifikaw lilhom infushom jew fdalijiet umani mhux identifikati f'każ ta' diżastru naturali, inċident jew attakk terroristiku, sabiex tinżamm il-fiduċja tal-pubbliku fis-sistema tal-Unjoni tal-migrazzjoni u l-asil, il-miżuri ta' sigurtà tal-Unjoni u l-kapaċitajiet tal-Unjoni li tiġġestixxi l-fruntiera esterna, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, jiġifieri s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (l-EES), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), il-Eurodac, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi (ECRIS-TCN) biex dawn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u d-data tagħhom jissupplimentaw lil xulxin filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-individwi, b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Biex jinkiseb dan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti portal Ewropew tat-tfittxija (ESP), servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż), repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) u detettur ta' identitajiet multipli (MID) bħala komponenti tal-interoperabbiltà.

(10)  Jenħtieġ li l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE tippermetti lil dawk is-sistemi jissupplimentaw lil xulxin biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni korretta tal-persuni, inklużi persuni mhux magħrufa li ma jkunux jistgħu jidentifikaw lilhom infushom jew fdalijiet umani mhux identifikati, isir kontribut għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, jittejbu u jiġu armonizzati r-rekwiżiti relatati mal-kwalità tad-data tas-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE, tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni teknika u operazzjonali mill-Istati Membri tas-sistemi ta' informazzjoni ▌tal-UE, jissaħħu ▌s-salvagwardji tas-sigurtà tad-data u tal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE, jiġi ssimplifikat l-aċċess ▌għall-EES, il-VIS, l-ETIAS u l-Eurodac għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, u jiġu appoġġjati l-iskopijiet tal-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN.

(11)  Jenħtieġ li l-komponenti tal-interoperabbiltà jkopru l-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN. Jenħtieġ li dawn ikopru wkoll id-data tal-Europol, iżda biss sa fejn jippermettu li d-data tal-Europol tkun tista' titfittex b'mod simultanju ma' dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE.

(12)  Jenħtieġ li l-komponenti tal-interoperabbiltà jipproċessaw id-data personali tal- persuni li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata fis-sistemi ta' informazzjoni sottostanti tal-UE u mill-Europol ▌.

(13)  Jenħtieġ li l-ESP jiġi stabbilit biex jiffaċilita teknikament l-aċċess veloċi, mingħajr xkiel, effiċjenti, sistematiku u kkontrollat minn awtoritajiet tal-Istati Membri u aġenziji tal-Unjoni, għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, għad-data tal-Europol u għall-bażijiet ta' data tal-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Pulizija Kriminali (Interpol), safejn dan ikun meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom. Jenħtieġ li l-ESP ikun stabbilit ukoll biex jappoġġja l-għanijiet tal-EES, il-VIS, l-ETIAS, tal-Eurodac, is-SIS, l-ECRIS-TCN u tad-data tal-Europol. Filwaqt li jippermetti li ssir tfittxija b’mod parallel fis-sistemi ta' informazzjoni rilevanti kollha tal-UE, fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta' data tal-Interpol, jenħtieġ li l-ESP jaġixxi bħala punt uniku ta' servizz jew ta' "intermedjarju tal-messaġġi" biex jitfittxu diversi sistemi ċentrali u tinstab l-informazzjoni neċessarja mingħajr dewmien u bir-rispett sħiħ tar-rekwiżiti dwar il-kontroll tal-aċċess u tal-protezzjoni tad-data tas-sistemi sottostanti.

(14)  Id-disinn tal-ESP jenħtieġ li jiżgura li, meta jsiru tfittxijiet fil-bażijiet ta' data tal-Interpol, id-data użata mill-utent tal-ESP biex iniedi tfittxija ma tinqasamx mas-sidien tad-data tal-Interpol. Id-disinn tal-ESP jenħtieġ li jiżgura wkoll li l-bażijiet ta' data tal-Interpol jiġu mfittxija biss f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli.

(15)  Il-bażi ta' data ta' Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (il-bażi tad-data SLTD) tal-Interpol tippermetti lill-entitajiet awtorizzati responsabbli għall-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra fl-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u ta' kontroll fil-fruntieri, biex jistabbilixxu l-validità ta' dokument tal-ivvjaġġar. L- ▌ETIAS ▌tfittex fil-bażi ta' data tal-SLTD u fil-bażi ta' data tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma' Avviżi (il-bażi tad-data TDAWN) tal-Interpol bl-għan li jiġi vvalutat jekk persuna li tapplika għal awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar ikollhiex probabbiltà li pereżempju ssir migrant irregolari jew tistax tkun ta' theddida għas-sigurtà. Jenħtieġ li l-ESP jippermetti li ssir tfittxija fil-bażijiet ta' data SLTD u TDAWN billi tintuża d-data tal-identità jew id-data tad-dokument tal-ivvjaġġar ta' individwu. Meta data personali tiġi ttrasferita mill-Unjoni lill-Interpol permezz tal-ESP, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti internazzjonali fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Kapitolu V tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5). Dan jenħtieġ li jkun mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/69/ĠAI(6) u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI(7).

(16)  Jenħtieġ li l-ESP jiġi żviluppat u kkonfigurat b'tali mod li jippermetti biss li tali tfittxijiet jitwettqu bl-użu ta’ data relatata ma' persuni jew ma' dokumenti tal-ivvjaġġar li jinżammu f'sistema ta' informazzjoni tal-UE, fid-data tal-Europol jew fil-bażi ta' data tal-Interpol.

(17)  Biex jiġi żgurat l-użu sistematiku tas-sistemi ta' informazzjoni rilevanti tal-UE, jenħtieġ li l-ESP jintuża biex isiru tfittxijiet fis-CIR, l-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-Eurodac u fl-ECRIS-TCN. Madankollu, jenħtieġ li l-konnessjoni nazzjonali għas-sistemi ta' informazzjoni differenti tal-UE tibqa' biex tipprovdi soluzzjoni teknika ta' riżerva. Jenħtieġ li l-ESP jintuża wkoll mill-aġenziji tal-Unjoni biex dawn ifittxu fis-SIS Ċentrali f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom u biex iwettqu l-kompiti tagħhom. Jenħtieġ li l-ESP ikun mezz addizzjonali biex isiru tfittxijiet fis-SIS Ċentrali, fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta’ data tal-Interpol, filwaqt li jiġu komplementati l-interfaċċi ddedikati eżistenti.

(18)  Id-data bijometrika, bħal marki tas-swaba' u immaġnijiet tal-wiċċ, hija unika u, għalhekk ferm aktar affidabbli minn data alfanumerika għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta' persuna. Jenħtieġ li s-BMS kondiviż ikun għodda teknika biex tissaħħaħ u tiġi ffaċilitata l-ħidma tas-sistemi ta' informazzjoni rilevanti tal-UE u tal-komponenti tal-interoperabbiltà l-oħra. Jenħtieġ li l-iskop prinċipali tal-BMS kondiviż ikun li jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' individwu li huwa rreġistrat f'bażijiet tad-data diversi, billi juża komponent teknoloġiku wieħed sabiex iqabbel id-data bijometrika tal-individwu f'sistemi differenti, minflok komponenti diversi. Jenħtieġ li l-BMS kondiviż jikkontribwixxi għas-sigurtà, kif ukoll għall-benefiċċji finanzjarji, tal-manutenzjoni u operazzjonali ▌. Is-sistemi awtomatizzati kollha għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba', inklużi dawk użati bħalissa għall-Eurodac, il-VIS u s-SIS, jużaw mudelli bijometriċi msawra minn data miksuba minn estrazzjoni tal-karatteristiċi ta' kampjuni bijometriċi proprji. Jenħtieġ li l-BMS kondiviż jiġbor fi grupp u jaħżen dawn il-mudelli bijometriċi kollha – loġikament separati skont is-sistema ta' informazzjoni li minnha d-data tkun oriġinat – f'post uniku wieħed, biex b'hekk jiffaċilita t-tqabbil bejn is-sistemi billi jintużaw mudelli bijometriċi u jippermetti l-ekonomiji ta' skala fl-iżvilupp u fil-manutenzjoni tas-sistemi ċentrali tal-Unjoni.

(19)  Jenħtieġ li l-mudelli bijometriċi maħżuna fil-BMS kondiviż ikunu magħmula minn data miksuba minn estrazzjoni tal-karatteristiċi ta' kampjuni bijometriċi proprji u li jinkisbu b'tali mod li ma jippermettix it-treġġiegħ lura tal-proċess ta’ estrazzjoni. Il-mudelli bijometriċi jenħtieġ li jinkisbu minn data bijometrika iżda jenħtieġ li ma jkunx possibbli li tinkiseb l-istess data bijometrika mill-mudelli bijometriċi. Peress li d-data tal-marka tal-pala tal-id u l-profili tad-DNA jinħażnu biss fis-SIS, u ma jistgħux jintużaw sabiex jikkontroverifikaw id-data preżenti f'sistemi oħra ta' informazzjoni, skont il-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità, jenħtieġ li l-BMS kondiviż ma jaħżinx profili tad-DNA jew mudelli bijometriċi miksuba mid-data tal-marka tal-pala tal-id.

(20)  Id-data bijometrika tikkostitwixxi data personali sensittiva. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-bażi u s-salvagwardji għall-ipproċessar ta' tali data għall-fini ta' identifikazzjoni tal-persuni kkonċernati biss.

(21)  L-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-Eurodac u l-ECRIS-TCN jeħtieġu ▌l-identifikazzjoni preċiża ta' persuni li d-data personali tagħhom tkun maħżuna fihom. Jenħtieġ li, għalhekk, is-CIR jiffaċilita u jassisti fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati f’dawk is-sistemi.

(22)  Id-data personali maħżuna f'dawn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE tista' tkun relatata mal-istess persuni iżda taħt identitajiet differenti jew mhux kompluti. L-Istati Membri jħaddmu mezzi effiċjenti biex jidentifikaw liċ-ċittadini tagħhom jew lir-residenti permanenti rreġistrati fit-territorju tagħhom ▌. Jenħtieġ li l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni kollha tal-UE tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni korretta tal-persuni presenti f’dawk is-sistemi. Jenħtieġ li s-CIR jaħżen id-data personali li tkun neċessarja biex issir l-identifikazzjoni aktar preċiża tal-individwi li d-data tagħhom hija maħżuna f'dawk is-sistemi, inklużi d-data tal-identità, id-data ta' dokument tal-ivvjaġġar u d-data bijometrika tagħhom, irrispettivament mis-sistema li fiha oriġinarjament inġabret id-data. Id-data personali strettament neċessarja biex isir kontroll tal-identità biss jenħtieġ li tinħażen fis-CIR. Id-data personali rreġistrata fis-CIR jenħtieġ li tinżamm għal mhux aktar minn dak li jkun strettament neċessarju għall-finijiet tas-sistemi sottostanti u jenħtieġ li titħassar b'mod awtomatiku malli d-data titħassar fis-sistemi sottostanti f'konformità mas-separazzjoni loġika tagħhom.

(23)  Tenħtieġ operazzjoni ġdida ta' proċessar li tikkonsisti fil-ħżin tat-tali data fis-CIR minflok fil-ħżin f'kull waħda mis-sistemi separati sabiex tiżdied il-preċiżjoni tal-identifikazzjoni permezz tat-tqabbil u tat-tlaqqigħ awtomatizzat tad-data. Il-fatt li d-data tal-identità, id-data tad-dokument tal-ivvjaġġar u data bijometrika ▌jinħażnu fis-CIR jenħtieġ li ma jxekkilx b'xi mod l-ipproċessar ta' data għall-finijiet tar-Regolamenti dwar l-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac jew l- ECRIS-TCN, peress li jenħtieġ li s-CIR ikun komponent kondiviż ġdid ta' dawk is-sistemi sottostanti.

(24)  Il-ħolqien ta' fajl individwali fis-CIR huwa b’hekk neċessarju għal kull persuna rreġistrata fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac jew l-ECRIS-TCN hu neċessarju biex jintlaħaq l-iskop ta' identifikazzjoni korretta ▌ta’ persuni fi ħdan iż-żona Schengen, u biex jiġi appoġġjat l-MID għall-iskop doppju ta' ffaċilitar tal-kontrolli tal-identità għal vjaġġatur in bona fede u tal-ġlieda kontra l-frodi tal-identità. Jenħtieġ li l-fajl individwali jaħżen l-informazzjoni dwar l-identitàkollha llinkjati ma' persuna f’post wieħed u jagħmel dan aċċessibbli għall-utenti finali awtorizzati.

(25)  B'hekk, jenħtieġ li s-CIR jiffaċilita u jissimplifika l-aċċess mill-awtoritajiet responsabbli għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni jew għall-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li mhumiex stabbiliti b'mod esklużiv għall-finijiet ta' prevenzjoni, ta’ detezzjoni jew ta' investigazzjoni ▌ta' delitt serju.

(26)  Jenħtieġ li s-CIR, jipprevedi kontenitur kondiviż għad-data tal-identità, id-data tad-dokument tal-ivvjaġġar u d-data bijometrika tal-persuni rreġistrati fl-EES, il-VIS, ▌l-ETIAS ▌, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN▌. Jenħtieġ li jkun parti mill-arkitettura teknika ta' dawn is-sistemi u li jservi bħala l-komponent kondiviż bejniethom għall-ħażna u tfittxija tad-data tal-identità, tad-data tad-dokument tal-ivvjaġġar u d-data bijometrika li jipproċessaw.

(27)  Ir-rekords kollha fis-CIR jenħtieġ li jkunu separati loġikament bl-itteggjar awtomatiku ta' kull rekord bl-isem tas-sistema sottostanti li hi proprjetarja ta' dak ir-rekord. Jenħtieġ li l-kontroll tal-aċċess tas-CIR juża dawn it-tags sabiex jiddetermina jekk jippermettix l-aċċess għar-rekord.

(28)  Meta l-awtorità tal-pulizija ta' Stat Membru ma tkunx tista' tidentifika persuna minħabba nuqqas ta' dokument tal-ivvjaġġar jew dokument kredibbli ieħor li jġib prova tal-identità tal-persuna, jew meta jkun hemm dubji dwar id-data tal-identità li tkun ingħatat minn dik il-persuna jew dwar l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew l-identità tad-detentur tiegħu jew meta l-persuna ma tkunx tista' tikkoopera jew tirrifjuta li tikkoopera, l-awtorità jenħtieġ li tkun tista' tagħmel tiftix fis-CIR sabiex tidentifika l-persuna. Għal dawk il-finijiet, l-awtoritajiet tal-pulizija jenħtieġ li jiġbru l-marki tas-swaba' bl-użu ta' tekniki ta' skenjar istantanju għall-ġbir tal-marka tas-swaba', dment li l-proċedura tkun inbdiet fil-preżenza ta' dik il-persuna. Tali tfittxijiet tas-CIR jenħtieġ li ma jiġux permessi għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta' minorenni taħt l-età ta' 12-il sena, sakemm dan ma jkunx fl-aħjar interessi tal-minorenni.

(29)  Meta d-data bijometrika ta’ persuna ma tkunx tista' tintuża jew jekk tfittxija b'din id-data ma tirnexxix, jenħtieġ li t-tfittxija ssir bid-data tal-identità ta' dik il-persuna flimkien mad-data tad-dokument tal-ivvjaġġar. Meta t-tfittxija tindika li d-data dwar dik il-persuna tkun maħżuna fis-CIR, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkollhom aċċess għas-CIR biex jikkonsultaw id-data tal-identità u d-dokument tal-ivvjaġġar ta' dik il-persuna, mingħajr mas-CIR tipprovdi ebda indikazzjoni dwar għal liema sistema ta' informazzjoni tal-UE tappartjeni d-data.

(30)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw miżuri leġiżlattivi nazzjonali li jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu kontrolli tal-identità bl-użu tas-CIR u li jistabbilixxu l-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji tat-tali kontrolli, li jenħtieġ li jimxumal-prinċipju ta' proporzjonalità. B'mod partikolari, jenħtieġ li d-dritt nazzjonali jipprevedi s-setgħa li tinġabar data bijometrika matul kontroll tal-identità ta' persuna preżenti quddiem il-membru tal-persunal ta' dawk l-awtoritajiet.

(31)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jintroduċi wkoll possibbiltà ġdida għal aċċess issimplifikat għad-data lil hinn mid-data tal-identità jew id-data tad-dokument tal-ivvjaġġar preżenti fl-EES, il-VIS, l-ETIAS jew l-Eurodac mill-awtoritajiet ▌maħtura tal-Istati Membri responsabbli għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni jew għall-investigazzjoni tar-reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra u mill-Europol. Tali data tista' tkun neċessarja għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni jew għall-investigazzjoni ▌ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra f'każ speċifiku li fih ikun hemm raġunijiet validi biex wieħed iqis li l-konsultazzjoni tagħhom se tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, b'mod partikolari meta jkun hemm suspett li s-suspettat, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor jaqa' taħt il-kategorija ta' persuna li d-data tagħha tkun maħżuna fl-EES, fil-VIS, fl-ETIAS u fil-Eurodac.

(32)  L-aċċess sħiħ għad-data li tinsab fis-sistemi EES, VIS, ETIAS jew Eurodac li huwa neċessarju għall-finijiet ta' prevenzjoni, ta' detezzjoni jew ta' investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, lil hinn mill-aċċess għad-data tal-identità jew mid-data tad-dokument tal-ivvjaġġar maħżun fis-CIR ▌jenħtieġ li jibqa' jiġi regolat mill-istrumenti legali applikabbli. L-awtoritajiet ▌maħtura responsabbli għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni jew għall-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra u l-Europol ma jkunux jafu minn qabel liema mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fiha d-data tal-persuni li jkunu qed ifittxu dwarhom. Dan jirriżulta f'dewmien u f'ineffiċjenzi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-utent finali awtorizzat mill-awtorità maħtura jitħalla jara f'liema minn dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE tiġi rreġistrata d-data li tikkorrispondi għar-riżultat tat-tfittxija. B'hekk, is-sistema kkonċernata tiġi mmarkata wara l-verifika awtomatizzata tal-preżenza ta' konkordanza fis-sistema (l-hekk imsejħa funzjonalità ta' indikazzjoni ta' konkordanza).

(33)  F’dan il-kuntest tweġiba mingħand is-CIR jenħtieġ li ma tiġix interpretata jew użata bħala bażi jew raġuni biex jinsiltu konklużjonijiet dwar jew jitwettqu miżuri fir-rigward ta' persuna, iżda jenħtieġ li jintużaw biss għall-fini li tiġi ppreżentata talba għal aċċess għas-sistemi ta' informazzjoni sottostanti tal-UE, soġġett għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-istrumenti legali rispettivi li jirregolaw tali aċċess. Kwalunkwe talba ta’ aċċess bħal dan jenħtieġ li tkun soġġetta għall-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament u kif applikabbli, għar-Regolament (UE) 2016/679, għad-Direttiva (UE) 2016/680 jew għar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8).

(34)  Bħala regola ġenerali, meta indikazzjoni ta' konkordanza tindika li d-data tiġi rreġistrata fl-EES, l-ETIAS jew il-VIS jew l-Eurodac, l-awtoritajiet maħtura jew l-Europol jenħtieġ li jitolbu aċċess sħiħ għal mill-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE kkonċernati. Meta b'mod eċċezzjonali tali aċċess sħiħ ma jkunx mitlub, pereżempju minħabba li l-awtoritajiet maħtura jew l-Europol ikunu diġà kisbu d-data b'mezzi oħra, jew minħabba li l-ksib tad-data ma jkunx għadu permess mid-dritt nazzjonali, il-ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta' talba għal aċċess jenħtieġ li tiġi rreġistrata.

(35)  Ir-reġistrazzjonijiet tat-tfittxijiet fis-CIR jenħtieġ li jindikaw l-iskop tat-tfittxijiet. Meta tali tfittxija tkun saret bl-użu tal-approċċ ta' konsultazzjoni tad-data maqsum fuq żewġ stadji, jenħtieġ li r-reġistrazzjonijiet jinkludu referenza għall-fajl nazzjonali tal-investigazzjoni jew tal-każ, u għalhekk jindikaw li t-tfittxija tnediet għall-finijiet ta' prevenzjoni, ta' detezzjoni jew ta' investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra.

(36)  It-tfittxija fis-CIR mill-awtoritajiet maħtura u mill-Europol biex jinkiseb tip ta' rispons ta' indikazzjoni ta' konkordanza li jindika li d-data hija rreġistrata fl-EES, il-VIS, l-ETIAS jew l-Eurodac teħtieġ l-ipproċessar awtomatizzat ta' data personali. Indikazzjoni ta' konkordanza jenħtieġ li ma tkunx tikxef id-data personali tal-individwu kkonċernat apparti indikazzjoni li parti mid-data tiegħu jew kollha kemm hi tkun maħżuna f'waħda mis-sistemi. Jenħtieġ li l-utent finali awtorizzat ma jieħu ebda deċiżjoni avversa għall-individwu kkonċernat esklużivament fuq il-bażi tas-sempliċi okkorrenza ta' indikazzjoni ta' konkordanza. Għaldaqstant, l-aċċess mill-utent finali għal indikazzjoni ta' konkordanza ikollu interferenza limitata ħafna mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tal-individwu kkonċernat, filwaqt li l-awtoritajiet maħtura u l-Europol jitħallew jitolbu aċċess għad-data personali b'mod aktar effettiv.

(37)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit il-MID biex jappoġġja l-funzjonament tas-CIR u biex jappoġġja l-għanijiet tal-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN. Biex ikunu effettivi fl-issodisfar tal-għanijiet rispettivi tagħhom, dawn is-sistemi ta' informazzjoni kollha tal-UE jirrikjedu l-identifikazzjoni preċiża tal-persuni li d-data personali tagħhom tkun maħżuna fihom.

(38)  Biex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE , l-awtoritajiet li jużaw dawk is-sistemi jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu verifiki affidabbli biżżejjed tal-identitajiet tal-persuni li d-data tagħhom tkun maħżuna f'sistemi differenti. Is-sett ta' data tal-identità jew id-data tad-dokument tal-ivvjaġġar maħżun f'sistema individwali partikolari jista' jkun żbaljat, inkomplut jew frodulenti, ▌u ▌bħalissa ma hemm l-ebda metodu ta' detezzjoni ta' data tal-identità jew data tad-dokument tal-ivvjaġġar żbaljata, inkompluta jew frodulenti ▌bħal din permezz ta' tqabbil mad-data maħżuna f'sistema oħra. Biex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni, hemm bżonn li jkun hemm strument tekniku fil-livell tal-Unjoni li jippermetti l-identifikazzjoni preċiża taċ-ċittadini tal-persuni għal dawn l-iskopijiet.

(39)  Jenħtieġ li l-MID joħloq u jaħżen links bejn id-data fis-sistemi ta' informazzjoni differenti tal-UE għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli, bl-iskop doppju ta' ffaċilitar tal-kontrolli tal-identità għal vjaġġatur in bona fede u ta' ġlieda kontra l-frodi tal-identità. Jenħtieġ li l-MID ikun fih biss il-links bejn id-data tal-individwi preżenti f'aktar minn sistema ta' informazzjoni waħda tal-UE. Id-data llinkjata jenħtieġ li tkun strettament limitat għad-data neċessarja biex jiġi vverifikat li persuna tkun irreġistrata b'mod ġustifikat jew mhux ġustifikat taħt identitajiet differenti f'sistemi differenti, jew biex jiġi ċċarat li żewġ persuni li jkollhom data simili ta' identità jaf ma jkunux l-istess persuna. L-ipproċessar ta' data permezz tal-portal ESP u l-BMS kondiviż biex jiġu kkollegati fajls differenti fost sistemi individwali jenħtieġ li jinżamm għal minimu assolut u, għalhekk, hu limitat għal detezzjoni ta' identitajiet multipli, li għandha ssir malli tiddaħħal data ġdida f'waħda mis-sistemi li għandha d-data maħżuna fis-CIR jew miżjuda fis-SIS. Jenħtieġ li l-MID jinkludi salvagwardji kontra diskriminazzjoni u deċiżjonijiet mhux favorevoli potenzjali għal persuni b'diversi identitajiet legali.

(40)  Dan ir-Regolament jipprevedi operazzjonijiet ġodda ta' proċessar tad-data mmirati lejn l-identifikazzjoni tal-persuni kkonċernati b'mod korrett. Dan jikkostitwixxi interferenza mad-drittijiet fundamentali tagħhom kif protetti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Peress li l-implimentazzjoni effettiva tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE tiddependi mill-identifikazzjoni korretta tal-individwi kkonċernati, it-tali interferenza hija ġġustifikata mill-istess għanijiet li għalihom ġiet stabbilita kull waħda minn dawk is-sistemi, il-ġestjoni effettiva tal-fruntieri tal-Unjoni, u s-sigurtà interna tal-Unjoni, l-implimentazzjoni effettiva tal-politiki tal-Unjoni dwar l-asil u l-viża ▌.

(41)  Jenħtieġ li l-ESP ul-BMS kondiviż iqabblu d-data dwar il-persuni fis-CIR u fis-SIS meta awtorità nazzjonali jew aġenzija tal-UE joħolqu jew itellgħu rekords ġodda. Jenħtieġ li t-tali tqabbil ikun awtomatizzat. Jenħtieġ li s-CIR u s-SIS jużaw il-BMS kondiviż għad-detezzjoni ta' links possibbli fuq il-bażi ta' data bijometrika. Jenħtieġ li s-CIR u s-SIS jużaw l-ESP għad-detezzjoni ta' links possibbli fuq il-bażi ta' data alfanumerika. Jenħtieġ li s-CIR u s-SIS ikunu kapaċi jidentifikaw l-istess data jew simili fuq persuna maħżuna f'diversi sistemi. Meta dan ikun il-każ, jenħtieġ li tiġi stabbilita link li tindika li din tkun l-istess persuna. Jenħtieġ li s-CIR u s-SIS jiġu kkonfigurati b'tali mod li transliterazzjoni ħafifa jew żbalji ortografiċi żgħar jiġu individwati b'tali mod li ma joħloq ebda xkiel mhux iġġustifikat għall-persuna kkonċernata.

(42)  L-awtorità nazzjonali jew l-aġenzija tal-Unjoni li rreġistraw id-data fis-sistema ta' informazzjoni rispettiva tal-UE jenħtieġ li jikkonfermaw jew ibiddlu l-links. Din l-awtorità nazzjonali jew aġenzija tal-Unjoni jenħtieġ li jkollha aċċess għad-data maħżuna fis-CIR jew is-SIS u fl-MID għall-fini ta’ verifika manwali ta' identitajiet differenti.

(43)  Jenħtieġ li verifika manwali ta' identitajiet differenti tiġi żgurata mill-awtorità li toħloq jew taġġorna d-data li wasslet għal konkordanza li rriżultat f'link mad-data maħżuna f'sistema ta' informazzjoni oħra tal-UE. Jenħtieġ li l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet multipli tivvaluta jekk hemmx identitajiet multipli li jirreferu għall-istess persuna b'mod ġustifikat jew mhux ġustifikat. Tali valutazzjoni jenħtieġ li ssir, meta possibbli, fil-preżenza tal-persuni kkonċernati u meta neċessarju, billi jintalbu kjarifiki jew informazzjoni addizzjonali. Jenħtieġ li l-valutazzjoni ssir mingħajr dewmien, f'konformità mar-rekwiżiti legali għall-preċiżjoni tal-informazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni u nazzjonali. Fil-fruntieri, b’mod speċjali, il-moviment tal-persuni involuti jkunu ristretti għat-tul tal-verifika, u dan b’hekk jenħtieġ li ma jdumx b'mod indefinittiv. L-eżistenza ta' link safra fl-MID jenħtieġ li ma tikkostitwixxix fiha nnifisha raġuni għal rifjut ta' dħul u kwalunkwe deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni jew ir-rifjut ta' dħul jenħtieġ li tittieħed esklużivament abbażi tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9).

(44)  Għal-links miksuba permezz tas-SIS marbuta mal-allerti fir-rigward ta' persuni mfittxija għal arrest jew għal skopijiet ta' konsenja jew ta' estradizzjoni, dwar persuni neqsin jew vulnerabbli, dwar persuni mfittxija biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja jew dwar persuni għal kontrolli diskreti, kontrolli ta' tfittxija jew għal kontrolli speċifiċi ▌, jenħtieġ li l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun ħoloq l-allert. Dawn il-kategoriji ta' allerti tas-SIS huma sensittivi u jenħtieġ li ma jiġux neċessarjament kondiviżi mal-awtoritajiet li joħolqu jew jaġġornaw id-data li hi llinkjata magħhom f'waħda mis-sistemi ta' informazzjoni l-oħra tal-UE. Il-ħolqien ta' link mad-data tas-SIS jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-azzjonijiet li jridu jittieħdu f'konformità mar- ▌Regolamenti ▌(UE) 2018/1860(10), (UE) 2018/1861(11) u (UE) 2018/1862(12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill▌.

(45)  Il-ħolqien ta' tali links jirrikjedi trasparenza lejn l-individwi affettwati. Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tas-salvagwardji meħtieġa f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, l-individwi li huma soġġetti għal link ħamra jew link bajda wara verifika manwali ta’ identitajiet differenti jenħtieġ li jiġu infurmati bil-miktub mingħajr ħsara għal-limitazzjonijiet li jipproteġu s-sigurtà u l-ordni pubbliku, jipprevjenu l-kriminalità u jiggarantixxu li l-investigazzjonijiet nazzjonali ma jkunux ipperikolati. Dawk l-individwi jenħtieġ li jirċievu numru uniku ta' identifikazzjoni li jippermettilhom jidentifikaw l-awtorità li lilha jenħtieġ li jindirizzaw lilhom infushom biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

(46)  Fejn tinħoloq link safra, l -awtorità responsabbli għall-verifikamanwali ta' identitajiet differenti jenħtieġ li jkollhom l-aċċess għall-MID. Fejn teżisti link ħamra, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li jkollhom aċċess għal mill-inqas sistema ta' informazzjoni waħda tal-UE inkluża fis-CIR jew fis-SIS jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-MID. Link ħamra jenħtieġ li tindika li persuna qiegħda tuża identitajiet differenti b'mod mhux ġustifikat jew li persuna qed tuża l-identità ta' ħaddieħor.

(47)  Fejn teżisti link bajda jew ħadra bejn id-data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE l-awtoritajiet tal-Istati Membri u mill-aġenziji tal-Unjoni jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-MID meta l-awtorità jew l-aġenzija kkonċernata jkollha aċċess għaż-żewġ sistemi ta' informazzjoni. Jenħtieġ li tali aċċess jingħata għall-iskop uniku li jippermetti lil dik l-awtorità jew aġenzija tidentifika każijiet potenzjali meta d-data kienet marbuta b’mod inkorrett jew pproċessata fl-MID, fis-CIR u fis-SIS bi ksur ta' dan ir-Regolament u tieħu l-azzjonijiet biex tikkoreġi s-sitwazzjoni u taġġorna jew tħassar il-link.

(48)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) tistabbilixxi mekkaniżmi awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u indikaturi komuni tal-kwalità tad-data. L-eu-LISA jenħtieġ li tkun responsabbli biex tiżviluppa kapaċità ta' monitoraġġ ċentrali għall-kwalità tad-data u biex tipproduċi rapporti regolari ta' analiżi tad-data biex ittejjeb il-kontroll tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE. Jenħtieġ li l-indikaturi tad-data komuni tal-kwalità jinkludu l-istandards minimi tal-kwalità għall-ħżin tad-data fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew fil-komponenti tal-interoperabbiltà. L-iskop ta' tali standards tal-kwalità tad-data jenħtieġ li jkun li s-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u l-komponenti tal-interoperabbiltà jidentifikaw b'mod awtomatiku s-sottomissjonijiet tad-data apparentement skorretti jew inkonsistenti biex l-Istat Membru ta' oriġini jkun jista' jivverifika d-data u jwettaq kull azzjoni korrettiva meħtieġa.

(49)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa r-rapporti tal-eu-LISA dwar il-kwalità u li toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri meta xieraq. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli biex iħejju pjan ta' azzjoni li jiddeskrivi l-azzjonijiet għar-rimedjar ta' kull nuqqas fil-kwalità tad-data u jenħtieġ li dawn jirrapportaw dwar il-progress tiegħu b'mod regolari.

(50)  Jenħtieġ li l-format universali ta' messaġġ (UMF) jservi bħala standard għall-iskambju strutturat u transfruntier ta' informazzjoni bejn is-sistemi ta' informazzjoni, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. L-UMF jenħtieġ li jiddefinixxi vokabolarju u strutturi loġiċi komuni għal informazzjoni skambjata ta' spiss bl-għan li jiffaċilita l-interoperabbiltà billi jippermetti l-ħolqien u l-qari tal-kontenut tal-iskambji b'mod konsistenti u semantikament ekwivalenti.

(51)  L-implimentazzjoni tal-istandard tal-UFM tista' titqies fil-VIS, fis-SIS u f'kwalunkwe mudell ieħor ta' skambju transfruntier ta' informazzjoni u sistema ta' informazzjoni eżistenti jew ġodda fil-qasam tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni, żviluppati mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi assoċjati.

(52)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) biex tiġi ġġenerata data statistika u rapportar analitiku bejn is-sistemi għall-finijiet ta' politika, operazzjonali u ta' kwalità tad-data f'konformità mal-istrumenti legali applikabbli. L-eu-LISA jenħtieġ li tistabbilixxi, timplimenta u tospita s-CRRS fis-siti tekniċi tagħha. Jenħtieġ li jkun fihom data statistika anonimizzata mis-sistemi tal-informazzjoni tal-UE, is-CIR, l-MID u l-BMS. Id-data li tinsab fis-CRRS jenħtieġ li ma tkunx tippermetti li l-individwi jiġu identifikati. Jenħtieġ li l-eu-LISA trendi d-data anonima b'mod awtomatizzat u jenħtieġ li tirreġistra t-tali data anonimizzata fis-CRRS. Jenħtieġ li l-proċess biex id-data ssir anonima jiġi awtomatizzat u jenħtieġ li ma jingħata ebda aċċess dirett lill-persunal tal-eu-LISA għal ebda data personali maħżuna fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew fil-komponenti tal-interoperabbiltà.

(53)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 japplika għall-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' interoperabbiltà taħt dan ir-Regolament mill-awtoritajiet nazzjonali sakemm tali proċessar ma jitwettaqx mill-awtoritajiet maħtura jew mill-punti ta' aċċess ċentrali tal-Istati Membri għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra.

(54)  Meta l-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri għall-fini tal-interoperabbiltà taħt dan ir-Regolament jitwettaq mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, tapplika d-Direttiva (UE) Nru 2016/680.

(55)  Ir-Regolament (UE) 2016/679, ir-Regolament (UE) 2018/1725 jew, meta rilevanti, id-Direttiva (UE) 2016/680 japplikaw għall-kwalunkwe trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali mwettqa taħt dan ir-Regolament. Mingħajr preġudizzju għar-raġunijiet għal trasferiment skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 jew, meta rilevanti, id-Direttiva (UE) 2016/680, kwalunkwe sentenza ta' qorti jew tribunal u kwalunkwe deċiżjoni ta' awtorità amministrattiva ta' pajjiż terz li tirrikjedi li kontrollur jew proċessur jittrasferixxi jew jiżvela data personali jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta jew infurzabbli biss fi kwalunkwe mod jekk tkun ibbażata fuq ftehim internazzjonali viġenti bejn il-pajjiż terz rikjedenti u l-Unjoni jew Stat Membru.

(56)  Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data tar-▌Regolamenti (UE) 2017/2226(13), (KE) Nru 767/2008(14), ▌ 2018/1240(15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ▌r-Regolament (UE) 2018/1861 japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali fis-sistemi regolati minn dawk ir-Regolamenti.

(57)  Ir-Regolament (UE)2018/1725 japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-eu-LISA u minn istituzzjonijiet u minn korpi oħra tal-Unjoni meta jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom skont dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), li japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Europol.

(58)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji msemmija fir-Regolament (UE) 2016/679 jew mad-Direttiva (UE) 2016/680 jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw ma' xulxin fil-monitoraġġ tal-ipproċessar ta' data personali mill-komponenti tal-interoperabbiltà. Biex il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data iwettaq il-kompiti fdati lilu taħt dan ir-Regolament, huma meħtieġa riżorsi suffiċjenti, inklużi riżorsi umani u finanzjarji.

(59)  ▌Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17) u ta opinjoni fis-16 ta' April 2018(18).

(60)   Il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-Artikolu 29 ta opinjoni fil-11 ta' April 2018.

(61)  Jenħtieġ li kemm l-Istati Membri kif ukoll l-eu-LISA jżommu pjanijiet ta' sigurtà biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' sigurtà u jenħtieġ li dawn jikkooperaw ma' xulxin biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-sigurtà. L-eu-LISA jenħtieġ li tiżgura li jsir użu kontinwu mill-aħħar żviluppi teknoloġiċi biex tiġi żgurata l-integrità tad-data fil-kuntest tal-iżvilupp, id-disinn u l-ġestjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà. L-obbligi tal-eu-LISA f'dan ir-rigward jenħtieġ li jinkludu l-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tal-aċċess minn persuni mhux awtorizzati, bħall-persunal ta' fornituri ta' servizzi esterni, għal data personali proċessata permezz ta' komponenti tal-interoperabbiltà. Meta jingħataw kuntratti għall-forniment ta' servizzi, l-Istati Membri u l-eu-LISA jenħtieġ li jqisu il-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-liġijiet jew mar-regolamenti fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza tal-individwi jew biex jiġu salvagwardjati l-interessi essenzjali tas-sigurtà, skont ir-Regolament (UE) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) u l-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli. Jenħtieġ li l-eu-LISA tapplika l-prinċipji tal-privatezza mid-disinn u b'mod awtomatiku matul l-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà.

(62)  L-implimentazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà previsti fir-Regolament se jkollha impatt fuq il-mod li bih isiru l-verifiki fil-punti ta' qsim tal-fruntiera. L-impatti se jirriżultaw minn applikazzjoni kkombinata tar-regoli eżistenti tar-Regolament (UE) 2016/399 u tar-regoli dwar l-interoperabbiltà stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(63)  Bħala konsegwenza ta' din l-applikazzjoni kkombinata tar-regoli, jenħtieġ li l-ESP jikkostitwixxi l-punt ta' aċċess ewlieni għall-konsultazzjoni sistematika obbligatorja tal-bażijiet ta' data fir-rigward tal-persuni fil-punti ta' qsim tal-fruntiera stabbiliti mir-Regolament (UE) 2016/399 . Barra minn hekk, jenħtieġ li d-data tal-identità jew id-data tad-dokument tal-ivvjaġġar li twassal għall-klassifikazzjoni ta' link flMID bħala link ħamra tiġi kkunsidrata mill-gwardji tal-fruntiera għall-iskopijiet ta’ valutazzjoni ta' jekk il-persuna tissodisfax il-kundizzjonijiet tad-dħul definiti fir-Regolament (UE) 2016/399. Madankollu, jenħtieġ li l-preżenza ta' link ħamra ma tikkostitwixxix minnha nfisha motivazzjoni għar-rifjut tad-dħul u għaldaqstant jenħtieġ li l-motivazzjonijiet eżistenti għar-rifjut tad-dħul elenkati fir-Regolament (UE) 2016/399 ma jiġux emendati.

(64)  Ikun xieraq li jiġi aġġornat il-Manwal Prattiku għall-Gwardji tal-Fruntiera biex dawn il-kjarifiki jsiru espliċiti.

(65)  Jekk it-tfittxija tal-MID permezz tal-ESP tirriżulta f'link safra jew issib link ħamra, jenħtieġ li l-gwardja tal-fruntiera ▌jikkonsulta s-CIR jew is-SIS jew it-tnejn li huma biex jivvaluta l-informazzjoni dwar il-persuna li tiġi vverifikata, biex jivverifika manwalment d-data tal-identità tagħha u jadatta l-kulur tal-link jekk ikun hemm bżonn.

(66)  B'appoġġ tal-finijiet ta' statistika u ta' rapportar, hemm bżonn li jingħata aċċess lill-persunal awtorizzat tal-awtoritajiet, tal-istituzzjonijiet u tal-aġenziji tal-Unjoni kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament biex jikkonsulta ċerta data relatata ma' ċerti komponenti tal-interoperabbiltà bla ma tkun tista' ssir l-identifikazzjoni ta' individwi.

(67)  Biex l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda dwar l-użu tal-p(ESP, hemm bżonn li jiġi previst perjodu tranżizzjonali. B'mod simili, biex ikun hemm funzjonament koerenti u ottimali tal-(MID, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri tranżizzjonali għall-bidu tal-operazzjonijiet tiegħu.

(68)  Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-informazzjoni tal-UE, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista', għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(69)  ▌L-ammont li jifdal fil-baġit allokat għal fruntieri intelliġenti fir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20) jenħtieġ li jiġi riallokat għal dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, biex ikopri l-kostijiet tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà.

(70)  Sabiex jiġu ssupplimentati ċerti aspetti tekniċi dettaljati ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward ta':

   l-estensjoni tal-perjodu ta' tranżizzjoni għall-użu tal-ESP;
   l-estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali għad-detezzjoni ta’ identitajiet multipli mwettqa mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS;
   proċeduri għad-determinazzjoni tal-każijiet fejn id-data tal-identità tkun tista' titqies bħala l-istess jew simili;
   ir-regoli dwar l-operat tas-CRRS, inklużi salvagwardji speċifiċi għall-ipproċessar ta' data personali u regoli ta' sigurtà applikabbli għar-repożitorju, u;
   regoli dettaljati dwar l-operat tal-portal tal-internet.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti,u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(21). B'mod partikolari biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(71)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tiddetermina d-dati minn meta l-ESP, il-BMS kondiviż, is-CIR, l-MID u s-CRRS għandhom jibdew joperaw.

(72)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tar-regoli dettaljati dwar: id-dettalji tekniċi tal-profili għall-utenti tal-ESP; l-ispeċifikazzjonijiet tas-soluzzjoni teknika biex tiġi faċilitata t-tfittxija ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE, data tal-Europol u bażijiet ta' data tal-Interpol mill-ESP u l-format tat-tweġibiet tal-ESP; ir-regoli tekniċi għall-ħolqien ta' links fl-MID bejn data minn sistemi ta' informazzjoni differenti tal-UE; il-kontenut u l-preżentazzjoni tal-forma biex jiġi użat sabiex jinforma s-suġġett tad-data fejn tinħoloq link ħamra; ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni u monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-BMS kondiviż; il-mekkaniżmi, il-proċeduri u l-indikaturi awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data; l-iżvilupp tal-istandard tal-UMF; ▌il-proċedura ta' kooperazzjoni li għandha tiġi użata f’każ ta' inċident li jaffettwa is-sigurtà; u l-ispeċifikazzjonijiet tas-soluzzjoni teknika għall-Istati Membri jimmaniġġjaw it-talbiet għall-aċċess tal-utenti. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22).

(73)  Peress li l-komponenti tal-interoperabbiltà jinvolvu l-ipproċessar ta' ammonti sinifikanti ta' data personali sensittiva, huwa importanti li persuni li d-data tagħhom tiġi pproċessata permezz ta' dawk il-komponenti jkunu jistgħu jeżerċitaw b'mod effettiv id-drittijiet tagħhom bħala suġġetti tad-data kif meħtieġ fir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/2016 u r-Regolament (KE) Nru 2018/1725. Jenħtieġ li s-suġġetti tad-data jkollhom portal tal-Internet li jiffaċilitalhom l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom ta' aċċess għal, rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. Jenħtieġ li l-eu-LISA tistabbilixxi u timmaniġġja portal tal-Internet ta' dan it-tip.

(74)  Wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-protezzjoni tad-data huwa l-minimizzazzjoni tad-data: taħt l-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679, l-ipproċessar tad-data personali jrid ikun adegwat, rilevanti, u limitat għal dak li huwa meħtieġ b'rabta mal-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata. Għal din ir-raġuni, il-komponenti tal-interoperabbiltà jenħtieġ li ma jipprevedux il-ħżin ta' kwalunkwe data personali ġdida, bl-eċċezzjoni tal-links li se jinħażnu fl-MID u li huma l-minimu meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(75)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi dispożizzjonijiet ċari dwar ir-responsabbiltà u d-dritt għal kumpens f'każ ta' pproċessar illegali ta' data personali u għal kwalunkwe att ieħor inkompatibbli miegħu. Jenħtieġ li tali dispożizzjonijiet ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt għal kumpens u għar-responsabbiltà tal-kontrollur jew tal-proċessur skont ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2018/1725. L-eu-LISA jenħtieġ li tkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara li tkun ikkawżat fil-kapaċità tagħha bħala proċessur tad-data meta ma tkunx osservat l-obbligi speċifikament imposti fuqha permezz ta' dan ir-Regolament, jew meta tkun aġixxiet lil hinn mill-istruzzjonijiet legali tal-Istat Membru li jkun il-kontrollur tad-data, jew kontrihom.

(76)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23).

(77)  F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u la hi marbuta bih u lanqas ma hi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, trid tiddeċiedi jekk hix se timplimentah fid-dritt nazzjonali tagħha fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda fuq dan ir-Regolament.

(78)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jipparteċipax fih, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE(24); għaldaqstant, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih u lanqas ma hu soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(79)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tipparteċipax fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE(25); Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta bih u lanqas ma hi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(80)  Rigward l-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen(26), li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1 (A), (B), (C) u (G) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE(27).

(81)  Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimetazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen(28) li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1 (A), (B), (C) u (G) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqraw flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE(29).

(82)  Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen(30) li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(A), (B), (C) u (G) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE li jinqraw flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE(31).

(83)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li jiġi implimentat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(84)  Sabiex dan ir-Regolament ikun jaqbel fil-qafas legali eżistenti, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861, u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE(32) u 2008/633/ĠAI(33)  jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament, flimkien mar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(34)(35), jistabbilixxi qafas għall-iżgurar tal-interoperabbiltà bejn is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), is-sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), il-Eurodac, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ECRIS-TCN) ▌.

2.  Il-qafas għandu jinkludi l-komponenti tal-interoperabbiltà li ġejjin:

(a)  portal Ewropew tat-tfittxija (ESP);

(b)  servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż);

(c)  repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR);

(d)  detettur ta' identitajiet multipli (MID).

3.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-data, dwar format universali ta' messaġġ (UMF), dwar repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) u dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA), fir-rigward tad-disinn, tal-iżvilupp u tal-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà.

4.  Dan ir-Regolament jadatta wkoll il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-aċċess mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) għall-▌EES, għall-▌VIS, għall-▌ETIAS▌, u għall-Eurodac għall-finijiet tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni jew tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra▌.

5.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll qafas għall-verifika tal-identità ta’ persuni u għall-identifikazzjoni ta' persuni.

Artikolu 2

Għanijiet ▌

1.  Billi jiżgura l-interoperabbiltà, dan ir-Regolament għandu ▌l-għanijiet li ġejjin:

(a)  li jtejjeb l-effikaċja u l-effiċjenza tal-verifiki fil-fruntieri esterni;

(b)  li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali;

(c)  li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà fi ħdan l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni inklużi ż-żamma tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri;

(d)  li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi; ▌

(e)  li jassisti fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

(f)  li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra;

(g)  li jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' persuni mhux magħrufa li ma jkunux jistgħu jidentifikaw lilhom infushom jew ta’ fdalijiet umani mhux identifikati f'każ ta' diżastru naturali, inċident jew attakk terroristiku.

2.  L-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintlaħqu billi:

(a)  tiġi żgurata l-identifikazzjoni korretta tal-persuni;

(b)  isir kontribut għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità;

(c)  tittejjeb il-kwalità tad-data u jiġu armonizzati r-rekwiżiti relatati mal-kwalità għad-data maħżuna fis-sistemi ta' informazzjoni ▌tal-UE filwaqt li jiġu rispettati r-rekwiżiti relatati mal-ipproċessar tad-data tal-istrumenti ġuridiċi li jirregolaw is-sistemi individwali, l-istandards u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data;

(d)  tiġi ffaċilitata u appoġġata l-implimentazzjoni teknika u operazzjonali mill-Istati Membri tas-sistemi ta' informazzjoni▌tal-UE;

(e)  jissaħħu, jiġu ssimplifikati u jiġu allinjati aħjar il-kundizzjonijiet relatati mas-sigurtà tad-data u mal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE, mingħajr ma jiġu jaffettwati-l-protezzjoni u s-salvagwardji speċjali pprovduti lil ċerti kategoriji ta' data;

(f)  jiġu ssimplifikati l-kundizzjonijiet għall-aċċess tal-awtoritajiet maħtura għall-EES, għall-VIS, għall- ▌ETIAS ▌u għall-Eurodac, filwaqt li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet meħtieġa u proporzjonati għal dak l-aċċess;

(g)  jingħata appoġġ għall-finijiet tal-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-▌EES▌, għall-▌VIS▌, għall-▌ETIAS▌ u għas-▌SIS▌.

2.  Dan ir-Regolament japplika għal persuni li fir-rigward tagħhom tista' tiġi pproċessata data personali fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li dwarhom tinġabar data għall-finijiet definiti fl-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2018/1860 u l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2018/1861.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "fruntieri esterni" tfisser fruntieri esterni kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(2)  "verifiki fil-fruntieri" tfisser verifiki fil-fruntiera kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(3)  "awtorità tal-fruntiera" tfisser il-gwardja tal-fruntiera assenjata f'konformità mad-dritt nazzjonali biex twettaq verifiki fil-fruntieri;

(4)  "awtoritajiet superviżorji" tfisser l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680;

(5)  "verifika" tfisser il-proċess ta' tqabbil ta' settijiet ta' data biex tiġi stabbilita l-validità tal-identità ddikjarata (verifika 'one-to-one');

(6)  "identifikazzjoni" tfisser il-proċess biex tiġi determinata l-identità ta' persuna permezz ta' tfittxija f'bażi tad-data ma' settijiet multipli ta' data (verifika 'one-to-many');

(7)  "data alfanumerika" tfisser data rrappreżentata minn ittri, ċifri, karattri speċjali, spazji u marki tal-punteġġjatura;

(8)  "data tal-identità" tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 27(3)(a) sa (e);

(9)  "data tal-marki tas-swaba' " tfisser immaġnijiet ta' marki tas-swaba' u immaġnijiet ta' marki tas-swaba' latenti li minħabba l-karattru uniku tagħhom u l-punti ta' referenza li jkun fihom jippermettu li jsir tqabbil preċiż u konklużiv dwar l-identità ta' persuna;

(10)  "immaġni tal-wiċċ" tfisser immaġnijiet diġitali tal-wiċċ;

(11)  "data bijometrika" tfisser data tal-marki tas-swaba' jew immaġni tal-wiċċ jew it-tnejn li huma;

(12)  "mudell bijometriku" tfisser rappreżentazzjoni matematika miksuba b'estrazzjoni tal-karatteristiċi mid-data bijometrika limitata għall-karatteristiċi neċessarji biex isiru identifikazzjonijiet u verifiki;

(13)  "dokument tal-ivvjaġġar" tfisser passaport jew dokument ieħor ekwivalenti li jintitola lid-detentur li jaqsam il-fruntieri esterni u li miegħu tista' titwaħħal viża;

(14)  "data tad-dokument tal-ivvjaġġar" tfisser it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar, id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li joħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar;

(15)  "sistemi ta' informazzjoni tal-UE" tfisser l-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN;

(16)  "data tal-Europol" tfisser data personali pproċessata mill-Europol għall-fini msemmi fl-Artikolu 18(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2016/794;

(17)  "bażijiet ta' data tal-Interpol" tfisser il-bażi ta' data ta' Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (il-bażi tad-data SLTD) tal-Interpol u l-bażi ta' data ta' Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma' Avviżi (il-bażi tad-data TDAWN) tal-Interpol.

(18)  "konkordanza" tfisser l-eżistenza ta' korrispondenza b'riżultat ta' tqabbil awtomatizzat bejn data personali rreġistrata jew li qed tiġi rreġistrata f'sistema ta' informazzjoni jew f'bażi ta' data;

(19)  "awtorità tal-pulizija" tfisser l-awtorità kompetenti kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva(UE) 2016/680; 2016/680;

(20)  "awtoritajiet maħtura" tfisser l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri kif definiti fil-punt (26) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/2226, fil-punt (e) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni ▌ 2008/633/ĠAI, ▌ u ▌fil-punt (21) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1240;

(21)  "reat terroristiku" tfisser reat skont id-dritt nazzjonali li jikkorrispondi jew li hu ekwivalenti għal wieħed mir-reati msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(36);

(22)  "reat kriminali serju" tfisser reat li jikkorrispondi jew li huwa ekwivalenti għal wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas  tal-Kunsill 2002/584/ĠAI(37), jekk dan ikun punibbli skont id-dritt nazzjonali b'sentenza ta' priġunerija jew b'ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin;

(23)  is-"Sistema tad-Dħul/Ħruġ" jew "EES" tfisser is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2017/2226;

(24)  is-"Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża" jew "VIS" tfisser is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(25)  is-"Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar" jew "ETIAS" tfisser is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2018/1240;

(26)  "Eurodac" tfisser il-Eurodac kif stabbilita permezz tar-Regolament (UE); Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(38);

(27)  is-"Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen" jew "SIS" tfisser is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen stabbilita permezz tar-Regolamenti (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2018/1862;

(28)  ▌"ECRIS-TCN" tfisser is-sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(39)(40).

Artikolu 5

Nondiskriminazzjoni u drittijiet fundamentali

L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament ma għandu jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra persuni għall-ebda raġuni bħas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-fattizzi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Dan għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità u l-integrità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata tal-individwu u għall-protezzjoni tad-data personali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-anzjani, lill-persuni b'diżabbiltà u persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom jikkostitwixxu kunsiderazzjoni primarja.

KAPITOLU II

Il-portal Ewropew tat-tfittxija

Artikolu 6

Il-portal Ewropew tat-tfittxija

1.  Hu stabbilit ▌portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) ▌ għall-finijiet ta' faċilitazzjoni tal-aċċess veloċi, mingħajr xkiel, effiċjenti, sistematiku u kontrollat tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-aġenziji tal-Unjoni għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, għad-data tal-Europol u għall-bażijiet ta' data tal-Interpol għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom, u ▌għall-għanijiet u l-finijiet tal-EES, tal-VIS, tal- ▌ETIAS ▌, tal-Eurodac, tas-SIS u tal-ECRIS-TCN ▌.

2.  L-ESP għandu jkun magħmul minn:

(a)  infrastruttura ċentrali, inkluż portal tat-tfittxija li jippermetti t-tfittix simultanju fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-Eurodac, is-SIS, l-ECRIS-TCN kif ukoll fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta' data tal-Interpol;

(b)  kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn l-ESP, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li huma intitolati jużaw l-ESP ▌;

(c)  infrastruttura tal-komunikazzjoni sigura bejn l-ESP u l-EES, il-VIS, ▌l-ETIAS ▌, il-Eurodac, is-SIS Ċentrali, l-ECRIS-TCN, id-data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol kif ukoll bejn l-ESP u l-infrastrutturi ċentrali ▌ tas-CIR ▌u l-MID.

3.  L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-ESP u tiżgura l-ġestjoni teknika ta' dan.

Artikolu 7

Użu tal-portal Ewropew tat-tfittxija

1.  L-użu tal-ESP għandu jkun riżervat għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-aġenziji tal-Unjoni li jkollhom aċċess għal tal-anqas waħda mis-sistemi tal-informazzjoni tal-UE f'konformità mal-istrumenti legali li jirregolaw lil dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, għas-CIR u l-MID f'konformità ma' dan ir-Regolament, għad-data tal-Europol f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 jew għall-bażijiet ta' data tal-Interpol f'konformità mad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali li jirregola tali aċċess.

Dawk l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni jistgħu jagħmlu użu mill-ESP u mid-data pprovduta minnu biss għall-għanijiet u l-finijiet stabbiliti fl-istrumenti legali li jirregolaw lil dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, fir-Regolament (UE) 2016/794 u f'dan ir-Regolament.

2.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom fis-sistemi ċentrali tal-EES, tal-VIS u tal- ▌ETIAS▌ f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom kif imsemmi fl-istrumenti legali li jirregolaw lil dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u fid-dritt nazzjonali. Dawk għandhom jużaw ukoll l-ESP biex ifittxu fis-CIR f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom skont dan ir-Regolament għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22.

3.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom fis-SIS Ċentrali msemmija fir-Regolamenti (UE) 2018/1860 u (UE) 2018/1861.

4.  Meta jkun hekk previst skont id-dritt tal-Unjoni, l-aġenziji tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom fis-SIS Ċentrali.

5.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ▌mad-dokumenti tal-ivvjaġġar ▌fil-bażijiet ta' data tal-Interpol, meta dan ikun previst u f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni u nazzjonali.

Artikolu 8

Profili għall-utenti tal-portal Ewropew tat-tfittxija

1.  Biex ikun jista' jsir użu mill-ESP, l-eu-LISA għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, toħloq profil ibbażat fuq kull kategorija ta' utent tal-ESP, u fuq il-finijiet tat-tfittxijiet, f'konformità mad-dettalji tekniċi u mad-drittijiet ta' aċċess imsemmija fil-paragrafu 2. Kull profil għandu, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali, jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-attributi tad-data li ▌għandhom jintużaw għat-tfittxijiet;

(b)  is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, ▌data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol li għandhom jiġu mfittxija, dawk li jistgħu jiġu mfittxija u dawk li għandhom jipprovdu tweġiba lill-utent; ▌

(c)  id-data speċifika fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol li fihom tista' ssir tfittxija;

(d)  il-kategoriji tad-data li jistgħu jiġu pprovduti f'kull tweġiba.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika d-dettalji tekniċi tal-profili msemmija fil-paragrafu 1 f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tal-utenti tal-ESP, taħt l-istrumenti legali li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni u taħt id-dritt nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

3.  Il-profili msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rieżaminati regolarment mill-eu-LISA f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, mill-inqas darba fis-sena, u jekk meħtieġ jiġu aġġornati.

Artikolu 9

Tfittxijiet

1.  L-utenti tal-ESP għandhom iniedu tfittxija billi jissottomettu data alfanumerika jew bijometrika lill-ESP ▌. Meta titnieda tfittxija, l-ESP għandu jfittex fl-EES, l-ETIAS, il-VIS, is-SIS, l-Eurodac, l-ECRIS-TCN u s-CIR kif ukoll fid-data tal-Europol u fil-bażijiet tad-data tal-Interpol, b'mod simultanju, bid-data sottomessa mill-utent tal-ESP u f'konformità mal-profil tal-utent.

2.  Il-kategorijitad-data użati għat-tnedija ta' tfittxija permezz tal-ESP għandhom jikkorrispondu għall-kategoriji tad-data relatati ma' persuni jew ma' dokumenti tal-ivvjaġġar li jistgħu jintużaw biex isiru tfittxijiet fid-diversi sistemi ta' informazzjoni tal-UE, fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta' data tal-Interpol f'konformità mal-istrumenti legali li jirregolawhom.

3.  L-eu-LISA, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha timplimenta dokument ta' kontroll tal-interfaċċa ▌ibbażat fuq il-UMF imsemmi fl-Artikolu 38 għall-ESP.

4.  Meta tfittxija titnied minn utent tal-ESP, l-EES, ▌l-ETIAS ▌, il-VIS, is-SIS, il-Eurodac, is-sistema ECRIS-TCN, is-CIR,il-MID, id-data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol għandhom jirrispondu billi jipprovdu d-data miżmuma minnhom.

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20, it-tweġiba pprovduta mill-ESP għandha tindika għal liema sistema ta' informazzjoni jew bażi ta' data tappartjeni d-data.

L-ESP ma għandu jipprovdi l-ebda informazzjoni rigward id-data fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta' data tal-Interpol li għalihom l-utent ma jkollu l-ebda aċċess taħt id-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali applikabbli.

5.  Kwalunkwe tfittxija fil-bażijiet ta' data tal-Interpol imnedija permezz tal-ESP għandha ssir b'tali mod li l-ebda informazzjoni ma tiġi żvelata lis-sid tal-allert tal-Interpol.

6.  ▌L-ESP għandu jagħti tweġibiet lill-utent malli tkun disponibbli data minn xi waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, mid-data tal-Europol jew mill-bażijiet ta' data tal-Interpol. Dawk it-tweġibiet għandu jkun fihom biss id-data ▌li għaliha l-utent ikollu aċċess skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali. ▌

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-proċedura teknika għat-tfittxija tal-ESP fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta' data tal-Interpol u l-format tat-tweġibiet tal-ESP. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

Artikolu 10

Żamma tar-reġistrazzjonijiet

1.  Mingħajr ħsara għall- ▌Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2017/2226,Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, għall-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2018/1240 u għall-Artikoli 12 u 18 tar-Regolament (UE) 2018/1861, l-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fl-ESP. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu, dawn li ġejjin:

(a)  ▌l-Istat Membru jew l-aġenzija tal-Unjoni li tniedi t-tfittxija u ▌l-profil tal-ESP użat;

(b)  id-data u l-ħin tat-tfittxija;

(c)  is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u l-bażijiet ta' data tal-Interpol imfittxija.

2.  Kull Stat Membru għandu jżomm reġistrazzjonijiet tat-tfittxijiet li l-awtoritajiet tiegħu u l-persunal ta’ dawk l-awtoritajiet debitament awtorizzati li jużaw l-ESP jagħmlu. Kull aġenzija tal-Unjoni għandha żżomm reġistri ta’ mistoqsijiet li tagħmel lill-persunal debitament awtorizzat tagħha.

3.  Ir-reġistrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u għall-iżgurar tas-sigurtà u l-integrità tad-data . Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jinħolqu. Jekk madankollu, huma rikjesti għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew,għandhom jitħassru ladarba l-proċeduri ta' monitoraġġ ma jkunux għadhom jirrikjedu r-reġistrazzjonijiet.

Artikolu 11

Proċeduri ta' riżerva f'każ ta' impossibbiltà teknika li jintuża l-portal Ewropew tat-tfittxija

1.  Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża l-ESP biex issir tftixxija f'sistema ta' informazzjoni waħda jew aktar tal-UE minn fost dawk jew fis-CIR, minħabba ħsara fl-ESP, l-utenti tal-ESP għandhom jiġu nnotifikati b'mod awtomatizzat mill-eu-LISA.

2.  Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża l-ESP biex issir tftixxija f'sistema ta' informazzjoni waħda jew aktar tal-UE ▌jew fis-CIR, minħabba ħsara fl-infrastruttura nazzjonali fi Stat Membru, ▌dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni b'mod awtomatizzat.

3.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu, u sakemm tiġi indirizzata l-ħsara teknika, l-obbligu msemmi fl-Artikolu 7(2) u (4) ma għandux ikun japplika u l-Istati Membri għandhom jaċċedu għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew is-CIR direttament meta jkunu obbligati jagħmlu dan taħt id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.

4.  Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża l-ESP biex issir tfittxija f'sistema ta' informazzjoni tal-UE waħda jew aktar jew fis-CIR, minħabba ħsara fl-infrastruttura ta' aġenzija tal-Unjoni, dik l-aġenzija għandha tinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni b'mod awtomatizzat.

KAPITOLU III

Servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku

Artikolu 12

Servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku

1.  Servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż) li jaħżen mudelli bijometriċi miksuba mid-data bijometrika msemmija fl-Artikolu 13, li huma maħżuna fis-CIR u fis-SIS, u li jippermetti li jsiru tfittxijiet b'data bijometrika f'diversi sistemi ta' informazzjoni tal-UE hu stabbilit għall-finijiet ta' għoti ta' appoġġ għas-CIR u l-MID u għall-għanijiet tal-EES, il-VIS, l-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN.

2.  Il-BMS kondiviż għandu jkun magħmul minn:

(a)  infrastruttura ċentrali, li għandha tissostitwixxi s-sistemi ċentrali tal-EES, tal-VIS, tas-SIS, tal-Eurodac u tal-ECRIS-TCN rispettivament, biex taħżen fiha l-mudelli bijometriċi u tippermetti t-tiftix b'data bijometrika;

(b)  infrastruttura tal-komunikazzjoni sigura bejn il-BMS kondiviż, is-SIS Ċentrali u s-CIR.

3.  L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-BMS kondiviż u tiżgura l-ġestjoni teknika ta' dan.

Artikolu 13

Il-ħżin ta' mudelli bijometriċi fis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku

1.  Il-BMS kondiviż għandu jaħżen il-mudelli bijometriċi, li għandu jikseb mid-data bijometrika li ġejja:

(a)  id-data msemmija fl-Artikolu 16(1)(d), fl-Artikolu 17(1)(b) u (c) u fl-Artikolu 18(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/2226;

(b)  id-data msemmija fil-punt (6) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(c)  [id-data msemmija fl-Artikolu 20(2)(w) u (x), li teskludi d-data dwar il-marki tal-pala tal-id, tar-Regolament (UE) 2018/1861;

▌(d) id-data msemmija fl-Artikolu 4(1)(u) u (v), eskluża d-data dwar il-marki tal-pala tal-id, tar-Regolament (UE) 2018/1860.

Il-mudelli bijometriċi għandhom jinħażnu fil-BMS komuni f'forma separata loġikament skont is-sistema ta’ informazzjoni tal-UE li minnha toriġina d-data.

2.  Għal kull sett ta' data msemmi fil-paragrafu 1, il-BMS kondiviż għandu jinkludi f'kull mudell bijometriku referenza għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li fihom tkun maħżuna d-data bijometrika korrispondenti u referenza għar-rekord attwali f’dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE.

3.  Il-mudelli bijometriċi għandhom jiddaħħlu fil-BMS kondiviż biss wara verifika awtomatizzata tal-kwalità tad-data bijometrika miżjuda f'waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE mwettqa mill-BMS kondiviż biex jiġi żgurat l-issodisfar ta' standard minimu tal-kwalità tad-data.

4.  Il-ħżin tad-data msemmi fil-paragrafu 1 għandu jissodisfa l-istandards tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 37(2).

5.  Il-Kummissjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi rekwiżiti ta' prestazzjoni u arranġamenti prattiċi għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-BMS kondiviż sabiex tiżgura li l-effikaċja tat-tfittxijiet bijometriċi, tirrispetta proċeduri ta' żmien kruċjali bħal verifiki fil-fruntieri u identifikazzjonijiet. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

Artikolu 14

It-tfittix tad-data bijometrika bis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku

Biex titfittex id-data bijometrika maħżuna fi ħdan is-CIR u s-SIS, is-CIR u s-SIS għandhom jużaw il-mudelli bijometriċi maħżuna fil-BMS kondiviż. It-tfittxijiet bid-data bijometrika għandhom isiru f'konformità mal-finijiet previsti f'dan ir-Regolament u fir-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/...(41).

Artikolu 15

Żamma ta' data fis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku

id-data msemmija fl-Artikolu 13(1) u (2) għandha tinħażen fil-BMS kondiviż biss sakemm id-data bijometrika tibqa' maħżuna fis-CIR jew fis-SIS. Id-data għandha titħassar mill-BMS kondiviż b'mod awtomatizzat.

Artikolu 16

Żamma tar-reġistrazzjonijiet

1.  Mingħajr ħsara għall- ▌Artikolu 46 tar-Regolament (UE)  2017/2226, għall-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u għall-▌Artikoli 12 u 18 tar-Regolament 2018/1861, l-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fil-BMS kondiviż. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu ▌li ġej:

(a)  l-Istat Membru jew l-aġenzija tal-Unjoni li tkun qed tniedi t-tfittxija;

(b)  l-istorja tal-ħolqien u l-ħżin tal-mudelli bijometriċi;

(c)  is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE mfittxija bil-mudelli bijometriċi maħżuna fil-BMS kondiviż;

(d)  id-data u l-ħin tat-tfittxija;

(e)  it-tip ta' data bijometrika użata għat-tnedija tat-tfittxija;

(f)  ir-riżultati tat-tfittxija u d-data u l-ħin tar-riżultat.

2.  Kull Stat Membru għandu jżomm reġistrazzjonijiet tat-tfittxijiet li jagħmlu l-awtoritajiet tiegħu u l-persunal debitament awtorizzat biex jużaw il-BMS kondiviż. Kull aġenzija tal-Unjoni għandha żżomm reġistri ta’ tiftix li jagħmel il-persunal debitament awtorizzat tagħha.

3.  Ir-reġistrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u għall-iżgurar tas-sigurtà u l-integrità tad-data. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jinħolqu. Jekk, madanakollu,jkunu rikjesti għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew, għandhom jitħassru ladarba l-proċeduri ta' monitoraġġ ma jkunux għadhom jirrikjedu r-reġistrazzjonijiet. ▌

KAPITOLU IV

Repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità

Artikolu 17

Repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità

1.  Hu stabbilit repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR), li joħloq fajl individwali għal kull persuna li tiġi rreġistrata fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac jew -l-ECRIS-TCN li fiha d-data msemmija fl-Artikolu 18, għall-fini ta' ffaċilitar u ta' assistenza għall-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 20, biex jiġi appoġġat il-funzjonament tal-MID f'konformità mal-Artikolu 21 u għall-faċilitazzjoni u l-issimplifikar tal-aċċess mill-awtoritajiet maħtura u mill-Europol għall-EES, il-VIS, l-ETIAS u l-Eurodac ▌, fejn dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, ▌għad-detezzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra skont l-Artikolu 22.

2.  Is-CIR għandu jkun magħmul minn:

(a)  infrastruttura ċentrali li għandha tieħu post is-sistemi ċentrali tal-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN rispettivament biex tinħażen fiha d-data msemmija fl-Artikolu 18;

(b)  kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn is-CIR, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li huma intitolati jużaw is-CIR f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali;

(c)  infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-CIR u l-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN kif ukoll mal-infrastrutturi ċentrali tal-ESP, tal-BMS kondiviż u tal-MID.

3.  L-eu-LISA għandha tiżviluppa s-CIR u tiżgura l-ġestjoni teknika tiegħu.

4.  Fejn ikun teknikament impossibbli minħabba n-nuqqas tas-CIR li jfittex fis-CIR għall-fini ta' identifikazzjoni ta' persuna skont l-Artikolu 20, għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli skont l-Artikolu 21 jew għall-finijiet tal-prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra skont l-Artikolu 22, l-utenti tas-CIR għandhom jiġu notifikati mill-eu-LISA b'mod awtomatizzat.

5.   L-eu-LISA, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha timplimenta dokument ta' kontroll tal-interfaċċa bbażat fuq il-UMF imsemmi fl-Artikolu 38 għas-CIR.

Artikolu 18

Id-data tar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità

1.  Is-CIR għandu jaħżen id-data li ġejja, loġikament separata skont is-sistema ta' informazzjoni li minnha oriġinat id-data:

(a)  id-data msemmija fl-▌Artikolu 16(1)(a) sa (d), l-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) u l-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament (UE); 2017/2226;

(b)  id-data msemmija fil-punti (4)(a) sa (c), (5) u (6) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(c)  ▌id-data msemmija fl-Artikolu 17(2)(a) sa (e) tar- ▌Regolament (UE) 2018/1240.

2.  Għal kull sett ta' data msemmi fil-paragrafu 1, is-CIR għandu jinkludi referenza għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li għalihom tappartjeni d-data.

3.   L-awtoritajiet li jaċċedu għas-CIR għandhom jagħmlu dan f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom taħt l-istrumenti legali li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u taħt id-dritt nazzjonali u f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom skont dan ir-Regolament għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22.

4.  Għal kull sett ta' data msemmi fil-paragrafu 1, is-CIR għandu jinkludi referenza għar-rekords attwali, fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li għalihom tappartjeni d-data.

5.  Il-ħżin tad-data msemmi fil-paragrafu 1 għandu jissodisfa l-istandards tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 19

Iż-żieda, l-emendar u t-tħassir ta' data fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità

1.  Fejn tiżdied, tiġi emendata jew titħassar data fl-EES, il-VIS u l-ETIAS, id-data msemmija fl-Artikolu 18 maħżuna fil-fajl individwali tas-CIR għandha tiġi miżjuda, emendata jew imħassra kif xieraq b'mod awtomatizzat.

2.  Fejn tinħoloq link bajda jew ħamra fl-MID f'konformità mal-Artikolu 32 jew l-Artikolu 33 bejn id-data ta' żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar li jikkostitwixxu s-CIR, minflok ma jinħoloq fajl individwali ġdid, is-CIR għandu jżid id-data l-ġdida mal-fajl individwali tad-data llinkjata.

Artikolu 20

Aċċess għar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità għall-identifikazzjoni

1.  It-tfittxijiet fis-CIR għandhom isiru minn awtorità tal-pulizija f'konformità mal-paragrafi 2 u 5 biss fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)  meta awtorità tal-pulizija ma tkunx tista' tidentifika persuna minħabba n-nuqqas ta' dokument tal-ivvjaġġar jew dokument kredibbli ieħor li juri l-identità ta' dik il-persuna;

(b)  meta jkun hemm dubji dwar id-data tal-identità pprovduta minn persuna;

(c)  meta jkun hemm dubji dwar l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew ta' dokument ieħor kredibbli pprovdut minn persuna;

(d)  meta jkun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur ta' dokument ta’ ivvjaġġar jew dokument ieħor kredibbli; jew

(e)  meta persuna ma tkunx tista' tikkoopera jew tirrifjuta li tikkoopera.

Tali tfittxijiet ma għandhomx ikunu permessi fir-rigward ta' minorenni taħt l-età ta' 12-il sena, sakemm dawn ma jkunux fl-aħjar interess tal-minorenni.

2.  Meta tirriżulta waħda mill-ċirkostanzi elenkati fil-paragrafu 1 u awtorità tal-pulizija ▌tkun ingħatat setgħa għal dan permezz tal-miżuri leġiżlattivi nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 5, din tista', esklużivament għall-fini ta' identifikazzjoni ta' persuna, tfittex fis-CIR bid-data bijometrika ta' dik il-persuna meħuda fil-post matul kontroll tal-identità, dment li dik il-proċedura tkun inbdiet fil-preżenza ta' dik il-persuna.

3.  Meta t-tfittxija tindika li d-data dwar il-persuna tkun maħżuna fis-CIR, l-awtorità tal-pulizija għandu jkollha aċċess biex tikkonsulta d-data msemmija fl-Artikolu 18(1).

Meta d-data bijometrika tal-persuna ma tkunx tista' tintuża jew meta t-tfittxija b'dik id-data ma tirnexxix, it-tfittxija għandha ssir bid-data tal-identità tal-persuna flimkien mad-data tad-dokument tal-ivvjaġġar, jew bid-data tal-identità pprovduta minn dik il-persuna.

4.  Meta awtorità tal-pulizija tkun ingħatat is-setgħa għal dan minn miżuri leġiżlattivi nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 6, din tista', fil-każ ta' diżastru naturali, inċident jew attakk terroristiku u esklużivament għall-fini ta' identifikazzjoni ta' persuni mhux magħrufa li mhumiex kapaċi jidentifikaw lilhom infushom jew ta' fdalijiet ta' persuni mhux identifikati, tagħmel tfittxija fis-CIR bid-data bijometrika ta' dawk il-persuni.

5.  L-Istati Membri li jixtiequ jużaw il-possibbiltà pprovduta fil-paragrafu 2 għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi nazzjonali. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni kontra ċittadini ta' pajjiżi terzi. Tali miżuri leġiżlattivi għandhom jispeċifikaw l-iskopijiet preċiżi tal-identifikazzjoni fi ħdan l-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b) u (c). Dawn għandhom jaħtru l-awtoritajiet tal-pulizija kompetenti u jistabbilixxu l-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji ta' tali verifiki.

6.  L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-possibbiltà prevista fil-paragrafu 4 għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi nazzjonali li jistabbilixxu l-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji.

Arikolu 21

Aċċess għar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli

1.  Meta tfittxija tas-CIR tirriżulta f'link safra f'konformità mal-Artikolu 28(4), l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti f'konformità mal-Artikolu 29 għandu jkollha aċċess, esklużivament għall-fini ta' din il-verifika, għad-data msemmija fl-Artikolu 18(1) u (2) maħżuna fis-CIR konnessi permezz ta’ link safra.

2.  Meta tfittxija tas-CIR tirriżulta f'link ħamra f'konformità mal-Artikolu 32, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 26(2) għandu jkollhom aċċess, esklużivament għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, għad-data msemmija fl-Artikolu 18(1) u (2) maħżuna fis-CIR konnessi permezz ta’ link ħamra.

Artikolu 22

Tfittxija fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità għal finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati ta' terroriżmu jew reati kriminali serji oħrajn

1.  F'każ speċifiku, meta jkun hemm raġunijiet raġonevolment motivati biex wieħed jemmen li l-konsultazzjoni tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, partikolarment meta jkun hemm suspett li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew ta' reati kriminali serji oħra tkun persuna li d-data tagħha tkun maħżuna fl-EES, fil-VIS jew fl-ETIAS, l-awtoritajiet maħtura u l-Europol jistgħu jikkonsultaw is-CIR biex jiksbu informazzjoni dwar jekk id-data dwar persuna speċifika tkunx teżisti fl-EES, il-VIS jew l-ETIAS.

2.  Meta, bħala tweġiba għal tfittxija, is-CIR jindika li hemm data dwar dik il-persuna fl-EES, il-VIS jew l-ETIAS, is-CIR għandu jipprovdi lill-awtoritajiet maħtura ▌u lill-Europol tweġiba fil-forma ta' referenza kif imsemmija fl-Artikolu 18(2) li tindika liema minn dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fiha data li tkun taqbel. Is-CIR għandu jwieġeb b'tali mod li s-sigurtà tad-data ma tiġix kompromessa.

It-tweġiba li tindika li data dwar dik il-persuna tinsab preżenti fi kwalunkwe waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża biss għall-finijiet tat-tressiq ta' talba għal aċċess sħiħ soġġetta għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-istrumenti legali rispettivi li jirregolaw tali aċċess.

Fil-każ ta' konkordanza jew konkordanzi multipli, l-awtorità maħtura jew il-Europol għandhom jagħmlu talba għal aċċess sħiħ għal mill-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni li għalihom ġiet iġġenerata konkordanza.

Meta, eċċezzjonalment, tali aċċess sħiħ ma jkunx mitlub, l-awtoritajiet maħtura għandhom jirreġistraw il-ġustifikazzjoni għaliex it-talba ma saritx, li għandha tkun rintraċċabbli għall-fajl nazzjonali, u l-Europol għandha tirreġistra l-ġustifikazzjoni fil-fajl rilevanti.

3.  L-aċċess sħiħ għad-data li tinsab fis-sistemi EES, VIS jew ETIAS għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra jibqa' soġġett għall-kundizzjonijiet u għall-proċeduri stabbiliti fl-istrumenti legali rispettivi li jirregolaw tali aċċess.

Artikolu 23

Żamma ta' data fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità

1.  Id-data msemmija fl-Artikolu 18(1), (2) u (4) għandha titħassar mis-CIR b'mod awtomatizzat f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma ta' data tar-▌Regolamenti (UE) 2017/2226, (KE) Nru 767/2008 u (UE) 2018/1240 rispettivament.

2.  Il-fajl individwali għandu jkun maħżun fis-CIR biss sakemm id-data korrispondenti tkun maħżuna f'tal-anqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li d-data tagħha tkun tinsab fis-CIR. Il-ħolqien ta' link m'għandux jaffettwa l-perjodu ta' żamma ta' kull attribut tad-data llinkjata.

Artikolu 24

Iż-żamma ta' reġistrazzjonijiet

1.  Mingħajr preġudizzju għall-▌Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2017/2226, għall-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u għall-▌Artikolu 69 tar-Regolament 2018/1240, l-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fis-CIR f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

2.  L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan is-CIR skont l-Artikolu 20. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu ▌li ġej:

(a)  l-aġenzija tal-Istat Membru jew tal-Unjoni li tniedi t-tfittxija;

(b)  l-iskop tal-aċċess tal-utent li jagħmel tfittxija permezz tas-CIR;

(c)  id-data u l-ħin tat-tfittxija;

(d)  it-tip ta' data użata għat-tnedija tat-tfittxija;

(e)  ir-riżultati tat-tfittxija.

3.  L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan is-CIR skont l-Artikolu 21. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu ▌li ġej:

(a)  l-aġenzija tal-Istat Membru jew tal-Unjoni li tniedi t-tfittxija;

(b)  l-iskop tal-aċċess tal-utent li jagħmel tfittxija permezz tas-CIR;

(c)  id-data u l-ħin tat-tfittxija;

(d)  fejn tinħoloq link, id-data użata għat-tnedija tat-tfittxija u ir-riżultati tat-tfittxija li jindikaw is-sistema ta' informazzjoni tal-UE li mingħandha tkun waslet id-data.

4.  L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan is-CIR skont l-Artikolu 22. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu ▌li ġej:

(a)  id-data u l-ħin tat-tfittxija;

(b)  id-data użata għat-tnedija tat-tfittxija;

(c)  ir-riżultati tat-tfittxija;

(d)  l-aġenzija tal-Istat Membru jew tal-Unjoni li tagħmel tfittxija fis-CIR.

Ir-reġistrazzjonijiet tat-tali aċċess għandhom jiġu vverifikati b'mod regolari mill-awtorità superviżorja kompetenti ▌f'konformità ▌mal-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/794, f'intervalli li ma jaqbżux is-sitt xhur, biex jiġi vverifikat jekk il-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament ġewx issodisfati.

5.  Kull aġenzija ta' Stat Membru għandha żżomm reġistrazzjonijiet tat-tfittxijiet li l-awtoritajiet tagħha u l-persunal ta’ dawk l-awtoritajiet debitament awtorizzati biex jużaw is-CIR jagħmlu skont l-Artikoli 20, 21 u 22. Kull aġenzija tal-Unjoni għandha żżomm reġistrazzjonijiet ta’ tfittxijiet li jagħmel il-persunal debitament awtorizzat tagħha skont l-Artikoli 21 u 22.

Barra minn hekk, għal kwalunkwe aċċess għas-CIR skont l-Artikolu 22, kull Stat Membru għandu jżomm ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin:

(a)  ir-referenza tal-fajl nazzjonali;

(b)  l-iskop tal-aċċess;

(c)  f'konformità mar-regoli nazzjonali, l-identità unika tal-utent tal-uffiċjal li għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li ordna t-tfittxija.

6.  F'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794, għal kwalunkwe aċċess għas-CIR skont l-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament, il-Europol għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-identità unika tal-utent tal-uffiċjal li għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li ordna t-tfittxija.

7.  Ir-reġistrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 6 jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u biex jiġu żgurati s-sigurtà tad-data u l-integrità. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jinħolqu. Jekk madanakollu, jkunu rikjesti għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew, għandhom jitħassru ladarba l-proċeduri ta' monitoraġġ ma jkunux għadhom jirrikjedu r-reġistrazzjonijiet.

8.  L-eu-LISA għandha taħżen ir-reġistrazzjonijiet relatati mar-rekords tad-data, fil-fajls individwali. L-eu-LISA għandha tħassar tali reġistrazzjonijiet, b'mod awtomatizzat, ladarba titħassar id-data.

KAPITOLU V

Detettur ta' identitajiet multipli

Artikolu 25

Id-detettur ta' identitajiet multipli

1.  Detettur ta' identitajiet multipli (MID) li joħloq u jaħżen fajls ta' konferma tal-identità kif imsemmi fl-Artikolu 34, li fihom links bejn id-data fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE inklużi fis-CIR u s-SIS u li jippermettu l-iskoperta ta’ identitajiet multipli, bl-iskop doppju li jiffaċilita l-verifika tal-identità u jiġġieled il-frodi tal-identità, huwa stabbilit biex jappoġġa l-funzjoni tas-CIR u l-objettivi tal-EES, il-VIS, l-ETIAS ▌, il-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN ▌.

2.  L-MID għandu jkun magħmul minn:

(a)  infrastruttura ċentrali, li taħżen links u referenzi għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE;

(b)  infrastruttura tal-komunikazzjoni sikura li tqabbad l-MID mas-SIS u mal-infrastrutturi ċentrali tal-ESP u tas-CIR.

3.  L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-MID u tiżgura l-ġestjoni teknika ta' dan.

Artikolu 26

Aċċess għad-detettur ta' identitajiet multipli

1.  Għall-finijiet tal-verifika manwali tal-identitajiet differenti msemmija fl-Artikolu 29, l-aċċess għad-data msemmija fl-Artikolu 34 maħżuna fl-MID għandu jingħata lil:

(a)  l-awtoritajiet kompetenti maħtura f'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/2226 meta joħolqu jew jaġġornaw fajl individwali fl-EES f'konformità mal-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament;

(b)  l-awtoritajiet tal-viża msemmija fl-Artikolu 6(1) ▌tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 meta joħolqu jew jaġġornaw fajl ta' applikazzjoni fil-VIS f'konformità ma' dak ir-Regolament;

(c)  ▌l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS meta jwettqu l-ipproċessar imsemmi fl-Artikoli ▌22 u 26 tar-Regolament (UE) 2018/1240; ▌

(d)  l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li joħloq jew jaġġorna allert tas-SIS f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1860 u (UE) 2018/1861.

2.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li jkollhom aċċess għal tal-anqas sistema ta' informazzjoni waħda tal-UE inkluża fis-CIR jew is-SIS għandu jkollhom aċċess għad-data msemmija fl-Artikolu 34(a) u (b) rigward kull link ħamra msemmi fl-Artikolu 32.

3.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom aċċess għal-links bojod imsemmija fl-Artikolu 33 fejn ikollhom aċċess għaż-żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE li fihom data li bejniethom tkun inħolqot il-link il-bajda.

4.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom aċċess għal-links il-ħodor imsemmija fl-Artikolu 31 fejn ikollhom aċċess għaż-żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE li fihom data li bejniethom tkun inħolqot il-link il-ħadra u tfittxija ta’ dawk is-sistemi ta' informazzjoni tkun żvelat konkordanza maż-żewġ settijiet ta' data llinkjata.

Artikolu 27

Detezzjoni ta' identitajiet multipli

1.  Id-detezzjoni ta' identitajiet multipli fis-CIR u s-SIS għandha titnieda meta:

(a)  jinħoloq jew jiġi aġġornat fajl individwali fl-▌EES f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (EU) Nru 2017/2226;

(b)  jinħoloq jew jiġi aġġornat fajl ta' applikazzjoni fil-VIS f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(c)  ▌jinħoloq jew jiġi aġġornat fajl ta' applikazzjoni fl-ETIAS f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240; ▌

(d)  ▌ jinħoloq jew jiġi aġġornat allert dwar persuna fis-SIS f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1860 u l-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/1861.

2.  Meta d-data li tinsab fi ħdan sistema ta' informazzjoni tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 ikun fiha data bijometrika, is-CIR u s-SIS Ċentrali għandhom jużaw il-BMS kondiviż ▌ biex iwettqu d-detezzjoni ta' identitajiet multipli. Il-BMS kondiviż għandu jqabbel il-mudelli bijometriċi miksuba minn kwalunkwe data bijometrika ġdida mal-mudelli bijometriċi li diġà jinsabu fil-BMS kondiviż biex jivverifika jekk hemmx data li tappartjeni għall-istess persuna diġà maħżuna fis-CIR jew fis-SIS Ċentrali.

3.  Minbarra l-proċess imsemmi fil-paragrafu 2, is-CIR u s-SIS Ċentrali għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu d-data maħżuna ▌fis-SIS Ċentrali u fis-CIR rispettivament billi jużaw id-data li ġejja:

(a)  il-kunjom (isem tal-familja); l-isem jew ismijiet (ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; u s-sess; kif imsemmija fl-Artikoli 16(1)(a), 17(1) u 18(1) tar-▌Regolament (UE) Nru 2017/2226;

(b)  il-kunjom (isem tal-familja); l-isem jew ismijiet (ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; is-sess; il-post u l-pajjiż tat-twelid; u n-nazzjonalitajiet kif imsemmija fil-punt (4)(a) u (aa) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(c)  ▌il-kunjom (isem tal-familja), l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja)), il-kunjom tat-twelid; il-psewdonimu/psewdonimi; id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, is-sess u n-nazzjonalità kurrenti; kif imsemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240;▌ ▌

(d)  ▌il-kunjomijiet, ismijiet tat-twelid, l-ismijiet użati preċedentement u l-psewdonimi, il-post tat-twelid, is-sess u kwalunkwe nazzjonalità miżmuma, kif imsemmija fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1861; ▌

(e)  il-kunjomijiet, l-ismijiet tat-twelid, l-ismijiet użati preċedentement u l-psewdonimi, il-post tat-twelid, is-sess u kwalunkwe nazzjonalità miżmuma, kif imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1860.

4.  Minbarra l-proċess imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, is-CIR u s-SIS Ċentrali għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu d-data maħżuna fis-SIS Ċentrali u fis-CIR rispettivament billi jużaw id-data tad-dokument tal-ivvjaġġar.

5.  Id-detezzjoni ta' identitajiet multipli għandha titnieda biss biex titqabbel id-data disponibbli f'sistema ta' informazzjoni tal-UE waħda ma' data disponibbli f'sistemi ta' informazzjoni oħra tal-UE.

Artikolu 28

Riżultati tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli

1.  Meta t-tfittxijiet imsemmija fl-Artikolu 27(2), (3) u (4) ma jirrapportaw ebda konkordanza, il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(1) għandha tkompli f'konformità mal-istrumenti legali li jirregolawhom.

2.  Meta t-tfittxija stabbilita fl-Artikolu 27(2), (3) u (4) tirrapporta konkordanza waħda jew aktar, is-CIR u, fejn rilevanti, is-SIS għandhom joħolqu link bejn id-data użata għat-tnedija tat-tfittxija u d-data li twassal għall-konkordanza.

Meta jiġu rrapportati diversi konkordanzi, għandha tinħoloq link bejn id-data kollha li twassal għall-konkordanza. Meta d-data diġà tkun illinkjata, il-link eżistenti għandha tiġi estiża għad-data użata għat-tnedija tat-tfittxija.

3.  Meta t-tfittxija msemmija fl-Artikolu 27(2), (3) u (4) tirrapporta konkordanza waħda jew aktar u d-data tal-identità tal-fajls illinkjati tkun l-istess jew simili, għandha tinħoloq link bajda f'konformità mal-Artikolu 33.

4.  Meta t-tfittxija msemmija fl-Artikolu 27(2), (3) u (4) tirrapporta konkordanza waħda jew aktar u d-data tal-identità tal-fajls illinkjati ma tkunx tista' titqies bħala simili, għandha tinħoloq link safra f'konformità mal-Artikolu 30 u għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 29.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-▌Artikolu 73 li jistabbilixxu l-proċeduri biex jiġu determinati l-każijiet li fihom id-data tal-identità tkun tista' titqies bħala l-istess jew simili.

6.  Il-links għandhom jinħażnu fil-fajl ta' konferma tal-identità msemmi fl-Artikolu 34.

7.  Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-eu-LISA, tistabbilixxi r-regoli tekniċi għall-ħolqien ta' links bejn id-data minn sistemi ta' informazzjoni differenti tal-UE, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

Artikolu 29

Verifika manwali ta' identitajiet differenti u l-awtoritajiet responsabbli

1.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha tkun:

(a)  l-awtorità kompetenti maħtura taħt l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 2017/2226 għal konkordanzi li seħħew meta jinħoloq jew jiġi aġġornat fajl individwali fl-▌EES f'konformità ma' dak ir-Regolament;

(b)  l-awtoritajiet tal-viża msemmija fl-Artikolu 6(1) ▌ tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 għal konkordanzi li seħħew matul il-ħolqien jew l-aġġornament ta' fajl ta' applikazzjoni fil-VIS f'konformità ma' dak ir-Regolament;

(c)  ▌l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għal konkordanzi li seħħew matul il-ħolqien jew l-aġġornament ta' fajl ta' applikazzjoni f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1240; ▌

(d)  l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru għal konkordanzi li seħħew matul il-ħolqien jew l-aġġornament ta' allert tas-SIS f'konformità mar-▌Regolamenti (UE) 2018/1860 u (UE) 2018/1861.

L-MID għandu jindika l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti fil-fajl ta' konferma tal-identità.

2.  L-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti fil-fajl ta' konferma tal-identità għandha tkun l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li ħoloq l-allert fejn tinħoloq link għad-data inkluża f'allert:

(a)  fir-rigward ta' persuni mfittxija għal arrest għall-finijiet ta' konsenja jew estradizzjoni msemmi fl-Artikolu 26 tar-▌Regolament (UE) 2018/1862;

(b)  dwar persuni neqsin jew vulnerabbli msemmi fl-Artikolu 32 tar-▌Regolament (UE) 2018/1862;

(c)  dwar persuni mfittxija biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja msemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1862;

(d)  dwar persuni għal verifiki diskreti, għal verifiki ta' inkjesta jew għal verifiki speċifiċi msemmi fl-Artikolu 36 tar-▌Regolament (UE) 2018/1862.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandu jkollha aċċess għad-data llinkjata li tinsab fil-fajl rilevanti ta' konferma tal-identità u għad-data tal-identità llinkjata fis-CIR u, fejn rilevanti, fis-SIS. Hija għandha tivvaluta l-identitajiet differenti mingħajr dewmien. Ladarba titlesta din il-valutazzjoni, hija għandha taġġorna l-link f'konformità mal-Artikoli 31, 32 u 33 u żżidha fil-fajl ta' konferma tal-identità, mingħajr dewmien.

4.  Meta l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti fil-fajl ta' konferma tal-identità tkun l-awtorità kompetenti maħtura taħt l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 li toħloq jew taġġorna fajl individwali fl-EES f'konformità mal-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament, u fejn tinħoloq link safra, dik l-awtorità ▌ għandha tagħmel verifiki addizzjonali ▌. Dik l-awtorità, għal dak l-iskop biss, għandu jkollha aċċess għad-data relatata li tinsab fil-fajl rilevanti ta' konferma tal-identità u għandha tivvaluta l-identitajiet differenti, taġġorna l-link f'konformità mal-Artikoli minn 31, 32 u 33 ta’ dan ir-Regolament u żżidha mal-fajl ta' konferma tal-identità mingħajr dewmien.

Tali verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha tinbeda fil-preżenza tal-persuna kkonċernata li għandha tiġi offruta l-possibbiltà li tispjega ċ-ċirkostanzi lill-awtorità responsabbli, li għandha tqis dawk l-ispjegazzjonijiet.

F'każijiet fejn il-verifika manwali ta' identitajiet differenti ssir fil-fruntiera, għandha ssir fi żmien 12-il siegħa mill-ħolqien ta' link safra taħt l-Artikolu 28(4), fejn ikun possibbli.

5.  Meta tinħoloq aktar minn link waħda, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha tivvaluta kull link b'mod separat.

6.  Meta d-data li tirrapporta konkordanza diġà tkun ġiet illinkjata, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha tqis il-links eżistenti meta tivvaluta l-ħolqien ta' links ġodda.

Artikolu 30

Link safra

1.  Fejn il-verifika manwali ta’ identitajiet differenti għadha ma seħħitx, il-link bejn id-data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar għandha tiġi kklassifikata bħala safra f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)  id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda d-data tal-identità tkun simili jew differenti;

(b)  id-data llinkjata jkollha data tal-identità differenti iżda taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, u tal-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ma jkollhiex data bijometrika dwar il-persuna kkonċernata;

(c)  id-data llinkjata taqsam l-istess data tal-identità iżda jkollha data bijometrika differenti;

(d)  id-data llinkjata jkollha data tal-identità simili jew differenti, u taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, iżda jkollha data bijometrika differenti.

2.  Meta link tiġi kklassifikata bħala safra f'konformità mal-paragrafu 1, tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29.

Artikolu 31

Link ħadra

1.  Link bejn data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar għandha tiġi kklassifikata bħala ħadra meta:

(a)   id-data llinkjata jkollha data bijometrika differenti iżda taqsam l-istess data tal-identità u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti;

(b)  id-data llinkjata jkollha data bijometrika differenti, ikollha data tal-identità simili jew differenti, taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti;

(c)  id-data llinkjata jkollha data tal-identità differenti iżda taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar,mill-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ma jkollhiex data bijometrika dwar il-persuna kkonċernata u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti.

2.  Meta ssir tfittxija fis-CIR jew is-SIS u meta tkun teżisti link ħadra bejn data f’żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar, l-MID għandu jindika li d-data tal-identità tad-data llinkjata ma tikkorrispondix għall-istess persuna. ▌

3.  Jekk awtorità ta' Stat Membru jkollha evidenza li tindika li link ħadra ġiet irreġistrata ħażin fl-MID, li l-link il-ħadra mhijiex aġġornata jew li dik id-data ġiet ipproċessata fl-MID jew is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE bi ksur ta' dan ir-Regolament, hija għandha tivverifika d-data rilevanti maħżuna fis-CIR u s-SIS u għandha, jekk ikun meħtieġ, tirrettifika jew tħassar il-link mill-MID mingħajr dewmien. Dik l-awtorità tal-Istat Membru għandha tinforma lill-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta’ identitajiet diferenti mingħajr dewmien.

Artikolu 32

Link ħamra

1.  Link bejn id-data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar għadha tiġi kklassifikata bħala ħamra fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)  id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda għandha data tal-identità simili jew differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din id-data llinkjata tirreferi ▌għall-istess persuna b'mod mhux iġġustifikat;

(b)  id-data llinkjata jkollha data tal-identità li tkun l-istess, simili jew differenti u l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, iżda data bijometrika differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti, li mill-inqas waħda minnhom tagħmel użu mill-istess dokument tal-ivvjaġġar b'mod mhux iġġustifikat;

(c)  id-data llinkjata taqsam l-istess data tal-identità, iżda jkollha data bijometrika differenti u data tad-dokument tal-ivvjaġġar differenti jew ebda tali data ma tkun teżisti, u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti b'mod mhux iġġustifikat;

(d)  id-data llinkjata jkollha data tal-identità differenti, iżda taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, mill-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ma jkollhiex data bijometrika dwar il-persuna kkonċernata u l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għall-istess persuna b'mod mhux iġġustifikat.

2.  Meta ssir tfittxija fis-CIR jew is-SIS u meta tkun teżisti link ħamra bejn id-data f’żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar, l-MID għandu jindika d-data msemmija fl-Artikolu 34. Is-segwitu għal link ħamra għandu jsir f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali, bi kwalunkwe konsegwenza ġuridika għal dik il-persuna kkonċernata bbażata fuq id-data rilevanti dwar dik il-persuna biss. Ma għandu jkun hemm ebda konsegwenza ġuridika għall-persuna kkonċernata mill-eżistenza ta' link ħamra biss.

3.  Meta tinħoloq link ħamra bejn id-data fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac jew ml-ECRIS-TCN, il-fajl individwali maħżun fis-CIR għandu jiġi aġġornat f'konformità mal-Artikolu 19(2).

4.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati mal-immaniġġjar tal-allerti fis-SIS li jinsabu fir-▌Regolamenti (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2018/1862, u mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku, għall-prevenzjoni tal-kriminalità u għall-garanzija li ebda investigazzjoni nazzjonali ma tiġi imxekkla, fejn tinħoloq link ħamra, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha tinforma lill-persuna konċernata dwar il-preżenza ta' data illegali multipli ta' identitajiet multipli u għandha tagħti lill-persuna numru uniku ta' identifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 34(c) ta’ dan ir-Regolament, referenza għall-awtorità responsabbli għall-verifika ta' identitajiet differenti kif imsemmi fl-Artikolu 34(d) ta’ dan ir-Regolament u l-indirizz tas-sit web tal-portal web stabbilit skont l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tingħata bil-miktub permezz ta' formola standard mill-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kontenut u preżentazzjoni ta' dik il-formola permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

6.  Meta tinħoloq link ħamra, il-MID għandu jinnotifika lill-awtoritajiet responsabbli għad-data llinkjata b'mod awtomatizzat.

7.  Jekk awtorità ta' Stat Membru jew aġenzija tal-Unjoni li jkollha aċċess għas-CIR jew għas-SIS ikollha evidenza li tissuġġerixxi li link ħamra ġiet irreġistrata ħażin fl-MID jew li ġiet ipproċessata data fl-MID, is-CIR jew is-SIS bi ksur ta' dan ir-Regolament, dik l-awtorità jew aġenzija għandha tivverifika d-data relevanti maħżuna fis-CIR u s-SIS u għandha:

(a)  meta l-link tirrelata ma' wieħed mill-allerti tas-SIS imsemmi fl-Artikolu 29(2), tinforma immedjatament lill-Uffiċċju SIRENE rilevanti tal-Istat Membru li jkun ħoloq l-allert tas-SIS;

(b)  fil-każijiet l-oħra kollha, tikkoreġi jew tħassar il-link mill-MID immedjatament.

Jekk Uffiċċju SIRENE jiġi kkuntattjat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, huwa għandu jivverifika l-evidenza pprovduta mill-awtorità tal-Istat Membru jew l-aġenzija tal-Unjoni u, fejn rilevanti, jirrettifika jew iħassar il-link mill-MID immedjatament.

L-awtorità tal-Istat Membru li tikseb l-evidenza għandha tinforma lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta’ identitajiet differenti mingħajr dewmien ta’ kwalunkwe rettifika jew tħassir ta' link ħamra rilevanti.

Artikolu 33

Link bajda

1.  Link bejn id-data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar għandha tiġi kklassifikata bħala bajda fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)  id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika jew l-istess data tal-identità jew data tal-identità simili;

(b)  id-data llinkjata jkollha l-istess data tal-identità jew data tal-identità simili, l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, u tal-anqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ma jkollhiex data bijometrika dwar il-persuna kkonċernata;

(ba)  id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika, l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar u data tal-identità simili;

(c)  id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda jkollha data tal-identità simili jew differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din tirreferi għall-istess persuna b'mod ġustifikat.

2.  Meta ssir tfittxija fis-CIR jew is-SIS u meta tkun teżisti link bajda bejn id-data f’żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar, l-MID għandu jindika li d-data tal-identità tad-data llinkjata tikkorrispondi għall-istess persuna. Is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li fihom issir it-tfittxija għandhom iwieġbu billi jindikaw, fejn rilevanti, id-data llinkjata kollha dwar il-persuna, u b'hekk itellgħu konkordanza mad-data li tkun llinkjata mal-link bajda, jekk l-awtorità li tniedi t-tfittxija jkollha aċċess għad-data llinkjata skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.

3.  Meta tinħoloq link bajda bejn id-data fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac jew l-ECRIS-TCN, il-fajl individwali maħżun fis-CIR għandu jiġi aġġornat f'konformità mal-Artikolu 19(2).

4.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati mal-immaniġġjar tal-allerti fis-SIS li jinsabu fir-▌Regolamenti (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2018/1862, u mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku, għall-prevenzjoni tal-kriminalità u għall-garanzija li ebda investigazzjoni nazzjonali ma tkun fir-riskju, meta tinħoloq link bajda wara verifika manwali ta' identitajiet differenti, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha tinforma lill-persuna kkonċernata bil-preżenza ta' data simili jew differenti tal-identità u għandha tagħti lill-persuna numru uniku ta' identifikazzjoni imsemmi fl-Artikolu 34(c) ta’ dan ir-Regolament, referenza għall-awtorità responsabbli għall-verifika ta' identitajiet differenti kif imsemmi fl-Artikolu 34(d) ta’ dan ir-Regolament u l-indirizz tas-sit web tal-portal web stabbilit skont l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.

5.  Jekk awtorità ta' Stat Membru jkollha evidenza li tindika li link bajda ġiet irreġistrata ħażin fl-MID li dik il-link bajda mhijiex aġġornata jew li dik id-data ġiet ipproċessata fl-MID jew fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE bi ksur ta' dan ir-Regolament, hija għandha tivverifika d-data rilevanti maħżuna fis-CIR u s-SIS u għandha, jekk ikun meħtieġ, tirrettifika jew tħassar il-link mill-MID mingħajr dewmien. Dik l-awtorità tal-Istat Membru għandha tinforma lill-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti mingħajr dewmien.

6.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun bil-miktub permezz ta' formola standard mill-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kontenut u l-preżentazzjoni ta' dik il-formola permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

Artikolu 34

Fajl ta' konferma tal-identità

Il-fajl ta' konferma tal-identità għandu jkun fih id-data li ġejja:

(a)  il-links ▌ imsemmija fl-Artikoli 30 sa 33;

(b)  referenza għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fejn id-data llinkjata hija maħżuna;

(c)  numru uniku ta' identifikazzjoni li jippermetti li tinstab id-data llinkjata mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE korrispondenti;

(d)  ▌l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti;

(e)  id-data meta nħolqot il-link jew meta din sarilha kwalunkwe aġġornament.

Artikolu 35

Żamma ta' data fid-detettur ta' identitajiet multipli

Il-fajls ta' konferma tal-identità u d-data li fihom, inklużi l-links, għandhom jinħażnu fl-MID biss sakemm id-data llinkjata tkun maħżuna f'żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar. Huma għandhom jitħassru mill-MID b'mod awtomatizzat.

Artikolu 36

Żamma ta' reġistrazzjonijiet

1.  L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fl-MID. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu ▌li ġej:

(a)  l-Istat Membru li jkun qed iniedi t-tfittxija;

(b)  l-iskop tal-aċċess tal-utent ▌;

(c)  id-data u l-ħin tat-tfittxija;

(d)  it-tip ta' data użata għat-tnedija tat-tfittxija;

(e)  ir-referenza għad-data llinkjata;

(f)  l-istorja tal-fajl ta' konferma tal-identità.

2.  Kull Stat Membru għandu jżomm reġistrazzjonijiet tat-tfittxijiet li jagħmlu l-awtoritajiet tiegħu u l-persunal ta’ dawk l-awtoritajiet debitament awtorizzati li jużaw l-MID. Kull aġenzija tal-Unjoni għandha żżomm reġistri ta’ tfittxijiet li jagħmel il-persunal debitament awtorizzat tagħha.

3.  Ir-reġistrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u għall-iżgurar tas-sigurtà tad-data u l-integrità. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jinħolqu, Jekk madankollu, jkunu rikjesti għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew, għandhom jitħassru ladarba l-proċeduri ta' monitoraġġ ma jkunux għadhom jirrikjedu r-reġistrazzjonijiet. ▌

KAPITOLU VI

Miżuri li jappoġġaw l-interoperabbiltà

Artikolu 37

Kwalità tad-data

1.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-kwalità tad-data mdaħħla fis-sistemi, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi mekkaniżmi u proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data fuq id-data maħżuna fl-EES, ▌il-VIS, l-ETIAS, is-SIS, il-BMS kondiviż u s-CIR.

2.  L-eu-LISA għandha timplimenta mekkaniżmi għall-evalwazzjoni tal-preċiżjoni tal-BMS kondiviż, indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità għal ħżin tad-data fl-EES, ▌ il-VIS, l-ETIAS, is-SIS, il-BMS kondiviż u s-CIR ▌.

Unikament id-data li tissodisfa l-istandards minimi ta' kwalità tista' tiddaħħal fl-EES, fil-VIS, fl-ETIAS, fis-SIS, fil-BMS kondiviż, fis-CIR u fl-MID.

3.  L-eu-LISA għandha tipprovdi rapporti regolari dwar il-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data lill-Istati Membri. L-eu-LISA għandha tipprovdi wkoll rapport regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-kwistjonijiet iffaċċjati u l-Istati Membri kkonċernati. L-eu-Lisa għandha wkoll tgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq talba. L-ebda rapport ipprovdut skont dan il-paragrafu ma għandu jkun fih data personali.

4.  Id-dettalji dwar il-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data, l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità għall-ħżin tad-data fl-EES, ▌ il-VIS, l-ETIAS, is-SIS, il-BMS kondiviż u s-CIR ▌, b'mod partikolari rigward id-data bijometrika, għandhom jiġu stabbiliti f'atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

5.  Sena wara li jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità tad-data u kull sena wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-kwalità tad-data u tagħmel kull rakkomandazzjoni neċessarja. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi pjan ta' azzjoni biex tirrimedja għal kull nuqqas identifikat fir-rapport ta' evalwazzjoni u, b'mod partikolari, kwistjonijiet ta' kwalità tad-data li jirriżultaw minn data żbaljata fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar kull progress fl-isfond ta' dan il-pjan ta' azzjoni sakemm jiġi implimentat bis-sħiħ.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007(42).

Artikolu 38

Format universali ta' messaġġ

1.  B'dan hu stabbilit l-istandard tal-format universali ta' messaġġ (UMF). L-UMF jiddefinixxi standards għal ċerti elementi tal-kontenut tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni bejn is-sistemi ta' informazzjoni, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet fil-qasam tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet interni

2.  L-istandard tal-UMF għandu jintuża fl-iżvilupp tal-EES, tal-▌ETIAS, tal-ESP, tas-CIR, tal-MID u, jekk xieraq, fl-iżvilupp mill-eu-LISA jew minn kwalunkwe aġenzija oħra tal-Unjoni ta' mudelli ġodda ta' skambju ta' informazzjoni u ta' sistemi ta' informazzjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa l-istandard tal-UMF imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

Artikolu 39

Repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika

1.  Repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) hu stabbilit għall-finijiet ta' għoti ta' appoġġ għall-objettivi tal-EES, il-VIS, l-▌ETIAS ▌ u s-SIS, f'konformità mal-istrumenti legali rispettivi li jirregolaw dawk is-sistemi, u biex tiġi pprovduta data statistika bejn is-sistemi u rapportar analitiku għall-finijiet ta' politika, operazzjonali u ta' kwalità tad-data.

2.  L-eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita fis-siti tekniċi tagħha lis-CRRS li fihom id-data u l-istatistika msemmija fl-▌Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2017/2226, fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, fl-▌Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2018/1240,l-▌Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2018/1861 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1860, isseparati loġikament mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE. L-aċċess għas-CRRS għandu jingħata permezz ta' aċċess sikur ▌b'kontroll u profili ta' utenti speċifiċi, unikament għall-fini ta' rapportar u statistika, lill-awtoritajiet imsemmija fl-▌Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2017/2226, fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, fl-▌Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2018/1240 u fl-▌Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2018/1861.

3.  L-eu-LISA għandha trendi d-data anonima u għandha tirreġistra t-tali data anonimizzata fis-CRRS. Il-proċess biex trendi d-data anonima għandu jiġi awtomatizzat.

Id-data li tinsab fis-CRRS ma għandhiex tippermetti l-identifikazzjoni ta' individwi.

4.  Is-CRRS għandu jkun magħmul minn:

(a)  l-għodod neċessarji għall-anonimizzazzjoni tad-data;

(b)  infrastruttura ċentrali, li tikkonsisti f'repożitorju tad-data ▌ta' data anonima;

(c)  infrastruttura ta' komunikazzjoni sikura biex is-CRRS jiġi kkollegat mal-EES, il-VIS, l-▌ETIAS ▌ u s-SIS, kif ukoll l-infrastrutturi ċentrali tal-BMS kondiviż, is-CIR u l-MID.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 73 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-operat tas-CRRS, inklużi salvagwardji speċifiċi għall-ipproċessar ta' data personali taħt il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u r-regoli dwar is-sigurtà applikabbli għar-repożitorju.

KAPITOLU VII

Protezzjoni tad-data

Artikolu 40

Il-kontrollur tad-data

1.  B'rabta mal-ipproċessar ta' data fil-BMS kondiviż▌, l-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma kontrolluri għall-EES, il-VIS ▌u s-SIS rispettivament, għandhom ikunu kontrolluri ▌f'konformità mal-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-punt (8) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/680 b'rabta mal-mudelli bijometriċi miksuba mid-data msemmija fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament li huma jdaħħlu fis-sistemi sottostanti u għandu jkollhom ir-responsabbiltà għall-ipproċessar tal-mudelli bijometriċi fil-BMS kondiviż.

2.  B'rabta mal-ipproċessar ta' data fis-CIR, l-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma kontrolluri għall-EES, il-VIS u l-ETIAS, rispettivament, għandhom ikunu kontrolluri ▌ f'konformità mal-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 b'rabta mad-data msemmija fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament li huma jdaħħlu fis-sistemi sottostanti u għandu jkollhom ir-responsabbiltà għall-ipproċessar ta' dik id-data personali fis-CIR.

3.  B'rabta mal-ipproċessar ta' data fl-MID:

(a)  l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tkun kontrollur skont it-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725 b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali fl-Unità Ċentrali tal-ETIAS;

(b)  l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jżidu jew jimmodifikaw id-data fil-fajl ta' konferma tal-identità ▌għandhom ikunu kontrolluri f'konformità mal-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-punt (8) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u għandu jkollhom ir-responsabbiltà għall-ipproċessar ta' data personali fl-MID.

4.  Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u l-legalità tal-ipproċessar tad-data, il-kontrolluri tad-data għandu jkollhom aċċess għar-reġistrazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 10, 16, 24 u 36 għall-awtomonitoraġġ kif imsemmi fl-Artikolu 44.

Artikolu 41

Il-proċessur tad-data

B'rabta mal-ipproċessar ta' data personali fil-BMS kondiviż, fis-CIR u fl-MID, l-eu-LISA għandha tkun il-proċessur tad-data skont it-tifsira tal-punt (12)(a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

Artikolu 42

Sigurtà tal-ipproċessar

1.  ▌L-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, il- Europol u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar ta' data personali li sseħħ skont dan ir-Regolament. L-eu-LISA, ▌l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, il-Europol u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw dwar kompiti relatati mas-sigurtà.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura s-sigurtà tal-komponenti tal-interoperabbiltà u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni relatata tagħhom.

3.  B'mod partikolari, l-eu-LISA għandha tadotta l-miżuri neċessarji, inklużi pjan għas-sigurtà, pjan tal-kontinwità tan-negozju u pjan ta' rkupru minn diżastru, biex:

(a)  tipproteġi fiżikament id-data, inkluż billi toħloq pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;

(b)  iċċaħħad lill-persuni mhux awtorizzati mill-aċċess għat-tagħmir u l-installazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data;

(c)  timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija tal-mezzi tad-data minn persuni mhux awtorizzati;

(d)  timpedixxi l-input mhux awtorizzat ta' data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali rreġistrata;

(e)  timpedixxi l-ipproċessar mhux awtorizzat ta' data u kull ikkupjar, modifika jew tħassir mhux awtorizzati ta' data;

(f)  tipprevjeni l-użu ta' sistemi tal-ipproċessar tad-data awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati li jużaw tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;

(g)  tiżgura li persuni awtorizzati biex jaċċedu għall-komponenti tal-interoperabbiltà jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet tal-utenti individwali u permezz ta' modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali biss;

(h)  tiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tintbagħat data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;

(i)  tiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data tkun ġiet ipproċessata fil-komponenti tal-interoperabbiltà, meta, minn min u għal liema skop;

(j)  timpedixxi l-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali matul it-trażmissjoni ta' data personali lejn jew mill-komponenti tal-interoperabbiltà jew matul it-trasport tal-mezzi tad-data, b'mod partikolari permezz ta' tekniki xierqa ta' kriptaġġ;

(k)  tiżgura li, fil-każ ta' interruzzjoni, is-sistemi installati jkunu jistgħu jitreġġgħu lura għall-operat normali;

(l)  tiggarantixxi l-affidabbiltà billi tiżgura li kwalunkwe difett fil-funzjonament tal-komponenti tal-interoperabbiltà jiġi rappurtat kif xieraq;

(m)  timmonitorja l-effikaċja tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u tieħu l-miżuri organizzazzjonali meħtieġa marbuta mal-monitoraġġ intern biex tiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament u biex tivvaluta dawk il-miżuri ta' sigurtà fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda.

4.  L-Istati Membri, il-Europol u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 fir-rigward tas-sigurtà b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet li jkollhom dritt li jaċċedu għal kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-interoperabbiltà.

Artikolu 43

Inċidenti marbuta mas-sigurtà

1.  Kull avveniment li għandu jew li jista' jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-komponenti tal-interoperabbiltà u li jista' jikkawża dannu jew telf ta' data maħżuna fihom għandu jitqies li hu inċident marbut mas-sigurtà, b'mod partikolari meta jista' jkun li kien hemm aċċess mhux awtorizzat għad-data jew meta d-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data ġew kompromessi jew setgħu ġew kompromessi.

2.  L-inċidenti marbuta mas-sigurtà għandhom jiġu mmaniġġati biex jiġi żgurat rispons rapidu, effettiv u xieraq.

3.  Mingħajr preġudizzju għan-notifika u għall-komunikazzjoni ta' ksur tad-data personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2016/680, jew it-tnejn, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA, lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar kwalunkwe inċident marbut mas-sigurtà mingħajr dewmien.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2016/794, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar kwalunkwe inċidenti marbutin mas-sigurtà mingħajr dewmien.

Fil-każ ta' inċident marbut mas-sigurtà fir-rigward tal-infrastruttura ċentrali tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien.

4.  L-informazzjoni dwar inċident marbut mas-sigurtà li jkollu jew jista' jkollu impatt fuq l-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà jew fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data għandha tingħata lill-Istati Membri, lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u lill-Europol mingħajr dewmien u tiġi rrapportata f'konformità mal-pjan ta' ġestjoni tal-inċidenti li għandu jiġi pprovdut mill-eu-LISA.

5.  L-Istati Membri kkonċernati, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, il-Europol u l-eu-LISA għandhom jikkooperaw fil-każ ta' inċident marbut mas-sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni ta' din il-proċedura ta' kooperazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

Artikolu 44

Awtomonitoraġġ

L-Istati Membri u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess tal-komponenti tal-interoperabbiltà tieħu l-miżuri meħtieġa biex timmonitorja l-konformità tagħha ma' dan ir-Regolament u tikkoopera, fejn meħtieġ, mal-awtoritajiet superviżorji.

Il-kontrolluri tad-data msemmija fl-Artikolu 40 għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimmonitorjaw il-konformità tal-ipproċessar tad-data skont dan ir-Regolament, inkluża permezz ta’ verifika frekwenti tar-reġistrazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 10, 16, 24 u 36, u jikkooperaw, fejn meħtieġ, mal-awtoritajiet superviżorji u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Artikolu 45

Penali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin tad-data, ipproċessar ta' data jew skambju ta' data li jmur kontra dan ir-Regolament ikun punibbli f'konformità mad-dritt nazzjonali. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 46

Responsabbiltà

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt għal kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur, u r-responsabbiltà tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2018/1725:

(a)  kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkunu sofrew danni materjali jew mhux materjali bħala riżultat ta' operat ta' pproċessar illegali ta' data personali jew kwalunkwe att ieħor mhux kompatibbli ma' dan ir-Regolament minn Stat Membru għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens minn dak l-Istat Membru;

(b)  kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkunu sofrew danni materjali jew mhux materjali bħala riżultat ta' kwalunkwe att mill-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA li jkun inkompatibbli ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens mill-aġenzija inkwistjoni.

L-Istat Membru kkonċernat, il-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA għandhom jiġu eżentati mir-responsabbiltà tagħhom taħt l-ewwel subparagrafu, bis-sħiħ jew parzjalment, jekk jagħtu prova li ma jkunux responsabbli għall-azzjoni li wasslet għad-dannu.

2.  Jekk xi nuqqas min-naħa ta' Stat Membru milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawża dannu lill-komponenti tal-interoperabbiltà, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għal tali dannu, dejjem jekk u sa fejn l-eu-LISA jew Stat Membru ieħor parteċipanti marbuta b'dan ir-Regolament ikunu naqsu milli jieħdu miżuri raġonevoli sabiex jipprevjenu li jseħħ dannu jew biex jimminimizzaw l-impatt tiegħu.

3.  It-talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu rregolati mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru konvenut. It-talbiet għal kumpens kontra l-kontrollur jew l-eu-LISA għad-danni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet previsti fit-Trattati.

Artikolu 47

Id-dritt għall-informazzjoni

1.  L-awtorità li tiġbor id-data personali li se tiġi maħżuna fil-BMS kondiviż, fis-CIR jew fl-MID għandha tipprovdi lill-persuni li dwarhom inġabret data bl-informazzjoni rikjesta skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725. L-awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni fil-ħin meta tinġabar tali data.

2.  L-informazzjoni kollha għandha tkun disponibbli, permezz ta' lingwaġġ ċar u sempliċi, f'verżjoni lingwistika li l-persuna kkonċernata tifhem jew li tkun raġonevolment mistennija li tifhem. Dan għandu jinkludi l-għoti ta' informazzjoni b'mod adattat għall-età tas-suġġetti tad-data li huma minorenni.

3.  Persuni li d-data tagħhom hi rreġistrata fl-EES, il-VIS jew l-▌ETIAS▌ għandhom jiġu informati dwar l-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-paragrafu 1 meta:

(a)  ▌jinħoloq jew jiġi aġġornat fajl individwali fl-EES f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 2017/2226;

(b)  jinħoloq jew jiġi aġġornat fajl ta' applikazzjoni il-VIS f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(c)  ▌jinħoloq jew jiġi aġġornat fajl ta' applikazzjoni l-ETIAS f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240.

Artikolu 48

Dritt ta' aċċess għal data personali maħżuna fl-MID, ir-rettifika u t-tħassir tagħha u r-restrizzjoni għall-ipproċessar tagħha

1.  Biex teżerċita d-drittijiet tagħha skont l-Artikoli ▌15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikoli 17sa 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725, u l-Artikoli 14, 15 u 16 tad-Direttiva (UE) 2016/680, kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tindirizza hi stess lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru, li għandu jeżamina u jwieġeb tali talba.

2.  L-Istat Membru li jeżamina tali talba għandu jwieġeb mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 45 jum minn meta jirċievi t-talba. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż bi 15-il jum ieħor meta jkun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità u l-għadd tat-talbiet. L-Istat Membru li jeżamina t-talba għandu jinforma lis-suġġett tad-data dwar kwalunkwe estensjoni fi żmien 45 jum minn meta jirċievi t-talba, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t-tweġibiet li għandhom jingħataw minn uffiċċji ċentrali.

3.  Jekk issir talba għal rettifika jew tħassir ta' data personali lil Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti fi żmien sebat ijiem. L-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandu jivverifika l-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tad-data mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum mit-tali kuntatt. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż bi 15-il jum ieħor meta jkun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità u l-għadd tat-talbiet. L-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandu jinforma lill-Istat Membru li kkuntattjah dwar kwalunkwe tali estensjoni flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata mill-Istat Membru li kkuntattja lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta’ identitajiet differenti għall-proċedura ulterjuri.

4.  Jekk talba għal rettifika jew tħassir ta' data personali ssir lil Stat Membru fejn l-Unità Ċentrali tal-ETIAS kienet responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jikkuntattja lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS fi żmien sebat ijiem u jitlob li l-opinjoni tagħha. L-Unità Ċentrali ETIAS għandha tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum mit-tali kuntatt. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż bi 15-il jum ieħor meta jkun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità u l-għadd tat-talbiet. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata mill-Istat Membru li kkuntattja lill-Unità Ċentrali ETIAS dwar il-proċedura ulterjuri.

5.  Meta, wara eżami, jinstab li d-data maħżuna fl-MID ma tkunx ▌preċiża jew tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali, l-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti jew, fejn ma kien hemm l-ebda Stat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta’ identitajiet differenti jew fejn l-Unità Ċentrali tal-ETIAS kienet responsabbli għall-verifika manwali ta’ identitajiet differenti, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jikkoreġi jew iħassar din id-data mingħajr dewmien żejjed. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata bil-miktub li d-data tagħha ġiet rettifikata jew imħassra.

6.  Meta data maħżuna fl-MID tiġi emendata minn Stat Membru ▌matul il-perjodu ta' żamma tagħha, dak l-Istat Membru ▌għandu jwettaq l-ipproċessar stabbilit fl-Artikolu 27 u, fejn rilevanti, fl-Artikolu 29 biex jiddetermina jekk id-data emendata għandhiex tiġi llinkjata. Meta l-ipproċessar ma jirrapporta ebda konkordanza, dak l-Istat Membru ▌għandu jħassar id-data mill-fajl ta' konferma tal-identità. Meta l-ipproċessar awtomatizzat jirrapporta konkordanza waħda jew aktar, dak l-Istat Membru għandu joħloq jew jaġġorna l-link rilevanti f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.

7.  Meta l-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti, jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba ma jaqbilx li d-data maħżuna fl-MID mhijiex ▌preċiża jew tkun ġiet reġistrata b'mod illegali, dak l-Istat Membru għandu jadotta deċiżjoni amministrattiva fejn mingħajr dewmien jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex mhux lest li jirrettifika jew iħassar id-data relatata magħha.

8.  Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 7 għandha tipprovdi wkoll lill-persuna kkonċernata bl-informazzjoni li tispjega l-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tat-talba għall-aċċess għal, rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali u fejn rilevanti, informazzjoni dwar kif għandha tinġieb azzjoni jew isir ilment quddiem l-awtoritajiet jew il-qrati kompetenti, u kull assistenza, inkluża dik mill-awtoritajiet superviżorji▌.

9.  Kwalunkwe talba għal aċċess għal, rettifika, tħassir, jew restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali għandu jkun fiha l-informazzjoni neċessarja biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata. Din l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament biex tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija f'dan l-Artikolu u għandha titħassar immedjatament wara.

10.  L-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, għandu jżomm rekord bil-miktub f li saret talba għal aċċess għal, rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali u kif din ġiet indirizzata, u għandu jagħmel dan id-dokument disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji ▌mingħajr dewmien.

11.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-kwalunkwe limitazzjoni u restrizzjoni għad-drittijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680.

Artikolu 49

Portal web

1.  Portal web huwa stabbilit għall-finijiet ta' faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess għal, rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar jew tħassir ta' data personali.

2.  Il-portal web għandu jkun fih l-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 47 u 48 kif ukoll interfaċċa mal-utent li tippermetti lil dawk il-persuni li d-data tagħhom hija pproċessata fl-MID u li ġew informati bil-preżenza ta' link ħamra f'konformità mal-Artikolu 32(4) biex jirċievu informazzjoni ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti.

3.  Biex tikseb l-informazzjoni ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti, il-persuna li d-data tagħha hija pproċessata fl-MID għandha ddaħħal ir-referenza lill-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti msemmija fl-Artikolu 34(d). Il-portal web għandu juża din ir-referenza biex isib l-informazzjoni ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-verifika manwali ta' identitajiet differenti. Il-portal web għandu wkoll jinkludi mudell ta' e-mail biex jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-utent tal-portal u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-verifika manwali ta' identitajiet differenti. Tali e-mail għandu jinkludi qasam għan-numru uniku ta' identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 34(c) biex l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-verifika manwali ta' identitajiet differenti tkun tista' tidentifika d-data kkonċernata.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-eu-LISA bid-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kollha li huma kompetenti biex jeżaminaw u jwieġbu għal kwalunkwe talba msemmija fl-Artikoli 47 u 48 u għandhom jagħmlu rieżami b'mod regolari biex jivvalutaw jekk dawk id-dettalji tal-kuntatt humiex aġġornata.

5.  L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-portal web u tiżgura l-ġestjoni teknika tiegħu.

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 biex tadotta regoli dettaljati dwar l-operat tal-portal web, inklużi l-interfaċċa tal-utent, il-lingwi li bihom il-portal web ikun disponibbli u l-mudell ta' e-mail.

Artikolu 50

Komunikazzjoni ta' data personali lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2018/1240, għall-Artikoli  25 u 26 tar-Regolament (UE) 2016/794, għall-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2017/2226, għall-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, u għal meta jsiru tfittxijiet fil-bażijiet tad-data tal-Interpol permezz tal-ESP f'konformità mal-Artikolu 9(5) ta' dan ir-Regolament li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/1725 u tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, id-data personali maħżuna fil-komponenti tal-interoperabbiltà, jew li dawn il-komponenti jipproċessaw jew li jaċċedu għaliha, m'għandhiex tiġi ttrasferita u m'għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata ▌.

Artikolu 51

Superviżjoni mill-awtoritajiet superviżorji ▌

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet superviżorji jimmonitorjaw b'mod indipendenti l-legalità tal-ipproċessar ta' data personali taħt dan ir-Regolament min-naħa tal-Istat Membru kkonċernat, inkluża t-trażmissjoni tagħha lejn u mill-komponenti tal-interoperabbiltà.

2.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680 ikunu applikabbli wkoll, meta rilevanti, għall-aċċess għall-komponenti tal-interoperabbiltà mill-awtoritajiet tal-pulizija u mill-awtoritajiet maħtura, inkluż f'dak li jirrigwarda d-drittijiet tal-persuni li d-data tagħhom isir aċċess għaliha b'dan il-mod.

3.  L-awtoritajiet superviżorji ▌għandhom jiżguraw li jsir awditjar tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-finijiet ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti tal-anqas kull erba' snin.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jippubblikaw kull sena l-għadd ta' talbiet għal rettifika, tħassir, jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali, l-azzjoni meħuda sussegwentement u l-għadd ta' rettifiki, tħassir u restrizzjonijiet tal-ipproċessar magħmula bi tweġiba għal talbiet mill-persuni kkonċernati.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji tagħhom ikollhom biżżejjed riżorsi u għarfien espert biex iwettqu l-kompiti fdati lilhom taħt dan ir-Regolament.

5.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandhom, b'mod partikolari, jipprovdulha informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa f'konformità mar-responsabbiltajiet tagħhom taħt dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 aċċess għar-reġistrazzjonijiet tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 10, 16, 24 u 36 ta’ dan ir-Regolament, għall-ġustifikazzjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament u jippermettulhom aċċess għall-bini kollu tagħhom użat għall-finijiet ta' interoperabbiltà f'kull ħin.

Artikolu 52

Awditjar mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jsir awditjar tal-operazzjonijiet ta' proċessar ta' data personali min-naħa tal-eu-LISA, tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS u tal-Europol għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti mill-inqas kull erba' snin. Rapport ta' dak l-awditjar għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-aġenzija kkonċernata tal-Unjoni. L-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jingħataw opportunità li jikkummentaw qabel jiġu adottati r-rapporti.

L-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jagħtuh aċċess għad-dokumenti kollha li jitlob u għar-reġistrazzjonijiet tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 10, 16, 24 u 36 u jippermettu lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data aċċess għall-bini kollu tagħhom f'kwalunkwe ħin.

Artikolu 53

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji ▌u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u jiżguraw superviżjoni koordinata tal-użu tal-komponenti tal-interoperabbiltà u l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew awtorità superviżorja jsibu diskrepanzi kbar bejn prattiki tal-Istati Membri jew isibu trasferimenti potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali ta' komunikazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà ▌.

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, is-superviżjoni koordinata għandha tiġi żgurata f'konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) ▌2018/1725.

3.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jibgħat rapport konġunt tal-attivitajiet tiegħu taħt dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-eu-LISA … [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sentejn minn hemm 'il quddiem. Dak ir-rapport għandu jinkludi kapitolu dwar kull Stat Membru mħejji mill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLU VIII

Responsabbiltajiet

Artikolu  54

Responsabilitajiet tal-eu-Lisa matul il-fażijiet tat-tfassil u tal-iżvilupp

1.  L-eu-LISA għandha tiżgura li l-infrastrutturi ċentrali tal-komponenti tal-interoperabbiltà jiġu operati f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.  Il-komponenti tal-interoperabbiltà għandhom ikunu ospitati mill-eu-LISA fis-siti tekniċi tagħha u għandhom jipprovdu l-funzjonalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament f'konformità mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà, tad-disponibbiltà, tal-kwalità u tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1).

3.  L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, għal kull adattament meħtieġ għall-istabbiliment tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi ċentrali tal-EES, tal-VIS, tal-▌ETIAS▌, tas-SIS,▌ tal-Eurodac, u ▌tal-ECRIS-TCN ▌, u tal-ESP, tal-BMS kondiviż, tas-CIR, tal-MID u tas-CRRS.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 66, l-eu-LISA ma għandu jkollha aċċess għall-ebda data personali pproċessata permezz tal-ESP, tal-BMS kondiviż, tas-CIR jew tal-MID.

L-eu-LISA għandha tiddefinixxi d-disinn tal-arkitettura fiżika tal-komponenti tal-interoperabbiltà inklużi l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u l-evoluzzjoni tagħhom fir-rigward tal-infrastruttura ċentrali u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni sikura, li għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija, soġġett għal opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni. L-eu-LISA għandha timplimenta wkoll kwalunkwe adattament neċessarju għall-EES, għall-VIS, għall-▌ETIAS jew għas-SIS, li jirriżulta mill-istabbiliment tal-interoperabbiltà u li huwa previst minn dan ir-Regolament.

L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta l-komponenti tal-interoperabbiltà mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri previsti fl-Artikoli 8(2), 9(7), 28(5) u (7), 37(4), 38(3), 39(5), 43(5) u 78(10).

L-iżvilupp għandu jikkonsisti fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fl-ittestjar u fil-ġestjoni u fil-koordinazzjoni ġenerali tal-proġett.

4.  Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, għandu jitwaqqaf Bord tat-Tmexxija tal-Programm li jkun magħmul minn massimu ta' 10 membri. Dan għandu jkun magħmul minn seba' membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA minn fost il-membri jew il-membri supplenti tagħha, il-president tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà msemmi fl-Artikolu 75, membru li jirrappreżenta lill-eu-LISA maħtur mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, u membru wieħed maħtur mill-Kummissjoni. Il-membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA għandhom jiġu eletti biss minn dawk l-Istati Membri li huma marbuta b'mod sħiħ skont id-dritt tal-Unjoni bl-istrumenti legali li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi kollha ta' informazzjoni tal-UE u li se jipparteċipaw fil-komponenti tal-interoperabbiltà.

5.  Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jiltaqa' regolarment u tal-inqas tliet darbiet kull trimestru. Dan għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà.

Kull xahar, il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jissottometti rapporti bil-miktub dwar il-progress tal-proġett lill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA. Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm ma għandu jkollu l-ebda setgħa, li jieħu deċiżjonijiet u lanqas mandat biex jirrappreżenta lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA.

6.  Il-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm li b'mod partikolari għandhom jinkludu regoli dwar:

(a)  il-presidenza;

(b)  il-postijiet tal-laqgħat;

(c)  it-tħejjija tal-laqgħat;

(d)  l-ammissjoni ta' esperti għal-laqgħat;

(e)  il-pjanijiet ta' komunikazzjoni biex jiġi żgurat li l-Membri mhux parteċipanti tal-Bord tat-Tmexxija jingħataw l-informazzjoni kollha.

Il-presidenza għandha tkun f'idejn Stat Membru li jkun marbut b'mod sħiħ bid-dritt tal-Unjoni permezz tal-istrumenti legali li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operat u l-użu tas-sistemi kollha ta' informazzjoni tal-UE u li se jipparteċipaw fil-komponenti tal-interoperabilità.

L-ispejjeż kollha tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandhom jitħallsu mill-eu-LISA, u l-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-eu-LISA għandu japplika mutatis mutandis. L-eu-LISA għandha tipprovdi segretarjat lill-Bord tat-Tmexxija tal-Programm.

Il-Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà msemmi fl-Artikolu 75 għandu jiltaqa' b'mod regolari sakemm jibda l-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Wara kull laqgħa huwa għandu jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija tal-Programm. Dan għandu jipprovdi l-għarfien espert tekniku b'appoġġ għall-kompiti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm u għandu jsegwi l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri.

Artikolu 55

Responsabilitajiet tal-eu-Lisa wara l-bidu tal-operat

1.  Wara l-bidu tal-operat ta' kull komponent tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika tal-infrastruttura ċentrali tal-komponenti tal-interoperabbiltà, inklużi l-manutenzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi tagħhom. F'kooperazzjoni mal-Istati Membri, din għandha tiżgura li tintuża l-aħjar teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi tal-benefiċċji fil-konfront tal-ispejjeż magħmula. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-ġestjoni teknika tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikoli 6, 12, 17, 25 u 39.

Il-ġestjoni teknika tal-komponenti tal-interoperabbiltà għandha tikkonsisti fil-kompiti u fis-soluzzjonijiet tekniċi kollha neċessarji biex il-komponenti tal-interoperabbiltà jiffunzjonaw u jipprovdu, mingħajr interruzzjoni, servizzi lill-Istati Membri u lill-aġenziji tal-Unjoni 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa f'konformità ma' dan ir-Regolament. Hija għandha tinkludi x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi neċessarji biex ikun żgurat li l-komponenti jiffunzjonaw f'livell sodisfaċenti ta' kwalità teknika, b'mod partikulari fir-rigward tal-ħin tar-rispons għall-interrogazzjoni tal-infrastrutturi ċentrali f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Il-komponenti kollha tal-interoperabbiltà għandhom jiġu żviluppati u ġestiti b'tali mod li jkunu żgurati l-aċċess veloċi, mingħajr intoppi, effiċjenti u kkontrollat, id-disponibbiltà sħiħa u mingħajr interruzzjoni tal-komponenti u tad-data maħżuna fl-MID, il-BMS kondiviż u s-CIR, u żmien għar-reazzjoni konformi mal-ħtiġijiet operattivi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-aġenziji tal-Unjoni.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-eu-LISA għandha tapplika regoli adatti ta' segretezza professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti tal-kunfidenzjalità għall-persunal tagħha li hu meħtieġ jaħdem bid-data maħżuna fil-komponenti tal-interoperabbiltà. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawn il-membri tal-persunal iħallu l-kariga jew l-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56, l-eu-LISA ma għandha jkollha aċċess għall-ebda data personali pproċessata permezz tal-ESP, tal-BMS kondiviż, tas-CIR u tal-MID.

3.  L-eu-LISA għandha tiżviluppa u żżomm mekkaniżmi u proċeduri għat-twettiq tal-verifiki tal-kwalità fuq id-data maħżuna fil-BMS kondiviż u fis-CIR f'konformità mal-Artikolu 37.

4.  L-eu-LISA għandha twettaq ukoll il-kompiti relatati mal-provvista ta' taħriġ dwar l-użu tekniku tal-komponenti tal-interoperabbiltà.

Artikolu 56

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal:

(a)  il-konnessjoni mal-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-ESP u tas-CIR ▌;

(b)  l-integrazzjoni tas-sistemi utal-infrastrutturi nazzjonali eżistenti mal-ESP, ▌mas-CIR u mal-MID;

(c)  l-organizzazzjoni, il-ġestjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastruttura nazzjonali eżistenti u tal-konnessjoni tagħha mal-komponenti tal-interoperabbiltà;

(d)  il-ġestjoni tal-aċċess u l-arranġamenti għall-aċċess għall-persunal debitament awtorizzat ▌ tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-ESP, is-CIR u l-MID f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-ħolqien u l-aġġornament regolari ta' lista ta' dawk il-membri tal-persunal u l-profili tagħhom;

(e)  l-adozzjoni tal-miżuri leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 20(5) u (6) biex jiġi aċċessat is-CIR għall-finijiet ta' identifikazzjoni;

(f)  il-verifika manwali ta' identitajiet differenti msemmija fl-Artikolu 29;

(g)  konformità mar-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni;

(h)  konformità mar-regoli ta' kull sistema ta' informazzjoni tal-UE rigward is-sigurtà u l-integrità tad-data personali;

(i)  ir-rimedjar ta' kull nuqqas identifikat fir-rapport ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni rigward il-kwalità tad-data msemmija fl-Artikolu 37(5).

2.  Kull Stat Membru għandu jipprevedi kollegament tal-awtoritajiet maħtura tiegħu mas-CIR.

Artikolu 57

Responsabbiltajiet tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS

L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tkun responsabbli:

(a)  għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti f’konformità mal-Artikolu 29;

(b)  għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli bejn id-data maħżuna fl-EES, fil-VIS, fil-Eurodac u s-SIS, kif imsemmija fl-Artikolu 69.

KAPITOLU IX

Emendi għal strumenti oħra tal-Unjoni

Artikolu 58

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"Billi taħżen data tal-identità, data tad-dokument tal-ivvjaġġar u data bijometrika fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/...*(43), il-VIS tikkontribwixxi għall-iffaċilitar u għall-assistenza fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fil-VIS bil-kundizzjonijiet u għall-finijiet tal-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament.

___________________

* Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226,(UE) 2018/1240,(UE) 2018/1726, (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L ..., ..., p. ...).";

"

(2)  fl-Artikolu 4, jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(12) "data tal-VIS" tfisser id-data kollha maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-VIS u fis-CIR f'konformità mal-Artikoli 9 sa 14;

   (13) "data tal-identità" tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (aa);
   (14) "data dwar il-marki tas-swaba" tfisser id-data relattiva għall-ħames marki tas-swaba' tas-saba' l-werrej, tas-saba' tan-nofs, tas-saba' taċ-ċurkett, tas-saba' ż-żgħir u tas-saba' l-kbir mill-id tal-lemin u meta preżenti mill-id tax-xellug;

▌";

"

(3)  fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"1a. Is-CIR għandu jkun fih id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) sa (c ▌), (5) u (6), u d-data li jifdal tal-VIS għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-VIS.";

"

(4)  fl-Artikolu 6, il-paragrafu (2) huwa sostitwit b'dan li ġej::"

"2. L-aċċess għall-VIS għall-iskopijiet ta’ konsultazzjoni tad-data għandu jiġi rriżervat b'mod esklużiv għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li hu kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli minn 15 sa 22, u għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru u tal-aġenziji tal-Unjoni li hu kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) 2019/...(44). Tali aċċess għandu jkun limitat skont sa fejn id-data tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom għal dawk il-finijiet, u b'mod proporzjonat għall-għanijiet segwiti.";

"

(5)  fil-punt (4) tal-Artikolu 9, il-punti (a) sa (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:"

"(a) il-kunjom; l-isem/ismijiet (ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; ▌ is-sess;

   (aa) il-kunjom tat-twelid (kunjom/kunjomijiet ta' qabel); il-post u l-pajjiż tat-twelid; in-nazzjonalità kurrenti u n-nazzjonalità mat-twelid;
   (b) it-tip u n-numru tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar;
   (c) id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar;
   (ca) l-awtorità li ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data tal-ħruġ tiegħu.

"

Artikolu 59

Emendi għar-Regolament (UE) 2016/399

I

Fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"4a. ▌Fejn mad-dħul jew il-ħruġ, il-konsultazzjoni tal-bażi tad-data relevanti inkluż id-detettur ta’ identitajiet multipli permezz tal-portal ta’ tfittxija Ewropew stabbilit mill-Artikolu 25(1) u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament 2019/...*(45) rispettivament jirriżulta f’link safra jew jiskopri link ħamra,▌il-gwardja tal-fruntiera ▌għandu jikkonsulta r-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilita permezz tal-Artikolu 17(1) tar-Regolamentjew is-SIS jew it-tnejn li huma biex jivvaluta d-differenzi fid-data tal-identità jew d-data tad-dokument tal-ivvjaġġar illinkjati. Il-gwardja tal-fruntiera għandu jwettaq kwalunkwe verifika addizzjonali meħtieġa biex jieħu deċiżjoni dwar l-istatus u l-kulur tal-link ▌.

F'konformità mal-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2019/...+, dan il-paragrafu għandu japplika malli jibda jopera d-detettur ta' identitajiet multipli taħt l-Artikolu 72(4) ta’ dak ir-Regolament..

___________________

* Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726,u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L ..., ..., p. ...).".

"

Artikolu 60

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2226

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"3. Billi taħżen data tal-identità, id-data tad-dokument tal-ivvjaġġar u data bijometrika fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*(46), l-EES tikkontribwixxi għall-iffaċilitar u l-assistenza fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fl-EES bil-kundizzjonijiet u għall-iskopijiet msemmija fl-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament.

____________________

* Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008,  (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE 2008/633/ĠAI (ĠU L ..., ..., p. ...).";

"

(2)  fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (22) huwa sostitwit b’dan li ġej:

("

"(22) "data tal-EES" tfisser id-data kollha maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-EES u fis-CIR f'konformità ▌mal-Artikoli 15 sa 20;";

"

(b)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

(22a) "data tal-identità" tfisser id-data msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(1) kif ukoll id-data relevanti msemmija fl-Artikoli 17(1) u 18(1);";

"

(c)  jiddaħħlu l-punti li ġejjin:"

“(32) 'ESP' tfisser il-portal ta’ tfittxija Ewropew stabbilit bl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/...+;";

   (33) "CIR" tfisser repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità msemmi fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/...(47).";

"

(3)  fl-Artikolu 6(1), jiżdied il-punt li ġej:"

"(j) tiżgura l-identifikazzjoni korretta tal-persuni.";

"

(4)  l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(aa) is-CIR kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2019/...(48);";

"

(ii)  il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"(f) infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u l-infrastrutturi ċentrali tal-ESP u s-CIR▌.";

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"1a. Is-CIR għandu jkun fih id-data msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 16(1), fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 17(1) u fl-Artikolu 18(1) u (2). Id-data tal-EES li jifdal għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-EES.”;

"

(5)  fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"4. L-aċċess għd-data tal-EES maħżuna fis-CIR għandu jiġi rriżervat b'mod esklużiv għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru u għall-persunal debitament awtorizzat tal-aġenziji tal-Unjoni li jkun kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 u fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/...(49). Tali aċċess għandu jkun limitat skont il-punt sa fejn id-data tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom għal dawk il-finijiet, u għandu jkun proporzjonat għall-għanijiet li jridu jintlaħqu.";

"

(6)  l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a), il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"1. Fejn ikun teknikament impossibbli li tiddaħħal data fis-Sistema Ċentrali tal-EES jew fis-CIR jew fil-każ ta’ ħsara fis-Sistema Ċentrali tal-EES jew fis-CIR, id-data msemmija fl-Artikoli 16 sa 20 għandha tiġi temporanjament maħżuna fl-NUI. Fejn dak ma jkunx possibbli, id-data għandha tinħażen lokalment b’mod temporanju f’format elettroniku. Fiż-żewġ każijiet, id-data għandha tiddaħħal fis-Sistema Ċentrali tal-EES jew fis-CIR malli tissolva l- impossibbiltà teknika jew il-ħsara. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti u jużaw l-infrastruttura, tagħmir u riżorsi meħtieġa biex jiżguraw li tali ħażna lokali temporanja tkun tista’ ssir fi kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe wieħed mill-punti ta’ qsim tal-fruntieri tagħhom.";

"

(b)  fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"2. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jitwettqu verifiki fil-fruntiera skont ir-Regolament (UE) 2016/399, l-awtorità tal-fruntiera, fis-sitwazzjoni eċċezzjonali fejn huwa teknikament impossibbli li tiddaħħal data kemm fis-Sistema Ċentrali tal-EES u fis-CIR kif ukoll fl-NUI u hija teknikament impossibli li d-data tinħażen lokalment f’format elettroniku, għandha taħżen manwalment id-data msemmija fl-Artikoli 16 sa 20 ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ data bijometrika, u għandha twaħħal timbru tad-dħul jew tal-ħruġ fuq id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadin ta ’pajjiż terz. Dik id-data għandha tiddaħħal fis-Sistema Ċentrali tal-EES u fis-CIR teknikament malajr kemm jista’ jkun.";

"

(7)  l-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"2a . Għall-finijiet tal-verifiki skont l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità tal-fruntiera għandha tvara tfittxija billi tuża l-ESP biex tqabbel id-data dwar iċ-ċittadin ta' pajjiż terz mad-data relevanti fl-EES u l-VIS.";

"

(b)  fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"4. meta t-tfittxija bid-data alfanumerika stipulata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu tindika li fl-EES ma jkunx hemm data reġistrata dwar iċ-ċittadin ta' pajjiż terz, meta ma tkunx tista' ssir verifika taċ-ċittadin ta' pajjiż terz skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew meta jkun hemm dubji dwar l-identità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandu jkollhom aċċess għad-data li tippermetti l-identifikazzjoni skont l-Artikolu 27 sabiex jinħoloq jew jiġi aġġornat fajl individwali skont l-Artikolu 14.”;

"

(8)  fl-Artikolu 32 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"1a. F'każijiet li fihom l-awtoritajiet maħtura jvaraw tfittxija fis-CIR f'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/...(50), dawn ikunu jistgħu jaċċessaw l-EES għal konsultazzjoni meta l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu jkunu ssodisfati u meta t-tweġiba riċevuta kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/... + tiddikjara li d-data tkun maħżuna fl-EES.";

"

(9)  fl-Artikolu 33 jiddaħħal paragrafu ▌ġdid:"

"1a. Fil-każijiet li fihom il-Europol tvara tfittxija fis-CIR f'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/...(51), din tkun tista' taċċessa l-EES għal konsultazzjoni meta l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu jkunu ssodisfati u meta t-tweġiba riċevuta kif imsemmi fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/...+ tiddikjara li d-data tkun maħżuna fl-EES.";

"

(10)  l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafi 1 u 2, il-kliem "fis-Sistema Ċentrali tal-EES" huwa sostitwit bil-kliem "fis-CIR u fis-Sistema Ċentrali tal-EES";

(b)  fil-5, il-kliem "mis-Sistema Ċentrali tal-EES" huwa sostitwit bil-kliem "mis-Sistema Ċentrali tal-EES u mis-CIR";

(11)  fl-Artikolu 35, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"7. "Is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-CIR għandhom jinformaw minnufih lill-Istati Membri kollha bit-tħassir tad-data tal-EES jew tas-CIR u meta applikabbli jneħħuhom mil-lista ta' persuni identifikati msemmija fl-Artikolu 12(3).";

"

(12)  fl-Artikolu 36, il-kliem "tas-Sistema Ċentrali l-EES" huwa sostitwit bil-kliem "tas-Sistema Ċentrali tal-EES u tas-CIR.";

(13)  l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)  l-ewwel subparagrafu tal-l-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"1. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali tal-EES u s-CIR, l-NUIs, l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni u l-Kanal ta’ Komunikazzjoni Sikura bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS. L-eu-LISA għandha wkoll tkun responsabbli għall-iżvilupp tas-servizz tal-web imsemmi fl-Artikolu 13 skont ir-regoli dettaljati msemmija fl-Artikolu 13(7) u l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet adottati skont il-punti (h) u (j) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 36 u għall-iżvilupp tar-repożitorju tad-data msemmi fl-Artikolu 63(2).";

"

(b)  l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"3. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema Ċentrali tal-EES u tas-CIR, l-NUIs u l-Kanal ta’ Komunikazzjoni Sikura bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS. Hija għandha tiżgura, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li fil-ħinijiet kollha l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi tal-kost-benefiċċju, tintuża għas-Sistema Ċentrali tal-EES u s-CIR, l-NUIs, l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, il-Kanal ta’ Komunikazzjoni Sikura bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS, is-servizz tal-web imsemmi fl-Artikolu 13 u r-repożitorju tad-data msemmi fl-Artikolu 63(2). L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-ġestjoni operattiva tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u l-NUIs, għas-servizz tal-web msemmi fl-Artikolu 13 u r-repożitorju tad-data msemmi fl-Artikolu 63(2).";

"

(14)  fl-Artikolu 46(1) jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(f) ▌referenza għall-użu tal-ESP għat-tfittxija fl-EES kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/...(52).";

"

(15)  l-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-eu-LISA għandha taħżen id-data msemmija f’dak il-paragrafu fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u l-istatistika msemmi fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2019/...(53).";

"

(b)  fil-paragrafu 4 jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

"L-istatistika ta' kuljum għandha tinħażen fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u l-istatistika.".

"

Artikolu 61

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1240

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"3. Billi taħżen id-data tal-identità u tad-dokument tal-ivvjaġġar fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/...*(54), l-ETIAS tikkontribwixxi għall-iffaċilitar u l-assistenza fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fl-ETIAS bil-kundizzjonijiet u għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament.

___________________

* Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008,  (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1861, id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI. (ĠU L ...)";

"

(2)  fl-Artikolu 3(1) jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(23) "CIR" tfisser ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/...(55);

   (24) “ESP” tfisser il-portal ta’ tfittxija Ewropew stabbilit permezz tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/… +;
   (25) "Sistema Ċentrali ETIAS" tfisser is-Sistema Ċentrali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2) flimkien mas-CIR sal-punt li s-CIR jinkludi d-data msemmija fl-Artikolu 6(2a);
   (26) "data tal-identità" tfisser id-data msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 17(2) ▌;
   (27) "data tad-dokument tal-ivvjaġġar" tfisser id-data msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 17(2) ▌u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 19(3) ▌.";

"

(3)  fl-Artikolu 4, jiżdied il-punt li ġej:"

"(g) tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni korretta tal-persuni. ";

"

(4)  l-Artikolu 6, huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) Sistema Ċentrali, li tinkludi l-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 34;";

"

(ii)  jiddaħħal il-punt ▌li ġej:"

"(aa) is-CIR;";

"

(iii)  il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

(d) infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali ▌u l-infrastrutturi ċentrali tal-ESPESP u s-CIR ▌;";

"

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"2a. Is-CIR għandu jinkludi d-data tal-identità u d-data tad-dokument tal-ivvjaġġar. Il-kumplament tad-data ▌għandu jinħażen fis-Sistema Ċentrali ▌.";

"

(5)  l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"4a. L-aċċess għad-data ETIAS tal-identità u tad-dokument tal-ivvjaġġar maħżuna fis-CIR għandu jiġi rriżervat b'mod esklużiv għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru u għall-persunal debitament awtorizzat tal-aġenziji tal-Unjoni li jkunu kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 u fl-Artikolu 21 tar-Regolament 2019/...(56). Tali aċċess għandu jkun limitat skont il-punt sa fejn id-data hija meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom għal dawk il-finijiet, u għandu jkun proporzjonat għall-għanijiet li jridu jintlaħqu.";

"

(b)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"5. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafi 1, 2, 4 u 4a ta’ dan l-Artikolu u għandu jibgħat lista ta' dawn l-awtoritajiet lill-eu-LISA mingħajr dewmien, f'konformità mal-Artikolu 87(2). Dik il-lista għandha tispeċifika l-iskop li għalih il-persunal debitament awtorizzat ta' kull awtorità għandu jkollu aċċess għad-data fis-Sistema ta' Informazzjoni ETIAS skont il-paragrafi 1, 2, 4 u 4a ta’ dan l-Artikolu.";

"

(6)  fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) il-kunjom (isem il-familja), l-ewwel isem/ismijiet (l-isem/ismijiet mogħti(ja), il-kunjom mat-twelid; id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità kurrenti;";

"

(b)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(aa) il-pajjiż tat-twelid, l-ewwel isem/ismijiet tal-ġenituri tal-applikant;";

"

(7)  fl-Artikolu 19(4), il-kliem "il-punt (a) tal-Artikolu 17(2) ▌" huwa sostitwit bil-kliem "il-punti (a) u (aa) tal-Artikolu 17(2) ▌";

(8)  l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. Is-Sistema Ċentrali ETIAS għandha tvara tfittxija billi tuża l-ESP biex tqabbel id-data relevanti msemmija fil-punti (a), (ab), (b), (c), (d), (f), (g), (j), (k) u (m) tal-Artikolu 17(2) ▌u fl-Artikolu 17(8) mad-data preżenti f'rekord, fajl jew allert reġistrati f'fajl tal-applikazzjoni maħżun fis-Sistema Ċentrali ETIAS, fis-SIS, fl-EES, fil-VIS, fl-Eurodac, fid-data tal-Europol u fil-bażijiet tad-data SLTD u TDAWN tal-Interpol.";

"

(b)  il-paragrafu 4, il-kliem "il-punti (a), (b), (c), (d), (f), (g), (j), (k) u (m) tal-Artikolu 17(2) ▌" huwa sostitwit bil-kliem "il-punti (a), (aa), (b), (c), (d), (f), (g), (j), (k) u (m) tal-Artikolu 17(2) ▌";

(c)  fil-paragrafu 5, il-kliem "il-punti (a), (c), (f), (h) u (i) tal-Artikolu 17(2) ▌" huwa sostitwit bil-kliem "il-punti (a), (aa), (c), (f), (h) u (i) tal-Artikolu 17(2) ▌";

(9)  fl-Artikolu 23 ▌, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Is-Sistema Ċentrali ETIAS għandha tvara tfittxija billi tuża l-ESP biex tqabbel id-data relevanti msemmija fil-punti (a), (aa), (b) u (d) tal-Artikolu 17(2) ▌ mad-data preżenti fis-SIS sabiex ikun determinat jekk l-applikant ikunx is-suġġett ta' wieħed mill-allerti li ġejjin:

   (a) allert dwar persuni neqsin;
   (b) allert dwar persuni mfittxijin sabiex jassistu fi proċedura ġudizzjarja;
   (c) allert dwar persuni għal verifiki diskreti jew speċifiċi.”;

"

(10)  fl-Artikolu 52, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"1a. F'każijiet li fihom l-awtoritajiet maħtura varaw tfittxija fis-CIR f'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/...(57), dawn jistgħu jaċċessaw il-fajls ta' applikazzjoni maħżuna fis-Sistema Ċentrali ETIAS f'konformità ma' dan l-Artikolu għall-konsultazzjoni meta t-tweġiba riċevuta kif imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2019/...+ tiddikjara li d-data tkun maħżuna fil-fajls ta' applikazzjoni maħżuna fis-Sistema Ċentrali ETIAS.";

"

(11)  fl-Artikolu 53, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"1a. F'każijiet meta l-Europol varat tfittxija fis-CIR f'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/...(58), hi tista' taċċessa l-fajls ta' applikazzjoni maħżuna fis-Sistema Ċentrali ETIAS f'konformità ma' dan l-Artikolu għall-konsultazzjoni meta t-tweġiba riċevuta kif imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2019/...+ tiddikjara li d-data hija maħżuna fil-fajls ta' applikazzjoni maħżuna fis-Sistema Ċentrali ETIAS.";

"

(12)  fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 65(3) ▌, il-kliem "il-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-Artikolu17(2) ▌" huwa sostitwit bil-kliem "il-punti (a), (aa), (b), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 17(2) ▌";

(13)  fl-Artikolu 69(1), jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(ca) "meta relevanti, referenza għall-użu tal-ESP għat-tfittxija fis-Sistema Ċentrali ETIAS kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/...+;";

"

(14)  fl-Artikolu 73(2), il-kliem "ir-repożitorju ċentrali tad-data" huwa sostitwit bil-kliem "repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika msemmi fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2019/...(59) sal-punt li fih data miksuba mis-Sistema Ċentrali ETIAS taħt l-Artikolu 84 ta’ dan ir-Regolament";

(15)  fl-Artikolu 74(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"1. Wara d-dħul fl-operazzjonijiet tal-ETIAS, l-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u l-NUIs. Għandha tkun responsabbli wkoll għal kwalunkwe ttestjar tekniku meħtieġ għall-istabbiliment u l-aġġornament tar-regoli tal-iskrining tal-ETIAS. Għandha tiżhura, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri li, f'kull ħin, tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, suġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-ġestjoni teknika tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali ETIAS u l-NUIs kif ukoll għall-websajt pubblika, l-app għal apparat mobbli, is-servizz tal-email, is-servizz ta’ kont sigur, l-għodda ta’ verifika għal applikanti, l-għodda ta’ kunsens għall-applikanti, l-għodda ta’ valutazzjoni għal-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS, il-portal tat-trasport, is-servizz tal-web u s-softwer għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.";

"

(16)  fl-Artikolu 84(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. Għall-fini tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ▌, l-eu-LISA għandha taħżen id-data msemmija f’dak il-paragrafu fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika msemmi fl-Artikolu 39 tar-Regolament 2019/...(60). Skont l-Artikolu 39(1) ta' dak ir-Regolament, data statistika trasversali u rapportar analitiku għandhom jippermettu li l-awtoritajiet elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiksbu rapporti u statistika li jistgħu jiġu adattati, sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 33, biex itejbu l-valutazzjoni tar-riskji fir-rigward tas-sigurtà, l-immigrazzjoni illegali u riskji kbar ta' epidemija, biex itejbu l-effiċjenza tal-verifiki fil-fruntiera u biex jgħinu lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.";

"

(17)  fl-Artikolu 84(4), jiżdied is-subparagrafu ▌li ġej:"

"L-istatistika ta' kuljum għandha tinħażen fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u l-istatistika msemmija fl-Artikolu 39 tar-egolament (UE) 2019/...+.".

"

Artikolu 62

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1726

Ir-Regolament (UE) 2018/1726 huwa emendat kif ġej:

(1)   l-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 12

Il-kwalità tad-data

1.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-data mdaħħla fis-sistemi taħt ir-responsabbiltà operazzjonali tal-Aġenzija, l-Aġenzija, bl-involviment mill-qrib tal-Gruppi Konsultattivi tagħha, għandha tistabbilixxi, għas-sistemi kollha taħt ir-responsabbiltà operazzjonali tagħha, mekkaniżmi u proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data kif ukoll indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u standards minimi tal-kwalità għall-ħżin tad-data, skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-istrumenti legali li jirregolaw dawk is-sistemi ta’ informazzjoni u tal-Artikolu 37 tar-Regolamenti (UE) 2019/...*(61) u (UE) 2019/...**(62) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi repożitorju ċentrali li jkun fih biss data anonimizzata għar-rapportar u għall-istatistika f'konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolamenti (UE) 2019/...(63) u (UE) 2019/...(64), suġġetta għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fl-istrumenti legali li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija.

___________________

* Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L ..., ..., p. ...).

** Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/... (ĠU L ..., ..., p. ...).";

"

(2)  fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  ▌jiddaħħal il-punt ▌li ġej:"

"(eea) jadotta r-rapporti dwar l-istat attwali tal-iżvilupp tal-komponenti ta' interoperabbiltà skont l-Artikolu 78(2) tar-Regolament (UE) 2019/...+ u l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2019/...++;";

"

(b)  il-punt (ff) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(ff) jadotta r-rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS  skont ▌l-Artikolu 60(7) tar-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u l-Artikolu 74(8) tar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, tal-VIS skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 17(3) tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, tal-EES skont l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, tal-ETIAS skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240, tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS skont l-Artikolu 34(8) tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***(65) u tal-komponenti ta' interoperabbiltà skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) 2019/...(66) u l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) 2019/...(67)";

____________________

* Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14).

** Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).

*** Regolament (UE) 2019/...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’...li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L .., ..., p. ...).";

"

(c)  il-punt (hh) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(hh) jadotta kummenti formali dwar ir-rapporti tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-awditi tiegħu skont l-Artikolu 56(2)tar-Regolament (UE) 2018/1861, l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2019/...(68) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(69) u l-Artikolu 52 tar-Regolamenti (UE) 2019/...(70) u (UE) 2019/...(71) u jiżgura segwitu xieraq ta' dawk l-awditi;";

"

(d)  il-punt (mm) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(mm) jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista tal-awtoritajiet kompetenti awtorizzati li jfittxu direttament id-data li tinsab fis-SIS skont l-Artikolu 41(8) tar-Regolament (UE) 2018/1861 u l-Artikolu 56(7) tar-Regolament (UE) 2018/1862, flimkien mal-lista tal-Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali ta' SIS (N.SIS) u l-Uffiċċji SIRENE skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861 u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862 rispettivament, kif ukoll il-lista tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-lista tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, il-lista tal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2019/…(72) u l-lista tal-awtoritajiet skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2019/…(73) u l-Artikolu 67(1) tar-Regolament 2019/...(74);”;

"

(3)  fl-Artikolu 22, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'li ġej:"

"4. L-Europol u l-Eurojust jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna s-SIS II, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni dwar is-SIS fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1624.

L-Europol tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni dwar il-VIS, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, jew jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna l-Eurodac, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013.

L-Europol tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna lill-EES fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 jew meta jkun hemm kwistjoni lill-ETIAS fir-rigward tar-Regolament (UE) 2018/1240 fuq l-aġenda.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta jkun hemm mistoqsija dwar l-ETIAS fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 fuq l-aġenda. ▌

L-Eurojust, l-Europol u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta jkun hemm kwistjoni li tirrigwarda r-Regolament (UE) 2019/...(75) fuq l-aġenda.

L-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta jkun hemm kwistjoni li tirrigwarda r-Regolamenti (UE) 2019/...(76) u (UE) 2019/...(77) fuq l-aġenda. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistieden lil kwalunkwe persuna oħra, li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess, sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.";

"

(4)  fl-Artikolu 24(3), il-punt (p) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(p) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal Uffiċjali, li jistabbilixxi rekwiżiti ta' kunfidenzjalità bl-għan li jkun hemm konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, l-Artikolu 26(9) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE)  2017/2226, l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-Artikolu 11(16) tar-Regolament (UE) 2019/...(78) u l-Artikolu 55(2) tar-Regolamenti (UE) 2019/...(79)u (UE) 2019/...(80);";

"

(5)  l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(da ▌) Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà;";

"

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. L-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jaħtru rappreżentant kull wieħed fil-Grupp Konsultattiv tas-SIS II.

L-Europol tista' taħtar ukoll rappreżentant fil-Gruppi Konsultattivi tal-VIS, tal-Eurodac u tal-EES-ETIAS.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' taħtar ukoll rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-EES-ETIAS.

L-Eurojust, l-Europol, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu jaħtru rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-ECRIS-TCN.

L-Europol, l-Eurojust u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jaħtru rappreżentant kull wieħed fil-Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà.".

"

Artikolu 63

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1861

Ir-Regolament (UE) 2018/1861 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 3▌, jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(22) "ESP" tfisser portal Ewropew ta' tfittxija stabbilit mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*(81);

   (23) "BMS kondiviż" tfisser servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku stabbilit mill-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/...(82);
   (24) "CIR" tfisser repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/...++;
   (25) "MID" tfisser id-detettur ta' identitajiet multipli stabbilit mill-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/...(83).

___________________

* Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L ..., ..., p. ...).”;

"

(2)  l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti ▌b'dan li ġej:"

"(b) sistema nazzjonali (N.SIS) f'kull Stat Membru, li tkun magħmula mis-sistemi ta' data nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS Ċentrali, li tinkludi tal-inqas backup wieħed nazzjonali jew kondiviż tal-N.SIS;

   (c) infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-CS-SIS, il-backup tas-CS-SIS u l-NI-SIS (“l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni”) li tipprovdi netwerk virtwali kriptat iddedikat għad-data tas-SIS u għall-iskambju ta' data bejn l-Uffiċċji SIRENE, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2); u
   (d) infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-CS-SIS u l-infrastrutturi ċentrali tal-ESP , il-BMS kondiviż , u l-MID.";

"

(b)  jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

8. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 5, id-data tas-SIS tista' tiġi mfittxija wkoll permezz tal-ESP.

9.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 5, id-data tas-SIS tista' tiġi mibgħuta wkoll permezz tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ▌. Dawn it-trażmissjonijiet għandhom jiġu limitati sal-punt li d-data tkun meħtieġa għall-iskopijiet tar-Regolament (UE) 2019/...(84).";

"

(3)  fl-Artikolu 7 jiddaħħal il-paragrafu ▌li ġej:"

2a. L-Uffiċċji SIRENE għandhom jiżguraw ukoll il-verifika ta' identitajiet differenti skont l-Artikolu 29 tar-Regolament 2018/…+. L-Uffiċċji SIRENE, sa fejn ikun meħtieġ biex iwettqu dan il-kompitu, għandu jkollhom aċċess għad-data maħżuna fis-CIR u fl-MID għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 21 u 26 tar-Regolament (UE) 2019/...+.";

"

(4)  fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull aċċess għal u kull skambju ta' data personali mas-CS-SIS jiġu illoggjati fl-N.SIS tagħhom biex jiġi verifikat jekk it-tfittxija kinitx skont il-liġi, għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, għall-awtomonitoraġġ u sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tal-N.SIS, kif ukoll l-integrità u s-sigurtà tad-data. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-proċessi awtomatiċi imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4(6) ▌.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull aċċess għal data personali permezz tal-ESP ikun illoggjat ukoll sabiex jiġi verifikat jekk it-tfittxija kinitx skont il-liġi, għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, għall-awtomonitoraġġ, u l-integrità u s-sigurtà tad-data.";

"

(5)  fl-Artikolu 34(1), jiżdied il-punt li ġej:"

“(g) il-verifika ta' identitajiet differenti u l-ġlieda kontra l-frodi tal-identità skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2019/...(85).";

"

(6)  fl-Artikolu 60, il-paragrafu 6 ▌jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"6. Għall-fini tal-Artikolu 15(4) u l-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, l-eu-LISA għandha taħżen id-data msemmija fl-Artikolu 15(4) u fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li ma għandux jippermetti l-identifikazzjoni ta' individwi fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika msemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2018/...(86).

L-eu-LISA għandha tippermetti lill-Kummissjoni u lill-korpi msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu biex jiksbu rapporti u statistika personalizzati. Fuq talba, l-eu-LISA għandha tagħti aċċess għar-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2019/...+ lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.".

"

Artikolu 64

Emendi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/512/KE, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"2. Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża għandha tkun ibbażata fuq arkitettura ċentralizzata u tikkonsisti f'dan li ġej:

   (a) l-infrastruttura ċentrali tar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità kif imsemmi fl-Artikolu 17(2)(a) tar-Regolament (UE) 2019/...*(87);
   (b) sistema ta' informazzjoni ċentrali, minn hawn 'il quddiem imsejħa "s-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża" (CS-VIS);
   (c) interfaċċa f'kull Stat Membru, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Interfaċċa Nazzjonali" (NI-VIS), li tipprovdi l-konnessjoni lill-awtorità ċentrali nazzjonali relevanti tal-Istat Membru rispettiv;
   (d) infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża u l-Interfaċċi Nazzjonali;
   (e) Kanal ta' Komunikazzjoni Sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-CS-VIS;
   (f) infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u l-infrastrutturi ċentrali tal-portal Ewropew tat-tfittxija stabbilit mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/...(88) u r-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità ▌stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/...+.

___________________

* Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L …, …, p. …).".

"

Artikolu 65

Emendi għad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI

Deċiżjoni 2008/633/ĠAI hija emendata kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 5, jiddaħħal paragrafu ▌li ġej:"

"1a. Fil-każijiet li fihom il-Europol vara tfittxija fir-repożitorju tal-infrastruttura ċentrali (CIR) f'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/...*(89), u meta l-kundizzjonijiet għall-aċċess stabbiliti f'dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, huma jistgħu jaċċessaw il-VIS għal konsultazzjoni meta t-tweġiba riċevuta kif imsemmi ffl-Artikolu 22(2) ta’ dak ir-Regolament  tiddikjara li d-data tkun maħżuna fil-VIS.

___________________

* Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L …, …, p. …).";

"

(2)  fl-Artikolu 7, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"1a. Fil-każijiet li fihom il-Europol vara tfittxija fis-CIR f'konformità mal-[Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/...(90), u meta l-kundizzjonijiet għall-aċċess stabbiliti f'dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, il-Europol tista' taċċessa l-VIS għal konsultazzjoni meta t-tweġiba riċevuta kif imsemmi fl-Artikolu 22(2) ta’ dak ir-Regolament tiddikjara li d-data tkun maħżuna fil-VIS.".

"

KAPITOLU X

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 66

Rapportar u statistika

1.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mal-▌ESP▌, esklużivament għall-finijiet ta' rapportar u statistika:

(a)  in-numru ta' tfittxijiet għal kull utent tal-profil tal-ESP;

(b)  in-numru ta' tfittxijiet f'kull bażi ta' data tal-Interpol.

Ma għandux ikun possibbli li jiġu identifikati individwi mid-data.

2.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mas-CIR, esklużivament għall-finijiet tar-rapportar u tal-istatistika:

(a)  l-għadd ta' tfittxijiet għall-finijiet tal-Artikoli 20, 21 u 22;

(b)  in-nazzjonalità, is-sess u s-sena tat-twelid tal-persuna;

(c)  it-tip ta' dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti;

(d)  in-numru ta' tfittxijiet magħmula b'data bijometrika u mingħajrha.

Ma għandux ikun possibbli li jiġu identifikati individwi mid-data.

3.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mal-MID, esklużivament għall-finijiet tar-rapportar u tal-istatistika:

(a)  l-għadd ta' tfittxijiet magħmula b'data bijometrika u mingħajrha;

(b)  in-numru ta' kull tip ta' link u s-sistema ta' informazzjoni tal-UE li fihom id-data llinkjata ;

(c)  il-perjodu ta' żmien li matulu link safra u ħamra tkun baqgħet fis-sistema.

Ma għandux ikun possibbli li jiġu identifikati individwi mid-data.

4.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għall-finijiet ta' twettiq ta' analiżi tar-riskju u ta' valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà kif imsemmija fl-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(91).

5.   Il-persunal debitament awtorizzat tal-Europol għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għall-finijiet tat-twettiq ta' analiżijiet ta' natura strateġika, tematika u operattiva kif imsemmi fl-Artikolu 18(2)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/794.

6.  Għall-fini tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-eu-LISA għandha taħżen id-data msemmija f’dawk il-paragrafi fis-CRRS. M'għandux ikun possibbli li jiġu identifikati individwi mid-data inkluża fis-CRRS, iżda d-data għandha tippermetti lill-awtoritajiet elenkati fil-paragrafi 1, 2 u 3 jiksbu rapporti u statistika personalizzabbli biex isaħħu l-effiċjenza tal-verifiki fil-fruntieri, biex jgħinu lill-awtoritajiet fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża u biex jappoġġaw it-tfassil tal-politiki fuq il-bażi tal-evidenza dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà fl-Unjoni.

7.   Fuq talba, il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali sabiex tevalwa l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq id-drittijiet fundamentali.

Artikolu 67

Perjodu tranżizzjonali għall-użu tal-portal Ewropew tat-tfittxija

1.  Għal perjodu ta' sentejn mid-data li fiha jibda jopera l-ESP, l-obbligi msemmija fl-Artikolu 7(2) u (4) m'għandhomx japplikaw u l-użu tal-ESP għandu jkun fakultattiv.

2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta att delegat, f'konformità mal-Artikolu 73 sabiex temenda dan ir-Regolament, billi testendi darba l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b'mhux aktar minn sena, meta valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ESP tkun uriet il-ħtieġa ta’ tali estensjoni speċjalment fid-dawl tal-impatt tad-dħul fis-seħħ tal-ESP fuq l-organizzazzjoni u t-tul tal-verifiki fil-fruntieri.

Artikolu 68

Perjodu tranżizzjonali applikabbli għad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għar-repożitorju komuni ta' informazzjoni għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn

L-Artikolu 22, il-punti 8 u 9 tal-Artikolu 60, il-punti 10 u 11 tal-Artikolu 61 u l-Artikolu 65 għandhom japplikaw mid-data tal-bidu tat-tħaddim tas-CIR imsemmija fl-Artikolu 72(3).

Artikolu 69

Perjodu tranżizzjonali għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli

1.  Għal perjodu ta' sena wara n-notifika mill-eu-LISA tat-tlestija tat-test tal-MID imsemmi fl-Artikolu 72(4)(b) ▌u qabel ma jibda jopera l-MID, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tkun responsabbli għat-twettiq ta' detezzjoni ta' identitajiet multipli bl-użu tad-data maħżuna fl-EES, fil-VIS, fil-Eurodac u fis-SIS. Id-detezzjonijiet ta' identitajiet multipli għandhom jitwettqu billi tintuża biss data bijometrika.

2.  Meta t-tfittxija tirrapporta konkordanza waħda jew diversi u d-data tal-identità tal-fajls illinkjati jkunu l-istess jew simili, għandha tinħoloq link bajda f'konformità mal-Artikolu 33.

Meta t-tfittxija tirrapporta konkordanza waħda jew diversi u d-data tal-identità tal-fajls illinkjati ma tkunx tista  titqies bħala simili, għandha tinħoloq link safra f'konformità mal-Artikolu 30, u għandha tkun tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 29.

Meta jiġu rrapportati diversi konkordanzi, għandha tinħoloq link bejn kull data li tiskatta l-konkordanza.

3.  Meta tinħoloq link safra, l-MID għandu jagħti aċċess għad-data tal-identità preżenti fis-sistemi ta' informazzjoni differenti tal-UE lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS.

4.  Meta tinħoloq link għal allert fis-SIS, għajr allert maħluq taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1860, l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE) 2018/1861 jew l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2018/1862, l-MID għandu jagħti aċċess għad-data tal-identità preżenti fis-sistemi ta' informazzjoni differenti lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li ħoloq l-allert.

5.  L-Unità Ċentrali tal-ETIAS, fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jew l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li ħolqu l-allert għandu jkollhom aċċess għad-data li tinsab fil-fajl ta' konferma tal-identità u għandhom jivvalutaw l-identitajiet differenti u għandhom jaġġornaw il-link f'konformità mal-Artikoli 31, 32 u 33 u jżiduha mal-fajl ta' konferma tal-identità.

6.  L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tinnotifika lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 71(3) ladarba biss il-links sofor kollha jkunu ġew ivverifikati manwalment u l-istatus tagħhom aġġornati f'links ħodor, bojod jew ħomor.

7.  L-Istati Membri għandhom jassistu lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS meta jkun meħtieġ fit-twettiq tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli msemmija taħt dan l-Artikolu.

8.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 73 sabiex temenda dan ir-Regolament billi tipproroga l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu b'sitt xhur, li jiġġedded darbtejn b'sitt xhur kull darba. Tali estensjoni għandha tingħata biss wara valutazzjoni tal-istima taż-żmien tat-tlestija għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli taħt dan l-Artikolu, turi li d-detezzjoni ta’ identitajiet multipli ma tistax titlesta qabel l-iskadenza tal-perjodu li jibqa’ taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew kwalunkwe estensjoni kurrenti għal raġunijiet indipendenti mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u li l-ebda miżura korrettiva ma tista' tiġi applikata. Il-valutazzjoni għandha ssir mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jiskadi tat-terminu msemmi jew it-terminu tal-estensjoni kurrenti.

Artikolu 70

Spejjeż

1.  L-ispejjeż magħmula b'rabta mal-istabbiliment u mat-tħaddim tal-ESP, il-BMS kondiviż, is-CIR u l-MID għandhom jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.  L-ispejjeż magħmula b'rabta mal-integrazzjoni tal-infrastrutturi nazzjonali eżistenti u l-konnessjoni tagħhom mal-interfaċċi uniformi nazzjonali kif ukoll b'rabta mall-'hosting' tal-interfaċċi uniformi nazzjonali għandhom jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu esklużi:

(a)  l-uffiċċju tal-Istati Membri għall-ġestjoni tal-proġetti (laqgħat, missjonijiet, uffiċċji);

(b)  il-'hosting' ta' sistemi tal- IT nazzjonali (spazju, implimentazzjoni, elettriku, tkessiħ);

(c)  it-tħaddim ta' sistemi tal-IT nazzjonali (operaturi u kuntratti ta' appoġġ);

(d)  id-disinn, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' netwerks nazzjonali ta' komunikazzjoni.

3.  Mingħajr preġudizzju għal finanzjament ulterjuri għal dan l-iskop minn sorsi oħrajn tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi mobilizzat ammont ta' EUR 32 077 000 mill-pakkett finanzjarju ta' EUR 791 000 000 previst fl-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 biex ikopri l-ispejjeż tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif previst fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

4.  Mill-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 3, għandhom jiġu allokati EUR 22 861 000 għall-eu-LISA, EUR 9 072 000 għall-Europol u EUR 144 000 għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) bħala appoġġ lil dawn l-aġenziji fil-qadi tal-kompiti rispettivi tagħhom taħt dan ir-Regolament. Tali finanzjament għandu jkun implimentat f'ambitu ta' ġestjoni indiretta.

5.  L-ispejjeż magħmula mill-awtoritajiet maħtura għandhom jiġġarrbu minn kull Stat Membru, rispettivament. L-ispejjeż għall-konnessjoni ta’ kull awtorità maħtura mas-CIR għandhom jiġġarrbu minn kull Stat Membru.

L-ispejjeż magħmula mill-Europol, inklużi dawk għall-konnessjoni mas-CIR, għandhom jiġġarrbu mill-Europol

Artikolu 71

Notifiki

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-eu-LISA dwar l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 7, 20, 21 u 26 li jistgħu jużaw jew ikollhom aċċess għall-ESP, għas-CIR u għall-MID rispettivament.

Lista konsolidata ta' dawn l-awtoritajiet għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur mid-data li fiha kull komponent tal-interoperabbiltà jkun beda bl-operat tiegħu f'konformità mal-Artikolu 72. Jekk ikun hemm emendi għal-lista, l-eu-LISA għandha tippubblika lista konsolidata aġġornata darba fis-sena.

2.  L-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar it-tlestija b'suċċess tat-test imsemmi fl-Artikolu 72(1)(b), (2)(b), (3)(b), (4)(b), (5)(b) u (6)(b).

3.  L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-konklużjoni b'suċċess tal-perjodu tranżizzjonali stabbilit fl-Artikolu 69.

4.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni notifikata skont il-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku, billi taġġorna b'mod kostanti s-sit web pubbliku.

Artikolu 72

Bidu tat-tħaddim

1.  Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-ESP għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 8(2), 9(7) ▌u 43(5);

(b)  l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-ESP, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li jistgħu jużaw l-ESP;

(c)  l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 8(1) ▌u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni.

L-ESP għandu jfittex biss fil-bażijiet tad-data tal-Interpol ladarba l-arranġamenti tekniċi jippermettukonformità mal-Artikolu 9(5). Kwalunkwe impossibbiltà ta’ konformità mal-Artikolu 9 (5) għandha twassal biex l-ESP ma jfittixx fil-bażijiet tad-data tal-Interpol, iżda ma għandhiex iddewwem il-bidu tat-tħaddim tal-ESP.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-BMS kondiviż għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 13(5) u 43(5);

(b)  l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-BMS kondiviż, li għandu jsir mill-eu-LISA b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri;

(c)  l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 13 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni;

(d)  l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess tat-test imsemmi fil-paragrafu 5(b).

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta s-CIR għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 43(5) u 78(10);

(b)  l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tas-CIR, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri;

(c)  l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 18 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni;

(d)  l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess tat-test imsemmi fil-paragrafu 5(b).

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-MID għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 28(5) u (7), 32(5), 33(6), 43(5) u 49(6);

(b)  l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-MID, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u mal-Unità Ċentrali tal-ETIAS;

(c)  l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 34 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni;

(d)  l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tkun innotifikat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 71(3);

(e)  l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess tat-testi msemmijin fil-paragrafi 1(b), 2(b), 3(b) u 5(b).

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni.

5.  Il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ atti ta’ implimentazzjonid-data minn meta l-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data, l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità tad-data għandhom jintużaw, ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 37(4);

b)  l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data, l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni.

6.  Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta s-CRRS għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 39(5) u 43(5);

(b)  l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tas-CRRS, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri;

(c)  l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 39 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni.

7.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont il-paragrafi 1(b), 2(b), 3(b), 4(b), 5(b) u 6(b).

8.  L-Istati Membri, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jibdew jużaw kull wieħed mill-komponenti tal-interoperabbiltà mid-data ddeterminata mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafi 1, 2, 3 u 4 rispettivament.

Artikolu 73

Eżerċitar tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 28(5), 39(5), 49(6), 67(2) u 69(8) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 28(5), 39(5), 49(6), 67(2) u 69(8) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka ta għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hi m'għandhiex ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 28(5), 39(5), 49(6), 67(2) u 69(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 74

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 75

Grupp Konsultattiv

Għandu jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv ta’ Interoperabilità mill-eu-LISA ▌. Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, għandu jkun japplika l-Artikolu 54(4), (5) u (6).

Artikolu 76

Taħriġ

L-eu-LISA għandha twettaq il-kompiti relatati mal-provvista ta' taħriġ dwar l-użu tekniku tal-komponenti tal-interoperabbiltà f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1726.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jipprovdu lill-persunal tagħhom li jkun awtorizzat jipproċessa data bl-użu tal-komponenti tal-interoperabbiltà programmi ta' taħriġ xieraq li jikkonċerna s-sigurtà tad-data, il-kwalità tad-data, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, il-proċeduri applikabbli għall-ipproċessar tad-data u l-obbligi ta' informazzjoni taħt l-Artikoli 32(4), 33(4) u 47.

Meta jkun il-każ, għandhom jiġu organizzati fil-livell tal-Unjoni korsijiet ta' taħriġ konġunti dwar dawn it-temi sabiex jitjiebu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-persunal tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni awtorizzati biex jipproċessaw data bl-użu tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-proċess ta' detezzjoni ta' identitajiet multipli, inklużi l-verifika manwali ta’ identitajiet differenti u l-bżonn li jmur magħha biex jinżammu s-salvagwardji xierqa tad-drittijiet fundamentali.

Artikolu 77

Manwal prattiku

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-eu-LISA u aġenziji tal-Unjoni relevanti oħra, għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni manwal prattiku għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Il-manwal prattiku għandu jipprovdi linji gwida tekniċi u operazzjonali, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-manwal prattiku fil-forma ta' rakkomandazzjoni.

Artikolu 78

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.  L-eu-LISA għandha tiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex jiġi ssorveljat l-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà u l-konnessjoni tagħhom mal-interfaċċa uniformi nazzjonali fid-dawl tal-għanijiet relatati mal-ippjanar u mal-ispejjeż u li jiġi ssorveljat il-funzjonament tal-komponenti tal-interoperabbiltà fid-dawl tal-għanijiet relatati mar-rendiment tekniku, mal-kosteffettività, mas-sigurtà u mal-kwalità tas-servizz.

2.  Sa... [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-iżvilupp tal-komponenti ta' interoperabbiltà, kif ukoll il-konnessjoni tagħhom mal-interfaċċa uniformi nazzjonali. Ladarba jiġi finalizzat l-iżvilupp, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu intlaħqu l-għanijiet, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kull diverġenza.

3.  Erba' snin wara li kull komponent tal-interoperabbiltà jkun beda jopera f’konformità mal-Artikolu 72 u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tal-komponenti tal-interoperabbiltà, inkluża s-sigurtà tagħhom.

4.  Barra minn hekk, sena wara kull rapport mill-eu-LISA, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tal-komponenti ta’ interoperabilità, inklużi:

(a)  valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(b)  eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament u l-impatt tiegħu fuq id-drittijiet fundamentali, inkluż, b'mod partikolari, valutazzjoni tal-impatt tal-komponenti tal-interoperabbiltà fuq id-dritt ta' nondiskriminazzjoni;

(c)  valutazzjoni tal-funzjonament tal-portal web, li tinkludi ċifri rigward l-użu tal-portal web u l-għadd ta' talbiet riżolti;

(d)  valutazzjoni tal-validità kontinwa tar-raġunament li fuqu huma msejsa l-komponenti tal-interoperabbiltà;

(e)  valutazzjoni tas-sigurtà tal-komponenti tal-interoperabbiltà;

(f)  valutazzjoni tal-użu tas-CIR għall-identifikazzjoni;

(g)  valutazzjoni tal-użu tas-CIR għall-prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra;

(h)  valutazzjoni ta' kull implikazzjoni, inkluż kull impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku f'punti ta' qsim tal-fruntieri u dawk l-implikazzjonijiet b'impatt baġitarju fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni.

(i)  valutazzjoni tat-tfittxija tal-bażijiet ta' data tal-Interpol permezz tal-ESP, inkluża informazzjoni dwar in-numru ta' konkordanzi fuq il-bażijiet ta' data tal-Interpol u informazzjoni dwar kwalunkwe problema li setgħet ġiet iffaċċjata.

L-evalwazzjonijiet ġenerali taħt l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jinkludu kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

5.  Sa... [sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u sussegwentement kull sena sa meta jiġu adottati l-atti ta’ implimetazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 72, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tat-tħejjijiet għall-implimentazzjoni sħiħa ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż imġarrba u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jista' jkollu impatt fuq l-ispejjeż totali.

6.  Sentejn wara l-bidu tat-tħaddim tal-MID f’konformità mal-Artikolu 72(4), il-Kummissjoni għandha tipproduċi eżami tal-impatt tal-MID fuq id-dritt ta' nondiskriminazzjoni. Wara dan l-ewwel rapport, l-eżami tal-impatt tal-MID fuq id-dritt ta' nondiskriminazzjoni għandu jkun parti mill-eżami msemmi fil-paragrafu 4(b) ta’ dan l-Artikolu.

7.  L-Istati Membri u l-Europol għandhom jipprovdu lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja biex jabbozzaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafi 3 sa 6. Din l-informazzjoni ma għandhiex tipperikola l-metodi ta' ħidma u lanqas ma għandha tinkludi informazzjoni li tiżvela s-sorsi, il-membri tal-persunal jew l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet maħtura.

8.  L-eu-LISA għandha tipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex tipproduċi l-evalwazzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 4.

9.  Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni sensittiva, u mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku, għall-prevenzjoni tal-kriminalità u għall-garanzija li l-ebda investigazzjoni nazzjonali ma tkun kompromessa, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti annwali dwar l-effettività tal-aċċess għad-data maħżuna fis-CIR għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:

(a)  l-iskopijiet preċiżi tal-konsultazzjonijiet inkluż it-tipi ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn;

(b)  ir-raġunijiet raġonevoli mogħtija għal suspett sostanzjat li persuna suspettata, awtur jew vittma huma koperti mir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 jew ir-Regolament (UE) 2018/1240;

(c)  l-għadd ta' talbiet għall-aċċess għas-CIR għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn;

(d)  l-għadd u t-tipi ta' każijiet li rriżultaw f'identifikazzjonijiet pożittivi;

(e)  il-ħtieġa u l-użu magħmul mill-eċċezzjonijiet għall-każijiet ta' urġenza inklużi dawk il-każijiet li fihom dik l-urġenza ma ġietx aċċettata mill-verifika ex post magħmula mill-punt ta' aċċess ċentrali.

Ir-rapporti annwali ppreparati mill-Istati Membri u tal-Europol għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.

10.   Għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri soluzzjoni teknikagħall-ġestjoni tat-talbiet għal aċċess mingħand l-utenti msemmijin fl-Artikolu 22 u għall-faċilitazzjoni tal-ġbir ta' informazzjoni taħt il-paragrafi 7 u 9 ta’ dan l-Artikolu għall-fini tal-ġenerazzjoni ta' rapporti u statistika msemmi f'dawk il-paragrafi. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tas-soluzzjoni teknika. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

Artikolu 79

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mal-ESP għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 72(1).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mal-BMS kondiviż għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 72(2).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mas-CIR għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 72(3).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mal-MID għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 72(4).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mal-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data, mal-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data, mal-istandards minimi tal-kwalità tad-data għandhom japplikaw rispettivament mid-dati stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 72(5).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mas-CRRS għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 72(6).

L-Artikoli 6, 12, 17, 25, 38, 42, 54, 56, 57, 70, 71, 73, 74, 75, 77 u 78(1) għandhom japplikaw minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu japplika, b’relazzjoni mal-Eurodac, mid-data meta ssir applikabbli r-riformulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)ĠU C 283, 10.8.2018, p. 48.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019.
(3)ĠU C 101, 16.3.2018, p. 116.
(4)Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(5)Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(6)Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/69/ĠAI tal-24 ta' Jannar 2005 dwar l-iskambju ta' ċerta data mal-Interpol (ĠU L 27, 29.1.2005, p. 61).
(7)Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).
(8) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(9) Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(10) Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1).
(11) Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14).
(12) Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).
(13) Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex jirreġistra data tad-dħul u l-ħruġ u ċaħda ta’ data ta' dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ Stati Membri u li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li temenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim u r-Regolamenti ta’ Schengen (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (Regolament EES) (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).
(14) Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).
(15) Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
(16) Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAIĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(17) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(18) ĠU C 233, 4.7.2018, p. 12.
(19) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(20)Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(21)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(22)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(23) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(24)Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(25)Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(26)ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(27)Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(28)ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(29)Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp l-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(30)ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(31)Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, dwar l-abolizzjoni ta’ kontrolli fil-fruntieri interni u l-moviment ta’ persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(32) Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).
(33) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).
(34) Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/... (ĠU L ..., ..., p. ...).
(35)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 31/19 (2017/0352(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(36) Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
(37) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
(38) Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għall-paragun tal-marki tas-swaba għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat u fuq talbiet għall-paragun mad-data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-Europol għal-liġi skopijiet ta’ infurzar, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).
(39) Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L ..., ..., p. ...).
(40)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 88/18 (2017/0144(COD)).
(41)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 88/18 (2017/0144(COD)).
(42)Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).
(43)+ OJ: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(44)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD).
(45)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(46)+ OJ: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(47)+ OJ: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(48)+OJ: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(49)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(50)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(51)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD).
(52)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(53)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(54)+ OJ: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(55)+ OJ: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(56)+ OJ: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD).
(57)+ OJ: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(58)
(59)+ OJ: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(60)+ OJ: Please insert in the text the number of the Regulation contained in document PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(61)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(62)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 31/19 (2017/0352(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(63)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(64)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 31/19 (2017/0352(COD)).
(65)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 88/18 (2017/0144(COD) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(66)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(67)+++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 31/19 (2017/0352(COD)).
(68)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 88/18 (2017/0144(COD)).
(69)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).+++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 31/19 (2017/0352(COD)).
(70)
(71)
(72)+ OJ: Please insert in the text the number of the Regulation contained in document PE-CONS 88/18 (2017/0144(COD)).
(73)++ OJ: Please insert in the text the number of the Regulation contained in document PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(74)+++ OJ: Please insert in the text the number of the Regulation contained in document PE-CONS 31/19 (2017/0352(COD)).
(75)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 88/18 (2017/0144(COD)).
(76)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(77)+++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 31/19 (2017/0352(COD)).
(78)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 88/18 (2017/0144(COD)).
(79)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(80)+++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 31/19 (2017/0352(COD)).
(81)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(82)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(83)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(84)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(85)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(86)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(87)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(88)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(89)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(90)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 30/19 (2017/0351(COD)).
(91) Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' April 2019Avviż legali