Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0090(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0029/2019

Testi mressqa :

A8-0029/2019

Dibattiti :

PV 16/04/2019 - 22
CRE 16/04/2019 - 23

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2019 - 8.7
CRE 17/04/2019 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0399

Testi adottati
PDF 345kWORD 115k
L-Erbgħa, 17 ta' April 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ***I
P8_TA-PROV(2019)0399A8-0029/2019
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (COM(2018)0185 – C8-0143/2018 – 2018/0090(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0185),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0143/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Kunsill Federali Awstrijak u mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Marzu 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0029/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 66.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE ▌, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur(1)
P8_TC1-COD(2018)0090

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva(3),

Billi:

(1)  L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-kisba ta' livell għoli ta' ħarsien għall-konsumatur permezz ta' miżuri adottati skont l-Artikolu 114 TFUE. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(2)  Jenħtieġ li leġiżlazzjoni għall-ħarsien tal-konsumatur tiġi applikata b'mod effettiv fl-Unjoni kollha. Madankollu, il-Kontroll tal-Idoneità komprensiv ta' direttivi dwar id-dritt tal-konsumatur u tal-kummerċjalizzazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni fl-2016 u fl-2017 fil-qafas tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), ikkonkluda li l-effettività tal-leġiżlazzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni hija kompromessa minn nuqqas ta' sensibilizzazzjoni kemm fost il-kummerċjanti kif ukoll fost il-konsumaturi u b’konsegwenza ta’ dan il-mezzi eżistenti ta’ rimedju jistgħu jiġu sfruttati aktar ta’ spiss.

(3)  L-Unjoni diġà ħadet għadd ta' miżuri biex ittejjeb l-għarfien fost il-konsumaturi, il-kummerċjanti u l-prattikanti legali dwar id-drittijiet tal-konsumatur u biex jitjieb l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur u r-rimedju għall-konsumatur. Madankollu, għad fadal xi lakuni ▌fil-liġijiet nazzjonali fir-rigward ta’ penali verament effettivi u proporzjonati biex jiskoraġġixxu u jissanzjonaw ksur intra-Unjoni, ir-rimedji individwali insuffiċjenti għal konsumaturi li jkunu ġarrbu danni minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2005/29/KE(4) u n-nuqqasijiet ta’ inibizzjoni proċedura skont id-Direttiva 2009/22/KE(5). Ir-reviżjoni tal-proċedura tal-inġunzjonijiet jenħtieġ li tiġi indirizzata minn strument separat li jemenda u jissostitwixxi d-Direttiva 2009/22/KE.

(4)  Id-Direttivi 98/6/KE(6), 2005/29/KE u 2011/83/UE(7) jinkludu rekwiżiti li l-Istati Membri jipprevedu għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għal kontra l-ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu dawn id-direttivi. Barra minn hekk, l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394(8) dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur (consumer protection cooperation, CPC) jesiġi li l-Istati Membri jieħdu miżuri ta' infurzar, inkluża l-impożizzjoni ta' penali, b'mod effettiv, effiċjenti u kkoordinat biex jitwaqqaf jew jiġi pprojbit il-każ ta' ksur mifrux jew ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni.

(5)  Ir-regoli nazzjonali attwali dwar il-penali jvarjaw b’mod sinifikanti madwar l-Unjoni. B’mod partikolari, mhux l-Istati Membri kollha jiżguraw li multi effettivi, proporzjonati u dissważivi jistgħu jiġu imposti fuq kummerċjanti li wettqu ksur għal każijiet ta’ ksur mifruxa jew każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli eżistenti dwar il-penali tad-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE jittejbu u fl-istess ħin jenħtieġ li jiġu introdotti regoli ġodda dwar il-penali fid-Direttiva 93/13/KEE(9).

(6)   Jenħtieġ li tibqa’ kwistjoni f’idejn l-Istati Membri li jagħżlu t-tip ta’ penali li għandhom jiġu imposti u li jistabbilixxu fid-dritt nazzjonali tagħhom il-proċeduri rilevanti biex jimponu penali fil-każ ta’ ksur tad-Direttivi emendati b’din id-Direttiva.

(7)  Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni aktar konsistenti tal-penali, b'mod partikolari f'każijiet ta' ksur fl-Unjoni, każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni msemmija fir-Regolament (UE) 2017/2394, jenħtieġ li jiġu introdotti kriterji komuni mhux eżawrjenti u indikattivi għall-applikazzjoni ta' penali. Jenħtieġ li dawn il-kriterji jinkludu, pereżempju, in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul tal-ksur, u kwalunkwe rimedju pprovdut mill-kummerċjant lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata ▌. Ksur ripetut min-naħa tal-istess awtur juri tendenza għat-twettiq ta' tali ksur u għalhekk ikun indikazzjoni sinifikanti tal-gravità tal-aġir u, għaldaqstant, tal-ħtieġa li jiżdied il-livell tal-penali biex tinkiseb deterrenza effettiva. Il- ▌benefiċċji finanzjarji miksuba, jew telf evitat minħabba l-ksur jenħtieġ li jitqiesu jekk tkun disponibbli d-data rilevanti. Jistgħu jitqiesu wkoll fatturi aggravanti jew mitiganti oħrajn applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

(8)  Dawn il-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi komuni għall-applikazzjoni ta' penali jistgħu ma jkunux rilevanti fid-deċiżjoni dwar penali fir-rigward ta' kull każ ta' ksur, b'mod partikolari fir-rigward ta' ksur mhux serju. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll prinċipji ġenerali oħrajn tal-liġi applikabbli għall-impożizzjoni ta' penali, bħal pereżempju l-prinċipju ta' non bis in idem.

(9)  Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mill-azzjoni koordinata għandhom jieħdu fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom il-miżuri ta’ infurzar kollha meħtieġa kontra l-kummerċjant responsabbli għall-ksur mifrux jew il-ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni sabiex dak il-ksur jitwaqqaf jew jiġi pprojbit. Fejn adatt huma għandhom jimponu penali, bħal multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali fuq il-kummerċjant responsabbli għall-każ ta' ksur mifrux jew ta' ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni. Il-miżuri ta' infurzar għandhom jittieħdu b'mod effettiv, effiċjenti u kkoordinat biex jitwaqqaf jew jiġi pprojbit il-każ ta’ ksur mifrux jew ta' ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati mill-azzjoni koordinata għandhom jippruvaw jieħdu miżuri ta' infurzar b'mod simultanju fl-Istati Membri kkonċernati minn dak il-ksur.

(10)  Biex ikun żgurat li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fir-rigward ta' ksur mifrux tad-dritt tal-konsumatur u għal każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni li huma soġġetti għal investigazzjoni kkoordinata u l-infurzar f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2394, jenħtieġ li l-multi jiġu introdotti bħala element ta' penali għal tali ksur. Biex jiġi żgurat effett dissważiv tal-multi, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu fid-dritt nazzjonali tagħhom il-multa massima għal ksur bħal dan f’livell li huwa mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru kkonċernat jew Stati Membri kkonċernati. F’ċerti każijiet, il-kummerċjant jista’ jkun ukoll grupp ta’ kumpaniji.

(11)  Kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) 2017/2394, meta jiġu imposti penali jenħtieġ tingħata l-attenzjoni dovuta, kif xieraq, għan-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur inkwistjoni. L-impożizzjoni ta’ penali jenħtieġ tkun proporzjonata u jenħtieġ tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, inkluż b’salvagwardji proċedurali applikabbli, u mal-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar nett, il-penali adottati jenħtieġ ikunu adatti għan-natura u għall-ħsara inġenerali attwali jew potenzjali tal-ksur tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumatur. Is-setgħa li jiġu imposti penali għandha tiġi eżerċitata jew direttament mill-awtoritajiet kompetenti taħt l-awtorità tagħhom stess, jew, fejn adatt, permezz ta’ rikors għal awtoritajiet kompetenti oħrajn jew awtoritajiet pubbliċi oħrajn, jew billi jingħataw istruzzjonijiet lil korpi nominati, jekk applikabbli, jew b’applikazzjoni lill-qrati kompetenti biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż, fejn xieraq, b’appell, jekk l-applikazzjoni biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa ma tirnexxix.

(12)  Jekk bħala riżultat tal-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2017/2394, awtorità kompetenti nazzjonali waħda fis-sens ta’ dak ir-Regolament timponi multa fuq il-kummerċjant responsabbli mill-każ ta’ ksur mifrux jew ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni, jinħtieġ li hija tkun tista’ timponi multa ta’ mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istati Membri kollha kkonċernati minn azzjoni ta’ infurzar koordinata.

(13)  Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux preklużi milli jżommu jew jintroduċu fid-dritt nazzjonali tagħhom multi ogħla bbażati fuq il-fatturat massimu għal każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni tal-liġi tal-konsumatur, kif definit fir-Regolament (UE) 2017/2394. Jenħtieġ ikun possibbli wkoll li l-Istati Membri jibbażaw tali multi fuq il-fatturat dinji tan-negozjant, jew li jestendu r-regoli dwar multi għal ksur ieħor mhux kopert mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva relatat mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 2017/2394. Barra minn hekk, f’każijiet fejn ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni dwar il-fatturat annwali tan-negozjant, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jinżammux milli jżommu jew jintroduċu regoli oħra li jipprovdu multi. Ir-rekwiżit li jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa f’livell ta’ mhux inqas minn 4 % tal-fatturat tal-kummerċjant jinħtieġ li ma japplika għal ebda regola addizzjonali tal-Istati Membri dwar il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, bħal multi ta’ kuljum, għal nuqqas ta’ konformità ma’ kull deċiżjoni, ordni, miżura interim, impenn tal-kummerċjant jew miżura oħra bil-għan li jitwaqqaf il-ksur.

(14)  Jenħtieġ li jiġu pprovduti regoli dwar il-penali fid-Direttiva 93/13/KEE bil-ħsieb li jissaħħaħ l-effett ta’ deterrent tagħha. L-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar il-proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja ta’ applikazzjoni ta’ penali għall-ksur tad-Direttiva 93/13/KEE. B’mod partikolari, l-awtoritajiet amministrattivi jew il-qrati nazzjonali jistgħu jimponu penali meta jistabbilixxu n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali, inkluż abbażi ta’ proċedimenti ġuridiċi mibdija minn awtorità amministrattiva. Il-penali jistgħu jiġu applikati wkoll mill-qrati nazzjonali jew mill-awtoritajiet amministrattivi meta l-kummerċjant juża termini kuntrattwali li huma b'mod espliċitu definiti bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha skont id-dritt nazzjonali kif ukoll meta l-kummerċjant juża terminu kuntrattwali li jkun instab li huwa inġust permezz ta’ deċiżjoni vinkolanti finali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-awtoritajiet amministrattivi għandhom ukoll id-dritt li jistabbilixxu n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali. Il-qrati nazzjonali jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħu japplikaw il-penali wkoll permezz tal-istess deċiżjoni li biha tiġi stabbilita n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali. Huwa wkoll f’idejn l-Istati Membri biex jistabbilixxu l-mekkaniżmi adatti ta’ koordinazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni fil-livell nazzjonali fir-rigward tar-rimedju individwali u l-penali.

(15)  Meta jallokaw dħul mill-multi ▌, l-Istati Membri jenħtieġ lijikkunsidraw li jtejbu l-protezzjoni tal-interess ġenerali tal-konsumaturi kif ukoll interessi pubbliċi protetti oħrajn. ▌

(16)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rimedji li huma disponibbli għal konsumaturi li jsofru dannu minn prattiki kummerċjali żleali biex jiġu eliminati l-effetti kollha ta' dawk il-prattiki żleali. Qafas ċar għal rimedji individwali jkun jiffaċilita l-infurzar privat. Il-konsumatur jenħtieġ li jkollu aċċess għal kumpens għad-danni u, fejn rilevanti, it-tnaqqis fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt, b’mod proporzjonat u effettiv. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli jżommu jew jintroduċu drittijiet addizzjonali ta' rimedju oħrajn bħalma huma t-tiswija jew is-sostituzzjoni għall-konsumaturi li jsofru minn prattiċi kummerċjali żleali biex jiġi żgurata t-tneħħija sħiħa tal-effetti ta' tali prattiki. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jinżammux milli jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-effetti tar-rimedji għall-konsumaturi. Fl-applikazzjoni tar-rimedji, jistgħu jiġu kkunsidrati, fejn xieraq, il-gravità u n-natura tal-prattika kummerċjali żleali, id-dannu mġarrab mill-konsumatur u ċirkostanzi rilevanti oħrajn, bħall-kondotta ħażina tal-kummerċjant jew il-ksur tal-kuntratt.

(17)  Il-Kontroll tal-Idoneità tad-direttivi dwar id-dritt tal-konsumaturi u tal-kummerċjalizzazzjoni u l-evalwazzjoni parallela tad-Direttiva 2011/83/UE identifikaw ukoll numru ta’ oqsma fejn ir-regoli eżistenti tal-ħarsien tal-konsumatur jenħtieġ li jiġu mmodernizzati ▌. Fil-kuntest tal-iżvilupp kontinwu tal-għodod diġitali huwa meħtieġ l-aġġustament kostanti tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur.

(18)  Il-klassifikazzjoni ogħla jew kwalunkwe pożizzjonament prominenti ta’ offerti kummerċjali fi ħdan ir-riżultati tat-tiftix online li jsiru mill-fornituri tal-funzjonalità tat-tiftix online għandhom impatt importanti fuq il-konsumaturi.

(19)  Il-klassifikazzjoni tirreferi għall-prominenza relattiva tal-offerti tal-kummerċjanti jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati tat-tiftix kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri tal-funzjonalità tat-tiftix online, inklużi dawk li jirriżultaw mill-użu ta' sekwenzar algoritmiku, mekkaniżmi tal-klassifikazzjoni jew tar-reċensjoni, prominenza viżwali jew għodod oħrajn li jagħtu prominenza, jew kombinamenti ta' dawn.

(20)  F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiżdied punt ġdid fl-Annesst I tad-Direttiva 2005/29/KE sabiex ikun ċar li jenħtieġ ikunu iprojbiti l-prattiki fejn kummerċjant jipprovdi informazzjoni lil konsumatur fil-forma ta’ riżultati ta’ tiftix b’rispons għat-talba ta’ tfittxija online tal-konsumatur mingħajr ma jiżvela reklamar imħallas b’mod speċifiku għall-kisba ta’ klassifikazzjoni ogħla ta’ prodotti fi ħdan ir-riżultati tat-tiftix. Meta kummerċjant ikun ħallas, direttament jew indirettament lill-fornitur tal-funzjonalità tat-tiftix online għal klassifikazzjoni ogħla ta’ prodott fi ħdan ir-riżultati tat-tiftix, il-fornitur tal-funzjonalità tat-tiftix online jenħtieġ li jinforma lill-konsumaturi b’dan f’mod konċiż, faċli u li jinftiehem. Il-pagament indirett jista’ jkun fil-forma ta’ aċċettazzjoni minn kummerċjant ta’ obbligi addizzjonali lejn il-fornitur tal-funzjonalità tat-tiftix online ta’ kwalunkwe tip li għandhom klassifikazzjoni ogħla bħala l-effett speċifiku tagħhom. Il-pagament indirett jista’ jikkonsisti f’kommissjoni akbar għal kull tranżazzjoni kif ukoll fi skemi differenti ta’ kumpens li b’mod speċifiku jwasslu għal klassifikazzjoni ogħla. Il-pagamenti għal servizzi ġenerali, bħal tariffi tal-elenkar jew abbonamenti għal sħubija, li jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ funzjonalitajiet offruti mill-fornitur tal-funzjonalità tat-tiftix online lill-kummerċjant jenħtieġ li ma jitqisux bħala pagament biex b’mod speċifiku jikseb klassifikazzjoni ogħla ta’ prodotti, dment li tali pagamenti ma jkunux maħsubin għall-kisba ta’ klassifikazzjoni ogħla.Il-funzjonalità tat-tiftix online tista’ tiġi pprovduta minn tipi differenti ta’ kummerċjanti online, inklużi intermedjarji, bħal postijiet tas-suq online, magni tat-tiftix u siti web ta’ tqabbil.

(21)  Ir-rekwiżiti tat-trasparenza fir-rigward tal-parametri ewlenin tal-klassifikazzjoni huma rregolati wkoll bir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10)(11) dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza skont ir-Regolament (UE) 2019/ ...(12)++ ikopru firxa wiesgħa ta’ intermedjarji online, inklużi swieq online, iżda japplikaw biss bejn il-kummerċjanti u l-intermedjarji online. Għalhekk jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti simili fid-Direttiva 2005/29/KE biex tiġi żgurata trasparenza adegwata għall-konsumaturi, ħlief fil-każ ta’ fornituri ta’ magni tat-tiftix online li diġà huma mitluba mir-Regolament (UE) 2019/...++ jistabbilixxu l-parametri prinċipali, li b'mod individwali jew kollettiv huma l-aktar sinifikanti biex jiddeterminaw il-klassifikazzjoni u l-importanza relattiva ta' dawk il-parametri prinċipali, billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku mfassla b'lingwaġġ sempliċi u intelliġibbli dwar il-magni tat-tiftix online ta' dawk il-fornituri.

(22)  Il-kummerċjanti li jippermettu lill-konsumaturi jfittxu prodotti u servizzi, bħal vjaġġar, akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ divertiment, offruti minn negozjanti differenti jew minn konsumaturi jenħtieġ li jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-parametri prinċipali awtomatiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tat-talba ta’ tfittxija u l-importanza relattiva tagħhom meta mqabbla ma’ parametri oħrajn. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tkun konċiża u ssir disponibbli b’mod faċli, prominenti u dirett. Parametri li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tfisser kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati f’algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta’ aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-klassifikazzjoni.

(23)  Ir-rekwiżit tal-informazzjoni dwar il-parametri ewlenin tal-klassifikazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943(13). Jenħtieġ li l-kummerċjanti ma jkunux meħtieġa jiżvelaw id-dettalji tal-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-klassifikazzjoni tagħhom, inkluż l-algoritmi. Jenħtieġ li l-kummerċjanti jipprovdu deskrizzjoni ġenerali tal-parametri ewlenin tal-klassifikazzjoni li tispjega l-parametri prestabbiliti ewlenin użati mill-kummerċjant u l-importanza relattiva tagħhom meta mqabbel ma' parametri oħra, madankollu ma hemmx għalfejn tiġi ppreżentata b’mod personalizzat għal kull talba ta’ tfittxija individwali.

(24)  Jekk il-prodotti jiġu offruti lill-konsumaturi fi swieq online, kemm is-suq online kif ukoll il-fornitur terz ikunu involuti fl-għoti tal-informazzjoni prekuntrattwali meħtieġa mid-Direttiva 2011/83/UE. Bħala riżultat, il-konsumaturi li jużaw is-suq online jistgħu ma jifhmux b’mod ċar min huma s-sħab kuntrattwali tagħhom u kif inhuma affettwati d-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

(25)  Jenħtieġ li s-swieq online jiġu definiti għall-finijiet tad-Direttiva 2011/83/UE bl-istess mod bħal fir-Regolament (UE) Nru 524/2013(14) u d-Direttiva (UE) 2016/1148/UE(15). Madankollu, jenħtieġ li d-definizzjoni tiġi aġġornata u magħmula aktar teknoloġikament newtrali biex tkopri teknoloġiji ġodda. Huwa għalhekk xieraq li ssir referenza, minflok “sit web”, għas-software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li jkun operat minn jew f’isem il-kummerċjant, skont il-kunċett ta’ “interfaċċa online” kif previst fir-Regolament (UE) 2017/2394 u mir-Regolament (UE) 2018/302(16).

(26)  Jenħtieġ, għalhekk, li fid-Direttiva 2005/29/UE u fid-Direttiva 2011/83/UE jiġu pprovduti rekwiżiti ta' trasparenza speċifiċi għas-swieq online biex il-konsumaturi li jużaw is-swieq online jiġu infurmati dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-offerti, u jekk jidħlu f'kuntratt ma' negozjant jew mhux negozjat (bħal konsumatur ieħor) ▌ .

(27)  Is-swieq online jenħtieġ li jinfurmaw lill-konsumaturi jekk terza persuna li toffri oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali tkunx kummerċjant jew le, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ta’ din it-terza persuna lis-suq online. Meta l-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali tiddikjara l-istatus tagħha bħala mhux kummerċjant, is-swieq online jenħtieġ li jipprovdu dikjarazzjoni qasira li turi li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx għall-kuntratt konkluż. Barra minn hekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu infurmati kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornitur tas-suq online. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata b'mod ċar u komprensibbli u mhux biss permezz ta' referenza fit-Termini u Kundizzjonijiet standard jew dokument kuntrattwali simili. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' informazzjoni għal swieq online jkunu proporzjonati u jkunu meħtieġa joħolqu bilanċ bejn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività ta' swieq online. Jenħtieġ li s-swieq online ma jkollhomx bżonn jelenkaw drittijiet speċifiċi tal-konsumaturi meta jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-applikabbiltà jew in-nonapplikabbiltà. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-konsumatur previsti fid-Direttiva 2011/83/UE, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1). L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar ir-responsabbiltà għall-iżgurar tad-drittijiet tal-konsumatur tiddependi fuq l-arranġamenti kuntrattwali bejn is-suq online u l-kummerċjanti rilevanti ta' terzi persuni. Suq online jista' jirreferi għall-kummerċjant terz bħala unikament responsabbli biex ikunu żgurati d-drittijiet tal-konsumatur jew jiġu deskritti r-responsabbiltajiet speċifiċi tiegħu meta huwa jassumi r-responsabbiltà għal ċerti aspetti tal-kuntratt, pereżempju, għall-kunsinna jew matul l-eżerċizzju tad-dritt ta' reċess.

(28)  Skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE(17), swieq online jenħtieġ li ma jkunux obbligati jivverifikaw l-istatus legali ta’ fornituri terzi. Minflok, jenħtieġ li s-suq online jirrikjedi lil fornituri terzi ta’ prodotti fuq suq online biex jindikaw l-istatus tagħhom bħala kummerċjanti jew mhux kummerċjanti għall-finijiet tad-dritt tal-konsumatur u biex jipprovdu din l-informazzjoni online.

(29)  Meta jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi li jikkonċernaw is-swieq online u l-ħtieġa li jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jadottaw jew iżommu miżuri addizzjonali speċifiċi għal dan il-għan. Tali dispożizzjonijiet jenħtieġ li jkunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/31/KE.

(30)  Id-definizzjonijiet tal-kontenut diġitali u tas-servizzi diġitali fid-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ li jiġu allinjati ma’ dawk tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18)(19). Il-kontenut diġitali kopert mid-Direttiva (UE) 2019/...(20)++ikopri att uniku ta’ forniment, sensiela ta’ atti individwali ta’ forniment, jew forniment kontinwu fuq perjodu ta’ żmien. Jenħtieġ li l-element ta' forniment kontinwu ma jirrikjedix neċessarjament forniment fuq perjodu ta' żmien twil. Każijiet bħal streaming online ta' filmati qosra jenħtieġ li jitqiesu bħala forniment kontinwu matul perjodu ta' żmien, irrispettivament mit-tul tal-fajl awdjoviżiv. Għalhekk jista’ jkun diffiċli li ssir distinzjoni bejn ċerti tipi ta’ kontenut diġitali u servizzi diġitali, peress li t-tnejn li huma jistgħu jinvolvu forniment kontinwu min-naħa tal-kummerċjant tul iż-żmien tal-kuntratt. Eżempji ta' servizzi diġitali huma servizzi ta' kondiviżjoni ta' vidjo u awdjo u l-ospitar ta' fajls oħra, il-word processing jew il-logħob offruti fl-ambjent tal-cloud, il-cloud storage, il-posta web, il-midja soċjali u l-applikazzjonijiet tal-cloud. L-involviment kontinwu tal-fornitur tas-servizzi jiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar id-dritt ta’ reċess stabbilit fid-Direttiva 2011/83/UE li effettivament jippermetti lill-konsumatur li jittestja s-servizz u jiddeċiedi, matul il-perjodu ta’ 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt, jekk iżżommux jew le. ▌Kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli huma kkaratterizzati minn att uniku mill-kummerċjant biex jipprovdi lill-konsumatur b'biċċa jew biċċiet speċifiċi ta' kontenut diġitali, bħal fajls speċifiċi tal-mużika jew tal-vidjo. Huma jibqgħu soġġetti għall-eċċezzjoni mid-dritt ta' reċess fl-Artikolu 16(m), li jipprovdi li l-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess meta l-prestazzjoni tal-kuntratt ikun beda, bħal tniżżil jew streaming tal-▌kontenut soġġett għall-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur biex tinbeda l-prestazzjoni matul il-perjodu tad-dritt ta' reċess u soġġett għar-rikonoxximent li b’hekk tilef id-dritt tiegħu. F’każ ta’ dubju, dwar jekk il-kuntratt huwiex kuntratt ta’ servizz jew kuntratt għal kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli, jenħtieġ li jiġu applikati r-regoli tad-dritt ta’ reċess għas-servizzi.

(31)  Il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali spiss jiġu fornuti online permezz ta' kuntratti fejn il-konsumatur ma jħallasx prezz iżda jipprovdi data personali lill-kummerċjant. Id-Direttiva 2011/83/UE diġà tapplika għal kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli (jiġifieri l-forniment ta' kontenut diġitali online) irrispettivament minn jekk il-konsumatur iħallasx prezz fi flus jew jipprovdi data personali. B'kuntrast ma' dan, id-Direttiva 2011/83/UE tapplika biss għal kuntratti ta' servizz, inklużi l-kuntratti għal servizzi diġitali, li jipprevedu li l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas prezz. Konsegwentement, din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti għal servizzi diġitali fejn il-konsumatur jipprovdi data personali lill-kummerċjant mingħajr ma jħallas prezz. Minħabba x-xebh ta' bejniethom u l-interkambjabbiltà ta' servizzi diġitali mħallsa u s-servizzi diġitali pprovdut bi skambju għal data personali, dawn jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess regoli skont id-Direttiva 2011/83/UE.

(32)  Jenħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE u d-Direttiva (EU) 2019/...(21), li tapplika għal kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali li permezz tagħhom konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant.

(33)  Għalhekk, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ li jkun estiż biex ikopri wkoll il-kuntratti li fuq il-bażi tagħhom il-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali. Bl-istess mod għal kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli, jenħtieġ li d-Direttiva tapplika kull meta l-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u l-kummerċjant ma jipproċessax din id-data għal kwalunkwe skop ieħor. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali jenħtieġ li jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679.

(34)  Sabiex jiġi żgurat allinjament sħiħ mad-Direttiva (EU) 2019/...(22), jekk il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali ma jkunux fornuti bi skambju ma' prezz, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE ma tapplikax għal sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant jiġbor data personali ▌għall-iskop waħdieni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali li l-kummerċjant hu soġġett għalihom. Sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu każijiet fejn ir-reġistrazzjoni tal-konsumatur tkun meħtieġa mil-liġijiet applikabbli għal skopijiet ta' sigurtà u ta' identifikazzjoni ▌.

(35)  Jenħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE ma tapplikax lanqas għal sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant jiġbor biss il-metadata, bħal informazzjoni dwar it-tagħmir tal-konsumatur jew l-istorja tal-ibbrawżjar ▌, ħlief jekk dan jitqies bħala kuntratt skont il-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax ukoll għal sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur, mingħajr ma jkun ikkonkluda kuntratt mal-kummerċjant, ikun espost għal reklamar esklużivament biex jikseb aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 2011/83/UE għal sitwazzjonijiet bħal dawn jew inkella li jirregolaw sitwazzjonijiet bħal dawn li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

(36)  Il-kunċett ta’ funzjonalità jenħtieġ li jirreferi għall-modi li bihom jistgħu jintużaw il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Pereżempju, l-assenza jew il-preżenza ta' kwalunkwe restrizzjoni teknika bħall-protezzjoni permezz tal-Ġestjoni tad-Drittijiet Diġitali jew tal-ikkowdjar tar-reġjun jista' jkollha impatt fuq il-possibbiltà li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jwettaq il-funzjonijiet kollha tiegħu fir-rigward tal-iskop tiegħu. Il-kunċett ta' interoperabbiltà jiddeskrivi jekk u sa liema punt il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kapaċi jiffunzjona b'ħardware jew software differenti minn dawk li normalment bihom jintuża kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip. Funzjonament korrett jinkludi, pereżempju, il-kapaċità tal-kontenut jew is-servizz diġitali li jikkondividi informazzjoni ma' tali software jew hardware ieħor u juża l-informazzjoni kondiviża. Il-kunċett ta’ kompatibbiltà huwa definit fid-Direttiva (UE) 2019/...(23).

(37)  L-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(8) tad-Direttiva 2011/83/UE jirrikjedu li l-kummerċjanti, għal kuntratti barra mill-post tan-negozju u mill-bogħod rispettivament, jiksbu l-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur biex jibdew l-eżekuzzjoni qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ rtirar. L-Artikolu 14(4)(a) jipprovdi għal penali kuntrattwali meta dan ir-rekwiżit ma jiġix sodisfatt mill-kummerċjant, jiġifieri, il-konsumatur ma jkollux iħallas għas-servizzi pprovduti. L-obbligu li jinkiseb il-kunsens espliċitu tal-konsumatur huwa għalhekk rilevanti biss għas-servizzi, inkluż għas-servizzi diġitali, li jiġu pprovduti bi ħlas ta’ prezz Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 7(3) u Artikolu 8(8) fis-sens li l-obbligu għal-kummerċjanti li jiksbu l-kunsens minn qabel tal-konsumatur japplika biss għal kuntratti ta’ servizz li jpoġġu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas.

(38)  L-Artikolu 16(m) tad-Direttiva 2011/83/UE jipprevedi eċċezzjoni għad-dritt ta’ reċess fir-rigward ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli, jekk il-konsumatur ikun ta kunsens minn qabel li jibda l-eżekuzzjoni qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess u rrikonoxxa li jitlef id-dritt ta’ reċess. L-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2011/83/UE jipprovdi għal penali kuntrattwali meta dan ir-rekwiżit ma jiġix sodisfatt mill-kummerċjant, jiġifieri, il-konsumatur ma jkollux iħallas biex il-kontenut diġitali jiġi kkunsmat. L-obbligu li jinkiseb il-kunsens espliċitu tal-konsumatur u rikonoxximent huwa għalhekk rilevanti biss għal kontenut diġitali, li huwa pprovduta bi ħlas ta’ prezz. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 16(m) fis-sens li l-obbligu għall-kummerċjanti li jinkiseb il-kunsens minn qabel tal-konsumatur u tal-avviż ta’ riċeviment tal-konsumatur japplika biss għall-kuntratti li jpoġġu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas.

(39)  L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29/KE jistabbilixxi rekwiżiti ta' informazzjoni ta' “stedina għax-xiri” ta' prodott bi prezz speċifiku. Dawn ir-rekwiżiti ta' informazzjoni diġà japplikaw fl-istadju ta' reklamar, filwaqt li d-Direttiva 2011/83/UE timponi l-istess rekwiżiti ta' informazzjoni u oħrajn iktar dettaljati fi stadju prekuntrattwali aktar tard (jiġifieri eżatt qabel ma l-konsumatur jidħol f'kuntratt). F’dan ir-rigward, il-kummerċjanti jistgħu jiġu mitluba li jipprovdu l-istess informazzjoni fir-reklamar (eż. riklam online fuq sit web tal-midja) u fl-istadju prekuntrattwali (eż. fil-paġni elettroniċi tal-ħwienet online tagħhom).

(40)  Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29/KE jinkludu l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumatur dwar il-politika ta’ ġestjoni tal-ilmenti tal-kummerċjant. Is-sejbiet tal-Kontroll tal-Idoneità juru li din l-informazzjoni hija l-aktar rilevanti fl-istadju prekuntrattwali, li huwa rregolat mid-Direttiva 2011/83/UE. Ir-rekwiżit li tiġi pprovduta din l-informazzjoni fi stediniet għax-xiri fl-istadju ta’ reklamar skont id-Direttiva 2005/29/KE għandhom għalhekk jiġu mħassra.

(41)  L-Artikolu 6(1)(h) tad-Direttiva 2011/83/UE jesiġi li l-kummerċjanti jipprovdu lill-konsumaturi bl-informazzjoni prekuntrattwali dwar id-dritt ta’ reċess, inkluż b’mudell tal-formola ta' reċess kif stabbilita  fl-Anness I(B) tad-Direttiva. L-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83/UE jipprovdi għal aktar rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali, jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew żmien limitat biex tintwera l-informazzjoni, bħal bit-telefown, permezz ta’ assistenti tax-xiri f’forma ta’ leħen jew b’SMS. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali obbligatorja li għandha tiġi pprovduta fuq jew permezz ta’ dak il-mezz partikolari ta’ komunikazzjoni mill-bogħod jinkludu informazzjoni dwar id-dritt ta’ reċess kif imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 6(1). Għaldaqstant, dawn jinkludu wkoll il-provvediment ta’ mudell ta’ formola ta' reċess kif stabbilita fl-Anness I(B) tad-Direttiva. Madankollu, il-forniment tal-formola ta' reċess tkun impossibbli meta kuntratt jiġi konkluż permezz tat-telefown, jew permezz ta’ assistenti tax-xiri f’forma ta’ leħen u jista’ ma jkunx teknikament fattibbli b’mod faċli għall-utent fuq mezzi oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod koperti mill-Artikolu 8(4). Huwa għalhekk xieraq li jiġi eskluż l-għoti tal-mudell ta’ formola standard ta’ reċess mill-informazzjoni li l-kummerċjanti jridu jipprovdu fi kwalunkwe każ fuq jew permezz tal-mezz partikolari ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użat għall-konklużjoni tal-kuntratt skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83/UE.

(42)  L-Artikolu 16(a) tad-Direttiva 2011/83/UE jipprovdi għal eċċezzjoni mid-dritt ta’ reċess fir-rigward tal-kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet, bil-kunsens minn qabel tal-konsumatur u bir-rikonoxximent li huwa se jitlef id-dritt ta’ reċess wara l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant. B’kuntrast, l-Artikoli 7(3) u 8(8) tad-Direttiva 2011/83/UE, li jittrattaw l-obbligi tal-kummerċjant f’sitwazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tkun ġiet mibdija qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess, jirrikjedu biss li l-kummerċjanti jiksbu l-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur, iżda mhux rikonoxximent li d-dritt ta’ reċess se jintilef meta l-prestazzjoni tkun kompluta. Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet legali msemmija hawn fuq, huwa meħtieġ li jiżdied obbligu fl-Artikoli 7(3) u 8(8) tad-Direttiva 2011/83/UE għall-kummerċjant biex jikseb ukoll ir-rikonoxximent mingħand il-konsumatur li id-dritt ta' reċess ikun jintilef meta l-prestazzjoni tkun kompluta. Barra minn hekk, il-formulazzjoni tal-Artikolu 16(a) jenħtieġ li tiġi aġġustata għat-tibdil fl-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(8) fejn l-obbligu għall-kummerċjanti li jiksbu l-kunsens minn qabel tal-konsumatur japplika biss għal kuntratti ta’ servizz li jpoġġu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw l-opzjoni li ma japplikawx ir-rekwiżit li jinkiseb r-rikonoxximent mingħand il-konsumatur li d-dritt ta' reċess jintilef meta l-prestazzjoni tkun kompluta fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi fejn il-konsumatur ikun talab speċifikament żjara mill-kummerċjant bil-għan li jagħmel tiswijiet. Il-punt (c) tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/83/UE jipprovdi għal eċċezzjoni mid-dritt ta' reċess f’każ ta’ forniment ta’ oġġetti magħmula skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar. Din l-eċċezzjoni tkopri, pereżempju, il-manifattura u l-installazzjoni ta’ għamara personalizzata fid-dar tal-konsumatur meta tiġi pprovduta taħt kuntratt ta’ bejgħ uniku.

(43)  L-eċċezzjoni mid-dritt ta' reċess prevista fl-Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2011/83/UE, jenħtieġ li titqies li tapplika wkoll għal kuntratti għal kunsinni individwali ta’ enerġija mhux konnessa man-netwerk, minħabba li l-prezz tagħha jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-swieq tal-komoditajiet jew fis-swieq tal-enerġija li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-kummerċjant u li jistgħu jseħħu fil-perjodu ta' reċess.

(44)  L-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2011/83/UE jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom, fil-każ li jeżerċita d-dritt ta’ reċess, il-konsumatur ma għandux iġarrab l-ispejjeż għall-eżekuzzjoni ta’ servizzi, għall-provvista ta’ utilitajiet pubbliċi u għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli. Meta kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tiġi ssodisfata, il-konsumatur ma jkollux għalfejn iħallas il-prezz tas-servizz, l-utilitajiet pubbliċi jew kontenut diġitali li jaslu qabel l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess. Fir-rigward tal-kontenut diġitali, waħda minn dawn il-kundizzjonijiet mhux kumulattivi skont l-Artikolu 14(4)(b)(iii) hija nuqqas li tiġi pprovduta l-konferma tal-kuntratt, inkluż il-konferma tal-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur biex tibda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess u rikonoxximent li d-dritt ta’ reċess jintilef bħala riżultat ta’ dan. Madankollu, din il-kundizzjoni mhijiex inkluża fost il-kundizzjonijiet għat-telf tad-dritt ta' reċess fl-Artikolu 16(m), u b’hekk tinħoloq inċertezza dwar il-possibbiltà għall-konsumatur li jinvoka l-Artikolu 14(4)(b)(iii) meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra previsti fl-Artikolu 14(4)(b) u b’riżultat ta’ dan jintilef id-dritt ta' reċess skont l-Artikolu 16(m). Il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 14(4)(b)(iii) jenħtieġ għalhekk li tiżdied mal-Artikolu 16(m) sabiex il-konsumatur ikun jista’ jeżerċita d-dritt ta’ reċess meta ma tkunx issodisfata u b’hekk jitlob id-drittijiet previsti fl-Artikolu 14(4).

(45)  Il-kummerċjanti jistgħu jippersonalizzaw il-prezz tal-offerti tagħhom għal konsumaturi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ konsumaturi abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat u tfassil tal-profil tal-imġiba tal-konsumatur li jippermetti lill-kummerċjanti jivvalutaw il-kapaċità tal-akkwist tal-konsumatur. Għalhekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu infurmati b’mod ċar meta l-prezz ippreżentat lilhom ikun personalizzat fuq il-bażi ta’ deċiżjoni awtomatizzata, sabiex dawn iqisu r-riskji potenzjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Konsegwentement, jenħtieġ li jiżdied rekwiżit ta’ informazzjoni speċifiku fid-Direttiva 2011/83/UE biex il-konsumatur jiġi infurmat meta l-prezz ikun personalizzat abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat. Dan ir-rekwiżit ta’ informazzjoni jenħtieġ li ma japplikax għal tekniki bħal ipprezzar “dinamiku” jew “f’ħin reali” li jinvolvu bidla fil-prezz b’mod flessibbli ħafna u ta’ malajr b’rispons għad-domandi tas-suq meta dan ma jkunx jinvolvi il-personalizzazzjoni abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat. Dan ir-rekwiżit ta’ informazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24), li jipprovdi, fost oħrajn, għad-dritt tal-individwu li ma jkunx soġġett għal teħid ta’ deċiżjonijiet individwali awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili.

(46)  Meta wieħed iqis żviluppi teknoloġiċi, huwa meħtieġ li titneħħa r-referenza għal numru tal-faks mil-lista ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni fl-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83/UE minħabba li l-faks rarament jintuża u fil-biċċa l-kbira ntemm l-użu tiegħu.

(47)  Il-konsumaturi qegħdin jistrieħu dejjem aktar fuq ir-reċensjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-konsumaturi meta jieħdu deċiżjonijiet rigward xiri. Għalhekk, meta l-kummerċjanti jipprovdu aċċess għal reċensjonijiet tal-konsumatur dwar il-prodotti, dawn jenħtieġ li jinfurmaw jekk hemmx proċessi jew proċeduri fis-seħħ biex jiżguraw li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw minn konsumaturi li xtraw jew użaw il-prodotti. Jekk dawn il-proċessi jew proċeduri jkunu fis-seħħ, dawn jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar kif isiru l-verifiki u jipprovdu informazzjoni ċara lill-konsumaturi dwar kif jiġu pproċessati r-reċensjonijiet, pereżempju jekk jintwerewx ir-reċensjonijiet kollha, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, jew jekk dawn ir-reċensjonijiet ikunux ġew sponsorjati jew influwenzati minn relazzjoni kuntrattwali ma' kummerċjant. Barra minn hekk, jenħtieġ li għalhekk titqies li hija prattika kummerċjali żleali li l-konsumaturi jiġu mqarrqa bl-użu ta’ dikjarazzjonijiet abbażi ta’ reċensjonijiet dwar prodott sottomessi minn konsumaturi li fil-fatt ikunu użaw jew xtraw il-prodott meta ma jkun ittieħed l-ebda pass raġonevoli u proporzjonat biex jiġi żgurat li dawn joriġinaw minn tali konsumaturi. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, mezzi tekniċi biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-persuna li tagħmel ir-reċensjoni, filwaqt li tintalab informazzjoni biex jiġi vverifikat li l-konsumatur ikun fil-fatt xtara jew uża l-prodott.

(48)  Id-dispożizzjonijiet li jindirizzaw ir-reċensjonijiet u l-approvazzjonijiet tal-konsumatur huma mingħajr preġudizzju għall-prattika komuni u leġittima ta’ reklamar permezz ta’ stqarrijiet esaġerati jew stqarrijiet li mhumiex intiżi sabiex jinftiehmu litteralment.

(49)  Il-kummerċjanti jenħtieġ ukoll li jiġu pprojbiti milli jippubblikaw reċensjonijiet u approvazzjonijiet tal-konsumatur foloz, bħal “likes” fuq il-midja soċjali, jew milli jikkummissjonaw lil oħrajn biex jagħmlu dan sabiex jippromwovu l-prodotti tagħhom, kif ukoll milli jimmanipulaw ir-reċensjonijiet u l-approvazzjonijiet tal-konsumatur, bħall-pubblikazzjoni ta’ reċensjonijiet pożittivi biss u t-tħassir ta’ dawk negattivi. Dan jista’ jseħħ ukoll permezz tal-estrapolazzjoni ta’ approvazzjonijiet soċjali meta l-interazzjoni pożittiva tal-utent ma’ ċertu kontenut online tiġi marbuta jew trasferita għal kontenut differenti iżda relatat, u b’hekk tinħoloq l-illużjoni li dak l-utent ikun iqis ukoll b’mod pożittiv il-kontenut relatat.

(50)  Il-kummerċjanti jenħtieġ li jkunu pprojbiti milli jerġgħu jbigħu lill-konsumaturi biljetti għal avvenimenti kulturali u sportivi li huma jkunu kisbu bl-użu ta’ software bħal “bots” li jippermettulhom jixtru kwantità ta’ biljetti akbar mil-limiti tekniċi imposti mill-bejjiegħ tal-biljetti primarju jew li jevitaw kwalunkwe mezz tekniku ieħor stabbilit mill-bejjiegħ primarju biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-biljetti għall-individwi kollha. Din il-projbizzjoni speċifika hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura nazzjonali oħra li l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u biex jiżguraw politika kulturali u aċċess wiesa’ għall-individwi kollha għal avvenimenti kulturali u sportivi, bħal regolazzjoni tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-biljetti.

(51)  L-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jiggarantixxi l-libertà tal-intrapriża skont id-dritt tal-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiki nazzjonali. Madankollu, il-kummerċjalizzazzjoni madwar l-Istati Membri ta’ oġġetti bħala identiċi meta fir-realtà jkunu differenti ħafna f’termini ta’ kompożizzjoni jew karatteristiċi li jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi u jwasslu biex dawn jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f’sitwazzjoni oħra.

(52)  Din il-prattika tista' għalhekk tkun ikkwalifikata bħala li tmur kontra d-Direttiva 2005/29/KE, abbażi ta' valutazzjoni każ b'każ ta' elementi rilevanti. Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-liġi eżistenti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-konsumatur u l-ikel, ingħatat gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli attwali tal-UE għal sitwazzjonijiet ta’ kwalità doppja tal-ikel ▌fl-Avviż tal-Kummissjoni tas-26.9.2017 "dwar l-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-ikel minħabba kwistjonijiet ta' differenzi fil-kwalità tal-istess prodotti – Il-każ speċifiku tal-ikel”.(25) F’dan il-kuntest, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni ppreżenta approċċ komuni tal-ittestjar komparattiv tal-prodotti tal-ikel ▌(26).

(53)  Madankollu, l-esperjenza wriet li jista' ma jkunx ċar għall-konsumaturi, kummerċjanti u awtoritajiet nazzjonali kompetenti liema prattiki kummerċjali jistgħu jmorru kontra d-Direttiva 2005/29/KE fin-nuqqas ta' dispożizzjoni espliċita. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2005/29/KE tiġi emendata biex tiġi żgurata ċertezza legali kemm għall-kummerċjanti kif ukoll għall-awtoritajiet tal-infurzar billi tiġi indirizzata b'mod espliċitu l-kummerċjalizzazzjoni ta' oġġett bħala identiku għal oġġett ikkumerċjalizzat fi ▌Stati Membri oħra, meta dawn l-oġġetti jkunu differenti b'mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw u jindirizzaw fuq bażi ta' każ b'każ prattiki bħal dawn skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Fit-twettiq tal-valutazzjoni tagħha, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tqis jekk tali differenza tkunx faċilment identifikabbli mill-konsumaturi, dritt ta' kummerċjant li jadatta għal oġġetti tal-istess marka fi swieq ġeografiċi differenti minħabba fatturi leġittimi u oġġettivi, bħal leġiżlazzjoni nazzjonali, disponibbiltà jew l-istaġunalità tal-materja prima ▌jew strateġiji volontarji bil-għan li jtejbu l-aċċess għal ikel tajjeb għas-saħħa u nutrittiv, kif ukoll id-dritt tal-kummerċjanti li joffru oġġetti tal-istess marka f'pakketti ta' piż jew volum differenti fi swieq ġeografiċi differenti. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jivvalutaw jekk tali divrenzjar huwiex faċilment identifikabbli mill-konsumaturi billi jħarsu lejn id-disponibbiltà u l-adegwatezza tal-informazzjoni. Huwa importanti li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar id-divrenzjar tal-oġġetti minħabba fatturi leġittimi u oġġettivi. Il-kummerċjanti jenħtieġ li jkunu liberi li jipprovdu din l-informazzjoni b’modi differenti li jippermettu lill-konsumaturi jkollhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa. Il-kummerċjanti jenħtieġ li ġeneralment jippreferu alternattivi għall-għoti ta’ informazzjoni fuq it-tikketta tal-oġġetti. Ir-regoli settorjali rilevanti tal-Unjoni u r-regoli dwar il-moviment liberu tal-oġġetti jenħtieġ li jiġu rispettati.

(54)  Filwaqt li bejgħ barra mill-post tan-negozju huwa mezz tal-bejgħ leġittimu u stabbilit sew, bħal bejgħ fi stabbiliment kummerċjali tal-kummerċjant u bħall-bejgħ mill-bogħod, xi prattiki ta' kummerċjalizzazzjoni jew ta’ bejgħ partikolarment aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta' żjarat fid-dar tal-konsumatur ▌jew waqt eskursjonijiet ▌kif imsemmi fl-Artikolu 2(8) tad-Direttiva 2011/83/UE jistgħu jpoġġu lill-konsumaturi taħt pressjoni biex jixtru oġġetti jew servizzi li kieku ma kienux jixtru / jew xiri bi prezzijiet eċċessivi li spiss jinvolvu ħlas immedjat. Prattiki bħal dawn spiss ikunu mmirati lejn anzjani jew konsumaturi vulnerabbli oħra. Xi Stati Membri jqisu li dawn il-prattiċi mhumiex mixtieqa u jemmnu li huwa meħtieġ li ċerti forom u aspetti ta' bejgħ barra mill-post tan-negozju jiġu ristretti fis-sens tad-Direttiva 2011/83/UE, bħal kummerċjalizzazzjoni aggressiva u qarrieqa jew il-bejgħ ta' prodott fil-kuntest ta' żjarat mhux mitluba fid-dar tal-konsumatur jew eskursjonijiet ▌. Fejn tali restrizzjonijiet jittieħdu għal raġunijiet oħra minbarra l-protezzjoni tal-konsumatur, bħall-interess pubbliku jew rispett tal-ħajja privata tal-konsumaturi kif protetti mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, dawn jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE.

(55)B'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u biex jiġi ffaċilitat l-infurzar, jenħtieġ li għalhekk jiġi ċċarat li d-Direttiva 2005/29/KE hija mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-Istati Membri li jdaħħlu dispożizzjonijiet nazzjonali biex jipproteġu aktar l-interessi leġittimi tal-konsumaturi kontra prattiki kummerċjali żleali fir-rigward ta' żjarat mhux mitluba li jsiru minn negozjant fid-dar privata tagħhom minn kummerċjant biex joffri jew ibiegħ prodotti jew eskursjonijiet organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lill-konsumaturi fejn arranġamenti bħal dawn huma ġġustifikati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Kwalunkwe dispożizzjoni bħal din jenħtieġ li tkun proporzjonata u mhux diskriminatorja u jenħtieġ li ma tipprojbixxix dawn il-kanali tal-bejgħ bħala tali. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali ppromulgati mill-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jiddefinixxu l-ħin tal-ġurnata li fih ma jkunux permessi ż-żjarat fid-djar tal-konsumaturi mingħajr it-talba espliċita tagħhom jew jipprojbixxu tali żjarat meta l-konsumatur ikun indika b’mod ċar li dawn iż-żjarat mhumiex aċċettabbli jew jippreskrivu l-proċedura ta’ ħlas. Barra minn hekk, tali dispożizzjonijiet jistgħu jistabbilixxu regoli aktar protettivi fl-oqsma armonizzati mid-Direttiva 2011/83/UE. Id-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata biex tippermetti lill-Istati Membri jadottaw miżuri nazzjonali biex jipprovdu perjodu itwal għad-dritt ta’ reċess u jidderogaw minn eċċezzjonijiet speċifiċi mid-dritt ta' reċess. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa li jinnotifikaw kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali adottata f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni biex din tkun tista' tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-partijiet interessati kollha u tissorvelja n-natura proporzjonata u l-legalità ta' dawn il-miżuri.

(56)  Fir-rigward ta’ prattiki aggressivi u qarrieqa fil-kuntest ta’ avvenimenti organizzati f’postijiet differenti mill-bini tal-kummerċjant, id-Direttiva 2005/29/KE hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kundizzjoni ta’ stabbiliment jew ta’ reġimi ta’ awtorizzazzjoni li l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq il-kummerċjanti. Barra minn dan, id-Direttiva 2005/29/KE hija mingħajr preġudizzju għad-dritt kuntrattwali nazzjonali u, b’mod partikolari, għar-regoli dwar il-validità, it-tfassil u l-effetti ta’ kuntratt. Prattiki aggressivi u qarrieqa fil-kuntest ta’ avvenimenti organizzati f’postijiet differenti mill-bini tal-kummerċjant jistgħu jiġu pprojbiti soġġetti għal valutazzjoni każ b’każ skont l-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2005/29/KE. Barra minn hekk, l-Anness I għad-Direttiva 2005/29/KE jinkludi projbizzjoni ġenerali ta’ prattiki fejn il-kummerċjant joħloq l-impressjoni li mhuwiex qed jaġixxi għal skopijiet relatati mal-professjoni tiegħu, u prattiki li joħolqu l-impressjoni li l-konsumatur ma jistax jitlaq mill-bini qabel ma jiġi konkluż kuntratt. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-regoli attwali jipprovdux livell adegwat ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u għodod biex l-Istati Membri jindirizzaw tali prattiki b’mod effettiv.

(57)  Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax id-dritt nazzjonali fil-qasam tad-dritt kuntrattwali fir-rigward ta’ aspetti relatati mad-dritt kuntrattwali li mhumiex regolati minn din id-Direttiva. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun bla preġudizzju għal-liġi nazzjonali li tirregola, pereżempju, il-konklużjoni jew il-validità ta’ kuntratt f’każijiet bħal nuqqas ta’ kunsens jew attività kummerċjali mhux awtorizzata.

(58)  Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata għad-drittijiet tal-konsumatur u r-rimedju skont id-dritt tal-Unjoni, il-punt ta’ aċċess online li se jiġi żviluppat mill-Kummissjoni jenħtieġ li, sa fejn possibbli, ikun faċli għall-utent, adattat biex jiġi aċċessat fuq il-mowbajl, faċilment aċċessibbli u li jista’ jintuża minn kulħadd, inkluż minn persuni b’diżabbiltà (“disinn għal kulħadd”), .

(59)  F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni(27), l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġġustifikata.

(60)  Billi l-objettivi ta’ din id-Direttiva ta’ infurzar u modernizzar aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2005/29/KE

Id-Direttiva 2005/29/KE hija emendata kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(c) “prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inkluż proprjetajiet immobbli, servizzi diġitali u kontenut diġitali, kif ukoll drittijiet u obbligi;”;

"

(b)  jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

“(m) “klassifikazzjoni” tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-kummerċjant, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal tali preżentazzjoni, organizzazzjoni jew komunikazzjoni;

   (n) “suq online” tfisser servizz li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra li jużaw software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li huwa operat minn kummerċjant jew f’ismu.”;

"

(2)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej: ▌"

“5.Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kummerċjalizzazzjoni jew prattiki ta’ bejgħ qarrieqa jew aggressivi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant lil konsumatur fid-dar, jew fir-rigward ta’ eskursjonijiet ▌organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ prodotti lill-konsumaturi. ▌Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

6.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali applikati fuq il-bażi tal-paragrafu 5 kif ukoll bi kwalunkwe tibdil sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti fuq sit web apposta.”;

"

(3)  Fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej:"

(c) kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett, fi Stat Membru wieħed, bħala identiku għal oġġett kummerċjalizzat fi ▌Stati Membri oħra, meta dan l-oġġett ikun differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi, sakemm dan ma jkunx ġustifikat minn fatturi leġittimi u oġġettivi.”;

"

(4)   ▌L-Artikolu 7 ▌jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 4 jiġi emendat kif ġej:

(i)  Il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

(d) l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna u eżekuzzjoni, jekk dawn ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali;”;

"

(ii)  Jiżdied il-punt li ġej:"

“(f) għal prodotti offruti fi swieq online, kemm jekk il-parti terza li toffri l-prodotti hija kummerċjant jew le, abbażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lis-suq online.”;

"

(b)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“4a. Meta l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jfittxu prodotti offruti minn kummerċjanti differenti jew minn konsumaturi abbażi ta’ tfittxija fl-għamla ta’ keyword, frażi jew input ieħor, irrispettivament minn fejn finalment jistgħu jiġu konklużi t-tranżazzjonijiet, informazzjoni ġenerali li tkun disponibbli f’taqsima speċifika tal-interfaċċa online li hija aċċessibbli b’mod dirett u faċli mill-paġna fejn ir-riżultati tat-tfittxija jiġu ppreżentati abbażi tal-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat ta’ mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri fil-konfront ta’ parametri oħra, għandha titqies bħala materjali. Dan il-paragrafu ma japplikax għall-fornituri ta’magni tat-tiftix online kif definiti fir-Regolament (UE) 2019/...*(28).

__________________

* Ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ...(ĠU ...).”;

"

(c)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“6. Meta kummerċjant jipprovdi aċċess għal reċensjonijiet tal-konsumatur dwar prodotti, informazzjoni dwar jekk u kif il-kummerċjant jiżgura li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw minn konsumaturi li xtraw jew użaw il-prodott, għandha titqies bħala materjali.”;

"

(5)  Jiddaħħal l-Artikolu▌ li ġej:"

“Artikolu 11a

Rimedju

1.  ▌Il-konsumaturi li jsofru dannu minħabba prattiki kummerċjali żleali, għandu jkollhom aċċess għal rimedji proporzjonati u effettivi, inkluż kumpens għad-dannu mġarrab mill-konsumatur u, fejn rilevanti, tnaqqis fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-effetti ta’ dawk ir-rimedji. L-Istat Membri jistgħu jqisu, fejn xieraq, il-gravità u n-natura tal-prattika kummerċjali żleali, id-dannu mġarrab mill-konsumatur u ċirkostanzi rilevanti oħra.

2.  Dawn ir-rimedji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rimedji oħra disponibbli għall-konsumaturi skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.”;

"

(6)  L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 13

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

   (a) in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ▌tal-ksur;

   (b) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju għad-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

   (c) kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;
   (d) il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;
   (e) penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn l-informazzjoni dwar tali penali hija disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394;
   (f) kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-penali jiġu imposti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu jew il-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċeduri ġudizzjarji biex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr preġudizzju għal dak ir-Regolament, għal raġunijiet kostituzzjonali nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-impożizzjoni ta’ multi għal:

   (a) ksur tal-Artikoli 6, 7, 8, u 9 u tal-Anness I; u
   (b) l-użu kontinwu min-naħa ta’ kummerċjant ta’ prattika kummerċjali li tkun tqieset li hija żleali minn awtorità nazzjonali jew qorti meta l-ksur mhuwiex kopert mill-punt (a).

4.  F’każijiet fejn tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda l-informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant mhijiex disponibbli, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

5.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli tagħhom dwar il-penali lill-Kummissjoni sa ... [data għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”.

"

(7)  ▌ L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)  Jiżdied il-punt li ġej:"

“11a. L-għoti ta’ riżultati tat-tiftix b'rispons għal mistoqsija ta’ tfittxija online minn konsumatur mingħajr ma jiġi żvelat b’mod ċar kwalunkwe riklam imħallas jew pagament speċifiku biex prodotti jiksbu klassifikazzjoni ogħla fir-riżultati tat-tiftix.”;

"

(b)  Jiddaħħlu l-punti li ġejjin:"

“23a. Bejgħ mill-ġdid ta’ biljetti ta’ avvenimenti lill-konsumaturi jekk il-kummerċjant ikun akkwistahom permezz ta’ mezzi awtomatizzati biex jevita kwalunkwe limitu impost fuq l-għadd ta’ biljetti li persuna tista’ tixtri jew kwalunkwe regola oħra applikabbli għax-xiri ta’ biljetti.

23b.  Fejn il-kummerċjant jindika li reċensjonijiet ta’ prodotti jkunu saru minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott mingħajr ma jieħu passi raġonevoli u proporzjonati biex jivverifika li dawn joriġinaw minn tali konsumaturi.

23c.  Fejn il-kummerċjant jissottometti jew jikkummissjona persuna ġuridika jew fiżika oħra biex tissottometti reċensjonijiet jew approvazzjonijiet foloz, jew jirrappreżenta b’mod ħażin reċensjonijiet tal-konsumaturi jew approvazzjonijiet fuq il-midja soċjali, sabiex jippromwovi l-prodotti.”.

"

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2011/83/KE

Id-Direttiva 2011/83/UE hija emendata kif ġej:

(1)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(3) “oġġetti” tfisser oġġetti kif definiti fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*(29);

__________________

* Id-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... (ĠU ...).”;

"

(b)  Jiddaħħal il-punt ▌li ġej:"

“(4a) “data personali” tfisser data personali kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 4 ▌tar-Regolament (UE) 2016/679;”;

"

(c)   Il-punti (5) u (6) huma sostitwiti b’dan li ġej:"

(5) “kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt li permezz tiegħu l-kummerċjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġetti lil konsumatur, inkluż kwalunkwe kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu kemm oġġetti kif ukoll servizzi;

   (6) “kuntratt ta’ servizz” tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li abbażi tiegħu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz, inkluż servizz diġitali, lill-konsumatur ▌;”;

"

(d)  Il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(11) “kontenut diġitali” tfisser kontenut diġitali kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*(30);”;

__________________

* Id-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... (ĠU ...).”;

"

(e)  Il-punti li ġejjin huma miżjuda:"

“ ▌ (16) “servizz diġitali” tfisser servizz diġitali kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...(31)++

   (17) “suq online” tfisser servizz ▌li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra li jużaw software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li huma operati minn kummerċjant jew f’ismu;
   (18) “fornitur ta’ suq online” tfisser kwalunkwe fornitur ta’ servizzi li jipprovdi suq online lill-konsumaturi;

   (19) “kompatibbiltà” tfisser kompatibbiltà kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...(32);
   (20) “funzjonalità” tfisser funzjonalità kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE)2019/...+;
   (21) “interoperabbiltà” tfisser interoperabbiltà kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+”;

"

(2)  L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. Din id-Direttiva għandha tapplika, skont il-kundizzjonijiet u sa fejn huwa stabbilit fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta’ dan. Hija għandha tapplika wkoll għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa ta’ fornituri pubbliċi, sa fejn dawn il-komoditajiet huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.”;

"

(b)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“1a. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll f’każ fejn il-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezzi tanġibbli jew servizz diġitali lill-konsumatur u l-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-provvista tal-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezzi tanġibbli jew servizz diġitali skont din id-Direttiva jew għall-kummerċjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li huwa soġġett għalihom, u l-kummerċjant ma jipproċessa din id-data għal ebda fini oħra.”;

"

(c)  Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)  Il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(k) ta’ servizzi tat-trasport ta’ passiġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19, 21 u 22;”;

"

(ii)  Jiżdied il-punt li ġej:"

“(n) għal kull oġġett mibjugħ permezz ta’ eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi.”;

"

(3)  ▌Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(e) flimkien ma’ tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għal oġġetti, kontenut diġitali u servizzi diġitali, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli;”;

"

(b)  Il-punti (g) u (h) huma sostitwit b'dan li ġej:"

(g) fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, tal-oġġetti b’elementi diġitali, tal-kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali;

   (h) fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali ▌li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment.”;

"

(4)  ▌L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

(c) l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit u n-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika. Barra minn hekk, meta il-kummerċjant jipprovdi mezzi oħra ta’ komunikazzjoni online li jiggarantixxu li l-konsumatur jista’ jżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub, inkluż id-data u l-ħin ta’ tali korrispondenza, mal-kummerċjant fuq mezz li jservi għal żmien twil, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dettalji ta’ dawk il-mezzi l-oħra. Dawn il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni pprovduti mill-kummerċjant għandhom jippermettu lill-konsumatur biex jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b’mod effikaċi miegħu. Fejn applikabbli, il-kummerċjant għandu jagħti wkoll l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f'ismu jkun qed jaġixxi.”;

"

(ii)  Jiżdied il-punt li ġej:"

“(ea) fejn applikabbli, li l-prezz kien personalizzat abbażi ta’ proċessi deċiżjonali awtomatizzati;”;

"

(iii)  Il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(l) tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għal oġġetti, kontenut diġitali u servizzi diġitali;”;

"

(iv)  Il-punti (r) u (s) huma sostitwiti b’dan li ġej:"

(r) fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, ta’ oġġetti b’elementi diġitali, tal-kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali;

   (s) fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, kontenut diġitali u servizzi diġitali ▌, li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment.”;

"

(b)  Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“4. L-informazzjoni msemmija fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 tista’ tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant ikun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 jekk ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur mimlija kif suppost. Ir-referenzi għall-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum fil-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A) għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għal perjodu ta’ reċess ta’ 30 jum f’każ li l-Istati Membri jadottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a).”

"

(5)  Jiddaħħal l-Artikolu ▌li ġej:"

“Artikolu 6a

Rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni addizzjonali għal kuntratti konklużi fuq swieq online

1.Qabel ma konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, fuq suq online, il-fornitur ta’ suq online għandu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29/KE, jipprovdi l-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u li jinftiehem u b’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użati:

   (a) informazzjoni ġenerali li tkun disponibbli f’taqsima speċifika tal-interfaċċa online li tkun aċċessibbli direttament u faċilment mill-paġna fejn l-offerti jiġu ppreżentati dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni, kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2005/29/KE, tal-offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri meta mqabbla ma’ parametri oħra;
   (b) jekk terza persuna li toffri l-oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali tkun operatur tas-suq jew le, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ta’ din it-terza persuna lis-suq online;
   (c) meta l-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali mhijiex kummerċjant, li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx ▌għall-kuntratt▌;▌
   (d) fejn applikabbli, kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornitur tas-suq online. Din l-informazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà li s-suq online jew il-kummerċjant jista’ jkollu fir-rigward tal-kuntratt skont liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE, dan l-Artikolu ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għas-swieq online. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”;

"

(6)   Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

3. Jekk konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel din it-talba espliċita fuq mezz li jservi għal żmien twil. Il-kummerċjant għandu wkoll jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur mhux se jkollu d-dritt ta’ reċess.”;

"

(7)  L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

4. Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi, fuq dak il-mezz partikolari, jew permezz tiegħu, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt bħal dan, tal-anqas l-informazzjoni prekuntrattwali dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, l-identità tal-kummerċjant, il-prezz totali, id-dritt ta’ reċess, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u, fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat, il-kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni tal-kuntratt, kif imsemmi rispettivament f’punti (a), (b), (e), (h) u (o) tal-Artikolu 6(1), ħlief il-mudell tal-formola ta’ reċess kif stabbilita fl-Anness I(B) imsemmi fil-punt (h). L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1), inkluż il-formola ta’ reċess, għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur b’mod xieraq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”;

"

(b)  Il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

8. Jekk konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel it-talba espressament.” Il-kummerċjant għandu wkoll jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur mhux se jkollu d-dritt ta’ reċess.”;

"

(8)  L-Artikolu 9 jiġi emendat kif ġej:

(a)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“1a. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li abbażi tagħhom il-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi estiż għal 30 jum għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar tal-konsumatur jew eskursjonjiet organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lill-konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali regoli għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”;

"

(b)  Fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja hija sostitwita b’din li ġejja:"

“2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-perjodu ta’ reċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiskadi wara 14-il jum, jew 30 jum f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont il-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, minn:”;

"

(9)  Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“2. Jekk il-kummerċjant ikun ipprovda lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien 12-il xahar mill-jum imsemmi fl-Artikolu 9(2), id-dritt ta’ reċess għandu jiskadi 14-il jum, jew 30 jum f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a), wara l-jum li fih il-konsumatur jirċievi dik l-informazzjoni.”;

"

(10)  Fl-Artikolu 13, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

4. Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi applikabbli skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

5.  Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut, għajr data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, ħlief meta tali kontenut:

   (a) ma jkollux użu lil hinn mill-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant;
   (b) huwa relatat biss mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant;
   (c) ġie aggregat ma’ data oħra mill-kummerċjant u ma jistax ikun diżaggregat jew inkella bi sforzi sproporzjonati biss; jew
   (d) ġie ġġenerat b’mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jistgħu jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut.

6.  Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 5, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut li mhuwiex data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant.

7.  Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-fornitur, fi żmien raġonevoli u f’format ta’ data li jintuża komunement u li jinqara mill-magni.

8.  F’każ ta’ reċess mill-kuntratt, il-kummerċjant jista’ jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew ta’ servizz diġitali mill-konsumatur, b’mod partikolari billi jneħħi l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut diġitali jew għas-servizz diġitali jew billi jneħħilu l-awtorizzazzjoni tal-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6.

"

(11)  L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“2a. F’każ li jirreċedi mill-kuntratt, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jqegħidhom għad-dispożizzjoni ta' partijiet terzi.”;

"

(b)  Fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(i) il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espliċitu tiegħu rigward il-bidu tal-eżekuzzjoni qabel it-tmiem tal-perjodu tal-14-il jum jew 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9;”;

"

(12)  L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

(a) kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz u, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas jekk l-eżekuzzjoni tkun bdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur, u bir-rikonoxximent li huwa se jitlef id-dritt ta’ reċess wara l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant;”;

"

(b)  Il-punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

(m) kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jekk l-eżekuzzjoni tkun bdiet u, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, fejn:

   (i) il-konsumatur ikun ta l-kunsens espliċitu minn qabel biex tibda l-eżekuzzjoni matul il-perjodu ta’ reċess;
   (ii) il-konsumatur ikun irrikonoxxa li b’dan jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess; u
   (iii) il-kummerċjant ikun ipprovda l-konferma f'konformità mal-Artikolu 7(2) jew mal-Artikolu 8(7).”;

"

(c)  Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ reċess stabbilit fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-paragrafu 1 għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar tal-konsumatur jew eskursjonijiet organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lill-konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fil-konfront ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz wara li s-servizz ikun twettaq b’mod sħiħ u fejn il-konsumatur ikun talab speċifikament żjara mill-kummerċjant bil-għan li jagħmel tiswijiet, jekk il-prestazzjoni tkun bdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur, jekk il-kuntratt ikun jobbliga lill-konsumatur biex iħallas.”;

"

(13)  L-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 24

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

   (a) in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ▌tal-ksur;

   (b) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju għad-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

   (c) kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;
   (d) il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;
   (e) penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn l-informazzjoni dwar tali penali hija disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394;
   (f) kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-penali jiġu imposti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu jew il-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċeduri ġudizzjarji sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

4.  F’każijiet fejn tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda l-informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant mhijiex disponibbli, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

5.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli tagħhom dwar il-penali lill-Kummissjoni sa ... [data għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”.

"

(14)  Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“1. Meta Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe għażla regolatorja msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 6(8), l-Artikolu7(4), l-Artikolu 8(6), l-Artikolu 9(1a), l-Artikolu 9(3), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16, għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan sa ... [id-data ta’ traspożizzjoni prevista fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva emendatorja], kif ukoll bi kwalunkwe emenda sussegwenti.”;

"

(15)  L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt A huwa emendat kif ġej:

(i)  it-tielet paragrafu ▌ taħt “Dritt ta’ reċesshuwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Biex teżerċita d-dritt ta’ reċess, trid tinfurmana [2] bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi mill-kuntratt minn dan il-kuntratt permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita (eż. ittra mibgħuta bil-posta jew posta elettronika). Tista’ tuża l-formola standard ta’ reċess mehmuża iżda mhijiex obbligatorja. [3]”;

"

(ii)  il-punt 2 taħt “Istruzzjonijiet biex timla l-formolajinbidel b’dan li ġej:"

“ [2.] Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika.”

"

(b)  Fil-punt B, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Lil [L-isem tal-kummerċjant, l-indirizz ġeografiku u ▌l-indirizz tal-posta elettronika jiddaħħlu mill-kummerċjant]:”.

"

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 93/13/KE

Id-Direttiva 93/13/KEE hija emendata kif ġej:

Jiddaħħal l-Artikolu ▌ li ġej:"

“Artikolu 8b

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu tali penali għal sitwazzjonijiet fejn il-klawżoli kuntrattwali huma b'mod espliċitu definiti bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha fid-dritt nazzjonali jew fejn bejjiegħ jew fornitur ikompli juża klawżoli kuntrattwali li ġew stabbiliti bħala li huma inġusti f’deċiżjoni finali meħuda skont l-Artikolu 7(2).

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

   (a) in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ▌tal-ksur;

   (b) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-bejjiegħ jew fornitur biex itaffi jew joffri rimedju għad-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

   (c) kwalunkwe ksur preċedenti mill-bejjiegħ jew fornitur;
   (d) il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-bejjiegħ jew fornitur minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;
   (e) penali imposti fuq il-bejjiegħ jew fornitur għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn l-informazzjoni dwar tali penali hija disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394;
   (f) kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-penali jiġu imposti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu jew il-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċeduri ġudizzjarji sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

5.  F’każijiet fejn tiġi imposta multa skont il-paragrafu 4, iżda l-informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur mhijiex disponibbli, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

6.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli tagħhom dwar il-penali lill-Kummissjoni sa ... [id-data għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”.

"

Artikolu 4

Emendi għad-Direttiva 98/6/KE

Id-Direttiva 98/6/KE hija emendata kif ġej:

(a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

“Artikolu 6a

1.  Kwalunkwe tħabbir ta’ tnaqqis fil-prezz għandu jindika l-prezz preċedenti applikat mill-kummerċjant għal perjodu ta’ żmien determinat qabel l-applikazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz.

2.  Il-prezz preċedenti għandu jfisser l-aktar prezz baxx applikat mill-kummerċjant matul perjodu ta’ żmien li ma jistax ikun iqsar minn xahar qabel l-applikazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz.

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli differenti għal oġġetti li jistgħu jiddeterjoraw jew jiskadu malajr.

4.  Fejn il-prodott ikun ilu fis-suq għal inqas minn 30 jum, l-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu għal perjodu ta’ żmien iqsar mill-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2.

5.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li meta t-tnaqqis fil-prezz jiżdied progressivament, il-prezz preċedenti jkun il-prezz mingħajr tnaqqis fil-prezz qabel l-ewwel applikazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz.”;

"

(b)   L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 8

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ir-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

   (a) in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ▌tal-ksur;

   (b) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju għad-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

   (c) kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;
   (d) il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;
   (e) penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn l-informazzjoni dwar tali penali hija disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394;
   (f) kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli tagħhom dwar il-penali lill-Kummissjoni sa ... [id-data għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”.

"

Artikolu 5

Informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ċ-ċittadini li jfittxu informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur jew soluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti, jibbenefikaw minn punt ta’ aċċess online, permezz tal-gateway diġitali unika stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(33) li jippermettilhom:

(a)  jaċċessaw informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet tal-konsumatur tal-Unjoni b’mod ċar, li jinftiehem u faċilment aċċessibbli; u

(b)  jippreżentaw ilment permezz tal-pjattaforma għas-soluzzjoni online għat-tilwim stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,(34) u liċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi kompetenti, skont il-partijiet involuti.

Artikolu 6

Rappurtar mill-Kummissjoni u rieżami

Sa ... [sentejn wara d-data tal-applikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jinkludi b’mod partikolari valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward:

(a)  avvenimenti organizzati f’postijiet oħrajn għajr il-bini tan-negozju tal-kummerċjant; u

(b)  każijiet ta’ oġġetti kummerċjalizzati bħala identiċi iżda li għandhom kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti b’mod sinifikanti, inkluż jekk dawk il-każijiet għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti, inkluża projbizzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE u jekk humiex meħtieġa dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-informazzjoni dwar id-divrenzjar tal-oġġetti.

Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, bi proposta leġislattiva.

Artikolu 7

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa ... [mhux iktar tard minn 24 xahar wara l-adozzjoni] il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn ... [6 xhur wara d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)* IL-FINALIZZAZZJONI LEGALI-LINGWISTIKA TA' DAN IT-TEST GĦADHA MA SARITX.
(2)ĠU C 440, 6.12.2018, p. 66.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019.
(4)Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(5)Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).
(6)Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).
(7)Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(8)Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004, (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).
(9)Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli żleali f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).
(10) Ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... (ĠU ...).
(11)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS Nru/SS (2018/0112(COD)) u daħħal in-numru, d-data, it-titlu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(12)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS Nru/SS (2018/0112(COD)).
(13) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
(14)Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għat-tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).
(15)Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).
(16)Ir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħra ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità tal-klijenti, il-post ta’ residenza jew il-post ta’ stabbiliment fis-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60, I, 2.3.2018, p. 1).
(17)Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (id-"Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku") (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(18) Id-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... (ĠU ...).
(19)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19 (2015/0287(COD) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota ta’ qiegħ il-paġna.
(20)++ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19(2015/0287(COD)).
(21)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19(2015/0287(COD)).
(22)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19(2015/0287(COD)).
(23)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19(2015/0287(COD)).
(24)Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(25)C(2017)6532.
(26) https://ec.europa.eu/jrc/sites/jrcsh/files/eu_harmonised_testing_methodology__framework_for_selecting_and_testing_of_food_products_to_assess_quality_related_characteristics.pdf
(27) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14
(28)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS Nru/SS (2018/0112(COD)) u daħħal in-numru, d-data, it-titlu u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(29)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 27/19 (2015/0288(COD) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota ta’ qiegħ il-paġna.
(30)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19 (2015/0287(COD) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota ta’ qiegħ il-paġna.
(31)++ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19(2015/0287(COD)).
(32)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19(2015/0287(COD)).
(33) Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
(34)Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għat-tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' April 2019Avviż legali