Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 16 ta' April 2019 - Strasburgu 
L-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali ***I
 L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ***
 L-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ***I
 Ftehim bejn l-UE u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ***
 Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda ***
 Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Viorel Ștefan
 Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri – Ivana Maletić
 Il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni ***I
 Distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv (Direttiva) ***I
 L-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv (Regolament) ***I
 Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (Regolament) ***I
 Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (Direttiva) ***I
 Il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment (Regolament) ***I
 Il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment (Direttiva) ***I
 Titoli koperti minn bonds sovrani ***I
 Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u swieq finanzjarji ***I
 Is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u l-istabbiliment tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ***I
 Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u l-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ***I
 Is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment (Direttiva) ***I
 Ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment (Regolament) ***I
 Kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea ***I
 L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ***I
 Il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistemi marini permezz ta' miżuri tekniċi ***I
 Regolament dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju ***I
 Investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF u l-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ***I
 L-istabbiliment tal-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali ***I
 L-istabbiliment tal-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana ***I
 It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi ***I
 L-istabbiliment ta' qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta fuq livell individwali miġbura minn kampjuni ***I
 Interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża ***I
 Interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni ***I
 Netwerk Ewropew bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni ***I
 Rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom ***I

L-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali ***I
PDF 236kWORD 77k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (COM(2018)0307 – C8-0182/2018 – 2018/0154(COD))
P8_TA(2019)0359A8-0395/2018

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ***
PDF 127kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (06929/2019 – C8-0133/2019 – 2018/0214(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0360A8-0187/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06929/2019),

–  wara li kkunsidra l-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, iffirmat f'Ġinevra fl-20 ta' Mejju 2015 (11510/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0133/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0187/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Att;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


L-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ***I
PDF 246kWORD 69k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (COM(2018)0365 – C8-0383/2018 – 2018/0189(COD))
P8_TA-PROV(2019)0361A8-0036/2019
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0365),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0383/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Marzu 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0036/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tat-tliet dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, li l-ewwel u t-tieni waħda fosthom se jiġu ppubblikati fis-serje L ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi(2)

P8_TC1-COD(2018)0189


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita b'mod sħiħ il-kompetenza esklussiva tagħha fir-rigward tal-politika kummerċjali komuni tagħha, u f'konformità sħiħa mal-impenji tagħha skont il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, ser issir parti kontraenti għall-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ("l-Att ta' Ġinevra")(5) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) …/…(6) , filwaqt li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikawha wkoll jew jaderixxu magħha fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet kontraenti għall-Att ta' Ġinevra huma membri ta' Unjoni Speċjali maħluqa bil-Ftehim ta' Lisbona għall-Protezzjoni ta' Denominazzjonijiet ta' Oriġini u r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom(7) ("l-Unjoni Speċjali"). F'konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE).../..., l-Unjoni u dawk l-Istati Membri li rratifikaw l-Att jew aderixxew miegħu għandhom jiġu rappreżentati mill-Kummissjoni fl-Unjoni Speċjali fir-rigward tal-Att ta' Ġinevra.

(2)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu li l-Unjoni teżerċita ▌d-drittijiet u twettaq l-obbligi, skont l-Att ta' Ġinevra, tal-Unjoni u tal-Istati Membri li rratifikawh jew aderixxew miegħu.

(3)  L-Att ta' Ġinevra jipproteġi denominazzjonijiet ta' oriġini, inkluż "denominazzjonijiet ta' oriġini", u indikazzjonijiet ġeografiċi, kif definiti mir-Regolamenti (KE) Nru 110/2008(8), (UE) Nru 1151/2012(9), (UE) Nru 1308/2013(10) u (UE) Nru 251/2014(11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ▌, li minn issa 'l quddiem it-tnejn jissejħu "indikazzjonijiet ġeografiċi".

(4)  Wara l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra u sussegwentement, fuq bażi regolari, jenħtieġ li ▌l-Kummissjoni tippreżenta applikazzjonijiet lill-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ("il-Bureau Internazzjonali") għar-reġistrazzjoni internazzjonali ▌fir-reġistru tiegħu ("ir-Reġistru Internazzjonali") ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw u li huma protetti fit-territorju tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-applikazzjonijiet ikunu bbażati fuq notifiki minn Stati Membri li jaġixxu fuq inizjattiva proprja tagħhom jew fuq talba minn persuna fiżika jew entità legali kif imsemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew minn benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att ta' Ġinevra. Jenħtieġ li meta jistabbilixxu dawn in-notifiki, l-Istati Membri jqisu l-interess ekonomiku fil-protezzjoni internazzjonali tal-indikaturi ġeografiċi kkonċernati u jieħdu kont b'mod partikolari tal-valur tal-produzzjoni u tal-valur tal-esportazzjoni, tal-protezzjoni skont ftehimiet oħra kif ukoll tal-użu ħażin attwali jew potenzjali fil-pajjiżi terzi kkonċernati.

(5)  Iż-żieda ta' indikazzjonijiet ġeografiċi fir-Reġistru Internazzjonali jenħtieġ li sservi l-finijiet li jkunu provduti prodotti ta' kwalità, kompetizzjoni ġusta u l-protezzjoni tal-konsumaturi. Filwaqt li għandha valur kulturali u ekonomiku sinifikanti, iż-żieda ta' indikazzjonijiet ġeografiċi jenħtieġ li tiġi vvalutata fir-rigward tal-valur maħluq għall-komunitajiet lokali, bil-ħsieb li jiġi appoġġat l-iżvilupp rurali u li jiġu promossi opportunitajiet ta' impjiegi ġodda fil-produzzjoni, l-ipproċessar u servizzi relatati oħra.

(6)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża mekkaniżmi regolari eżistenti biex tikkonsulta lill-Istati Membri, assoċjazzjonijiet kummerċjali u produtturi tal-Unjoni sabiex tistabbilixxi djalogu kontinwu mal-partijiet interessati rilevanti.

(7)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa sabiex il-Kummissjoni tivvaluta l-indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw mill-partijiet kontraenti għall-Att ta' Ġinevra li mhumiex Stati Membri ("Partijiet Kontraenti terzi") u li huma reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali, sabiex tipprevedi proċedura biex tiddeċiedi fuq il-protezzjoni fl-Unjoni u biex tinvalida dik il-protezzjoni, fejn ikun rilevanti.

(8)  L-infurzar mill-Unjoni tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw minn Partijiet Kontraenti terzi u reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali jenħtieġ li jsir skont il-Kapitolu III tal-Att ta' Ġinevra, b'mod partikolari mal-Artikolu 14 tal-Att ta' Ġinevra, li jirrikjedi li kull Parti Kontraenti tagħmel disponibbli rimedji legali effettivi għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati u jistipula li proċeduri legali biex tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom jistgħu jitressqu minn awtorità pubblika jew minn kwalunkwe parti interessata, sew jekk persuna fiżika jew inkella entità legali sew jekk pubblika jew inkella privata, skont is-sistema u l-prattika legali tagħha. Bil-għan li tiġi żgurata l-protezzjoni tat-trademarks nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni flimkien mal-indikazzjonijiet ġeografiċi, wara li titqies is-salvagwardja rigward id-drittijiet ta' trademarks preċedenti kif stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tal-Att ta' Ġinevra, jenħtieġ li tiġi ssalvagwardjata l-koeżistenza ta' trade marks u indikazzjonijiet ġeografiċi preċedenti reġistrati fir-Reġistru Internazzjonali li jingħataw protezzjoni jew jintużaw fl-Unjoni.

(9)  Minħabba l-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, l-Istati Membri li mhumiex diġà partijiet kontraenti għall-Ftehim ta' Lisbona tal-1958 kif rivedut fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967 u emendat fit-28 ta' Settembru 1979 (il-Ftehim ta' Lisbona"), ma għandhomx jirratifikaw jew jaderixxu ma' dak il-Ftehim.

(10)  L-Istati Membri li diġà huma partijiet kontraenti għall-Ftehim ta' Lisbona jistgħu jibqgħu tali, b'mod partikolari biex jiżguraw il-kontinwità tad-drittijiet mogħtija u t-twettiq ta' obbligi skont dak il-Ftehim. Madanakollu, jenħtieġ li jaġixxu biss fl-interess tal-Unjoni u b'rispett sħiħ għall-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jeżerċitaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim ta' Lisbona f'konformità sħiħa mal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Unjoni skont ir-regoli previsti f'dan ir-Regolament. Sabiex jirrispettaw is-sistema ta' protezzjoni uniformi għal indikazzjonijiet ġeografiċi stabbilita fl-Unjoni fir-rigward ta' prodotti agrikoli u sabiex isaħħu aktar l-armonizzazzjoni fi ħdan is-Suq Uniku, jenħtieġ li huma ma jirreġistraw skont il-Ftehim ta' Lisbona ebda denominazzjoni ta' oriġini ġdida għal prodotti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 251/2014.

(11)  Dawk l-Istati Membri rreġistraw denominazzjonijiet ta' oriġini skont il-Ftehim ta' Lisbona. Jenħtieġ li jiġu previsti arranġamenti transitorji għall-protezzjoni kontinwa soġġett għar-rekwiżiti ta' dak il-Ftehim, l-Att ta' Ġinevra u l-acquis tal-Unjoni.

(12)  Dawk l-Istati Membri aċċettaw il-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini ta' partijiet kontraenti terzi. Sabiex jiġu pprovduti bil-mezzi biex jissodisfaw l-obbligi internazzjonali assunti minnhom qabel l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Unjoni tal-Att ta' Lisbona, jenħtieġ li jiġi stabbilit arranġament transitorju li jenħtieġ li jipproduċi effetti fil-livell nazzjonali biss, u ma jkollu l-ebda effett fuq il-kummerċ fl-Unjoni jew internazzjonali.

(13)  Jidher li hu ekwu li t-tariffi li għandhom jitħallsu skont l-Att ta' Ġinevra u r-Regolamenti Komuni għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni mal-Bureau Internazzjonali għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika kif ukoll it-tariffi li għandhom jitħallsu fir-rigward ta' entrati oħra fir-Reġistru Internazzjonali u għall-forniment ta' estratti, attestazzjonijiet jew informazzjoni oħra dwar il-kontenut ta' din ir-reġistrazzjoni internazzjonali jenħtieġ li jitħallsu mill-Istat Membru li minnu toriġina l-indikazzjoni ġeografika, minn persuna fiżika jew entità legali kif imsemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew minn benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att ta' Ġinevra. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jirrikjedu li persuna fiżika, entità legali jew benefiċjarju jħallas xi wħud mit-tariffi jew it-tariffi kollha.

(14)  Sabiex jiġi kopert kwalunkwe nuqqas fir-rigward tal-baġit operattiv tal-Unjoni Speċjali, jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' tipprevedi, skont il-mezzi disponibbli għal dan l-għan fil-baġit annwali tal-Unjoni, kontribuzzjoni speċjali kif deċiża mill-Assemblea tal-Unjoni Speċjali skont l-Artikolu 24(4) tal-Att ta' Ġinevra, minħabba l-valur ekonomiku u kulturali tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(15)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tas-sħubija tal-Unjoni fl-Unjoni Speċjali, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi stabbilita lista ta' indikazzjonijiet ġeografiċi għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali tagħhom mal-Bureau Internazzjonali mal-adeżjoni mal-Att ta' Ġinevra, għall-preżentazzjoni sussegwenti ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika mal-Bureau Internazzjonali, għar-rifjut ta' oppożizzjoni, għal deċiżjoni dwar jekk tingħatax jew le protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali, għall-irtirar tar-rifjut tal-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali, għat-talba ta' kanċellazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali, għan-notifika tal-invalidazzjoni tal-protezzjoni fl-Unjoni ta' indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali, u għall-awtorizzazzjoni ta' Stat Membru li jipprevedi kwalunkwe modifika neċessarja u jinnotifika lill-Bureau Internazzjonali fir-rigward tad-denominazzjoni ta' oriġini għal prodott li jkun protett skont wieħed mir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12).

(16)  Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Kummissjoni tissorvelja u tevalwa l-parteċipazzjoni tal-Unjoni f'dak l-Att matul iż-żmien. Sabiex twettaq tali evalwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, inter alia, tqis l-għadd ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u rreġistrati skont id-dritt tal-Unjoni li għalihom ikunu ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni internazzjonali, u każijiet fejn il-protezzjoni tkun ġiet irrifjutata minn partijiet kontraenti terzi, l-evoluzzjoni tal-għadd ta' pajjiżi terzi parteċipanti fl-Att ta' Ġinevra, l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni biex dak l-għadd jikber, kif ukoll l-impatt tas-sitwazzjoni attwali tal-acquis tal-UE fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi dwar l-attraenza tal-Att ta' Ġinevra għal pajjiżi terzi, u l-għadd u t-tip ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw minn Partijiet kontraenti ta' pajjiżi terzi u li jkunu ġew irrifjutati mill-Unjoni,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri dwar l-azzjonijiet tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ("l-Att ta' Ġinevra").

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, denominazzjonijiet ta' oriġini, inkluż "denominazzjonijiet ta' oriġini", u "indikazzjonijiet ġeografiċi", kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 110/2008, fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fir-Regolament (UE) Nru 251/2014, minn issa 'l quddiem it-tnejn jissejħu "indikazzjonijiet ġeografiċi".

Artikolu 2

Reġistrazzjoni internazzjonali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ▌

1.  Wara l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra u sussegwentement, fuq bażi regolari, il-Kummissjoni, bħala l-Awtorità Kompetenti, għandha tippreżenta lill-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ("il-Bureau Internazzjonali") applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u rreġistrati skont id-dritt tal-Unjoni u li jkunu relatati ma' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att ta' Ġinevra.

2.  Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex jiġu rreġistrati indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw fit-territorju tagħhom, protetti u rreġistrati skont id-dritt tal-Unjoni, fir-Reġistru Internazzjonali. Tali talba tista' tiġi bbażata fuq:

(a)  talba minn persuna fiżika jew entità legali kif imsemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew minn benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att ta' Ġinevra, jew

(b)  inizjattiva tagħhom stess.

3.  Abbażi ta' dawn it-talbiet, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jelenkaw ▌l-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fil-▌paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 3

Kanċellazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika li toriġina fi Stat Membru tal-Unjoni irreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jitlob il-kanċellazzjoni ta' reġistrazzjoni fir-Reġistru Internazzjonali ta' indikazzjoni ġeografika li toriġina fi Stat Membru tal-Unjoni:

(a)  jekk dik l-indikazzjoni ġeografika ma għadhiex protetta fl-Unjoni jew

(b)  fuq talba mill-Istat Membru li minnu toriġina l-indikazzjoni ġeografika, li tista tkun ibbażata fuq:

(i)  talba minn persuna fiżika jew entità legali kif imsemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew minn benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att ta' Ġinevra, jew

(ii)  inizjattiva tagħha stess.

2.  L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

3.  Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali mingħajr dewmien dwar it-talba għal kanċellazzjoni.

Artikolu 4

Pubblikazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiż terz irreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali

1.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe reġistrazzjoni internazzjonali nnotifikata mill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 6(4) tal-Att ta' Ġinevra dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali u li fir-rigward tagħhom il-Parti Kontraenti ta' Oriġini, kif iddefinita fil-punt (xv) tal-Artikolu 1 tal-Att ta' Ġinevra, mhijiex Stat Membru, dment li l-pubblikazzjoni tkun relatata ma' prodott li fir-rigward tiegħu tingħata protezzjoni fil-livell tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi.

2.  Il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandha ssir f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Serje C, u għandha tinkludi t-tip tal-prodott u l-pajjiż ta' oriġini.

Artikolu 5

Valutazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiż terz irreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali

1.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe reġistrazzjoni internazzjonali nnotifikata mill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 6(4) tal-Att ta' Ġinevra dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali u li fir-rigward tagħhom il-Parti Kontraenti ta' Oriġini, kif iddefinit skont il-punt (xv) tal-Artikolu 1 ▌ tal-Att ta' Ġinevra, mhijiex Stat Membru, sabiex jiġi ddeterminat jekk fihiex l-elementi obbligatorji stabbiliti fir-Regola 5(2) tar-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta' Lisbona u l-Att ta' Ġinevra ("ir-Regolamenti Komuni")(13), u d-dettalji li jikkonċernaw il-kwalità, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi kif stabbiliti fir-Regola 5(3) tar-Regolamenti Komuni, kif ukoll biex jiġi evalwat jekk il-pubblikazzjoni tkunx relatata ma' prodott li fir-rigward tiegħu attwalment▌ tingħata protezzjoni fil-livell tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi.

2.  Il-perjodu biex issir din il-valutazzjoni m'għandux jaqbeż l-erba' xhur mid-data tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika fir-Reġistru Internazzjonali u m'għandux jinkludi valutazzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi oħra tal-Unjoni relatati mat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u, b'mod partikolari, għal standards sanitarji u fitosanitarji, l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, u t-tikkettar tal-ikel.

Artikolu 6

Proċedura ta' oppożizzjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiżi terzi rreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali

1.   Fi żmien erba' xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-isem tal-indikazzjoni ġeografika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 4, l-awtoritajiet ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz minbarra l-Parti Kontraenti ta' Oriġini, jew persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu u stabbilita fl-Unjoni jew f'pajjiż terz minbarra l-Parti Kontraenti ta' Oriġini, tista' tagħmel oppożizzjoni mal-Kummissjoni, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

2.   Tali oppożizzjoni, relatata ma' indikazzjoni ġeografika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 4, għandha tkun ammissibbli biss jekk tiġi ppreżentata fil-limitu ta' żmien stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jekk ikun fiha waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)  li l-indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tkun f'konflitt ma' isem ta' varjetà ta' pjanta jew ma' razza ta' annimal u x'aktarx tiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott;

(b)  li l-indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tkun kompletament jew parzjalment omonima ma' indikazzjoni ġeografika diġà protetta fl-Unjoni u li fil-prattika m'hemmx distinzjoni suffiċjenti bejn il-kondizzjonijiet tal-użu lokali u tradizzjonali u l-preżentazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika proposta għall-protezzjoni u l-indikazzjoni ġeografika diġà protetta fl-Unjoni, b'kont meħud tal-ħtieġa li jiġi żgurat trattament ekwu tal-produtturi kkonċernati u li l-konsumaturi ma jiġux żgwidati;

(c)  li l-protezzjoni fl-Unjoni tal-indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tikser dritt ta' trademark preċedenti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni;

(d)  li l-protezzjoni fl-Unjoni tal-indikazzjoni ġeografika proposta tipperikola l-użu ta' isem identiku kompletament jew parzjalment jew in-natura esklużiva ta' trademark fil-livell nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni jew l-eżistenza ta' prodotti li tqiegħdu legalment fis-suq għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-isem tal-indikazzjoni ġeografika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu4;

(e)  li l-indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tkun relatata ma' prodott li fir-rigward tiegħu l-protezzjoni fil-livell tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ▌mhix ipprovduta;

(f)  li l-isem li għalih tintalab ir-reġistrazzjoni jkun terminu ġeneriku fit-territorju tal-Unjoni;

(g)  li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) tal-Att ta' Ġinevra ma jkunux osservati;

(h)  li l-indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tkun isem omonimu li jiżgwida lill-konsumatur biex jemmen li l-prodotti jiġu minn territorju ieħor, anke jekk l-isem ikun preċiż fir-rigward tat-territorju, ir-reġjun jew il-post tal-oriġini veru tal-prodotti inkwistjoni.

3.   Ir-raġunijiet għall-oppożizzjoni kif stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni jew parti minnu.

Artikolu 7

Deċiżjoni dwar il-protezzjoni fl-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiż terz irreġistrati fir-Reġistru Internazzjonali

1.  Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5(1), il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu huma ssodisfati u ma tasal l-ebda oppożizzjoni jew oppożizzjonijiet li jkunu inammissibbli, il-Kummissjoni għandha, kif adatt, tirrifjuta l-oppożizzjonijiet inammissibbli rċevuti u tieħu deċiżjoni li tingħata protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

2.  Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5(1), il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu ma jiġux issodisfati jewtkun waslet oppożizzjoni ammissibbli kif stipulat fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk tagħtix protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali permezz ta' att ta' implimentazzjoni li għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li jkopru prodotti li ma jaqgħux fil-kompetenza tal-Kumitati previsti fl-Artikolu 15(1), id-deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni ▌.

3.   Id-deċiżjoni li tingħata protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika f'konformità mal-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni mogħtija u tista' tinkludi kondizzjonijiet li jkunu kompatibbli mal-Att ta' Ġinevra, u b'mod partikolari tagħti perijodu transitorju definit kif speċifikat fl-Artikolu 17 tal-Att ta' Ġinevra u fir-Regola 14 tar-Regolamenti Komuni.

4.   F'konformità mal-Artikolu 15(1) tal-Att ta' Ġinevra, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali bir-rifjut tal-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali kkonċernata fit-territorju tal-Unjoni, fi żmien sena minn meta tirċievi n-notifika ta' reġistrazzjoni internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 6(4) tal-Att ta' Ġinevra, jew fi żmien sentejn fil-każijiet imsemmijin fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) .…/…(14)(15).

5.  Il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba debitament sostanzjata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tista' tadotta f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija f'Artikolu 15(2), att ta' implimentazzjoni li jirtira, kompletament jew parzjalment, rifjut li ġie nnotifikat preċedentement lill-Bureau Internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali b'tali rtirar mingħajr dewmien.

Artikolu 8

Użu tal-indikazzjonijiet ġeografiċi

1.   L-atti ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 7 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi oħra tal-Unjoni li huma relatati mat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u, b'mod partikolari, mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, standards sanitarji u fitosanitarji, u għat-tikkettar tal-ikel. ▌

2.   Soġġett għall-paragrafu 1, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont dan ir-Regolament jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott f'konformità mar-reġistrazzjoni internazzjonali.

Artikolu 9

Invalidazzjoni ta' effetti fl-Unjoni ta' indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz irreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali

1.  Il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba debitament sostanzjata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jinvalidaw, kompletament jew parzjalment, l-effetti ta' protezzjoni fl-Unjoni ta' indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali f'waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)  l-indikazzjoni ġeografika, ma għadhiex protetta fil-Parti Kontraenti tal-Oriġini;

(b)  l-indikazzjoni ġeografika ma għadhiex irreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali;

(c)  fejn ma tkunx għadha żgurata l-konformità mal-elementi mandatorji stabbiliti fir-Regola 5(2) tar-Regolamenti Komuni jew mad-dettalji dwar il-kwalità, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi kif stabbiliti fir-Regola 5(3) tar-Regolamenti Komuni.

2.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija ▌fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2), u biss wara li l-persuni fiżiċi jew l-entitajiet ġuridiċi msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew il-benefiċjarji, kif definiti fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att ta' Ġinevra jkunu ngħataw opportunità jiddefendu d-drittijiet tagħhom.

3.  Dment li l-invalidazzjoni ma tkunx għadha soġġetta għal appell, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali mingħajr dewmien dwar l-invalidazzjoni tal-effetti fit-territorju tal-Unjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali tal-indikazzjoni ġeografika▌f'konformità mal-punt (a) jew (c) tal-paragrafu 1.

Artikolu 10

Relazzjoni mat-trademarks

1.   Il-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika ma għandhiex tippreġudika l-validità ta' trademark preċedenti fil-livell nazzjonali, reġjonali, jew tal-Unjoni li saret applikazzjoni għaliha jew ġiet irreġistrata bil-bona fede, jew akkwistata permezz ta' użu bil-bona fede fit-territorju ta' Stat Membru, unjoni reġjonali ta' Stati Membri jew l-Unjoni.

2.   Indikazzjoni ġeografika rreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali ma għandhiex tkun protetta fit-territorju tal-Unjoni fejn fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama tat-trademark u t-tul ta' żmien li tkun intużat, il-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika msemmija fit-territorju tal-Unjoni tkun tista' tiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-identità vera tal-prodott.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, ▌trade mark li tkun saret applikazzjoni għaliha, ġiet irreġistrata jew ġiet stabbilita bl-użu, jekk dik il-possibbiltà hija prevista mil-leġislazzjoni kkonċernata, bil-bona fede fit-territorju ta' Stat Membru, unjoni reġjonali ta' Stati Membri jew l-Unjoni, qabel id-data li fiha l-Bureau Internazzjonali jkun innotifika lill-Kummissjoni bil-pubblikazzjoni tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali tal-indikazzjoni ġeografika, li l-użu tagħha jikser il-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika, tista' tibqa' tintuża u tiġġedded għall-prodott ikkonċernat minkejja l-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika, dment li ma teżisti l-ebda raġuni għall-invalidità jew għar-revoka skont ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) jew skont id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17). F'każijiet bħal dawn l-użu tal-indikazzjoni ġeografika għandu jkun permess kif ukoll l-użu tat-trademark ikkonċernata.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet transitorji għal denominazzjonijiet ta' oriġini li joriġinaw fl-Istati Membri tal-UE diġà rreġistrati skont il-Ftehim ta' Lisbona

1.  Fir-rigward ta' kull denominazzjoni ta' oriġini għal prodott, li tkun protetta skont wieħed mir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, li toriġina minn Stat Membru, li jkun parti kontraenti għall-Ftehim ta' Lisbona, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħżel li:

(a)  jitlob li ssir ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' dik id-denominazzjoni ta' oriġini skont l-Att ta' Ġinevra, jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun irratifika jew aderixxa mal-Att ta' Ġinevra skont l-awtorizzazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) .../... (18), jew

(b)  jitlob il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' dik id-denominazzjoni ta' oriġini fir-Reġistru Internazzjonali.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħżlu abbażi ta':

(a)  talba minn persuna fiżika jew entità legali msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att Ġinevra, jew

(b)  inizjattiva tagħhom stess.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jivverifika mal-Bureau Internazzjonali kwalunkwe modifika li għandha ssir skont ir-Regola 7(4) tar-Regolamenti Komuni għall-fini ta' reġistrazzjoni skont l-Att ta' Ġinevra.

Il-Kummissjoni għandha tawtorizza lill-Istat Membru biex jipprevedi l-modifiki neċessarji u tinnotifika lill-Bureau Internazzjonali permezz ta' att ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

2.  Fir-rigward ta' kull denominazzjoni ta' oriġini għal prodott, li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, iżda li mhi protetta skont l-ebda wieħed minn dawk ir-Regolamenti, li toriġina minn Stat Membru, li huwa parti kontraenti għall-Ftehim ta' Lisbona, l-Istat Membru kkonċernat għandu:

(a)  jitlob li ssir ir-reġistrazzjoni skont ir-Regolament ikkonċernat, jew

(b)  jitlob il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' dik id-denominazzjoni ta' oriġini fir-Reġistru Internazzjonali.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħżlu abbażi ta':

(a)  talba minn persuna fiżika jew entità legali msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att Ġinevra, jew

(b)  inizjattiva tagħhom stess.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu, u jagħmlu t-talba rispettiva, fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' dik id-denominazzjoni ta' oriġini skont l-Att ta' Ġinevra, jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun irratifika jew aderixxa mal-Att ta' Ġinevra skont l-awtorizzazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) .../... (19), fi żmien sena mid-data tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika skont ir-Regolament ikkonċernat. Ir-raba' u l-ħames subparagrafi tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw.

Jekk it-talba għal reġistrazzjoni skont ir-Regolament ikkonċernat tiġi rrifjutata u r-rimedji amministrattivi u ġudizzjarji relatati jkunu ġew eżawriti, jew jekk it-talba għal reġistrazzjoni skont l-Att ta' Ġinevra ma tkunx saret skont ir-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jitlob il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' dik l-indikazzjoni ġeografika fir-Reġistru Internazzjonali.

3.  Fir-rigward ta' denominazzjonijiet ta' oriġini għal prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' wieħed mir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, li għalihom mhijiex provduta protezzjoni fil-livell tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, Stat Membru li diġà jkun parti kontraenti għall-Ftehim ta' Lisbona jista' jżomm kwalunkwe reġistrazzjoni eżistenti fir-Reġistru Internazzjonali.

Tali Stat Membru jista' wkoll jippreżenta applikazzjonijiet ulterjuri għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Internazzjonali skont il-Ftehim ta' Lisbona ta' tali denominazzjonijiet ta' oriġini li joriġinaw fit-territorju tiegħu jekk ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-Istat Membru kkonċernat innotifika l-abbozz ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' tali denominazzjonijiet ta' oriġini lill-Kummissjoni. Tali notifika għandha tinkludi evidenza li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti għal reġistrazzjoni skont il-Ftehim ta' Lisbona; u

(b)  il-Kummissjoni ma tkunx ħarġet opinjoni negattiva fi żmien xahrejn minn tali notifika. Opinjoni negattiva tista' tinħareġ biss wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, u fil-każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati meta l-evidenza mitluba taħt il-punt (a) ma tissostanzjax b'mod suffiċjenti li r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni skont il-Ftehim ta' Lisbona jkunu ssodisfati, jew jekk ir-reġistrazzjoni jkollha impatt negattiv fuq il-politika kummerċjali tal-Unjoni.

Fil-każ ta' talba għal informazzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni dwar in-notifika magħmula skont il-punt (a), l-iskadenza għall-Kummissjoni biex taġixxi għandha tkun xahar minn meta tasal l-informazzjoni mitluba.

Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe notifika li ssir skont il-punt (a).

Artikolu 12

Protezzjoni transitorja għal denominazzjonijiet ta' oriġini li joriġinaw minn pajjiż terz irreġistrati skont il-Ftehim ta' Lisbona

1.   Dawk l-Istati Membri li kienu partijiet kontraenti għall-Ftehim ta' Lisbona qabel l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra, jistgħu jkomplu jipproteġu d-denominazzjonijiet ta' oriġini li joriġinaw f'pajjiż terz li jkun parti kontraenti għall-Ftehim ta' Lisbona ▌ permezz ta' sistema ta' protezzjoni nazzjonali, b'effett mid-data li fiha l-Unjoni ssir parti kontraenti għall-Att ta' Ġinevra, fir-rigward ta' denominazzjonijiet ta' oriġini rreġistrati f'dik id-data skont il-Ftehim ta' Lisbona.

2.  Tali protezzjoni skont sistema ta' protezzjoni nazzjonali għandha:

(a)  tiġi sostitwita bi protezzjoni skont is-sistema ta' protezzjoni tal-UE għal denominazzjoni partikolari ta' oriġini jekk il-protezzjoni tiġi pprovduta skont deċiżjoni taħt l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament sussegwentement għall-adeżjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat mal-Att ta' Ġinevra, dment li l-protezzjoni pprovduta skont deċiżjoni taħt l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament tippreserva l-kontinwità tal-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini rispettiva fl-Istat Membru rispettiv;

(b)  tieqaf għal denominazzjoni partikolari ta' oriġini meta l-effett ta' reġistrazzjoni internazzjonali jintemm.

3.   Fejn denominazzjoni ta' oriġini li toriġina f'pajjiż terz ▌ma tkunx irreġistrata skont dan ir-Regolament, jew il-protezzjoni nazzjonali ma tiġix sostitwita f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 2, il-konsegwenzi ta' tali ▌protezzjoni nazzjonali ▌ għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà unika tal-Istat Membru kkonċernat.

4.   Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 għandu jkollhom effetti fil-livell nazzjonali biss, u ma għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni jew fuq dak internazzjonali.

5.  L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni kwalunkwe notifika mwettqa mill-Bureau Internazzjonali skont il-Ftehim ta' Lisbona, li l-Kummissjoni għandha mbagħad tittrasmetti lill-Istati Membri l-oħra kollha.

6.  L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiddikjaraw lill-Bureau Internazzjonali li huma ma jistgħux jiżguraw protezzjoni nazzjonali ta' denominazzjoni ta' oriġini għal prodott, li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' wieħed mir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, irreġistrata u nnotifikata lilhom skont il-Ftehim ta' Lisbona mid-data li fiha l-Unjoni ssir parti kontraenti għall-Att ta' Ġinevra.

Artikolu 13

Tariffi

It-tariffi li għandhom jitħallsu skont l-Artikolu 7 tal-Att ta' Ġinevra, kif speċifikat fir-Regolamenti Komuni, ▌għandhom jiġu mġarrba mill-Istat Membru li fih toriġina l-indikazzjoni ġeografika, jew minn persuna fiżika jew entità legali kif imsemmi fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta' Ġinevra jew minn benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att ta' Ġinevra. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li persuna fiżika jew entità legali jew benefiċjarju jħallas xi wħud mit-tariffi jew it-tariffi kollha.

Artikolu 14

Kontribuzzjoni finanzjarja speċjali

Jekk l-introjtu mill-Unjoni Speċjali jkun derivat f'konformità mal-punt (v) tal-Artikolu 24(2) ▌tal-Att ta' Ġinevra, l-Unjoni tista' tagħmel kontribuzzjoni speċjali skont il-mezzi disponibbli għal dak il-fini mill-baġit annwali tal-Unjoni.

Artikolu 15

Proċedura ta' kumitati

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitati li ġejjin fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, fir-rigward tal-prodotti li ġejjin:

(a)  għal prodotti tas-settur tal-inbid li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 229 ta' dak ir-Regolament;

(b)  għal prodotti tal-inbid aromatizzati kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 251/2014▌mill-Kumitat dwar il-prodotti tal-inbid aromatizzati stabbilit bl-Artikolu 34 ta' dak ir-Regolament;

(c)  għal xorb spirituż kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008▌, mill-Kumitat għax-Xorb Spirituż stabbilit bl-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;

(d)  għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, mill-Kumitat għall-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 57 ta' dak ir-Regolament;

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 16

Monitoraġġ u rieżami

Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Att ta' Ġinevra u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-aspetti li ġejjin:

(a)  l-għadd ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u rreġistrati skont il-liġi tal-Unjoni li għalihom ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni internazzjonali, u każijiet fejn il-protezzjoni ġiet irrifjutata minn partijiet terzi kontraenti;

(b)  l-evoluzzjoni tal-għadd ta' pajjiżi terzi li jipparteċipaw fl-Att ta' Ġinevra u l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni biex iżżid dan l-għadd kif ukoll l-impatt tas-sitwazzjoni attwali tal-acquis tal-Unjoni fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi dwar l-attraenza tal-Att ta' Ġinevra għal pajjiżi terzi; u

(c)  l-għadd u t-tip ta' indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw minn pajjiżi terzi li ġew irrifjutati mill-Unjoni.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

______________

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni possibbli tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE biex tkopri prodotti mhux agrikoli

Il-Kummissjoni tieħu nota tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Ottubru 2015 dwar l-estensjoni possibbli tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE biex tkopri prodotti mhux agrikoli.

Il-Kummissjoni varat studju f'Novembru 2018 biex tikseb iktar evidenza ekonomika u legali dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli fis-Suq Uniku, bħala komplement ta’ studju mill-2013, kif ukoll biex tikseb iktar data dwar kwistjonijiet bħall-kompetittività, il-kompetizzjoni qarrieqa, il-falsifikazzjoni, il-perċezzjoni tal-konsumatur, il-kostijiet u l-benefiċċji, kif ukoll dwar l-effettività tal-mudelli ta’ protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Skont il-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar u l-impenji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil aħjar tal-liġijiet, il-Kummissjoni se tifli l-istudju kif ukoll ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Att ta’ Ġinevra kif imsemmi fl-Artikolu dwar il-monitoraġġ u r-rieżami tar-Regolament dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha fl-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u Indikazzjonijiet Ġeografiċi, u se tikkunsidra l-passi possibbli li jmiss.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9a(3) tar-Regolament

Il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9a(3) tar-Regolament hija ħtieġa legali fid-dawl tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, tista’ tafferma madankollu li fil-kuntest tal-acquis attwali tal-UE, kwalunkwe intervent mill-Kummissjoni jkun eċċezzjonali u ġġustifikat kif xieraq. Matul il-konsultazzjonijiet ma’ Stat Membru, il-Kummissjoni se tagħmel l-almu tagħha biex tinstab soluzzjoni komuni mal-Istat Membru għal kull tħassib, sabiex tevita l-ħruġ ta’ opinjoni negattiva. Il-Kummissjoni tinnota li kwalunkwe opinjoni negattiva tkun innotifikata bil-miktub lill-Istat Membru kkonċernat, u f’konformità mal-Artikolu 296 tat-TFUE tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom l-opinjoni negattiva kienet imsejsa. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li opinjoni negattiva ma teskludix is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-istess denominazzjoni ta’ oriġini, jekk ir-raġunijiet għall-opinjoni negattiva jkunu ġew indirizzati kif xieraq jew jekk ma baqgħux applikabbli.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta 'Liżbona dwar l-Appellazzjonijiet tal-Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

Il-Kummissjoni tinnota li l-Unjoni għandha kompetenza esterna esklussiva rigward l-indikazzjonijiet ġeografiċi, u qiegħda taderixxi mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona bħala Parti għaliha nfisha. Dan jirriżulta mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-25/10/2017 (Każ C-389/15 - Il-Kummissjoni vs. il-Kunsill). Fid-dawl tal-kompetenza esterna esklussiva tal-UE, mhux permess li l-Istati Membri jsiru Partijiet għall-Att ta’ Ġinevra għalihom infushom, u jenħtieġ li ma jibqgħux jipproteġu indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ġodda rreġistrati minn membri ta’ pajjiżi terzi għas-sistema ta’ Lisbona. Il-Kummissjoni, konxja miċ-ċirkustanzi eċċezzjonali billi seba’ Stati Membri ilhom żmien twil Partijiet għall-Ftehim ta’ Lisbona, u konxja li dawn għandhom proprjetà intellettwali estensiva rreġistrata fil-qafas tiegħu u li hemm bżonn tranżizzjoni bla xkiel, kienet tkun lesta taqbel, eċċezzjonalment, li f’dan il-każ partikulari, BG, CZ, SK, FR, HU, IT u PT setgħu ġew awtorizzati li jaderixxu mal-Att ta’ Ġinevra fl-interess tal-UE.

Il-Kummissjoni toġġezzjona bil-qawwi għall-insistenza kontinwa tal-Kunsill rigward il-possibbiltà li kull Stat Membru tal-UE li jkun jixtieq, jiġi awtorizzat biex jirratifika jew jaderixxi mal-Att ta’ Ġinevra flimkien mal-Unjoni, filwaqt li tagħti bħala raġuni r-regolarizzazzjoni tad-drittijiet tal-vot tal-Unjoni fid-dawl tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 22(4) tal-Att ta’ Ġinevra, pjuttost milli ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar li, ġaladarba l-Unjoni diġà eżerċitat il-kompetenza interna tagħha għall-indikazzjonijiet ġeografiċi agrikoli, l-Istati Membri tal-UE ma jistax ikollhom sistemi tagħhom stess ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi agrikoli.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni żżomm id-drittijiet tagħha, inkluż id-dritt li tirrikorri għal rimedju legali kontra d-deċiżjoni tal-Kunsill, u f’kull każ, tqis li dan il-każ ma jistax jikkostitwixxi preċedent għal ebda ftehim ieħor internazzjonali jew tad-WIPO eżistenti jew futur, b’mod partikulari, iżda mhux biss, fejn l-UE diġà tkun irratifikat ftehimiet hi stess abbażi tal-kompetenza esklussiva tagħha.

(1) ĠU C 110, 22.3.2019,  p.55.
(2)* IL-FINALIZZAZZJONI LEGALI-LINGWISTIKA TA' DAN IT-TEST GĦADHA MA SARITX.
(3)ĠU C 110, 22.3.2019,  p.55.
(4)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019.
(5)http://www.wipo.int/edocs/lexdocs/treaties/en/lisbon/trt_lisbon_009en.pdf.
(6)ĠU L […], […], p. […].
(7)http://www.wipo.int/export/sites/www/lisbon/en/legal_texts/lisbon_agreement.pdf.
(8)Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
(9)Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
(10)Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(11)Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).
(12)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(13)Ir-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta' Lisbona u l-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona kif adottati mill-Assemblea tal-Unjoni ta' Lisbona fil-11 ta' Ottubru 2017, http://www.wipo.int/meetings/en/doc_details.jsp?doc_id=376416, Dok. WIPOA/57/11tal-11 ta' Ottubru 2017.
(14)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) .…/…. dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (ĠU L …, …, p. …).
(15)+ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Deċiżjoni li tinsab fid-dokument ST 6929/19, u daħħal in-numru, id-data, it-titlu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Deċiżjoni fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(16)Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.07.2017, p. 1).
(17)Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1).
(18)+ĠU: Jekk jogħġbok fit-test daħħal in-numru tad-Deċiżjoni li tinsab fid-dokument ST 6929/19.
(19)+ĠU: Jekk jogħġbok fit-test daħħal in-numru tad-Deċiżjoni li tinsab fid-dokument ST 6929/19.


Ftehim bejn l-UE u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ***
PDF 126kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (15056/2018 – C8-0051/2019 – 2016/0156(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0362A8-0191/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15056/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0051/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0191/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Filippini.

(1) ĠU L 322, 18.12.2018, p. 3.


Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda ***
PDF 126kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (06781/2019 – C8-0134/2019 – 2017/0107(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0363A8-0186/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06781/2019),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (11178/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0134/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0186/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Viorel Ștefan
PDF 127kWORD 47k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-ħatra proposta ta' Viorel Ştefan bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0049/2019 – 2019/0802(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0364A8-0194/2019

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0049/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0194/2019),

A.  billi, bl-ittra tal-15 ta' Marzu 2019, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Viorel Ștefan għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

B.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

C.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tat-8 ta' April 2019, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat innominat mill-Kunsill bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni mhux favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Viorel Ştefan bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.


Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri – Ivana Maletić
PDF 124kWORD 47k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar in-nomina ta' Ivana Maletić bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0116/2019 – 2019/0803(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0365A8-0195/2019

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0116/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0195/2019),

A.  billi, bl-ittra tal-15 ta' Marzu 2019, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Ivana Maletić għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

B.  billi, l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

C.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tat-8 ta' April 2019, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat innominat mill-Kunsill bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għan-nomina ta' Ivana Maletić bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.


Il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni ***I
PDF 447kWORD 127k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (COM(2018)0218 – C8-0159/2018 – 2018/0106(COD))
P8_TA-PROV(2019)0366A8-0398/2018
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0218),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 16, 33, 43, 50, 53(1), 62, 91, 100, 103, 109, 114, 168, 169, 192, 207 u 325(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 31 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0159/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 16, 43(2), 50, 53(1), 91, 100, 114, 168(4), 169, 192(1) u 325(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 31 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tas-26 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018(2),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Marzu 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0398/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni anness ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni(3)

P8_TC1-COD(2018)0106


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 16, ▌43(2), 50, 53(1), ▌91, 100, ▌114, 168(4), 169, 192(1) ▌u 325(4) tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(5)

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri(6),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni ta' grupp ta' persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost esperti xjentifiċi fl-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 31 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Persuni li jaħdmu għal organizzazzjoni pubblika jew privata jew huma f'kuntatt magħha fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom, huma ta' spiss l-ewwel li jsiru jafu dwar theddid jew ħsara għall-interess pubbliku li sseħħ f'dan il-kuntest. Meta "jiżvelaw l-informazzjoni", huma jassumu rwol ewlieni fil-kxif u l-prevenzjoni ta' ksur tal-liġi li jkun ta' ħsara għall-interess pubbliku u fis-salvagwardja tal-benessri tas-soċjetà. Madankollu, l-informaturi potenzjali spiss jiġu skoraġġuti milli jirrapportaw it-tħassib jew is-suspetti tagħhom għax jibżgħu minn xi ritaljazzjoni. F'dan il-kuntest, l-importanza li tiġi pprovduta protezzjoni bbilanċjata u effettiva lill-informaturi hija dejjem aktar rikonoxxuta kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak internazzjonali.

(2)  Fil-livell tal-Unjoni, ir-rapporti u l-iżvelar pubbliku mill-informaturi huma wieħed mill-komponenti primarji tal-infurzar tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni: huma jikkontribwixxu informazzjoni għas-sistemi tal-infurzar nazzjonali u tal-Unjoni, li twassal għal kxif, investigazzjoni u prosekuzzjoni effettivi ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni, u b'hekk itejbu t-trasparenza u r-responsabbiltà.

(3)  F'ċerti oqsma ta' politika, ksur tal-liġi tal-Unjoni – irrispettivament minn jekk fil-liġi nazzjonali jkunx kwalifikat bħala ksur amministrattiv, kriminali jew tip ieħor ta' ksur - jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku, fis-sens li joħloq riskji sinifikanti għall-benessri tas-soċjetà. Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet ta' infurzar f'dawk l-oqsma, u l-informaturi huma normalment f'pożizzjoni privileġġjata biex jiżvelaw ksur, huwa neċessarju li l-infurzar jissaħħaħ bl-introduzzjoni ta' kanali effettivi, kunfidenzjali u siguri ta' rapportar u billi tiġi żgurata protezzjoni effettiva għall-informaturi mir-ritaljazzjoni ▌.

(4)  Il-protezzjoni li attwalment tingħata lill-informaturi fl-Unjoni Ewropea hija frammentata fl-Istati Membri u hija inugwali minn qasam ta' politika għal ieħor. Il-konsegwenzi tal-ksur tal-liġi tal-Unjoni b'dimensjoni transfruntiera u li jinkixef minn informaturi juru kif protezzjoni insuffiċjenti fi Stat Membru wieħed mhux biss għandha impatt negattiv fuq il-funzjonament tal-politiki tal-UE f'dak l-Istat Membru iżda jista' jkollha wkoll riperkussjonijiet fi Stati Membri oħra u ġewwa l-Unjoni kollha kemm hi.

(5)  Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu applikati standards minimi komuni li jiżguraw protezzjoni effettiva tal-informaturi f'dawk l-atti u l-oqsma ta' politika fejn:

(i)  hemm bżonn li l-infurzar jissaħħaħ,

(ii)  is-sottorapportar minn informaturi huwa fattur ewlieni li jaffettwa l-infurzar, u

(iii)  ksur tal-liġi tal-Unjoni jirriżulta fi ħsara serja għall-interess pubbliku.

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali għal oqsma oħra bil-ħsieb li jiżguraw qafas komprensiv u koerenti fil-livell nazzjonali.

(6)  Il-protezzjoni tal-informaturi hija meħtieġa biex jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku. Barra mill-ħtieġa tal-prevenzjoni u tal-iskoperta ta' frodi u korruzzjoni fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, inkluż l-akkwist, huwa meħtieġ li jiġi indirizzat l-infurzar insuffiċjenti tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u ċerti operaturi tal-utilitajiet pubbliċi meta jinxtraw prodotti, xogħlijiet u servizzi. Il-ksur ta' tali regoli joħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, iżid l-ispejjeż għan-negozji, jikser l-interessi tal-investituri u l-azzjonisti u, b'mod ġenerali, inaqqas l-attrazzjoni għall-investiment u joħloq kondizzjonijiet inekwi għan-negozji kollha fl-Ewropa, u b'hekk jaffettwa l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(7)  Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, il-valur miżjud tal-protezzjoni tal-informaturi diġà kien rikonoxxut mil-leġislatur tal-Unjoni. Wara l-kriżi finanzjarja, li kixfet nuqqasijiet kbar fl-infurzar tar-regoli rilevanti, ġew introdotti miżuri għall-protezzjoni tal-informaturi, inkluż kanali ta' rapportar interni u esterni kif ukoll projbizzjoni espliċita tar-ritaljazzjoni, f'għadd sinifikanti ta' strumenti leġislattivi f'dan il-qasam(7). B'mod partikolari, fil-kuntest tal-qafas prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti tal-investiment, id-Direttiva 2013/36/UE tipprevedi protezzjoni tal-informaturi, li testendi wkoll għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment.

(8)  Fir-rigward tas-sikurezza ta' prodotti mqiegħda fis-suq intern, is-sors primarju ta' ġbir ta' evidenza huma n-negozji involuti fil-katina tal-manifattura u tad-distribuzzjoni, b'mod li r-rapportar mill-informaturi għandu valur miżjud għoli, peress li huma ħafna eqreb għas-sors ta' prattiki possibbilment inġusti u illegali ta' manifattura, importazzjoni jew distribuzzjoni ta' prodotti mhux sikuri. Dan jirrikjedi l-introduzzjoni ta' protezzjoni tal-informaturi b'rabta mar-rekwiżiti ta' sikurezza applikabbli kemm għal "prodotti armonizzati"(8) kif ukoll għall-"prodotti mhux armonizzati"(9). Il-protezzjoni tal-informaturi hija strumentali wkoll biex tiġi evitata d-devjazzjoni ta' armi tan-nar, tal-partijiet u tal-komponenti u tal-munizzjon tagħhom, kif ukoll ta' prodotti marbutin mad-difiża, billi tħeġġeġ ir-rapportar ta' ksur, bħal frodi ta' dokumenti, immarkar mibdul u akkwist intrakomunitarju frodulenti ta' armi tan-nar fejn il-ksur spiss jimplika devjazzjoni mis-suq legali għal dak illegali. Il-protezzjoni tal-informaturi ser tgħin ukoll fil-prevenzjoni tal-manifattura illegali ta' splussivi magħmulin id-dar billi tikkontribwixxi għall-applikazzjoni korretta tar-restrizzjonijiet u l-kontrolli fir-rigward ta' prekursuri tal-isplussivi.

(9)  L-importanza tal-protezzjoni tal-informaturi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar is-sikurezza tat-trasport li jistgħu jpoġġu l-ħajja tal-bnedmin fil-periklu, diġà ġiet rikonoxxuta fi strumenti settorjali tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni(10) u s-sikurezza tat-trasport marittimu(11), li jipprovdu miżuri mfassla apposta għall-protezzjoni tal-informaturi kif ukoll kanali ta' rapportar speċifiċi. Dawn l-istrumenti jinkludu wkoll il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni tal-ħaddiema li jirrapportaw l-iżbalji onesti tagħhom (l-hekk imsejħa "kultura ġusta"). Huwa meħtieġ li l-elementi eżistenti tal-protezzjoni tal-informaturi f'dawn iż-żewġ setturi jiġu kkomplementati u mwessgħin kif ukoll li tiġi pprovduta tali protezzjoni biex jissaħħaħ l-infurzar ta' standards ta' sikurezza għal mezzi oħra ta' trasport, b'mod partikolari l-passaġġi fuq l-ilma interni, it-trasport bit-triq u bil-ferrovija.

(10)  Il-ġbir ta' evidenza, il-prevenzjoni, il-kxif u l-indirizzar ta' reati ambjentali u mġiba illegali jew ommissjonijiet kif ukoll ksur potenzjali rigward il-protezzjoni tal-ambjent jibqgħu sfida u jenħtieġ li jiġu msaħħa kif rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Azzjonijiet tal-UE għat-titjib tal-governanza u l-konformità ambjentali" tat-18 ta' Jannar 2018(12). Filwaqt li r-regoli dwar il-protezzjoni tal-informaturi attwalment jeżistu biss fi strument settorjali wieħed dwar il-protezzjoni ambjentali(13), l-introduzzjoni ta' tali protezzjoni hija meħtieġa biex ikun żgurat infurzar effettiv tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent, li l-ksur tiegħu jista' jikkawża ħsara ▌għall-interess pubbliku b'impatti kollaterali potenzjali lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dan huwa rilevanti wkoll f'każijiet fejn prodotti mhux sikuri jistgħu jikkawżaw ħsara ambjentali.

(11)  It-tisħiħ tal-protezzjoni tal-informaturi jikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tal-ksur tar-regoli tal-Euratom dwar is-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv. Barra minn hekk, dan isaħħaħ l-infurzar tad-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttiva riveduta tas-Sikurezza Nukleari(14) dwar kultura effettiva fil-qasam tas-sikurezza nukleari u, b'mod partikulari, l-Artikolu 8b(2)(a), li jitlob, fost l-oħrajn, li l-awtorità regolatorja kompetenti tistabbilixxi sistemi ta' ġestjoni li jagħtu l-prijorità dovuta lis-sikurezza nukleari u li jippromwovu, fil-livelli kollha tal-persunal u tal-maniġment, il-kapaċità li wieħed jirrifletti dwar jekk hux qed jiġu applikati b'mod effettiv il-prinċipji u l-prattiki rilevanti tas-sikurezza u li r-rapportar dwar kwistjonijiet ta' sikurezza jsir fil-ħin.

(12)  Kunsiderazzjonijiet simili jirrikjedu l-introduzzjoni ta' protezzjoni tal-informaturi sabiex tibni fuq dispożizzjonijiet eżistenti u jiġi evitat ksur tar-regoli tal-UE fil-qasam tal-katina alimentari u b'mod partikolari dwar is-sikurezza tal-ikel u l-għalf kif ukoll dwar is-saħħa, il-protezzjoni u l-benessri tal-annimali. Ir-regoli differenti tal-Unjoni żviluppati f'dawn l-oqsma huma interkonnessi mill-qrib. Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002(15) jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti li huma l-bażi tal-miżuri kollha tal-Unjoni u dawk nazzjonali marbutin mal-ikel u l-għalf, b'fokus partikolari fuq is-sikurezza tal-ikel, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-interessi tal-konsumaturi b'rabta mal-ikel kif ukoll il-funzjonament effettiv tas-suq intern. Dan ir-Regolament jipprevedi, fost l-oħrajn, li l-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-għalf ma jitħallewx jiskoraġġixxu lill-impjegati tagħhom u lil persuni oħra milli jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fejn dan jista' jipprevjeni, inaqqas jew jelimina riskju ġej mill-ikel. Il-leġislatur tal-Unjoni ħa approċċ simili fil-qasam tal-"Liġi dwar is-saħħa tal-Annimali" permezz tar-Regolament (UE) 2016/429 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li huwa trasmissibbli lill-annimali u lill-bnedmin(16). Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE u d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 jistabbilixxu regoli rigward il-protezzjoni u l-benessri tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja, waqt it-trasport u waqt il-qatla.

(13)  Bl-istess mod, ir-rapporti tal-informaturi jistgħu jkunu kruċjali għall-kxif u l-prevenzjoni, it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' riskji għas-saħħa pubblika u għall-protezzjoni tal-konsumaturi li jirriżultaw minn ksur tar-regoli tal-Unjoni li b'mod ieħor jista' jibqa' moħbi. B'mod partikolari, il-protezzjoni tal-konsumatur hija marbuta ħafna wkoll ma' każijiet fejn prodotti mhux sikuri jistgħu jikkawżaw ħsara konsiderevoli lill-konsumaturi.▌

(14)  Il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali, stabbilita fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, hija qasam ieħor fejn l-informaturi jistgħu jgħinu sabiex jiġi żvelat ksur tal-liġi tal-Unjoni li jista' jkun ta' ▌ ħsara għall-interess pubbliku. Kunsiderazzjonijiet simili japplikaw għal ksur tad-Direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni(17), li tintroduċi n-notifika ta' inċidenti (inkluż dawk li ma jikkompromettux id-data personali) u r-rekwiżiti tas-sigurtà għal entitajiet li jipprovdu servizzi essenzjali bejn ħafna setturi (eż. tal-enerġija, is-saħħa, it-trasport, dak bankarju, eċċ.) għal fornituri ta' servizzi diġitali ewlenin (eż. servizzi tal-cloud computing) u għal fornituri ta' servizzi bażiċi, bħall-ilma, l-elettriku u l-gass. Ir-rapportar tal-informaturi f'dan il-qasam huwa partikolarment siewi għall-prevenzjoni ta' inċidenti ta' sigurtà li jaffettwaw attivitajiet ekonomiċi u soċjali ewlenin u servizzi diġitali użati b'mod wiesa', kif ukoll għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe ksur tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data. Huwa jgħin biex tiġi żgurata l-kontinwità ta' servizzi li huma essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern u għall-benessri tas-soċjetà.

(15)  Barra minn hekk, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li hija marbuta mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-użu ta' nfiq tal-Unjoni, il-ġbir ta' dħul u fondi tal-Unjoni jew assi tal-Unjoni, hija qasam ewlieni li fih il-liġi tal-Unjoni jenħtieġ li tissaħħaħ. It-tisħiħ tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jinkludi wkoll l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni marbut ma' nfiq magħmul abbażi tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Nuqqas ta' infurzar effettiv fil-qasam tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż il-frodi u l-korruzzjoni fil-livell nazzjonali, jikkawża nuqqas ta' dħul tal-Unjoni u użu ħażin ta' fondi tal-UE, li jistgħu jwasslu għal distorsjoni tal-investimenti pubbliċi u tat-tkabbir u jnaqqsu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-azzjoni tal-UE. L-Artikolu 325 TFUE jirrikjedi lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha biex jiġġieldu kontra dawn l-attivitajiet. Miżuri tal-Unjoni li huma rilevanti f'dan ir-rigward jinkludu, b'mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, li huwa kkomplementat, għat-tipi l-aktar serji ta' imġiba relatata ma' frodi, mid-Direttiva (UE) 2017/1371 u mill-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta' Lulju 1995, inkluż il-Protokolli tagħha tas-27 ta' Settembru 1996,(18) tad-29 ta' Novembru 1996(19) u tad-19 ta' Ġunju 1997 (il-Konvenzjoni u l-Protokolli li jibqgħu fis-seħħ għall-Istati Membri li mhumiex marbutin bid-Direttiva (UE) 2017/1372), kif ukoll ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (OLAF).

(16)  Jenħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti standards minimi komuni għall-protezzjoni tal-informaturi għal ksur relatat mas-suq intern kif imsemmi fl-Artikolu 26(2) TFUE. Barra minn hekk, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-miżuri tal-Unjoni li għandhom l-għan li jistabbilixxu jew jiżguraw il-funzjonament tas-suq intern huma maħsubin biex jikkontribwixxu għat-tneħħija tal-ostakli eżistenti jew emerġenti għall-moviment liberu ta' oġġetti jew għal-libertà tal-provvista ta' servizzi, jew għat-tneħħija ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(17)  B'mod speċifiku, il-protezzjoni tal-informaturi biex jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, inkluż l-għajnuna mill-Istat, isservi biex jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament effiċjenti tas-swieq fl-Unjoni, tippermetti kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għan-negozji u twassal benefiċċji għall-konsumaturi. Rigward ir-regoli tal-kompetizzjoni li japplikaw għall-impriżi, l-importanza ta' rapportar intern biex jinkixef ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni, diġà ġiet rikonoxxuta fil-politika ta' klemenza tal-UE kif ukoll bl-introduzzjoni reċenti mill-Kummissjoni Ewropea ta' għodda għall-informaturi anonima. Ksur relatat mal-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat jikkonċerna l-Artikoli 101, 102, 106, 107 u 108 TFUE u regoli ta' leġislazzjoni sekondarja adottati għall-applikazzjoni tagħhom.

(18)  L-atti li jiksru r-regoli tat-taxxa korporattiva u l-arranġamenti li għan tagħhom huwa li jinkiseb vantaġġ tat-taxxa u li jiġu evitati obbligi legali, li jxejnu l-objettiv jew l-iskop tal-liġi tat-taxxa korporattiva applikabbli, jaffettwaw b'mod negattiv il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Dawn jistgħu jwasslu għal kompetizzjoni inġusta tat-taxxa u evażjoni estensiva tat-taxxa, joħolqu distorsjoni tal-kondizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji u jirriżultaw f'telf ta' dħul mit-taxxa għall-Istati Membri u għall-baġit tal-Unjoni b'mod ġenerali. Din id-Direttiva tipprevedi protezzjoni mir-ritaljazzjoni għal dawk li jirrapportaw dwar arranġamenti evażivi u/jew abbużivi li jistgħu b'mod ieħor jibqgħu moħbija, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti biex jissalvagwardjaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u biex jitneħħew id-distorsjonijiet u l-ostakli għall-kummerċ li jaffettwaw il-kompetittività tal-kumpanniji fis-suq intern, li huma marbutin direttament mar-regoli tal-moviment liberu u huma rilevanti wkoll għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-protezzjoni tal-informaturi tikkomplementa l-inizjattivi reċenti tal-Kummissjoni mmirati lejn it-titjib tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni u li joħolqu ambjent aktar ġust tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni, bil-ħsieb li tiżdied l-effettività tal-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta' arranġamenti evażivi u/jew abbużivi li inkella jibqgħu moħbija u ser tgħin biex jiġu skoraġġuti tali arranġamentiminkejja l-fatt li din id-Direttiva ma tarmonizzax id-dispożizzjonijiet relatati mat-taxxi, sostantivi jew proċedurali.

(19)  L-Artikolu 1(1)(a) jiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni materjali ta' din id-Direttiva b'referenza għal lista ta' atti tal-Unjoni stipulata fl-Anness (Partijiet I u II). Dan jimplika li fejn dawn l-atti tal-Unjoni, min-naħa tagħhom, jiddefinixxu l-kamp ta' applikazzjoni materjali tagħhom b'referenza għall-atti tal-Unjoni elenkati fl-annessi tagħhom, dawn l-atti wkoll jifformaw parti mill-kamp ta' applikazzjoni materjali ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-referenza għall-atti fl-Anness tinftiehem bħala li tinkludi l-miżuri nazzjonali u tal-Unjoni kollha ta' implimentazzjoni jew delegati adottati skont dawk l-atti. Barra minn hekk, ir-referenza għall-atti tal-Unjoni fl-Anness għal din id-Direttiva għandha tinftiehem bħala referenza dinamika, jiġifieri jekk l-att tal-Unjoni fl-Anness ġie emendat jew ser jiġi emendat, ir-referenza tkun relatata mal-att kif emendat; jekk l-att tal-Unjoni fl-Anness ġie sostitwit jew ser jiġi sostitwit, ir-referenza tkun relatata mal-att il-ġdid.

(20)  Ċerti atti tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, bħar-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq(20), u d-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2015/2392, adottata abbażi ta' dak ir-Regolament(21), diġà fihom regoli dettaljati dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Jenħtieġ li tali leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni, inkluż il-lista tal-Parti II tal-Anness, iżżomm kwalunkwe speċifiċità prevista, imfassla apposta għas-setturi rilevanti. Dan huwa partikolarment importanti sabiex ikun żgurat liema entitajiet legali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu huma attwalment obbligati jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni. Fl-istess ħin, sabiex jiġu żgurati konsistenza u ċertezza legali fl-Istati Membri kollha, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun applikabbli f'dawk il-materji kollha li mhumiex irregolati taħt l-istrumenti speċifiċi għas-settur, li jenħtieġ li jkunu kkomplementati minn din id-Direttiva, sa fejn il-materji mhumiex irregolati fihom, sabiex ikunu kompletament allinjati mal-istandards minimi. B'mod partikolari, jenħtieġ li din id-Direttiva tispeċifika ulterjorment it-tfassil tal-kanali interni u esterni, l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti, u l-forom speċifiċi ta' protezzjoni li jenħtieġ li jiġu previsti fil-livell nazzjonali kontra r-ritaljazzjoni. F'dan ir-rigward, l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 jistabbilixxi l-possibbiltà li l-Istati Membri jipprevedu kanal ta' rapportar intern fil-qasam kopert minn dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta' konsistenza mal-istandards minimi stabbiliti f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-obbligu li jiġu stabbiliti kanali ta' rapportar interni, previst fl-Artikolu 4(1) ta' din id-Direttiva, japplika wkoll fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

(21)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni mogħtija lill-impjegati meta jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni dwar l-impjiegi. B'mod partikolari, fil-qasam tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, l-Artikolu 11 tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE diġà jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema ma jiġux żvantaġġati minħabba t-talbiet jew il-proposti tagħhom lill-impjegaturi biex jieħdu miżuri xierqa sabiex inaqqsu l-perikli għall-ħaddiema u/jew sabiex ineħħu sorsi ta' periklu. Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom huma intitolati li jqajmu kwistjonijiet mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jekk jikkunsidraw li l-miżuri meħuda u l-mezzi użati mill-impjegatur ma jkunux adatti għall-għanijiet li jkunu żgurati s-sikurezza u saħħa.

(22)  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li rapporti dwar ilmenti interpersonali li jaffettwaw esklużivament lill-persuna li tirrapporta, jiġifieri ilmenti dwar konflitti interpersonali bejn il-persuna li tirrapporta u impjegat ieħor, jistgħu jiġu kkomunikati permezz ta' proċeduri oħra disponibbli.

(23)  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni offruta mill-proċeduri għar-rapportar ta' attivitajiet illegali possibbli, inkluż frodi jew korruzzjoni, li huma ta' detriment għall-interessi tal-Unjoni, jew ta' imġiba relatata mal-qadi ta' dmirijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas serju ta' konformità mal-obbligi tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea stabbiliti skont l-Artikoli 22a, 22b u 22c tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/69(22). Din id-Direttiva tapplika fejn uffiċjali tal-UE jirrapportaw f'kuntest relatat max-xogħol barra mir-relazzjoni tal-impjieg tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE.

(24)  Is-sigurtà nazzjonali tibqa' r-responsabbiltà unika ta' kull Stat Membru. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għal rapporti dwar ksur relatat ma' akkwist li jinvolvi aspetti ta' difiża jew sigurtà jekk dawk huma koperti mill-Artikolu 346 TFUE, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-protezzjoni prevista mid-Direttiva għal oqsma jew atti oħra, li mhumiex fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni, dawk l-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet speċifiċi biex jipproteġu interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali f'dak ir-rigward.

(25)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata li l-liġi tal-Unjoni jew il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati jeħtieġu, għal raġunijiet ta' sigurtà, li tkun protetta minn aċċess mhux awtorizzat. ▌Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma jaffettwawx l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE, jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE.

(26)  Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom ("privileġġ professjonali legali") kif previst fil-liġi nazzjonali u, fejn applikabbli, fil-liġi tal-Unjoni, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-Direttiva ma taffettwax l-obbligu li tinżamm kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tal-fornituri ta' kura tas-saħħa, inkluż terapisti, mal-pazjenti tagħhom u tar-rekords tal-pazjenti ("privatezza medika") kif previst fil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni.

(27)  Il-membri ta' professjonijiet oħra jistgħu jikkwalifikaw għal protezzjoni skont din id-Direttiva meta jirrapportaw informazzjoni protetta mir-regoli professjonali applikabbli, dment li r-rapportar ta' dik l-informazzjoni jkun neċessarju biex jiġi żvelat ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(28)  Filwaqt li din id-Direttiva, taħt ċerti kondizzjonijiet, tipprevedi eżenzjoni limitata mir-responsabbiltà, inkluż minn responsabbiltà kriminali, f'każ ta' ksur ta' kunfidenzjalità, hija ma taffettwax ir-regoli nazzjonali dwar proċedura kriminali, b'mod partikolari dawk li għandhom l-għan li jissalvagwardjaw l-integrità tal-investigazzjonijiet u l-proċedimenti jew id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-introduzzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni f'tipi oħra ta' liġijiet proċedurali nazzjonali, b'mod partikolari, l-inverżjoni tal-oneru tal-provi fi proċedimenti nazzjonali amministrattivi, ċivili jew dwar ix-xogħol.

(29)  Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli nazzjonali dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tar-rappreżentanti tal-ħaddiema għal informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni f'negozjar kollettiv u d-difiża tagħhom tad-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal-livell ta' protezzjoni mogħti mid-Direttiva.

(30)  Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għal każijiet li fihom persuni li, abbażi tal-kunsens informat tagħhom, ikunu ġew identifikati bħala informaturi jew irreġistrati bħala tali f'bażijiet ta' data ġestiti minn awtoritajiet maħtura fil-livell nazzjonali, bħal awtoritajiet tad-dwana, jirrapportaw ksur lill-awtoritajiet tal-infurzar, għal gwadann jew kumpens. Tali rapporti jitwettqu skont proċeduri speċifiċi li għandhom l-għan li jiggarantixxu l-anonimità tagħhom sabiex tiġi protetta l-integrità fiżika tagħhom, u li huma distinti mill-kanali ta' rapportar previsti f'din id-Direttiva.

(31)  Persuni li jirrapportaw informazzjoni dwar theddid jew ħsara għall-interess pubbliku miksuba fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom, jagħmlu użu mid-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni. Id-dritt għal-libertà ta' espressjoni u l-informazzjoni, stabbilit fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") u fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), jinkludi d-dritt li wieħed jirċievi u jikkondividi informazzjoni kif ukoll il-libertà tal-media u l-pluraliżmu.

(32)  Għaldaqstant, din id-Direttiva tislet mill-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, u l-prinċipji żviluppati fuq din il-bażi mill-Kunsill tal-Ewropa fir-Rakkomandazzjoni tiegħu tal-2014 dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi(23).

(33)  Sabiex igawdu mill-protezzjoni, jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw jemmnu b'mod raġonevoli, fid-dawl taċ-ċirkostanzi u l-informazzjoni disponibbli għalihom fil-ħin tar-rapportar, li l-kwistjonijiet irrapportati minnhom huma veri. Dan jikkostitwixxi salvagwardja essenzjali kontra rapporti malizzjużi u frivoli jew abbużivi, li tiżgura li dawk li, fil-ħin tar-rapportar, irrapportaw informazzjoni ħażina jew qarrieqa apposta u konxjament ma jgawdux minn protezzjoni. Fl-istess waqt, dan jiżgura li l-protezzjoni ma tintilifx meta l-persuna li tirrapporta tkun għamlet rapport mhux preċiż bi żball onest. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw ikunu intitolati għal protezzjoni skont din id-Direttiva jekk ikollhom raġunijiet ġustifikati biex jemmnu li l-informazzjoni rrapportata taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Jenħtieġ li l-motivi tal-persuna li tirrapporta li tagħmel ir-rapport ikunu irrelevanti fir-rigward ta' jekk għandhomx jirċievu protezzjoni jew le.

(34)  Il-persuni li jirrapportaw normalment ikunu aktar komdi li jirrapportaw internament, dment li ma jkollhomx raġunijiet biex jirrapportaw esternament. Studji empiriċi juru li hemm tendenza li l-maġġoranza tal-informaturi jirrapportaw internament, fi ħdan l-organizzazzjoni fejn jaħdmu. Ir-rapportar intern huwa wkoll l-aħjar mod biex titwassal informazzjoni lill-persuni li jistgħu jikkontribwixxu għar-riżoluzzjoni bikrija u effettiva ta' riskji għall-interess pubbliku. Fl-istess waqt, jenħtieġ li l-persuna li tirrapporta tkun tista' tagħżel l-aktar kanal ta' rapportar xieraq skont iċ-ċirkostanzi individwali tal-każ. Barra minn hekk, huwa neċessarju li l-iżvelar pubbliku jkun protett b'kont meħud ta' prinċipji demokratiċi bħat-trasparenza u r-responsabbiltà, u ta' drittijiet fundamentali bħal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-media, filwaqt li jkun hemm bilanċ bejn l-interess tal-impjegaturi li jimmaniġġjaw l-organizzazzjonijiet tagħhom u jipproteġu l-interessi tagħhom u l-interess tal-pubbliku li jkun protett minn ħsara, f'konformità mal-kriterji żviluppati fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(35)  Mingħajr preġudizzju għal l-obbligi eżistenti biex jiġi previst rapportar anonimu bis-saħħa tal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk entitajiet privati u pubbliċi u awtoritajiet kompetenti jaċċettawx u jagħtux segwitu għal rapporti anonimi dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Madankollu, persuni li b'mod anonimu rrapportaw jew żvelaw pubblikament informazzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tagħha jenħtieġ li jgawdu mill-protezzjoni skont din id-Direttiva jekk jiġu sussegwentement identifikati u jsofru ritaljazzjoni.

(36)  Jenħtieġ li l-protezzjoni tingħata f'każijiet fejn persuni jirrapportaw skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, pereżempju fil-kuntest ta' frodi kontra l-baġit tal-Unjoni.

(37)  Il-persuni jeħtieġu protezzjoni legali speċifika meta jakkwistaw l-informazzjoni li jirrapportaw permezz tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom u għalhekk ikunu f'riskju ta' ritaljazzjoni relatata max-xogħol (pereżempju, għall-ksur tad-dmir ta' kunfidenzjalità jew lealtà). Ir-raġuni sottostanti għall-għoti ta' protezzjoni lilhom hija l-pożizzjoni tagħhom ta' vulnerabbiltà ekonomika fil-konfront tal-persuna li huma jiddependu fuqha de facto għax-xogħol. Fejn ma hemmx tali żbilanċ ta' setgħa relatat max-xogħol (pereżempju fil-każ ta' ilmentaturi ordinarji jew ċittadini osservaturi) ma hemmx ħtieġa għal protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni.

(38)  L-infurzar effettiv tal-liġi tal-Unjoni jirrikjedi li l-protezzjoni tingħata lill-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' kategoriji ta' persuni, li, irrispettivament minn jekk humiex ċittadini tal-UE jew ċittadini ta' pajjiż terz, minħabba attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom (irrispettivament min-natura ta' dawn l-attivitajiet, u jekk dawn humiex imħallsa jew le), għandhom aċċess privileġġjat għal informazzjoni dwar ksur li jkun fl-interess tal-pubbliku li jiġi irrapportat u li jistgħu jsofru minn ritaljazzjoni jekk jirrapportawh. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħtieġa għall-protezzjoni tkun iddeterminata b'referenza għaċ-ċirkostanzi rilevanti kollha u mhux biss b'referenza għan-natura tar-relazzjoni, sabiex tkun koperta l-firxa sħiħa ta' persuni konnessi f'sens wiesa' mal-organizzazzjoni fejn seħħ il-ksur.

(39)  Jenħtieġ li, l-ewwel nett, il-protezzjoni tapplika għall-persuni li għandhom l-istatus ta' "ħaddiem", skont it-tifsira tal-Artikolu 45(1) TFUE, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri persuni li, għal ċertu perjodu ta' ħin, iwettqu servizzi għal u taħt id-direzzjoni ta' persuna oħra, li għalihom jirċievu remunerazzjoni. Dan il-kunċett jinkludi wkoll lill-impjegati taċ-ċivil. Jenħtieġ għalhekk li l-protezzjoni tingħata wkoll lil ħaddiema f'relazzjonijiet ta' impjieg mhux standard, inklużi l-ħaddiema part-time u l-ħaddiema b'kuntratt definit, kif ukoll lil persuni b'kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg ma' aġenzija temporanja, li huma tipi ta' relazzjonijiet prekarji fejn ta' spiss ikun diffiċli li tiġi applikata protezzjoni standard kontra trattament inġust.

(40)  Jenħtieġ li l-protezzjoni testendi wkoll għal kategoriji oħra ta' persuni ▌fiżiċi, li, għalkemm ma jkunux "ħaddiema" skont it-tifsira tal-Artikolu 45(1) TFUE, jista' jkollhom rwol ewlieni fil-kxif ta' ksur tal-liġi u jistgħu jsibu lilhom infushom f'pożizzjoni ta' vulnerabbiltà ekonomika fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom. Pereżempju, f'oqsma bħas-sikurezza tal-prodotti, il-fornituri huma ħafna eqreb għas-sors ta' prattiki potenzjalment inġusti u illegali ta' manifattura, importazzjoni jew distribuzzjoni ta' prodotti mhux sikuri; il-konsulenti li jipprovdu s-servizzi tagħhom huma f'pożizzjoni privileġġjata biex jiġbdu l-attenzjoni għal ksur li jaraw fl-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni. Dawn il-kategoriji ta' persuni, inklużi persuni li jaħdmu għal rashom li jipprovdu servizzi, freelance, kuntratturi, sottokuntratturi u fornituri, huma tipikament soġġetti għal ritaljazzjoni, li tista' tkun forma ta', pereżempju, terminazzjoni bikrija jew kanċellazzjoni tal-kuntratt tas-servizzi, tal-liċenzja jew tal-permess, telf ta' negozju, telf ta' qligħ, koerċizzjoni, intimidazzjoni jew fastidju, tniżżil fuq lista sewda/ibbojkottjar ta' negozju jew ħsara għar-reputazzjoni tagħhom. L-azzjonisti u l-persuni f'korpi maniġerjali wkoll jistgħu jsofru ritaljazzjoni, pereżempju f'termini finanzjarji jew fil-forma ta' intimidazzjoni jew fastidju, tniżżil fuq lista sewda jew ħsara għar-reputazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li l-protezzjoni tingħata wkoll lil persuni li r-relazzjoni tax-xogħol tagħhom intemmet u lil kandidati għal impjieg jew għall-provvista ta' servizzi lil organizzazzjoni, li akkwistaw informazzjoni dwar ksur tal-liġi matul il-proċess ta' reklutaġġ jew f'xi stadju ieħor tan-negozjati prekuntrattwali, u jistgħu jsofru ritaljazzjoni pereżempju fil-forma ta' referenzi ta' impjieg negattivi jew tniżżil fuq lista sewda/bojkott tan-negozju.

(41)  Il-protezzjoni effettiva tal-informaturi timplika l-protezzjoni ta' aktar kategoriji ta' persuni li, filwaqt li ma jiddependux ekonomikament mill-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom, xorta jistgħu jsofru ritaljazzjoni minħabba l-kxif ta' ksur. Ir-ritaljazzjoni kontra voluntieri u apprendisti mħallsin jew mhux imħallsin tista' tkun forma ta' nuqqas ta' użu tas-servizzi tagħhom, jew bl-għoti ta' referenza negattiva għal impjieg futur jew b'xi tip ieħor ta' dannu għar-reputazzjoni jew għall-prospetti tal-karriera tagħhom.

(42)  Il-kxif u l-prevenzjoni effettivi ta' ħsara serja għall-interess pubbliku jirrikjedu li l-kunċett ta' ksur jinkludi wkoll prattiki abbużivi, kif iddeterminat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, b'mod partikolari atti jew ommissjonijiet li ma jidhrux li huma illegali f'termini formali iżda jtellfu l-objettiv jew l-iskop tal-liġi.

(43)  Prevenzjoni effettiva ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni tirrikjedi li tingħata protezzjoni ▌lil persuni li jipprovdu informazzjoni neċessarja biex jiġi żvelat ksur li diġà seħħ, ksur li għadu ma seħħx, iżda li wisq probabbli jseħħ, atti jew ommissjonijiet li dwarhom hemm raġunijiet ġustifikati biex il-persuna li tirrapporta tqis bħala ksur tal-liġi tal-Unjoni kif ukoll tentattivi biex il-ksur jinħeba. Għall-istess raġunijiet, il-protezzjoni hija ġġustifikata wkoll għall-persuni li ma jipprovdux evidenza pożittiva iżda jqajmu tħassib jew suspetti raġonevoli. Fl-istess waqt, jenħtieġ li l-protezzjoni ma tapplikax għar-rapportar ta' informazzjoni li diġà hija kompletament disponibbli fid-dominju pubbliku jew ta' qlajjiet u għajdut mhux sostanzjati.

(44)  Ir-ritaljazzjoni tesprimi r-relazzjoni mill-qrib (kawża u effett) li teżisti bejn ir-rapport u t-trattament negattiv esperjenzat, direttament jew indirettament, mill-persuna li qed tirrapporta, biex din il-persuna tkun tista' tgawdi minn protezzjoni legali. Il-protezzjoni effettiva tal-persuni li jirrapportaw bħala mezz biex jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni tirrikjedi definizzjoni wiesgħa tar-ritaljazzjoni, li tinkludi kwalunkwe att jew ommissjoni li jseħħu fil-kuntest relatat max-xogħol li jikkawżalhom detriment. Din id-Direttiva ma timpedixxix lill-impjegati milli jieħdu deċiżjonjiet relatati mal-impjieg li mhumiex iddeterminati mir-rapportar jew l-iżvelar pubbliku.

(45)  Jenħtieġ li l-protezzjoni mir-ritaljazzjoni bħala mezz li jissalvagwardja l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-media tkun ipprovduta kemm għal persuni li jirrapportaw informazzjoni dwar atti jew ommissjonijiet fi ħdan organizzazzjoni (rapportar intern) jew lil awtorità esterna (rapportar estern) kif ukoll għal persuni li jiżvelaw tali informazzjoni lid-dominju pubbliku (pereżempju, direttament lill-pubbliku permezz ta' pjattaformi online jew media soċjali, jew lill-media, uffiċjali eletti, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, trade unions jew organizzazzjonijiet professjonali/tan-negozju).

(46)  L-informaturi huma, b'mod partikolari, sorsi importanti għall-ġurnalisti investigattivi. L-għoti ta' protezzjoni effettiva lill-informaturi mir-ritaljazzjoni żżid iċ-ċertezza tad-dritt ta' informaturi (potenzjali) u għalhekk jinkoraġġixxi u jiffaċilita l-iżvelar anke lill-media. F'dan ir-rigward, il-protezzjoni tal-informaturi bħala sorsi ġurnalistiċi hija kruċjali għas-salvagwardja tar-rwol ta' "għassies" tal-ġurnaliżmu investigattiv f'soċjetajiet demokratiċi.

(47)  Għall-kxif u l-prevenzjoni effettivi ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni huwa essenzjali li l-informazzjoni rilevanti tasal malajr għand dawk l-eqreb lejn is-sors tal-problema, l-aktar li huma kapaċi jinvestigaw u bis-setgħat għal soluzzjoni, fejn huwa possibbli. Għaldaqstant, bħala prinċipju, jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw jiġu mħeġġa biex l-ewwel jużaw il-kanali interni u jirrapportaw lill-impjegatur tagħhom, jekk tali kanali jkunu disponibbli għalihom u jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jaħdmu. Dan huwa l-każ, b'mod partikolari, fejn il-persuni li jirrapportaw jemmnu li l-ksur jista' jiġi indirizzat b'mod effettiv fi ħdan l-organizzazzjoni rilevanti, u li m'hemm l-ebda riskju ta' ritaljazzjoni. Dan jiggarantixxi wkoll li entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u fis-settur pubbliku jistabbilixxu proċeduri interni xierqa sabiex jirċievu u jagħtu segwitu għar-rapporti. Dan l-inkoraġġiment jirrigwarda wkoll każijiet fejn dawn il-kanali ġew stabbiliti mingħajr ma kien meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Dan il-prinċipju għandu jgħin biex titrawwem kultura ta' komunikazzjoni tajba u ta' responsabbiltà soċjali korporattiva fl-organizzazzjonijiet, u b'hekk il-persuni li jirrapportaw jitqiesu bħala li qed jagħtu kontribut importanti għall-awto korrezzjoni u l-eċċellenza.

(48)  Fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi fis-settur privat, l-obbligu li jiġu stabbiliti kanali interni huwa proporzjonat mad-daqs tagħhom u mal-livell ta' riskju li l-attivitajiet tagħhom jimponu fuq l-interess pubbliku. Jenħtieġ li dan japplika għall-kumpanniji kollha li għandhom 50 impjegat jew aktar irrispettivament min-natura tal-attivitajiet tagħhom, abbażi tal-obbligu tagħhom li jiġbru l-VAT. Wara valutazzjoni xierqa tar-riskju, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li anke intrapriżi oħra jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni f'każijiet speċifiċi (eż. minħabba r-riskji sinifikanti li jistgħu jirriżultaw mill-attivitajiet tagħhom).

(49)  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jħeġġu lil entitajiet privati li għandhom inqas minn 50 impjegat biex jistabbilixxu kanali interni għar-rapportar u s-segwitu, inkluż billi jistabbilixxu rekwiżiti inqas preskrittivi għal dawk il-kanali milli dawk stabbiliti skont l-Artikolu 5 dment li dawk ir-rekwiżiti jiggarantixxu kunfidenzjalità u segwitu diliġenti tar-rapport.

(50)  Jenħtieġ li l-eżenzjoni ta' intrapriżi żgħar u mikro mill-obbligu li jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni ma tapplikax għal intrapriżi privati li huma attwalment obbligati jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni skont l-atti tal-Unjoni msemmija fil-Parti I.B u l-Parti II tal-Anness.

(51)  Għandu jkun ċar li, fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi privati li ma jipprevedux kanali ta' rapportar interni, jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw ikunu kapaċi jirrapportaw direttament esternament lill-awtoritajiet kompetenti u jenħtieġ li tali persuni jgawdu mill-protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni prevista minn din id-Direttiva.

(52)  Sabiex ikun żgurat, b'mod partikolari, ir-rispett tar-regoli tal-akkwist pubbliku fis-settur pubbliku, jenħtieġ li l-obbligu li jiġu stabbiliti kanali ta' rapportar interni japplika għall-entitajiet ġuridiċi pubbliċi kollha, fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, b'mod li jkun proporzjonat mad-daqs tagħhom.

(53)  Dment li tkun żgurata l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta, huwa f'idejn kull entità ġuridika privata u pubblika individwali li tiddefinixxi t-tip ta' kanali ta' rapportar li għandhom jiġu stabbiliti. B'mod aktar speċifiku, jenħtieġ li dawn jippermettu rapporti bil-miktub li jistgħu jiġu ppreżentati bil-posta, permezz ta' kaxxa/i fiżiċi għall-ilmenti, jew permezz ta' pjattaforma online (intranet jew internet) u/jew rapporti bil-fomm li jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta' hotline telefonika jew sistema oħra ta' messaġġi vokali. Fuq talba tal-persuna li tirrapporta, jenħtieġ li tali kanali jippermettu wkoll laqgħat fiżiċi, f'perijodu ta' żmien raġonevoli.

(54)  Partijiet terzi wkoll jistgħu jkunu awtorizzati li jirċievu rapporti f'isem entitajiet privati u pubbliċi, dment li joffru garanziji xierqa ta' rispett għall-indipendenza, il-kunfidenzjalità, il-protezzjoni tad-data u s-segretezza. Dawn jistgħu jkunu fornituri ta' pjattaformi ta' rapportar esterni, konsulenti esterni, awdituri, rappreżentanti ta' trade unions jew rappreżentanti tal-ħaddiema.

(55)  Mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni li r-rappreżentanti ta' trade unions jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jgawdu fil-kapaċità tagħhom bħala tali skont regoli oħra tal-Unjoni jew nazzjonali, jenħtieġ li dawn igawdu mill-protezzjoni prevista f'din id-Direttiva kemm meta jirrapportaw fil-kapaċità tagħhom bħala ħaddiema kif ukoll meta jagħtu pariri u appoġġ lil persuna li tirrapporta.

(56)  Jenħtieġ li l-proċeduri ta' rapportar interni jippermettu li entitajiet ġuridiċi privati jirċievu u jinvestigaw, b'rispett sħiħ għall-kunfidenzjalità, rapporti mill-impjegati tal-entità u s-sussidjarji jew l-affiljati tagħha (il-grupp), iżda wkoll, sa fejn ikun possibbli, minn kwalunkwe aġent u fornitur tal-grupp u minn kwalunkwe persuna li takkwista informazzjoni permezz tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħha mal-entità u l-grupp.

(57)  Il-ħatra tal-persuni jew id-dipartimenti li huma l-aktar adatti f'entità ġuridika privata biex jirċievu u jagħtu segwitu għar-rapporti tiddependi mill-istruttura tal-entità, iżda, fi kwalunkwe każ, il-funzjoni tagħhom jenħtieġ li tiżgura indipendenza u li ma jkunx hemm konflitt ta' interess. F'entitajiet iżgħar, din il-funzjoni tista' tkun funzjoni doppja miżmuma minn uffiċjal tal-kumpannija li jkun f'pożizzjoni tajba biex jirrapporta direttament lill-kap organizzattiv, bħal uffiċjal responsabbli għall-konformità jew għar-riżorsi umani, uffiċjal responsabbli għall-integrità, uffiċjal legali jew tal-privatezza, uffiċjal kap tal-finanzi, kap eżekuttiv tal-awditjar jew membru tal-bord.

(58)  Fil-kuntest ta' rapportar intern, huwa kruċjali li l-persuna li tirrapporta tiġi informata, sa fejn ikun legalment possibbli u bl-aktar mod komprensiv possibbli, dwar is-segwitu għar-rapport sabiex tinbena fiduċja fl-effettività tas-sistema globali tal-protezzjoni tal-informaturi u titnaqqas il-probabbiltà ta' aktar rapporti jew żvelar pubbliku mhux neċessarju. Jenħtieġ li l-persuna li tirrapporta tkun informata f'perijodu ta' żmien raġonevoli dwar l-azzjoni prevista jew meħuda bħala segwitu għar-rapport u r-raġunijiet għal dan is-segwitu (pereżempju, riferiment għal kanali jew proċeduri oħra f'każijiet ta' rapporti li jaffettwaw esklużivament id-drittijiet individwali tal-persuna li tirrapporta, għeluq ibbażat fuq nuqqas ta' evidenza suffiċjenti jew fuq raġunijiet oħra, it-tnedija ta' inkjesta interna u possibbilment is-sejbiet tagħha u/jew il-miżuri meħudin għall-indirizzar tal-kwistjoni mqajma, riferiment għal awtorità kompetenti għal investigazzjoni ulterjuri) sa fejn tali informazzjoni ma tippreġudikax l-inkjesta jew l-investigazzjoni u ma taffettwax id-drittijiet tal-persuna kkonċernata. Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li l-persuna li tirrapporta tkun informata bil-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni. Hija tista' tintalab tipprovdi aktar informazzjoni, matul l-investigazzjoni, minkejja li mhijiex obbligata tagħmel dan.

(59)  Jenħtieġ li tali perijodu ta' żmien raġonevoli ma jaqbiżx it-tliet xhur b'kollox. Fejn is-segwitu adattat ikun għadu qed jiġi ddeterminat, jenħtieġ li l-persuna li tirrapporta tkun informata dwar dan u dwar kwalunkwe rispons ieħor li għandha tistenna.

(60)  Jenħtieġ li persuni li qed jikkunsidraw li jirrapportaw ksur tal-liġi tal-Unjoni jkunu kapaċi jagħmlu deċiżjoni informata dwar jekk, kif u meta jirrapportaw. Jenħtieġ li l-entitajiet privati u pubbliċi li għandhom stabbiliti proċeduri ta' rapportar interni jipprovdu informazzjoni dwar dawn il-proċeduri kif ukoll dwar proċeduri għal rapportar estern lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Tali informazzjoni trid tkun tinftiehem faċilment u aċċessibbli faċilment, inkluż, sa fejn huwa possibbli, anke għal persuni oħra, apparti l-impjegati, li jiġu f'kuntatt mal-entità permezz tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom, bħal fornituri ta' servizzi, distributuri, fornituri u sħab fin-negozju. Pereżempju, tali informazzjoni tista' tkun imwaħħla f'post viżibbli aċċessibbli għal dawn il-persuni kollha u fuq is-sit tal-entità u tista' tkun inkluża wkoll f'korsijiet u taħriġ dwar l-etika u l-integrità.

(61)  Il-kxif u l-prevenzjoni effettivi ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni jirrikjedu li informaturi potenzjali jkunu jistgħu jippreżentaw b'mod faċli u b'kunfidenzjalità sħiħa l-informazzjoni li għandhom għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jkunu kapaċi jinvestigaw u jsolvu l-problema, fejn possibbli.

(62)  Jista' jkun il-każ li ma jkunux jeżistu kanali interni jew li dawn intużaw iżda ma ħadmux sew (pereżempju, ir-rapport ma ġiex ittrattat b'mod diliġenti jew f'perijodu ta' żmien raġonevoli, jew ma ttieħdet l-ebda azzjoni adatta biex jiġi indirizzat il-ksur tal-liġi minkejja r-riżultati pożittivi tal-inkjesta).

(63)  F'każijiet oħra, l-użu ta' kanali interni ma jistax ikun raġonevolment mistenni li jiffunzjona sew. Dan huwa notevolment il-każ fejn il-persuni li jirrapportaw ikollhom raġunijiet validi biex jemmnu (i) li ser isofru minn ritaljazzjoni b'rabta mar-rapportar, inkluż bħala riżultat ta' ksur tal-kunfidenzjalità tagħhom, u (ii) li l-awtoritajiet kompetenti jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jieħdu azzjoni effettiva biex jindirizzaw il-ksur minħabba li, pereżempju, id-detentur tar-responsabbiltà aħħari fil-kuntest relatat max-xogħol ikun involut fil-ksur, jew ikun hemm riskju li l-ksur jew l-evidenza relatata tista' tinħeba jew tinqered, jew, b'mod aktar ġenerali, minħabba li l-effettività tal-azzjonijiet investigattivi mill-awtoritajiet kompetenti tista' tiġi pperikolata b'mod ieħor (eżempji jistgħu jkunu rapporti dwar arranġamenti ta' kartell u ksur ieħor tar-regoli tal-kompetizzjoni), jew minħabba li l-ksur jirrikjedi azzjoni urġenti, pereżempju biex tiġi ssalvagwardjata l-ħajja, is-saħħa u s-sikurezza ta' persuni jew għall-protezzjoni tal-ambjent. Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw esternament lill-awtoritajiet kompetenti u, fejn rilevanti, lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni jiġu protetti. Din id-Direttiva tagħti wkoll protezzjoni fejn il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali tirrikjedi li l-persuni li jirrapportaw, jirrapportaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti pereżempju bħala parti mid-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tax-xogħol tagħhom jew għax il-ksur ikun reat kriminali.

(64)  Nuqqas ta' fiduċja fl-effettività tar-rapportar huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jiskoraġġixxi lil informaturi potenzjali. Dan jirrikjedi li jiġi impost obbligu ċar fuq l-awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu kanali ta' rapportar esterni xierqa, biex jagħtu segwitu b'mod diliġenti għar-rapporti li jirċievu, u jipprovdu rispons, f'perijodu ta' żmien raġonevoli, lill-persuni li jirrapportaw .

(65)  Huwa f'idejn l-Istati Membri li jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu u jagħtu segwitu kif xieraq għar-rapporti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Tali awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu awtoritajiet ġudizzjarji, korpi regolatorji jew superviżorji kompetenti fl-oqsma speċifiċi kkonċernati, jew awtoritajiet ta' kompetenza aktar ġenerali fil-livell ċentrali tal-Istat, aġenziji tal-infurzar tal-liġi, korpi kontra l-korruzzjoni jew ombudsmen.

(66)  Jenħtieġ li, bħala destinatarji tar-rapporti, l-awtoritajiet maħtura bħala kompetenti jkollhom il-kapaċitajiet u s-setgħat neċessarji biex jiżguraw segwitu xieraq - inkluż valutazzjoni tal-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet imwettqa fir-rapport u biex jindirizzaw il-ksur irrapportat ▌billi jniedu inkjesta interna, investigazzjoni, prosekuzzjoni jew azzjoni għall-irkupru ta' fondi, jew azzjoni xierqa oħra ta' rimedju, f'konformità mal-mandat tagħhom, jew jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji biex jirreferu r-rapport lil awtorità oħra biex jiġi investigat il-ksur irrapportat, filwaqt li jiġi żgurat segwitu adatt minn din l-awtorità. B'mod partikolari, fejn l-Istati Membri jixtiequ jistabbilixxu kanali esterni fil-qafas tal-livell ċentrali tal-Istat tagħhom, pereżempju fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu salvagwardji adegwati sabiex jiġi żgurat li jiġu rispettati r-rekwiżiti tal-indipendenza u l-awtonomija stabbiliti fid-Direttiva. L-istabbiliment ta' tali kanali esterni ma jaffettwax is-setgħat tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni fir-rigward tas-superviżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u din id-Direttiva lanqas ma taffettwa s-setgħa esklużiva tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat b'mod partikolari skont l-Artikolu 107(3) TFUE. Fir-rigward ta' ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru bħala awtoritajiet kompetenti lil dawk imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) 1/2003 mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni f'dan il-qasam.

(67)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħtu wkoll rispons lill-persuni li jirrapportaw dwar l-azzjoni prevista jew meħuda bħala segwitu (pereżempju, riferiment għal awtorità oħra, għeluq ibbażat fuq nuqqas ta' evidenza suffiċjenti jew fuq raġunijiet oħra jew it-tnedija ta' investigazzjoni u possibbilment is-sejbiet tagħha u/jew il-miżuri meħuda biex tiġi indirizzata l-kwistjoni mqajma), kif ukoll dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw is-segwitu. Jenħtieġ li l-komunikazzjonijiet dwar l-eżitu finali tal-investigazzjonijiet ma jaffettwax ir-regoli applikabbli tal-Unjoni li jinkludu restrizzjonijiet possibbli fuq il-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet fil-qasam tar-regolamentazzjoni finanzjarja. Dan jenħtieġ li japplika mutatis mutandis fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva, jekk ikunu previsti restrizzjonijiet simili mil-liġi nazzjonali applikabbli.

(68)  Jenħtieġ li s-segwitu u r-rispons isiru f' perijodu ta' żmien raġonevoli; dan huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li l-problema li tista' tkun is-suġġett tar-rapport tiġi indirizzata malajr, kif ukoll sabiex ikun evitat żvelar pubbliku mhux meħtieġ. Jenħtieġ li tali perijodu ta' żmien ma jaqbiżx it-tliet xhur, iżda jista' jkun estiż għal sitt xhur, fejn ikun meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, b'mod partikolari n-natura u l-kumplessità tas-suġġett tar-rapport, li jista' jkun jirrikjedi investigazzjoni fit-tul.

(69)   Il-liġi tal-Unjoni f'oqsma speċifiċi, bħall-abbuż tas-suq(24), l-avjazzjoni ċivili(25) jew is-sikurezza ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore(26) diġà tipprevedi l-istabbiliment ta' kanali ta' rapportar interni u esterni. Jenħtieġ li l-obbligi li jiġu stabbiliti tali kanali stipulati f'din id-Direttiva jibnu sa fejn ikun possibbli fuq il-kanali eżistenti previsti minn atti tal-Unjoni speċifiċi.

(70)  Il-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll xi korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, bħall-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), għandhom stabbiliti kanali u proċeduri esterni biex jirċievu rapporti dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, li primarjament jipprevedu l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuni li jirrapportaw. Din id-Direttiva ma taffettwax tali kanali u proċeduri ta' rapportar esterni, fejn jeżistu, iżda ser tiżgura li l-persuni li jirrapportaw lil dawk l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni jibbenefikaw minn standards minimi komuni ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha.

(71)  Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-proċeduri għas-segwitu tar-rapporti u jiġi indirizzat il-ksur tar-regoli kkonċernat tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jieħdu miżuri biex inaqqsu l-piż għall-awtorità kompetenti minn rapporti dwar ksur minuri ta' dispożizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, rapporti ripetittivi jew rapporti dwar ksur ta' dispożizzjonijiet anċillari (pereżempju dispożizzjonijiet dwar dokumentazzjoni jew obbligi ta' notifika). Tali miżuri jistgħu jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti, wara rieżami dovut tal-kwistjoni, jiddeċiedu li ksur irrapportat ikun b'mod ċar wieħed minuri u ma jirrikjedix miżuri ta' segwitu ulterjuri skont din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu wkoll jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti jagħlqu l-proċedura rigward rapporti ripetittivi li s-sustanza tagħhom ma tinkludi ebda informazzjoni sinifikanti ġdida meta mqabbla ma' rapport preċedenti li jkun diġà ngħalaq, dment li ma jkunx hemm ċirkostanzi ġodda legali jew fattwali li jiġġustifikaw segwitu differenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprijoritizzaw it-trattament ta' rapporti dwar ksur serju jew ksur ta' dispożizzjonijiet essenzjali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva f'każ ta' influssi għolja ta' rapporti.

(72)  Fejn ikun previst skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jirreferu każijiet jew informazzjoni rilevanti lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti, inkluż, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-persuna li tirrapporta tirreferi direttament għal dawn il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni.

(73)  F'ħafna oqsma ta' politika li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jeżistu mekkaniżmi ta' kooperazzjoni li permezz tagħhom l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jiskambjaw informazzjoni u jwettqu attivitajiet ta' segwitu fir-rigward ta' ksur ta' regoli tal-Unjoni b'dimensjoni transfruntiera. Xi eżempji huma l-Mekkaniżmu ta' Assistenza u Kooperazzjoni Amministrattivi f'każijiet ta' ksur transfruntier tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, in-Netwerk ta' Frodi Alimentari, is-Sistema ta' Twissija Bikrija għal prodotti mhux tal-ikel, in-Netwerk ta' Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, in-Netwerk għal Konformità Ambjentali, in-Netwerk Ewropew ta' Awtoritajiet tal-Kompetizzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ minn tali mekkaniżmi ta' kooperazzjoni eżistenti fejn ikunu rilevanti bħala parti mill-obbligu tagħhom li jagħtu segwitu għar-rapporti dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jikkooperaw ukoll lil hinn mill-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni eżistenti f'każijiet ta' ksur b'dimensjoni transfruntiera f'oqsma fejn tali mekkaniżmi ta' kooperazzjoni ma jeżistux.

(74)  Sabiex tkun possibbli komunikazzjoni effettiva mal-persunal li jkun responsabbli għat-trattament tar-rapporti, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom stabbiliti u jużaw kanali faċli għall-utent, li jkunu siguri, jiżguraw kunfidenzjalità fit-twassil u t-trattament tal-informazzjoni pprovduta mill-persuna li tirrapporta u li jippermettu l-ħżin ta' informazzjoni durabbli biex ikunu possibbli investigazzjonijiet ulterjuri. Dan jista' jirrikjedi li dawn il-kanali jkunu separati mill-kanali ġenerali li permezz tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw mal-pubbliku, bħas-sistemi normali ta' ilmenti pubbliċi jew kanali li l-awtoritajiet kompetenti jużaw biex jikkomunikaw internament u ma' partijiet terzi fl-attivitajiet ordinarji tagħhom.

(75)  Jenħtieġ li l-membri tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti, li jkunu responsabbli għat-trattament tar-rapporti, ikunu mħarrġa b'mod professjonali, inkluż fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-protezzjoni tad-data, ▌sabiex jittrattaw ir-rapporti u jiżguraw komunikazzjoni mal-persuna li tirrapporta u jagħtu segwitu għar-rapport b'mod adatt.

(76)  Jenħtieġ li persuni li jkun biħsiebhom jirrapportaw, ikunu kapaċi jagħmlu deċiżjoni informata dwar jekk jirrapportawx u dwar kif u meta jirrapportaw. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti għalhekk jiżvelaw pubblikament u jagħmlu faċilment aċċessibbli informazzjoni dwar il-kanali ta' rapportar disponibbli mal-awtoritajiet kompetenti, dwar il-proċeduri applikabbli u dwar il-membri tal-persunal speċjalizzati li jkunu responsabbli għat-trattament tar-rapporti fi ħdan dawn l-awtoritajiet. Jenħtieġ li l-informazzjoni kollha rigward ir-rapporti tkun trasparenti, tinftiehem faċilment u affidabbli sabiex tħeġġeġ u mhux tiskoraġġixxi r-rapportar.

(77)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom stabbiliti proċeduri ta' protezzjoni adegwati għall-ipproċessar ta' rapporti ta' ksur u għall-protezzjoni tad-data personali tal-persuni msemmija fir-rapport. Jenħtieġ li tali proċeduri jiżguraw li l-identità ta' kull persuna li tirrapporta, kull persuna kkonċernata, u t-terzi persuni msemmija fir-rapport (eż. xhieda jew kollegi) tkun protetta fl-istadji kollha tal-proċedura.▌

(78)  Huwa neċessarju li l-persunal ▌tal-awtorità kompetenti li jkun responsabbli għat-trattament tar-rapporti u l-membri tal-persunal tal-awtorità kompetenti li jkollhom id-dritt ta' aċċess għall-informazzjoni pprovduta minn persuna li tirrapporta, ▌jikkonformaw mal-obbligu ta' segretezza professjonali u ▌kunfidenzjalità meta jittrasmettu d-data kemm ġewwa kif ukoll barra mill-awtorità kompetenti, inkluż fejn awtorità kompetenti tiftaħ investigazzjoni jew inkjesta jew tinvolvi ruħha f'attivitajiet ta' infurzar b'rabta mar-rapport ta' ksur.

(79)  Jenħtieġ li r-reviżjoni regolari tal-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti u l-iskambju ta' prattiki tajbin bejniethom jiggarantixxu li dawn il-proċeduri jkunu adegwati u għalhekk jaqdu l-iskop tagħhom.

(80)  Jenħtieġ li ▌persuni li jagħmlu żvelar pubbliku ▌jikkwalifikaw għal protezzjoni f'każijiet fejn, minkejja r-rapport intern u/jew estern li jkun sar, il-ksur jibqa' ma jiġix indirizzat, pereżempju f'każijiet fejn tali persuni jkollhom raġunijiet validi biex jemmnu li l-ksur ma ġiex ivvalutat jew investigat (b'mod adatt) jew fejn ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni adatta ta' rimedju. L-adegwatezza tas-segwitu jenħtieġ li tiġi vvalutata skont kriterji oġġettivi, marbuta mal-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jivvalutaw il-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet u li jtemmu kwalunkwe ksur possibbli tal-liġi tal-Unjoni. Għalhekk dan jiddependi miċ-ċirkostanzi ta' kull każ u min-natura tar-regoli li nkisru. B'mod partikolari, deċiżjoni mill-awtoritajiet li tiddikjara li ksur kien b'mod ċar minuri u li ma kien meħtieġ l-ebda segwitu, tista' tikkostitwixxi segwitu adatt skont din id-Direttiva.

(81)  Jenħtieġ li persuni li jagħmlu żvelar pubbliku direttament jikkwalifikaw ukoll għal protezzjoni f'każijiet fejn huma jkollhom raġunijiet ġustifikati biex jemmnu li hemm perikolu imminenti jew ċar għall-interess pubbliku, jew ▌riskju ta' dannu irriversibbli, inkluż ▌ħsara għall-integrità fiżika.

(82)  Bl-istess mod, jenħtieġ li tali persuni jikkwalifikaw għal protezzjoni fejn ikollhom raġunijiet ġustifikati biex jemmnu li f'każ ta' rappurtar estern ikun hemm riskju ta' ritaljazzjoni jew ikun hemm ftit ċans li l-ksur jiġi indirizzat b'mod effettiv, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, bħal pereżempju meta l-evidenza tista' tinħeba jew tinqered jew meta awtorità tkun f'kollużjoni mal-awtur tal-ksur jew tkun involuta fil-ksur.

(83)  Is-salvagwardja tal-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta matul il-proċess tar-rappurtar u l-investigazzjonijiet ta' segwitu hija miżura ex ante essenzjali għall-prevenzjoni ta' ritaljazzjoni. L-identità tal-persuna li tirrapporta tista' tiġi żvelata biss fejn dan ikun obbligu neċessarju u proporzjonat meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet minn awtoritajiet jew proċedimenti ġudizzjarji, b'mod partikolari biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet ta' difiża tal-persuni kkonċernati. Tali obbligu jista' jirriżulta, b'mod partikolari, mid-Direttiva 2012/13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012, dwar id-dritt għal informazzjoni fi proċedimenti kriminali. Jenħtieġ li l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ma tapplikax fejn il-persuna li tirrapporta tkun żvelat intenzjonalment l-identità tagħha fil-kuntest ta' żvelar pubbliku.

(84)  Jenħtieġ li kull ipproċessar ta' data personali mwettaq skont din id-Direttiva, inkluż l-iskambju jew it-trasmissjoni ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti, isir f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, u mad-Direttiva (UE) 2016/680(27), u kwalunkwe skambju jew trasmissjoni ta' informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jsir f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001(28). Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-prinċipji marbutin mal-ipproċessar ta' data personali stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-GDPR, l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, u għall-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku stipulat fl-Artikolu 25 tal-GDPR, l-Artikolu 20 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Artikolu XX tar-Regolament (UE) Nru 2018/XX li jħassar ir-Regolament Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.

(85)  L-effettività tal-proċeduri stabbiliti f'din id-Direttiva relatati mas-segwitu tar-rapporti dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni fl-oqsma li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, isservi objettiv importanti ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, fis-sens tal-Artikolu 23(1)(e) GDPR, billi għandha l-għan li ssaħħaħ l-infurzar tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni f'oqsma speċifiċi fejn ksur jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku. Il-protezzjoni effettiva tal-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuni li jirrapportaw hija neċessarja għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, b'mod partikolari dawk tal-persuni li jirrapportaw, previsti fl-Artikolu 23(1)(i) GDPR. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw l-effettività ta' din id-Direttiva, inkluż, fejn meħtieġ, billi jirrestrinġu, permezz ta' miżuri leġislattivi, l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-protezzjoni ta' data tal-persuni kkonċernati f'konformità mal-Artikolu 23(1)(e) u (i) u l-Artikolu 23(2) GDPR sa fejn u sa meta jkun neċessarju għall-prevenzjoni u l-indirizzar ta' tentattivi li jkollhom l-għan li jostakolaw ir-rapportar, li jimpedixxu, ifixklu jew inaqqsu r-ritmu tas-segwitu għar-rapporti, b'mod partikolari investigazzjonijiet , jew tentattivi li jkollhom l-għan li jidentifikaw lill-persuni li jirrapportaw.

(86)  Il-protezzjoni effettiva tal-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuni li jirrapportaw hija ugwalment neċessarja għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, b'mod partikolari dawk tal-persuni li jirrapportaw, fejn ir-rapporti jiġu ttrattati mill-awtoritajiet kif definit fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva (UE) 2016/680. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw l-effettività ta' din id-Direttiva, inkluż, fejn neċessarju, billi jirrestrinġu, permezz ta' miżuri leġislattivi, l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-protezzjoni ta' data tal-persuni kkonċernati f'konformità mal-Artikoli 13(3)(a) u (e), 15(1)(a) u (e), 16(4)(a) u (e) u l-Artikolu 31(5) tad-Direttiva (UE) 2016/680 sa fejn u sa meta jkun neċessarju għall-prevenzjoni u l-indirizzar ta' tentattivi li jkollhom l-għan li jostakolaw ir-rapportar, li jimpedixxu, ifixklu jew inaqqsu r-ritmu tas-segwitu għar-rapporti, b'mod partikolari investigazzjonijiet , jew tentattivi li jkollhom l-għan li jidentifikaw lill-persuni li jirrapportaw.

(87)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw iż-żamma adegwata ta' rekords tar-rapporti kollha ta' ksur, u li kull rapport ikun jista' jiġi rkuprat u li l-informazzjoni li tasal permezz tar-rapporti tkun tista' tintuża bħala evidenza f'azzjonijiet ta' infurzar fejn xieraq.

(88)  Jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw ikunu protetti minn kull forma ta' ritaljazzjoni, kemm jekk diretta kif ukoll indiretta, meħuda, irrakkomandata jew ittollerata mill-impjegatur tagħhom jew mill-klijent/riċevitur ta' servizzi u minn persuni li jaħdmu għal jew jaġixxu f'isem dan tal-aħħar, inkluż kollegi u maniġers fl-istess organizzazzjoni jew f'organizzazzjonijiet oħra li magħhom tkun f'kuntatt il-persuna li tirrapporta fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħha ▌. Jenħtieġ li tingħata protezzjoni minn miżuri ta' ritaljazzjoni meħudin fir-rigward tal-persuna li tirrapporta stess iżda wkoll minn dawk li jistgħu jittieħdu fir-rigward tal-entità ġuridika li l-persuna li tirrapporta tkun tipposjedi, tkun taħdem għaliha jew tkun b'xi mod ieħor konnessa magħha f'kuntest relatat max-xogħol, bħal ċaħda tal-provvista ta' servizzi, tniżżil fuq lista sewda jew bojkott tan-negozju. Ir-ritaljazzjoni indiretta tinkludi wkoll azzjonijiet meħudin kontra faċilitaturi jew kollegi jew qraba tal-persuna li tirrapporta li għandhom ukoll konnessjoni ta' xogħol mal-impjegatur ta' din tal-aħħar jew ma' klijent/reċipjent ta' servizzi ▌.

(89)  Fejn isseħħ ritaljazzjoni mingħajr xkiel u mingħajr kastigi, din ikollha effett dissważiv fuq informaturi potenzjali. Projbizzjoni ċara tar-ritaljazzjoni fil-liġi għandha effett dissważiv importanti, imsaħħaħ aktar b'dispożizzjonijiet għar-responsabbiltà personali u għal pieni għall-awturi tar-ritaljazzjoni.

(90)  Jistgħu jiġu pprovduti pariri individwali u informazzjoni preċiża minn awtorità unika indipendenti jew minn ċentru tal-informazzjoni.

(91)  Informaturi potenzjali li mhumiex ċerti dwar kif jirrapportaw jew jekk hux ser ikunu protetti finalment jistgħu jkunu skoraġġiti milli jirrapportaw. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tingħata b'mod ▌li jinftiehem faċilment u li jkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali. Jenħtieġ li jkunu disponibbli pariri individwali, imparzjali u kunfidenzjali, mingħajr ħlas, dwar, pereżempju, jekk l-informazzjoni inkwistjoni hijiex koperta mir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tal-informaturi, liema kanal ta' rapportar jista' jkun l-aħjar li jintuża u liema proċeduri alternattivi huma disponibbli f'każ li l-informazzjoni mhijiex koperta mir-regoli applikabbli ("sinjalazzjoni"). Aċċess għal tali pariri jista' jgħin biex jiġi żgurat li r-rapporti jsiru permezz tal-kanali xierqa, b'mod responsabbli u li l-ksur u n-nuqqasijiet jinkixfu fil-ħin jew anke jiġu evitati. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jestendu tali pariri għal konsulenza legali. Fejn tali pariri jingħataw lill-persuni li jirrapportaw minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jkunu marbutin bid-dmir li jżommu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jirċievu, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li tali organizzazzjonijiet ma jsofrux ritaljazzjoni, pereżempju fil-forma ta' preġudizzju ekonomiku permezz ta' restrizzjoni fuq l-aċċess tagħhom għal finanzjament jew tniżżil fuq lista sewda li jista' jimpedixxi l-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni.

(92)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu lill-persuni li jirrapportaw l-appoġġ li jkunu jeħtieġu biex effettivament ikollhom aċċess għal protezzjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li huma jipprovdu provi jew dokumentazzjoni oħra meħtieġa biex jikkonfermaw quddiem awtoritajiet jew qrati oħra li jkun sar rapportar estern. Taħt ċerti oqfsa nazzjonali u f'ċerti każijiet, persuni li jirrapportaw ▌jistgħu jibbenefikaw minn forom ta' ċertifikazzjoni tal-fatt li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-regoli applikabbli. Minkejja tali possibbiltajiet, jenħtieġ li dawn ikollhom aċċess effettiv għal reviżjoni ġudizzjarja, fejn ikunu l-qrati li jiddeċiedu, skont iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, jekk jissodisfawx il-kondizzjonijiet tar-regoli applikabbli.

(93)  ▌Obbligi legali jew kuntrattwali tal-individwi, bħal klawżoli ta' lealtà f'kuntratti jew ftehimiet ta' kunfidenzjalità/nuqqas ta' żvelar, ma jistgħux jiġu invokati biex jiġi impedit ▌ir-rapportar, tiġi miċħuda protezzjoni jew biex il-persuni li jirrapportaw jiġu ppenalizzati talli għamlu dan, fejn l-għoti tal-informazzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-klawżoli u l-ftehimiet ikun neċessarju biex jinkixef il-ksur. Fejn dawn il-kondizzjonijiet ikunu ssodisfati, jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw ma jiġu attribwiti l-ebda tip ta' responsabbiltà, sew jekk ċivili, kriminali, amministrattiva jew relatata mal-impjieg. Il-protezzjoni mir-responsabbiltà għar-rapportar jew l-iżvelar ta' informazzjoni skont din id-Direttiva hija ggarantita għall-informazzjoni li għaliha, il-persuna li tirrapporta kellha raġunijiet ġustifikati biex temmen li r-rapportar jew l-iżvelar tagħha kien neċessarju għall-kxif ta' ksur skont din id-Direttiva. Jenħtieġ li din il-protezzjoni ma testendix għal informazzjoni superfluwa li l-persuna tkun kixfet mingħajr ma kellha tali raġunijiet ġustifikati.

(94)  Jenħtieġ li f'każijiet fejn il-persuni li jirrapportaw ikunu akkwistaw jew kisbu aċċess b'mod legali għall-informazzjoni rrapportata jew għad-dokumenti li jkun fihom dik l-informazzjoni, huma jgawdu minn immunità mir-responsabbiltà. Dan japplika kemm għal każijiet fejn huma jikxfu l-kontenut tad-dokumenti li għalihom kellhom aċċess b'mod legali kif ukoll f'każijiet fejn huma jagħmlu kopji ta' tali dokumenti jew ineħħuhom mill-bini tal-organizzazzjoni fejn huma impjegati, bi ksur ta' klawżoli kuntrattwali jew klawżoli oħra li jipprevedu li d-dokumenti rilevanti huma l-proprjetà tal-organizzazzjoni. Jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw igawdu wkoll minn immunità minn responsabbiltà f'każijiet fejn l-akkwist tal--informazzjoni jew tad-dokumenti rilevanti jew l-aċċess għalihom iqajjem kwistjoni ta' responsabbiltà ċivili, amministrattiva jew relatata max-xogħol. Xi eżempji huma l-każijiet fejn il-persuni li jirrapportaw ikunu kisbu l-informazzjoni permezz ta' aċċess għall-posta elettronika ta' kollega jew għal fajls li huma normalment ma jużawx fl-ambitu tax-xogħol tagħhom, billi jieħdu ritratti tal-bini tal-organizzazzjoni jew permezz ta' aċċess għal post li normalment ma jkollhomx aċċess għalih. Fejn il-persuni li jirrapportaw ikunu akkwistaw jekk kisbu aċċess għall-informazzjoni jew għad-dokumenti rilevanti billi wettqu reat kriminali, bħal dħul jew aċċess mhux awtorizzat, jenħtieġ li r-responsabbiltà penali tagħhom tibqa' rregolata mil-liġi nazzjonali applikabbli mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 (7). Bl-istess mod, kwalunkwe responsabbiltà possibbli oħra tal-persuni li jirrapportaw li tirriżulta minn atti jew ommissjonijiet li ma jkunux relatati mar-rapportar jew li ma jkunux neċessarji għall-kxif ta' ksur skont din id-Direttiva, jenħtieġ li tibqa' rregolata mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali applikabbli. F'dawn il-każijiet, jenħtieġ li jkunu l-qrati nazzjonali li jivvalutaw ir-responsabbiltà tal-persuni li jirrapportaw fid-dawl tal-informazzjoni fattwali rilevanti kollha u b'kont meħud taċ-ċirkostanzi individwali tal-każ, inkluż in-neċessità u l-proporzjonalità tal-att jew tal-ommissjoni fir-rigward tar-rapport jew tal-iżvelar.

(95)  Hemm probabbiltà li l-miżuri ta' ritaljazzjoni jkunu ppreżentati bħala ġġustifikati minħabba raġunijiet oħrajn li mhumiex ir-rapportar u jista' jkun diffiċli ħafna għall-persuni li jirrapportaw li jagħtu prova tar-rabta bejn it-tnejn, filwaqt li l-awturi tar-ritaljazzjoni jista' jkollhom aktar setgħa u riżorsi biex jiddokumentaw l-azzjoni meħuda u r-raġunament. Għalhekk, ladarba l-persuna li tirrapporta turi prima facie li hi għamlet rapport jew żvelar pubbliku f'konformità ma' din id-Direttiva u sofriet detriment, jenħtieġ li l-oneru tal-provi jgħaddi għal fuq il-persuna li għamlet l-azzjoni detrimentali, li mbagħad jenħtieġ li turi li l-azzjoni meħuda ▌ma kienet marbuta bl-ebda mod mar-rapportar jew mal-iżvelar pubbliku.

(96)  Lil hinn minn projbizzjoni espliċita ta' ritaljazzjoni prevista fil-liġi, huwa kruċjali li l-persuni li jirrapportaw li jsofru ritaljazzjoni jkollhom aċċess għal rimedji legali u kumpens. Ir-rimedju xieraq f'kull każ ser ikun iddeterminat mit-tip ta' ritaljazzjoni mġarrba, u d-dannu mġarrab jenħtieġ li jiġi kkumpensat bis-sħiħ f'konformità mal-liġi nazzjonali. Dan jista' jieħu l-forma ta' azzjonijiet ta' riintegrazzjoni (pereżempju, fil-każ ta' tkeċċija, trasferiment jew dimozzjoni, jew ta' sospensjoni minn taħriġ jew minn promozzjoni) jew billi jingħata lura permess, liċenzja jew kuntratt ikkanċellat; kumpens għal telf finanzjarju attwali u futur (għal telf ta' pagi fil-passat, iżda anke għal telf ta' dħul futur, spejjeż marbutin ma' bidla fl-impjieg); kumpens għal danni ekonomiċi oħra bħal spejjeż legali u spejjeż ta' trattament mediku, u għal dannu intanġibbli (uġigħ u tbatija).

(97)  It-tipi ta' azzjoni legali tista' tvarja minn sistema legali għal oħra iżda jenħtieġ li dawn jiżguraw kumpens jew reparazzjoni reali u effettiva, b'mod li jkun dissważiv u proporzjonat għad-detriment imġarrab. Ta' rilevanza f'dan il-kuntest huma l-Prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b'mod partikolari l-Prinċipju 7 skont liema, qabel kwalunkwe tkeċċija, il-ħaddiema għandhom id-dritt jiġu informati bir-raġunijiet u jingħataw perijodu ta' notifika raġonevoli. Huma għandhom id-dritt ta' aċċess għal riżoluzzjoni ta' tilwim effettiva u imparzjali u, f'każ ta' tkeċċija mhux ġustifikata, dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat. Jenħtieġ li r-rimedji stabbiliti fil-livell nazzjonali ma jiskoraġġixxux lil informaturi futuri potenzjali. Pereżempju, il-possibbiltà għal kumpens bħala alternattiva għal reintegrazzjoni f'każ ta' tkeċċija tista' twassal għal prattika sistematika b'mod partikolari minn organizzazzjonijiet akbar, li għalhekk ikollha effett dissważiv fuq informaturi futuri.

(98)  Ta' importanza partikolari għal persuni li jirrapportaw huma r-rimedji interim sakemm jiġu solvuti l-kawżi legali li jistgħu jieħdu ħafna żmien. B'mod partikolari, jenħtieġ li jkun hemm ukoll miżuri proviżorji kif previst mil-liġi nazzjonali, disponibbli għall-persuni li jirrapportaw sabiex jitwaqqfu t-theddid, tentattivi jew atti kontinwi ta' ritaljazzjoni, bħal fastidju ▌, jew biex jiġu evitati forom ta' ritaljazzjoni, bħal tkeċċija, li jistgħu jkunu diffiċli li jittreġġgħu lura wara li jgħaddu perijodi twal ta' żmien u li jistgħu jirrovinaw lill-individwu finanzjarjament — perspettiva li tista' serjament tiskoraġġixxi informaturi potenzjali.

(99)  L-azzjonijiet meħuda kontra persuni li jirrapportaw barra mill-kuntest relatat max-xogħol, permezz ta' proċedimenti, pereżempju, f'rabta ta' malafama, ksur ta' drittijiet tal-awtur, sigrieti kummerċjali, kunfidenzjalità u protezzjoni ta' data personali, jistgħu jkunu wkoll deterrent serju għall-iżvelar tal-informazzjoni. F'tali proċedimenti, il-persuni li jirrapportaw jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu fuq il-fatt li għamlu rapport jew żvelar f'konformità ma' din id-Direttiva bħala difiża, dment li l-informazzjoni rrapportata jew żvelata kienet neċessarja biex jinkixef il-ksur. F'tali każijiet, jenħtieġ li l-persuna li tagħti bidu għall-proċedimenti ġġorr l-oneru li tipprova li l-persuna li tirrapporta ma tissodisfax il-kondizzjonijiet tad-Direttiva.

(100)  Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat livell suffiċjenti u konsistenti ta' rimedju ċivili fil-każ ta' akkwist, użu jew żvelar illegali ta' sigriet kummerċjali. Madankollu, hija tipprevedi wkoll li l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar ta' sigriet kummerċjali għandu jitqies bħala legali sa fejn ikun permess mil-liġi tal-Unjoni. Persuni li jiżvelaw sigrieti kummerċjali miksuba f'kuntest relatat max-xogħol jenħtieġ li jibbenefikaw biss mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva (inkluż fir-rigward tal-eżonerazzjoni minn responsabbiltà ċivili), dment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' din id-Direttiva, inkluż li l-iżvelar kien neċessarju biex jinkixef ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni sostantiv ta' din id-Direttiva. Fejn dawn il-kondizzjonijiet ikunu ssodisfati, l-iżvelar ta' sigrieti kummerċjali għandu jitqies bħala "permess" mil-liġi tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva (UE) 2016/943. Barra minn hekk, jenħtieġ li ż-żewġ Direttivi jitqiesu bħala komplementarji u l-miżuri, il-proċeduri u l-istrumenti ta' rimedju ċivili kif ukoll l-eżenzjonijiet previsti fid-Direttiva (UE) 2016/943 jenħtieġ li jibqgħu applikabbli għal kull żvelar ta' sigrieti kummerċjali li jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu rapporti li jkun fihom sigrieti kummerċjali jiżguraw li dawn ma jintużawx jew jiġu żvelati għal skopijiet oħra lil hinn minn dak li hu neċessarju għas-segwitu adatt tar-rapporti.

(101)  L-ispejjeż legali mġarrba mill-persuni li jirrapportaw u li jikkontestaw miżuri ta' ritaljazzjoni meħudin kontrihom fi proċedimenti legali jistgħu jkunu spiża sinifikanti. Għalkemm jistgħu jirkupraw dawn it-tariffi fl-aħħar tal-proċedimenti, jista' jkun li ma jkunux jistgħu jkopruhom minn qabel, speċjalment jekk ikunu qiegħda u mniżżla fuq lista sewda. L-assistenza għal proċedimenti ġudizzjarji kriminali, b'mod partikolari fejn il-persuni li jirrapportaw jissodisfaw il-kondizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29) u b'mod aktar ġenerali, l-appoġġ lil dawk li jkunu fi bżonnijiet finanzjarji serji jistgħu jkunu kruċjali, f'ċerti każijiet, għall-infurzar effettiv tad-drittijiet tagħhom għal protezzjoni.

(102)  Jenħtieġ li d-drittijiet tal-persuna kkonċernata jkunu protetti sabiex tiġi evitata ħsara għar-reputazzjoni jew konsegwenzi negattivi oħra. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-drittijiet għal difiża u aċċess għal rimedji tal-persuna kkonċernata jkunu rispettati bis-sħiħ f'kull stadju tal-proċedura ta' wara r-rapport, f'konformità mal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna kkonċernata u jiżguraw id-drittijiet tad-difiża ▌, inkluż id-dritt ta' aċċess għall-fajl, id-dritt li tinstema' u d-dritt li tfittex rimedju effettiv kontra deċiżjoni li tikkonċerna lill-persuna kkonċernata skont il-proċeduri applikabbli stabbiliti fil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.

(103)  Jenħtieġ li kull persuna li ssofri preġudizzju, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, b'konsegwenza tar-rapportar jew tal-iżvelar pubbliku ta' informazzjoni mhux preċiża jew qarrieqa żżomm il-protezzjoni u r-rimedji disponibbli għaliha skont ir-regoli tal-jus commune. Fejn tali rapport jew żvelar pubbliku mhux preċiż jew qarrieqi jkun sar apposta u konxjament, jenħtieġ li l-persuni kkonċernati jkunu intitolati għal kumpens f'konformità mal-liġi nazzjonali.

(104)  Huma meħtieġa pieni kriminali, ċivili jew amministrattivi biex tiġi żgurata l-effettività tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Il-pieni kontra dawk li jieħdu azzjonijiet ta' ritaljazzjoni jew azzjonijiet negattivi oħrajn kontra persuni li jirrapportaw jistgħu jiskoraġġixxu aktar azzjonijiet simili. Il-pieni kontra persuni li jagħmlu rapport jew żvelar pubbliku li jiġi ppruvat li huwa konxjament falz huma wkoll meħtieġa biex jiskoraġġixxu aktar rapportar malizzjuż u tiġi ppreservata l-kredibbiltà tas-sistema. Jenħtieġ li l-proporzjonalità ta' tali pieni tiżgura li dawn ma jkollhomx effett dissważiv fuq informaturi potenzjali.

(105)  Kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet, li taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet mogħtija minn din id-Direttiva, b'mod partikolari deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 6, jenħtieġ li tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju f'konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(106)  Din id-Direttiva tintroduċi standards minimi u jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-persuna li tirrapporta, sakemm tali dispożizzjonijiet ma jfixklux il-miżuri għall-protezzjoni ta' persuni kkonċernati. It-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tal-livell ta' protezzjoni diġà mogħtija lill-persuni li jirrapportaw taħt il-liġi nazzjonali fl-oqsma li din tapplika għalihom.

(107)  Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, jenħtieġ li s-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu u sikur ta' oġġetti u servizzi. Jenħtieġ li s-suq intern jipprovdi liċ-ċittadini tal-Unjoni valur miżjud fil-forma ta' kwalità u sikurezza aħjar ta' oġġetti u servizzi, filwaqt li jiġu żgurati standards għoljin tas-saħħa pubblika u protezzjoni ambjentali kif ukoll moviment liberu ta' data personali. Għalhekk, l-Artikolu 114 TFUE huwa l-bażi ġuridika xierqa sabiex jiġu adottati l-miżuri meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Flimkien mal-Artikolu 114 TFUE, jenħtieġ li din id-Direttiva jkollha bażijiet ġuridiċi speċifiċi addizzjonali sabiex tkopri l-oqsma li jiddependu fuq l-Artikoli 16, ▌43(2), 50, 53(1), ▌91, 100, ▌168(4), 169, 192(1) u 325(4) TFUE u l-Artikolu 31 tat-Trattat li jistabbilixxi l- Euratom għall-adozzjoni ta' miżuri tal-Unjoni ▌.

(108)  Il-kamp ta' applikazzjoni materjali ta' din id-Direttiva huwa bbażat fuq l-identifikazzjoni ta' oqsma fejn l-introduzzjoni tal-protezzjoni tal-informaturi tidher ġustifikata u neċessarja abbażi ta' evidenza disponibbli attwalment. Tali kamp ta' applikazzjoni materjali jista' jkun estiż għal aktar oqsma jew atti tal-Unjoni, jekk dan jirriżulta li jkun neċessarju bħala mezz li jsaħħaħ l-infurzar tagħhom fid-dawl ta' evidenza li tista' toħroġ fil-beraħ fil-futur, jew abbażi tal-evalwazzjoni tal-mod li bih ġiet applikata din id-Direttiva.

(109)  Kull meta tiġi adottata leġislazzjoni suċċessiva rilevanti għal din id-Direttiva, din għandha tispeċifika fejn xieraq li din id-Direttiva tapplika. Fejn ikun neċessarju, jenħtieġ li l-Artikolu 1 u l-Anness jiġu emendati.

(110)  L-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ssaħħaħ l-infurzar f'ċerti oqsma ta' politika u atti fejn ksur tal-liġi tal-Unjoni jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku permezz ta' protezzjoni effettiva tal-informaturi, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti jekk l-Istati Membri jaġixxu waħedhom jew b'mod mhux ikkoordinat, iżda jista' jinkiseb aħjar b'azzjoni tal-Unjoni li tipprevedi standards minimi ta' armonizzazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Barra minn hekk, azzjoni tal-Unjoni biss tista' tipprovdi koerenza u tallinja r-regoli tal-Unjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Għaldaqstant, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(111)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u ▌l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva tiġi implimentata f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji billi jiġi żgurat r-rispett sħiħ, inter alia, tal-libertà ta' espressjoni u tal-informazzjoni, id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali, il-libertà ta' intrapriża, id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, id-dritt għal amministrazzjoni tajba, id-dritt għal rimedju effettiv u d-drittijiet tad-difiża.

(112)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ▌.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, KONDIZZJONIJIET GĦALL-PROTEZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Skop

L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li jittejjeb l-infurzar tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni f'oqsma speċifiċi billi jiġu stabbiliti standards minimi komuni li jipprevedu protezzjoni ta' livell għoli għal persuni li jirrapportaw dwar ksur.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni materjali

1.  ▌Din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi komuni għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar il-ksur segwenti tal-liġi tal-Unjoni:

(a)  ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness (Parti I u Parti II) għal din id-Direttiva fir-rigward tal-oqsma li ġejjin:

(i)  l-akkwist pubbliku;

(ii)  is-servizzi, il-prodotti u s-swieq finanzjarji u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

(iii)  is-sikurezza tal-prodotti;

(iv)  is-sikurezza tat-trasport;

(v)  il-protezzjoni tal-ambjent;

(vi)  il-protezzjoni mir-radjazzjoni u s-sikurezza nukleari;

(vii)  is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali;

(viii)  is-saħħa pubblika;

(ix)  il-protezzjoni tal-konsumatur;

(x)  il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, u sikurezza tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni.

(b)  il-ksur li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definiti mill-Artikolu 325 TFUE u kif speċifikati ulterjorment f'miżuri rilevanti tal-Unjoni;

(c)  il-ksur marbut mas-suq intern, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2) TFUE, inkluż il-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat, u fir-rigward ta' atti li jiksru r-regoli dwar it-taxxa korporattiva jew ftehimiet li l-għan tagħhom huwa li jinkiseb vantaġġ tat-taxxa li jegħleb l-oġġett jew l-iskop tal-liġi tat-taxxa korporattiva applikabbli

2.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jestendu l-protezzjoni skont il-liġi nazzjonali fir-rigward ta' oqsma jew atti li mhumiex koperti mill-paragrafu 1.

Artikolu 3

Relazzjoni ma' atti oħrajn tal-Unjoni u dispożizzjonijiet nazzjonali

1.  Fejn regoli speċifiċi dwar ir-rapportar ta' ksur huma previsti f'atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi mniżżla fil-Parti II tal-Anness, għandhom japplikaw dawn ir-regoli. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu applikabbli▌ sa fejn kwistjoni ma tkunx irregolata b'mod obbligatorju f'dawk l-atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi.

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiżguraw is-sigurtà nazzjonali u s-setgħa tagħhom li jipproteġu l-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħhom. B'mod partikolari, ma għandhiex tapplika għal rapporti dwar il-ksur tar-regoli tal-akkwist li jinvolvu aspetti ta' difiża jew ta' sigurtà sakemm ma jkunux koperti mill-istrumenti rilevanti tal-Unjoni.

3.  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali dwar:

(a)  il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata;

(b)  il-protezzjoni tal-privileġġ professjonali legali u mediku;

(c)  is-segretezza tad-deliberazzjonijiet ġudizzjarji; u

(d)  regoli dwar il-proċedura kriminali.

4.  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa r-regoli nazzjonali dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-ħaddiema li jikkonsultaw lir-rappreżentanti jew lit-trade unions tagħhom u dwar il-protezzjoni minn kwalunkwe miżura detrimentali mhux ġustifikata li tkun ġejja minn tali konsultazzjonijiet kif ukoll dwar l-awtonomija tas-sħab soċjali u d-dritt tagħhom li jidħlu fi ftehimiet kollettivi. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal-livell ta' protezzjoni mogħti minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Kamp ta' applikazzjoni personali

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni li jaħdmu fis-settur privat jew pubbliku li jirrapportaw li kisbu informazzjoni dwar ksur f'kuntest relatat max-xogħol inkluż, mill-inqas, dawn li ġejjin:

(a)  persuni li għandhom l-istatus ta' ħaddiema, skont it-tifsira tal-Artikolu 45(1) TFUE, inkluż l-impjegati maċ-ċivil;

(b)  persuni li għandhom l-istatus ta' ħaddiema għal rashom, skont it-tifsira tal-Artikolu 49 TFUE;

(c)  azzjonisti u -persuni li jagħmlu parti mill-korp amministrattiv, tal-maniġment jew ta' sorveljanza ta' intrapriża, inkluż membri mhux eżekuttivi, kif ukoll voluntiera u apprendisti imħallsin u mhux imħallsin;

(d)  kwalunkwe persuna li taħdem taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni ta' kuntratturi, sottokuntratturi u fornituri.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni li jirrapportaw anke fejn jirraportaw jew jiżvelaw informazzjoni li tkun inkisbet matul relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol li sadanittant tkun intemmet.

3.  Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-persuni li jirrapportaw li r-relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol tagħhom għadha ser tibda f'każijiet fejn l-informazzjoni dwar ksur inkisbet matul il-proċess ta' reklutaġġ jew waqt negozjati prekuntrattwali oħrajn.

4.  Il-miżuri għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw stabbiliti fil-Kapitolu IV għandhom japplikaw ukoll, fejn rilevanti, għal

(a)  faċilitaturi,

(b)  persuni terzi konnessi mal-persuni li jirrapportaw u li jistgħu jsofru ritaljazzjoni f'kuntest relatat max-xogħol, bħal kollegi jew qraba tal-persuna li tirrapporta, u

(c)  entitajiet ġuridiċi li jappartjenu għall-persuni li jirraportaw, li jaħdmu għalihom jew li jkunu konnessi magħhom b'mod ieħor f'kuntest relatat max-xogħol.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw

1.  Persuni li jirrapportaw informazzjoni dwar ksur li jaqa' fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva għandhom jikkwalifikaw għal protezzjoni sakemm:

(a)  huma kellhom raġunijiet ġustifikati biex jemmnu li l-informazzjoni rrapportata kienet vera fil-ħin tar-rapportar u li l-informazzjoni kienet taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(b)  huma rrapportaw internament f'konformità mal-Artikolu 7 u esternament f'konformità mal-Artikolu 10, jew direttament esternament jew żvelaw pubblikament informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 15 ta' din id-Direttiva.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi eżistenti li jiġi previst rapportar anonimu skont il-liġi tal-Unjoni, din id-Direttiva ma taffettwax is-setgħa tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk entitajiet privati jew pubbliċi u l-awtoritajiet kompetenti għandhomx jew le jaċċettaw u jagħtu segwitu għar-rapporti anonimi ta' ksur.

3.  Persuni li rrapportaw jew żvelaw informazzjoni pubblikament b'mod anonimu iżda li ġew identifikati sussegwentement għandhom xorta waħda jikkwalifikaw għal protezzjoni f'każ li jsofru ritaljazzjoni, sakemm dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

4.  Persuna li tirrapporta lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tikkwalifika għal protezzjoni kif stipulat f'din id-Direttiva bl-istess kondizzjonijiet bħal persuna li tkun irrapportat esternament.

Artikolu 6

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "ksur" tfisser atti jew ommissjonijiet:

(i)  li jkunu illegali u li jkunu marbuta mal-atti tal-Unjoni u l-oqsma li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 2 u fl-Anness; jew

(ii)  li jmorru kontra l-objettiv jew l-iskop tar-regoli ▌previsti f'dawn l-atti tal-Unjoni u l-oqsma;

(2)  "informazzjoni dwar il-ksur" tfisser informazzjoni jew suspetti raġonevoli dwar ksur reali jew potenzjali, u dwar tentattivi biex jinħeba ksur li ▌seħħ jew li hemm possibbiltà kbira li jseħħ fl-organizzazzjoni li fiha taħdem jew ħadmet il-persuna li tirrapporta jew f'organizzazzjoni oħra li magħha hija, jew kienet, f'kuntatt permezz tax-xogħol tagħha;

(3)  "rapport" tfisser l-għoti ta' informazzjoni dwar ksur;

(4)  "rapportar intern" tfisser l-għoti ta' informazzjoni dwar ksur fi ħdan entità ġuridika pubblika jew privata;

(5)  "rapportar estern" tfisser l-għoti ta' informazzjoni dwar ksur lill-awtoritajiet kompetenti;

(6)  "żvelar pubbliku" tfisser li l-informazzjoni dwar ksur ▌ issir disponibbli għad-dominju pubbliku;

(7)  "persuna li tirrapporta" tfisser persuna fiżika ▌ li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni dwar ksur miksuba fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħha;

(8)  "faċilitatur" tfisser persuna fiżika li tassisti lill-persuna li tirrapporta fil-proċess ta' rapportar f'kuntest relatat max-xogħol, liema assistenza jenħtieġ li tkun kunfidenzjali;

(9)  "kuntest relatat max-xogħol" tfisser attivitajiet ta' xogħol attwali jew preċedenti fis-settur pubbliku jew privat li permezz tagħhom, irrispettivament min-natura tagħhom, persuni jistgħu jiksbu informazzjoni dwar ksur u li fihom dawn il-persuni jistgħu jsofru ritaljazzjoni jekk jirrapportawh.

(10)  "persuna kkonċernata" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija msemmija fir-rapport jew fl-iżvelar bħala persuna li għamlet il-ksur jew li hija assoċjata miegħu;

(11)  "ritaljazzjoni" tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni diretta jew indiretta li sseħħ f'kuntest relatat max-xogħol imqanqla mir-rapportar intern jew estern jew minn żvelar pubbliku, u li tikkawża jew tista' tikkawża detriment mhux ġustifikat lill-persuna li tirrapporta;

(12)  "segwitu" tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda minn dak li jirċievi r-rapport▌ jew kwalunkwe awtorità kompetenti, biex tivvaluta l-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmulin fir-rapport u, fejn rilevanti, biex tindirizza l-ksur irrapportat, inkluż permezz ta' azzjonijiet bħal inkjesta interna, investigazzjoni, prosekuzzjoni, azzjoni għall-irkupru ta' fondi u għeluq

(13)  "rispons" tfisser il-forniment lill-persuni li jirrapportaw ta' informazzjoni dwar l-azzjoni prevista jew meħuda bħala segwitu għar-rapport tagħhom u dwar ir-raġunijiet għal tali segwitu.

(14)  "awtorità kompetenti" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali intitolata li tirċievi rapporti f'konformità mal-Kapitolu III u li tagħti rispons lill-persuni li jirrapportaw u/jew li tinħatar biex twettaq il-kompiti previsti f'din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tas-segwitu ta' rapporti.

KAPITOLU II

RAPPORTAR INTERN U SEGWITU TA' RAPPORTI

Artikolu 7

Rapportar permezz ta' kanali interni

1.  Bħala prinċipju ġenerali u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 15, informazzjoni dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva tista' tiġi rrapportata permezz tal-kanali interni u l-proċeduri previsti f'dan il-Kapitolu.

2.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' kanali interni qabel rapportar estern, fejn il-ksur jista' jiġi effettivament indirizzat internament u fejn il-persuna li tirrapporta tqis li ma hemm l-ebda riskju ta' ritaljazzjoni.

3.  Għandha tiġi pprovduta informazzjoni xierqa relatata ma' tali użu ta' kanali interni fil-kuntest tal-informazzjoni mogħtija minn entitajiet ġuridiċi fis-settur pubbliku u privat skont l-Artikolu 9(1)(g), u mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 12(4)(a) u l-Artikolu 13.

Artikolu 8

Obbligu li jiġu stabbiliti kanali interni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku jistabbilixxu kanali interni u proċeduri għar-rapportar u għas-segwitu tar-rapporti, wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali u bi ftehim magħhom, fejn previst mil-liġi nazzjonali.

2.  Tali kanali u proċeduri għandhom jippermettu li jsir rapportar minn impjegati tal-entità. Jistgħu jippermettu li jsir rapportar minn persuni oħrajn li huma f'kuntatt mal-entità fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b), (c) u (d) ▌.

3.  L-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk li għandhom 50 impjegat jew aktar.

4.  Il-limitu skont il-paragrafu 3 ma għandux japplika għall-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni msemmija fil-Parti I.B u l-Parti II tal-Anness.

5.  Il-kanali ta' rapportar jistgħu jkunu operati internament minn persuna jew dipartiment maħtur għal dak il-għan jew ipprovduti esternament minn parti terza. Is-salvagwardji u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu rispettati b'mod ugwali minn partijiet terzi fdati li joperaw il-kanal ta' rapportar għal entità privata.

6.  L-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat li għandhom bejn 50 u 249 impjegat jistgħu jaqsmu r-riżorsi fir-rigward tal-wasla u possibbilment anke tal-investigazzjonijiet tar-rapporti. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom li jżommu l-kunfidenzjalità u li jagħtu rispons, u li jindirizzaw il-ksur irrapportat.

7.  Wara valutazzjoni xierqa tar-riskju li tikkunsidra n-natura tal-attivitajiet tal-entitajiet u l-livell ta' riskju li jirriżulta, b'mod partikolari, għall-ambjent u s-saħħa pubblika, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li entitajiet ġuridiċi privati ▌ b'inqas minn 50 impjegat jistabbilixxu kanali u proċeduri ta' rapportar interni.

8.  Kull deċiżjoni meħuda minn Stat Membru li tirrikjedi li entitajiet ġuridiċi privati jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni skont il-paragrafu 7 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni u l-kriterji użati fil-valutazzjoni tar-riskju. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik id-deċiżjoni lill-Istati Membri l-oħra.

9.  L-entitajiet ġuridiċi fis-settur pubbliku msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kollha entitajiet ġuridiċi pubbliċi, inkluż kwalunkwe entità li hija proprjetà ta' jew ikkontrollata minn entità ġuridika pubblika.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 lil muniċipalitajiet b'inqas minn 10 000 abitant, jew b'inqas minn 50 impjegat, jew entitajiet oħra b'inqas minn 50 impjegat.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-kanali ta' rapportar interni jkunu kondiviżi bejn muniċipalitajiet, jew jiġu operati minn awtoritajiet muniċipali konġunti f'konformità mal-liġi nazzjonali, sakemm il-kanali interni kondiviżi jkunu distinti u awtonomi mill-kanali esterni.

Artikolu 9

Proċeduri għal rapportar intern u għas-segwitu tar-rapporti

1.  Il-proċeduri għar-rapportar u għas-segwitu tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 8 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)  kanali biex jintlaqgħu r-rapporti li jkunu mfasslin, stabbiliti u operati b'mod sigur li jiżgura l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta u ta' kwalunkwe parti terza msemmija fir-rapport, u li jipprevjeni l-aċċess għal membri tal-persunal mhux awtorizzati;

(b)  notifika lill-persuna li tirrapporta dwar il-fatt li r-rapport wasal sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li jkun wasal ir-rapport;

(c)  il-ħatra ta' persuna jew dipartiment kompetenti imparzjali biex jagħti segwitu għar-rapporti, li jista' jkun l-istess persuna jew dipartiment bħal dak li jirċievi r-rapporti u li ser iżomm il-komunikazzjoni mal-persuna li tirrapporta u, fejn meħtieġ, jitlob aktar informazzjoni mingħandha u jipprovdilha rispons;

(d)  segwitu diliġenti tar-rapport mill-persuna jew dipartiment maħtur;

(e)  segwitu diliġenti fejn previst fil-liġi nazzjonali fir-rigward ta' rapportar anonimu;

(f)  perijodu ta' żmien raġonevoli▌ biex jingħata rispons lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport, mhux aktar minn tliet xhur min-notifika li r-rapport wasal jew jekk ma ntbagħtet l-ebda notifika, mill-iskadenza tal-perijodu ta' sebat ijiem wara li jkun sar ir-rapport;

(g)  informazzjoni ċara u faċilment aċċessibbli dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għar-rapportar estern ▌ lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 10 u, fejn rilevanti, lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni.

2.  Il-kanali previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jippermettu rapportar bil-miktub u/jew bil-fomm, permezz ta' linji tat-telefon jew sistemi oħra ta' messaġġi bil-vuċi, u fuq talba tal-persuna li tirrapporta, permezz ta' laqgħa fiżika fi żmien raġonevoli.

KAPITOLU III

RAPPORTAR ESTERN U SEGWITU TAR-RAPPORTI

Artikolu 10

Rapportar permezz ta' kanali esterni

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, il-persuni li jirrapportaw għandhom jipprovdu informazzjoni dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva bl-użu tal-kanali u l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 11 u 12, wara li jkunu użaw il-kanal intern jew billi jirrapportaw direttament lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 11

Obbligu li jiġu stabbiliti kanali ta' rapportar esterni u għal segwitu tar-rapporti

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu, jagħtu rispons jew jagħtu segwitu għar-rapporti u għandhom jipprovdulhom ir-riżorsi adegwati.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti:

(a)  jistabbilixxu kanali ta' rapportar esterni indipendenti u awtonomi ▌sabiex jirċievu u jittrattaw l-informazzjoni pprovduta mill-persuna li tirrapporta;

(b)  jirrikonoxxu malajr, fi żmien sebat ijiem, il-wasla tar-rapporti, dment li l-persuna li tirrapporta ma tkunx talbet speċifikament mod ieħor jew l-awtorità kompetenti ma għandhiex raġunijiet biex taħseb li r-rikonoxximent tal-wasla tar-rapport jippreġudika l-protezzjoni tal-identità tal-persuna li tirrapporta;

(c)  jagħtu segwitu diliġenti għar-rapporti;

(d)  jagħtu rispons lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport f'perijodu ta' żmien raġonevoli li ma jaqbiżx it-tliet xhur, jew is-sitt xhur f'każijiet debitament ġustifikati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-persuna li tirrapporta r-riżultat finali tal-investigazzjonijiet, f'konformità mal-proċeduri previsti skont il-liġi nazzjonali;

(e)  jibagħtu fiż-żmien dovut, l-informazzjoni li hemm fir-rapport lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji kompetenti tal-Unjoni, kif xieraq, għal aktar investigazzjoni, fejn dan huwa previst skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu eżaminaw mill-ġdid kif xieraq il-kwistjoni, ikunu jistgħu jiddeċiedu li ksur irrapportat huwa b'mod ċar wieħed minuri u ma jirrikjedix miżuri ta' segwitu ulterjuri skont din id-Direttiva. Dan ma għandux jaffettwa obbligi oħra jew proċeduri applikabbli oħrajn biex jiġi indirizzat il-ksur irrapportat, jew il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva fir-rigward ta' rapportar permezz tal-kanali interni u/jew esterni. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha lill-persuna li tirrapporta.

4.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddeċiedu li rapporti ripetittivi li s-sustanza tagħhom ma tinkludi ebda informazzjoni sinifikanti ġdida meta mqabbla ma' rapport preċedenti li jkun diġà ngħalaq, ma jkunux jeħtieġu segwitu, dment li ċirkostanzi ġodda legali jew fattwali ma jiġġustifikawx segwitu differenti. F'dan il-każ, huma għandhom jinnotifikaw lill-persuna li tirrapporta dwar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom.

5.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, f'każ ta' flussi għolja ta' rapporti, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jittrattaw rapporti dwar ksur serju jew ksur ta' dispożizzjonijiet essenzjali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, bħala kwistjoni ta' prijorità, mingħajr preġudizzju għall-iskeda ta' żmien kif stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità li rċeviet rapport iżda li ma għandhiex il-kompetenza li tindirizza l-ksur irrapportat tittrasmettih lill-awtorità kompetenti, f'perijodu ta' żmien raġonevoli, b'mod sikur, u li l-persuna li tirrapporta tkun informata dwar din it-trasmissjoni, mingħajr dewmien.

Artikolu 12

Tfassil ta' kanali ta' rapportar esterni

1.  Il-kanali ta' rapportar esterni ▌għandhom ikunu kkunsidrati indipendenti u awtonomi, jekk jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)  huma mfassla, stabbiliti u operati b'mod li jiżgura l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u jipprevjeni l-aċċess għal membri tal-persunal mhux awtorizzati tal-awtorità kompetenti;

(b)  jippermettu l-ħżin ta' informazzjoni durabbli f'konformità mal-Artikolu 18 biex jippermettu aktar investigazzjonijiet.

2.  Il-kanali ta' rapportar esterni għandhom jippermettu rapportar bil-miktub u bil-fomm permezz tat-telefon jew sistemi oħra ta' messaġġi bil-vuċi u fuq talba tal-persuna li tirrapporta, permezz ta' laqgħa fiżika fi żmien raġonevoli.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, meta rapport jasal permezz ta' kanali oħra minbarra l-kanali ta' rapportar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jew minn membri oħra tal-persunal għajr dawk responsabbli għat-trattament tar-rapporti, il-membri tal-persunal li rċevewh joqogħdu lura milli jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni li tista' tidentifika lill-persuna li tirrapporta jew lill-persuna kkonċernata u minnufih jgħaddu r-rapport mingħajr modifika lill-membri tal-persunal ▌responsabbli għat-trattament tar-rapporti.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom membri tal-persunal responsabbli biex jittrattaw ir-rapporti, u b'mod partikolari biex:

(a)  jipprovdu lil kwalunkwe persuna interessata b'informazzjoni dwar il-proċeduri għar-rapportar;

(b)  jirċievu u jagħtu segwitu għar-rapporti;

(c)  iżommu kuntatt mal-persuna li tirrapporta bil-għan li jipprovdu rispons u jitolbu aktar informazzjoni fejn meħtieġ.

5.  Dawn il-membri tal-persunal għandhom jirċievu taħriġ speċifiku biex jittrattaw ir-rapporti.

Artikolu 13

Informazzjoni dwar il-wasla tar-rapporti u s-segwitu tagħhom

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-siti tal-Internet tagħhom f'taqsima separata, faċilment identifikabbli u aċċessibbli tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)  il-kondizzjonijiet li taħthom il-persuni li jirrapportaw jikkwalifikaw għal protezzjoni taħt din id-Direttiva;

(b)  id-dettalji ta' kuntatt għall-użu tal-kanali ta' rapportar esterni kif previst fl-Artikolu 12 b'mod partikolari l-indirizzi elettroniċi u postali, u n-numri tat-telefon, filwaqt li jiġi indikat jekk il-konverżazzjonijiet telefoniċi humiex irrekordjati ▌;

(c)  il-proċeduri applikabbli għar-rapportar ta' ksur, inkluż il-mod li bih l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-persuna li tirrapporta biex tiċċara l-informazzjoni rrapportata jew biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali, l-iskeda ta' żmien għall-għoti ta' rispons lill-persuna li tirrapporta u t-tip u l-kontenut ta' dan ir-rispons;

(d)  ir-reġim ta' kunfidenzjalità applikabbli għar-rapporti, u b'mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-ipproċessar ta' data personali f'konformità mal-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva, l-Artikoli 5 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1725, kif applikabbli;

(e)  in-natura tas-segwitu li għandu jingħata lir-rapporti;

(f)  ir-rimedji u l-proċeduri disponibbli kontra r-ritaljazzjoni u l-possibbiltajiet ta' parir kunfidenzjali lill-persuni li qed jikkontemplaw li jagħmlu rapport;

(g)  dikjarazzjoni li tispjega b'mod ċar il-kondizzjonijiet li skonthom persuni li jirrapportaw lill-awtorità kompetenti ma jġarrbux responsabbiltà minħabba ksur ta' kunfidenzjalità kif previst fl-Artikolu 21(4).

(h)  informazzjoni ta' kuntatt tal-awtorità amministrattiva indipendenti unika kif previst fl-Artikolu 20(2) fejn applikabbli.

Artikolu 14

Rieżami tal-proċeduri mill-awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrevedu l-proċeduri tagħhom biex jirċievu rapporti u għas-segwitu tagħhom regolarment, u tal-inqas darba kull tliet snin. Fir-rieżami ta' tali proċeduri l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-esperjenza tagħhom u dik ta' awtoritajiet kompetenti oħrajn u jadattaw il-proċeduri tagħhom kif xieraq.

KAPITOLU IV

ŻVELAR PUBBLIKU

Artikolu 15

Żvelar pubbliku

1.  Persuna li tiżvela pubblikament informazzjoni dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tikkwalifika għal protezzjoni taħt din id-Direttiva jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)  hija l-ewwel irrapportat internament u esternament, jew direttament esternament f'konformità mal-Kapitoli II u III, iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni xierqa b'rispons għar-rapport fil-perijodu ta' żmien imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 9(1) u fil-punt (d) tal-Artikolu 11(2); jew

(b)  hija kellha raġunijiet ġustifikati biex temmen li:

(i)  il-ksur jista' jikkostitwixxi periklu imminenti jew evidenti għall-interess pubbliku, bħal fejn ikun hemm sitwazzjoni ta' emerġenza jew riskju ta' dannu irriversibbli; jew

(ii)  fil-każ ta' rapportar estern, ikun hemm riskju ta' ritaljazzjoni jew ikun hemm prospett baxx li l-ksur li jkun qed jiġi indirizzat b'mod effettiv, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, bħal li l-evidenza tista' tinħeba jew tinqered jew li awtorità tkun f'kollużjoni mal-awtur tal-ksur jew involuta fil-ksur.

2.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal każijiet fejn persuna tiżvela informazzjoni direttament lill-istampa skont dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi li jistabbilixxu sistema ta' protezzjoni relatata mal-libertà ta' espressjoni u tal-informazzjoni.

KAPITOLU V

REGOLI APPLIKABBLI GĦAR-RAPPORTAR INTERN U ESTERN

Artikolu 16

Dmir ta' kunfidenzjalità

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuna li tirrapporta ma tiġi żvelata lill-ebda persuna lil hinn mill-membri tal-persunal awtorizzati li huma kompetenti biex jirċievu u/jew jagħtu segwitu għar-rapporti, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-persuna li tirrapporta. Dan għandu japplika wkoll għal kwalunkwe informazzjoni oħra li minnha l-identità tal-persuna li tirrapporta tista' tiġi dedotta direttament jew indirettament.

2.  B' deroga mill-paragrafu 1, l-identità tal-persuna li tirrapporta u kwalunkwe informazzjoni oħra msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu żvelati biss fejn dan huwa obbligu meħtieġ u proporzjonat impost mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali jew proċedimenti ġudizzjarji, inkluż bil-ħsieb li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tad-difiża tal-persuna kkonċernata.

3.  Żvelar bħal dan għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa skont ir-regoli applikabbli. B'mod partikolari, il-persuna li tirrapporta għandha tiġi informata qabel ma tiġi żvelata l-identità tagħha, dment li tali informazzjoni ma tipperikolax l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġudizzjarji. Meta tinforma lill-persuna li tirrapporta, l-awtorità kompetenti għandha tibagħtilha ġustifikazzjoni bil-miktub li tispjega r-raġunijiet għall-iżvelar tad-data kunfidenzjali kkonċernata.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu rapporti, inkluż sigrieti kummerċjali, ma jużawhomx jew jiżvelawhom għal finijiet oħra lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għas-segwitu xieraq tar-rapporti.

Artikolu 17

Proċessar ta' data personali

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jsir skont din id-Direttiva, inkluż l-iskambju jew it-trasmissjoni ta' data personali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680. Kwalunkwe skambju jew trasmissjoni ta' informazzjoni minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandha ssir f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Data personali li b'mod ċar ma tkunx rilevanti għat-trattament ta' każ speċifiku ma għandhiex tinġabar jew, jekk tinġabar b'mod aċċidentali, għandha titħassar mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 18

Żamma ta' rekords tar-rapporti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet ġuridiċi privati u pubbliċi jżommu rekords ta' kull rapport li jirċievu, f'konformità mar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità previsti fl-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva. Ir-rapporti għandhom jinħażnu għal mhux aktar minn kemm ikun meħtieġ u proporzjonat fid-dawl tar-rekwiżit impost fuq l-awtoritajiet kompetenti u fuq l-entitajiet ġuridiċi privati u pubbliċi skont din id-Direttiva.

2.  Fejn għar-rapportar tintuża linja tat-telefon jew sistema oħra ta' messaġġi bil-vuċi rrekordjata, soġġett għall-kunsens tal-persuna li tirrapporta, l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet ġuridiċi privati u pubbliċi għandu jkollhom id-dritt li jiddokumentaw ir-rapportar bil-fomm f'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)  reġistrazzjoni tal-konverżazzjoni f'forma li tista' tiġi rkuprata u li tkun durabbli;

(b)  traskrizzjoni preċiża u sħiħa tal-konverżazzjoni ppreparata mill-membri tal-persunal ▌ tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-trattament ta' rapporti.

L-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet ġuridiċi privati u pubbliċi għandhom joffru l-possibbiltà lill-persuna li tirrapporta li tiċċekkja, tirrettifika u taqbel mat-traskrizzjoni tat-telefonata billi tiffirmaha.

3.  Fejn għar-rapportar tintuża linja tat-telefon jew sistema oħra ta' messaġġi bil-vuċi mhux irrekordjata, l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet ġuridiċi privati u pubbliċi għandu jkollhom id-dritt li jiddokumentaw ir-rapportar bil-fomm fil-forma ta' minuti preċiżi tal-konverżazzjoni mħejjija mill-membri tal-persunal▌ responsabbli għat-trattament tar-rapport. L-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet ġuridiċi privati u pubbliċi għandhom joffru l-possibbiltà lill-persuna li tirrapporta li tiċċekkja, tirrettifika u taqbel mal-minuti ▌tat-telefonata billi tiffirmahom.

4.  Meta persuna titlob laqgħa mal-membri tal-persunal ▌tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-entitajiet ġuridiċi privati u pubbliċi biex tirrapporta f'konformità mal-Artikoli 9(2) u 12(2)▌, l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet ġuridiċi privati u pubbliċi għandhom jiżguraw, soġġett għall-kunsens tal-persuna li tirrapporta, li jinżammu rekords kompluti u preċiżi tal-laqgħa f'forma li tista' tiġi rkuprata u li tkun durabbli.

L-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet ġuridiċi privati u pubbliċi għandu jkollhom id-dritt li jiddokumentaw ir-rekords tal-laqgħa b'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)  reġistrazzjoni tal-konverżazzjoni f'forma li tista' tiġi rkuprata u li tkun durabbli;

(b)  minuti preċiżi tal-laqgħa mħejjija mill-membri tal-persunal▌ responsabbli għat-trattament tar-rapport.

L-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet ġuridiċi privati u pubbliċi għandhom joffru l-possibbiltà lill-persuna li tirrapporta li tiċċekkja, tirrettifika u taqbel mal-minuti tal-laqgħa billi tiffirmahom.

KAPITOLU VI

MIŻURI TA' PROTEZZJONI

Artikolu 19

Projbizzjoni ta' ritaljazzjoni ▌

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprojbixxu kwalunkwe forma ta' ritaljazzjoni, inkluż theddid u attentati ta' ritaljazzjoni, kemm jekk diretta kif ukoll indiretta,▌ inkluż b'mod partikolari fil-forma ta':

(a)  sospensjoni, sensja, tkeċċija jew miżuri ekwivalenti;

(b)  dimozzjoni jew sospensjoni ta' promozzjoni;

(c)  trasferiment ta' kompiti, bidla fil-post tax-xogħol, tnaqqis ta' pagi, bidla fis-sigħat tax-xogħol;

(d)  sospensjoni ta' taħriġ;

(e)  valutazzjoni tal-prestazzjoni jew referenza tal-impjieg negattivi;

(f)  impożizzjoni jew amministrazzjoni ta' kwalunkwe dixxiplina, ċanfira jew piena oħra, inkluż piena finanzjarja;

(g)  koeżjoni, intimidazzjoni, fastidju jew ostraċiżmu ▌;

(h)  diskriminazzjoni, żvantaġġ jew trattament inġust;

(i)  nuqqas ta' qlib ta' kuntratt tal-impjieg minn wieħed temporanju għal wieħed permanenti, fejn il-ħaddiem kellu aspettattivi leġittimi li kien ser jiġi offrut impjieg permanenti;

(j)  nuqqas ta' tiġdid jew terminazzjoni bikrija tal-kuntratt tal-impjieg temporanju;

(k)  dannu, inkluż għar-reputazzjoni tal-persuna, b'mod partikolari fil-media soċjali, jew telf finanzjarju, inkluż telf ta' negozju u telf ta' dħul;

(l)  tniżżil fuq lista sewda abbażi ta' ftehim informali jew formali mal-industrija jew mas-settur kollu, li jinvolvi li l-persuna mhux ser issib impjieg fis-settur jew fl-industrija fil-futur;

(m)  terminazzjoni bikrija jew kanċellazzjoni ta' kuntratt għal oġġetti jew servizzi;

(n)  kanċellazzjoni ta' liċenzja jew permess.

(o)  riferimenti psikjatriċi jew mediċi.

Artikolu 20

Miżuri ta' appoġġ

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikolu 4 ikollhom aċċess, kif xieraq, għal miżuri ta' appoġġ, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:

(i)  aċċess għal informazzjoni u pariri komprensivi u indipendenti, li għandhom ikunu faċilment aċċessibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas, dwar proċeduri u rimedji disponibbli dwar il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni u d-drittijiet tal-persuna kkonċernata.

(ii)  ▌aċċess għal assistenza effettiva mill-awtoritajiet kompetenti quddiem kwalunkwe awtorità rilevanti involuta fil-protezzjoni tagħhom kontra r-ritaljazzjoni, inkluż, fejn ikun previst mil-liġi nazzjonali, iċ-ċertifikazzjoni tal-fatt li jikkwalifikaw għal protezzjoni taħt id-Direttiva.

(iii)  aċċess għal għajnuna legali fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ċivili transfruntiera f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1919 u d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u aċċess għal għajnuna legali fi proċedimenti ulterjuri u konsulenza legali jew assistenza legali oħra f'konformità mal-liġi nazzjonali.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu assistenza u appoġġ finanzjarju, inkluż appoġġ psikoloġiku, għal persuni li jirrapportaw fil-qafas ta' proċedimenti legali.

3.  Il-miżuri ta' appoġġ imsemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu pprovduti, kif xieraq, minn ċentru ta' informazzjoni jew awtorità amministrattiva indipendenti unika u identifikata b'mod ċar.

Artikolu 21

Miżuri għall-protezzjoni ▌mir-ritaljazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni ta' persuni li jirrapportaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5. Tali miżuri għandhom jinkludu, b'mod partikolari, dawk stipulati fil-paragrafi 2 sa 8.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2) u (3), persuni li jagħmlu rapport jew żvelar pubbliku f'konformità ma' din id-Direttiva ma għandhom jitqiesu li kisru ebda restrizzjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni u ma għandhom jiġu attribwiti responsabbiltà ta' ebda tip fir-rigward ta' tali rapportar jew żvelar dment li kellhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li r-rapportar jew l-iżvelar ta' tali informazzjoni kien meħtieġ biex jinkixef ksur skont din id-Direttiva.

3.  Il-persuni li jirrapportaw ma għandhomx jiġu attribwiti responsabbiltà fir-rigward tal-akkwist tal-informazzjoni rilevanti jew tal-aċċess għaliha, dment li tali akkwist jew aċċess ma jkunx ikkostitwixxa reat kriminali awtonomu. Fil-każ tal-aħħar, ir-responsabbiltà kriminali għandha tibqa' rregolata mil-liġi nazzjonali applikabbli.

4.  Kwalunkwe responsabbiltà possibbli oħra tal-persuni li jirrapportaw li tirriżulta minn atti jew ommissjonijiet li ma jkunux relatati mar-rapportar jew li ma jkunux meħtieġa biex jinkixef ksur skont din id-Direttiva għandha tibqa' rregolata mil-liġi applikabbli tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

5.  Fi proċedimenti ▌quddiem qorti jew awtorità oħra marbuta ma' detriment sofrut mill-persuna li tirrapporta, u soġġett li hija tistabbilixxi li għamlet rapport jew żvelar pubbliku u sofriet detriment, għandu jiġi preżunt li d-detriment sar b'ritaljazzjoni ▌ għar-rapport jew l-iżvelar. F'każijiet bħal dawn, għandu jkun f'idejn il-persuna li tkun ħadet il-miżura detrimentali li tagħti prova li din il-miżura kienet▌ ibbażata fuq raġunijiet debitament ġustifikati.

6.  Il-persuni li jirrapportaw u l-faċilitaturi għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta' rimedju kontra r-ritaljazzjoni kif xieraq, inklużi miżuri interim sas-soluzzjoni tal-proċedimenti legali, skont il-qafas nazzjonali.

7.  ▌Fi proċedimenti ġudizzjarji, inkluż għal malafama, ksur ta' drittijiet tal-awtur, ksur ta' segretezza, ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, żvelar ta sigrieti kummerċjali, jew għal talbiet għal kumpens ibbażati fuq id-dritt privat, pubbliku jew fuq il-liġi kollettiva tax-xogħol, il-persuni li jirrapportaw ma għandhom jiġu attribwiti responsabbiltà ta' ebda tip talli jkunu għamlu rapport jew żvelar pubbliku f'konformità ma' din id-Direttiva u għandu jkollhom id-dritt li jinvokaw dak ir-rapportar jew l-iżvelar biex jitolbu li l-kawża titwaqqa', dment li kellhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li r-rapportar jew l-iżvelar kien meħtieġ biex jinkixef ksur skont din id-Direttiva. Fejn persuna tirrapporta jew tiżvela pubblikament informazzjoni dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, li tinkludi sigrieti kummerċjali u li tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' din id-Direttiva, tali rapportar jew żvelar pubbliku għandu jitqies bħala legali skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva (UE) 2016/943.

8.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw rimedji u kumpens sħiħ għad-danni mġarrba mill-persuni li jirrapportaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 f'konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 22

Miżuri għall-protezzjoni tal-persuni kkonċernati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li l-persuni kkonċernati jgawdu bis-sħiħ id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet ta' difiża, inkluż id-dritt għal smigħ u d-dritt ta' aċċess għall-fajl tagħhom ▌.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuni kkonċernati tkun protetta ▌ sakemm tkun għadha għaddejja l-investigazzjoni, f'konformità mal-liġi nazzjonali.

3.  Il-proċeduri stipulati fl-Artikoli 12, 17 u 18 għandhom japplikaw ukoll għall-protezzjoni tal-identità tal-persuni kkonċernati.

Artikolu 23

Pieni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li:

(a)  itellfu jew jippruvaw itellfu r-rapportar;

(b)  jieħdu miżuri ta' ritaljazzjoni kontra ▌ l-persuni msemmija fl-Artikolu 4;

(c)  iressqu proċedimenti vessatorji kontra ▌ l-persuni msemmija fl-Artikolu 4;

(d)  jiksru d-dmir li jippreservaw il-kunfidenzjalità kif imsemmija fl-Artikolu 16 tal-identità tal-persuni li jirrapportaw.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għal persuni fejn ikun stabbilit li konxjament għamlu rapporti foloz jew żvelar pubbliku falz. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll miżuri għall-kumpens ta' danni li jirriżultaw minn tali rapporti jew żvelar f'konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 24

Ebda Eżenzjoni ta' Drittijiet u Rimedji

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet u r-rimedji previsti f'din id-Direttiva ma jkunu jistgħu jiġu eżentati jew limitati b'ebda ftehim, politika, forma jew kondizzjoni ta' impjieg, inkluż ftehim ta' arbitraġġ ta' qabel tilwima.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Trattament aktar favorevoli u klawżola ta' nonregressjoni

1.  L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għad-drittijiet tal-persuni li jirrapportaw minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 u l-Artikolu 23(2).

2.  L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandha, fl-ebda ċirkostanza, tikkostitwixxi raġunijiet għal tnaqqis fil-livell ta' protezzjoni diġà mogħtija mill-Istati Membri fl-oqsma koperti mid-Direttiva.

Artikolu 26

Traspożizzjoni u perijodu transizzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ... [sentejn wara l-adozzjoni].

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligu li jiġi stabbilit kanal intern stipulat fl-Artikolu 8(3) fir-rigward ta' entitajiet ġuridiċi b'aktar minn 50 impjegat u inqas minn 250 impjegat sa ... [sentejn wara t-traspożizzjoni].

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b'tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir dik ir-referenza. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 27

Rapportar, evalwazzjoni u rieżami

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il- Kummissjoni għandha, sa ... [sentejn wara t-traspożizzjoni], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' rapportar stipulati f'atti legali tal-Unjoni oħrajn, kull sena l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-istatistiċi li ġejjin dwar ir-rapporti msemmija fil-Kapitolu III lill-Kummissjoni, preferibbilment f'forma aggregata, jekk dawn ikunu disponibbli fil-livell ċentrali fl-Istat Membru kkonċernat:

(a)  in-numru ta' rapporti li rċevew l-awtoritajiet kompetenti;

(b)  in-numru ta' investigazzjonijiet u proċedimenti mibdija b'riżultat ta' tali rapporti u r-riżultat▌ tagħhom;

(c)  jekk aċċertata, il-ħsara finanzjarja stmata▌ u l-ammonti rkuprati wara investigazzjonijiet u kawżi relatati mal-ksur irrapportat.

3.  Il-Kummissjoni għandha, sa ... [erba' snin wara t-traspożizzjoni], b'kont meħud tar-rapport tagħha ppreżentat skont il-paragrafu 1 u l-istatistiċi tal-Istati Membri ppreżentati skont il-paragrafu 2, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-impatt tal-liġi nazzjonali li tittrasponi lil din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jevalwa l-mod li bih operat din id-Direttiva u jikkunsidra l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali, inkluż, fejn xieraq, emendi bil-ħsieb li jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal aktar atti tal-Unjoni jew oqsma, b'mod partikolari t-titjib tal-ambjent tax-xogħol biex jitħarsu l-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza u tax-xogħol tal-ħaddiema.

Barra minn hekk, ir-rapport għandu jevalwa kif l-Istati Membri għamlu użu mill-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni eżistenti bħala parti mill-obbligi tagħhom biex jagħtu segwitu għar-rapporti dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u b'mod aktar ġenerali kif jikkooperaw f'każijiet ta' ksur b'dimensjoni transfruntiera.

4.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 pubbliċi u faċilment aċċessibbli.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 29

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Parti I

A.   Artikolu 2(a)(i) – akkwist pubbliku:

1.  Regoli ta' proċedura għall-akkwist pubbliku u l-għoti ta' konċessjonijiet, għall-għoti ta' kuntratti fl-oqsma tad-difiża ▌u s-sigurtà, u għall-għoti ta' kuntratti minn entitajiet li joperaw fl-oqsma tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-setturi tas-servizzi postali u kwalunkwe kuntratt jew servizz ieħor kif irregolat minn:

(i)  id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1);

(ii)  id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65);

(iii)  id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243);

(iv)  id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti tax-xogħol, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (ĠU L 216 20.8.2009 p. 76).

2.  Proċeduri ta' reviżjoni rregolati bi:

(i)  id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta' Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 14);

(ii)  id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 33).

B.  Artikolu 2(a)(ii) – servizzi finanzjarji, prodotti u swieq u, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu:

Regoli li jistabbilixxu qafas regolatorju u superviżorju u protezzjoni tal-konsumatur u tal-investitur fis-swieq tas-servizzi finanzjarji u kapitali tal-Unjoni, l-ibbankjar, il-kreditu, l-investiment, l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, il-prodotti ta' pensjonijiet okkupazzjonali jew personali, it-titoli, il-fondi ta' investiment,▌ is-servizzi ta' pagament u l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.06.2013, p. 338), kif irregolati bi:

(i)  id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7);

(ii)  id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1);

(iii)  ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1);

(iv)  ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1);

(v)  ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18);

(vi)  id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34);

(vii)  ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77);

(viii)  ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84);

(ix)  id-Direttiva (UE) 2015/2366/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35);

(x)  id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12);

(xi)  id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta' kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).

(xii)  id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38);

(xiii)  ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(xiv)  ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1);

(xv)  id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)

(xvi)  id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190);

(xvii)  id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1);

(xviii)  id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (riformulazzjoni)(ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149);

(xix)  id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22);

(xx)  ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1);

C.  Artikolu 2(a)(iii) – is-sikurezza u l-konformità tal-prodotti:

1.  Rekwiżiti dwar is-sikurezza▌ u l-konformità tal-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni kif definit u rregolat bi:

(i)  id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4);

(ii)  leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tikkonċerna prodotti manifatturati, inkluż ir-rekwiżiti tat-tikkettar, għajr ikel, għalf, prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju, pjanti ħajjin u annimali, prodotti ta' oriġini umana u prodotti ta' pjanti u annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom kif elenkati fl-Annessi għar-Regolament XX dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti(30);

(iii)  id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

2.  Kummerċjalizzazzjoni u użu ta' prodotti sensittivi u perikolużi, kif irregolati bi:

(i)  id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.06.2009, p. 1);

(ii)  id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51);

(iii)  ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39, 9.2 2013 p. 1).

D.  Artikolu 2(a)(iv) – is-sikurezza tat-trasport:

1.  Rekwiżiti tas-sikurezza fis-settur ferrovjarju kif irregolati bid-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p.102).

2.  Rekwiżiti tas-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni ċivili kif irregolati bir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).

3.  Rekwiżiti tas-sikurezza fis-settur tat-toroq kif irregolati bi:

(i)  id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59);

(ii)  id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39);

(iii)  ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

4.  Rekwiżiti tas-sikurezza fis-settur tat-toroq kif irregolati bi:

(i)  ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11);

(ii)  ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24);

(iii)  id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146);

(iv)  id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114);

(v)  id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33);

(vi)  id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35);

(vii)  id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b' sigurtà ta' bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa (ĠU L 13, 16.1.2002, p. 9).

5.  Rekwiżiti ta' sikurezza kif irregolati mid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

E.  Artikolu 2(a)(v) – il-protezzjoni tal-ambjent:

1.   Kull reat kriminali kontra l-protezzjoni tal-ambjent kif irregolata bid-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28) jew kull imġiba illegali li tikser il-leġislazzjoni stabbilita fl-Annessi tad-Direttiva 2008/99/KE;

2.  Dispożizzjonijiet dwar l-ambjent u l-klima, kif irregolati minn:

(i)  id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32)

(ii)  id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16);(iii) id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(iii)  ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13);

(iv)  id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli(ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82)

3.  Dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-immaniġġjar tal-iskart, kif irregolati minn:

(i)  id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3);

(ii)  ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1);

(iii)   ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60);

4.  Dispożizzjonijiet dwar it-tniġġis tal-baħar, dak tal-arja u dak akustiku, kif irregolati minn:

(i)  id-Direttiva 1999/94/KE relatata mad-disponibbiltà ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-fjuwil u emissjonijiet tas-CO2 rigward il- marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda (ĠU L 12, 18.01.2000, p. 16);

(ii)  id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22);

(iii)  id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12);

(iv)  ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti (ĠU UE L 115, 9.5.2003, p. 1);

(v)   id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta'April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56);

(vi)  id-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11);

(vii)  ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1);

(viii)  id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija(ĠU L 120, 15.5.2009, p. 12);

(ix)  ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1);

(x)  ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1);

(xi)  id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta' servizz (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 36);

(xii)  ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1);

(xiii)  id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1);

(xiv)   ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55);

(xv)  id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1);

5.  Dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma u l-ħamrija, kif irregolati minn:

(i)  id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27);

(ii)  id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 2008 dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84);

(iii)  id-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ( ĠU L 26, 18.1.2012, p. 1).

6.  Dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tan-natura u l-bijodiversità, kif irregolati minn:

(i)  ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1936/2001 tas-27 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna (ĠU L 263, 3.10.2001, p. 1);

(ii)  ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 tas-26 ta' April 2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 150, 30.4.2004, p. 12);

(iii)  ir-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 36);

(iv)  ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2008 tal- 15 ta' Lulju 2008 dwar il-protezzjoni ta' ekosistemi marini vulnerabbli f'ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena tal-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 8);

(v)  id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7);

(vi)  ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23);

(vii)  ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35);

7.  Dispożizzjonijiet dwar sustanzi kimiċi, kif irregolati mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta ' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p.1);

8.  Dispożizzjonijiet relatati ma prodotti organiċi, kif irregolati mir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

F.  Artikolu 2(a)(vi) – protezzjoni mir-radjazzjoni u sikurezza nukleari

Regoli dwar is-sikurezza nukleari kif irregolati bi:

(i)  id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18);

(ii)  id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta' Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12);

(iii)  id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1);

(iv)  id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48);

(v)  id-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta' Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart radjuattiv u ta' kombustibbli nukleari eżawrit (ĠU L 337, 5.12.2006, p. 21).

(vi)  ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2);

(vii)  ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1493/93 tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar kunsinni ta' sustanzi radjoattivi bejn l-Istati Membri.

G.  Artikolu 2(a)(vii) — is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali:

1.  Il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel u l-għalf irregolata mill-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

2.  Is-saħħa tal-annimali kif irregolata minn:

(i)   ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ("Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(ii)  ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1);

3.  ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

4.   Dispożizzjonijiet u standards dwar il-protezzjoni u l-benesseri tal-annimali, kif irregolati minn:

(i)  id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23);

(ii)  ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1);

(iii)  ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1);

(iv)  id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE tad-29 ta' Marzu 1999 dwar iż-żamma ta' annimali selvaġġi fiż-żoo (ĠU L 94, 9.4.1999, p. 24).

H.  Artikolu 2(a)(viii) – is-saħħa pubblika:

1.  Miżuri li jistabbilixxu standards għolja ta' kwalità u sikurezza ta' organi u sustanzi ta' oriġini umana, kif irregolati bi:

(i)  id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta' kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta' demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU L 33, 8.2.2003, p. 30);

(ii)  id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta' standards ta' kwalità u sikurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, preservazzjoni, ħażna u tqassim ta' tessuti u ċelloli tal-bniedem (ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48);

(iii)  id-Direttiva 2010/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta' Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sigurezza ta' organi umani maħsuba għal trapjanti (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 14).

2.  Miżuri li jistabbilixxu standards għolja ta' kwalità u sikurezza għall-prodotti mediċinali u t-tagħmir għall-użu mediku kif irregolati bi:

(i)  ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1);

(ii)  id-Direttiva 2001/83/KE tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67);

(iii)  ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43);

(iv)  ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1);

(v)  ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1);

(vi)  ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121);

(vii)  ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1).

3.  Id-drittijiet tal-pazjenti kif irregolati mid-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

4.  Il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta' tabakk u prodotti relatati rregolati bid-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1).

I.  Artikolu 2(a)(ix) – il-protezzjoni tal-konsumatur:

Id-drittijiet tal-konsumatur u l-protezzjoni tal-konsumatur kif irregolati bi:

(i)  id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27);

(ii)  id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12);

(iii)  id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 98/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16);

(iv)  id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22);

(v)  id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66);

(vi)  id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64);

(vii)  id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).

J.  Artikolu 2(a)(x) – il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, u s-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni:

(i)  id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37);

(ii)  ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data , u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1);

(iii)  id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

Parti II

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva jirreferi għal-leġislazzjoni tal-Unjoni segwenti:

A.  Artikolu 2(a)(ii) – servizzi finanzjarji, prodotti u s-swieq u prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu:

1.  Servizzi finanzjarji:

(i)  id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi tal-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32);

(ii)  id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37);

(iii)  id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87);

(iv)  ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1);

(v)  id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338);

(vi)  id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349);

(vii)  ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar it-titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1);

(viii)  ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1);

(ix)  ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1);

(x)  id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19);

(xi)  ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

2.  Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu:

(i)  id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73);

(ii)  ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).

B.  Artikolu 2(a)(iv) – is-sikurezza tat-trasport:

(i)  ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18);

(ii)  id-Direttiva 2013/54/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta' Novembru 2013, dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-Bandiera għal konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006 (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 1);

(iii)  id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).

C.  Artikolu 2(a)(v) – il-protezzjoni tal-ambjent:

(i)  id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66).

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrappurtaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni

Fil-mument tar-rieżami li jrid jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-possibbiltà li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għal ċerti atti bbażati fuq l-Artikoli 153 TFUE u 157 TFUE, wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali, fejn xieraq, f’konformità mal-Artikolu 154 TFUE.

(1) ĠU C 405, 9.11.2018, p. 1.
(2) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 155.
(3)* IL-FINALIZZAZZJONI LEGALI-LINGWISTIKA TA' DAN IT-TEST GĦADHA MA SARITX.
(4)ĠU C […], […], p. […].
(5)ĠU C […], […], p. […].
(6)ĠU C […], […], p. […].
(7) Il-Komunikazzjoni tat-8.12.2010 "Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji".
(8)Il-korp ta' "leġislazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni" rilevanti huwa ċirkoskritt u elenkat fir-Regolament [XXX] li jistipula r-regoli u l-proċeduri għall-konformità mal-leġislazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, 2017/0353 (COD) u l-infurzar tagħha.
(9)Irregolati mid-Direttiva (KE) 2001/95 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, p. 4).
(10)Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rapportar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili (ĠU L 122, p. 18).
(11)Id-Direttiva 2013/54/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta' Novembru 2013, dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-Bandiera għal konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu u l-infurzar tagħha (ĠU L 329, p. 1), id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, p. 57).
(12)COM (2018) 10 final.
(13)Id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore (ĠU L 178, p. 66).
(14)Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42).
(15)Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, p. 1).
(16)ĠU L 84, p. 1.
(17)Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni.
(18) ĠU L 313, 23.10.1996, p. 1.
(19) ĠU L 151, 20.5.1997, p. 1.
(20)ĠU L 173, p. 1.
(21)Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' rapportar lill-awtoritajiet kompetenti ta' ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament (ĠU L 332, p. 126).
(22) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
(23)CM/Rec (2014)7.
(24) Iċċitata aktar 'il fuq.
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rapportar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, (ĠU L 122, p. 18).
(26) Id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66).
(27) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(28) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta'dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(29) Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1).
(30)2017/0353 (COD) - Din hija attwalment Proposta għal Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttivi 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 li jemendaw id-Direttiva tal-Kunsill 2004/42/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 li jelenkaw fl-Anness il-leġislazzjoni armonizzata kollha li fiha r-rekwiżiti dwar id-disinn u t-tikkettar ta' prodott.


Distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv (Direttiva) ***I
PDF 242kWORD 69k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv (COM(2018)0092 – C8-0111/2018 – 2018/0041(COD))
P8_TA-PROV(2019)0367A8-0430/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0092),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0111/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0430/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' impriżi ta' investiment kollettiv

P8_TC1-COD(2018)0041


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  L-objettivi komuni tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) u tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) jinkludu li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi fost l-impriżi ta' investiment kollettiv u li jneħħu r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-unitajiet u tal-ishma tal-impriżi ta' investiment kollettiv fl-Unjoni, filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni aktar uniformi għall-investituri. Filwaqt li fil-parti l-kbira dawk l-objettivi ntlaħqu, ċerti ostakli għadhom qed irażżnu lill-maniġers ta' fondi biex ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern.

(2)  Din id-Direttiva hija kkumplimentata mir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6)(7). Dak ir-Regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri addizzjonali li jikkonċernaw l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi (AIFMs). Jenħtieġ li dak ir-Regolament u din id-Direttiva jikkoordinaw aktar b'mod kollettiv il-kundizzjonijiet għall-maniġers ta' fondi li joperaw fis-suq intern u jiffaċilitaw id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi li jamministraw.

(3)  Hemm bżonn li titneħħa d-diskrepanza regolatorja fil-proċedura ta' notifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar it-tibdiliet fir-rigward tal-UCITS bil-proċedura ta' notifika stabbilita fid-Direttiva 2011/61/UE.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2019/… + ikompli jsaħħaħ il-prinċipji applikabbli għall-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni rregolati bid-Direttiva 2009/65/KE u jestendi l-applikazzjoni ta' dawk il-prinċipji għall-AIFMs, u b'hekk jirriżulta fi standard għoli ta' protezzjoni tal-investituri, indipendentement mit-tip ta' investitur. Id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2009/65/KE relatati mal-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u mal-aċċessibbiltà tal-liġijiet u tar-regolamentazzjoni nazzjonali rilevanti għall-arranġament tal-unitajiet tal-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS għalhekk m'għadhomx neċessarji u jenħtieġ li jitħassru.

(5)  Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE, li jeħtieġu li l-UCITS jipprovdu faċilitajiet lill-investituri, kif implimentati minn ċerti ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, sfaw ta' piż. Barra minn hekk, il-faċilitajiet lokali rarament jintużaw mill-investituri kif maħsub mid-Direttiva. Il-metodu ppreferut ta' kuntatt inbidel għal interazzjoni diretta bejn l-investituri u l-maniġers ta' fond, jew b'mod elettroniku inkella bit-telefon, filwaqt li l-pagamenti u t-tifdijiet qed jiġu eżegwiti permezz ta' mezzi oħra. Filwaqt li dawk il-faċilitajiet lokali li qed jintużaw bħalissa għal finijiet amministrattivi bħall-irkupru transfruntier tat-tariffi regolatorji, jenħtieġ li tali kwistjonijiet jiġu indirizzati permezz ta' mezzi oħra li jinkludu l-kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti. Konsegwentement, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli, li jimmodernizzaw u jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-provvista ta' faċilitajiet lil investituri fil-livell tal-konsumatur, u jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux jeżiġu preżenza fiżika lokali għall-provvista ta' tali faċilitajiet. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li dawk ir-regoli jiżguraw li l-investituri jkollhom aċċess għall-informazzjoni li huma intitolati għaliha.

(6)  Biex jiġi żgurat trattament konsistenti tal-investituri fil-livell tal-konsumatur, hemm bżonn li r-rekwiżiti relatati mal-faċilitajiet jiġu applikati għall-AIFMs ukoll meta l-Istati Membri jawtorizzawhom jikkumerċjalizzaw unitajiet jew ishma ta' fondi ta ’investiment alternattivi (AIFs) lil investituri fil-livell tal-konsumatur fit-territorji tagħhom.

(7)  In-nuqqas ta' kundizzjonijiet ċari u uniformi tal-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma ta' UCITS jew AIF fi Stat Membru ospitanti, joħloq inċertezza legali u ekonomika għall-maniġers tal-fondi. Għalhekk, id-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE jenħtieġ li jistabbilixxu kundizzjonijiet ċari li bihom tista' sseħħ denotifika tal-arranġamenti li jkunu saru għall-kummerċjalizzazzjoni fir-rigward ta' xi unitajiet jew ishma jew tagħhom kollha. Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jibbilanċjaw, minn naħa waħda, l-abbiltà tal-impriżi ta' investiment kollettiv jew tal-maniġers tagħhom li jtemmu l-arranġamenti tagħhom għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ishma jew tal-unitajiet tagħhom meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti u, min-naħa l-oħra, l-interessi tal-investituri f'tali impriżi.

(8)  Il-possibbiltà li tieqaf il-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS jew tal-AIFs fi Stat Membru partikolari jenħtieġ li la tkun bi ħlas għall-investituri u lanqas tnaqqas is-salvagwardji tagħhom skont id-Direttiva 2009/65/KE jew id-Direttiva 2011/61/UE, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt tagħhom għal informazzjoni preċiża dwar l-attivitajiet issoktati ta' dawk il-fondi.

(9)  Hemm każijiet li fihom AIFM li jkun jixtieq jittestja l-aptit tal-investituri għal idea ta' investiment jew għal strateġija ta' investiment partikolari, jaffaċċja trattament diverġenti ta'▌prekummerċjalizzazzjoni f'ordinamenti ġuridiċi nazzjonali differenti. Id-definizzjoni ta' prekummerċjalizzazzjoni u l-kundizzjonijiet li taħthom hija permessa tvarja b'mod konsiderevoli bejn dawk l-Istati Membri fejn hija permessa, mentri fi Stati Membri oħrajn m'hemmx kunċett ta' prekummerċjalizzazzjoni affattu. Biex jiġu indirizzati dawk id-diverġenzi, jenħtieġ li tiġi pprovduta definizzjoni armonizzata tal-prekummerċjalizzazzjoni kif ukoll jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li fihom AIFM tal-UE jista' jwettaq prekummerċjalizzazzjoni.

(10)  Biex il-prekummerċjalizzazzjoni tiġi rikonoxxuta bħala tali skont id-Direttiva 2011/61/UE, jenħtieġ li din tkun indirizzata lil investituri professjonali potenzjali u tikkonċerna idea ta' investiment jew strateġija ta' investiment sabiex tittestja l-interess tagħhom f'AIF jew f'kompartiment li jkun għadu ma ġiex stabbilit, jew li jkun stabbilit, iżda jkun għadu mhux notifikat għall-kummerċjalizzazzjoni f'konformità ma' dik id-Direttiva. Għaldaqstant, matul il-prekummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li ma jkunx possibbli għall-investituri li jissottoskrivu ruħhom għall-unitajiet jew għall-ishma ta' AIF u d-distribuzzjoni ta' formoli ta' sottoskrizzjoni jew dokumenti simili lil investituri professjonali potenzjali, kemm f'għamla ta' abbozz kif ukoll f'forma finali, jenħtieġ li ma jkunx permess. L-AIFMs tal-UE jenħtieġ li jiżguraw li l-investituri ma jakkwistawx unitajiet jew ishma f'AIF permezz ta' prekummerċjalizzazzjoni u li l-investituri kkuntattjati bħala parti mill-prekummerċjalizzazzjoni jkunu jistgħu jakkwistaw unitajiet jew ishma f'dak l-AIF permezz ta' kummerċjalizzazzjoni permessa taħt id-Direttiva 2011/61/UE. Kwlaunkwe sottoskrizzjoni minn investituri professjonali, fi żmien 18-il xahar minn meta l-AIFM tal-UE jkun beda prekummerċjalizzazzjoni, għall-unitajiet jew għall-ishma ta' AIF imsemmija fl-informazzjoni pprovduta fil-kuntest ta' prekummerċjalizzazzjoni, jew ta' AIF stabbilit b'riżultat tal-prekummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li titqies li hi r-riżultat ta' kummerċjalizzazzjoni u jenħtieġ li tkun soġġetta għall-proċeduri ta' notifika applikabbli msemmija fid-Direttiva 2011/61/UE. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jeżerċitaw il-kontroll fuq il-prekummerċjalizzazzjoni fl-Istat Membru tagħhom, AIFM tal-UE jenħtieġ li jibgħat, fi żmien ġimgħatejn minn meta jkun beda l-prekummerċjalizzazzjoni, ittra informali, f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu, li tispeċifika inter alia f'liema Stati Membri jkun qed iwettaq jew kien qed iwettaq prekummerċjalizzazzjoni, il-perjodi li matulhom qed isseħħ jew tkun seħħet il-prekummerċjalizzazzjoni u inkluż, fejn rilevanti, lista ta' AIFs u ta' kompartimenti tal-AIFs tiegħu li huma jew li kienu s-soġġett ta' prekummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-AIFM tal-UE jenħtieġ li jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-AIFM tal-UE jkun qed iwettaq jew kien qed iwettaq prekummerċjalizzazzjoni.

(11)  L-AIFMs tal-UE jenħtieġ li jiżguraw li l-prekummerċjalizzazzjoni tagħhom tkun dokumentata b'mod adegwat.

(12)  Il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-Direttiva 2011/61/UE u, b'mod partikolari, mar-regoli armonizzati dwar il-prekummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li bl-ebda mod ma jiżvantaġġaw lill-AIFMs tal-UE fil-konfront tal-AIFMs mhux tal-UE. Dan jirrigwarda kemm is-sitwazzjoni attwali li fiha l-AIFMs mhux tal-UE m'għandhomx drittijiet tal-passaportar, kif ukoll sitwazzjoni li fiha d-dispożizzjonijiet dwar tali passaportar fid-Direttiva 2011/61/UE jsiru applikabbli.

(13)  Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, hemm bżonn li jiġu ssinkronizzati d-dati ta' applikazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2019/...(8) fir-rigward tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u l-prekummerċjalizzazzjoni.

(14)  Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni(9), l-Istati Membri ntrabtu li, f'każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE

Id-Direttiva 2009/65/KE hija emendata kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 17(8), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

▌"

"Meta, skont tibdil kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-kumpanija maniġerjali ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jinformaw lill-kumpanija maniġerjali fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li ma għandhiex timplimenta dak it-tibdil.

F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali kif xieraq.

Meta tibdil imsemmi fl-ewwel subparagrafu jiġi implimentat wara li tkun ġiet trasmessa informazzjoni f'konformità mat-tieni subparagrafu u skont dan it-tibdil il-kumpanija maniġerjali ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha f'konformità mal-Artikolu 98, u għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali mingħajr dewmien żejjed tal-miżuri meħuda.";

"

(2)  L-Artikolu 77 huwa mħassar;

(3)  fl-Artikolu 91, il-paragrafu 3 huwa mħassar;

(4)  L-Artikolu 92 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 92

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li UCITS tagħmel disponibbli, f'kull Stat Membru fejn ikun biħsiebha tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha, faċilitajiet li jwettqu l-kompiti li ġejjin:

   (a) jipproċessaw l-ordnijiet ta' sottoskrizzjoni,▌ta' riakkwist u ta' tifdija u jagħmlu pagamenti oħra lit-titolari ta' unitajiet relatati mal-unitajiet tal-UCITS, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumenti meħtieġa skont il-Kapitolu IX;
   (b) jipprovdu lill-investituri b'informazzjoni dwar kif l-ordnijiet imsemmija fil-punt (a) jistgħu jsiru u kif jitħallas ir-rikavat mir-riakkwist u mit-tifdija;
   (c) jiffaċilitaw it-trattament ta' informazzjoni u l-aċċess għall-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 15 marbuta mal-eżerċizzju min-naħa tal-investituri tad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-investiment tagħhom fil-UCITS fl-Istat Membru fejn il-UCITS hi kkummerċjalizzata;
   (d) jagħmlu l-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa skont il-Kapitolu IX disponibbli għall-investituri skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 94, għall-finijiet tal-ispezzjoni u l-kisba tal-kopji tagħhom;
   (e) jipprovdu lill-investituri informazzjoni rilevanti għall-kompiti li jwettqu l-faċilitajiet f'mezz durabbli; u
   (f) jaġixxu bħala punt ta' kuntatt għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.

2.  L-Istati Membri m'għandhomx jeżiġu li UCITS▌ikollha preżenza fiżika fl-Istat Membru ospitanti jew li taħtar parti terza għall-finijiet tal-paragrafu 1.

3.  Il-UCITS għandha tiżgura li l-faċilitajiet biex jitwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, inkluż elettronikament, ikunu pprovduti:

   (a) ▌bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih il-UCITS tkun ikkummerċjalizzata jew b'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru;
   (b) mill-UCITS stess, minn parti terza li hija soġġetta għal regolament u superviżjoni li jirregolaw il-kompiti li għandhom jitwettqu, jew mit-tnejn.

Għall-finijiet tal-punt (b), meta l-kompiti għandhom jitwettqu minn parti terza, il-ħatra ta' dik il-parti terza għandha tkun evidenzjata minn kuntratt bil-miktub, li jispeċifika liema mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jitwettqu mill-UCITS u li l-parti terza ser tirċievi l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha mingħand il-UCITS.";

"

(5)  ▌L-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

"L-ittra ta' notifika għandha tinkludi wkoll id-dettalji neċessarji, inkluż l-indirizz, għall-fatturazzjoni jew għall-komunikazzjoni ta' kwalunkwe tariffa jew ħlas regolatorji applikabbli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u informazzjoni dwar il-faċilitajiet għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 92(1).";

"

(b)   il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"8. Fl-eventwalità ta' tibdil fl-informazzjoni fl-ittra ta' notifika sottomessa skont il-paragrafu 1, jew tibdil li jirrigwarda l-klassijiet tal-ishma li jkunu se jiġu kummerċjalizzati, il-UCITS għandha tagħti notifika bil-miktub ta' dan lill-awtoritajiet kompetenti kemm tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS kif ukoll lill-Istat Membru ospitanti tal-UCITS mill-inqas xahar qabel ma timplimenta tali tibdil.

Meta, skont tibdil kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-UCITS ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti▌tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jinformaw lill-UCITS fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li hi ma għandhiex timplimenta dak it-tibdil. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS kif xieraq.

Meta tibdil imsemmi fl-ewwel subparagrafu jiġi implimentat wara li tkun ġiet trasmessa informazzjonif'konformità mat-tieni subparagrafu u skont dan it-tibdil il-UCITS ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha f'konformità mal-Artikolu 98, li jinkludu, fejn meħtieġ, il-projbizzjoni espliċita tal-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS u għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS mingħajr dewmien żejjed tal-miżuri meħuda.";

"

(6)  jiddaħħal l-artikolu li ġej:"

"Artikolu 93a

1.  ▌L-Istati Membri▌għandhom jiżguraw li UCITS tkun tista' tiddenotifika l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni fir-rigward ta' unitajiet, inkluż, fejn relevanti, fir-rigward ta' klassijiet ta' ishma, fi Stat Membru li fir-rigward tiegħu tkun għamlet notifika skont l-Artikolu 93, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) issir offerta ġenerali għar-riakkwist jew għat-tifdija, mingħajr ebda imposta jew tnaqqisa, tal-unitajiet kollha bħal dawn miżmuma minn investituri f'dak l-Istat Membru, li tkun pubblikament disponibbli għal mill-inqas 30 jum ta' xogħol, u tiġi indirizzata, direttament jew permezz ta' intermedjarji finanzjarji, individwalment lill-investituri kollha f’dak l-Istat Membru ospitanti li l-identità tagħhom tkun magħrufa;
   (b) l-intenzjoni li jtemmu l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta' tali unitajiet f'dak l-Istat Membru tiġi ppubblikata permezz ta' mezz disponibbli pubblikament, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi, li tipikament jintuża għall-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS u li huwa xieraq għal investitur tipiku tal-UCITS;
   (c) kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali ma' intermedjarji finanzjarji jew delegati huma modifikati jew itterminati b'effett mid-data ta' denotifika sabiex jipprevjenu kwalunkwe offerta ġdida jew ulterjuri, diretta jew indiretta, tal-unitajiet identifikati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) għandha tiddeskrivi b'mod ċar il-konsegwenzi għall-investituri jekk ma jaċċettawx l-offerta ta' tifdija jew tar-riakkwist tal-unitajiet tagħhom.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi pprovduta bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fir-rigward tiegħu l-UCITS tkun għamlet notifika skont l-Artikolu 93 jew b'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru.

Sa mid-data msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-UCITS għandha twaqqaf kwalunkwe offerta jew tpoġġija ta' unitajiet ġodda jew ulterjuri, diretti jew indiretti li kienu s-soġġett ta' denotifika f’dak l-Istat Membru.

2.  L-UCITS għandha tissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha li tikkontjeni l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jivverifikaw jekk in-notifika sottomessa mill-UCITS f'konformità mal-paragrafu 2 hijiex kompluta. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom, mhux aktar tard minn 15-il jum ta' xogħol wara r-riċevuta tan-notifika sħiħa msemmija, jibagħtu dik in-notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2, u lill-ESMA.

Hekk kif tiġi trażmessa n-notifika skont l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jinnotifikaw minnufih lill-UCITS dwar din it-trażmissjoni.

4.  Il-UCITS għandha ▌tipprovdi lill-investituri li jibqgħu investiti fil-UCITS kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS bl-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 68 sa 82 u skont l-Artikolu 94.

5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS għandhom jittrażmettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, informazzjoni dwar kwalunkwe bidla fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 93(2).

6.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS kif stipulat fl-Artikolu 21(2), fl-Artikolu 97(3) u fl-Artikolu 108. Mingħajr preġudizzju għal attivitajiet oħra ta' monitoraġġ u setgħat superviżorji kif imsemmija fl-Artikolu 21(2) u fl-Artikolu 97, sa mid-data tat-trażmissjoni taħt il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jeħtieġu li l-UCITS ikkonċernata turi konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*(10).

7.  L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-użu ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' mezzi oħra ta' komunikazzjoni mill-bogħod għall-finijiet tal-paragrafu 4, dment li l-informazzjoni u l-mezzi ta' komunikazzjoni jkunu disponibbli għall-investituri bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih jinsab l-investitur jew b'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru.

_____________

* Ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- ... dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 1286/2014 (ĠU L …).";

"

(7)  fl-Artikolu 95(1), il-punt (a) huwa mħassar.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2011/61/UE

Id-Direttiva 2011/61/UE hija emendata kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 4(1), jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(aea) "prekummerċjalizzazzjoni" tfisser għoti▌ta' informazzjoni jew komunikazzjoni, diretta jew indiretta, dwar strateġiji ta' investiment jew ideat ta' investiment minn AIFM tal-UE, jew f'ismu, lill-investituri professjonali potenzjali ddomiċiljati jew b'uffiċċju irreġistrat fl-Unjoni biex jittestja l-interess tagħhom f'AIF jew f'kompartiment, li għadu mhuwiex stabbilit, jew li jkun stabbilit, iżda għadu mhux innotifikat għal kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 31 jew 32, f'dak l-Istat Membru fejn l-investituri potenzjali jkunu ddomiċiljati jew ikollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom, u li f'kull każ ma jirriżultax f'offerta jew fi pjazzament lill-investitur potenzjali biex jinvestu fl-unitajiet jew fl-ishma ta' dak l-AIF jew f'kompartiment tiegħu;";

"

(2)  fil-bidu tal-KAPITOLU VI jiddaħħal l-artikolu li ġej:"

"Artikolu 30a

Il-kundizzjonijiet għall-prekummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni minn AIFM tal-UE

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM tal-UE awtorizzat ikun jista' jwettaq prekummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni, għajr meta l-informazzjoni ppreżentata lill-investituri professjonali potenzjali:

   (a) hi suffiċjenti biex tippermetti lill-investituri jintrabtu li jixtru unitajiet jew ishma ta' AIF partikolari;
   (b) tikkostitwixxi formoli ta' sottoskrizzjoni jew dokumenti simili sew jekk f'forma ta' abbozz jew f'forma finali; jew
   (c) tammonta għal▌dokumenti kostituzzjonali, prospett jew dokumenti ta' offerta ta' AIF li għadu mhuwiex stabbilit f'forma finali▌.

Meta jiġi pprovdut abbozz ta' prospett jew dokumenti ta' offerta, dawn ma għandhomx ikun fihom informazzjoni suffiċjenti li tippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjoni ta' investiment, u għandhom jiddikjaraw b'mod ċar li:

   (a) ma jikkostitwux offerta jew stedina għal sottoskrizzjoni għal unitajiet jew ishma ta' AIF; u
   (b) l-informazzjoni ppreżentata fihom ma għandhiex tintuża bħal likieku hija affidabbli peress li mhijiex kompleta u tista' tkun soġġetta għal tibdil.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM tal-UE ma jkunx meħtieġ jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-kontenut jew id-destinatarji ta' prekummerċjalizzazzjoni, jew li jissodisfa kwalunkwe kundizzjoni jew rekwiżit għajr dawk stabbiliti f'dan l-Artikolu, qabel ma jagħmel prekummerċjalizzazzjoni.

2.  L-AIFMs tal-UE għandhom jiżguraw li l-investituri ma jakkwistawx unitajiet jew ishma f'AIF permezz ta' prekummerċjalizzazzjoni u li l-investituri kkuntattjati bħala parti mill-prekummerċjalizzazzjoni jkunu jistgħu biss jakkwistaw unitajiet jew ishma f'dak l-AIF permezz ta' kummerċjalizzazzjoni permessa skont l-Artikolu 31 jew 32.

Kwalunkwe sottoskrizzjoni minn investituri professjonali, fi żmien 18-il xahar mill-AIFM tal-UE jkun beda prekummerċjalizzazzjoni, għal unitajiet jew għal ishma ta' AIF imsemmija fl-informazzjoni pprovduta fil-kuntest ta' prekummerċjalizzazzjoni, jew ta' AIF stabbilit b'riżultat tal-prekummerċjalizzazzjoni, għandha titqies li hi r-riżultat ta' kummerċjalizzazzjoni, u għandha tkun soġġetta għall-proċeduri ta' notifika applikabbli msemmija fl-Artikoli 31 u 32.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM tal-UE jibgħat, fi żmien ġimgħatejn wara li jkun beda l-prekummerċjalizzazzjoni, ittra informali, f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu. Dik l-ittra għandha tispeċifika l-Istati Membri li fihom u l-perjodi li matulhom ser issir jew saret il-prekummerċjalizzazzjoni, deskrizzjoni qasira tal-prekummerċjalizzazzjoni inkluż informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-investiment ippreżentati u, fejn rilevanti, lista tal-AIFs u kompartimenti tal-AIFs li huma jew kienu s-suġġett ta' prekummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-AIFM tal-UE għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom l-AIFM tal-UE huwa jew kien involut f'prekummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun qed sisir jew tkun saret il-prekummerċjalizzazzjoni jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-AIFM tal-UE sabiex jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-prekummerċjalizzazzjoni li tkun qed issir jew li tkun saret fit-territorju tiegħu.

3.  Parti terza għandha twettaq biss prekummerċjalizzazzjoni f'isem AIFM tal-UE awtorizzat fejn hija awtorizzata bħala ditta tal-investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, bħala istituzzjoni ta' kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, bħala kumpanija maniġerjali tal-UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE, bħala AIFM skont din id-Direttiva, jew taġixxi bħala aġent marbut skont id-Direttiva 2014/65/UE. Tali parti terza għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

4.  AIFM tal-UE għandhom jiżguraw li l-prekummerċjalizzazzjoni tkun dokumentata adegwatament.

_____________

* Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

** Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).";

"

(3)  ▌fl-Artikolu 32(7), it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi jiġu sostitwiti b'li ġej:"

"Jekk, wara bidla ppjanata, l-amministrazzjoni tal-AIF mill-AIFM ma tibqax f'konformità ma' din id-Direttiva jew, b'xi mod, l-AIFM ma jibqax jikkonforma ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinformaw lill-AIFM fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li hu ma għandux jimplimenta t-tibdil. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-AIFM għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM skont il-każ.

Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux ippjanata li minħabba fiha l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jkunx se jibqa' f'konformità ma' din id-Direttiva jew, b' xi mod, l-AIFM ma jkunx se jibqa' jikkonforma ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri dovuti kollha f'konformità mal-Artikolu 46, inkluża, jekk ikun hemm bżonn il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF u għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM kif xieraq mingħajr dewmien żejjed.

Jekk it-tibdiliet ma jinfluwenzawx il-konformità tal-amministrazzjoni tal-AIF mill-AIFM ma' din id-Direttiva, jew, b'xi mod ieħor, il-konformità mill-AIFM ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinformaw fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM dwar dawn it-tibdiliet.";

"

(4)  jiddaħħal l-artikolu li ġej:"

"Artikolu 32a

Denotifika tal-arranġamenti li jkunu saru għall-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew tal-ishma ta' AIFs tal-UE fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM tal-UE jkun jista' jiddenotifika l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni fir-rigward ta' unitajiet jew ta' ishma ta' xi AIFs jew kollha fi Stat Membru fejn tkun intbagħtet notifika skont l-Artikolu 32, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) ħlief fil-każ ta' AIFs tat-tip magħluq u fondi regolati mir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, issir offerta ġenerali għar-riakkwist jew għat-tifdija, mingħajr ebda imposta jew tnaqqisa, tal-unitajiet jew l-ishma tal-AIF kollha bħal dawn miżmuma minn investituri f'dak l-Istat Membru, li tkun pubblikament disponibbli għal mill-inqas 30 jum ta' xogħol, u tiġi indirizzata, direttament jew permezz ta' intermedjarji finanzjarji, individwalment lill-investituri kollha f’dak l-Istat Membru li l-identità tagħhom tkun magħrufa;
   (b) l-intenzjoni li jtemmu l-arranġamenti magħmula għall-unitajiet tal-kummerċjalizzazzjoni jew ishma ta' xi AIFs tagħha jew kollha f'dak l-Istat Membru tiġi ppubblikata permezz ta' mezz disponibbli pubblikament, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi, li tipikament jintuża għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs u li huwa xieraq għal investitur tipiku tal-AIF;
   (c) kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali ma' intermedjarji jew delegati finanzjarji huma modifikati jew terminati b'effett mid-data ta' denotifika sabiex jipprevjenu kwalunkwe offerta ġdida jew ulterjuri, diretta jew indiretta, ta' unitajiet jew ishma identifikati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2.

Sa mid-data msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-AIFM għandu jwaqqaf kwalunkwe offerta ġdida jew ulterjuri, diretta jew indiretta, ta' unitajiet jew ishma tal-AIF li jimmaniġġja fl-Istat Membru li fir-rigward tiegħu huwa jkun ippreżenta notifika skont il-paragrafu 2.

2.  L-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu li tikkontjeni l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jivverifikaw jekk in-notifika sottomessa mill-AIFM f'konformità mal-paragrafu 2 hijiex kompluta. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom, mhux aktar tard minn 15-il jum ta' xogħol wara r-riċevuta tan-notifika sħiħa msemmija, jibagħtu dik in-notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2, u lill-ESMA.

Kif tintbagħat in-notifika skont l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinnotifikaw minnufih lill-AIFM dwar din it-trażmissjoni.

Għal perjodu ta' 36 xahar mid-data msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-AIFM ma għandux jagħmel prekummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma tal-AIFs tal-UE msemmija fin-notifika, jew fir-rigward ta' strateġiji ta' investiment jew ideat ta' investiment simili, fl-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2.

4.  l-AIFM għandu▌jipprovdi lill-investituri li jibqgħu investiti fl-AIF tal-UE kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM bl-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 22 u 23.

5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jittrażmettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2, informazzjoni dwar kwalunkwe bidla fid-dokumentazzjoni u l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) sa (f) tal-Anness IV.

6.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM kif stabbilit fl-Artikolu 45.

7.   Mingħajr preġudizzju għal setgħat superviżorji oħra msemmija fl-Artikolu 45(3), sa mid-data tat-trażmissjoni taħt il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ma għandhomx jeħtieġu li l-AIFM ikkonċernat juri konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**(11).

8.  L-Istati Membri għandhom jippermettu li jintuża kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni elettronika jew mezz ieħor ta' komunikazzjoni mill-bogħod għall-finijiet tal-paragrafu 4.

_____________

* Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).

** Ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- ... dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 1286/2014 (ĠU L …).";

"

(5)  L-Artikolu 33(6), it-tieni u t-tielet subparagrafi huma ssostitwiti permezz ta’ dan li ġej:"

"Jekk, wara tibdil ippjanat, l-amministrazzjoni tal-AIF mill-AIFM ma tibqax f'konformità ma' din id-Direttiva jew, b'xi mod, l-AIFM ma jibqax jikkonforma ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinformaw lill-AIFM fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li hu ma għandux jimplimenta t-tibdil.

Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux ippjanata li minħabba fiha, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jkunx se jibqa' f'konformità ma' din id-Direttiva jew, b'xi mod, l-AIFM ma jkunx se jibqa' jikkonforma ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri dovuti kollha f'konformità mal-Artikolu 46 u għandhom jinnotifikaw kif xieraq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM mingħajr dewmien żejjed.";

"

(6)  jiddaħħal l-artikolu li ġej:"

"Artikolu 43a

Faċilitajiet disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/760, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM iqiegħed għad-dispożizzjoni, f'kull Stat Membru fejn ikun biħsiebu jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma ta' AIF lil investituri fil-livell tal-konsumatur, faċilitajiet li jwettqu l-kompiti li ġejjin:

   (a) jipproċessaw l-ordnijiet tal-investituri ta' sottoskrizzjoni, ta' pagament, ta' riakkwist u ta' tifdija relatati mal-unitajiet jew mal-ishma tal-AIF, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumenti▌tal-AIF;
   (b) jipprovdu lill-investituri b'informazzjoni dwar kif l-ordnijiet imsemmija fil-punt (a) jistgħu jsiru u kif jitħallas ir-rikavat mir-riakkwist u mit-tifdija;
   (c) jiffaċilitaw it-trattament ta' informazzjoni relatata mal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-investituri li jirriżultaw mill-investiment tagħhom fil-AIF fl-Istat Membru fejn hu kkummerċjalizzat l-AIF;
   (d) jagħmlu l-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 22 u 23 disponibbli għall-investituri għall-finijiet ta' spezzjoni u l-kisba ta' kopji tagħhom;
   (e) jipprovdu lill-investituri informazzjoni rilevanti għall-kompiti li huma mwettqa mill-faċilitajiet f'mezz durabbli kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE; u
   (f) jaġixxu bħala punt ta' kuntatt għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.

2.  L-Istati Membri m'għandhomx jeżiġu li AIFM ikollu preżenza fiżika fl-Istat Membru ospitanti jew li jaħtar parti terza għall-finijiet tal-paragrafu 1.

3.  L-AIFM għandu jiżgura li l-faċilitajiet għat-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, inkluż elettronikament, ikunu pprovduti:

   (a) ▌bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun ikkummerċjalizzat l-AIF jew b'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru;
   (b) mill-AIFM stess, minn parti terza li hija soġġetti għal regolament u għal superviżjoni li jirregolaw il-kompiti li għandhom jitwettqu, jew mit-tnejn.

Għall-finijiet tal-punt (b), meta l-kompiti għandhom jitwettqu minn parti terza, il-ħatra ta' dik il-parti terza għandha tkun evidenzjata minn kuntratt bil-miktub, li jispeċifika liema mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jitwettqu mill-AIFM u li l-parti terza ser tirċievi l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha mingħand l-AIFM.";

"

(7)  jiddaħħal l-artikolu li ġej:"

"Artikolu 69a

Valutazzjoni tar-reġim tal-passaport

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 67(6) li skonthom ir-regoli stipulati fl-Artikolu 35 u l-Artikoli 37 sa 41 isiru applikabbli, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, filwaqt li tqis ir-riżultat ta' valutazzjoni tar-reġim tal-passaport ipprovdut f'din id-Direttiva inkluża l-estensjoni ta' dak ir-reġim għall-AIFMs mhux tal-UE. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.";

"

(8)  fl-Anness IV, jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(i) id-dettalji meħtieġa, inkluż l-indirizz għall-fatturazzjoni jew għall-komunikazzjoni ta' kwalunkwe tariffa jew ħlas regolatorji applikabbli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti;

   (j) informazzjoni dwar il-faċilitajiet għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 43a.";

"

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.  Sa ... [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, il-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn ... [24 xahar wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Evalwazzjoni

Sa ... [60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' konsultazzjoni pubblika u fid-dawl tad-diskussjonijiet mal-ESMA u mal-awtoritajiet kompetenti, tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Sa ... [72 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 5

Rieżami

Sa ... [48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kumissjoni għandha tippreżenta rapport li għandu jivvaluta, inter alia, il-merti tal-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kumpanniji maniġerjali tal-UCITS li jittestjaw l-interess tal-investituri f'idea ta' investiment jew strateġija ta' investiment partikolari, u jekk ikunux meħtieġa emendi għad-Direttiva 2009/65/KE għal dan il-għan.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.
(2)ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019.
(4) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(5) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ... dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-impriżi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 1286/2014 (ĠU L …).
(7)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS …/… (2018/0045(COD)) u daħħal in-numru, id-data, u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(8)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS …/… (2018/0045(COD)).
(9)ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(10)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS …/… (2018/0045(COD)) u daħħal in-numru, id-data, u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(11)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS …/… (2018/0045(COD)) u daħħal in-numru, id-data, u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna.


L-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv (Regolament) ***I
PDF 251kWORD 69k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013 (COM(2018)0110 – C8-0110/2018 – 2018/0045(COD))
P8_TA-PROV(2019)0368A8-0431/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0110),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0110/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0431/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-impriżi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 1286/2014

P8_TC1-COD(2018)0045


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Approċċi regolatorji u superviżorji li jirrigwardaw id-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment alternattivi ("AIFs"), kif definit fid-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), inklużi l-fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (EuVECA), kif definit fir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (EuSEF), kif definit fir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u l-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil (ELTIF), kif definit fir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) kif ukoll l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli ("UCITS"), fis-sens tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), jirriżultaw fi frammentazzjoni u ostakli għall-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera u għall-aċċess tal-AIFs u l-UCITS, li min-naħa tagħhom jistgħu jwaqqfuhom milli jkunu kkummerċjalizzati fi Stati Membri oħrajn. UCITS tista' tiġi ġestita esternament jew internament, skont il-forma ġuridika tagħha. Kwalunkwe dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament relatata ma' kumpaniji maniġerjali tal-UCITS jenħtieġ li tapplikakemm għal kumpanija, li n-negozju regolari tagħha huwa l-ġestjoni tal-UCITS u għal kwalunkwe UCITS li ma jkunx ħatar kumpanija maniġerjali tal-UCITS.

(2)  Sabiex jissaħħaħ il-qafas regolatorju applikabbli għall-impriżi ta' investiment kollettiv u biex jitħarsu aħjar l-investituri, il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni indirizzati lill-investituri f'AIFs u f'UCITS jenħtieġ li jkunu identifikabbli bħala tali, u jenħtieġ li jiddeskrivu r-riskji u l-benefiċċji tax-xiri ta' unitajiet jew ishma ta' AIF jew UCITS bl-istess mod prominenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-informazzjoni kollha inkluża fil-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni indirizzati lill-investituri tkun ippreżentata b'mod ġust, ċar u mhux qarrieqi. Sabiex tiġi salvagwardjata l-protezzjoni tal-investitur u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-AIFs u l-UCITS, jenħtieġ li l-istandards għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni japplikaw għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għall-AIFS u għall-UCITS.

(3)  Il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni indirizzati lill-investituri f'AIFs u UCITS jenħtieġ li jispeċifikaw fejn, kif u f'liema lingwa l-investituri jistgħu jiksbu informazzjoni fil-qosor dwar id-drittijiet tal-investitur u jenħtieġ li jiddikjaraw b'mod ċar li l-AIFM, il-maniġer tal-EuVECA, il-maniġer tal-EuSEF jew il-kumpanija maniġerjali tal-UCITS (flimkien, "maniġers tal-impriżi ta' investiment kollettiv"), għandhom id-dritt li jtemmu l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni.

(4)  Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-protezzjoni tal-investitur u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jippubblikaw dawn it-testi fuq is-siti web tagħhom fi, bħala minimu, lingwa abitwali waħda fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, inklużi s-sommarji mhux uffiċjali tagħhom li jippermettu lill-maniġers tal-impriżi ta' investiment kollettiv jiksbu ħarsa ġenerali wiesgħa ta' dawk il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi. Il-pubblikazzjoni jenħtieġ li tkun għal finijiet ta' informazzjoni biss u jenħtieġ li ma toħloqx obbligi legali. Għall-istess raġunijiet, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) (ESMA) jenħtieġ li toħloq bażi tad-data ċentrali li jkun fiha sommarji tar-rekwiżiti nazzjonali għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u hyperlinks għall-informazzjoni ppubblikata fis-siti web tal-awtoritajiet kompetenti.

(5)  Sabiex jiġu promossi prattiki tajba ta' protezzjoni tal-investitur li jkunu minquxa fir-rekwiżiti nazzjonali għal komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni ġusti u ċari, inklużi l-aspetti online ta’ tali komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-ESMA jenħtieġ li toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni.

(6)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jesiġu notifika minn qabel ta' komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għall-iskop ta' verifika ex ante tal-konformità ta' dawk il-komunikazzjonijiet ma' dan ir-Regolament u rekwiżiti applikabbli oħra, bħal pereżempju jekk il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni humiex identifikabbli bħala tali, jekk jiddeskrivux ir-riskji u l-benefiċċji tax-xiri ta' unitajiet ta' UCITS, u fil-każijiet li fihom Stat Membru jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, ir-riskji u l-benefiċċji tax-xiri ta' unitajiet jew ishma ta' AIF b'mod ugwalment prominenti u jekk l-informazzjoni kollha fil-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni hijiex ippreżentata b'mod li jkun ġust, ċar u mhux qarrieqi. Dik il-verifika jenħtieġ li titwettaq f'perjodu ta' żmien limitat. Meta l-awtoritajiet kompetenti jesiġu notifika minn qabel, dan jenħtieġ li ma jwaqqafhomx milli jivverifikaw il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni ex post.

(7)  L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jirrapportaw lill-ESMA r-riżultati ta' dawk il-verifiki, it-talbiet għal emendi u kwalunkwe sanzjoni imposta fuq il-maniġers tal-impriżi ta' investiment kollettiv. Bil-għan li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u t-trasparenza fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, minn naħa waħda, u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-investitur, min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-ESMA, kull tieni sena, tipprepara u tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar dawk ir-regoli u l-applikazzjoni prattika tagħhom abbażi ta' verifiki ex ante u ex post ta' komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

(8)  Sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-maniġers tal-impriża ta' investiment kollettiv u jiġi ffaċilitat it-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom rigward jekk għandhomx jinvolvu ruħhom fid-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment, huwa importanti li t-tariffi u l-ħlasijiet imposti mill-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni ta' attivitajiet transfruntiera jkunu proporzjonati għall-kompiti ta' superviżjoni mwettqa u żvelati pubblikament, u li, sabiex tissaħħaħ it-trasparenza, dawk it-tariffi u l-ħlasijiet ikunu ppubblikati fis-siti web tal-awtoritajiet kmopetanti. Għall-istess raġuni, il-hyperlinks għall-informazzjoni ppubblikata fuq is-sit web tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-tariffi u l-ħlasijiet jenħtieġ li jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-ESMA sabiex ikun hemm punt ċentrali għall-informazzjoni. Jenħtieġ li s-sit web tal-ESMA jinkludi wkoll għodda interattiva li tippermetti l-kalkoli indikattivi ta' dawk it-tariffi u l-ħlasijiet imposti mill-awtoritajiet kompetenti.

(9)  Biex jiġi żgurat l-irkupru aħjar tat-tariffi jew tal-ħlasijiet u biex jiżdiedu t-trasparenza u ċ-ċarezza tal-istruttura tat-tariffi u tal-ħlasijiet, meta tali tariffi jew ħlasijiet jiġu imposti mill-awtoritajiet kompetenti, il-maniġers tal-impriżi ta' investiment kollettiv jenħtieġ li jirċievu fattura, dikjarazzjoni ta' pagament individwali jew struzzjoni ta' pagament li tistabbilixxi b'mod ċar l-ammont ta' tariffi jew ħlasijiet dovuti u l-metodu ta’ pagament.

(10)  Peress li, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA jenħtieġ li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha, huwa xieraq u meħtieġ li jissaħħaħ l-għarfien tal-ESMA billi jitwessgħu l-bażijiet tad-data attwalment eżistenti tal-ESMA biex jinkludu bażi tad-data ċentrali li telenka l-AIFs u l-UCITS kollha li huma kkummerċjalizzati b'mod transfruntier, il-maniġers ta' dawk l-impriżi ta' investiment kollettiv u l-Istati Membri li fihom issir il-kummerċjalizzazzjoni. Għal dan il-għan, u sabiex l-ESMA tkun tista' żżomm il-bażi tad-data ċentrali aġġornata, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jibagħtu lill-ESMA informazzjoni dwar in-notifiki, l-ittri ta' notifika u l-informazzjoni li jkunu rċevew skont id-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE fir-rigward ta' attività ta' kummerċjalizzazzjoni transfruntiera kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe bidla li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dik il-bażi tad-data. F'dak ir-rigward, l-ESMA jenħtieġ li tistabbilixxi portal ta' notifika li fih l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jtellgħu d-dokumenti kollha rigward id-distribuzzjoni transfruntiera tal-UCITS u l-AIFs.

(11)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti kif definit fir-Regolament (UE) Nru 345/2013, jew fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti kif definit fir-Regolament (UE) Nru 346/2013, minn naħa, u AIFs oħrajn, min-naħa l-oħra, huwa neċessarju li f'dawk ir-Regolamenti jiġu inklużi regoli dwar il-prekummerċjalizzazzjoni li jkunu identiċi għar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE dwar il-prekummerċjalizzazzjoni. Tali regoli jenħtieġ li jippermettu lill-maniġers irreġistrati skont dawk ir-Regolamenti sabiex jiffukaw fuq l-investituri billi jittestjaw il-ħajra tagħhom għal opportunitajiet jew strateġiji ta' investiment futuri permezz ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti u fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

(12)  B'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), ċerti kumpaniji u persuni msemmija fl-Artikolu 32 ta' dak ir-Regolament huma eżentati mill-obbligi skont dak ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2019. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni għandha tirrevedih sal-31 ta' Diċembru 2018, sabiex tivvaluta, inter alia, jekk jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tranżizzjonali tiġi estiża, jew jekk, wara l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe aġġustament neċessarju, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur fid-Direttiva 2009/65/KE jiġu sostitwiti minn dokument bl-informazzjoni ewlenija jew jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għalih kif stabbilit f’dak ir-Regolament.

(13)  Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq ir-rieżami skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 kif previst oriġinarjament, l-iskadenza għal dak ir-rieżami jenħtieġ li tiġi estiża bi 12-il xahar. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jenħtieġ li jappoġġja l-proċess ta' rieżami tal-Kummissjoni billi jorganizza seduta ta' smigħ dwar is-suġġett mal-partijiet interessati rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumatur u l-industrija.

(14)  Sabiex jiġi evitat li l-investituri jirċievu żewġ dokumenti differenti ta' żvelar minn qabel, jiġifieri dokument tat-tagħrif ewlieni għall-investitur (KIID) kif meħtieġ mid-Direttiva 2009/65/KE u dokument bl-informazzjoni ewlenija (KID) kif meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 1286/2014, għall-istess impriża ta' investiment kollettiv filwaqt li jkunu qed jiġu adottati u implimentati l-atti leġiżlattivi li jirriżultaw mir-rieżami tal-Kummissjoni skont dak ir-Regolament, l-eżenzjoni tranżizzjonali mill-obbligi skont dak ir-Regolament , jenħtieġ li tiġi estiża b'24 xahar. Mingħajr preġudizzju għal dik l-estensjoni, l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet superviżorji kollha involuti jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jaġixxu malajr kemm jista' jkun biex jiffaċilitaw it-terminazzjoni ta' dik l-eżenzjoni tranżizzjonali.

(15)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, żviluppati mill-ESMA, fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-pubblikazzjoni u n-notifika mill-awtoritajiet kompetenti tal-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali u s-sommarji tagħhom dwar ir-rekwiżiti ta' kummerċjalizzazzjoni applikabbli fit-territorji tagħhom, il-livelli ta' tariffi jew ħlasijiet imposti minnhom għal attivitajiet transfruntiera, u fejn applikabbli, il-metodoloġiji ta' kalkolu rilevanti. Barra minn hekk, biex titjieb it-trażmissjoni lill-ESMA, jenħtieġ li l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni jiġu adottati wkoll fir-rigward tan-notifiki, l-ittri ta' notifika u l-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni transfruntiera li huma meħtieġa mid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/EU u l-arranġamenti tekniċi neċessarji għall-funzjonament tal-portal tan-notifika li se jiġi stabbilit mill-ESMA. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjnament tal-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(16)  Jeħtieġ li tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata kull tliet xhur lill-ESMA, sabiex il-bażijiet tad-data tal-impriżi ta’ investiment kollettiv kollha u l-maniġers tagħhom jinżammu aġġornati.

(17)  Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament, bħall-iskambju jew it-trażmissjoni ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jsir b'mod konformi mar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-ESMA jenħtieġ li jsiru skont ir-Regolament (KE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12).

(18)  Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jeżerċitaw il-funzjonijiet attribwiti lilhom f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li dawk l-awtoritajiet ikollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha neċessarji.

(19)  Sa... [5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi tas-suq u tivvaluta jekk il-miżuri introdotti tejbux id-distribuzzjoni transfruntiera tal-impriżi ta' investiment kollettiv.

(20)  Sa... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika rapport dwar solleċitazzjoni u domanda bil-kontra fuq l-inizjattiva proprja ta' investitur, filwaqt li tispeċifika l-firxa ta' dik il-forma ta' sottoskrizzjoni f'fondi, id-distribuzzjoni ġeografika tagħha inkluż f'pajjiżi terzi, u l-impatt tagħha fuq ir-reġim ta' passaportar.

(21)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, jeħtieġ li jiġu sinkronizzati d-dati tal-applikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13)(14) u ta' dan ir-Regolament fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u l-prekummerċjalizzazzjoni.

(22)  Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tal-effiċjenza tas-suq filwaqt li tiġi stabbilita l-unjoni tas-swieq kapitali, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi dwar il-pubblikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-impriżi ta' investiment kollettiv u dwar il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni indirizzati lill-investituri, kif ukoll il-prinċipji komuni rigward tariffi u ħlasijiet imposti fuq il-maniġers ta' investiment kollettiv fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera tagħhom, l-istabbiliment ta' bażi ta' data ċentrali dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-impriżi ta' investiment kollettiv.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a)  maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi;

(b)  kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, inkluż kwalunkwe UCITS li ma tkunx ħatret kumpanija maniġerjali tal-UCITS;

(c)  maniġers ta' EuVECA; u

(d)  maniġers ta' EuSEF.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  "fondi ta' investiment alternattivi" jew "AIFs" tfisser AIFs kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE, u tinkludi EuVECA, EuSEF u ELTIF;

(b)  "maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi" jew "AIFMs" tfisser AIFMs kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE u awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 6 ta' dik id-Direttiva;

(c)  "maniġer ta' EuSEF" tfisser maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti kif definit fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013, irreġistrat skont l-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament;

(d)  "maniġer ta' EuSEF" tfisser maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 u rreġistrat skont l-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament;

(e)  "awtoritajiet kompetenti" tfisser awtoritajiet kompetenti kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jew fil-punt (f) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE jew awtoritajiet kompetenti tal-EU AIF kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(f)  "Stat Membru ta' domiċilju" tfisser l-Istat Membru li fih l-AIFM, il-maniġer ta' EuVECA, il-maniġer ta' EuSEF jew il-kumpanija maniġerjali tal-UCITS għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom;

(g)  "UCITS" tfisser UCITS awtorizzata skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(h)  "kumpanija maniġerjali tal-UCITS" tfisser kumpanija maniġerjali kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE;

Artikolu 4

Rekwiżiti għal komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

1.  L-AIFMs, il-maniġers ta' EuVECA, il-maniġers ta' EuSEFs u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni kollha indirizzati lill-investituri jkunu identifikabbli bħala tali u jiddeskrivu r-riskji u l-benefiċċji tax-xiri ta' unitajiet jew ishma ta' AIF jew unitajiet ta' UCITS b'mod ugwalment prominenti, u li l-informazzjoni kollha inkluża fil-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa.

2.  Il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li jkun fihom informazzjoni speċifika dwar xi UCITS ma jikkontradixxux jew inaqqsu s-sinifikat tal-informazzjoni li tkun fil-prospett imsemmi fl-Artikolu 68 tad-Direttiva 2009/65/KE jew ▌it-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 ta' dik id-Direttiva. Il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni kollha jindikaw li jeżisti prospett u li t-tagħrif ewlieni għall-investituri jkun disponibbli. Tali komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jispeċifikaw fejn, kif u b'liema lingwa l-investituri jew l-investituri potenzjali jistgħu jiksbu l-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investituri u għandhom jipprovdu hyperlinks jew indirizzi tas-sit web għal dawk id-dokumenti.

3.  Il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jispeċifikaw fejn, kif u b'liema lingwa l-investituri jew l-investituri potenzjali jistgħu jiksbu sommarju tad-drittijiet tal-investitur u għandhom jipprovdu hyperlink għal tali sommarju, li għandu jinkludi, kif xieraq, informazzjoni dwar aċċess għall-mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali f'każ ta' tilwim.

Tali komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għandu jkun fihom ukoll informazzjoni ċara li l-maniġer jew il-kumpanija maniġerjali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiddeċiedu li jtemmu l-arranġamenti li jkunu saru għall-kummerċjalizzazzjoni tal-impriżi ta' investiment kollettivi tagħhom skont l-Artikolu 93a tad-Direttiva 2009/65/KE u l-Artikolu 32a tad-Direttiva 2011/61/UE.

4.  L-AIFMs, il-maniġers ta' EuVECA, il-maniġers ta' EuSEFs għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li jkunu jinkludu stedina għal xiri ta' unitajiet jew ishma ta' AIF li jkun fihom informazzjoni speċifika dwar AIF ma jikkontradixxux l-informazzjoni li trid tiġi divulgata lill-investituri f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/61/UE, mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 jew mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013, jew inaqqsu s-sinifikat tagħha.

5.  Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-AIFs li jippubblikaw prospett skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15), jew skont il-liġi nazzjonali, jew japplikaw regoli dwar il-format u l-kontenut tat-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/65/KE.

6.  Sa... [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u wara dan taġġorna dawk il-linji gwida minn żmien għal żmien, waqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti online ta’ tali komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni.

Artikolu 5

Pubblikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw u jżommu fuq is-siti web tagħhom informazzjoni aġġornata u kompleta dwar il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali kollha applikabbli li jirregolaw ir-regoli tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS, u s-sommarji tagħhom, fi, bħala minimu, lingwa abitwali waħda fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA ▌il-hyperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti fejn tkun ippubblikata ▌l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw ▌ lill-ESMA bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu mingħajr dewmien żejjed.

3.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-pubblikazzjonijiet u għan-notifiki skont dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 6

Il-bażi tad-data ċentrali tal-ESMA dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward ir-rekwiżiti ta' kummerċjalizzazzjoni

Sa... [30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA għandha tippubblika u żżomm fuq is-sit web tagħha bażi ta' data ċentrali li jkun fiha ▌s-sommarji msemmija fl-Artikolu 5(1), u l-hyperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5(2).

Artikolu 7

Il-verifika ex ante tal-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

1.  Għall-fini uniku ta' verifika tal-konformità ma' dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' kummerċjalizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu notifika minn qabel tal-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS ▌għandhom il-ħsieb li jużaw direttament jew indirettament fit-trattazzjonijiet tagħhom mal-investituri.

Ir-rekwiżit ta' notifika minn qabel imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jikkostitwixxi kundizzjoni minn qabel għall-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet ta' UCITS u ma għandux ikun parti mill-proċedura ta' notifika msemmija fl-Artikolu 93 tad-Direttiva 2009/65/KE.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu notifika minn qabel kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, dawn għandhom, fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol wara li jaslu l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, jinformaw lill-kumpanija maniġerjali tal-UCITS dwar kwalunkwe talba biex din temenda l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tagħha.

In-notifika minn qabel imsemmija fl-ewwel subparagrafu tista' tkun meħtieġa fuq bażi sistematika jew skont kwalunkwe prattika oħra ta' verifika u għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe setgħa superviżorja ulterjuri rigward il-verifika ex post tal-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni.

2.  L-awtoritajiet kompetenti li jesiġu notifika minn qabel tal-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jistabbilixxu, japplikaw, u jippubblikaw fis-siti web tagħhom, il-proċeduri għan-notifika minn qabel. Ir-regoli u l-proċeduri interni għandhom jiżguraw trattament trasparenti u nondiskriminatorju tal-UCITS kollha, irrispettivament mill-Istati Membri li fihom huma awtorizzati l-UCITS.

3.  Fejn ▌l-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA jew il-maniġers tal-EuSEF jikkummerċjalizzaw unitajiet jew ishma tal-AIFs tagħhom lill-investituri individwali, ▌il-paragrafi 1 u 2 ▌għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawk l-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA jew il-maniġers tal-EuSEF.

Artikolu 8

Rapport tal-ESMA dwar il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

1.   Sal-31 ta’ Marzu 2021 u kull tieni sena wara dan, l-awtoritajiet kompetenti ▌għandhom jirrapportaw lill-ESMA l-informazzjoni li ġejja:

(a)  in-numru ▌ta' talbiet għal emendi fir-rigward tal-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li saru abbażi ta' verifika ex ante, fejn applikabbli;

(b)  in-numru ta' talbiet għal emendi u deċiżjonijiet meħuda abbażi ta' verifiki ex post, b'distinzjoni ċara tal-aktar ksur frekwenti, inklużi deskrizzjoni u n-natura ta' dak il-ksur;

(c)  deskrizzjoni tal-aktar ksur frekwenti tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4; u

(d)  eżempju wieħed ta' kull ksur imsemmi fil-punti (b) u (c).

2.   Sat-30 ta' Ġunju 2021 u kull tieni sena wara dan, l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li jippreżenta ħarsa ġenerali tar-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) fl-Istati Membri kollha u li jkun fih analiżi tal-effetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni abbażi wkoll tal-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Prinċipji komuni rigward tariffi jew ħlasijiet

1.  Fejn it-tariffi jew il-ħlasijiet jiġu imposti mill-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta' dmirijiethom fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera ta' AIFMs, maniġers tal-EuVECA, maniġers ta' EuSEFs u kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, tali tariffi jew ħlasijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ispiża ġenerali relatata ▌mal-prestazzjoni tal-funzjonijiet tal-awtorità kompetenti.

2.  Fir-rigward tat-tariffi jew il-ħlasijiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu fattura, dikjarazzjoni ta' pagament individwali jew struzzjoni ta' pagament li jistipulaw b’mod ċar il-metodu ta' pagament u d-data li fiha huwa dovut il-pagament lill-indirizz imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jew il-punt (i) tal-Anness IV tad-Direttiva 2011/61/UE.

Artikolu 10

Pubblikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw tariffi u ħlasijiet

1.  Sa... [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw u jżommu informazzjoni aġġornata fis-siti web tagħhom ▌li telenka t-tariffi jew il-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1), jew, fejn applikabbli, il-metodoloġiji ta' kalkolu għal dawk it-tariffi jew ħlasjiet, fi, bħala minimu, lingwa abitwali waħda fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA l-hyperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti fejn tkun ippubblikata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex jiġu ddeterminati l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-pubblikazzjonijiet u għan-notifiki skont dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 11

Pubblikazzjoni tal-ESMA dwar it-tariffi u l-ħlasijiet

1.  Sa ...[30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-ESMA għandha tippubblika fis-sit web tagħha hyperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(2). Dawk il-hyperlinks għandhom jinżammu aġġornati.

2.  Sa ... [30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA għandha tiżviluppa u tagħmel disponibbli fis-sit web tagħha għodda interattiva pubblikament aċċessibbli fi, bħala minimu, lingwa abitwali waħda fl-isfera tal-finanzi internazzjonali li tipprovdi kalkolu indikattiv tat-tariffi jew il-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1). Dik l-għodda għandha tinżamm aġġornata.

Artikolu 12

Bażijiet tad-data ċentrali tal-ESMA dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS

1.  Sa ...[30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA għandha tippubblika ▌fis-sit web tagħha bażi tad-data ċentrali dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera ta' AIFs u UCITS, aċċessibbli għall-pubbliku b'lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, li telenka ▌:

(a)  l-AIFs kollha kkummerċjalizzati fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta' domiċilju, l-AIFM, il-maniġer tal-EuSEF jew il-maniġer tal-EuVECA tagħhom, u l-Istati Membri li fihom huma kkummerċjalizzati; u

(b)  il-UCITS kollha kkummerċjalizzati fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS kif definit fil-punt (e) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, il-kumpanija maniġerjali tal-UCITS tagħhom u l-Istati Membri li fihom huma kkummerċjalizzati.

Dik il-bażi tad-data ċentrali għandha tinżamm aġġornata.

2.  L-obbligi f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 13 relatati mal-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi relatati mal-lista msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, mar-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tad-Direttiva 2011/61/UE, mal-bażi ta' data ċentrali msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 u mal-bażi tad-data ċentrali msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013.

Artikolu 13

Standardizzazzjoni tan-notifiki lill-ESMA

1.  Kull tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw lill-ESMA l-informazzjoni li hija neċessarja għall-ħolqien u ż-żamma tal-bażi tad-data ċentrali msemmija fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament rigward kwalunkwe notifika, ittra ta' notifika, ▌jew ▌informazzjoni msemmija fl-Artikolu ▌93(1) u fl-Artikolu 93a(2) tad-Direttiva 2009/65/KE u fl-Artikolu 31(2),▌ fl-Artikolu 32(2) u ▌fl-Artikolu 32a(2) ▌tad-Direttiva 2011/61/UE, u kwalunkwe bidla f'dik l-informazzjoni, jekk tali bidla tkun tirriżulta f'bidla fl-informazzjoni f'dawk il-bażijiet ta' data ċentrali.

2.  L-ESMA għandha tistabbilixxi portal ta' notifika li fih kull awtorità kompetenti għandha ttella' d-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata, kif ukoll il-forom, il-mudelli u l-proċeduri għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni ▌mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-paragrafu 1, u l-arranġamenti tekniċi neċessarji għall-funzjonament tal-portal ta' notifika msemmi fil-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 14

Is-setgħat talawtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat ta' superviżjoni u ta' investigazzjoni kollha li jkunu neċessarji għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE, ir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 2015/760, inkluż dawk relatati ma' sanzjonijiet u miżuri oħra, għandhom ikunu eżerċitati fir-rigward tal-maniġers msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 345/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:"

"(o) "prekummerċjalizzazzjoni" tfisser għoti ▌ ta' informazzjoni jew komunikazzjoni, b'mod dirett jew indirett, dwar strateġiji ta' investiment jew ideat ta' investiment mill-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti, jew f'ismu, lill-investituri potenzjali ddomiċiljati jew b'uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni sabiex jittestja l-interess tagħhom f'fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li għadu mhuwiex stabbilit, jew f'fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li huwa stabbilit, iżda li għadu mhux innotifikat għall-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 15, f'dak l-Istat Membru fejn l-investituri potenzjali huma ddomiċiljati jew għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom, u li fi kwalunkwe każ ma jammontax għal offerta jew pjazzament lill-investitur potenzjali biex jinvesti fl-unitajiet jew l-ishma ta' dak il-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti ▌.";

"

(2)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 4a

1.  Maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jista' jwettaq prekummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni, ħlief meta l-informazzjoni ppreżentata lill-investituri potenzjali:

   (a) tkun suffiċjenti biex tippermetti lill-investituri jintrabtu li jakkwistaw unitajiet jew ishma ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti partikolari;
   (b) tkun tammonta għal ▌formoli ta' sottoskrizzjoni jew dokumenti simili kemm f'forma ta' abbozz kif ukoll f'forma finali ▌; jew
   (c) tkun tammonta għal dokumenti kostituzzjonali, prospett jew dokumenti ta' offerta ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li għadu mhux stabbilit f'forma finali.

Meta jiġu pprovduti abbozz ta' prospett jew dokumenti ta' offerta, dawn ma għandux ikun fihom informazzjoni suffiċjenti li tippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjoni ta' investiment u għandhom jiddikjaraw b'mod ċar li:

   (a) ma jikkostitwixxux offerta jew stedina għal sottoskrizzjoni f'unitajiet jew ishma ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti; u
   (b) l-informazzjoni ppreżentata fihom ma għandhiex titqies bħala affidabbli peress li mhijiex kompleta u tista' tkun soġġetta għal tibdil.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jesiġu li maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-kontenut jew bid-destinatarji tal-prekummerċjalizzazzjoni, jew li jissodisfa xi kundizzjonijiet jew rekwiżiti għajr dawk stabbiliti f'dan l-Artikolu, qabel ma jagħmel prekummerċjalizzazzjoni.

3.   Il-maniġers tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandhom jiżguraw li l-investituri ma jakkwistawx unitajiet jew ishma f'fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti permezz ta' prekummerċjalizzazzjoni u li l-investituri kkuntattjati bħala parti mill-prekummerċjalizzazzjoni jistgħu jakkwistaw biss unitajiet jew ishma f'dak il-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti permezz ta' kummerċjalizzazzjoni permessa skont l-Artikolu 15.

Kwalunkwe sottoskrizzjoni minn investituri professjonali, fi żmien 18-il xahar minn meta l-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li jkun beda l-prekummerċjalizzazzjoni, f'unitajiet jew ishma ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti msemmi fl-informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-prekummerċjalizzazzjoni, jew ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti stabbilit b'riżultat tal-prekummerċjalizzazzjoni, għandha titqies li tkun ir-riżultat ta' kummerċjalizzazzjoni u għandha tkun soġġetta għall-proċeduri ta' notifika applikabbli msemmija fl-Artikolu 15.

4.  Fi żmien ġimagħtejn minn meta jkun bedae l-prekummerċjalizzazzjoni, il-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandu jibagħat ittra informali, f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu. Dik l-ittra għandha tispeċifika l-Istati Membri fejn saret il-prekummerċjalizzazzjoni u l-perjodi li matulhom qed issir jew tkun saret, deskrizzjoni qasira tal-prekummerċjalizzazzjoni inkluża informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' investiment ippreżentati u, fejn rilevanti, lista tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li huma jew li kienu s-suġġett tal-prekummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom il-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti huwa jew kien involut f'prekummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih qed issir jew tkun saret il-prekummerċjalizzazzjoni jistgħu jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-maniġer tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jipprovdu informazzjoni ulterjuri dwar il-prekummerċjalizzazzjoni li qed issir jew tkun saret fit-territorju tiegħu.

5.  Parti terza għandha tidħol biss fi prekummerċjalizzazzjoni f'isem maniġer awtorizzat ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti meta din tkun awtorizzata bħala ditta tal-investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, bħala istituzzjoni ta' kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, bħala kumpanija maniġerjali tal-UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE, bħala maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv skont id-Direttiva 2011/61/UE, jew meta taġixxi bħala aġent marbut skont id-Direttiva 2014/65/UE. Tali parti terza għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu.

6.  Maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti ▌għandu jiżgura li l-prekummerċjalizzazzjoni tkun dokumentata kif xieraq.

_____________

* Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

** Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).".

"

Artikolu 16

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 346/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:"

"(o) "prekummerċjalizzazzjoni" tfisser għoti ▌ta' informazzjoni jew komunikazzjoni, b'mod dirett jew indirett, dwar strateġiji ta' investiment jew ideat ta' investiment minn maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti, jew f'ismu, lill-investituri potenzjali ddomiċiljati jew b'uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni sabiex jittestja l-interess tagħhom f'fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għadu mhux stabbilit, jew f'fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huwa stabbilit, iżda li għadu mhux innotifikat għall-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 16, f'dak l-Istat Membru fejn l-investituri potenzjali huma ddomiċiljati jew għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom, u li fi kwalunkwe każ ma jammontax għal offerta jew pjazzament lill-investitur potenzjali biex jinvesti fl-unitajiet jew l-ishma ta' dak il-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti.";

"

(2)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 4a

1.  Maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jista' jagħmel prekummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni, ħlief meta l-informazzjoni ppreżentata lill-investituri potenzjali:

   (a) tkun suffiċjenti biex tippermetti lill-investituri jintrabtu li jakkwistaw unitajiet jew ishma ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti partikolari;
   (b) tkun tammonta għal ▌formoli ta' sottoskrizzjoni jew dokumenti simili kemm f'forma ta' abbozz kif ukoll f'forma finali ▌; jew
   (c) tkun tammonta għal dokumenti kostituzzjonali, prospett jew dokumenti ta' offerta ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għadu mhux stabbilit f'forma finali.

Meta jiġu pprovduti abbozz ta' prospett jew dokumenti ta' offerta, dawn ma għandux ikun fihom informazzjoni suffiċjenti li tippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjoni ta' investiment u għandhom jiddikjaraw b'mod ċar li:

   (a) ma jikkostitwixxux offerta jew stedina għal sottoskrizzjoni f'unitajiet jew ishma ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti; u
   (b) l-informazzjoni ppreżentata fihom ma għandhiex titqies bħala affidabbli peress li mhijiex kompleta u tista' tkun soġġetta għal tibdil.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jesiġu li maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-kontenut jew bid-destinatarji tal-prekummerċjalizzazzjoni, jew li jissodisfa xi kundizzjonijiet jew rekwiżiti għajr dawk stabbiliti f'dan l-Artikolu, qabel ma jagħmel prekummerċjalizzazzjoni.

3.  Il-maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jiżguraw li l-investituri ma jakkwistawx unitajiet jew ishma f'fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti permezz ta' attivitajiet ta' prekummerċjalizzazzjoni u li l-investituri kkuntattjati bħala parti mill-prekummerċjalizzazzjoni jistgħu jakkwistaw biss unitajiet jew ishma f'dak il-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti permezz ta' kummerċjalizzazzjoni permessa skont l-Artikolu 16.

Kwalunkwe sottoskrizzjoni minn investituri professjonali, fi żmien 18-il xahar minn meta l-maniġers ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkunu bdew il-prekummerċjalizzazzjoni, f'unitajiet jew ishma ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti msemmi fl-informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-prekummerċjalizzazzjoni, jew ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti stabbilit b'riżultat tal-prekummerċjalizzazzjoni, għandha titqies li tkun ir-riżultat ta' kummerċjalizzazzjoni u għandha tkun soġġetta għall-proċeduri ta' notifika applikabbli msemmija fl-Artikolu 16.

4.  Fi żmien ġimagħtejn minn meta jkun beda l-prekummerċjalizzazzjoni, maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandu jibagħat ittra informali, f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu. Dik l-ittra għandha tispeċifika l-Istati Membri fejn saret il-prekummerċjalizzazzjoni u l-perjodi li matulhom qed issir jew tkun saret, deskrizzjoni qasira tal-prekummerċjalizzazzjoni inkluża-informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' investiment ippreżentati u, fejn rilevanti, lista tal-fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huma jew li kienu s-suġġett tal-prekummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom il-maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti huwa jew kien involut f'prekummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih qed issir jew tkun saret il-prekummerċjalizzazzjoni jistgħu jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-maniġer tal-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jipprovdu informazzjoni ulterjuri dwar il-prekummerċjalizzazzjoni li qed issir jew tkun saret fit-territorju tiegħu.

5.  Parti terza għandha tidħol biss fi prekummerċjalizzazzjoni f'isem maniġer awtorizzat ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti meta din tkun awtorizzata bħala ditta tal-investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, bħala istituzzjoni ta' kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, bħala kumpanija maniġerjali tal-UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE, bħala maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv skont id-Direttiva 2011/61/UE, jew meta taġixxi bħala aġent marbut skont id-Direttiva 2014/65/UE. Tali parti terza għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu.

6.  Maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti ▌għandu jiżgura li l-prekummerċjalizzazzjoni tkun dokumentata kif xieraq.". __________________________

* Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

** Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

"

Artikolu 17

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1286/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 32(1), "sal-31 ta' Diċembru 2019" hija sostitwita b'"sal-31 ta' Diċembru 2021";

(2)  l-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)  fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, "Sal-31 ta' Diċembru 2018" hija sostitwita b'"Sal-31 ta' Diċembru 2019";

(b)  fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, "sal-31 ta' Diċembru 2018" hija sostitwita b'"sal-31 ta' Diċembru 2019";

(c)  fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, "Sal-31 ta' Diċembru 2018" hija sostitwita b'"Sal-31 ta' Diċembru 2019".

Artikolu 18

Evalwazzjoni

Sa ... [60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni pubblika u fid-dawl tad-diskussjonijiet mal-ESMA u mal-awtoritajiet kompetenti, tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Sa ... [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, mal-ESMA u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar solleċitazzjoni u domanda bil-kontra fuq l-inizjattiva proprja ta' investitur, filwaqt li tispeċifika l-firxa ta' dik il-forma ta' sottoskrizzjoni f'fondi, id-distribuzzjoni ġeografika tagħha, inkluż f'pajjiżi terzi, u l-impatt tagħha fuq ir-reġim ta' passaportar. Dak ir-rapport għandu jeżamina wkoll jekk il-portal ta' notifika stabbilit skont l-Artikolu 13(2) għandux jiġi żviluppat sabiex it-trasferimenti kollha ta' dokumenti bejn l-awtoritajiet kompetenti jsiru permezz tiegħu.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Madankollu, l-Artikolu 4(1) sa (5), l-Artikolu 5(1) u (2), l-Artikolu 15 u l-Artikolu 16 għandhom japplikaw minn ... [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.
(2)ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019.
(4)Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠUL 115, 25.4.2013, p. 18).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠUL 123, 19.5.2015, p. 98).
(8)Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).
(11)Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(12)Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(13) Id-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-impriżi ta' investiment kollettiv (ĠU L ...).
(14)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE-CONS .../... (2018/0041 (COD)) u daħħal in-numru, id-data u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
(15)Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).


Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (Regolament) ***I
PDF 1606kWORD 817k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (COM(2016)0850 – C8-0480/2016 – 2016/0360A(COD))
P8_TA-PROV(2019)0369A8-0242/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0850),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0480/2016),

—  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Novembru 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Marzu 2017(2),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta' Mejju 2017 li tawtorizza lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji li jaqsam il-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u li jħejji żewġ rapporti leġiżlattivi separati fuq il-bażi tagħha,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0242/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012

P8_TC1-COD(2016)0360A


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Wara l-kriżi finanzjarja li żviluppat fl-2007-2008, l-Unjoni implimentat riforma sostanzjali tal-qafas regolatorju tas-servizzi finanzjarji biex issaħħaħ ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji tagħha. Dik ir-riforma kienet ibbażata l-iktar fuq standards internazzjonali maqbula fl-2010 mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), magħrufa bħala l-qafas ta' Basel III. Fost il-ħafna miżuri tiegħu l-pakkett ta' riforma kien jinkludi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) u tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), li saħħew ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (istituzzjonijiet).

(2)  Filwaqt li r-riforma għamlet is-sistema finanzjarja iktar stabbli u reżiljenti kontra ħafna tipi ta' xokkijiet u kriżijiet possibbli fil-futur, ma indirizzatx il-problemi kollha identifikati. Raġuni importanti għal dan kienet li dak iż-żmien dawk li jiffissaw l-istandards internazzjonali, bħall-BCBS u l-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB), ma kinux temmew il-ħidma tagħhom fuq soluzzjonijiet miftiehma internazzjonalment biex jindirizzaw dawk il-problemi. Issa li tlestiet il-ħidma fuq riformi addizzjonali importanti, il-problemi pendenti għandhom jiġu indirizzati.

(3)  Fil-komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Novembru 2015 intitolata "Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja", il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa għal iktar tnaqqis fir-riskju u impenjat ruħha li tressaq proposta leġislattiva li tibni fuq l-istandards miftiehma internazzjonalment. Il-ħtieġa li jittieħdu iktar passi leġislattivi konkreti f'termini ta' tnaqqis tar-riskju fis-settur finanzjarju ġiet rikonoxxuta mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2016 u mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2016 dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2015(8).

(4)  Il-miżuri ta' tnaqqis fir-riskju mhux biss għandhom isaħħu iktar ir-reżiljenza tas-sistema bankarja Ewropea u l-kunfidenza tas-swieq fiha, iżda jipprovdu wkoll il-bażi għal iktar progress fit-tlestija tal-unjoni bankarja. Dawk il-miżuri għandhom jitqiesu wkoll fl-isfond ta' sfidi usa' li jaffettwaw l-ekonomija tal-Unjoni, b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu promossi t-tkabbir u l-impjiegi fi żminijiet ta' perspettiva ekonomika inċerta. F'dak il-kuntest, diversi inizjattivi ta' politika ewlenin, bħall-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-unjoni tas-swieq kapitali, ġew imnedija sabiex isaħħu l-ekonomija tal-Unjoni. Għalhekk huwa importanti li l-miżuri kollha ta' tnaqqis fir-riskju jinteraġixxu bla xkiel ma' dawk l-inizjattivi ta' politika kif ukoll ma' riformi reċenti usa' fis-settur finanzjarju.

(5)  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ekwivalenti għal standards miftiehma internazzjonalment u jiżguraw l-ekwivalenza kontinwa tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 mal-qafas ta' Basel III. L-aġġustamenti fil-mira sabiex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tal-Unjoni u kunsiderazzjonijiet ta' politika usa' għandhom ikunu limitati f'termini ta' skop jew żmien sabiex ma jaffettwawx is-solidità globali tal-qafas prudenzjali.

(6)  Il-miżuri ta' tnaqqis fir-riskju eżistenti kif ukoll b'mod partikolari r-rekwiżiti ta' rappurtar u ta' divulgazzjoni għandhom jitjiebu wkoll biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu applikati b'mod iktar proporzjonat u li ma joħolqux piż ta' konformità eċċessiv, b'mod speċjali għal istituzzjonijiet iżgħar u inqas kumplessi.

(7)   Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jiġu definiti b'mod ċar u preċiż. Waħdu, livell limitu assolut uniformi wieħed ma jiħux kont tal-ispeċifiċitajiet tas-swieq bankarji nazzjonali. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw id-diskrezzjoni tagħhom sabiex iġibu l-livell limitu konformi maċ-ċirkostanzi domestiċi u jaġġustawh 'l isfel kif xieraq. Peress li d-daqs ta' istituzzjoni waħdu mhuwiex deċiżiv għall-profil tar-riskju ta' istituzzjoni, jenħtieġ ukoll li jiġi żgurat, permezz ta' kriterji addizzjonali kwalitattivi, li istituzzjoni titqies biss bħala istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa u tkun tista' tibbenefika minn regoli aktar proporzjonati meta l-istituzzjoni tissodisfa l-kriterji rilevanti kollha.

(8)  Il-proporzjonijiet ta' lieva finanzjarja jikkontribwixxu għall-preservazzjoni ta' stabbiltà finanzjarja billi jaġixxu ta' garanzija ta' kontinġenza għar-rekwiżiti kapitali bbażati fuq ir-riskju u billi jirrestrinġu l-akkumulazzjoni ta' lieva finanzjarja eċċessiv matul irkupri ekonomiċi. Il-BCBS irreveda l-istandard internazzjonali dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja sabiex jispeċifika iktar ċerti aspetti tad-disinn ta' dak il-proporzjon. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jiġi allinjat mal-istandard rivedut sabiex jiżgura kondizzjonijiet ekwi internazzjonalment għall-istituzzjonijiet stabbiliti ġewwa l-Unjoni iżda li joperaw barra mill-Unjoni, u biex jiġi żgurat li l-proporzjon ta' lieva finanzjarja jibqa' komplement effettiv għar-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq ir-riskju. Għalhekk, ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi introdott biex jikkumplimenta s-sistema attwali ta' rappurtar u divulgazzjoni tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja.

(9)  Sabiex ma jiġix ristrett bla bżonn is-self minn istituzzjonijiet lil kumpanniji u unitajiet domestiċi privati u biex jiġu evitati impatti ħżiena mhux iġġustifikati fuq il-likwidità tas-suq, ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi stabbilit f'livell fejn jaġixxi ta' garanzija ta' kontinġenza kredibbli għar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv mingħajr ma jfixkel it-tkabbir ekonomiku.

(10)  L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9), ikkonkludiet fir-rapport tagħha tat-3 ta' Awwissu 2016 dwar ir-rekwiżit tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja li l-kapital tal-Grad 1 ikkalibrat f'livell ta' 3 % għal kwalunkwe tip ta' istituzzjoni ta' kreditu jikkostitwixxi funzjoni ta' garanzija ta' kontinġenza kredibbli. Intlaħaq ukoll qbil f' livell internazzjonali mill-BCBS dwar rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja ta' 3 %. Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu għalhekk jiġi kkalibrat fil-livell ta' 3 %.

(11)  Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja ta' 3 % madankollu jirrestrinġi ċerti mudelli kummerċjali u linji ta' negozju iktar minn oħrajn. B'mod partikolari, is-self pubbliku minn banek pubbliċi tal-iżvilupp u l-krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali jintlaqtu b'mod sproporzjonat. Il-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu għalhekk jiġi aġġustat għal dawk it-tipi ta' skoperturi. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ċari li jgħinu fl-aċċertazzjoni tal-mandat pubbliku ta' tali istituzzjonijiet ta' kreditu u li jkopru aspetti bħall-istabbiliment tagħhom, it-tip ta' attivitajiet imwettqa, l-għan tagħhom, l-arranġamenti ta' garanzija mill-korpi pubbliċi u l-limiti għall-attivitajiet ta' teħid ta' depożiti. Il-forma u l-mod tal-istabbiliment ta' tali istituzzjonijiet ta' kreditu jenħtieġ li jibqgħu madankollu fid-diskrezzjoni tal-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali tal-Istat Membru u jistgħu jikkonsistu fl-istabbiliment ta' istituzzjoni ta' kreditu ġdida, l-akkwist jew it-teħid tal-kontroll, inkluż permezz ta' konċessjonijiet u fil-kuntest ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni, ta' entità diġà eżistenti, minn tali awtoritajiet pubbliċi.

(12)  Proporzjon ta' lieva finanzjarja ukoll ma għandux jimmina l-forniment ta' servizzi ta' kklerjar ċentrali mill-istituzzjonijiet lill-klijenti. Għalhekk, il-marġnijiet inizjali fuq tranżazzjonijiet tad-derivattivi kklerjati ċentralment li jirċievu l-istituzzjonijiet ▌ mill-klijenti tagħhom u li huma jgħaddu lill-kontropartijiet ċentrali (CCPs), għandhom jiġu esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali.

(13)   F'ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-esklużjoni ta' ċerti skoperturi għall-banek ċentrali mill-proporzjon ta' lieva finanzjarja u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-politiki monetarji, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jeskludu tali skoperturi mill-kejl tal-iskopertura totali fuq bażi temporanja. Għal dak l-għan, jenħtieġ li huma jiddikjaraw pubblikament, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, li tali ċirkostanzi eċċezzjonali jeżistu. Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi kalibrat mill-ġdid b'mod proporzjonat biex ipatti għall-impatt tal-esklużjoni. Tali rikalibrazzjoni jenħtieġ li tiżgura l-esklużjoni ta' riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jaffettwaw is-setturi bankarji rilevanti, u li tinżamm ir-reżiljenza pprovduta mill-proporzjon ta' lieva finanzjarja.

(14)  Huwa xieraq li jiġi implimentat rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għal istituzzjonijiet identifikati bħala istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) f'konformità mad-Direttiva 2013/36/UE u mal-istandard tal-BCBS dwar buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għal banek globali sistemikament importanti (G-SIBs) ippubblikat f'Diċembru 2017. Il-buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja ġie ikkalibrat mill-BCBS għall-għan speċifiku li jtaffi r-riskji komparattivament akbar għall-istabbiltà finanzjarja maħluqin mill-G-SIBs u, f'dan il-kuntest, jenħtieġ li japplika biss għall-G-SIIs f'dan l-istadju. Madankollu, għandha ssir analiżi ulterjuri biex jiġi determinat jekk ikunx xieraq li jiġi applikat ir-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għal istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn (O-SIIs), kif definit fid-Direttiva 2013/36/UE, u, jekk dan huwa l-każ, b'liema mod il-kalibrazzjoni jenħtieġ li tkun adattata għall-karatteristiċi speċifiċi ta' dawk l-istituzzjonijiet.

(15)  Fid-9 ta' Novembru 2015, l-FSB ▌ ippubblika d-Dokument dwar il-Kondizzjonijiet tal-Kapaċità Totali ta' Assorbiment tat-Telf (TLAC) (l-"istandard TLAC") li ġie approvat mill-G20 fis-summit ta' Novembru 2015 fit-Turkija. L-istandard TLAC jeħtieġ li l-G‑SIBs iżommu ammont suffiċjenti ta' obbligazzjonijiet li għandhom assorbiment tat-telf għoli (kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna) biex jiżguraw assorbiment tat-telf u rikapitalizzazzjoni f'każ ta' riżoluzzjoni mingħajr xkiel u malajr. L-istandard TLAC jenħtieġ li jiġi implimentat fil-liġi tal-Unjoni.

(16)  Fl-implimentazzjoni tal-istandard TLAC fil-liġi tal-Unjoni jeħtieġ li jiġi meqjus ir-rekwiżit minimu eżistenti speċifiku għall-istituzzjoni għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL), stipulat fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10). Billi l-istandard TLAC u l-MREL isegwu l-istess objettiv li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ikollhom biżżejjed kapaċità ta' assorbiment tat-telf, jenħtieġ li ż-żewġ rekwiżiti ikunu elementi komplementari ta' qafas komuni. Operazzjonalment, il-livell minimu armonizzat tal-istandard TLAC għandu jiġi introdott fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 permezz ta' rekwiżit ġdid għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, filwaqt li ż-żieda speċifika għall-istituzzjoni għal G-SIIs u r-rekwiżit speċifiku għall-istituzzjoni għal dawk li mhumiex G-SIIs għandhom jiġu introdotti permezz ta' emendi mmirati għad-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11). Id-dispożizzjonijiet li jintroduċu l-istandard TLAC fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jinqraw flimkien mad-dispożizzjonijiet li huma introdotti fid-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014, u mad-Direttiva 2013/36/UE.

(17)  Skont l-istandard TLAC li jkopri biss G-SIBs, ir-rekwiżit minimu għal ammont suffiċjenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet li jassorbu ħafna t-telf introdott f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss għal G-SIIs. Madankollu, ir-regoli li jikkonċernaw l-obbligazzjonijiet eliġibbli introdotti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-istituzzjonijiet kollha, f'konformità mal-aġġustamenti u r-rekwiżiti komplementari stabbiliti fid-Direttiva 2014/59/UE.

(18)  F'konformità mal-istandard TLAC, ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għandu japplika għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li jew huma G-SIIs huma stess jew huma parti minn grupp identifikat bħala G-SII. Ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għandu japplika jew fuq bażi individwali jew fuq bażi konsolidata, skont jekk dawn l-entitajiet ta' riżoluzzjoni humiex istituzzjonijiet awtonomi mingħajr sussidjarji, jew impriżi prinċipali.

(19)  Id-Direttiva 2014/59/UE tippermetti li l-għodod tar-riżoluzzjoni jintużaw mhux biss għal istituzzjonijiet iżda wkoll għal kumpanniji holding finanzjarji u kumpanniji holding finanzjarji mħallta. Il-kumpanniji holding finanzjarji prinċipali u l-kumpanniji holding finanzjarji prinċipali mħallta għandhom għalhekk ikollhom biżżejjed kapaċità ta' assorbiment tat-telf bl-istess mod bħall-istituzzjonijiet prinċipali.

(20)  Biex tiġi żgurata l-effettività tar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, huwa essenzjali li l-istrumenti li jinżammu biex jiġi ssodisfat dak ir-rekwiżit ikollhom kapaċità għolja ta' assorbiment tat-telf. L-obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna msemmija fid-Direttiva 2014/59/UE ma għandhomx dik il-kapaċità, u lanqas ma għandhom obbligazzjonijiet oħra li, għalkemm għandhom kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna fil-prinċipju jistgħu jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex issir ir-rikapitalizzazzjoni interna fil-prattika. Dawk l-obbligazzjonijiet għandhom għalhekk ma jitqisux eliġibbli għar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli. Min-naħa l-oħra, l-istrumenti kapitali, kif ukoll l-obbligazzjonijiet subordinati għandhom kapaċità għolja ta' assorbiment tat-telf. Barra minn hekk, il-potenzjal għall-assorbiment tat-telf ta' obbligazzjonijiet li jikklassifikaw pari passu ma' ċerti obbligazzjonijiet esklużi għandu jiġi rikonoxxut sa ċertu punt, f'konformità mal-istandard TLAC.

(21)  Biex jiġi evitat l-għadd doppju ta' obbligazzjonijiet għall-finijiet tar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, għandhom jiġu introdotti regoli għat-tnaqqis ta' holdings ta' elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriflettu l-approċċ ta' tnaqqis korrispondenti diġà żviluppat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal strumenti kapitali. Taħt dak l-approċċ, il-holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom l-ewwel jitnaqqsu mill-obbligazzjonijiet eliġibbli u, sakemm ma jkunx hemm biżżejjed obbligazzjonijiet, dawk l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li jitnaqqsu mill-istrumenti tal-Grad 2.

(22)  L-istandard TLAC fih xi kriterji ta' eliġibbiltà għall-obbligazzjonijiet li huma iktar stretti mill-kriterji ta' eliġibbiltà attwali għall-istrumenti kapitali. Biex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-istrumenti kapitali għandhom jiġu allinjati fir-rigward tan-nuqqas ta' eliġibbiltà ta' strumenti maħruġa permezz ta' entitajiet bi skop speċjali mill-1 ta' Jannar 2022.

(23)   Jenħtieġ li jiġi previst proċess ċar u trasparenti ta' approvazzjoni għal strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jistgħu jikkontribwixxu biex tinżamm il-kwalità għolja ta' dawk l-istrumenti. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu responsabbli għall-approvazzjoni ta' dawk l-istrumenti qabel ma l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jikklassifikawhom bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Madankollu, ma jenħtieġx li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom permess minn qabel ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jkunu maħruġa abbażi ta' dokumentazzjoni legali diġà approvata mill-awtorità kompetenti u rregolata minn sostanzjalment l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk li jirregolaw l-istrumenti kapitali li għalihom l-istituzzjoni rċeviet permess minn qabel mill-awtorità kompetenti biex tikklassifikahom bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. F'każ bħal dan, minflok ma jitolbu approvazzjoni minn qabel, għandu jkun possibbli għall-istituzzjonijiet li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar l-intenzjoni tagħhom li joħorġu strumenti bħal dawn. Jenħtieġ li jagħmlu dan fi żmien biżżejjed qabel il-klassifikazzjoni tal-istrumenti bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 biex jagħtu ċans lill-awtoritajiet kompetenti biex jirrieżaminaw l-istrumenti jekk neċessarju. Minħabba r-rwol tal-ABE fil-konverġenza ulterjuri tal-prattiki superviżorji u t-tisħiħ tal-kwalità tal-istrumenti ta' fondi proprji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE qabel ma japprovaw kwalunkwe forma ġdida ta' strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.

(24)   L-istrumenti kapitali huma eliġibbli bħala Strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2 għajr sa fejn dawn ikunu konformi mal-kriterji rilevanti ta' eliġibbiltà. Tali strumenti kapitali jistgħu jikkonsistu f'ekwità jew obbligazzjonijiet, inkluż self subordinat li jissodisfa dawk il-kriterji.

(25)   Strumenti kapitali jew partijiet ta' strumenti kapitali għandhom ikunu eliġibbli biss biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta' fondi proprji sal-punt li huma mħallsa totalment. Sakemm partijiet ta' strument ma jkunux imħallsa totalment, dawk il-partijiet ma għandhomx ikunu eliġibbli biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta' fondi proprji.

(26)   Strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ma għandhomx ikunu soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom ta' assorbiment tat-telf f'każ ta' riżoluzzjoni. Dan ma għandux ifisser li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu klawżola li tiddikjara espliċitament li l-istrument mhux soġġett għal drittijiet ta' tpaċija jew ta' netting.

(27)   Minħabba l-evoluzzjoni tas-settur bankarju f'ambjent saħansitra aktar diġitali, is-softwer qiegħed isir tip ta' assi iktar importanti. Assi ta' softwer valutati b'mod prudenti, li l-valur tagħhom mhux materjalment affettwat mir-riżoluzzjoni, l-insolvenza jew il-likwidazzjoni ta' istituzzjoni jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għat-tnaqqis ta' assi intanġibbli mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Dik l-ispeċifikazzjoni hija importanti peress li s-softwer huwa kunċett wiesa' li jkopri diversi tipi ta' assi li mhux kollha jippreservaw il-valur tagħhom f'sitwazzjoni ta' negozju mhux avvjat. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li jitqiesu differenzi fil-valutazzjoni u l-amortizzazzjoni ta' assi ta' softwer u l-bejgħ realizzat ta' tali assi. Barra minn hekk, jenħtieġ li tingħata konsiderazzjoni lill-iżviluppi internazzjonali u d-differenzi fit-trattament regolatorju ta' investimenti f'softwer, lir-regoli prudenzjali differenti li japplikaw għal istituzzjonijiet u impriżi tal-assigurazzjoni, u lid-diversità tas-settur finanzjarju fl-Unjoni inkluż entitajiet mhux regolati bħal pereżempju l-kumpanniji teknoloġiċi finanzjarji.

(28)   Sabiex jiġu evitati effetti ta' preċipizju, jenħtieġ li tiġi prevista klawżola ta' anterjorità għall-istrumenti eżistenti fir-rigward ta' ċerti kriterji ta' eliġibbiltà. Għal obbligazzjonijiet maħruġa qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], ċerti kriterji ta' eliġibbiltà għall-istrumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li jiġu rinunzjati. Jenħtieġ li tali anterjorità tapplika kemm għall-obbligazzjonijiet li jgħoddu, meta applikabbli, għall-porzjoni subordinata tat-TLAC u l-porzjoni subordinata tal-MREL skont id-Direttiva 2014/59/UE, kif ukoll għall-obbligazzjonijiet li jgħoddu, meta applikabbli, għall-porzjoni mhux subordinata tat-TLAC, u għall-porzjoni mhux subordinata tal-MREL skont id-Direttiva 2014/59/UE. Għal strumenti ta' fondi proprji, l-anterjorità jenħtieġ li tintemm … [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

(29)   Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż dawk li għandhom maturità residwa ta' anqas minn sena, jistgħu jinfdew biss wara li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun tat il-permess tagħha minn qabel. Tali permess minn qabel jista' wkoll ikun permess ġenerali minn qabel, f'liema każ it-tifdija tkun trid isseħħ fi ħdan il-perijodu ta' żmien limitat u għal ammont predeterminat kopert minn dan il-permess ġenerali minn qabel.

(30)  Sa mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istandard internazzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għas-CCPs ġie emendat sabiex jittejjeb it-trattament tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għas-CCPs kwalifikanti (QCCPs). Reviżjonijiet notevoli ta' dak l-istandard kienu jinkludu l-użu ta' metodu uniku għad-determinazzjoni tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal skoperturi minħabba l-kontribuzzjonijiet għall-fond ta' inadempjenza, limitu massimu espliċitu fuq ir-rekwiżiti globali ta' fondi proprji applikati għal skoperturi għall-QCCPs, u approċċ iktar sensittiv għar-riskju għall-kopertura tal-valur tad-derivattivi fil-kalkolu tar-riżorsi ipotetiċi ta' QCCP. Fl-istess ħin, it-trattament ta' skoperturi għal CCPs mhux kwalifikanti ma nbidilx. Billi l-istandards internazzjonali riveduti introduċew trattament li huwa iktar adatt għall-ambjent ta' kklerjar ċentrali, il-liġi tal-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkorpora dawk l-istandards.

(31)  Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jiġġestixxu b'mod adegwat l-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew ishma f'impriżi ta' investiment kollettiv (CIUs), ir-regoli li jiddeskrivu fid-dettall it-trattament ta' dawk l-iskoperturi għandhom ikunu sensittivi għar-riskju u għandhom jippromwovu t-trasparenza fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti tas-CIUs. Il-BCBS għalhekk adotta standard rivedut li jistabbilixxi ġerarkija ċara ta' approċċi biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju għal dawk l-iskoperturi. Dik il-ġerarkija tirrifletti l-grad ta' trasparenza fuq l-iskoperturi sottostanti. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jiġi allinjat ma' dawk ir-regoli miftiehma internazzjonalment.

(32)   Għal istituzzjoni li tipprovdi impenn ta' valur minimu għall-benefiċċju aħħari tal-klijenti mhux professjonali għal investiment f'unità jew sehem f'CIU inkluż bħala parti minn skema ta' pensjoni privata sponsorjata mill-gvern, l-ebda pagament mill-istituzzjoni jew l-impriża inkluż fl-istess ambitu ta' konsolidazzjoni prudenzjali ma huwa meħtieġ sakemm il-valur tal-ishma tal-klijent jew l-unitajiet fis-CIU jaqgħu taħt l-ammont garantit f'punt wieħed jew aktar ta' żmien speċifikati fil-kuntratt. Il-probabbiltà tal-eżerċizzju tal-impenn hija għalhekk baxxa fil-prattika. Fejn l-impenn ta' valur minimu ta' istituzzjoni huwa limitat għal perċentwal tal-ammont li klijent kien investa oriġinarjament f'ishma jew unitajiet f'CIU (impenn ta' valur minimu b'ammont fiss) jew għal ammont li jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' indikaturi finanzjarji jew indiċi tas-suq sa ħin stabbilit, kwalunkwe differenza pożittiva bejn il-valur tal-ishma jew l-unitajiet tal-klijent u l-valur attwali tal-ammont garantit f'data partikolari tikkostitwixxi buffer u tnaqqas ir-riskju li l-istituzzjoni jkollha tħallas l-ammont garantit. Dawk ir-raġunijiet kollha jiġġustifikaw fattur tal-konverżjoni tal-kreditu mnaqqas.

(33)  Għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet ta' derivattivi taħt il-qafas tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 attwalment jagħti lill-istituzzjonijiet l-għażla bejn tliet approċċi standardizzati differenti: il-Metodu Standardizzat (SM), il-Metodu ta' Valwazzjoni Skont is-Suq (MtMM) u l-Metodu ta' Skopertura Oriġinali (OEM).

(34)  Dawk l-approċċi standardizzati madankollu ma jirrikonoxxux b'mod xieraq in-natura tat-tnaqqis tar-riskju tal-kollateral fl-iskoperturi. Il-kalibrazzjonijiet tagħhom huma skaduti u ma jirriflettux il-livell għoli ta' volatilità osservat matul il-kriżi finanzjarja. Lanqas ma jirrikonoxxu l-benefiċċji ta' netting b'mod xieraq. Biex jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet, il-BCBS iddeċieda li jissostitwixxi l-SM u l-MtMM b'approċċ standardizzat ġdid biex jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi għad-derivattivi, l-hekk imsejjaħ Approċċ Standardizzat għar-Riskju ta' Kreditu tal-Kontroparti (SA-CCR). Billi l-istandards internazzjonali riveduti introduċew approċċ standardizzat ġdid li huwa iktar adatt għall-ambjent ta' kklerjar ċentrali, il-liġi tal-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkorpora dawk l-istandards.

(35)  L-SA-CCR huwa iktar sensittiv għar-riskju mill-SM u l-MtMM u għalhekk għandu jwassal għal rekwiżiti ta' fondi proprji li jirriflettu aħjar ir-riskji relatati ma' tranżazzjonijiet tad-derivattivi tal-istituzzjonijiet. Fl-istess ħin, għal xi wħud mill-istituzzjonijiet li bħalissa jużaw l-MtMM, l-SA-CCR jista' jkun wisq kumpless u ta' piż biex jimplimentawh. Għall-istituzzjonijiet li jissodisfaw kriterji ta' eliġibbiltà predefiniti, u għal istituzzjonijiet li huma parti minn grupp li jissodisfa dawk il-kriterji fuq bażi konsolidata, jenħtieġ li tiġi introdotta verżjoni ssimplifikata tal-SA-CCR (l-"SA-CCR issimplifikat"). Billi tali verżjoni ssimplifikata ser tkun inqas sensittiva għar-riskju mill-SA-CCR, din għandha tiġi kkalibrata kif xieraq sabiex jiġi żgurat li ma tissottovalutax il-valur tal-iskopertura tat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi.

(36)  Għal istituzzjonijiet li għandhom skoperturi għad-derivattivi limitati ▌ u li bħalissa jużaw l-MtMM jew l-OEM, kemm l-SA-CCR kif ukoll l-SA-CCR issimplifikat jistgħu jkunu wisq kumplessi biex jiġu implimentati. Jenħtieġ għalhekk li l-OEM jiġi riservat bħala approċċ alternattiv għal dawk l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà predefiniti, u għal istituzzjonijiet li huma parti minn grupp li jissodisfa dawk il-kriterji fuq bażi konsolidata, iżda jenħtieġ li jiġi rivedut sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ewlenin tiegħu.

(37)  Biex l-istituzzjoni tiġi ggwidata fl-għażla tagħha ta' approċċi permessi għandhom jiġu introdotti kriterji ċari. Dawk il-kriterji għandhom ikunu bbażati fuq id-daqs tal-attivitajiet derivattivi ta' istituzzjoni li jindika l-grad ta' sofistikazzjoni li istituzzjoni għandha tkun kapaċi tikkonforma miegħu biex tikkalkula l-valur tal-iskopertura.

(38)  Matul il-kriżi finanzjarja, it-telf fil-portafoll tan-negozjar għal xi istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni kien sostanzjali. Għal xi wħud minnhom, il-livell ta' kapital meħtieġ kontra dak it-telf wera li ma kienx biżżejjed, u wassalhom biex ifittxu appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju. Dawk l-osservazzjonijiet wasslu lill-BCBS biex ineħħi għadd ta' dgħufijiet mit-trattament prudenzjali għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar li huma r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.

(39)  Fl-2009, l-ewwel sett ta' riformi ġie ffinalizzat fil-livell internazzjonali u ġie traspost fil-liġi tal-Unjoni permezz tad-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12). Madankollu, ir-riforma tal-2009 ma indirizzatx d-dgħufijiet strutturali tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istandards tar-riskju tas-suq. In-nuqqas ta' ċarezza dwar il-konfini bejn il-portafoll tan-negozjar u dak bankarju wassal għal opportunitajiet ta' arbitraġġ regolatorju filwaqt li n-nuqqas ta' sensittività għar-riskju tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ma ppermettiex li tiġi koperta l-firxa sħiħa ta' riskji li għalihom kienu esposti l-istituzzjonijiet.

(40)  Il-BCBS tat bidu għar-rieżami fundamentali tal-portafoll tan-negozjar (FRTB) biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tar-rekwiżiti għal fondi proprji għall-istandards tar-riskju tas-suq. Dik il-ħidma wasslet għall-pubblikazzjoni f'Jannar 2016 ta' qafas rivedut tar-riskji tas-suq. F'Diċembru 2017, il-Grupp tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali u l-Kapijiet tas-Superviżjoni qablu li jestendu d-data ta' implimentazzjoni tal-qafas rivedut tar-riskji tas-suq, sabiex jagħtu lill-istituzzjonijiet żmien addizzjonali biex jiżviluppaw l-infrastruttura tas-sistemi neċessarja iżda anke biex il-BCBS jindirizza ċerti kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-qafas. Dan jinkludi rieżami tal-kalibrazzjonijiet tal-approċċi mudell standardizzati u interni biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-aspettattivi oriġinali tal-BCBS. Hekk kif jiġi ffinalizzat dan ir-rieżami, u qabel ma titwettaq valutazzjoni tal-impatt biex jiġu vvalutati l-impatti fuq istituzzjonijiet fl-Unjoni tar-reviżjonijiet li jirriżultaw għall-qafas FRTB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet kollha li jkunu soġġetti għall-qafas FRTB fl-Unjoni jibdew jirrapportaw il-kalkoli derivati mill-approċċ standardizzat rivedut. Għal dak il-għan, sabiex tagħmel il-kalkoli għar-rekwiżiti ta' rappurtar kompletament operazzjonali f'konformità mal-iżviluppi internazzjonali, is-setgħa li jiġi adottat att f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta dak l-att delegat sal-31 ta' Diċembru 2019. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jibdew jirrappurtaw dak il-kalkolu mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni ta' dak l-att delegat. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li jiksbu approvazzjoni biex jużaw approċċ mudell intern rivedut tal-qafas FRTB għal finijiet ta' rappurtar jirrappurtaw ukoll il-kalkolu skont l-approċċ mudell intern tliet snin wara li jsir operazzjonali għalkollox.

(41)   Jenħtieġ li l-introduzzjoni ta' rekwiżiti ta' rappurtar għall-approċċi FRTB titqies bħala l-ewwel pass lejn l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas FRTB fl-Unjoni. B'kont meħud tar-reviżjonijiet finali tal-qafas FRTB imwettqa mill-BCBS, ir-riżultati tal-impatt ta' dawk ir-reviżjonijiet fuq l-istituzzjonijiet fl-Unjoni u fuq l-approċċi FRTB diġà stabbiliti f'dan ir-Regolament għal rekwiżiti ta' rappurtar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta, fejn xieraq, proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2020 dwar kif għandu jiġi implimentat il-qafas FRTB fl-Unjoni biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq.

(42)  Jenħtieġ li trattament proporzjonali għar-riskju tas-suq japplika wkoll għal istituzzjonijiet b'attivitajiet limitati fil-portafoll tan-negozjar, biex jippermetti iktar istituzzjonijiet b'attivitajiet żgħar ta' portafoll tan-negozjar li japplikaw il-qafas tar-riskju ta' kreditu għall-pożizzjonijiet tal-portafoll bankarju kif stabbilit taħt verżjoni riveduta tad-deroga għan-negozju żgħir fil-portafoll tan-negozjar. Jenħtieġ li jittieħed ukoll kont tal-prinċipju ta' proporzjonalità meta l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid kif l-istituzzjonijiet b'portafolli tan-negozjar ta' daqs medju għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-kalibrazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq għall-istituzzjonijiet b'portafoll tan-negozjar ta' daqs medju tiġi rieżaminata fid-dawl tal-iżviluppi fil-livell internazzjonali. Sadanittant, istituzzjonijiet b'portafoll tan-negozjar ta' daqs medju, kif ukoll istituzzjonijiet b'portafoll tan-negozjar ta' daqs żgħir, jenħtieġ li jiġu eżentati mir-rekwiżiti ta' rappurtar taħt l-FRTB.

(43)  Il-qafas ta' skoperturi kbar għandu jissaħħaħ biex tittejjeb il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jassorbu t-telf u biex ikun hemm konformità aħjar mal-istandards internazzjonali. Għal dak il-għan, kwalità ogħla ta' kapital għandha tintuża bħala l-bażi kapitali għall-kalkolu tal-limitu ta' skoperturi kbar u l-iskoperturi għal derivattivi tal-kreditu għandhom jiġu kkalkulati f'konformità mal-SA-CCR. Barra minn hekk, il-limitu fuq l-iskoperturi li l-G-SIIs jista' jkollhom għal G-SIIs oħra għandu jitbaxxa biex jonqsu r-riskji sistemiċi relatati ma' interkonnessjonijiet bejn istituzzjonijiet kbar u l-impatt li l-inadempjenza tal-kontroparti tal-G-SIIs jista' jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja.

(44)  Filwaqt li l-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità (LCR) jiżgura li l-istituzzjonijiet ser ikunu kapaċi jifilħu għal stress qawwi fuq żmien qasir, ma jiżgurax li dawk l-istituzzjonijiet ser ikollhom struttura ta' finanzjament stabbli fuq perijodu ta' żmien itwal. Għalhekk qed jidher biċ-ċar li għandu jiġi żviluppat rekwiżit iddettaljat vinkolanti ta' finanzjament stabbli fil-livell tal-Unjoni li għandu jiġi ssodisfat il-ħin kollu bil-għan li jiġu evitati diskrepanzi fil-maturità eċċessivi bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet u dipendenza żejda fuq finanzjament tal-operaturi fuq żmien qasir.

(45)  B'konsistenza mal-istandard tal-finanzjament stabbli tal-BCBS, għalhekk, jenħtieġ li jiġu adottati regoli biex jiddefinixxu r-rekwiżit ta' finanzjament stabbli bħala proporzjon tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli tal-istituzzjoni għall-ammont tagħha ta' finanzjament stabbli meħtieġ fuq perijodu ta' sena. Dak ▌ ir-rekwiżit vinkolanti jenħtieġ li jissejjaħ ir-rekwiżit ta' ffinanzjar stabbli nett (NSFR). L-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jiġi kkalkulat billi jiġu mmultiplikati l-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji tal-istituzzjoni b'fatturi xierqa li jirriflettu l-grad ta' affidabbiltà tagħhom fuq il-perijodu ta' sena tal-NSFR. L-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jiġi kkalkulat billi jiġu mmultiplikati l-assi u l-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni b'fatturi xierqa li jirriflettu l-karatteristiċi tal-likwidità tagħhom u l-maturitajiet residwi fuq il-perijodu ta' sena tal-NSFR.

(46)  L-NSFR għandu jiġi espress bħala perċentwal u jiġi stabbilit f'livell minimu ta' 100 %, li jindika li istituzzjoni għandha biżżejjed finanzjament stabbli biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' finanzjament tagħha fuq perijodu ta' sena taħt kondizzjonijiet kemm normali kif ukoll ta' stress. Jekk l-NSFR tagħha jaqa' taħt il-livell ta' 100 %, l-istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-restawr f'waqtu tal-NSFR tagħha għal-livell minimu. L-applikazzjoni tal-miżuri superviżorji fil-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit tal-NSFR jenħtieġ li ma tkunx awtomatika ▌. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ minflok li jivvalutaw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit tal-NSFR qabel ma jiġu definiti l-miżuri superviżorji potenzjali.

(47)  Skont ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-ABE fir-rapport tagħha tal-15 ta' Diċembru 2015, dwar ir-rekwiżiti ta' finanzjament stabbli nett skont l-Artikolu 510 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-regoli għall-kalkolu tal-NSFR għandhom jiġu allinjati mill-qrib mal-istandards tal-BCBS, inkluż żviluppi f'dawk l-istandards rigward it-trattament ta' tranżazzjonijiet derivattivi. Il-ħtieġa li jitqiesu xi speċifiċitajiet Ewropej biex jiġi żgurat li r-rekwiżit tal-NSFR ma jfixkilx il-finanzjament tal-ekonomija reali Ewropea madankollu tiġġustifika l-adozzjoni ta' xi aġġustamenti għall-NSFR żviluppati mill-BCBS għad-definizzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR Ewropew. Dawk l-aġġustamenti minħabba l-kuntest Ewropew huma rakkomandati mill-ABE u jirrelataw prinċipalment għal trattamenti speċifiċi għal mudelli pass-through b'mod ġenerali u l-ħruġ ta' bonds koperti b'mod partikolari; attivitajiet ta' finanzjament tal-kummerċ; tfaddil regolat ċentralizzat; self garantit residenzjali; ▌ unjonijiet tal-kreditu; is-CCPs u d-depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) li ma jwettqu l-ebda trasformazzjoni sinifikanti tal-maturità. Dawk it-trattamenti speċifiċi proposti jirriflettu b'mod wiesa' t-trattament preferenzjali mogħti lil dawk l-attivitajiet fl-LCR Ewropew meta mqabbel mal-LCR żviluppat mill-BCBS. Billi l-NSFR jikkomplementa l-LCR, dawk iż-żewġ proporzjonijiet għandhom ikunu konsistenti fid-definizzjoni u fil-kalibrazzjoni tagħhom. Dan huwa b'mod partikolari l-każ għal fatturi tal-finanzjament stabbli meħtieġ applikati għal assi likwidi ta' kwalità għolja tal-LCR għall-kalkolu tal-NSFR li jenħtieġ li jirriflettu d-definizzjonijiet u l-haircuts tal-LCR Ewropew, irrispettivament mill-konformità mar-rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti għall-kalkolu tal-LCR li mhumiex xierqa fil-perijodu ta' żmien ta' sena tal-kalkolu tal-NSFR.

(48)  Lil hinn mill-ispeċifiċitajiet Ewropej, it-trattament ▌ ta' tranżazzjonijiet derivattivi fl-NSFR żviluppati mill-BCBS jista' jkollu impatt importanti fuq l-attivitajiet derivattivi tal-istituzzjonijiet u, konsegwentement, fuq is-swieq finanzjarji Ewropej u fuq l-aċċess għal xi operazzjonijiet għall-utenti finali. It-tranżazzjonijiet derivattivi u xi tranżazzjonijiet interkonnessi, inkluż attivitajiet ta' kklerjar, jistgħu jiġu milquta indebitament u b'mod sproporzjonat mill-introduzzjoni tal-NSFR żviluppati mill-BCBS mingħajr ma jkunu ġew soġġetti għal studji tal-impatt kwantitattivi estensivi u konsultazzjoni pubblika. Ir-rekwiżit addizzjonali biex jinżamm bejn 5 % u 20 % ta' finanzjament stabbli kontra obbligazzjonijiet derivattivi gross huwa ġeneralment meqjus bħala miżura mhux preċiża li tindividwa r-riskji ta' finanzjament addizzjonali relatati maż-żieda potenzjali ta' obbligazzjonijiet derivattivi fuq perijodu ta' sena u huwa soġġett għal rieżami fil-livell tal-BCBS. Dak ir-rekwiżit, imdaħħal f'livell ta' 5 % f'konformità mad-diskrezzjoni li tħalliet f'idejn il-ġurisdizzjonijiet mill-BCBS biex jitnaqqas il-fattur tal-finanzjament stabbli meħtieġ fuq obbligazzjonijiet derivattivi gross, jista' mbagħad jiġi emendat biex jieħu kont tal-iżviluppi fil-livell tal-BCBS u biex jevita konsegwenzi possibbli mhux intenzjonati bħat-tfixkil tal-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji Ewropej u l-forniment ta' għodda għall-hedging tar-riskju lil istituzzjonijiet u utenti finali, inkluż kumpanniji, biex jiġi żgurat il-finanzjament tagħhom bħala objettiv tal-unjoni tas-swieq kapitali.

(49)  It-trattament asimetriku tal-BCBS tal-finanzjament fuq żmien qasir, bħar-riakkwisti (il-finanzjament stabbli mhux rikonoxxut) u s-self fuq żmien qasir, bħar-riakkwisti inversi (xi finanzjament stabbli meħtieġ – 10 % jekk kollateralizzat b'assi likwidi ta' kwalità għolja ta' livell 1 (HQLA) kif iddefiniti f'LCR u 15 % għal tranżazzjonijiet oħra) għal klijenti finanzjarji huwa maħsub biex jiskoraġġixxi r-rabtiet estensivi ta' finanzjament fuq żmien qasir bejn klijenti finanzjarji peress li tali rabtiet huma sors ta' interkonnessjoni u jagħmluha iktar diffiċli li istituzzjoni partikolari tiġi riżolta mingħajr kontaġju tar-riskju għall-bqija tas-sistema finanzjarja fil-każ ta' falliment. Madankollu, il-kalibrazzjoni tal-asimetrija hija konservattiva ▌ u tista' taffettwa l-likwidità tat-titoli normalment użati bħala kollateral fi tranżazzjonijiet fuq medda qasira ta' żmien, b'mod partikolari l-bonds sovrani, billi l-istituzzjonijiet probabbilment inaqqsu l-volum tal-operazzjonijiet tagħhom fuq is-swieq ta' riakkwist. Tista' wkoll timmina l-attivitajiet ta' ġenerazzjoni tas-suq, għaliex is-swieq ta' riakkwist jiffaċilitaw il-ġestjoni tal-inventarju meħtieġ, biex b'hekk jikkontradixxu l-objettivi tal-unjoni tas-swieq kapitali. Sabiex jippermetti biżżejjed ħin għall-istituzzjonijiet biex jadattaw progressivament għal dik il-kalibrazzjoni konservattiva, jenħtieġ li jiġi introdott perijodu ta' tranżizzjoni, li matulu l-fatturi tal-finanzjament stabbli meħtieġ jitnaqqsu temporanjament. Id-daqs tat-tnaqqis temporanju fil-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa jenħtieġ li jiddependi fuq it-tipi ta' tranżazzjonijiet u fuq it-tip ta' kollateral użat f'dawk it-tranżazzjonijiet.

(50)  Minbarra r-rikalibrazzjoni temporanja tal-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ tal-BCBS li japplika għal tranżazzjonijiet ta' riakkwisti inversi fuq perijodu qasir ma' klijenti finanzjarji assigurati b'bonds sovrani ▌, xi aġġustamenti oħra wrew li kienu meħtieġa biex jiżguraw li l-introduzzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR ma tfixkilx il-likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani. Il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ tal-BCBS ta' 5 % li japplika għall-HQLA ta' livell 1, inkluż il-bonds sovrani, jimplika li istituzzjonijiet ikollhom iżommu finanzjament mhux assigurat fit-tul disponibbli faċilment f'tali perċentwal irrispettivament miż-żmien li matulu jistennew li jżommu dawn il-bonds sovrani. Dan jista' potenzjalment jinċentiva iktar lill-istituzzjonijiet jiddepożitaw flus f'banek ċentrali iktar milli jaġixxu ta' negozjanti primarji u jipprovdu likwidità fis-swieq tal-bonds sovrani. Barra minn hekk, mhuwiex konsistenti mal-LCR li jirrikonoxxi l-likwidità sħiħa ta' dawk l-assi anke fi żmien ta' pressjoni qawwija fuq il-likwidità (haircut ta' 0 %). Il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ tal-HQLA ta' livell 1 kif iddefinit f'LCR Ewropew, bl-eċċezzjoni ta' bonds koperti ta' kwalità estremament għolja, għandu għalhekk jitnaqqas minn 5 % għal 0 %.

(51)  Barra minn hekk, l-HQLA ta' livell 1 kollha kif iddefiniti f'LCR Ewropew, bl-eċċezzjoni ta' bonds koperti ta' kwalità estremament għolja, riċevuti bħala marġnijiet ta' varjazzjoni f'kuntratti tad-derivattivi jenħtieġ li jpattu għall-assi derivattivi filwaqt li l-NSFR żviluppat mill-BCBS jaċċetta biss il-flus biex jirrispetta l-kondizzjonijiet tal-qafas ta' lieva finanzjarja għall-kumpens ta' assi derivattivi. Dak ir-rikonoxximent usa' ta' assi riċevuti bħala marġnijiet ta' varjazzjoni ser jikkontribwixxi għal-likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani, biex jiġi evitat li jiġu ppenalizzati l-utenti finali li jżommu ammonti kbar ta' bonds sovrani iżda ftit flus (bħal fondi ta' pensjoni) u biex jiġi evitat li jiżdiedu tensjonijiet addizzjonali fuq id-domanda għall-flus fis-swieq ta' riakkwist.

(52)  Ir-rekwiżit tal-NSFR għandu japplika għal istituzzjonijiet kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jirrinunzjawx għall-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR fuq bażi individwali. Meta l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR fuq bażi individwali ma tkunx ġiet irrinunzjata, it-tranżazzjonijiet bejn żewġ istituzzjonijiet li jappartjenu għall-istess grupp jew għall-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali għandhom fil-prinċipju jirċievu fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli b'mod simmetriku u meħtieġa biex jevitaw it-telf ta' finanzjament fis-suq intern u biex ma jimpedixxux il-ġestjoni tal-likwidità effettiva fi gruppi Ewropej fejn il-likwidità hija ġestita b'mod ċentrali. Dawn it-trattamenti simmetriċi preferenzjali għandhom jingħataw biss lil tranżazzjonijiet intragrupp fejn is-salvagwardji kollha meħtieġa jkunu f'posthom, abbażi ta' kriterji addizzjonali għal tranżazzjonijiet transfruntiera, u biss bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti involuti għaliex ma jistax jiġi preżunt li l-istituzzjonijiet li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet biex jilħqu l-obbligi tal-ħlas tagħhom ser jirċievu dejjem l-appoġġ ta' finanzjament minn impriżi oħra li jappartjenu għall-istess grupp jew għall-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali.

(53)   L-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li japplikaw verżjoni ssimplifikata tar-rekwiżit tal-NSFR. Jenħtieġ li verżjoni simplifikata u inqas granulari tal-NSFR tinvolvi l-ġbir ta' għadd limitat ta' punti tad-data, tnaqqas il-kumplessità tal-kalkolu għal dawk l-istituzzjonijiet f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li tiżgura li dawk l-istituzzjonijiet għad għandhom biżżejjed fattur ta' finanzjament stabbli permezz ta' kalibrazzjoni li jenħtieġ li tkun konservattiva tal-inqas daqs dak ir-rekwiżit tal-NSFR komplet. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi japplikaw ir-rekwiżit tal-NSFR komplet minflok il-verżjoni simplifikata.

(54)  Il-konsolidazzjoni ta' sussidjarji f'pajjiżi terzi għandha tqis kif xieraq ir-rekwiżiti tal-finanzjament stabbli applikabbli f'dawk il-pajjiżi. Għaldaqstant, ir-regoli ta' konsolidazzjoni fl-Unjoni ma għandhomx jintroduċu trattament iktar favorevoli għall-finanzjament stabbli disponibbli u meħtieġ f'sussidjarji ta' pajjiżi terzi mit-trattament li huwa disponibbli skont il-liġi nazzjonali ta' dawk il-pajjiżi terzi.

(55)  L-istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-munita tar-rappurtar l-NSFR dettaljat vinkolanti għall-elementi kollha u b'mod separat għal elementi ddenominati f'kull munita sinifikanti biex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq tal-ispariġġi possibbli fil-muniti. Ir-rekwiżit tal-NSFR ma għandux jissoġġetta lill-istituzzjonijiet għal ebda rekwiżit ta' rappurtar doppju jew għal rekwiżiti ta' rappurtar mhux konformi mar-regoli fis-seħħ u l-istituzzjonijiet għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jitħejjew għad-dħul fis-seħħ ta' rekwiżiti ġodda ta' rappurtar.

(56)  Peress li l-għoti ta' informazzjoni sinifikanti u komparabbli għas-suq dwar metriċi ta' riskji ewlenin komuni tal-istituzzjonijiet huwa prinċipju fundamentali ta' sistema bankarja soda, huwa essenzjali li titnaqqas l-asimetrija tal-informazzjoni kemm jista' jkun u tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà tal-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fi ħdan il-ġurisdizzjonijiet u bejniethom. Il-BCBS ippubblika l-istandards dwar id-divulgazzjonijiet riveduti tal-Pilastru 3 f'Jannar 2015 sabiex tittejjeb il-komparabbiltà, il-kwalità u l-konsistenza tad-divulgazzjonijiet regolatorji tal-istituzzjonijiet għas-suq. Huwa xieraq, għalhekk, li jiġu emendati r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni eżistenti biex jiġu implimentati dawk l-istandards internazzjonali l-ġodda.

(57)  Dawk li wieġbu għas-Sejħa tal-Kummissjoni għal evidenza dwar il-qafas regolatorju tal-UE għas-servizzi finanzjarji kkunsidraw ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni attwali bħala sproporzjonati u ta' piż għal istituzzjonijiet iżgħar. Mingħajr preġudizzju għal allinjament tal-iskoperturi iktar mill-qrib ma' standards internazzjonali, istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jipproduċu divulgazzjonijiet inqas frekwenti u dettaljati mill-pari ikbar minnhom, u b'hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv li huma soġġetti għalih.

(58)   Għandhom isiru xi kjarifiki dwar id-divulgazzjonijiet tar-remunerazzjoni. Ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni li jirrigwardaw ir-rimunerazzjoni kif stabbilita f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu kompatibbli mal-għanijiet tar-regoli tar-rimunerazzjoni, prinċipalment sabiex jiġu stabbiliti u jinżammu, għal kategoriji tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjonijiet, politiki u prattiki ta' rimunerazzjoni li jkunu konsistenti mal-ġestjoni effikaċi tar-riskji. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn deroga minn ċerti regoli dwar ir-remunerazzjoni għandhom ikunu meħtieġa jiddivulgaw informazzjoni li tikkonċerna din id-deroga.

(59)  L-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) huma wieħed mill-pilastri tal-ekonomija tal-Unjoni hekk kif għandhom rwol fundamentali fil-ħolqien tat-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi. Minħabba l-fatt li l-SMEs għandhom riskju sistematiku iktar baxx minn kumpanniji ikbar, ir-rekwiżiti kapitali għall-iskoperturi tal-SMEs għandhom ikunu iktar baxxi minn dawk għal kumpanniji kbar biex jiġi żgurat il-finanzjament bankarju ottimali tal-SMEs. Attwalment, skoperturi tal-SMEs sa EUR 1,5 miljun huma soġġetti għal tnaqqis ta' 23,81 % fl-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju. Billi l-livell limitu ta' EUR 1,5 miljun għal skopertura tal-SMEs mhuwiex indikattiv ta' tibdil fir-riskju ta' SME, it-tnaqqis fir-rekwiżiti kapitali jenħtieġ li jiġi estiż għal skoperturi tal-SMEs ▌sa EUR 2,5 miljun u ▌l-parti tal-iskopertura tal-SME li taqbeż EUR 2,5 miljun jenħtieġ li tkun soġġetta għal tnaqqis ta' 15 % f'rekwiżiti ta' kapital.

(60)  L-investimenti fl-infrastruttura huma essenzjali biex isaħħu l-kompetittività tal-Ewropa u biex jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi. L-irkupru u t-tkabbir futur tal-ekonomija tal-Unjoni jiddependu ħafna mid-disponibbiltà ta' kapital għal investimenti strateġiċi ta' sinifikat Ewropew fl-infrastruttura, b'mod partikolari fin-netwerks tal-broadband u tal-enerġija, kif ukoll fl-infrastruttura tat-trasport inkluż l-elettromobbiltà tal-infrastruttura, b'mod partikolari f'ċentri industrijali; l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni; u l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa għandu l-għan li jippromwovi finanzjament addizzjonali għal proġetti ta' infrastruttura vijabbli, fost l-oħrajn, permezz tal-mobilizzazzjoni ta' sorsi ta' finanzjament privati addizzjonali. Għal għadd ta' investituri potenzjali, it-tħassib prinċipali huwa l-perċezzjoni ta' nuqqas ta' proġetti vijabbli u l-kapaċità limitata li jiġi evalwat kif xieraq ir-riskju minħabba n-natura kumplessa intrinsika tagħhom.

(61)  Sabiex jiġu inkoraġġuti l-investimenti privati u pubbliċi fi proġetti tal-infrastruttura huwa essenzjali li jiġi stabbilit ambjent regolatorju li jkun kapaċi jippromwovi proġetti ta' infrastruttura ta' kwalità għolja u jitnaqqsu r-riskji għall-investituri. B'mod partikolari, r-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal proġetti tal-infrastruttura għandhom jitnaqqsu, sakemm ikunu jikkonformaw ma' sett ta' kriterji li kapaċi jnaqqsu l-profil tar-riskju tagħhom u jsaħħu l-prevedibbiltà tal-flussi tal-flus. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi d-dispożizzjoni dwar il-proġetti infrastrutturali ta' kwalità għolja sabiex tivvaluta: l-impatt tagħha fuq il-volum ta' investimenti fl-infrastruttura mill-istituzzjonijiet u l-kwalità ta' investimenti billi jitqiesu l-objettivi tal-Unjoni li nimxu lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u ċirkolari; u l-adegwatezza tagħha mil-lat prudenzjali. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll jekk il-kamp ta' applikazzjoni u dawk id-dispożizzjonijiet għandhomx jiġu estiżi għal investimenti fl-infrastruttura minn kumpanniji.

(62)   Kif rakkomandat mill-ABE, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) u l-Bank Ċentrali Ewropew, is-CCPs, minħabba l-mudell ta' negozju distint tagħhom, jenħtieġ li jkunu eżentati mir-rekwiżit tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja, għax huma meħtieġa jiksbu liċenzja bankarja sempliċement sabiex jiġu mogħtija aċċess għall-faċilitajiet ta' bank ċentrali matul il-lejl u biex jissodisfaw ir-rwoli tagħhom bħala mezzi ewlenin biex jinkisbu l-objettivi politiċi u regolatorji importanti fis-settur finanzjarju.

(63)   Barra minn hekk, skoperturi ta' CSDs awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta' kreditu u skoperturi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu deżinjati skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), bħal bilanċi ta' flus li jirriżultaw mill-forniment ta' kontijiet ta' flus kontanti lil, u l-aċċettazzjoni ta' depożiti minn, parteċipanti f'sistema ta' saldu tat-titoli u detenturi ta' kontijiet ta' titoli, jenħtieġ li jkunu esklużi mill-miżura ta' skopertura totali peress li dawn ma joħolqux riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv hekk kif dawk l-bilanċi tal-flus huma użati biss għall-fini ta' saldu ta' tranżazzjoni f'sistemi ta' saldu tat-titoli.

(64)   Minħabba li l-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fid-Direttiva 2013/36/UE hija mira tal-kapital li tirrifletti l-aspettattivi superviżorji, din tenħtieġ li ma tkunx soġġetta għal divulgazzjoni obbligatorja jew għal projbizzjoni ta' divulgazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew dik id-Direttiva.

(65)  Sabiex tiġi żgurata definizzjoni xierqa ta' xi dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u biex jitqiesu l-iżviluppi possibbli fil-livell internazzjonali, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni: fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' prodotti jew servizzi li l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom jistgħu jitqiesu bħala interdipendenti; fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' banek ta' żvilupp multilaterali; fir-rigward tal-emendar tar-rekwiżiti dwar ir-rappurtar tar-riskju tas-suq; u fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta' rekwiżiti ta' likwidata addizzjonali. Qabel l-adozzjoni ta' dawk l-atti, huwa ta' importanza partikolari li, matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(15). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(66)  Standards tekniċi jenħtieġ li jiżguraw l-armonizzazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Bħala entità b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, jenħtieġ li l-ABE tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta' politika, li jiġu sottomessi lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li jiġu żviluppati standards tekniċi regolatorji fl-oqsma ta' konsolidazzjoni prudenzjali, fondi proprji, TLAC, it-trattament ta' skoperturi garantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli, investiment ta' ekwità f'fondi, il-kalkolu tat-telf li jirriżulta mill-inadempjenzi skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni għar-riskju tal-kreditu, ir-riskju tas-suq, l-iskoperturi kbar u l-likwidità. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Il-Kummissjoni u l-ABE jenħtieġ li jiżguraw li dawk l-istandards u r-rekwiżiti jkunu jistgħu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati b'mod li jkun proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità ta' dawk l-istituzzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom.

(67)  Biex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà tad-divulgazzjonijiet, l-ABE jenħtieġ li tingħata l-mandat biex tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudelli ta' divulgazzjoni standardizzati li jkopru r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni sostanzjali kollha stabbiliti fir-Regolament (UE) 575/2013. Meta jiġu żviluppati dawk l-istandards, l-ABE jenħtieġ li tqis id-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjonijiet, kif ukoll in-natura u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom. L-ABE jenħtieġ li tirrapporta dwar fejn tista' tittejjeb il-proporzjonalità tal-pakkett ta' rappurtar superviżorju tal-Unjoni f'termini ta' ambitu, granularità jew frekwenza u għandha mill-inqas tfassal rakkomandazzjonijiet konkreti, bħal kif l-ispejjeż tal-konformità għall-istituzzjonijiet żgħar jistgħu jitnaqqsu idealment b'20 % jew iktar u b'mill-inqas 10 % permezz ta' simplifikazzjoni xierqa tar-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-ABE tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li għandhom jakkumpanjaw dak ir-rapport. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(68)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-istituzzjonijiet mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE, kif ukoll mal-istandards tekniċi regolatorji, li jimplimentaw l-istandards tekniċi, il-linji gwida u l-mudelli adottati biex jiġu implimentati dawk ir-regoli, l-ABE għandha tiżviluppa għodda tal-IT immirata biex tiggwida lill-istituzzjonijiet fir-rigward tad-dispożizzjonijiet, l-istandards, il-linji gwida u l-mudelli rilevanti fir-rigward tad-daqs tagħhom u tal-mudell ta' negozju.

(69)   Minbarra r-rapport dwar tnaqqis possibbli fl-ispiża, sa … [tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] l-ABE jenħtieġ li – f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti kollha, jiġifieri dawk l-awtoritajiet li huma responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali, l-iskemi ta' riżoluzzjoni u ta' garanzija tad-depożiti u b'mod partikolari s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) – tħejji rapport ta' fattibbiltà fir-rigward tal-iżvilupp ta' sistema konsistenti u integrata għall-ġbir ta' data statistika, ta' data ta' riżoluzzjoni u data prudenzjali. B'kont meħud tal-ħidma preċedenti tas-SEBĊ dwar il-ġbir tad-data integrata, dak ir-rapport jenħtieġ li jipprovdi analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji fir-rigward tal-ħolqien ta' punt tal-ġbir tad-data ċentrali għal sistema ta' rappurtar tad-data integrata fir-rigward ta' data statistika u regolatorja għall-istituzzjonijiet kollha li jinsabu fl-Unjoni. Sistema bħal din jenħtieġ li, fost affarijiet oħra, tuża definizzjonijiet u standards konsistenti għad-data li għandha tinġabar, u tiggarantixxi skambju ta' informazzjoni affidabbli u permanenti bejn l-awtoritajiet kompetenti biex b'hekk tkun żgurata konfidenzjalità stretta tad-data miġbura, awtentikazzjoni b'saħħitha u ġestjoni tad-dritt ta' aċċess għas-sistema kif ukoll għaċ-ċibersigurtà. Permezz taċ-ċentralizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tax-xenarju tar-rappurtar Ewropew, l-għan huwa li jiġu evitati talbiet multipli ta' data simili jew identika minn awtoritajiet differenti u b'hekk jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji, kemm għall-awtoritajiet kompetenti kif ukoll għall-istituzzjonijiet. Jekk ikun xieraq, u b'kont meħud tar-rapport ta' fattibbiltà mill-ABE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(70)   L-awtoritajiet kompetenti jew iddeżinjati rilevanti għandu jkollhom l-għan li jevitaw kwalunkwe forma ta' użu duplikat jew inkonsistenti tas-setgħat makroprudenzjali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jew iddeżinjati rilevanti jenħtieġ li jikkunsidraw kif xieraq jekk il-miżuri li jieħdu skont l-Artikoli 124, 164 jew 458 tar-Regolament (UE) 575/2013 jidduplikawx jew humiex inkonsistenti ma' miżuri oħra eżistenti jew li jmiss skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(71)  Fid-dawl tal-emendi għat-trattament tal-iskoperturi għal QCCPs, b'mod speċifiku għat-trattament tal-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet għall-fondi ta' inadempjenza tal-QCCPs, stipulati f'dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012(16) li ġew introdotti fih mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jiddefinixxu b'mod ċar il-kalkolu tal-kapital ipotetiku tas-CCPs li mbagħad jintuża mill-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(72)  Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu rafforzati u elaborati atti legali tal-Unjoni diġa’ eżistenti li jiżguraw rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għall-istituzzjonijiet madwar l-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(73)  Sabiex jiġi permess ċessjoni ordnata mill-holdings tal-assigurazzjoni li ma humiex soġġetti għal superviżjoni supplimentari, jenħtieġ li tiġi applikata verżjoni emendata tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-rigward tal-eżenzjoni mit-tnaqqis tal-holdings ta’ ekwita’ fil-kumpanniji tal-assigurazzjoni, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2019.

(74)  Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendar tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat kif ġej:

(1)  L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"Artikolu 1

Il-Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw rekwiżiti prudenzjali ġenerali li l-istituzzjonijiet, il-kumpanniji holding finanzjarji u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta sorveljati skont id-Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw magħhom fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

   (a) rekwiżiti ta' fondi proprji li jirrelataw ma' elementi totalment kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta' riskju tal-kreditu, riskju tas-suq, riskju operazzjonali ▌, riskju tas-saldu u lieva finanzjarja;
   (b) rekwiżiti li jillimitaw skoperturi kbar;
   (c) rekwiżiti tal-likwidità li jirrelataw ma' elementi totalment kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta'r-riskju tal-likwidità;
   (d) rekwiżiti ta' rappurtar li jirrelataw mal-punti (a), (b) u (c);
   (e) rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma istituzzjonijiet globali sistematikament importanti (G‑SIIs) jew parti minn G-SIIs u sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE għandhom jikkonformaw magħhom.

Dan ir-Regolament ma jirregolax ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet kif stipulat fid-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 2

Setgħat superviżorji

   1. Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE u f'dan ir-Regolament.
   2. Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u f'dan ir-Regolament.
   3. Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw.
   4. Għall-finijiet li tiġi żgurata l-konformità fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni stabbilit bl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, u l-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-kompiti kkonferiti lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013*** għandhom jiżguraw l-iskambju regolari u affidabbli ta' informazzjoni rilevanti.

__________________

*Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

** Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

*** Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).";

"

(2)  L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(i)  il-punt (7) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(7) "impriża ta' investiment kollettiv" jew "CIU" tfisser UCITS kif definita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* jew fond ta' investiment alternattiv (AIF) kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

__________________

*Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

** Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).";

"

(ii)  il-punt (20) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(20) "kumpannija holding finanzjarja" tfisser istituzzjoni finanzjarja, is-sussidjarji li huma esklużivament jew prinċipalment istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji, u li mhijiex kumpannija holding finanzjarja mħallta; is-sussidjarji ta' istituzzjoni finanzjarja fejn tal-inqas waħda minnhom tkun istituzzjoni u fejn iktar minn 50 % tal-ekwità tal-istituzzjoni finanzjarja, assi konsolidati, dħul, persunal jew indikatur ieħor tal-istituzzjoni finanzjarja ▌ ikkunsidrat rilevanti mill-awtorità kompetenti huma assoċjati ma' sussidjarji li huma istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji;";

"

(iii)  il-punt (26) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(26) "istituzzjoni finanzjarja" tfisser impriża għajr istituzzjoni u għajr kumpannija holding industrijali pura, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta' holdings jew li ssegwi attività waħda jew iktar minn dawk elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15 tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż kumpannija holding finanzjarja, kumpannija holding finanzjarja mħallta, istituzzjoni ta' pagament kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, u kumpannija ta' ġestjoni tal-assi, iżda esklużi kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u kumpanniji holding tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definiti, rispettivament, fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

__________________

* Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE, 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2007, p. 35).";

"

(iv)   il-punt (28) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(28) "istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru" tfisser istituzzjoni fi Stat Membru li jkollha istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari bħala sussidjarja jew li jkollha sehem f'istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari, u li ma tkunx hija stess sussidjarja ta' istituzzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru";

"

(v)   jiddaħħlu l-punti li ġejjin:"

"(29a) "ditta ta' investiment prinċipali fi Stat Membru" tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija ditta ta' investiment;

   (29b) "ditta ta' investiment prinċipali tal-UE" tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE li hija ditta ta' investiment;
   (29c) "istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru" tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija istituzzjoni ta' kreditu;
   (29d) "istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE" tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE li hija istituzzjoni ta' kreditu;";

"

(vi)  fil-punt (39), jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"Żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iktar li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) minħabba l-iskopertura diretta tagħhom għall-istess CCP għall-finijiet tal-attivitajiet ta' kklerjar mhumiex meqjusa li jikkostitwixxu grupp ta' klijenti relatati;";

"

(vii)   il-punt (41) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(41) "superviżur tal-konsolidazzjoni" tfisser awtorità kompetenti responsabbli mill-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE;";

"

(viii)  fil-punt (71), il-frażi introduttorja fil-punt (b) tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"(b) għall-finijiet tal-Artikolu 97 tfisser is-somma ta' dawn li ġejjin:";

"

(ix)  fil-punt (72), il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

''(a) huwa suq regolat jew suq ta' pajjiż terz li huwa meqjus ekwivalenti għal suq regolat skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

__________________

* Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).";

"

(x)  il-punt (86) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(86) "portafoll tan-negozjar" tfisser il-pożizzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji u fil-komoditajiet miżmuma minn istituzzjoni bil-ħsieb ta' negozju jew biex tiħħeġġja l-pożizzjonijiet miżmuma bil-ħsieb ▌ ta' negozju f'konformità mal-Artikolu 104 ▌;";

"

(xi)  il-punt (91) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(91) "skopertura ta' negozju" tfisser skopertura attwali, inkluż marġini ta' varjazzjoni dovut lill-membru tal-ikklerjar iżda li għadha ma ġietx riċevuta, u kwalunkwe skopertura potenzjali futura ta' membru tal-ikklerjar jew klijent, lil CCP li tirriżulta minn kuntratti u tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 301(1), kif ukoll marġni inizjali;";

"

(xii)  il-punt (96) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(96) "ħeġġ intern" tfisser pożizzjoni li materjalment tikkumpensa l-elementi tar-riskju tal-komponent bejn pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar u pożizzjoni waħda jew iktar tal-portafoll mhux tan-negozjar jew bejn żewġ postijiet tan-negozjar;";

"

(xiii)   fil-punt (127), il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) l-istituzzjonijiet jaqgħu fi ħdan l-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 113(7) jew huma affiljati b'mod permanenti ma' netwerk f'korp ċentrali;";

"

(xiv)   il-punt (128) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(128) "elementi distribwibbli" tfisser l-ammont tal-profitti fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja flimkien ma kwalunkwe profitt riportat għas-sena ta' wara u riżervi disponibbli għal dak l-għan, qabel id-distribuzzjonijiet lil detenturi ta' strumenti ta' fondi proprji, bit-tnaqqis ta' kwalunkwe telf riportat għas-sena ta' wara, kwalunkwe profitt mhux distribwibbli skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali jew il-liġi sekondarja tal-istituzzjoni u kwalunkwe somma li tqiegħdet f'riżervi mhux distribwibbli f'konformità mal-liġi nazzjonali jew l-istatuti tal-istituzzjoni, f'kull każ fir-rigward ta' kategorija speċifika ta' strumenti ta' fondi proprji, li għaliha japplikaw il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, il-liġijiet sekondarji tal-istituzzjonijiet, jew l-istatuti; tali profitti, telf u riżervi ddeterminati abbażi tal-kontijiet individwali tal-istituzzjoni u mhux abbażi tal-kontijiet ikkonsolidata;";

"

(xv)  jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(130) ''awtorità ta' riżoluzzjoni'' tfisser awtorità ta' riżoluzzjoni kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

   (131) "entità ta' riżoluzzjoni" tfisser entità ta' riżoluzzjoni kif definita fil-punt (83a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
   (132) "grupp ta' riżoluzzjoni" tfisser grupp ta' riżoluzzjoni kif definit fil-punt (83b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
   (133) "istituzzjoni globali sistemikament importanti" jew "G-SII" tfisser G-SII li tkun ġiet identifikata skont l-Artikolu 131(1) u (2) tad-Direttiva 2013/36/UE;
   (134) "istituzzjoni globali sistemikament importanti mhux tal-UE" jew "G-SII mhux tal-UE" tfisser grupp bankarju globali sistematikament importanti jew bank (G-SIBs) li mhuwiex G-SIIs u li huwa inkluż fil-lista ta' G-SIBs ippubblikata mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, kif aġġornata b'mod regolari;
   (135) "sussidjarja materjali" tfisser sussidjarja li fuq bażi individwali jew konsolidata tissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
   (a) is-sussidjarja għandha iktar minn 5 % tal-assi konsolidati ponderati għar-riskju tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;
   (b) is-sussidjarja tiġġenera iktar minn 5 % tal-introjtu operatorju totali tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;
   (c) il-kejl tal-iskopertura totali, imsemmi fl-Artikolu 429(4) ta’ dan ir-Regolament, tas-sussidjarja huwa iktar minn 5 % tal-kejl tal-iskopertura totali konsolidata tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;

għall-fini li tiġi ddeterminata s-sussidjarja materjali, fejn japplika l-Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, iż-żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE għandhom jitqiesu bħala sussidjarja unika fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom;

   (136) "entità G-SII" tfisser entità b'personalità ġuridika li hija G-SII jew hija parti minn G-SII jew minn G-SII mhux tal-UE;
   (137) "għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna" tfisser għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna kif definita fil-punt (57) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
   (138) "grupp" tfisser grupp ta' impriżi li minnhom tal-inqas waħda hija istituzzjoni u li jikkonsisti minn impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, jew minn impriżi li huma relatati ma’ xulxin kif stabbilit fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;
   (139) "tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli" tfisser tranżazzjoni ta' riakkwist, tranżazzjoni ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet, jew tranżazzjoni ta' self b'marġni;

   (140) "marġni inizjali" jew "IM" tfisser kwalunkwe kollateral, għajr il-marġni varjabbli, miġbur minn jew mogħti lil entità biex tkopri l-iskopertura attwali u futura potenzjali ta' tranżazzjoni jew ta' portafoll ta' tranżazzjonijiet fil-perijodu meħtieġ biex jiġu likwidati dawk it-tranżazzjonijiet, jew biex jiġu ħħeġġjati mill-ġdid ir-riskju tas-suq tagħhom, wara l-inadempjenza tal-kontroparti għat-tranżazzjoni jew il-portafoll ta' tranżazzjonijiet;
   (141) "riskju tas-suq" tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fil-prezzijiet tas-suq, inkluż fir-rati tal-kambju jew fil-prezzijiet ta' komoditajiet;
   (142) "riskju tal-kambju" tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fir-rati tal-kambju;
   (143) "riskju ta' komoditajiet" tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fil-prezzijiet tal-komoditajiet;
   (144) "post tan-negozjar" tfisser grupp identifikat tajjeb ta' kummerċjanti stabbilit mill-istituzzjoni biex jimmaniġġja b'mod konġunt portafoll ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar skont strateġija kummerċjali definita tajjeb u konsistenti u li jopera taħt l-istess struttura ta' ġestjoni tar-riskju;
   (145) "istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa" tfisser istituzzjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (a) ma tkunx istituzzjoni kbira;
   (b) il-valur totali tal-assi tagħha fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli, fuq bażi konsolidata f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE tkun bħala medja indaqs jew inqas mil-livell limitu ta' EUR 5 biljun matul il-perijodu ta' erba' snin immedjatament qabel il-perijodu annwali attwali ta' rappurtar; L-Istati Membri jistgħu jbaxxu dak il-livell limitu;
   (c) hi ma tkun soġġetta għal ebda obbligu jew tkun soġġetta għal obbligi simplifikati, b'rabta mal-ippjanar ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE;
   (d) il-portafoll tan-negozjar tagħha jkun ikklassifikat bħala żgħir fis-sens tal-Artikolu 94(1);
   (e) il-valur totali tal-pożizzjonijiet derivattivi tagħha miżmuma b'intenzjoni ta' negozjar ma jaqbiżx 2 % tat-total tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ totali tagħha u il-valur totali tal-pożizzjonijiet derivattivi totali tagħha ma jaqbiżx 5 %, it-tnejn ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 273a(3);
   (f) aktar minn 75 % tal-assi u tal-obbligazzjonijiet totali konsolidati tal-istituzzjoni, eskluż fiż-żewġ każijiet l-iskoperturi intragrupp, jirrelataw għal attivitajiet ma' kontropartijiet li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea;
   (g) l-istituzzjoni ma tużax mudelli interni biex tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali skont dan ir-Regolament ħlief għal sussidjarji li jużaw mudelli interni żviluppati fuq livell ta' grupp, sakemm il-grupp ikun soġġett għar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 433a jew 433c fuq bażi konsolidata;
   (h) l-istituzzjoni ma opponietx il-kwalifika ta' istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa mal-awtoritajiet kompetenti;
   (i) l-awtorità kompetenti ma ddeċidietx li, abbażi ta' analiżi tad-daqs, l-interkonnettività, il-kumplessità jew il-profil tar-riskju, l-istituzzjoni ma għandhiex titqies bħala istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa;
   (146) ''istituzzjoni kbira'' tfisser istituzzjoni li tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
   (a) hi G-SII;
   (b) hi tkun ġiet identifikata bħala istituzzjoni sistemikament importanti oħra (O-SII) f'konformità mal-Artikolu 131(1) u (3) tad-Direttiva 2013/36/UE;
   (c) hi tkun, fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita, waħda mill-ikbar tliet istituzzjonijiet skont il-valur totali ta' assi;
   (d) il-valur totali tal-assi tagħha fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE jkun indaqs jew akbar minn EUR 30 biljun;
   (147) "sussidjarja kbira" tfisser sussidjarja li tikkwalifika bħala istituzzjoni kbira;
   (148) "istituzzjoni mhux elenkata" tfisser istituzzjoni li ma tkunx ħarġet it-titoli li huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' xi Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
   (149) "rapport finanzjarju" tfisser, għall-finijiet tal-Parti Tmienja, rapport finanzjarju fis-sens tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**.

__________________

* Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

** Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).";

"

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw f'liema ċirkostanzi jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti ▌ fil-punt (39) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.";

"

(3)  L-Artikolu 6 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn, Tlieta, Erbgħa, Sebgħa, Sebgħa A u Tmienja ta' dan ir-Regolament u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq bażi individwali, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta’ dan ir-Regolament.";

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"1a. B'deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet biss identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni, li huma wkoll G-SIIs jew li huma parti minn G-SII, u li ma għandhomx sussidjarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92a fuq bażi individwali.

Sussidjarji materjali ta' G-SII ▌ mhux tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92b fuq bażi individwali, meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni;
   (b) ma għandhomx sussidjarji;
   (c) mhumiex is-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE.";

"

(c)   il-paragrafi 3, 4 u 5 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"3. L-ebda istituzzjoni li tkun jew impriża prinċipali jew inkella sussidjarja, u l-ebda istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18, ma għandha tkun meħtieġa li tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Tmienja fuq bażi individwali.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 437a u l-punt (h) tal-Artikolu 447 fuq bażi individwali.

   4. Istituzzjonijiet ta' kreditu, u ditti ta' investiment li jkunu awtorizzati jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali.

L-istituzzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 413(1) u mar-rekwiżiti assoċjati ta’ rappurtar tal-likwidità stipulati fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament:

   (a) l-istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
   (b) istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 16 u l-punt (a) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, sakemm dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjoni tal-maturità sinifikanti; u
   (c) istituzzjonijiet li huma deżinjati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li:
   (i) l-attivitajiet tagħhom huma limitati sabiex joffru servizzi ta' tip bankarju, li huma elenkati fil-punti (a) sa (e) tat-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament, għal depożitorji ċentrali tat-titoli awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament; u
   (ii) dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjoni tal-maturità sinifikanti.

Sakemm ikun lest ir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 508(3), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw id-ditti ta' investiment milli jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom.

   5. Id-ditti ta' investiment imsemmija fl-Artikoli 95(1) u 96(1) ta' dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jkunu eżerċitaw id-deroga speċifikata fl-Artikolu 7(1) jew (3) ta' dan ir-Regolament, u istituzzjonijiet li huma wkoll awtorizzati skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sebgħa u mar-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar ta’ proporzjon tal-lieva finanzjarja stipulati fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali.

_______________________

* Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).”;

"

(4)   L-Artikolu 8 jiġi emendat kif ġej:

(a)   fil-paragrafu 1, il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(b) l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew l-istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata timmonitorja u għandha superviżjoni l-ħin kollu fuq il-pożizzjonijiet ta' likwidità tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew is-sottogrupp, li huma soġġetti għar-rinunzja, timmonitorja u għandha superviżjoni l-ħin kollu fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew is-sottogrupp fejn ir-rekwiżit tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli (NSFR) stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta jiġi rinunzjat, ▌ u li tiżgura livell suffiċjenti ta' likwidità, u ta' finanzjament stabbli fejn ir-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta jiġi rinunzjat, għal dawk l-istituzzjonijiet kollha;";

"

(b)  fil-paragrafu 3, il-punti (b) u (c) jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"(b) id-distribuzzjoni tal-ammonti, il-post u s-sjieda tal-assi likwidi meħtieġa li jridu jinżammu fi ħdan is-sottogrupp ta' likwidità uniku, fejn ir-rekwiżit tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità (LCR) kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) ikun irrinunzjat, u d-distribuzzjoni tal-ammonti u l-post ta' finanzjament stabbli disponibbli fi ħdan is-sottogrupp ta' likwidità uniku fejn jiġi rrinunzjat ir-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta;

   (c) id-determinazzjoni tal-ammonti minimi tal-assi likwidi li għandhom jinżammu mill-istituzzjonijiet li għalihom l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-LCR kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) tiġi rrinunzjata u d-determinazzjoni tal-ammonti minimi tal-finanzjament stabbli disponibbli li għandu jinżamm mill-istituzzjonijiet li għalihom l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta tiġi rrinunzjata;";

"

(c)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"6. Fejn, f'konformità ma' dan l-Artikolu, awtorità kompetenti tirrinunzja, parzjalment jew totalment, l-applikazzjoni tal-Parti Sitta għal istituzzjoni, hija tista' wkoll tirrinunzja l-applikazzjoni tar-rekwiżiti assoċjati tar-rappurtar tal-likwidità skont il-punt (d) tal-Artikolu 430(1) għal dik l-istituzzjoni.";

"

(5)  fl-Artikolu 10(1), il-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, parzjalment jew totalment jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u l-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 għal istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar li jinsabu fl-istess Stat Membru u li huma affiljati permanentement ma' korp ċentrali li jissorveljhom u li huwa stabbilit fl-istess Stat Membru, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:";

"

(6)  L-Artikoli 11 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"1. L-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18, mal-obbligi stipulati fil-Partijiet Tnejn, Tlieta, Erbgħa, Sebgħa u Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 430(1). L-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom li huma soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu struttura organizzattiva tajba u mekkaniżmi ta' kontroll intern adatti sabiex ikun żgurat li d-data meħtieġa għall-konsolidazzjoni tiġi debitament ipproċessata u mibgħuta. B'mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiżguraw konsolidazzjoni korretta.

   2. Għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, it-termini "istituzzjoni", "istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru", "istituzzjoni prinċipali tal-UE" u "impriża prinċipali", skont il-każ, għandhom jirreferu wkoll għal:
   (a) kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta approvata skont l-Artikolu 21a tad-Direttiva 2013/36/UE;
   (b) istituzzjoni deżinjata kontrollata minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali jew kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali fejn tali kumpannija prinċipali mhix soġġetta għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 21a(4) tad-Direttiva 2013/36/UE;
   (c) kumpannija holding finanzjarji, kumpannija holding finanzjarji mħallta jew istituzzjoni deżinjata skont il-punt (d) tal-Artikolu 21a(6) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Is-sitwazzjoni konsolidata ta' impriża msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun is-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpanija holding finanzjarja prinċipali jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali li mhijiex soġġetta għal approvazzjoni skont l-Artikolu 21a(4) tad-Direttiva 2013/36/UE. Is-sitwazzjoni konsolidata ta' impriża msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun is-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpannija holding finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali tagħha.";

"

(b)  il-paragrafu 3 jiġi mħassar;

(c)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"3a. B'deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet prinċipali biss identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni, li huma G-SIIs, parti minn G-SII jew parti minn G-SII mhux tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92a ta’ dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament.

Impriżi prinċipali tal-UE biss li huma sussidjarja materjali ta' G-SII mhux tal-UE u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92b ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament. Meta japplika l-Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, iż-żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE identifikati b'mod konġunt bħala sussidjarja materjali kull waħda minnhom għandha tikkonforma mal-Artikolu 92b ta' dan ir-Regolament abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.";

"

(d)  il-paragrafi 4 u 5 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"4. L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata ▌ tagħhom meta l-grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment waħda jew iktar li huma awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE. Sakemm ikun lest ir-rapport mill-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 508(2) ta' dan ir-Regolament, u meta l-grupp jinkludi biss ditti ta' investiment, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lill-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE mill-konformità mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta ta' investiment.

Meta tkun ingħatat rinunzja skont l-Artikolu 8(1) sa (5), l-istituzzjonijiet u, fejn applikabbli, il-kumpanniji holding finanzjarji jew il-kumpanniji holding finanzjarji mħallta li huma parti minn sottogrupp ta' likwidità għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) fuq bażi konsolidata jew fuq il-bażi subkonsolidata tas-sottogrupp ta' likwidità.

   5. Meta japplika l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, il-korp ċentrali msemmi f'dak l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Partijiet Tnejn sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u l-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali kollu kif ikkostitwit flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu.
   6. Minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, meta jkun ġustifikat għal fini ta' superviżjoni mill-ispeċifiċitajiet tar-riskju jew tal-istruttura kapitali ta' istituzzjoni jew fejn Stati Membri jadottaw liġijiet nazzjonali li jirrikjedu s-separazzjoni strutturali ta' attivitajiet fi ħdan grupp bankarju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li istituzzjoni tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u fit-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi subkonsolidata.

L-applikazzjoni tal-approċċ stipulat fl-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata u ma għandha la timplika effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha, fi Stati Membri oħra jew fl-Unjoni fl-intier tagħha u lanqas tifforma jew toħloq ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern.";

"

(7)  l-Artikolu 12 jiġi mħassar;

(8)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 12a

Kalkolu kkonsolidat għal G-SIIs b'entitajiet ta' riżoluzzjoni multipli

Meta mill-anqas żewġ entitajiet G-SII li jappartjeni għall-istess G-SII huma entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE ta' dik il-G-SII għandha tikkalkula l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta’ dan ir-Regolament. Dak il-kalkolu għandu jitwettaq abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE daqslikieku kienet l-unika entità ta' riżoluzzjoni tal-G-SII.

Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu jkun iktar baxx mis-somma tal-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta’ dan ir-Regolament tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jaġixxu skont l-Artikoli 45d(3) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jkun ogħla mis-somma tal-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 92a(1)(a) ta’ dan ir-Regolament tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jaġixxu skont l-Artikoli 45d(3) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.";

"

(9)  l-Artikoli 13 u 14 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"Artikolu 13

Applikazzjoni ta' rekwiżiti ta' divulgazzjoni fuq bażi kkonsolidata

   1. L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.

Sussidjarji kbar ta' istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 437, 438, 440, 442, 450, 451, 451a ▌ u 453 fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, fuq bażi subkonsolidata.

   2. L-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew li huma parti minn G-SII għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 437a u l-punt (h) tal-Artikolu 447 abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata ▌ tal-grupp ta' riżoluzzjoni tagħhom.
   3. L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, kumpanniji holding finanzjarji prinċipali tal-UE, kumpanniji holding finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE jew entitajiet ta' riżoluzzjoni meta jkunu inklużi f'divulgazzjonijiet ekwivalenti fuq bażi konsolidata pprovduti minn impriża prinċipali stabbilita f'pajjiż terz.

It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika għal sussidjarji ta' impriżi prinċipali stabbiliti f'pajjiż terz fejn dawk is-sussidjarji jikkwalifikaw bħala sussidjarji kbar.

   4. Meta japplika l-Artikolu 10, il-korp ċentrali msemmi f'dak l-Artikolu għandu jikkonforma mal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali. L-Artikolu 18(1) għandu japplika għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati għandhom jiġu ttrattati bħala sussidjarji tal-korp ċentrali.

Artikolu 14

Applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq bażi konsolidata

   1. L-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom li huma soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom ikunu meħtieġa li jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, biex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi tagħhom meħtieġa minn dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti u integrati tajjeb u li kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini tas-superviżjoni jkunu jistgħu jiġu prodotti. B'mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiżguraw il-konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet.
   2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 270a ta’ dan ir-Regolament meta japplikaw l-Artikolu 92 ta’ dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402 jinkisru fil-livell ta' entità stabbilita f'pajjiż terz inkluż fil-konsolidazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament jekk il-ksur ikun materjali fir-rigward tal-profil tar-riskju kumplessiv tal-grupp.";

"

(10)  fl-Artikolu 15(1), il-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"1. Is-superviżur konsolidanti jista' jirrinunzja, skont il-każ, l-applikazzjoni tal-Parti Tlieta, tar-rekwiżiti assoċjati ta’ rappurtar fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament, u tal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta’ dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, dment li jeżistu l-kondizzjonijiet li ġejjin:";

"

(11)  Artikolu 16 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 16

Deroga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ proporzjon ta' lieva finanzjarja fuq bażi konsolidata għal gruppi ta’ ditti ta' investiment

Fejn l-entitajiet kollha fi grupp ta' ditti tal-investiment, inkluż l-entità prinċipali, ikunu ditti ta' investimenti li huma eżenti mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-Parti Sebgħa fuq bażi individwali skont l-Artikolu 6(5), id-ditta ta' investiment prinċipali tista' tagħżel li ma tapplikax ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti Sebgħa u r-rekwiżiti ta' rappurtar ta’ proporzjon ta' lieva finanzjarja assoċjati fil-Parti Sebgħa A fuq bażi konsolidata.";

"

(12)  L-Artikolu 18 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 18

Metodi ta' konsolidazzjoni prudenzjali

   1. Istituzzjonijiet, kumpanniji holding finanzjarji u kumpanniji holding finanzjarji mħallta li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fit-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom. Il-paragrafi 3 sa 6 u l-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw meta tapplika l-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni, kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija finanzjarja mħallta jew fuq is-sitwazzjoni subkonsolidata ta' sottogrupp ta' likwidità kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 10.

Għall-finijiet tal-Artikolu 11(3a), istituzzjonijiet li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 92a jew 92b fuq bażi konsolidata għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom fil-gruppi ta' riżoluzzjoni rilevanti.

   2. Impriżi ta' servizzi anċillari għandhom ikunu inklużi f'konsolidazzjoni fil-każijiet, u skont il-metodi, stabbiliti f'dan l-Artikolu.
   3. Fejn l-impriżi jkunu relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw kif titwettaq il-konsolidazzjoni.
   4. Is-superviżur konsolidanti għandu jeħtieġ il-konsolidazzjoni proporzjonali skont is-sehem tal-kapital miżmum tal-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji mmaniġġati minn impriża inkluża fil-konsolidazzjoni flimkien ma' impriża waħda jew iktar mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, meta l-obbligazzjoni ta' dawk l-impriżi tkun limitata għas-sehem tal-kapital li għandhom.
   5. Fil-każ tal-parteċipazzjonijiet jew rabtiet kapitali għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif għandha titwettaq. B'mod partikolari, huma jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu tal-ekwità. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni fuq bażi konsolidata.
   6. Awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif din għandha titwettaq fil-każijiet li ġejjin:
   (a) meta, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew iktar, iżda mingħajr ma jkollha parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħra f'dawk l-istituzzjonijiet; u
   (b) meta żewġ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jew iktar jitpoġġew taħt maniġment uniku differenti minn dak skont il-kuntratt, il-klawżoli tal-memoranda jew l-Artikoli ta' assoċjazzjoni tagħhom.

B'mod partikolari, awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu ▌ jew jeħtieġu l-użu ▌ tal-metodu previst fl-Artikolu 22(7), (8) u (9) tad-Direttiva 2013/34/UE. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni konsolidata.

   7. Meta istituzzjoni għandha sussidjarja li hija impriża għajr istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari jew għandha parteċipazzjoni f'tali impriża, hija għandha tapplika l-metodu tal-ekwità lil dik is-sussidjarja jew il-parteċipazzjoni. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni fuq bażi konsolidata.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jitolbu lill-istituzzjonijiet japplikaw metodu differenti għal tali sussidjarji jew parteċipazzjonijiet, inkluż il-metodu meħtieġ mill-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, dment li:

   (a) l-istituzzjoni ma tapplikax diġà l-metodu tal-ekwità fi … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju];
   (b) ikun ta' piż sproporzjonat li jiġi applikat il-metodu tal-ekwità jew il-metodu tal-ekwità ma jirriflettix b'mod adegwat ir-riskji li l-impriża msemmija fl-ewwel subparagrafu toħloq lill-istituzzjoni; u
   (c) il-metodu applikat ma jirriżultax f'konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali ta' dik l-impriża.
   8. Awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali ta' sussidjarja jew impriża li fiha istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni meta dik is-sussidjarja jew impriża mhijiex istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari u fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (a) l-impriża mhijiex impriża tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni ta' pajjiż terz, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew impriża eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva;
   (b) hemm riskju sostanzjali li l-istituzzjoni tiddeċiedi li tipprovdi għajnuna finanzjarja lil dik l-impriża f'kondizzjonijiet ta' stress, fin-nuqqas ta', jew lil hinn minn kwalunkwe obbligu kuntrattwali li jiġi provdut tali appoġġ.
   9. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li f'konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 sa 6 u l-paragrafu 8.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.";

"

(13)  L-Artikolu 22 jiġi sostitwit b'dan li ġej"

"Artikolu 22

Subkonsolidazzjoni fil-każ ta' entitajiet f'pajjiżi terzi

   1. L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom jekk dawk l-istituzzjonijiet għandhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja f'pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni f'tali impriża.
   2. B'deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet sussidjarji jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom meta l-assi totali u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-sussidjarji tagħhom jew parteċipazzjonijiet f'pajjiżi terzi jkunu inqas minn 10 % tal-ammont totali tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni sussidjarja.";

"

(14)  it-titolu tal-Parti Tnejn jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI";

"

(15)   fl-Artikolu 26, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk il-ħruġ ta' strumenti kapitali jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29. L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw il-ħruġ tal-istrumenti kapitali bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss wara li jingħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjonijiet jistgħu jikklassifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ħruġ sussegwenti ta' forma ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li għalihom ikunu diġà rċevew din l-awtorizzazzjoni, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dak il-ħruġ sussegwenti huma sostanzjalment l-istess bħal dawk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ li għalihom l-istituzzjonijiet ikunu diġà rċevew permess;
   (b) l-istituzzjonijiet ikunu nnotifikaw dak il-ħruġ sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien biżżejjed qabel il-klassifikazzjoni tiegħu bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE qabel ma jingħata permess għal forom ġodda ta' strumenti kapitali sabiex jiġu kklassifikati bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod dovut l-opinjoni tal-ABE u, meta jiddeċiedu li jiddevjaw minnha, għandhom jiktbu lill-ABE fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta jirċievu l-opinjoni tal-ABE billi jispjegaw ir-raġunament għad-devjazzjoni mill-opinjoni rilevanti. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31.

Abbażi ta' informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta' strumenti kapitali f'kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE tista' tiġbor kull informazzjoni b'rabta ma' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li hija tqis meħtieġa biex tistabbilixxi l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament u għall-fini li tinżamm u tiġi aġġornata l-lista msemmija f'dan is-subparagrafu.

Wara l-proċess ta' analiżi stabbilit fl-Artikolu 80 u, fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li l-istrumenti ta' kapital rilevanti ma jissodisfawx jew waqfu milli jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, l-Artikolu 29, l-ABE tista' tiddeċiedi li ma żżidx dawk l-istrumenti fil-lista msemmija fir-raba' subparagrafu jew tneħħihom minn dik il-lista, skont il-każ. L-ABE għandha tagħmel notifika f'dak is-sens u għandha tirreferi wkoll għall-pożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti dwar il-kwistjoni. Dan is-subparagrafu ma japplikax għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31.";

"

(16)   L-Artikolu 28 jiġi emendat kif ġej:

(a)   il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(i)   il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(b) l-istrumenti jkunu sottoskritti u l-akkwist tas-sjieda ta' dawk l-istrumenti ma jkunx iffinanzjat direttament jew indirettament mill-istituzzjoni;";

"

(ii)   jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

"Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-parti ta' strument kapitali li hija mħallsa kompletament biss għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.";

"

(b)   fil-paragrafu 3, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:"

"Il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (h)(v) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja sussidjarja tkun soġġetta għal ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf mal-impriża prinċipali tagħha, skont liema s-sussidjarja hija obbligata li tittrasferixxi, wara t-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha, ir-riżultat annwali tagħha lill-impriża prinċipali, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) l-impriża prinċipali tippossjedi 90 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot u tal-kapital tas-sussidjarja;
   (b) l-impriża prinċipali u s-sussidjarja jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru;
   (c) il-ftehim ġie konkluż għal finijiet ta' taxxa leġittimi;
   (d) fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni finanzjarja annwali, is-sussidjarja għandha d-diskrezzjoni li tnaqqas l-ammont tad-distribuzzjonijiet billi talloka parti jew it-totalità tal-profitti tagħha lir-riżervi jew il-fondi proprji tagħha għal riskju bankarju ġenerali qabel ma tagħmel kwalunkwe ħlas lill-impriża prinċipali tagħha;
   (e) l-impriża prinċipali hija obbligata skont il-ftehim li tikkumpensa b'mod sħiħ lis-sussidjarja għat-telf kollu tas-sussidjarja;
   (f) il-ftehim huwa soġġett għal perijodu ta' avviż li jgħid li l-ftehim jista' jiġi terminat biss minn tmiem sena fiskali, b'tali tmiem ikun effettiv mhux qabel il-bidu tas-sena fiskali ta' wara, u b'hekk ma jbiddilx l-obbligu tal-impriża prinċipali li tikkumpensa bis-sħiħ lis-sussidjarja għal kull telf imġarrab matul is-sena fiskali attwali.

Meta istituzzjoni tkun daħlet fi ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien u tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'kopja tal-ftehim. L-istituzzjoni għandha tinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien b'kull tibdil għall-ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf u t-tmiem tiegħu. Istituzzjoni ma għandhiex tidħol f'aktar minn ftehim wieħed ta' trasferiment ta' profitti u telf.";

"

(17)  fl-Artikolu 33(1), il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(c) profitt u telf tal-valur ġust fuq obbligazzjonijiet derivattivi tal-istituzzjoni li jirriżultaw minn tibdil fir-riskju ta' kreditu proprju tal-istituzzjoni.";

"

(18)  L-Artikolu 36 jiġi emendat kif ġej:

(a)   il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(i)   il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(b) assi intanġibbli bl-eċċezzjoni ta' assi ta' software valutati b'mod prudenti li l-valur tagħhom ma jkunx affettwat b'mod negattiv mir-riżoluzzjoni, l-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;";

"

(ii)   jiżdied il-punt li ġej:"

"(n) għal impenn ta' valur minimu msemmi fl-Artikolu 132c(2), kull ammont li bih il-valur attwali tas-suq tal-unitajiet jew l-ishma f'CIUs sottostanti l-impenn ta' valur minimu huwa inqas mill-valur preżenti tal-impenn ta' valur minimu u li għalih l-istituzzjoni ma tkunx diġà rrikonoxxiet tnaqqis tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.";

"

(b)   jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, inkluż il-materjalità ta' effetti negattivi fuq il-valur li ma tikkawżax tħassib prudenzjali.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.";

"

(19)  fl-Artikolu 37, jiżdied il-punt li ġej:"

"(c) l-ammont li għandu jitnaqqas għandu jitnaqqas bl-ammont tar-rivalutazzjoni kontabilistika tal-assi intanġibbli tas-sussidjarji derivati mill-konsolidazzjoni ta' sussidjarji attribwibbli għal persuni għajr l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.";

"

(20)  fl-Artikolu 39(2), l-ewwel subparagrafu l-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"Assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profittabbiltà futura għandhom ikunu limitati għal assi ta' taxxa differita li nħolqu qabel it-23 ta' Novembru 2016 u li jirriżultaw minn differenzi temporanji, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:";

"

(21)  fl-Artikolu 45, il-punt (a)(i) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(i) id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità ▌ tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;";

"

(22)  L-Artikolu 49 jiġi emendat kif ġej:▌

(a)  fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

"Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta jiġu kkalkulati l-fondi proprji għall-finijiet tar-rekwiżiti fl-Artikoli 92a u 92b, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-qafas ta' tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 72e(4).";

"

(b)  il-paragrafu 3 jiġi emendat kif ġej:

(i)  fil-punt (a)(iv), l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"Il-karta ta' bilanċ konsolidata jew il-kalkolu aggregat estiż għandhom jiġu rapportati lill-awtoritajiet kompetenti bil-frekwenza stabbilita fl-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 430(7)";

"

(ii)  fil-punt (a)(v), l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"(v) l-istituzzjonijiet inklużi fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali jissodisfaw flimkien fuq bażi konsolidata jew aggregata estiża r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92 u jwettqu r-rappurtar tal-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 430.";

"

(23)  L-Artikolu 52(1) jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) l-istrumenti jinħarġu direttament minn istituzzjoni u jkunu mħallsa totalment";

"

(b)   il-frażi introduttorja tal-punt (b) tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"(b) l-istrumenti mhumiex proprjetà ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:";

"

(c)   il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(c) l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;";

"

(d)   il-punt (h) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(h) meta l-istrumenti jinkludu għażla ta' tifdija bikrija waħda jew aktar inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent;";

"

(e)   il-punt (j) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(j) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid, kif applikabbli, mill-istituzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni.";

"

(f)  il-punt (p) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(p) meta l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hija stabbilita fi Stat Membru, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta’ dik id-Direttiva, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;

fejn l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u ma jkunx ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità tal-pajjiż terz rilevanti, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti għandhom jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;";

"

(g)  ▌ jiżdiedu il-punti ▌ li ġejjin:"

"(q) meta l-emittent huwa stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala part minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn l-emittent huwa stabbilit fi Stat Membru, l-istrumenti jistgħu jinħarġu biss skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jkunu soġġetti għalihom, meta skont dawk il-liġijiet, l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni msemmi fl-Artikolu 59 ta’ dik id-Direttiva huwa effettiv u infurzabbli abbażi ta' dispożizzjonijiet statutorji jew dispożizzjonijiet kuntrattwali infurzabbli legalment li jirrikonoxxu r-riżoluzzjoni jew azzjonijiet oħra ta' tnaqqis fil-valur jew konverżjoni;

   (r) l-istrumenti mhumiex soġġetti ▌ għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf.";

"

(h)   jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

"Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-parti ta' strument kapitali li hija sottoskritta biss għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument Addizzjonali ta’ Grad 1.";

"

(24)   fl-Artikolu 54(1), jiżdied il-punt li ġej:"

"(e) meta l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jinħarġu minn impriża sussidjarja stabbilita f'pajjiż terz, l-iskattatur ta' 5,125 % jew ogħla msemmi fil-punt (a) għandu jiġi kkalkolat skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-pajjiż terz li jirregolaw l-istrumenti, dment li l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta mal-ABE, tkun ssodisfata li dawk id-dispożizzjonijiet huma tal-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.";

"

(25)  fl-Artikolu 59, il-punt (a)(i) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(i) id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun jew l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;";

"

(26)  fl-Artikolu 62, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) strumenti kapitali ▌ fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfati, u sal-punt speċifikat fl-Artikolu 64;";

"

(27)  L-Artikolu 63 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"L-istrumenti kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:";

"

(b)   il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) l-istrumenti jinħarġu direttament ▌ minn istituzzjoni u jkunu mħallsa totalment;";

"

(c)   fil-punt (b), il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"(b) l-istrumenti mhumiex proprjetà ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:";

"

(d)   il-punti (c) u (d) jiġu sostitwiti b'dawn li ġejjin:"

"(c) l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;

   (d) il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tikklassifika taħt kwalunkwe pretensjoni minn strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;";

"

(e)   fil-punt (e), il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"(e) l-istrumenti ma jkunux koperti jew ma jkunux soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:";

"

(f)   il-punti (f) sa (n) jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"(f) l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal ebda arranġament li b'mod ieħor itejjeb is-superjorità tal-pretensjoni skont l-istrumenti;

   (g) l-istrumenti għandhom maturità oriġinali ta' mill-inqas ħames snin;
   (h) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont kapitali tagħhom jinfeda jew jitħallas lura, kif applikabbli mill-istituzzjoni qabel il-maturità tagħhom;
   (i) meta l-istrumenti jinkludu dritt wieħed jew iktar ta' ħlas lura bikri inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent;
   (j) l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77 jiġu ssodisfati, u mhux qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ ħlief meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 78(4);
   (k) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti ser jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli, mill-istituzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;
   (l) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-ammont tal-kapital, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;
   (m) il-livell ta' imgħax jew ta' pagamenti ta' dividendi, kif applikabbli, dovuti fuq l-istrumenti ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali tagħha;
   (n) meta l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hija stabbilita fi Stat Membru, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teżerċita s-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta’ dik id-Direttiva, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jkollu valwazzjoni negattiva fuq bażi permanenti jew l-istrumenti jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;

fejn l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u ma jkunx ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità tal-pajjiż terz rilevanti, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti għandhom jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;";

"

(g)  jiżdiedu il-punti li ġejjin:"

"(o) meta l-emittent huwa stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala part minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hi stabbilita fi Stat Membru, l-istrumenti jistgħu jinħarġu biss skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jkunu soġġetti għalihom, meta skont dawk il-liġijiet, l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tnaqqis fil-valur u tal-konverżjoni msemmi fl-Artikolu 59 ta’ dik id-Direttiva huwa effettiv u infurzabbli abbażi ta' dispożizzjonijiet statutorji jew dispożizzjonijiet kuntrattwali infurzabbli legalment li jirrikonoxxu r-riżoluzzjoni jew azzjonijiet oħra ta' tnaqqis fil-valur jew konverżjoni;

   (p) l-istrumenti mhumiex soġġetti ▌ għal arranġamenti ▌ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf.";

"

(h)   jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu, il-parti biss ta' strument kapitali li hija sottoskritta għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument ta' Grad 2.";

"

(28)  L-Artikolu 64 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 64

Amortizzazzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2

   1. L-ammont sħiħ tal-istrumenti ta' Grad 2 b'maturità residwa ta' iktar minn ħames snin għandu jikkwalifika bħala elementi ta' Grad 2.
   2. Il-punt sa fejn strumenti ta' Grad 2 jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 matul l-aħħar ħames snin ta' maturità tal-istrumenti jiġi kkalkulat billi r-riżultat derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (a) jiġi mmultiplikat bl-ammont imsemmi fil-punt (b) kif ġej:
   (a) l-ammont irrappurtat tal-istrumenti ▌ fl-ewwel jum tal-perijodu finali ta' ħames snin tal-maturità kuntrattwali tagħhom diviż bin-numru ta' jiem f'dak il-perijodu;
   (b) in-numru ta' jiem ta' maturità kuntrattwali li jibqa' tal-istrumenti ▌ ";

"

(29)  fl-Artikolu 66, jiżdied il-punt li ġej:"

"(e) l-ammont ta' elementi meħtieġa li għandhom jitnaqqsu minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72e li jaqbeż l-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni.";

"

(30)  fl-Artikolu 69, il-punt (a)(i) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(i) id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun jew l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;";

"

(31)  il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 72:"

"KAPITOLU 5a

Obbligazzjonijiet eliġibbli

Taqsima 1

Elementi u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 72a

Elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

   1. L-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jikkonsistu minn dawn li ġejjin, sakemm ma jaqgħux fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' obbligazzjonijiet esklużi stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u sal-limitu speċifikat fl-Artikolu 72c:
   (a) l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72b jiġu ssodisfati, sal-punt li ma jikkwalifikawx bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2;
   (b) L-istrumenti ta' Grad 2 b'maturità residwa ta' mill-inqas sena, sal-punt li ma jikkwalifikawx bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 64.
   2. L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli:
   (a) depożiti koperti;
   (b) depożiti ta' domanda u depożiti b'terminu qasir b'maturità oriġinali ta' inqas minn sena;
   (c) il-parti ta' depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju li taqbeż il-livell ta' kopertura msemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;
   (d) depożiti li jkunu depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju jekk ma jkunux saru permezz ta' fergħat li jinsabu barra mill-Unjoni ta' istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni;
   (e) obbligazzjonijiet iggarantiti, inkluż bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta' strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta' ħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta' kopertura u li f'konformità mal-liġi nazzjonali huma żgurati b'mod simili għal bonds koperti, sakemm l-assi ggarantiti kollha relatati ma' pool ta' kopertura ta' bonds koperti jibqgħu mhux affettwati, segregati u b'finanzjament biżżejjed u bl-esklużjoni ta' kwalunkwe parti ta' obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha jkun ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li kontriha jkunu ggarantiti;
   (f) kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma ta' assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti inkluż assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti miżmuma f'isem impriżi ta' investiment kollettiv, sakemm tali klijent ikun protett taħt il-liġi tal-insolvenza applikabbli;
   (g) kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa ta' relazzjoni fiduċjarja bejn l-entità ta' riżoluzzjoni jew kwalunkwe sussidjarja tagħha (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja), sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli;
   (h) obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet, minbarra l-obbligazzjonijiet tal-entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' inqas minn sebat ijiem;
   (i) obbligazzjonijiet b'maturità li jifdal ta' anqas minn sebat ijiem, dovuti lil:
   (i) sistemi jew operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill**;
   (ii) parteċipanti f'sistema deżinjata skont id-Direttiva 98/26/KE u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema; jew
   (iii) CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
   (j) obbligazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
   (i) impjegat ▌, fir-rigward ta' salarji, benefiċċji ta' pensjoni jew remunerazzjoni fissa oħra dovuti, ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li mhux regolat bi ftehim ta' negozjar kollettiv, u ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni ta' dawk li jieħdu riskji sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE;
   (ii) kreditur kummerċjali jew ta' negozju ▌ meta l-obbligazzjoni tinħoloq mill-forniment lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali ta' oġġetti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-impriża prinċipali, inkluż servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet;
   (iii) awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma preferuti skont il-liġi applikabbli;
   (iv) skemi ta' garanzija ta' depożiti ▌ meta l-obbligazzjoni tinħoloq minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE;
   (k) obbligazzjonijiet li jinħolqu minn derivattivi;
   (l) obbligazzjonijiet li jinħolqu minn strumenti tad-dejn b'derivattivi inkorporati.

Għall-finijiet tal- punt (l) tal-ewwel subparagrafu, strumenti ta' dejn li fihom għażliet ta' tifdija bikrija eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent jew tad-detentur, u strumenti ta' dejn b'interessi varjabbli li ġejjin minn rata ta' referenza ġeneralment użata bħall-Euribor jew il-Libor, ma għandhomx jitqiesu bħala strumenti ta' dejn b'derivattivi inkorporati unikament minħabba fatturi bħal dawn.

Artikolu 72b

Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

   1. L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ▌ ta' obbligazzjonijiet eliġibbli dment li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u biss sal-punt speċifikat f'dan l-Artikolu.
   2. L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
   (a) l-obbligazzjonijiet ikunu nħarġu jew ingħataw direttament, kif applikabbli, minn istituzzjoni u jkunu tħallsu kompletament;
   (b) l-obbligazzjonijiet mhumiex proprjetà ta' ebda waħda minn dawn li ġejjin:
   (i) l-istituzzjoni jew entità inkluża fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
   (ii) impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni diretta jew indiretta fil-forma ta' sjieda, diretta jew permezz ta' kontroll, ta' 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta' dik l-impriża;
   (c) l-akkwist tas-sjieda tal-obbligazzjonijiet ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-entità ta' riżoluzzjoni;
   (d) il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-obbligazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tkun totalment subordinata għal pretensjonijiet li jinħolqu mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2); dak ir-rekwiżit ta' subordinazzjoni għandu jitqies li ġie ssodisfat fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
   (i) id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet jispeċifikaw li fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti tikklassifika taħt pretensjonijiet li jinħolqu minn kwalunkwe obbligazzjoni eskluża msemmija fl-Artikolu 72a(2) ta’ dan ir-Regolament;
   (ii) il-liġi applikabbli ▌ tispeċifika li fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti tikklassifika taħt pretensjonijiet li jinħolqu minn kwalunkwe obbligazzjoni eskluża msemmija fl-Artikolu 72a(2) ta’ dan ir-Regolament;
   (iii) l-istrumenti jinħarġu minn entità ta' riżoluzzjoni li fuq il-karta tal-bilanċ tagħha ma jkollhiex obbligazzjonijiet esklużi kif imsemmi fl-Artikolu 72a(2) ta’ dan ir-Regolament li jikklassifikaw pari passu jew inqas mill-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli;
   (e) l-obbligazzjonijiet la huma ggarantiti, u lanqas soġġetti għal garanzija jew kwalunkwe arranġament ieħor li jsaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
   (i) l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
   (ii) l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
   (iii) kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) u (ii);
   (f) l-obbligazzjonijiet mhumiex soġġetti għal ▌ arranġamenti ▌ ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf f'każ ta' riżoluzzjoni;
   (g) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont prinċipali tagħhom jinxtara, jinfeda jew jinxtara mill-ġdid qabel il-maturità tagħhom jew jitħallas lura b'mod bikri mill-istituzzjoni, kif applikabbli, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(3);
   (h) l-obbligazzjonijiet ma jistgħux jinfdew mid-detenturi tal-istrumenti qabel il-maturità tagħhom, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(2);
   (i) soġġett għall-Artikolu 72c(3) u (4), meta l-obbligazzjonijiet jinkludu opzjoni ta' ħlas lura bikri waħda jew aktar ▌ inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(2);
   (j) l-obbligazzjonijiet jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 77 u 78a jiġu ssodisfati;
   (k) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet ▌ ser jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli mill-entità ta' riżoluzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;
   (l) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-prinċipal, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew tal-likwidazzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni;
   (m) il-livell ta' imgħax jew ta' pagamenti ta' dividendi, kif applikabbli, dovut fuq l-obbligazzjonijiet ma jiġix ▌ emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-entità ta' riżoluzzjoni jew tal-impriża prinċipali tagħha;
   (n) għal strumenti maħruġa wara … [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] id-dokumentazzjoni kuntrattwali rilevanti u, fejn applikabbli, il-prospett, relatati mal-ħruġ jirreferu b'mod espliċitu għall-eżerċizzju possibbli tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/59/UE. ▌

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-partijiet tal-obbligazzjonijiet li huma sottoskritti biss għandhom ikunu eliġibbli biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, fejn xi wħud mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) ikunu subordinati għal talbiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza, fost l-oħrajn, minħabba li jkunu miżmuma minn kreditur li jkollu rabtiet mill-qrib mad-debitur, billi jkun jew billi kien azzjonist, f'relazzjoni ta' kontroll jew ta' grupp, membru tal-korp maniġerjali jew relatat ma' kwalunkwe waħda minn dawk il-persuni, is-subordinazzjoni ma għandhiex tiġi vvalutata b'referenza għat-talbiet li jirriżultaw minn dawn l-obbligazzjonijiet esklużi.

   3. Minbarra l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li l-obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li ma jaqbiżx it-3,5 % tal-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) u (4), sakemm:
   (a) il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief għall-kondizzjoni fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, huma ssodisfati;
   (b) l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2) bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet esklużi li huma subordinati esklużi għal pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; u
   (c) l-inklużjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli mhix ser twassal għal riskju materjali ta' kontestazzjoni legali li tirnexxi jew pretensjonijiet validi ta' kumpens kif ivvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-prinċipji msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2014/59/UE.

   4. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli barra mill-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, dment li:
   (a) ▌l-istituzzjoni ma titħalliex tinkludi fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli l-obbligazzjonijiet imsemmija ▌fil-paragrafu 3 ▌;
   (b) il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief għall-kondizzjoni fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, huma ssodisfati;
   (c) l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu jew huma superjuri għall-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2) bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet subordinati esklużi għal pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
   (d) fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, l-ammont tal-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) li jikklassifikaw pari passu jew taħt dawk l-obbligazzjonijiet fl-insolvenza ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni;
   (e) l-inklużjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli mhix ser twassal għal riskju materjali ta' kontestazzjoni legali li tirnexxi jew pretensjonijiet validi ta' kumpens kif ivvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-prinċipji msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1) u ▌ l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2014/59/UE.
   5. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' biss tippermetti li istituzzjoni ▌ tinkludi ▌ l-obbligazzjonijiet imsemmija jew fil-paragrafu 3 jew 4 bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.

   6. L-awtorità ▌ ta' riżoluzzjoni għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti meta teżamina jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu ġewx issodisfati.
   7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
   (a) il-forom u n-natura applikabbli ta' finanzjament indirett tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;
   (b) il-forma u n-natura tal-inċentivi għat-tifdija għall-finijiet tal-kondizzjoni stabbilita fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 72c(3).

Dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu allinjati b'mod sħiħ mal-att delegat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 28(5) u fil-punt (a) tal-Artikolu 52(2).

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 72c

Amortizzazzjoni ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

   1. L-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli b'maturità residwa ta' mill-inqas sena għandhom jikkwalifikaw bis-sħiħ bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.

L-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli b'maturità residwa ta' inqas minn sena ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.

   2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludu għażla ta' tifdija għad-detentur eżerċitabbli qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, il-maturità tal-istrument għandha tiġi ddefinita bħala l-iktar data kmieni possibbli li fiha d-detentur jista' jeżerċita l-għażla ta' tifdija u jitlob it-tifdija jew il-ħlas lura tal-istrument.
   3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludi inċentiv għall-emittent biex jixtri, jifdi, iħallas lura jew jixtri mill-ġdid l-istrument qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, il-maturità tal-istrument għandha tiġi ddefinita bħala l-iktar data kmieni possibbli li fiha l-emittent jista' jeżerċita dik l-opzjoni u jitlob it-tifdija jew il-ħlas lura tal-istrument.
   4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludi opzjonijiet ta' tifdija bikrija li huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, iżda fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-istrument jinxtara, jiġi mifdi, jitħallas lura jew mixtri mill-ġdid qabel il-maturità tiegħu u ma jinkludux l-ebda opzjoni ta' tifdija jew ħlas lura fid-diskrezzjoni tad-detenturi, il-maturità tal-istrument għandha tiġi definita bħala il-maturità oriġinali ddikjarata.

Artikolu 72d

Il-konsegwenzi jekk il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà ma jibqgħux jiġu ssodisfati

Meta fil-każ ta' strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli l-kondizzjonijiet applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 72b ma jibqgħux jiġu ssodisfati, l-obbligazzjonijiet għandhom jieqfu immedjatament jikkwalifikaw bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.

L-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 72b(2) jistgħu jibqgħu jgħoddu bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli sakemm jikkwalifikaw bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) jew (4).

Taqsima 2

Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 72e

Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

   1. L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Artikolu 92a għandhom inaqqsu dawn li ġejjin mill-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli:
   (a) parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż obbligazzjonijiet proprji li dik l-istituzzjoni tista' tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta' obbligi kuntrattwali eżistenti;
   (b) holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li magħhom l-istituzzjoni għandha parteċipazzjonijiet inkroċjati reċiproċi li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jkunu ġew deżinjati biex artifiċjalment ikabbru l-kapaċità tal-entità ta' riżoluzzjoni tal-assorbiment tat-telf u tar-rikapitalizzazzjoni;
   (c) l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 72i ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII, meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'dawk l-entitajiet;
   (d) holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII, meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f'dawk l-entitajiet, esklużi pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew anqas.
   2. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istrumenti kollha li jikklassifikaw pari passu mal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jiġu trattati bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, bl-eċċezzjoni ta' strumenti li jikklassifikaw pari passu ma' strumenti rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) u (4).
   3. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta' assi materjali ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3) kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000002.png

fejn:

h = l-ammont ta' assi materjali tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3);

i = l-indiċi li juri l-istituzzjoni emittenti;

Hi = l-ammont totali ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni emittenti i msemmija fl-Artikolu 72b(3);

li = l-ammont ta' obbligazzjonijiet inklużi fl-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli mill-istituzzjoni emittenti i fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 72b(3) skont l-aħħar divulgazzjonijiet mill-istituzzjoni emittenti; u

Li = l-ammont totali tal-obbligazzjonijiet pendenti tal-istituzzjoni emittenti i msemmija fl-Artikolu 72b(3) skont l-aħħar divulgazzjonijiet mill-emittent.

   4. Meta istituzzjoni prinċipali tal-UE jew istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija soġġetta għall-Artikolu 92a jkollha assi materjali diretti, indiretti jew sintetiċi ta' strumenti ta' fondi proprji jew strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' sussidjarja waħda jew iktar li ma jappartjenux għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħal dik l-istituzzjoni prinċipali, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni prinċipali, wara li tqis debitament l-opinjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' kwalunkwe sussidjarja kkonċernata, tista' tippermetti lill-istituzzjoni prinċipali tnaqqas tali parteċipazzjonijiet billi tnaqqas ammont iktar baxx speċifikat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni prinċipali. Dak l-ammont aġġustat għandu jkun tal-inqas daqs l-ammont (m) ikkalkulat kif ġej:

𝑚𝑖=max{0;𝑂𝑃𝑖+𝐿𝑃𝑖−𝑚𝑎𝑥{0;𝛽∙[𝑂𝑖+𝐿𝑖−𝑟𝑖∙a𝑅𝑊𝐴𝑖]}}

fejn:

i = l-indiċi li juri s-sussidjarja;

OPi = l-ammont ta' strumenti ta' fondi proprji maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;

LPi = l-ammont ta' elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;

𝛽 = perċentwali ta' strumenti ta' fondi proprji u elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i ▌ u miżmuma mill-impriża prinċipali;

Oi = l-ammont ta' fondi proprji tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;

Li = l-ammont ta' obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;

ri = il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 45d tad-Direttiva 2014/59/UE; u

aRWAi = l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità G-SII i kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4) b'kont meħud tal-aġġustamenti stabbiliti fl-Artikolu 12.

Meta l-istituzzjoni prinċipali titħalla tnaqqas l-ammont aġġustat skont l-ewwel subparagrafu, id-differenza bejn l-ammont ta' parteċipazzjonijiet ta' strumenti ta' fondi proprji u ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-ewwel subparagrafu u dak l-ammont aġġustat għandu jitnaqqas mis-sussidjarja ▌.

Artikolu 72f

Tnaqqis ta' assi materjali ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw assi materjali abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

   (a) istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-parteċipazzjoni fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
   (i) il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;
   (ii) jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta' negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;
   (b) l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk l-indiċi;
   (c) l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti proprji tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriżultaw minn assi materjali ta' titoli tal-indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriżultaw minn pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż fejn dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu ssodisfati dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
   (i) il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess indiċi sottostanti;
   (ii) jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta' negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar.

Artikolu 72g

Bażi ta' tnaqqis għal elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 72h u 72i.

Artikolu 72h

Tnaqqis ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII oħra

L-istituzzjonijiet li ma jkunux qed jagħmlu użu mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 72j ▌ għandhom jagħmlu t-tnaqqis imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1) skont dawn li ġejjin:

   (a) huma jistgħu jikkalkulaw assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
   (i) id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira jew tkun l-istess bħal, inkella iktar tard, mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda ▌;
   (ii) jew kemm il-pożizzjoni twila kif ukoll dik qasira jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;
   (b) huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' titoli tal-indiċi billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk l-indiċi.

Artikolu 72i

Tnaqqis ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'entitajiet G-SII

   1. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
   (a) l-ammont aggregat li bih l-assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fl-ebda minnhom l-istituzzjoni ma għandha investiment sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:
   (i) Artikoli 32 sa 35;
   (ii) il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (k)(v) u l-punt (l) tal-Artikolu 36(1), eskluż l-ammont li jrid jitnaqqas bħala assi ta' taxxa differita li jiddependi fuq profittabbiltà futura u jirriżulta minn differenzi temporanji;
   (iii) Artikoli 44 u 45;
   (b) l-ammont ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fihom l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fl-ebda minnhom l-entità ta' riżoluzzjoni ma għandha investiment sinifikanti.
   2. L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.
   3. L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam fuq kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entità G-SII miżmum mill-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi mmultiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
   (a) l-ammont ta' assi materjali li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;
   (b) il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fihom l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti rappreżentat minn kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli miżmum mill-istituzzjoni.
   4. L-ammont ta' assi materjali imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 72e(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i), (a)(ii) u (a)(iii) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-ippeżar tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.
   5. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li huwa mwieżen għar-riskji skont il-paragrafu 4 billi l-ammont ta' assi materjali meħtieġa li jkunu mwieżna għar-riskji skont il-paragrafu 4 jiġi mmultiplikat bil-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolu speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

Artikolu 72j

Eċċezzjoni tal-portafoll tan-negozjar mit-tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

   1. L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeċiedu li ma jnaqqsux parti deżinjata mill-parteċipazzjoni diretta, indiretta u sintetika tagħhom ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, li bħala aggregat u mkejla fuq bażi twila grossa tkun ugwali għal jew inqas minn 5 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tal-Artikoli 32 sa 36, dment li dawn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
   (a) l-assi materjali ikunu fil-portafoll tan-negozjar;
   (b) l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jinżammu għal mhux iktar minn 30 jum ta' negozju.
   2. L-ammonti tal-elementi li ma jitnaqqsux skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal elementi fil-portafoll tan-negozjar.
   3. Meta fil-każ ta' assi materjali mhux imnaqqsa skont il-paragrafu 1 il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu ma jibqgħux jiġu ssodisfati, l-assi materjali għandhom jitnaqqsu skont l-Artikolu 72g mingħajr l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikoli 72h u 72i.

Taqsima 3

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 72k

Obbligazzjonijiet eliġibbli

L-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjoni għandu jikkonsisti mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni wara t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 72e.

Artikolu 72l

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

Il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjoni għandhom jikkonsistu mis-somma tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħha.

__________________

* Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

** Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' saldu f'sistemi ta' saldu ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).";

"

(32)  it-Titolu I tal-Parti Tnejn, tat-titolu tal-Kapitolu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Rekwiżiti ġenerali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli";

"

(33)  L-Artikolu 73 jiġi emendat kif ġej:

(a)  it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Distribuzzjonijiet fuq strumenti";

"

(b)  il-paragrafi 1 sa 4 jiġu sostitwiti b' dan li ġej:"

"1. Strumenti kapitali u obbligazzjonijiet li dwarhom istituzzjoni jkollha diskrezzjoni esklużiva biex tiddeċiedi tħallas distribuzzjonijiet f'forma li ma tkunx fi flus kontanti jew strumenti ta' fondi proprji ma għandhomx ikunu eliġibbli li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 jew tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, sakemm l-istituzzjoni ma tkunx irċeviet minn qabel permess mill-awtorità kompetenti.

   2. Awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1 unikament meta jikkunsidraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew issodisfati:
   (a) il-kapaċità tal-istituzzjoni tikkanċella pagamenti skont l-istrument ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;
   (b) il-ħila tal-istrument kapitali jew tal-obbligazzjoni li tassorbi t-telf ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew mill-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;
   (c) l-kwalità tal-istrument kapitali jew tal-obbligazzjoni ma tonqosx b'xi mod ieħor minħabba d-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew minħabba l-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtorità ta' riżoluzzjoni rigward il-konformità tal-istituzzjoni ma' dawk il-kondizzjonijiet qabel tagħti l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1.

   3. L-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet li dwarhom persuna ġuridika għajr l-istituzzjoni li tkun ħarġithom ikollha d-diskrezzjoni biex tiddeċiedi jew tesiġi li l-pagament ta' distribuzzjonijiet rigward dawk l-istrumenti jew obbligazzjonijiet għandhom isiru f'forma li ma tkunx fi flus jew strumenti ta' fondi proprji ma għandhomx ikunu eliġibbli li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.
   4. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw indiċi wiesa' tas-suq bħala waħda mill-bażijiet biex jiġi ddeterminat il-livell tad-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.";

"

(c)  il-paragrafu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"6. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw u jiddivulgaw l-indiċi wesgħin tas-suq li jiddependu fuqhom l-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom.";

"

(34)  fl-Artikolu 75, il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"Ir-rekwiżiti ta' maturità għal pożizzjonijiet qosra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45, fil-punt (a) tal-Artikolu 59, fil-punt (a) tal-Artikolu 69 u fil-punt (a) tal-Artikolu 72h għandhom jitqiesu li ntlaħqu fir-rigward ta' pożizzjonijiet miżmuma meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:";

"

(35)  fl-Artikolu 76, il-paragrafi 1, 2 u 3 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"1. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 42, tal-punt (a) tal-Artikolu 45, tal-punt (a) tal-Artikolu 57, tal-punt (a) tal-Artikolu 59, tal-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-punt (a) tal-Artikolu 69 u tal-punt (a) tal-Artikolu 72h, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta' pożizzjoni twila fi strument kapitali bil-porzjon ta' indiċi li hu magħmul mill-istess skopertura sottostanti li qed tiġi ħħeġġjata, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) jew kemm il-pożizzjoni twila li qed tiġi ħħeġġjata kif ukoll il-pożizzjoni qasira f'indiċi wżat biex jiħħeġġja dik il-pożizzjoni twila jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafolli mhux ta' negozjar;
   (b) il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jinżammu bil-valur ġust fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni;
   (c) il-pożizzjoni qasira msemmija fil-punt (a) tikkwalifika bħala ħeġġ effettiv taħt il-proċessi ta' kontroll intern tal-istituzzjoni;
   (d) l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l-adegwatezza tal-proċessi ta' kontroll intern imsemmija fil-punt (c) minn tal-inqas fuq bażi annwali u jkunu ssodisfati bl-adegwatezza kontinwata tagħhom.
   2. Fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess minn qabel tagħha, istituzzjoni tista' tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti inklużi fl-indiċi bħala alternattiva għal istituzzjoni li tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-elementi msemmija f'wieħed jew iktar minn dawn il-punti li ġejjin:
   (a) l-istrumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-indiċi;
   (b) l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju, inklużi fl-indiċi;
   (c) strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjonijiet, inklużi fl-indiċi.
   3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 2 biss meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tagħhom li jkun operazzjonalment ta' piż għall-istituzzjoni li timmonitorja l-iskopertura sottostanti tagħha għall-elementi msemmija f'wieħed jew iktar mill-punti tal-paragrafu 2, kif applikabbli.";

"

(36)  L-Artikolu 77 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 77

Kondizzjonijiet għat-tnaqqis ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

   1. Istituzzjoni għandha tikseb il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti biex tagħmel kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
   (a) tnaqqas, tifdi jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa mill-istituzzjoni f'mod li jkun permess skont id-dritt nazzjonali applikabbli;
   (b) tnaqqas, tqassam u tikklassifika mill-ġdid bħala entrata oħra ta' fondi proprji il-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati ma' strumenti ta' fondi proprji;
   (c) twettaq ix-xiri, it-tifdija, il-ħlas lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2 qabel id-data tal-maturità kuntrattwali tagħhom.
   2. Istituzzjoni għandha tikseb il-permess minn qabel tal-awtorità ta' riżoluzzjoni biex twettaq ix-xiri, it-tifdija, il-ħlas lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex koperti mill-paragrafu 1, qabel id-data tal-maturità kuntrattwali tagħhom.";

"

(37)  L-Artikolu 78 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 78

Permess superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji ▌

   1. L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess biex istituzzjoni tnaqqas, tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2 ▌, jew biex tnaqqas, tiddistribwixxi jew tikklassifika mill-ġdid kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, meta xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:
   (a) qabel jew fl-istess ħin ta' kwalunkwe azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premium azzjonarju msemmija fl-Artikolu 77(1) bi strumenti ta' fondi proprji ▌ li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;
   (b) l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1) ta’ dan ir-Regolament, jeċċedu r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u ▌ fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ.

Meta l-istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera b'fondi proprji li jeċċedu l-ammonti meħtieġa f'dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE ▌, l-awtorità kompetenti ▌ tista' tagħti lil dik l-istituzzjoni permess ġenerali minn qabel biex tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet stipulati fl-Artikolu 77(1) ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjonijiet futuri bħal din tkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal perijodu speċifikat, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti. Fil-każ ta' strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont li bih il-kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni jeċċedi s-somma tar-rekwiżiti tal-kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ. Fil-każ ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ammont totali ta' strumenti pendenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2, kif applikabbli. ▌

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw il-permess ġenerali minn qabel meta l-istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta' dak il-permess.

   2. Meta jivvalutaw is-sostenibbiltà tal-istrumenti ta' sostituzzjoni għall-kapaċità ta' introjtu tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-grad sa fejn dawk l-istrumenti kapitali ta' sostituzzjoni ▌jkunu aktar għalja għall-istituzzjoni milli dawk l-istrumenti kapitali jew kontijiet tal-premium azzjonarju li jissostitwixxu.
   3. Meta istituzzjoni tieħu azzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 77(1) u r-rifjut ta' tifdija ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 msemmija fl-Artikolu 27 ikun projbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, l-awtorità kompetenti tista' teżenta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm l-awtorità kompetenti teħtieġ li l-istituzzjoni tillimita t-tifdija ta' dawn l-istrumenti fuq bażi xierqa.
   4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess lill-istituzzjonijiet li jixtru, jifdu, jħallsu lura jew jixtru mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2 jew kontijiet tal-premium azzjonarju relatati matul il-ħames snin wara d-data tal-ħruġ tagħhom meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
   (a) ikun hemm bidla fil-klassifika regolatorja ta' dawk l-istrumenti li tkun x'aktarx tirriżulta fl-esklużjoni tagħhom mill-fondi proprji jew fir-riklassifikazzjoni tagħhom bħala fondi proprji ta' kwalità inferjuri, u jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
   (i) l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tali bidla hi suffiċjentement ċerta;
   (ii) l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li r-riklassifikazzjoni regolatorja ta' dawk l-istrumenti ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;
   (b) ikun hemm bidla fit-trattament applikabbli tat-taxxa ta' dawk l-istrumenti li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li tkun materjali u ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;
   (c) l-istrumenti u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati għandhom anterjorità skont l-Artikolu 494b;
   (d) qabel jew fl-istess ħin tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati msemmija fl-Artikolu 77(1) bi strumenti ta' fondi proprji ▌ li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni u l-awtorità kompetenti tkun ippermettiet dik l-azzjoni abbażi tad-determinazzjoni li tkun ta' benefiċċju mil-lat prudenzjali u ġġustifikata b'ċirkostanzi eċċezzjonali;
   (e) l-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 jinxtraw mill-ġdid għall-finijiet tal-ġenerazzjoni tas-suq.

   5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
   (a) it-tifsira ta' "sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni" ;;
   (b) il-bażijiet xierqa għal-limitazzjoni tat-tifdija msemmija fil-paragrafu 3;
   (c) il-proċess li jinkludi l-limiti u l-proċeduri għall-għoti ta' approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti għal azzjoni elenkata fl-Artikolu 77(1), u r-rekwiżiti ta' data biex istituzzjoni tapplika għall-permess tal-awtorità kompetenti biex twettaq azzjoni elenkata fih, inkluż il-proċess li għandu jiġi applikat fil-każ ta' fidi ta' ishma maħruġa lil membri ta' soċjetajiet kooperattivi u l-perijodu ta' żmien għall-ipproċessar ta' tali applikazzjoni.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta’ Lulju 2013.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.";

"

(38)   jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 78a

Permess biex jitnaqqsu strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

   1. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tagħti permess biex istituzzjoni tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:
   (a) qabel jew fl-istess ħin ta' kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 77(2), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli bi strumenti ta' fondi proprji jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jkunu tal-istess kwalità jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;
   (b) l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(2) ta' dan ir-Regolament, jeċċedu r-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttiva 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità ta' riżoluzzjoni, fi qbil mal-awtorità kompetenti, tqis meħtieġ;
   (c) l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li s-sostituzzjoni parzjali jew sħiħa tal-obbligazzjonijiet eliġibbli bi strumenti ta' fondi proprji hija meħtieġa sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni.

Meta istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera bil-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli billi teċċedi l-ammont tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tista' tagħti lil dik l-istituzzjoni permess ġenerali minn qabel biex twettaq ix-xiri, il-fidi, il-pagamenti lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, soġġett għal kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjoni futura bħal din tkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dak il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal perijodu speċifikat, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe permess ġenerali mogħti minn qabel.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jirtiraw il-permess ġenerali minn qabel meta istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta' dak il-permess.

   2. Meta skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 tkun qed tiġi vvalutata s-sostenibbiltà tal-istrumenti ta' sostituzzjoni għall-kapaċità ta' introjtu tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw sa fejn dawk l-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet ta' sostituzzjoni eliġibbli jkunu ta' spiża akbar għall-istituzzjoni milli dawk li jissostitwixxu.
   3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
   (a) il-proċess ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta' riżoluzzjoni;
   (b) il-proċedura, inkluż il-limiti ta' żmien u r-rekwiżiti ta' informazzjoni, għall-għoti ta' permess f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;
   (c) il-proċedura, inkluż il-limiti ta' żmien u r-rekwiżiti ta' informazzjoni, għall-għoti ta' permess minn qabel f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;
   (d) it-tifsira ta' "sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni" ;.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu allinjati b'mod sħiħ mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 78.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.";

"

(39)  L-Artikolu 79 jiġi emendat kif ġej:

(a)  it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli";

"

(b)  il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Meta istituzzjoni jkollha strumenti kapitali jew obbligazzjonijiet ▌ li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' fondi proprji f'entità tas-settur finanzjarju jew bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'istituzzjoni u fejn l-awtorità kompetenti tqis li dawk l-assi materjali ikunu għall-finijiet ta' operazzjoni ta' assistenza finanzjarja maħsuba biex jorganizzaw mill-ġdid u jirkupraw mill-ġdid il-vijabbiltà ta' dik l-entità jew dik l-istituzzjoni, l-awtorità kompetenti tista' teżenta fuq bażi temporanja d-dispożizzjonijiet fuq tnaqqis li kieku japplikaw għal dawk l-istrumenti.";

"

(40)   l-Artikolu li ġej jiddaħħal:"

"Artikolu 79a

Valutazzjoni ta' konformità mal-kondizzjonijiet għal fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-karatteristiċi sostanzjali tal-istrumenti u mhux biss il-forma legali tagħhom meta tkun qed tiġi valutata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tnejn. Il-valutazzjoni tal-aspetti sostanzjali ta' strument għandha tqis l-arranġamenti kollha relatati mal-istrumenti, anki meta dawn mhumiex stipulati b'mod espliċitu fit-termini u l-kondizzjonijiet tal-istrumenti nfushom, bil-għan li jiġi stabbilit li l-effetti ekonomiċi kkombinati ta' dawn l-arranġamenti huma konformi mal-objettiv tad-dispożizzjonijiet rilevanti.";

"

(41)  L-Artikolu 80 jiġi emendat kif ġej:

(a)  it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Analiżi kontinwa tal-kwalità ta' strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli";

"

(b)  il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-ABE għandha timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonijiet madwar l-Unjoni u għandha minnufih tinnotifika lill-Kummissjoni fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li dawk l-istrumenti ma jilħqux il-kriterji tal-eliġibbiltà rispettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, bla dewmien u fuq talba tal-ABE, jibagħtu l-informazzjoni kollha lill-ABE li l-ABE tqis bħala rilevanti rigward l-istrumenti kapitali ġodda jew tipi ġodda ta' obbligazzjonijiet maħruġa sabiex l-ABE tkun tista' timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonijiet fl-Unjoni kollha.";

"

(c)  fil-paragrafu 3, il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"3. L-ABE għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti li tikkunsidra li jkun meħtieġ għad-definizzjoni tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:";

"

(42)  fl-Artikolu 81, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Interessi minoritarji għandhom jinkludu s-somma tal-elementi ta' sussidjarja ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

   (a) is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:
   (i) istituzzjoni;
   (ii) impriża li skont il-liġi nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;
   (iii) kumpannija holding finanzjarja intermedjarja f'pajjiż terz li hija soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali li huma daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u fejn il-Kummissjoni tkun iddeċidiet skont l-Artikolu 107(4) li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;
   (b) is-sussidjarja tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
   (c) l-elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1, imsemmija fil-parti introduttorja ta' dan il-paragrafu, ikunu proprjetà ta' persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.";

"

(43)  L-Artikolu 82 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 82

Kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 1, ta' Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi

Kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 1, ta' Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-profitt miżmum u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ta' sussidjarja meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

   (a) is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:
   (i) istituzzjoni;
   (ii) impriża li skont il-liġi nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;
   (iii) kumpannija holding finanzjarja intermedjarja f'pajjiż terz li hija soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali li huma daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u fejn il-Kummissjoni tkun iddeċidiet skont l-Artikolu 107(4) li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;
   (b) is-sussidjarja tkun inkluża totalment fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
   (c) dawk l-istrumenti jkunu proprjetà ta' persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.";

"

(44)  fl-Artikolu 83(1), il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"1. Strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 maħruġa minn entità b'għan speċjali, u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ikunu inklużi sal-31 ta' Diċembru 2021 fil-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, Grad 1 jew ta' Grad 2 jew fil-fondi proprji kwalifikattivi, kif applikabbli, biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:";

"

(45)   jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 88a

Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Obbligazzjonijiet maħruġa minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni li tappartjeni għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħala l-entità ta' riżoluzzjoni għandhom jikkwalifikaw għall-inklużjoni fl-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli konsolidati ta' istituzzjoni soġġett għall-Artikolu 92a, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) jinħarġu skont il-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;
   (b) jinxtraw minn azzjonist eżistenti li mhuwiex parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/59/UE ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;
   (c) ma jaqbżux l-ammont determinat mit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (i) mill-ammont imsemmi fil-punt (ii):
   (i) is-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' strumenti ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;
   (ii) l-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 45f(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.";

"

(46)  L-Artikolu 92 jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(d) proporzjon ta' lieva finanzjarja ta' 3 %;

"

(b)   jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"1a. Flimkien mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, G-SII għandha żżomm buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja ekwivalenti għall-miżura tal-iskopertura totali tal-G-SIIs imsemmija fl-Artikolu 429(4) ta' dan ir-Regolament immultiplikata b’50 % tar-rata tal-buffer applikabbli għall-G-SII skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE.

G-SII għandha tissodisfa r-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja mal-kapital ta' Grad 1 biss. Kapital ta' Grad 1 li huwa wżat biex jissodisfa rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja ma għandux jintuża biex jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ibbażat fuq l-lieva finanzjarja stabbilita f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE, sakemm dan ma jkunx espliċitament previst mod ieħor hemmhekk.

Fejn G-SII ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, din għandha tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali ta' konservazzjoni skont l-Artikolu 141b tad-Direttiva 2013/36/UE.

Fejn G-SII ma tissodisfax fl-istess ħin ir-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja u r-rekwiżit għal buffer kombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE, din għandha tkun soġġetta għall-ogħla mir-rekwiżiti kapitali ta' konservazzjoni skont l-Artikoli 141 u 141b ta' dik id-Direttiva.";

"

(c)  il-paragrafu 3 jiġi emendat kif ġej:

(i)  il-punti (b) u (c) ▌ jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"(b) ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar ta' istituzzjoni għal dawn li ġejjin:

   (i) ir-riskju tas-suq kif determinat skont it-Titolu IV ta' din il-Parti, bl-esklużjoni tal-approċċi stabbiliti fil-Kapitolu 1a u fil-Kapitolu 1b ta’ dak it-Titolu;
   (ii) skoperturi kbar li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikoli 395 sa 401, sal-limitu li istituzzjoni titħalla taqbeż dawk il-limiti, kif determinat skont il-Parti Erbgħa;
   (c) ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif determinat fit-Titolu IV ta' din il-Parti, bl-esklużjoni tal-approċċi stabbiliti fil-Kapitolu 1a u fil-Kapitolu 1b ta’ dak it-Titolu, għall-attivitajiet tan-negozju kollha li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew għar-riskju tal-komoditajiet;";

"

(ii)   jiżdied il-punt li ġej:"

"(ca) ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kkalkulati skont it-Titolu V ta' din il-Parti, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 379 għar-riskju ta' saldu.";

"

(47)  jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

"Artikolu 92a

Rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SII

   1. Soġġetti għall-Artikoli 93 u 94 u għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni u li huma G-SII jew huma parti minn G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:
   (a) proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta' 18 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat skont ▌ l-Artikolu 92(3) u (4);
   (b) proporzjon mhux ibbażat fuq ir-riskju ta' 6,75 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-kejl totali tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 429(4).
   2. Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li ġejjin:
   (a) fit-tliet snin ta' wara d-data li fiha l-istituzzjoni jew il-grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni jkun ġie identifikat bħala G-SII;
   (b) fis-sentejn ta' wara d-data li fiha l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun applikat l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont id-Direttiva 2014/59/UE;
   (c) fis-sentejn ta' wara d-data li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni tkun daħħlet fis-seħħ miżura alternattiva għas-settur privat imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li permezz tagħha strumenti kapitali u obbligazzjonijiet oħra jkunu tnaqqsu fil-valur jew ġew ikkonvertiti f'punti tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 sabiex jikkapitalizzaw mill-ġdid l-entità ta' riżoluzzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni.
   3. Meta l-aggregat li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kull entità ta' riżoluzzjoni tal-istess G-SII jaqbeż ir-rekwiżit għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli kkalkulati skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista', wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħra rilevanti, taġixxi skont l-Artikolu 45d(3) jew 45h(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 92b

Rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs mhux tal-UE

   1. L-istituzzjonijiet li huma sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom dejjem jissodisfaw rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ugwali għal 90% tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 92a.
   2. Għall-fini ta' konformità mal-paragrafu 1, l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jitqiesu biss fejn dawk l-istrumenti huma s-sjieda tal-impriża prinċipali apikali ta' G-SII mhux fl-UE u nħarġu direttament jew indirettament permezz ta' entitajiet oħra fi ħdan l-istess grupp, sakemm dawn l-entitajiet kollha huma stabbiliti fl-istess pajjiż terz bħala dik l-intrapriża prinċipali apikali jew fi Stat Membru.
   3. Strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jitqies biss għall-fini ta' konformità mal-paragrafu 1 fejn dan jissodisfa l-kondizzjonijiet addizzjonali kollha li ġejjin:
   (a) fl-eventwalità ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni li tirriżulta mill-obbligazzjoni tikklassifika taħt pretensjonijiet li jirriżultaw minn obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u li ma jikkwalifikawx bħala fondi proprji;
   (b) dan huwa soġġett għas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikoli 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/59/UE.";

"

(48)  L-Artikolu 94 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 94

Deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar

   1. B'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu dment li d-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet huwa daqs jew inqas miż-żewġ livelli limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar bl-użu tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:
   (a) 5 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;
   (b) EUR 50 miljun.
   2. Fejn iż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom kif ġej:
   (a) għall-kuntratti elenkati fil-punt 1 tal-Anness II, il-kuntratti relatati mal-ekwitajiet li huma msemmija fil-punt 3 ta’ dak l-Anness u d-derivattivi ta' kreditu, l-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw dawk il-pożizzjonijiet mir-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(3);
   (b) għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(3) bir-rekwiżit ikkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 92(3).
   3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tagħhom abbażi tad-data sal-aħħar jum ta' kull xahar għall-finijiet tal-paragrafu 1 skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
   (a) il-pożizzjonijiet kollha assenjati fil-portafoll tan-negozjar skont l-Artikolu 104 għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu ħlief għal dawn li ġejjin:
   (i) pożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kambju u l-komoditajiet;
   (ii) pożizzjonijiet fid-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skoperturi għar-riskju tal-kontroparti u tat-tranżazzjonijiet derivattivi tal-kreditu li ipaċu perfettament ir-riskju tas-suq ta' dak l-iħħeġġjar intern kif imsemmi fl-Artikolu 106(3);
   (b) il-pożizzjonijiet kollha inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punt (a) għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data partikolari; meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur ġust tas-suq għal dik il-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur tas-suq u l-valur ġust ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'dik id-data, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;
   (c) il-valur assolut ta' pożizzjonijiet twal għandu jingħadd mal-valur assolut ta' pożizzjonijiet qosra.
   4. Fejn jintlaħqu ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, irrispettivament mill-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 74 u 83 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikolu 102(3) u (4), l-Artikoli 103 u 104b ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.
   5. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw, jew jieqfu jikkalkulaw, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom skont ▌ il-paragrafu 2.
   6. Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.
   7. Istituzzjoni għandha tieqaf tikkalkola r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan il-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur li jseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:
   (a) l-istituzzjoni ma tissodisfax ▌ il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal tliet xhur konsekuttivi;
   (b) l-istituzzjoni ma tissodisfax ▌ il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal aktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar.
   8. Meta istituzzjoni ma baqgħetx tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan l-Artikolu, għandha tkun permessa biss tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan l-Artikolu meta turi lill-awtorità kompetenti li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 għal perijodu sħiħ mhux interrott ta' sena.
   9. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi, jixtru jew ibiegħu pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar bl-uniku skop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.";

"

(49)  fit-Titolu I tal-Parti Tlieta, il-Kapitolu 2 huwa mħassar;

(50)  L-Artikolu 102 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 2, 3 u 4 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"2. L-intenzjoni ta' negozjar għandha tintwera fuq bażi tal-istrateġiji, il-politiki u l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjoni biex timmaniġja l-pożizzjoni jew il-portafoll skont l-Artikoli 103, 104 u 104a.

   3. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu sistemi u jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tagħhom u jistabbilixxu kontrolli biex jamministraw il-portafoll tan-negozjar tagħhom skont l-Artikolu 103.
   4. Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b(3), pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu assenjati lil postijiet tan-negozjar stabbiliti ▌ skont l-Artikolu 104b. ▌";

"

(b)  jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

"5. Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' valwazzjoni prudenti speċifikati fl-Artikolu 105.

   6. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw l-iħħeġġjar intern skont l-Artikolu 106.";

"

(51)  L-Artikolu 103 huwa ▌ sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 103

Ġestjoni tal-portafoll tan-negozjar

   1. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar għall-immaniġġjar globali tal-portafoll tan-negozjar. Dawn il-politiki u proċeduri għandhom mill-inqas jindirizzaw:
   (a) l-attivitajiet li l-istituzzjoni tikkunsidra bħala negozjar kummerċjali u bħala parti kostitwenti tal-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżit ta' fondi proprji;
   (b) il-punt sa fejn pożizzjoni tista' tiġi vvalutata kuljum skont il-valur tas-suq b'riferiment għal suq likwidu, attiv u bidirezzjonali;
   (c) fil-każ ta' pożizzjonijiet li jingħatalhom valur skont mudell, il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista':
   (i) tidentifika r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni;
   (ii) tiħħeġġja r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni bi strumenti li għalihom jeżisti suq attiv, likwidu u bidirezzjonali;
   (iii) tikseb estimi affidabbli għas-suppożizzjonijiet u l-parametri ewlenin użati fil-mudell;
   (d) il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista', u tkun obbligata li, tiġġenera valwazzjonijiet għall-pożizzjoni li jistgħu jiġu vvalidati esternament b'mod konsistenti;
   (e) il-punt sa fejn ir-restrizzjonijiet legali jew rekwiżiti operazzjonali oħra jipprekludu l-abbiltà tal-istituzzjoni li teffettwa likwidazzjoni jew ħeġġ tal-pożizzjoni fuq terminu qasir;
   (f) il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista', u tkun obbligata li, timmaniġġja b'mod attiv ir-riskji ta' pożizzjonijiet fl-operat tan-negozjar tagħha;
   (g) il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista' tirrikklassifika riskji jew pożizzjonijiet bejn il-portafolli mhux tan-negozjar u l-portafolli tan-negozjar u r-rekwiżiti għal tali riklassifikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 104a.

   2. Fl-immaniġġjar tal-pożizzjonijiet jew tal-portafolli ta' pożizzjonijiet tagħha fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

   (a) l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ strateġija tan-negozjar dokumentata b'mod ċar għall-pożizzjoni jew portafolli fil-portafoll tan-negozjar, li għandha tkun approvata mill-maniġment superjuri u tinkludi l-perijodu ta' holding mistenni;

   (b) l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar għall-ġestjoni attiva ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar; dawk il-politiki u proċeduri għandhom jinkludu li ġejjin:

   (i) liema pożizzjonijiet jew portafolli ta' pożizzjonijiet jista' jidħol fihom kull post tan-negozjar jew, kif jista' jkun il-każ, minn negozjanti deżinjati;
   (ii) l-iffissar ta' limiti tal-pożizzjoni u li jiġu mmonitorjati għall-adegwatezza;
   (iii) l-iżgurar li n-negozjanti għandhom l-awtonomija biex jieħdu u jimmaniġġjaw il-pożizzjoni fil-limiti miftiehma u skont l-istrateġija approvata;
   (iv) l-iżgurar li l-pożizzjonijiet jiġu rrappurtati lill-maniġment superjuri bħala parti integrali mill-proċess għall-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni;
   (v) l-iżgurar li l-pożizzjonijiet ikunu mmonitorjati attivament b'referenza għal sorsi ta' informazzjoni tas-suq u li ssir valutazzjoni tal-kummerċjabbiltà jew tal-kapaċità li tiġi ħħeġġjata l-pożizzjoni jew ir-riskji tal-komponenti tagħha, inkluż il-valutazzjoni, il-kwalità u d-disponibbiltà tal-input tas-suq għall-proċess ta' valutazzjoni, il-livell tal-fatturat tas-suq, id-daqs tal-pożizzjonijiet nnegozjati fis-suq;
   (vi) il-proċeduri u kontrolli attivi kontra l-frodi;
   (c) l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti b'mod ċar għall-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet kontra l-istrateġija tan-negozjar tal-istituzzjoni, inkluż il-monitoraġġ tal-fatturat u pożizzjonijiet li għalihom il-perijodu ta' holding li kien oriġinarjament intiż ikun inqabeż.";

"

(52)   fl-Artikolu 104, jitħassar il-paragrafu 2;

(53)  jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

"Artikolu 104a

Riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni

   1. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki definiti b'mod ċar biex jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni tan-negozjar bħala portafoll mhux tan-negozjar jew, għall-kuntrarju, ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni mhux tan-negozjar bħala ▌ pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar, għall-fini li jiġu determinati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti. L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu dawk il-politiki tal-inqas darba fis-sena.

L-ABE għandha tissorvelja l-firxa ta' prattiki superviżorji u għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 sa … [ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] dwar it-tifsira ta' ċirkostanzi eċċezzjonali għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Sakemm l-ABE toħroġ dawk il-linji gwida, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar, u jipprovdu r-raġuni għal, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar jekk jagħtux jew le permess lil istituzzjoni biex tirriklassifika pożizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

   2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess biex pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar tiġi riklassifikata bħala pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar jew għall-kuntrarju pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar bħala▌ pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar għall-fini li jiġu determinati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom fil-każ biss meta l-istituzzjoni tkun ipprovdiet lill-awtoritajiet kompetenti b'evidenza bil-miktub li d-deċiżjoni tagħha li terġa' tikklassifika dik il-pożizzjoni hija r-riżultat ta' ċirkostanza eċċezzjonali li hija konsistenti mal-politiki li l-istituzzjoni għandha fis-seħħ skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni għandha tipprovdi biżżejjed evidenza li l-pożizzjoni ma għadhiex tissodisfa l-kondizzjoni biex tiġi kklassifikata bħala pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar jew mhux tan-negozjar skont l-Artikolu 104.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi approvata mill-korp maniġerjali.

   3. Meta l-awtorità kompetenti tat il-permess għar-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni skont il-paragrafu 2, l-istituzzjoni li tirċievi dak il-permess għandha:
   (a) tiżvela pubblikament, mingħajr dewmien,
   (i) l-informazzjoni li l-pożizzjoni tagħha ġiet riklassifikata, u
   (ii) fejn l-effett ta' dik ir-riklassifikazzjoni huwa tnaqqis fir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni, id-daqs ta' dak it-tnaqqis; u
   (b) fejn l-effett ta' dik ir-riklassifikazzjoni huwa tnaqqis fir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni, ma tirrikonoxxix dak l-effett sakemm il-pożizzjoni timmatura, sakemm l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tippermettihiex li tirrikonoxxi dak l-effett f'data aktar bikrija.
   4. L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-bidla netta fl-ammont tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħha li tirriżulta mir-riklassifikazzjoni tal-pożizzjoni, bħala d-differenza bejn ir-rekwiżiti ta' fondi proprji immedjatament wara r-riklassifikazzjoni u r-rekwiżiti ta' fondi proprji immedjatament qabel ir-riklassifikazzjoni, kull wieħed ikkalkulat skont l-Artikolu 92. Il-kalkolu ma għandu jieħu kont tal-effetti tal-ebda fattur ieħor apparti r-riklassifikazzjoni.
   5. Ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni skont dan l-Artikolu għandha tkun irrevokabbli.

Artikolu 104b

Rekwiżiti għall-post tan-negozjar

   1. Għall-finijiet tar-rekwiżit ta' rappurtar stabbilit fl-Artikolu 430b(3), l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu postijiet tan-negozjar u għandhom jassenjaw kull waħda mill-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tagħhom lil wieħed minn dawk il-postijiet tan-negozjar. Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu attribwiti lill-istess portafoll tan-negozjar fil-każ biss meta jkunu jissodisfaw l-istrateġija tan-negozjar miftiehma għall-post tan-negozjar u huma ġestiti b'mod konsistenti u mmonitorjati skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
   2. Il-postijiet tan-negozjar tal-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
   (a) kull post tan-negozjar għandu jkollu strateġija tan-negozjar u struttura tal-ġestjoni tar-riskju ċara u distintiva li hija adegwata għall-istrateġija tan-negozjar tiegħu;
   (b) kull post tan-negozjar għandu jkollu struttura organizzattiva ċara; pożizzjonijiet f'post tan-negozjar partikolari għandhom jiġu ġestiti minn negozjanti deżjinati fi ħdan l-istituzzjoni; kull negozjant għandu jkollu funzjonijiet dedikati fil-post tan-negozjar; kull negozjant għandu jiġi assenjat għal post tan-negozjar wieħed biss; ▌
   (c) għandhom jiġu stabbiliti limiti tal-pożizzjoni f'kull post tan-negozjar skont l-istrateġija tan-negozjar ta' dak il-post tan-negozjar;
   (d) tal-inqas darba f'ġimgħa, għandhom jiġu prodotti rapporti dwar l-attivitajiet, il-profittabbiltà, il-ġestjoni tar-riskju u r-rekwiżiti regolatorji fil-livell tal-post tan-negozjar, li għandhom jintbagħtu lill-korp maniġerjali fuq bażi regolari;
   (e) kull post tan-negozjar għandu jkollu pjan ta' direzzjoni tan-negozju annwali ċar li jinkludi politika ta' remunerazzjoni definita sew abbażi ta' kriterji sodi wżati għall-kejl tal-prestazzjoni;
   (f) rapporti dwar pożizzjonijiet li jimmaturaw, ksur ta' limiti tan-negozjar fl-istess jum, ksur ta' limiti tan-negozjar ta' kuljum u azzjonijiet meħuda mill-istituzzjoni biex tindirizza dak il-ksur, kif ukoll il-valutazzjonijiet tal-likwidità tas-suq għandhom ikunu ppreparati għal kull post tan-negozjar fuq bażi ta' kull xahar u jkunu disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti.
   3. B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 2, istituzzjoni tista' tassenja lil negozjant aktar minn post tan-negozjar wieħed, dment li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti tagħha li l-ħidma saret minħabba l-konsiderazzjonijiet tan-negozju jew tar-riżorsi u l-ħidma tippreserva r-rekwiżiti kwalitattivi oħra stabbiliti f'dan l-Artikolu applikabbli għal negozjanti u postijiet tan-negozjar.
   4. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-mod li bih huma jikkonformaw mal-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni tibdel l-istruttura jew l-organizzazzjoni tal-postijiet tan-negozjar tagħha biex tikkonforma ma' dan l-Artikolu.";

"

(54)  L-Artikolu 105 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar kollha mkejla b'valur ġust għandhom ikunu soġġetti għall-istandards ta' valwazzjoni prudenti speċifikati f'dan l-Artikolu. L-istituzzjonijiet għandhom b'mod partikolari jiżguraw li l-valwazzjoni prudenti tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tagħhom tilħaq grad xieraq ta' ċertezza fid-dawl tan-natura dinamika tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar imkejla b'valur ġust, id-domandi ta' solidità prudenzjali u l-mod ta' operat u l-għan tar-rekwiżiti ta' kapital fir-rigward tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar imkejla b'valur ġust.";

"

(b)  il-paragrafi 3 u 4 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"3. L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar b'valur ġust tal-inqas darba kuljum. Il-bidliet fil-valur ta' dawn il-pożizzjonijiet għandhom jiġu rrapportati fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni.

   4. L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom imkejla b'valur ġust għas-suq, kull meta jkun possibbli, inkluż meta jiġi applikat it-trattament tal-kapital rilevanti għal dawk il-pożizzjonijiet.";

"

(c)  il-paragrafu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"6. Fejn ma tkunx possibbli valwazzjoni skont is-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu valwazzjoni skont mudell konservattiv tal-pożizzjonijiet u l-portafolli tagħhom, inkluż meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar imkejla b'valur ġust fil-portafoll mhux tan-negozjar.";

"

(d)  fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-mudell għandu jiġi żviluppat jew approvat indipendentement mill-postijiet tan-negozjar u għandu jiġi ttestjat b'mod indipendenti, inkluż il-validazzjoni tal-matematika, is-suppożizzjonijiet u l-implimentazzjoni tas-softwer.";

"

(e)  fil-paragrafu 11, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) l-ammont addizzjonali ta' żmien li jkun meħtieġ biex tiġi ħħeġġjata l-pożizzjoni jew ir-riskji fil-pożizzjoni lil hinn mill-orizzonti ta' likwidità li ġew assenjati lill-fatturi tar-riskju tal-pożizzjoni skont l-Artikolu 352bd;";

"

(55)  L-Artikolu 106 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 2 u 3 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"2. Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għall-pożizzjoni ħħeġġjata fil-portafoll mhux tan-negozjar jew il-portafoll tan-negozjar, fejn rilevanti.

   3. Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skopertura għar-riskju tal-kontroparti permezz ta' derivattiv ta' kreditu mniżżel fil-portafoll tan-negozjar tagħha, dik il-pożizzjoni fid-derivattiv ta' kreditu għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skopertura għar-riskju tal-kontroparti għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92(3) meta l-istituzzjoni tidħol fi tranżazzjoni derivattiva tal-kreditu oħra ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar u jpaċi perfettament ir-riskju tas-suq tal-ħeġġ intern.

Kemm ħeġġ intern rikonoxxut skont l-ewwel subparagrafu kif ukoll id-derivattiv ta' kreditu li jiġi konkluż mal-parti terza għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.";

"

(b)  jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

"4. Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju ta' ekwità ta' portafoll mhux tan-negozjar permezz ta' derivattiv ta' ekwità mniżżel fil-portafoll tan-negozjar tagħha, din il-pożizzjoni fid-derivattiv ta' ekwità għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern tal-iskopertura għar-riskju ta' ekwità ta' portafoll mhux tan-negozjar għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92(3) meta l-istituzzjoni tidħol fi tranżazzjoni derivattiva tal-ekwità oħra ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar u tpaċi perfettament ir-riskju tas-suq tal-ħeġġ intern.

Kemm ħeġġ intern rikonoxxut skont l-ewwel subparagrafu kif ukoll id-derivattiv ta' ekwità li jiġi konkluż ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.

   5. Meta istituzzjoni tiħħeġġja skoperturi għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax ta' portafoll mhux tan-negozjar permezz ta' pożizzjoni ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax imniżżla fil-portafoll tan-negozjar tagħha, dik il-pożizzjoni ta' riskju tar-rata tal-imgħax għandha tiġi kkunsidrata bħala ħeġġ intern għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżultaw mill-pożizzjonijiet mhux tan-negozjar skont l-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
   (a) il-pożizzjoni ġiet assenjata lil portafoll separat mill-pożizzjoni l-oħra fil-portafoll tan-negozjar, li l-istrateġija ta' negozju tagħha hija ddedikata unikament għall-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq ta' ħħeġġjar intern ta' skopertura għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax; għal dak l-għan, l-istituzzjoni tista' tassenja lil dan il-portafoll pożizzjonijiet oħra tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li tkun daħlet għalihom ma' partijiet terzi, jew il-portafoll tan-negozjar tagħha stess dment li l-istituzzjoni tpaċi perfettament ir-riskju tas-suq ta' dawk il-pożizzjonijiet tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li daħlet għalihom bil-portafoll tan-negozjar tagħha stess billi tidħol f'pożizzjonijiet opposti tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax ma' partijiet terzi;
   (b) għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b(3), il-pożizzjoni tkun ġiet assenjata lil post tan-negozjar stabbilit skont l-Artikolu 104b li l-istrateġija tan-negozjar tiegħu hija ddedikata unikament għall-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern ta' skopertura għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax; għal dan il-għan, dak il-post tan-negozjar jista' jidħol f'pożizzjonijiet tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax oħra ma' partijiet terzi jew postijiet tan-negozjar oħra tal-istituzzjoni, sakemm dawk il-postijiet tan-negozjar l-oħrajn ipaċu perfettament ir-riskju tas-suq ta' dawk il-pożizzjonijiet tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax l-oħra billi jidħlu f'pożizzjonijiet opposti tar-riskju tar-rata tal-imgħax ma' partijiet terzi;
   (c) l-istituzzjoni dokumentat b'mod sħiħ kif il-pożizzjoni timmitiga r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE.
   6. Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lil portafoll separat kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 5 għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi awtonoma u għandhom ikunu flimkien mar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-pożizzjonijiet l-oħra fil-portafoll tan-negozjar.
   7. Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b, il-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-portafoll separat kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jew lill-post tan-negozjar jew li daħal għalihom il-post tan-negozjar imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, fejn xieraq, għandu jiġi kkalkulat fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat u għandu jkun addizzjonali għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-pożizzjonijiet l-oħra fil-portafoll tan-negozjar.";

"

(56)  fl-Artikolu 107, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"3. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-iskoperturi għal ditti ta' investiment ta' pajjiż terz, għal istituzzjoni ta' kreditu ta' pajjiż terz u għal kambju ta' pajjiż terz għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjoni fil-każ biss meta l-pajjiż terz japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dik l-entità li huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.";

"

(57)   L-Artikolu 117, paragrafu 2 jiġi emendat kif ġej:

(a)  jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(o) l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp;

   (p) il-Bank Ażjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura";

"

(b)   jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 li temenda, f'konformità mal-istandards internazzjonali, il-lista ta' banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-ewwel subparagrafu.";

"

(58)   fl-Artikolu 118, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;";

"

(59)   fl-Artikolu 123, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"Skoperturi minħabba self mogħti minn istituzzjoni ta' kreditu lill-pensjonanti jew impjegati b'kuntratt permanenti kontra t-trasferiment mingħajr kondizzjonijiet ta' parti mill-pensjoni jew mis-salarju ta' min jissellef lil dik l-istituzzjoni ta' kreditu għandhom jiġu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 %, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) sabiex jitħallas lura s-self, min jissellef jawtorizza mingħajr kondizzjonijiet il-fond tal-pensjoni jew lill-impjegatur biex jagħmlu pagamenti diretti lill-istituzzjoni ta' kreditu billi jitnaqqsu l-pagamenti ta' kull xahar tas-self mill-pensjoni jew mis-salarju kull xahar ta' min jissellef;
   (b) ir-riskji ta' mewt, inkapaċità għax-xogħol, il-qgħad jew it-tnaqqis nett fix-xahar tal-pensjoni jew tas-salarju ta' min jissellef huma koperti kif xieraq permezz ta' polza tal-assigurazzjoni sottoskritta minn min jissellef għall-benefiċċju tal-istituzzjoni ta' kreditu;
   (c) il-pagamenti ta' kull xahar li għandhom isiru minn min jissellef fuq is-self kollu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ma għandhomx jaqbżu, meta aggregati, l-20 % mill-pensjoni jew mis-salarju nett fix-xahar ta' min jissellef;
   (d) il-massimu ta' maturità oriġinali tas-self huwa ugwali għal jew inqas minn għaxar snin.";

"

(60)   L-Artikolu 124 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 124

Skoperturi garantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli

   1. Skopertura jew kwalunkwe parti minn skopertura totalment iggarantita permezz ta' ipoteka fuq proprjetà immobbli għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 100 %, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 125 jew 126 ma jiġux issodisfati, ħlief għal kwalunkwe parti tal-iskopertura li tkun assenjata lil klassi ta' skopertura oħra. Il-parti tal-iskopertura li taqbeż il-valur tal-ipoteka tal-proprjetà immobbli għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju applikabbli għall-iskoperturi mhux iggarantiti tal-kontroparti involuta.

Il-parti minn skopertura li hija ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli ma għandhiex tkun akbar mill-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew f'dawk l-Istati Membri li jkunu stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, il-valur tas-self ipotekarju tal-proprjetà immobbli inkwistjoni.

   1a. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità deżinjata.

Fejn l-awtorità deżinjata minn Stat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija l-awtorità kompetenti, hija għandha tiżgura li l-korpi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollhom mandat makroprudenzjali jiġu infurmati kif dovut bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan l-Artikolu, u jiġu involuti kif jixraq fil-valutazzjoni ta' tħassib ta' stabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha f'konformità mal-paragrafu 2.

Fejn l-awtorità deżinjata mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija differenti mill-awtorità kompetenti, l-Istat Membru għandu jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżgura koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni xierqa bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom ikunu meħtieġa jikkooperaw mill-qrib u li jikkondividu l-informazzjoni kollha li tista' tkun neċessarja għall-prestazzjoni xierqa tad-dmirijiet imposti fuq l-awtorità deżinjata skont dan l-Artikolu. Dik il-kooperazzjoni għandha timmira li tevita kwalunkwe forma ta' azzjoni duplikata jew inkonsistenti bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata, kif ukoll li jkun żgurat li l-interazzjoni ma' miżuri oħra, b'mod partikolari miżuri meħuda skont l-Artikolu 458 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, titqies kif jixraq.

   2. Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu għandha perjodikament, u mill-inqas annwalment, tivvaluta jekk il-piż tar-riskju ta' 35 % għal skoperturi ta' segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ggarantit/i b'ipoteki fuq proprjetà residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 125 li jinsab/u f'parti waħda jew aktar tat-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti huma u l-piż tar-riskju ta' 50 % għal skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali msemmija fl-Artikolu 126 li jinsabu f'waħda jew aktar mit-territorji tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti huma bbażati kif xieraq fuq:
   (a) l-esperjenza ta' telf ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli;
   (b) żviluppi tas-suq li jħarsu 'l quddiem fir-rigward ta' proprjetà immobbli.

Fejn, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu tikkonkludi li l-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 125(2) u 126(2) ma jirriflettux b'mod adegwat ir-riskji attwali relatati ma' segment wieħed jew aktar tal-proprjetà ta' skoperturi garantiti kompletament permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew fuq proprjetà kummerċjali immobbli li jinsabu f'parti waħda jew iktar tat-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti, u jekk tqis li din l-inadegwatezza ta' piżijiet ta' riskju jista' jkollha effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, hija tista' żżid il-piżijiet tar-riskju applikabbli għal dawk l-iskoperturi fi ħdan meded stabbiliti fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew timponi kriterji aktar stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 125(2) jew 126(2).

L-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS bi kwalunkwe aġġustament għall-piżijiet tar-riskju u l-kriterji applikati skont dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu dik in-notifika, l-ABE u l-BERS għandhom jipprovdu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-ABE u l-BERS għandhom jippubblikaw il-piżijiet tar-riskju u l-kriterji għall-iskoperturi msemmija fl-Artikoli 125, 126 u l-punt (a) tal-Artikolu 199(1) kif implimentati mill-awtorità rilevanti.

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a tista' tistabbilixxi l-piżijiet tar-riskju fil-meded li ġejjin:

   (a) 35 % sa 150 % għal skoperturi garantiti permezz ta' ipoteka fuq proprjetà residenzjali;
   (b) 50 % sa 150 % għal skoperturi garantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali.
   3. Meta l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a tistabbilixxi piżijiet tar-riskju ogħla jew kriterji aktar stretti skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom perijodu transizzjonali ta' sitt xhur biex japplikawhom.
   4. L-ABE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju msemmi fil-paragrafu 1 u t-tipi ta' fatturi li jridu jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet ta' riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

   5. Il-BERS jista', permezz ta' rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, jagħti gwida lill-awtoritajiet deżinjati skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu dwar dan li ġej:
   (a) fatturi li jista' jkollhom "effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura" imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2; u
   (b) punti ta' riferiment indikattivi li l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a għandha tqis meta tiddetermina piżijiet tar-riskju ogħla.
   6. L-istituzzjonijiet ta' Stat Membru għandhom japplikaw il-piżijiet tar-riskji u l-kriterji li ġew stabbiliti mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 2 għall-iskoperturi korrispondenti kollha tagħhom garantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti waħda jew aktar ta' dak l-Istat Membru.";

"

(61)  fl-Artikolu 128, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti ma' dawn li ġejjin:"

"1. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw ponderazzjoni tar-riskju ta' 150 % lill-iskoperturi li huma assoċjati ma' riskji partikolarment għoljin.

   2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom kwalunkwe waħda mill-iskoperturi li ġejjin bħala skoperturi assoċjati ma' riskji partikolarment għoljin:
   (a) investimenti f'ditti ta' kapital ta' riskju, ħlief meta dawk l-investimenti huma ttrattati skont l-Artikolu 132;
   (b) investimenti f'ekwità privata, ħlief meta dawk l-investimenti huma ttrattati skont l-Artikolu 132;
   (c) finanzjament spekulattiv ta' proprjetà immobbli.";

"

(62)  L-Artikolu 132 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 132

Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU, ikkalkulat skont l-approċċi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, bil-perċentwal ta' unitajiet jew azzjonijiet miżmuma minn dawk l-istituzzjonijiet.
   2. Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-prinċipju taċ-ċar kristall skont l-Artikolu 132a(1) jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat skont l-Artikolu 132a(2).

Soġġett għall-Artikolu 132b(2), l-istituzzjonijiet li ma japplikawx il-prinċipju taċ-ċar kristall jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat għandhom jassenjaw ponderazzjoni tar-riskju ta' 1 250 % ("approċċ ta' riżerva") għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU.

L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jużaw kombinament tal-approċċi msemmija f'dan l-ewwel paragrafu, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-użu ta' dawk l-approċċi.

   3. L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' ▌ skopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (a) is-CIU hija waħda minn dawn li ġejjin:
   (i) impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), irregolata mid-Direttiva 2009/65/KE;
   (ii) ▌ AIF ġestit minn AIFM tal-UE rreġistrat skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE;
   (iii) AIF ġestit minn AIFM tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE;
   (iv) AIF ġestit minn AIFM mhux tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2011/61/UE;
   (v) AIF mhux tal-UE ġestit minn AIFM mhux tal-UE u kkummerċjalizzat skont l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2011/61/UE;
   (vi) AIF mhux tal-UE li mhux ikkummerċjalizzat fl-Unjoni u mmaniġġjat minn AIFM mhux tal-UE stabbilit f'pajjiż terz li huwa kopert minn att delegat imsemmi fl-Artikolu 67(6) tad-Direttiva 2011/61/UE;
   (b) il-prospett tas-CIU jew dokument ekwivalenti jinkludi dan li ġej:
   (i) il-kategorija ta' assi li fiha s-CIU tkun awtorizzata tinvesti;
   (ii) fejn japplikaw limiti fuq l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji għall-kalkolu tagħhom;
   (c) ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
   (i) l-iskoperturi tas-CIU huma rrappurtati mill-inqas bl-istess frekwenza bħal dawk tal-istituzzjoni;
   (ii) il-granularità tal-informazzjoni finanzjarja hija suffiċjenti biex l-istituzzjoni tkun tista' tikkalkula l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU skont l-approċċ magħżul mill-istituzzjoni;
   (iii) meta l-istituzzjoni tapplika l-prinċipju taċ-ċar kristall, l-informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti.

B'deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu, il-banek ta' żvilupp multilaterali u bilaterali u istituzzjonijiet oħra li jikkoinvestu f'CIU ma' banek ta' żvilupp multilaterali jew bilaterali jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu huma ssodisfati u li l-mandat tal-investiment tas-CIU tillimita t-tipi ta' assi li s-CIU tista' tinvesti f'assi li jippromwovu żvilupp sostenibbli f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar is-CIUs li għalihom japplikaw it-trattament imsemmi fit-tieni subparagrafu.

B'deroga mill-punt (c)(i) tal-ewwel subparagrafu, meta l-istituzzjoni tiddetermina l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' skopertura tas-CIU skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat, ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jista' jkun limitat għall-mandat tal-investiment tas-CIU u kull tibdil tiegħu u jista' jsir biss meta l-istituzzjoni ġġarrab l-iskopertura lis-CIU għall-ewwel darba u meta jkun hemm tibdil fil-mandat tal-investiment tas-CIU.

   4. L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terzi, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (a) il-parti terza hija waħda minn dawn li ġejjin:
   (i) id-depożitarju jew id-depożitarju finanzjarju tas-CIU, sakemm is-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dak depożitarju jew depożitarju finanzjarju;
   (ii) fil-każ ta' CIUs mhux koperti mill-punt (i) ta’ dan il-punt, il-kumpannija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpannija tissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 3;
   (b) il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a(1), (2) jew (3), kif applikabbli;
   (c) awditur estern ikun ikkonferma l-korrettezza tal-kalkolu tal-parti terza.

L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU li tirriżulta minn dawn il-kalkoli b'fattur ta' 1,2.

B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għall-kalkoli dettaljati mwettqa minn parti terza, il-fattur ta' 1,2 ma għandux japplika. L-istituzzjoni għandha tipprovdi dawk il-kalkoli lill-awtorità kompetenti tagħha fuq talba.

   5. Meta istituzzjoni tapplika l-approċċi msemmija fl-Artikolu 132a għall-fini li tikkalkula l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju ta' skopertura ta' CIU ("CIU ta' livell 1"), u kwalunkwe waħda mill-iskoperturi sottostanti tas-CIU ta' livell 1 hija skopertura fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU oħra ("CIU ta' livell 2"), l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU ta' livell 2 jista' jiġi kkalkulat permezz ta' kwalunkwe wieħed mit-tliet approċċi deskritti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-istituzzjoni tista' tuża l-prinċipju taċ-ċar kristall biex tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU fil-livell 3 u kwalunkwe livell sussegwenti, fil-każ biss fejn użat dak l-approċċ għall-kalkolu fil-livell preċedenti. Fi kwalunkwe xenarju ieħor, din għandha tuża l-approċċ ta' riżerva.
   6. L-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi ta' CIU kkalkulat skont il-prinċipju taċ-ċar kristall u l-approċċ ibbażat fuq il-mandat kif stabbilit fl-Artikolu 132a (1) u (2) għandu jiġi limitat għall-ammont ponderat għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi ta' CIU kkalkulat skont l-approċċ ta' riżerva.
   7. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ taċ-ċar kristall skont l-Artikolu 132a(1) jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw il-valuri tal-iskoperturi ta' dawk l-iskoperturi, ikkalkulati skont l-Artikolu 111, bil-piż tar-riskju (20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000003.png) ikkalkulat skont il-formula stipulata fl-Artikolu 132c, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
   (a) l-istituzzjonijiet ikejlu il-valur tal-parteċipazzjonijiet tagħhom ta' unitajiet jew ishma f'CIU bil-prezz storiku iżda jkejlu l-valur tal-assi sottostanti tas-CIU bil-valur ġust jekk dawn japplikaw l-approċċ taċ-ċar kristall;
   (b) bidla fil-valur tas-suq tal-unitajiet jew l-ishma li għalihom l-istituzzjonijiet jkejlu l-valur bil-prezz storiku la jbiddel l-ammont tal-fondi proprji ta' dawk l-istituzzjonijiet u lanqas il-valur tal-iskopertura assoċjat ma' dawk il-parteċipazzjonijiet.";

"

(63)  jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

"Artikolu 132a

Approċċi għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIUs

   1. Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li għandhom biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU għandhom jirreferu għal dawk l-iskoperturi biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU, filwaqt li jivvalutaw ir-riskju tal-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU bħallikieku kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet.
   2. Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li ma għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU biex jużaw il-prinċipju taċ-ċar kristall, jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi skont il-limiti stabbiliti fil-mandat tas-CIU u l-liġi rilevanti.

L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu skont is-suppożizzjoni li s-CIU l-ewwel iġġarrab l-iskoperturi sal-punt massimu permess taħt il-mandat tagħha jew liġi rilevanti fl-iskoperturi li jattiraw ir-rekwiżit tal-ogħla fondi proprji u mbagħad tkompli ġġarrab l-iskoperturi f'ordni dixxendenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu totali tal-iskopertura, u li s-CIU tapplika lieva finanzjarja sal-massimu possibbli permess skont il-mandat jew il-liġi rilevanti tagħha, fejn applikabbli.

L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, fil-Kapitolu 5, u fit-Taqsima 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu.

   3. B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tal-iskoperturi ta' CIU skont il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi għal derivattiva ta' dik is-CIU bħala ammont ugwali għal 50 % tal-valur tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ta' derivattiva kkalkulati skont it-Taqsima 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu, kif applikabbli.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattiva ta' riskju li ma jkunux soġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu.

   4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju msemmi fil-paragrafu 2 meta wieħed jew aktar mill-inputs meħtieġ għal dak il-kalkolu ma jkunx disponibbli.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 132b

Esklużjonijiet mill-approċċi għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIUs

   1. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mill-kalkoli msemmija fl-Artikolu 132 l-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni, ta' Grad 1 Addizzjonali, ▌ ta' Grad 2 u l-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli miżmuma minn CIU li l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu skont l-Artikolu 36(1), u l-Artikoli 56, 66 u 72e rispettivament.
   2. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu l-iskoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs imsemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 150(1) mill-kalkoli msemmija fl-Artikolu 132 u minflok japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 133 għal dawk l-iskoperturi.

Artikolu 132c

Trattament ta' skoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ għas-CIUs

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom bil-potenzjal li jiġi kkonvertit fi skoperturi fis-sura ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jiġu mmultiplikati l-valuri tal-iskopertura ta' dawk l-iskoperturi kkalkolat skont l-Artikolu 111, bil-piż tar-riskju li ġej:
   (a) għall-iskoperturi kollha li għalihom l-istituzzjonijiet jużaw wieħed mill-approċċi stipulati fl-Artikolu 132a:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000004.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000005.png = il-piż tar-riskju;

i = l-indiċi li juri s-CIU:

RW20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000006.png= l-ammont kalkulat skont l-Artikolu 132a għas-CIUi;

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000007.png= il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi tas-CIUi;

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000008.png= il-valur kontabbli tal-assi tas-CIUi; u

EQi = il-valur kontabbli tal-ekwità tas-CIUi.

   (b) għall-iskoperturi l-oħra kollha, 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000009.png.
   2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' impenn ta' valur minimu li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bħala l-valur preżenti mraħħas tal-ammont garantit bl-użu ta' fattur ta' skont mingħajr riskju ta' inadempjenza. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura ta' impenn ta' valur minimu bi kwalunkwe telf rikonoxxut fir-rigward tal-impenn ta' valur minimu skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jirriżultaw minn valur minimu ta' impenji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu billi jimmultiplikaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk l-iskoperturi b'fattur ta' konverżjoni tal-kreditu ta' 20 % u l-ponderazzjoni tar-riskju derivati skont l-Artikolu 132 jew 152.

   3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jirriżultaw minn valur minimu ta' impenji skont il-paragrafu 2 fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (a) l-iskopertura li ma tidhirx fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni huwa impenn ta' valur minimu għal investiment f'unitajiet jew ishma ta' CIU waħda jew aktar li bihom l-istituzzjoni hija obbligata biss tħallas taħt il-impenn ta' valur minimu fejn il-valur tas-suq tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs huwa inqas mil-limitu predefinit f'punt wieħed jew aktar fiż-żmien, kif speċifikat fil-kuntratt;
   (b) is-CIU hija kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
   (i) UCITS kif definita fid-Direttiva 2009/65/KE; jew
   (ii) AIF kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE li jinvesti biss f'titoli trasferibbli jew f'assi likwidi finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, fejn il-mandat tal-AIF ma jippermettix lieva finanzjarja ogħla minn dak permess skont l-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2009/65/KE;
   (c) il-valur tas-suq kurrenti tal-iskoperturi sottostanti ta' CIU sottostanti l-impenn ta' valur minimu mingħajr ma jitqies l-effett tal-impenji ta' valur minimu li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ ikopri jew jaqbeż il-valur kurrenti il-valur kurrenti ta' limitu speċifikat fl-impenn ta' valur minimu;
   (d) meta jonqos l-eċċess tal-valur tas-suq tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs fuq il-valur attwali tal-impenn ta' valur minimu, istituzzjoni, jew impriża oħra sa fejn hija koperta mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha l-istituzzjoni stess hija soġġetta skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2002/87/KE, tista' tinfluwenza l-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs jew tillimita l-potenzjal għal aktar tnaqqis tal-eċċess b'modi oħra;
   (e) il-benefiċjarju aħħari dirett jew indirett tal-impenn ta' valur minimu huwa tipikament klijent konsumatur kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.";

"

(64)  Fl-Artikolu 144(1), il-punt (g) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(g) l-istituzzjoni tkun ikkalkulat skont l-Approċċ IRB ir-rekwiżiti tal-fondi proprji bħala riżultat tal-istimi tal-parametri tar-riskji u tkun kapaċi tissottometti r-rappurtar kif meħtieġ mill-Artikolu 430;";

"

(65)  L-Artikolu 152 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 152

Trattament ta' skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIUs

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU, ikkalkulat skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5, bil-perċentwal ta' unitajiet jew azzjonijiet miżmuma minn dawk l-istituzzjonijiet.
   2. Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li għandhom biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU għandhom jirreferu għal dawk l-iskoperturi sottostanti biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU, filwaqt li jivvalutaw ir-riskju tal-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU bħallikieku kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet.
   3. B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU skont il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskju ta' aġġustament ta' valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi għal derivattiva ta' dik is-CIU bħala ammont ugwali għal 50 % tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi għal derivattiva kkalkulati skont it-Taqsimiet 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu, kif applikabbli.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattiva ta' riskju li ma jkunux soġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu.

   4. L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ta' trasparenza skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-użu parzjali permanenti skont l-Artikolu 150, jew li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għall-użu tal-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu jew ta' metodu wieħed jew aktar stabbiliti fil-Kapitolu 5 għall-iskoperturi sottostanti tas-CIU kollha jew parti minnhom, għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta' skoperturi ponderata għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistennija skont il-prinċipji li ġejjin:
   (a) għal skoperturi assenjati għall-klassi ta' skopertura ta' ekwità msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċ sempliċi ta' ponderazzjoni tar-riskju stabbilit fl-Artikolu 155(2);
   (b) għal skoperturi assenjati għall-punti li jirrappreżentaw il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 254 bħallikieku dawk l-iskoperturi kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet;
   (c) għall-iskoperturi sottostanti l-oħrajn kollha, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċ standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, meta l-istituzzjoni ma tkunx tista' tiddistingwi bejn l-iskoperturi ta' ekwità privata, l-iskoperturi negozjati f'kambju u skoperturi ta' ekwità oħra, għandha tittratta l-iskoperturi konċernati bħala skoperturi ta' ekwità oħra.

   5. Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li ma għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għal dawk l-iskoperturi skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat stabbilit fl-Artikolu 132a(2). Madankollu, għall-iskoperturi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċi stabbiliti fih.
   6. Soġġett għall-Artikolu 132b(2), l-istituzzjonijiet li ma japplikawx il-prinċipju taċ-ċar kristall skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw l-approċċ ta' riżerva msemmi fl-Artikolu 132(2).
   7. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jużaw kombinament tal-approċċi msemmija f'dan l-Artikolu, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-użu ta' dawk l-approċċi.
   8. L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont ponderat għar-riskju ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (a) il-parti terza hija waħda minn dawn li ġejjin:
   (i) id-depożitarju jew id-depożitarju finanzjarju tas-CIU, sakemm is-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dak depożitarju jew depożitarju finanzjarju;
   (ii) għal CIUs mhux koperti mill-punt (i) ta’ dan il-punt, il-kumpannija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpannija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 132(3);
   (b) għal skoperturi oħra minbarra dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4, il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċ taċ-ċar kristall stabbilit fil-paragrafi 2 u 3;
   (c) għal skoperturi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4, il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċi stabbiliti fih;
   (d) awditur estern ikun ikkonferma l-korrettezza tal-kalkolu tal-parti terza.

L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi ta' CIU li jirriżultaw minn dawk il-kalkoli b'fattur ta' 1,2.

B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għall-kalkoli dettaljati mwettqa minn parti terza, il-fattur 1,2 ma għandux japplika. L-istituzzjoni għandha tipprovdi dawk il-kalkoli lill-awtorità kompetenti tagħha fuq talba.

   9. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikolu 132(5) u (6), u l-Artikolu 132b ▌. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 132c, bl-użu tal-piżijiet tar-riskju kkalkulati skont il-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu.";

"

(66)   fl-Artikolu 158, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"9a. L-ammont ta' telf mistenni għal impenn ta' valur li jissodisfa r-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikolu 132c(3) għandu jkun żero.";

"

(67)   L-Artikolu 164 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 164

Telf fil-Każ ta' Inadempjenza (LGD)

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-LGDs soġġetti għar-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6 ta' dan il-Kapitolu u l-permess tal-awtoritajiet kompetenti mogħti skont l-Artikolu 143. Għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli mixtrija, għandu jintuża valur tal-LGD ta' 75 %. Jekk istituzzjoni tista' tqassam l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta' dilwizzjoni tar-riċevibbli mixtrija f'PDs u LGDs b'mod affidabbli, l-istituzzjoni tista' tuża l-istima proprja tal-LGD.
   2. Il-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata tista' tiġi rikonoxxuta bħala eliġibbli billi jiġu aġġustati l-istimi tal-PD jew tal-LGD soġġetti għar-rekwiżiti kif speċifikat fl-Artikolu 183(1), (2) u (3) u l-permess tal-awtoritajiet kompetenti b'appoġġ ta' skopertura individwali jew b'appoġġ ta' pool ta' skoperturi. Istituzzjoni ma għandhiex tassenja għal skoperturi ggarantiti PD jew LGD aġġustat b'mod li l-piż ta' riskju aġġustat ikun aktar baxx minn dak ta' skopertura komparabbli u diretta għall-garanti.
   3. Għall-finijiet tal-Artikolu 154(2), l-LGD ta' skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni msemmi fl-Artikolu 153(3) għandu jkun jew l-LGD assoċjat ma' faċilità mhux iħħeġġjata għall-garanti jew il-faċilità mhux iħħeġġjata tad-debitur, skont jekk, fil-każ li kemm il-garanti kif ukoll id-debitur isiru inadempjenti matul il-ħajja tat-tranżazzjoni ħħeġġjata, il-provi disponibbli u l-istruttura tal-garanzija jindikawx jekk l-ammont irkuprat ikunx jiddependi mill-kondizzjoni finanzjarja tal-garanti jew id-debitur, rispettivament.
   4. L-LGD medju ponderat skont l-iskopertura għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur iggarantiti bi proprjetà residenzjali u li ma jibbenefikawx minn garanziji minn gvernijiet ċentrali ma għandux ikun inqas minn 10 %.

L-LGD medju ponderat skont l-iskopertura għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli kummerċjali u li ma jibbenefikawx minn garanziji minn gvernijiet ċentrali ma għandux ikun inqas minn 15 %.

   5. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità deżinjata.

Fejn l-awtorità deżinjata minn Stat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija l-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-korpi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollhom mandat makroprudenzjali jiġu infurmati kif dovut bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan l-Artikolu, u jiġu involuti kif jixraq fil-valutazzjoni ta' tħassib ta' stabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha f'konformità mal-paragrafu 6.

Fejn l-awtorità deżinjata mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija differenti mill-awtorità kompetenti, l-Istati Membru għandu jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni xierqa bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jintalbu jikkooperaw mill-qrib u li jikkondividu l-informazzjoni kollha li tista' tkun neċessarja għall-prestazzjoni xierqa tad-dmirijiet imposti fuq l-awtorità deżinjata skont dan l-Artikolu. Dik il-kooperazzjoni għandha timmira li tevita kwalunkwe forma ta' azzjoni duplikata jew inkonsistenti bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata, kif ukoll li jkun żgurat li l-interazzjoni ma' miżuri oħra, b'mod partikolari miżuri meħuda skont l-Artikolu 458 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, titqies kif jixraq.

   6. Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u fuq kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, u b'kont meħud tal-iżviluppi li jħarsu 'l quddiem tas-suq tal-proprjetà immobbli, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandha perjodikament, u mill-inqas annwalment, tivvaluta jekk il-valuri minimi tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, humiex adatti għal skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti.

Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 tikkonkludi li l-valuri minimi tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 mhumiex adegwati, u jekk tqis li l-inadegwatezza tal-valuri tal-LGD tista' taffettwa b'mod negattiv l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, din tista' tiffissa valuri minimi tal-LGD ogħla għal dawk l-iskoperturi li jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti. Dawk il-valuri minimi ogħla jistgħu jiġu applikati wkoll fil-livell ta' segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ta' skoperturi bħal dawn.

L-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS qabel tieħu d-deċiżjoni msemmija f'dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika, l-ABE u l-BERS għandhom jipprovdu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-ABE u l-BERS għandhom jippubblikaw dawk il-valuri tal-LGD.

   7. Meta l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 tistabbilixxi valuri minimi tal-LGD ogħla skont il-paragrafu 6, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom perijodu transizzjonali ta' sitt xhur biex japplikawhom.
   8. L-ABE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 għandha tqis meta ssir il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-valuri tal-LGD bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

   9. Il-BERS jista', permezz ta' rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, jagħti gwida lill-awtoritajiet deżinjati skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu dwar dan li ġej:
   (a) liema fatturi jista' jkollhom "effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura" msemmija fil-paragrafu 6; u
   (b) punti ta' riferiment indikattivi li l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 għandha tqis meta tiddetermina valuri minimi tal-LGD ogħla.
   10. L-istituzzjonijiet ta' Stat Membru wieħed għandhom japplikaw il-valuri minimi tal-LGD ogħla li jkunu ġew determinati mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 6 għall-iskoperturi korrispondenti kollha tagħhom garantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti jew aktar ta' dak l-Istat Membru.";

"

(68)  fl-Artikolu 201(1), il-punt (h) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(h) kontropartijiet ċentrali li jikkwalifikaw.";

"

(69)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 204a

Tipi eliġibbli ta' derivattivi ta' ekwità

   1. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw id-derivattivi ta' ekwità li huma swaps tar-redditu totali jew effettivament simili mill-aspett ekonomiku, bħala protezzjoni ta' kreditu eliġibbli għall-uniku skop li jwettqu ħħeġġjar intern.

Fejn istituzzjoni tixtri l-protezzjoni tal-kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u tirreġistra l-pagamenti netti rċevuti mas-swap bħala introjtu nett, iżda ma tirreġistrax id-deterjorament fit-tpaċija fil-valur tal-assi li huwa protett jew billi tnaqqas il-valur ġust jew permezz ta' żieda fir-riżervi, dik il-protezzjoni tal-kreditu ma għandhiex tikkwalifika bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli.

   2. Fejn istituzzjoni twettaq ħeġġ interna permezz ta' derivattiv ta' ekwità, sabiex il-ħeġġ intern jikkwalifika bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, ir-riskju tal-kreditu trasferit fil-portafoll tan-negozjar għandu jiġi ttrasferit lil parti terza jew partijiet terzi.

Fejn ikun twettaq ħeġġ intern skont l-ewwel subparagrafu u jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 4 sa 6 ta' dan il-Kapitolu għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistennija fejn dawn jakkwistaw protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu.";

"

(70)  L-Artikolu 223 jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b'li ġej:"

"Fil-każ ta' tranżazzjonijiet derivattivi OTC, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-EVA permezz tal-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000010.png.";

"

(b)  fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

"Fil-każ ta' tranżazzjonijiet derivattivi OTC, l-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 għandhom iqisu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kollateral skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6, kif applikabbli.";

"

(71)  L-Artikolu 272 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-punt (6) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(6) 'sett ta' hedging" tfisser grupp ta' tranżazzjonijiet fi ħdan sett tan-netting uniku għal liema hija permessa tpaċija sħiħa jew parzjali biex tiġi determinata l-iskopertura futura potenzjali skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 jew 4 ta' dan il-Kapitolu;";

"

(b)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(7a) 'ftehim ta' marġni b'direzzjoni waħda' tfisser ftehim ta' marġni taħt liema istituzzjoni hija rikjesta tippreżenta marġnijiet ta' varjazzjoni lil kontroparti iżda mhijiex intitolata tirċievi marġni ta' varjazzjoni minn dik il-kontroparti jew viċi-versa;";

"

(c)   il-punt (12) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(12) "valur tas-suq kurrenti" jew "CMV" tfisser il-valur tas-suq nett tat-tranżazzjonijiet kollha fi ħdan sett tan-netting gross minn kwalunkwe kollateral miżmum jew sottomess meta l-valuri tas-suq pożittivi u negattivi jiġu kkalkulati b'mod nett biex jinħadem is-CMV;";

"

(d)   jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(12a) "ammont ta' kollateral indipendenti nett" jew ▌"NICA" tfisser is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral nett irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għas-sett tan-netting minbarra l-marġni ta' varjazzjoni;";

"

(72)  L-Artikolu 273 jiġi emendat kif ġej:

(a)   il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fl-Anness II abbażi ta' wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 skont dan l-Artikolu.

Istituzzjoni li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 4. Istituzzjoni li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(2) ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 5.

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw f'kombinazzjoni l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 fuq bażi permanenti fi grupp. Istituzzjoni waħda ma għandhiex tuża f'kombinazzjoni l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 fuq bażi permanenti.";

"

(b)   il-paragrafi 6, 7 u 8 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"6. Skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6, il-valur tal-iskopertura għal kontroparti partikolari għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-iskoperturi ikkalkulata għal kull sett ta' netting ma' dik il-kontraparti.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn ftehim ta' marġni wieħed japplika għal settijiet tan-netting multipli ma' dik il-kontroparti u l-istituzzjoni qiegħda tuża wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 biex tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta' dawk is-settijiet tan-netting, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat skont it-Taqsima rilevanti.

Għal kontroparti partikolari, il-valur tal-iskopertura għal sett tan-netting partikolari ta' strumenti derivattivi OTC elenkati fl-Anness II kkalkulat skont dan il-Kapitolu għandu jkun l-akbar minn żero u d-differenza bejn is-somma tal-valuri tal-iskoperturi fis-settijiet kollha tan-netting mal-kontroparti u s-somma tal-aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu għal dik il-kontroparti rikonoxxuti mill-istituzzjoni bħala tnaqqis fil-valur imġarrab. L-aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jitqies ebda aġġustament tal-valwazzjoni tad-debitu ta' tpaċija attribwit għar-riskju tal-kreditu proprju tad-ditta li tkun diġà ġiet eskluża mill-fondi proprji skont il-punt (c) tal-Artikolu 33(1).

   7. Fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw żewġ kuntratti derivattivi OTC inklużi fl-istess ftehim tan-netting li jaqblu perfettament bħallikieku kienu kuntratt wieħed bi prinċipju nozzjonali ugwali għal żero.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, żewġ kuntratti tad-derivattivi OTC jaqblu perfettament meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) il-pożizzjonijiet ta' riskju tagħhom huma opposti;
   (b) il-karatteristiċi tagħhom, bl-eċċezzjoni tad-data tan-negozju, huma l-istess;
   (c) il-flussi tal-flus tagħhom ipaċu kompletament lil xulxin.
   8. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura għall-iskoperturi li ġejjin minn tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul permezz ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu, irrispettivament minn liema metodu tkun għażlet l-istituzzjoni għat-trattament ta' derivattivi OTC u tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet, u tranżazzjonijiet ta' self b'marġni. Fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul, istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 3 tista' tassenja l-ponderazzjonijiet tar-riskju skont l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 2 fuq bażi permanenti u irrispettivament mill-materjalità ta' dawk il-pożizzjonijiet.";

"

(c)   jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"9. Għall-metodi mniżżla fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw bħala adatti, it-tranżazzjonijiet fejn ikun ġie identifikat riskju speċifiku ta' korrelazzjoni ħażina (wrong-way risk) skont l-Artikolu 291(2), (4), (5) u (6).";

"

(73)  jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

"Artikolu 273a

Kondizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura

   1. Istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha skont il-metodu stabbilit fit-Taqsima 4, sakemm id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tiegħu huwa daqs jew anqas miż-żewġ livelli ta' limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar permezz tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:
   (a) 10 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;
   (b) EUR 300 miljun.

   2. Istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura ▌tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi skont il-metodu stabbilit fit-Taqsima 5, sakemm id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tiegħu huwa daqs jew anqas miż-żewġ livelli limiti li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar permezz tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:
   (a) 5 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;
   (b) EUR 100 miljun.

   3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta bilanċ tagħhom abbażi tad-data sal-aħħar jum ta' kull xahar skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
   (a) il-pożizzjonijiet fid-derivattivi għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data partikolari; meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur ġust tas-suq għal dik il-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur tas-suq u l-valur ġust ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'dik id-data, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;
   (b) il-valur assolut ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi twal għandu jingħadd mal-valur assolut ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi qosra;
   (c) il-pożizzjonijiet kollha fid-derivattivi jkunu inklużi, minbarra d-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar.
   4. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 jew 2, kif applikabbli, meta n-negozju tad-derivattivi fuq bażi konsolidata ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2, kif applikabbli, istituzzjoni li tkun inkluża fil-konsolidazzjoni u li jkollha tapplika l-metodu stabbilit fit-Taqsima 3 jew 4, minħabba li taqbeż dawk il-limiti fuq bażi individwali, tista', soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, minflok tagħżel li tapplika l-metodu li jkun japplika fuq bażi konsolidata.
   5. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 4 jew 5 li jużaw, jew li jieqfu jużaw, kif applikabbli, biex jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħhom.
   6. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi, jixtru jew ibiegħu tranżazzjoni derivattiva bl-unika skop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.

Artikolu 273b

Nuqqas ta' konformità mal-kondizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi

   1. Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) jew (2) għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.
   2. Istituzzjoni għandha tieqaf tikkalkula l-valur tal-iskoperturi tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha f'konformità mat-Taqsima 4 jew 5, kif applikabbli, fi żmien tliet xhur minn meta jseħħ wieħed mill-każijiet li ġejjin:
   (a) l-istituzzjoni ma tissodisfax ▌ il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, għal tliet xhur konsekuttivi;
   (b) l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, għal aktar minn sitt xhur mit-12-il xahar ta' qabel.
   3. Meta istituzzjoni tkun waqfet tikkalkula l-valuri tal-iskoperturi ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha f'konformità mat-Taqsima 4 jew 5, kif applikabbli, din titħalla biss tibda tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha kif stabbilit fit-Taqsima 4 jew 5, meta turi lill-awtorità kompetenti li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) jew (2) għal perijodu mhux interrott ta' sena.";

"

(74)  fil-Kapitolu 6 ta' Titolu II tal-Parti Tlieta, Taqsimiet 3, 4 u 5 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"Taqsima 3

Approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti

Artikolu 274

Valur tal-iskopertura

   1. Istituzzjoni tista' tikkalkula valur tal-iskopertura uniku fil-livell tas-sett tan-netting għat-tranżazzjonijiet kollha koperti minn ftehim ta' netting kuntrattwali meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (a) il-ftehim ta' netting jappartjeni għal wieħed mit-tipi ta' ftehimiet ta' netting kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 295;
   (b) il-ftehim ta' netting ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 296;
   (c) l-istituzzjoni ssodisfat l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 297 fir-rigward tal-ftehim ta' netting ▌.

Meta xi waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma tiġix issodisfata, l-istituzzjoni għandha tittratta kull tranżazzjoni bħallikieku kienet sett tan-netting tagħha stess.

   2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000011.png

fejn:

RC = l-ispiża tas-sostituzzjoni kkalkulata skont l-Artikolu 275; u

PFE = l-iskopertura futura potenzjali kkalkulata skont l-Artikolu 278;

α = 1,4.

   3. Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting li hu soġġett għal ftehim ta' marġni kuntrattwali għandu jiġi limitat għall-valur tal-iskopertura tas-sett tan-netting li ma hu soġġett għall-ebda forma ta' ftehim ta' marġni.
   4. Meta japplika iktar minn ftehim ta' marġni wieħed għall-istess sett tan-netting, l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw kull ftehim ta' marġni lill-grupp ta' tranżazzjonijiet fis-sett tan-netting li dak il-ftehim ta' marġni japplika kuntrattwalment għalih u jikkalkulaw valur ta' skopertura b'mod separat għal kull waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet fi grupp.
   5. L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għal żero biex b'hekk jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (a) is-sett tan-netting huwa magħmul biss minn opzjonijiet mibjugħa;
   (b) il-valur tas-suq kurrenti tas-sett tan-netting huwa dejjem negattiv;
   (c) il-premium tal-opzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting ġie riċevut bil-quddiem mill-istituzzjoni biex tiġi ggarantita l-eżekuzzjoni tal-kuntratti;
   (d) is-sett tan-netting ma hu soġġett għal ebda ftehim ta' marġni.
   6. F'sett tan-netting, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu tranżazzjoni li hija kombinazzjoni lineari definita ta' opzjonijiet ta' call jew ta' put mixtrija jew mibjugħa bl-opzjonijiet uniċi kollha li jiffurmaw dik il-kombinazzjoni lineari, meħuda bħala tranżazzjoni individwali, għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura tas-sett tan-netting skont din it-Taqsima. Kull tali kombinazzjoni ta' opzjonijiet għandha tiġi trattata bħala tranżazzjoni individwali fis-sett tan-netting li fih hija inkluża l-kombinazzjoni għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura.

   7. Il-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjoni ta' derivattivi tal-kreditu jirrappreżenta pożizzjoni twila fis-sottostanti jista' jkun limitat għall-ammont tal-premium pendenti mhux imħallas dment li jkun ttrattat bħala s-sett tan-netting tiegħu stess li mhuwiex soġġett għal ftehim ta' marġni.

Artikolu 275

Prezz tas-sostituzzjoni

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni RC għas-settijiet tan-netting li mhumiex soġġetti għal ftehim ta' marġni, skont il-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000012.png

   2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni għal settijiet tan-netting uniċi li huma soġġetti għal ftehim ta' marġni skont il-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000013.png

fejn:

RC = il-prezz tas-sostituzzjoni

VM = il-valur aġġustat għall-volatilità tal-marġni ta' varjazzjoni nett irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għas-sett tan-netting fuq bażi regolari biex jiġu mmitigati l-bidliet fis-CMV tas-sett tan-netting;

TH = il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral; u

MTA = l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni.

   3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni għal settijiet tan-netting multipli li huma soġġetti għal ftehim tal-istess marġni skont il-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000014.png

fejn:

RC = il-prezz tas-sostituzzjoni;

i = l-indiċi li jindika s-settijiet tan-netting li huma soġġetti għall-ftehim ta' marġni waħdieni;

CMVi = is-CMV tas-sett tan-netting i;

VMMA = is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kollateral irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għal settijiet tan-netting multipli fuq bażi regolari biex jiġu mmitigati l-bidliet fis-CMV tagħhom; u

NICAMA = is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kollateral irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għal settijiet tan-netting multipli oħra minbarra l-VWMA.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-NICAMA jista' jiġi kkalkulat fil-livell tan-negozju, fil-livell tas-sett tan-netting jew fil-livell tas-settijiet tan-netting kollha li japplika għalihom il-ftehim ta' marġni skont il-livell li japplika fih il-ftehim ta' marġni.

Artikolu 276

Rikonoxximent u trattament tal-kollateral

   1. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta' kollateral ta' VM, VMMA, NICA u NICAMA, billi japplikaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
   (a) fejn it-tranżazzjonijiet kollha inklużi f'sett tan-netting jappartjenu għall-portafoll tan-negozjar, għandu jiġi rikonoxxut biss il-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikoli 197 u 299;
   (b) meta sett tan-netting jinkludi tal-inqas tranżazzjoni waħda li tappartjeni għall-portafoll mhux tan-negozjar, għandu jiġi rikonoxxut biss il-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikolu 197;
   (c) il-kollateral irċevut minn kontroparti għandu jingħaraf minn sinjal pożittiv u kollateral sottomess lil kontroparti għandu jingħaraf minn sinjal negattiv;
   (d) il-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe tip ta' kollateral irċevut jew sottomess għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 223; għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 225;
   (e) l-istess kollateral ma għandux jiġi inkluż kemm fil-VM kif ukoll fl-NICA fl-istess ħin;
   (f) l-istess kollateral ma għandux jiġi inkluż kemm fil-VMMA kif ukoll fl-NICAMA fl-istess ħin;
   (g) kwalunkwe kollateral mogħti lill-kontroparti li huwa segregat mill-assi ta' dik il-kontroparti u, bħala riżultat ta' dik is-segregazzjoni, huwa falliment remot fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza ta' dik il-kontroparti ma għandux jiġi rikonoxxut fil-kalkolu tal-NICA u l-NICAMA.
   2. Għall-kalkolu tal-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral mogħti li huwa msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-formula stabbilita fl-Artikolu 223(2) bil-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000015.png

fejn:

CVA = il-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral mogħti; u

C = il-kollateral;

Hc u Hfx huma definiti skont l-Artikolu 223(2).

   3. Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-perijodu ta' likwidazzjoni rilevanti għall-kalkolu tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe kollateral irċevut jew sottomess skont wieħed mill-perijodi ta' żmien li ġejjin:
   (a) sena waħda fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(1);
   (b) il-perijodu ta' marġni ta' riskju determinat skont il-punt (b) tal-Artikolu 279c(1) għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3).

Artikolu 277

Klassifikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għall-kategoriji ta' riskju

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw kull tranżazzjoni ta' sett tan-netting għal waħda mill-kategoriji ta' riskju li ġejjin biex jiddeterminaw l-iskopertura futura potenzjali tas-sett tan-netting imsemmi fl-Artikolu 278:
   (a) riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;
   (b) riskju tal-kambju;
   (c) riskju ta' kreditu;
   (d) riskju ta' ekwità;
   (e) riskju ta' komodità;
   (f) riskji oħrajn.
   2. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi tal-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni ta' derivattiv. Il-motivatur tar-riskju primarju għandu jkun l-unika motivatur tar-riskju materjali ta' tranżazzjoni ta' derivattivi.

   3. B'deroga mill-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjonijiet derivattivi li għandhom iktar minn motivatur tar-riskju materjali wieħed għal iktar minn kategorija tar-riskju waħda. Meta l-motivaturi tar-riskju materjali kollha ta' waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet jappartjenu għall-istess kategorija ta' riskju, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu rikjesti biss jikklassifikaw dik it-tranżazzjoni darba għal dik il-kategorija tar-riskju abbażi tal-iktar motivatur tar-riskju materjali minnhom. Meta l-motivaturi tar-riskju materjali ta' waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet jappartjenu għal kategoriji ta' riskju differenti, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw dik it-tranżazzjoni darba għal kull kategorija tar-riskju għal liema t-tranżazzjoni għandha tal-inqas motivatur tar-riskju materjali wieħed, abbażi tal-iktar motivatur tar-riskju materjali f'dik il-kategorija tar-riskju.
   4. Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3, meta t-tranżazzjonijiet jiġu kklassifikati għall-kategoriji tar-riskju elenkati fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
   (a) meta l-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali f'kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, huwa varjabbli tal-inflazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjoni għall-kategorija tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;
   (b) meta l-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali f'kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, huwa varjabbli tal-kondizzjonijiet klimatiċi, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjoni għall-kategorija tar-riskju tal-komoditajiet.
   5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
   (a) il-metodu biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet b'motivatur tar-riskju materjali wieħed biss ▌;
   (b) il-metodu biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet b'iktar minn motivatur tar-riskju materjali wieħed u biex jiġi identifikat l-iktar motivatur tar-riskju materjali minnhom għall-finijiet tal-paragrafu 3;

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 277a

Settijiet ta' hedging

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu s-settijiet ta' hedging rilevanti għal kull kategorija tar-riskju ta' sett tan-netting u jassenjaw kull tranżazzjoni lil dawk is-settijiet ta' hedging kif ġej:
   (a) it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa denominat fl-istess munita;
   (b) it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-kambju għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa bbażat fuq l-istess muniti akkoppjati;
   (c) it-tranżazzjonijiet kollha kklassifikati fil-kategorija ta' riskju ta' kreditu għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging;
   (d) it-tranżazzjonijiet kollha kklassifikati fil-kategorija ta' riskju ta' ekwità għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging;
   (e) it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati lil wieħed mis-settijiet ta' hedging li ġejjin abbażi tan-natura tal-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3):
   (i) l-enerġija;
   (ii) il-metalli;
   (iii) il-prodotti agrikoli;
   (iv) komoditajiet oħra;
   (v) il-kondizzjonijiet klimatiċi;
   (f) it-tranżazzjonijiet ikklassifikati f'kategorija ta' riskji oħrajn għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa identiku.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li għandhom varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju għandhom jiġu assenjati lil settijiet ta' hedging separati, minbarra s-settijiet ta' hedging stabbiliti għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li ma għandhomx varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju. Dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa denominat fl-istess munita.

   2. B'deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu settijiet ta' hedging individwali separati f'kull kategorija ta' riskju għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:
   (a) it-tranżazzjonijiet għal liema l-motivatur tar-riskju primarju, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa jew il-volatilità implikata tas-suq jew il-volatilità realizzata ta' motivatur tar-riskju jew il-korrelazzjoni bejn żewġ motivaturi tar-riskju;
   (b) it-tranżazzjonijiet għal liema l-motivatur tar-riskju primarju, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa d-differenza bejn żewġ motivaturi tar-riskju kklassifikati fl-istess kategorija tar-riskju jew tranżazzjonijiet li jikkonsistu f'żewġ komponenti ta' pagament denominati fl-istess munita u għal liema motivatur tar-riskju mill-istess kategorija ta' riskju tal-motivatur tar-riskju primarju huwa inkluż fil-komponent tal-pagament l-ieħor minn dak li fih il-motivatur tar-riskju primarju.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet lill-istess sett ta' hedging tal-kategorija ta' riskju rilevanti fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa identiku.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet lill-istess sett ta' hedging tal-kategorija ta' riskju rilevanti fil-każ biss meta l-par motivaturi tar-riskju f'dawk it-tranżazzjonijiet kif imsemmi f’dan il-punt huwa identiku u ż-żewġ motivaturi tar-riskju inklużi f'dan il-par huma korrelatati b'mod pożittiv. Inkella, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu lil wieħed mis-settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-paragrafu 1, fuq il-bażi ta' wieħed biss miż-żewġ motivaturi tar-riskju msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

   3. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu disponibbli fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti n-numru ta' settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal kull kategorija ta' riskju, bil-motivatur tar-riskju primarju, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), jew il-par motivaturi tar-riskju ta' kull wieħed minn dawk is-settijiet ta' hedging u bin-numru ta' tranżazzjonijiet f'kull wieħed minn dawk is-settijiet ta' hedging.

Artikolu 278

L-iskopertura futura potenzjali

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000016.png

fejn:

PFE = l-iskopertura futura potenzjali;

a = l-indiċi li jindika l-kategoriji ta' riskju inklużi fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali tas-sett tan-netting;

AddOn(a) = is-suppliment għall-kategorija ta' riskju "a" kkalkulat skont l-Artikoli 280a sa 280f, kif applikabbli; u

multiplikatur = il-fattur ta' multiplikazzjoni kkalkulat skont il-formula msemmija fil-paragrafu 3.

Għall-fini ta' dan il-kalkolu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu s-suppliment ta' kategorija ta' riskju partikolari fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting fejn mill-inqas tranżazzjoni waħda mis-sett tan-netting ġiet ikklassifikata f'dik il-kategorija ta' riskju.

   2. L-iskopertura futura potenzjali ta' settijiet tan-netting multipli li huma soġġetti għal ftehim ta' marġni wieħed, kif imsemmi fl-Artikolu 275(3), għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma tal-iskoperturi futuri potenzjali tas-settijiet tan-netting individwali kollha bħallikieku ma kienu soġġetti għal ebda forma ta' ftehim ta' marġni.
   3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-multiplikatur għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000017.png

fejn:

Limitu minimum = 5 %;

y = 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000018.png

z = 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000019.png

NICAi = l-ammont ta' kollateral indipendenti nett ikkalkulat biss għat-tranżazzjonijiet li huma inklużi fis-sett tan-netting i. NICAi għandu jiġi kkalkulat fil-livell ta' negozju jew fil-livell ta' sett tan-netting skont il-ftehim ta' marġni.

Artikolu 279

Kalkolu tal-pożizzjoni ta' riskju

Għall-fini ta' kalkolu tas-supplimenti tal-kategorija ta' riskju msemmija fl-Artikoli 280a sa 280f, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-pożizzjoni ta' riskju ta' kull tranżazzjoni ta' sett tan-netting kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000020.png

fejn:

δ = id-delta ta' superviżjoni tat-tranżazzjoni kkalkulata skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 279a;

AdjNot = l-ammont nozzjonali aġġustat tat-tranżazzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 279b; u

MF = il-fattur ta' maturità tat-tranżazzjoni kkalkulat skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 279c.

Artikolu 279a

Delta ta' superviżjoni

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni kif ġej:
   (a) għal opzjonijiet ta' xiri u ta' put li jagħtu dritt lix-xerrej ta' opzjoni jixtri jew ibigħ strument sottostanti bi prezz pożittiv f'data waħda jew dati multipli fil-futur, ħlief meta dawn l-opzjonijiet huma kklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000021.png

fejn:

δ = id-delta ta' superviżjoni;

sign = -1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call mibjugħa jew opzjoni ta' put mixtrija;

sign = +1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call mixtrija jew opzjoni ta' put mibjugħa;

type = -1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' put;

type = +1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call;

N(x) = il-funzjoni kumulattiva ta' distribuzzjoni għal varjabbli aleatorju normali standard jiġifieri l-probabbiltà li varjabbli aleatorju normali b'medja ta' żero u b'varjanza ta' wieħed tkun inqas minn jew ugwali għal x;

P = il-prezz spot jew forward tal-istrument sottostanti tal-opzjoni; għal opzjonijiet il-flussi ta' flus taghħom li jiddependu fuq valur medju tal-prezz tal-istrument sottostanti, P għandu jkun daqs il-valur medju fid-data tal-kalkolu;

K = il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni;

T = id-data tal-iskadenza tal-opzjoni; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f'data futura waħda biss, id-data tal-iskadenza hija ugwali għal dik id-data; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f'dati multipli futuri, id-data tal-iskadenza hija ugwali għall-aħħar waħda minn dawk id-dati; id-data ta' skadenza għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u

σ = il-volatilità superviżorja tal-opzjoni determinata skont it-Tabella 1 fuq il-bażi tal-kategorija tar-riskju tat-tranżazzjoni u n-natura tal-istrument sottostanti tal-opzjoni.

Tabella 1

Kategorija tar-riskju

Strument sottostanti

Volatilità superviżorja

Kambju

Kollha

15 %

Kreditu

Strument b'isem wieħed

100 %

Strument b'għadd ta' ismijiet

80 %

Ekwità

Strument b'isem wieħed

120 %

Strument b'għadd ta' ismijiet

75 %

Komodità

Elettriku

150 %

Komoditajiet oħrajn (eskluż l-elettriku)

70 %

Oħrajn

Kollha

150 %

Istituzzjonijiet li jużaw l-prezz forward tal-istrument sottostanti ta' opzjoni għandhom jiżguraw li:

   (i) il-prezz forward huwa konsistenti mal-karatteristiċi tal-opzjoni;
   (ii) il-prezz forward huwa kkalkulat permezz ta' rata tal-imgħax rilevanti li jkun hemm fid-data ta' rappurtar;
   (iii) il-prezz forward jintegra l-flussi ta' flus mistennija tal-istrument sottostanti qabel l-iskadenza tal-opzjoni;
   (b) fil-każ ta' segmenti ta' titolizzazzjonijiet sintetiċi u derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000022.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000023.png

A = il-punt ta' akkoppjament tas-segment; għal tranżazzjoni ta' derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti abbażi tal-entitajiet ta' referenza k, A = (n-1)/k; u

D = il-punt ta' distakkament tas-segment; għal tranżazzjoni ta' derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti abbażi tal-entitajiet ta' referenza k, D = n/k;

   (c) fil-każ ta' tranżazzjonijiet mhux imsemmija fil-punt (a) jew (b), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw id-delta ta' superviżjoni li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000024.png

   2. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, pożizzjoni twila f'motivatur tar-riskju primarju, jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3) tfisser li l-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jiżdied meta jkun hemm żieda fil-valur ta' dak il-motivatur tar-riskju u pożizzjoni qasira fil-motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3) tfisser li l-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jonqos meta jkun hemm żieda fil-valur ta' dak il-motivatur tar-riskju.

   3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
   (a) f'konformità mal-iżviluppi regolatorji internazzjonali, il-formula li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni tal-opzjonijiet ta' xiri u put ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax kompatibbli mal-kondizzjonijiet tas-suq li fihom ir-rati tal-imgħax jistgħu jkunu negattivi kif ukoll il-volatilità superviżorja li hija adatta għal dik il-formula;
   (b) il-metodu biex jiddeterminaw jekk tranżazzjoni ▌hijiex pożizzjoni twila jew qasira fil-motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3).

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 279b

Ammont nozzjonali aġġustat

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:
   (a) għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fil-kategorija ta' riskju ta' kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat bħala l-prodott tal-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivattivi u l-fattur ta' durata tas-superviżjoni, li għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000025.png

fejn:

R = ir-rata ta' skont fuq is-superviżjoni; R = 5 %;

S = il-perijodu bejn id-data tal-bidu ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u

E = il-perijodu bejn id-data tat-tmiem ta’ tranżazzjoni ▌ u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol.

Il-bidu ta' tranżazzjoni li hija l-eqreb data li fiha tal-anqas pagament kuntrattwali skont it-tranżazzjoni, lil jew mill-istituzzjoni, ikun jew fiss jew skambjat, minbarra l-pagamenti relatati mal-kambju ta' kollateral fi ftehim ta' marġni. Meta tranżazzjoni tkun diġà qiegħda tistipula jew tagħmel pagamenti fid-data ta' rappurtar, id-data ta' bidu tat-tranżazzjoni għandha tkun 0. ▌

Meta tranżazzjoni tinvolvi data kuntrattwali futura waħda jew aktar futuri li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti jistgħu jiddeċiedu li jtemmu t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali tagħha, id-data ta' bidu tat-tranżazzjoni għandha tkun ugwali għall-eqreb data minn dawn li ġejjin:

   (i) id-data jew l-eqreb data mid-dati futuri multipli li ġejjin li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti jistgħu jiddeċiedu li jtemmu t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali tagħha;
   (ii) id-data li fiha tranżazzjoni tibda tistipula jew tagħmel il-pagamenti, minbarra l-pagamenti relatati mal-kambju ta' kollateral fi ftehim ta' marġni.

Meta tranżazzjoni jkollha strument finanzjarju bħala l-istrument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali għal dawk tat-tranżazzjoni, id-data ta' bidu ta' tranżazzjoni għandha tkun determinata abbażi tal-eqreb data li fiha l-istrument sottostanti jibda jistipula jew jagħmel il-pagamenti.

Id-data ta' tmiem ta' tranżazzjoni hija d-data li fiha l-aħħar pagament kuntrattwali skont it-tranżazzjoni, lil jew mill-istituzzjoni, huwa jew jista' jiġi skambjat.

Meta tranżazzjoni għandha strument finanzjarju bħala l-istrument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali għal dawk tat-tranżazzjoni, id-data ta' tmien ta' tranżazzjoni għandha tiġi determinata abbażi tal-aħħar pagament kuntrattwali tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni.

Fejn tranżazzjoni tiġi strutturati sabiex tiġi saldata skopertura pendenti wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini huma ssettjati mill-ġdid sabiex il-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jkun żero f'dawk id-dati speċifikati, is-saldu ta' skopertura pendenti f'dawk id-dati speċifikati huwa kkunsidrat bħala pagament kuntrattwali taħt l-istess tranżazzjoni;

   (b) għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-kambju, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:
   (i) meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'komponent ta' pagament wieħed, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivattivi;
   (ii) meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'żewġ komponenti ta' pagamenti u l-ammont nozzjonali ta' komponent ta' pagament wieħed huwa denominat fil-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-komponent ta' pagament l-ieħor;
   (iii) meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'żewġ komponenti ta' pagament u l-ammont nozzjonali ta' kull pagament huwa denominat f'munita differenti mill-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-akbar wieħed mill-ammonti nozzjonali taż-żewġ komponenti ta' pagamenti wara li dawn l-ammonti jkunu ġew ikkonvertiti fil-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni fir-rata tal-kambju spot prevalenti;
   (c) għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-ekwità jew fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat bħala l-prodott tal-prezz tas-suq ta' unità waħda tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni u n-numru ta' unitajiet fl-istrument sottostanti li ssir referenza għalih fit-tranżazzjoni;

meta tranżazzjoni kklassifikata fil-kategorija ta' riskju ta' ekwità jew kategorija ta' riskju tal-komoditajiet hija espressa b'mod kontrattwali bħala ammont nozzjonali, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ammont nozzjonali tat-tranżazzjoni pjuttost milli n-numru ta' unitajiet fl-istrument sottostanti, bħala l-ammont nozzjonali aġġustat;

   (d) għal tranżazzjonijiet ikklassifikati għall-kategorija ta' riskji oħrajn, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat abbażi tal-metodu l-aktar xieraq fost il-metodi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c), skont in-natura u l-karatteristiċi tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni.
   2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti għall-fini tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali aġġustat ta' tranżazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 kif ġej:
   (a) meta l-ammont nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti ta' tranżazzjoni mhuwiex stipulat sal-maturità kuntrattwali tiegħu ▌:
   (i) għal ammonti nozzjonali deterministiċi u n-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, l-ammont nozzjonali għandu jkun il-medja ppeżata tal-valuri deterministiċi kollha tal-ammonti nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, kif applikabbli, sal-maturità kuntrattwali tat-tranżazzjoni, fejn il-piżijiet huma l-proporzjon tal-perijodu ta' żmien li matulu japplika kull valur ta' ammont nozzjonali;
   (ii) għal ammonti nozzjonali stokastiċi u n-numri ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, l-ammont nozzjonali għandu jkun l-ammont determinat mill-istipular tal-valuri tas-suq kurrenti fil-formula għall-kalkolu tal-valuri futuri tas-suq;

   (b) għal kuntratti b'kambji multipli tal-ammont nozzjonali, l-ammont nozzjonali għandu jkun immultiplikat bin-numru ta' pagamenti li jkun għad fadal isiru skont il-kuntratti;
   (c) għal kuntratti li jipprovdu għal multiplikazzjoni tal-pagamenti tal-fluss ta' flus jew għal multiplikazzjoni tas-sottostanti tal-kuntratt tad-derivattivi, l-ammont nozzjonali għandu jiġi aġġustat minn istituzzjoni biex iqis l-effetti tal-multiplikazzjoni fuq l-istruttura tar-riskju ta' dawn il-kuntratti.
   3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkonvertu l-ammont nazzjonali aġġustat ta' tranżazzjoni fil-munita tar-rappurtar tagħhom bir-rata tal-kambju spot prevalenti meta l-ammont nozzjonali aġġustat huwa kkalkulat skont dan l-Artikolu minn ammont nozzjonali kuntrattwali jew prezz tas-suq tan-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti denominat f'munita oħra.

Artikolu 279c

Fattur ta' Maturità

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-fattur ta' maturità kif ġej:
   (a) għal tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting kif imsemmi fl-Artikolu 275(1), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000026.png

fejn:

MF = il-fattur ta' maturità;

M = il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni li hija ugwali għall-perijodu ta' żmien meħtieġ għat-terminazzjoni tal-obbligi kuntrattwali kollha tat-tranżazzjoni; għal dak il-għan, kwalunkwe dritt ta' għażla ta' kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi kkunsidrat bħala obbligu kuntrattwali; il-maturità li jifdal għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol;

meta tranżazzjoni għandha kuntratt tad-derivattivi ieħor bħala strument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tat-tranżazzjoni, il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni għandha tkun ugwali għall-perijodu meħtieġ għat-terminazzjoni tal-obbligi kuntrattwali kollha tal-istrument sottostanti;

meta tranżazzjoni tiġi strutturata sabiex skopertura pendenti tingħalaq wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini jiġu ffissati mill-ġdid sabiex il-valur tas-suq tat-tranżazzjoni ikun żero f'dawk id-dati speċifikati, il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni għandha tkun daqs iż-żmien sad-data tal-iffissar mill-ġdid li jmiss; u

SenaNegozju = sena waħda espressa f'jiem tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol;

   (b) għal tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3), il-fattur ta' maturità huwa definit bħala:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000027.png

fejn:

MF = il-fattur ta' maturità;

MPOR = il-perijodu ta' marġni ta' riskju tas-sett tan-netting determinat skont l-Artikolu 285(2) sa (5); u

SenaNegozju = sena waħda espressa f'jiem tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol;

Meta tiddetermina l-perijodu ta' marġni tar-riskju għal tranżazzjonijiet bejn klijent u membru tal-ikklerjar, istituzzjoni li taġixxi jew bħala l-klijent jew bħala l-membru tal-ikklerjar għandha tissostitwixxi l-perijodu minimu stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 285(2) b'ħamest ijiem tax-xogħol.

   2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-maturità li jifdal għandha tkun ugwali għall-perijodu ta' żmien sad-data tal-issettjar mill-ġdid li jmiss għal tranżazzjonijiet li huma strutturati biex tiġi saldata skopertura pendenti wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini huma ssettjati mill-ġdid b'tali mod li l-valur tas-suq tal-kuntratt ikun żero f'dawk id-dati ta' pagamenti speċifikati.

Artikolu 280

Koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging

Għall-fini tal-kalkolu tas-suppliment ta' sett ta' hedging kif imsemmi fl-Artikoli 280a sa 280f, il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni ta' sett ta' hedging 'ϵ' għandu jkun dan li ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000028.png

Artikolu 280a

Suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

   1. Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000029.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000030.png = is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;

j = l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hedging ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax stabbiliti skont il-punt (a) tal-Artikolu 277a(1) u skont l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000031.png = is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

   2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment tas-sett ta' hedging j tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000032.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000033.png = il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont il-valur applikabbli speċifikat fl-Artikolu 280;

SFIR = il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax b'valur ugwali għal 0,5 %; u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000034.png = l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 3.

   3. Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j, l-istituzzjonijiet għandhom l-ewwel jikklassifikaw kull tranżazzjoni tas-sett ta' hedging lill-bucket ix-xieraq fit-Tabella 2. Dawn għandhom jagħmlu hekk abbażi tad-data ta' tmiem ta' kull tranżazzjoni kif determinat skont il-punt (a) tal-Artikolu 279b(1):

Tabella 2

Bucket

Data tat-tmiem

(fi snin)

1

>0 u <=1

2

>1 u <= 5

3

> 5

Sussegwentement, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j skont il-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000035.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000036.png = l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j; u

Dj,k = l-ammont nozzjonali effettiv tal-bucket k tas-sett ta' hedging j huwa kkalkulat kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000037.png

fejn:

l = l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju.

Artikolu 280b

Suppliment tal-kategorija ta' riskju tal-kambju

   1. Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji tal-kambju għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000038.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000039.png = is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-kambju;

j = l-indiċi li jindika s-settijiet ta' hedging ta' riskji tal-kambju stabbiliti skont il-punt (b) tal-Artikolu 277a(1) u skont l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000040.png = is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-kambju għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

   2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-kambju għas-sett ta' hedging j kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000041.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000042.png = il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280;

SFFX = il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskju tal-kambju b'valur ugwali għal 4 %;

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000043.png = l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j ikkalkulat kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000044.png

fejn:

l = l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju.

Artikolu 280c

Suppliment tal-kategorija ta' riskju ta’ kreditu

   1. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-entitajiet referenzjarji tal-kreditu rilevanti tas-sett tan-netting skont dan li ġej:
   (a) għandu jkun hemm entità referenzjarja tal-kreditu waħda għal kull emittent ta' strument ta' dejn ta' referenza sottostanti għal tranżazzjoni b'isem wieħed allokata lill-kategorija ta' riskju ta' kreditu; it-tranżazzjonijiet b'isem wieħed għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' kreditu fil-każ biss meta l-istrument ta' dejn ta' referenza sottostanti ta' dawk it-tranżazzjonijiet jinħareġ mill-istess emittent;
   (b) għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' kreditu waħda għal kull grupp ta' strumenti ta' dejn ta' referenza jew derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed sottostanti għal tranżazzjoni b'ħafna ismijiet allokata lill-kategorija ta' riskju ta' kreditu; it-tranżazzjonijiet b'ħafna ismijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' kreditu fil-każ biss meta l-grupp ta' strumenti ta' dejn ta' referenza sottostanti jew derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed ta' dawk it-tranżazzjonijiet ikollu l-istess kostitwenti.
   2. Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' kreditu għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000045.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000046.png is-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' kreditu;

j = l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hegding ta' riskju ta' kreditu stabbiliti skont il-punt (c) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000047.png = is-suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 3.

   3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għal sett ta' hedging j kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000048.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000049.png is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għal sett ta' hedging j;

ϵj = il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280 ▌;

k = l-indiċi li jindika li l-entitajiet referenzjarji ta' kreditu tas-sett tan-netting stabbiliti skont il-paragrafu 1;

ρkCredit = il-fattur ta' korrelazzjoni tal-entità referenzjarja ta' kreditu k; meta l-entità referenzjarja ta’ kreditu k ġiet stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, ρkCredit = 50 %., meta l-entità referenzjarja ta’ kreditu k ġiet stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, ρkCredit = 80 %; u

AddOn(Entityk) = is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' kreditu k determinat skont il-paragrafu 4.

   4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' kreditu k kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000050.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000051.png = l-ammont nozzjonali effettiv ta' entità referenzjarja ta' kreditu k ikkalkulat kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000052.png

fejn:

l = l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju; u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000053.png = il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' kreditu k ikkalkolat skont il-paragrafu 5.

   5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' kreditu k kif ġej:
   (a) għall-entità referenzjarja ta' kreditu k stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000054.pnggħandu jiġi kklassifikat f'wieħed mis-sitt fatturi ta' superviżjoni stabbiliti fit-Tabella 3 ta' dan il-paragrafu abbażi ta' valutazzjoni ta' kreditu esterna minn ECAI nominata tal-emittent individwali korrispondenti; għal emittent individwali għal liema valutazzjoni ta' kreditu minn ECAI nominata mhijiex disponibbli:
   (i) istituzzjoni li tuża l-approċċ imsemmi fil-Kapitolu 3 għandha tikklassifika l-klassifikazzjoni interna tal-emittent individwali f'waħda mill-valutazzjonijiet tal-kreditu esterni;
   (ii) istituzzjoni li tuża l-approċċ imsemmi fil-Kapitolu 2 għandha tassenja l-SFk,lCredit = 0,54 % lil dik l-entità referenzjarja ta' kreditu; madankollu, meta istituzzjoni tapplika l-Artikolu 128 għal skoperturi għar-riskju ta' kreditu ta' kontroparti għall-piż tar-riskju għal dan l-emittent individwali, għandu jiġi assenjat l- 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000055.png= 1,6 % lil dik l-entità referenzjarja ta' kreditu;
   (b) għal entità referenzjarja ta' kreditu k stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1:
   (i) meta pożizzjoni ta' riskju l assenjata lill-entità referenzjarja ta' kreditu k hija indiċi ta' kreditu elenkata f'kambju rikonoxxut, l-20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000056.png għandu jiġi kklassifikat f'wieħed miż-żewġ fatturi ta' superviżjoni stabbiliti fit-Tabella 4 ta' dan il-paragrafu abbażi ▌ tal-kwalità tal-kreditu tal-maġġoranza tal-kostitwenti individwali tagħha;
   (ii) meta pożizzjoni ta' riskju l assenjata lill-entità referenzjarja ta' kreditu k mhijiex imsemmija fil-punt (b)(i), 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000057.png għandu jkun il-medja ppeżata tal-fatturi ta' superviżjoni kklassifikati f'kull kostitwent skont il-metodu stabbilit fil-punt (a), meta l-piżijiet huma definiti mill-proporzjon ta' nozzjonali tal-kostitwenti f'dik il-pożizzjoni.

Tabella 3

Skala tal-kwalità kreditizja

Fattur ta' superviżjoni għal tranżazzjonijiet b'isem wieħed

1

0,38 %

2

0,42 %

3

0,54 %

4

1,06 %

5

1,6 %

6

6,0 %

Tabella 4

Kwalità kreditizja dominanti

Fattur ta' superviżjoni għal indiċijiet ikkwotati

Grad ta' investiment

0,38 %

Grad mhux ta' investiment

1,06 %

Artikolu 280d

Suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' ekwità

   1. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-entitajiet referenzjarji ta' ekwità rilevanti tas-sett tan-netting skont dan li ġej:
   (a) għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' ekwità waħda għal kull emittent ta' strument ta' ekwità referenzjarja sottostanti għal tranżazzjoni b'isem wieħed allokata lill-kategorija ta' riskju ta' ekwità; it-tranżazzjonijiet b'isem wieħed għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' ekwità fil-każ biss meta l-istrument ta' ekwità referenzjarja sottostanti ta' dawk it-tranżazzjonijiet jinħareġ mill-istess emittent;
   (b) għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' ekwità waħda għal kull grupp ta' strumenti ta' ekwità referenzjarja jew derivattivi ta' ekwità b'isem wieħed sottostanti għal tranżazzjoni b'ħafna ismijiet allokata lill-kategorija ta' riskju ta' ekwità; it-tranżazzjonijiet b'ħafna ismijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' ekwità fil-każ biss meta l-grupp ta' strumenti ta' ekwità referenzjarja sottostanti jew derivattivi ta' ekwità b'isem wieħed ta' dawk it-tranżazzjonijiet, kif applikabbli, ikollu l-istess kostitwenti.
   2. Għall-fini tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' ekwità għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000058.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000059.png is-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' ekwità;

j = l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hedging ta' riskju ta' ekwità stabbiliti skont il-punt (d) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000060.png = is-suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 3.

   3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000061.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000062.png= is-suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' hedging j;

ϵj = il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280;

k = l-indiċi li jindika li l-entitajiet referenzjarji ta' ekwità tas-sett tan-netting stabbiliti skont il-paragrafu 1;

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000063.png= il-fattur ta' korrelazzjoni tal-entità referenzjarja ta' ekwità k; meta l-entità referenzjarja ta' ekwità k tkun ġiet stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000064.png= 50 %; meta l-entità referenzjarja ta' ekwità k tkun ġiet stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000065.png =80 %; u

AddOn(Entityk) = is-suppliment għall-entità referenzjarja tal-ekwità k determinat skont il-paragrafu 4.

   4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' ekwità k kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000066.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000067.png is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' ekwità k;

SFkEquity = il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' ekwità k; meta l-entità referenzjarja ta' kreditu k tkun ġiet stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, SFkEquity = 32 %; meta l-entità referenzjarja ta' kreditu k tkun ġiet stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, SFkEquity = 20 %; u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000068.png = l-ammont nozzjonali effettiv ta' entità referenzjarja ta' ekwità k ikkalkulat kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000069.png

fejn:

l = l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju.

Artikolu 280e

Suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet

   1. Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000070.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000071.png is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet;

j = l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hedging tal-komoditajiet stabbiliti skont il-punt (e) tal-Artikolu 277a(1) u skont l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000072.png = is-suppliment tas-sett ta' hedging j tal-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet ikkalkulat skont il-paragrafu 4.

   2. Għall-fini tal-kalkolu tas-suppliment għal sett ta' hedging tal-komoditajiet ta' sett tan-netting partikolari skont il-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu t-tipi referenzjarji ta' komoditajiet rilevanti ta' kull sett ta' hedging. It-tranżazzjonijiet derivattivi tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati lill-istess tip referenzjarju ta' komoditajiet fil-każ biss meta l-istrument tal-komoditajiet sottostanti dawk it-tranżazzjonijiet għandu l-istess natura, irrispettivament mill-post ta’ kunsinnja u l-kwalità tal-istrument tal-komoditajiet.
   3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni li hija esposta b'mod sinifikanti għar-riskju ta' bażi ta' pożizzjonijiet differenti li jikkondividu l-istess natura kif imsemmi fil-paragrafu 2 biex jistabbilixxu t-tipi referenzjarji tal-komoditajiet għal dawk il-pożizzjonijiet li jużaw iktar karatteristiċi minn sempliċiment n-natura tal-istrument tal-komoditajiet sottostanti ▌. F'sitwazzjoni bħal din, it-tranżazzjonijiet derivattivi tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati l-istess tip referenzjarju ta' komoditajiet fil-każ biss meta huma jikkondividu dawk il-karatteristiċi.

   4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000073.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000074.png is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j;

ϵj = il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280;

ρCom = il-fattur ta' korrelazzjoni tal-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet b'valur ugwali għal 40 %;

k = l-indiċi li jindika t-tipi referenzjarji tal-komoditajiet tas-sett tan-netting stabbilit skont il-paragrafu 2; u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000075.png= is-suppliment għal tip referenzjarju ta' komoditajiet k ikkalkulat skont il-paragrafu 5.

   5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000076.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000077.png is-suppliment għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k;

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000078.png = il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k; meta t-tip referenzjarju tal-komoditajiet k jikkorrispondi għat-tranżazzjonijiet allokati lis-sett ta' hedging imsemmi fil-punt (e)(i) tal-Artikolu 277a(1), eskluż tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku, SFkCom = 18 %; għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku, SFkCom = 40 %; u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000079.png = l-ammont nozzjonali effettiv tat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k ikkalkulat kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000080.png

fejn:

l = l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju.

Artikolu 280f

Suppliment tal-kategorija ta' riskji oħrajn

   1. Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000081.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000082.png is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn;

j = l-indiċi li jindika s-settijiet ta' hedging ta' riskji oħrajn stabbiliti skont il-punt (f) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000083.png = is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għal sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

   2. Istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għas-sett ta' hedging j kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000084.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000085.png is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għas-sett ta' hedging j;

ϵj = il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280; u

SFOther = il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskji oħrajn b'valur ugwali għal 8 %;

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000086.png = l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j ikkalkulat kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000087.png

fejn:

l = l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju.

Taqsima 4

Approċċ standardizzat simplifikat għal riskju ta' kreditu tal-kontroparti ▌

Artikolu 281

Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw valur tal-iskopertura uniku fil-livell ta' sett tan-netting f'konformità mat-Taqsima 3, soġġett għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
   2. Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għandu jiġi kkalkulat skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
   (a) l-istituzzjonijiet ma għandhomx japplikaw it-trattament imsemmi fl-Artikolu 274(6);
   (b) b'deroga mill-Artikolu 275(1), għas-settijiet tan-netting li ma jissemmewx fl-Artikolu 275(2), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni skont il-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000088.png

fejn:

RC = kost tas-sostituzzjoni; u

CMV = valur tas-suq kurrenti;

   (c) b'deroga mill-Artikolu 275(2) ta' dan ir-Regolament, għas-settijiet tan-netting ta' transazzjonijiet: li huma nnegozjati fuq borża rikonoxxuta; li huma kklerjati ċentralment minn kontroparti ċentrali awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament; jew li l-kollateral għalihom huwa skambjat bilateralment mal-kontroparti f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni skont il-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000089.png

fejn:

RC = kost tas-sostituzzjoni;

TH = il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral; u

MTA = l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni;

   (d) b'deroga mill-Artikolu 275(3), għal settijiet tan-netting multipli soġġetti għal ftehim ta' marġni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni bħala s-somma tal-prezz tas-sostituzzjoni ta' kull sett tan-netting individwali, ikkalkulat skont il-paragrafu 1 bħallikieku ma kinux marġinalizzati;
   (e) is-settijiet ta' ħħeġġjar kollha għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 277a(1);
   (f) l-istituzzjonijiet għandhom jissettjaw għal 1 il-multiplikatur fil-formula li jintuża biex tiġi kkalkulata l-iskopertura futura potenzjali fl-Artikolu 278(1), kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000090.png

fejn:

PFE = l-iskopertura futura potenzjali; u

AddOn(a) = is-suppliment ta' kategorija 'a' ta' riskju;

   (g) b'deroga mill-Artikolu 279a(1), għal kull transazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000091.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000092.png = id-delta ta' superviżjoni;

   (h) il-formula msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 279b(1) li tintuża biex jiġi kkalkulat il-fattur ta' durata tas-superviżjoni għandha taqra kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000093.png

fejn:

E = il-perjodu bejn id-data ta' skadenza ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar; u

S = il-perjodu bejn id-data tal-bidu ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar;

   (i) il-fattur ta' maturità msemmi fl-Artikolu 279c(1) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
   (i) fil-każ ta' tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(1), MF = 1;
   (ii) fil-każ ta' tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3), MF = 0,42;
   (j) il-formula msemmija fl-Artikolu 280a(3) li tintuża biex jiġi kkalkulat l-ammont nozzjonali effettiv ta' sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000094.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000095.png = l-ammont nozzjonali effettiv ta' sett ta' ħħeġġjar j; u

Dj,k, = l-ammont nozzjonali effettiv tal-bucket k ta' sett ta’ ħħeġġjar j ;

   (k) il-formula msemmija fl-Artikolu 280c(3) li tintuża biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000096.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000097.png = is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' ħħeġġjar j; u

AddOn(Entitàk) = is-suppliment għall-entità 'k' ta' referenza ta' kreditu;

   (l) il-formula msemmija fl-Artikolu 280d(3) li tintuża biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000098.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000099.png is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' ħħeġġjar j; u

AddOn(Entitàk) = is-suppliment għall-entità 'k' ta' referenza ta' kreditu;

   (m) il-formula msemmija fl-Artikolu 280e(4) li tintuża biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għas-sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000100.png

fejn:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000101.png is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għas-sett ta' ħħeġġjar j; u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000102.png = is-suppliment għat-tip 'k' ta' referenza tal-komoditajiet.

Taqsima 5

Metodu tal-iskopertura oriġinali

Artikolu 282

Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

   1. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw valur tal-iskopertura uniku għat-tranżazzjonijiet kollha fi ftehim tan-netting kuntrattwali meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 274(1). Inkella, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw valur tal-iskopertura b'mod separat għal kull transazzjoni, li għandha tiġi ttrattata bħala s-sett tan-netting tagħha stess.
   2. Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting jew ta' transazzjoni għandu jkun il-prodott ta' 1,4 drabi s-somma tal-prezz tas-sostituzzjoni kurrenti u l-iskopertura futura potenzjali.
   3. Il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
   (a) għas-settijiet tan-netting ta' tranżazzjonijiet: li huma nnegozjati fuq borża rikonoxxuta; ikklerjati ċentralment minn kontroparti ċentrali awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament; jew li l-kollateral għalihom huwa skambjat bilateralment mal-kontroparti f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000103.png

fejn:

RC = kost tas-sostituzzjoni;

TH = il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral; u

MTA = l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni;

   (b) għas-settijiet tan-netting l-oħrajn kollha jew it-tranżazzjonijiet individwali, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000104.png

fejn:

RC = kost tas-sostituzzjoni; u

CMV = valur tas-suq kurrenti.

Sabiex jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti, l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw il-valuri tas-suq kurrenti tal-inqas darba f'xahar.

   4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali msemmija fil-paragrafu 2 kif ġej:
   (a) l-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting hija s-somma tal-iskopertura futura potenzjali tat-tranżazzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting, ikkalkulat f'konformità mal-punt (b);
   (b) l-iskopertura futura potenzjali ta' tranżazzjoni waħda hija l-ammont nozzjonali tagħha multiplikat bi:
   (i) il-prodott ta' 0.5% u l-maturità residwa tat-tranżazzjoni espressa fi snin għall-kuntratti tad-derivattivi ta' rata tal-imgħax;
   (ii) il-prodott ta' 6% u l-maturità residwa tat-tranżazzjoni espressa fi snin għall-kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu;
   (iii) 4% għal derivattivi tal-kambju;
   (iv) 18% għal derivattivi tad-deheb u tal-komoditajiet minbarra derivattivi tal-elettriku;
   (v) 40% għal derivattivi tal-elettriku;
   (vi) 32% għal derivattivi ta' ekwità;
   (c) l-ammont nozzjonali msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu għandu jiġi determinat f'konformità mal-Artikolu 279b(2) u (3) għad-derivattivi kollha elenkati f'dak il-punt; barra minn hekk, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi msemmija fil-punti (b)(iii) sa (b)(vi) ta' dan il-paragrafu għandu jiġi determinat f'konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 279b(1);
   (d) l-iskopertura futura potenzjali tas-settijiet tan-netting imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandha tiġi mmultiplikata b'0,42.

Għall-kalkolu tal-iskopertura potenzjali ta' derivattivi ta' rati tal-imgħax u derivattivi ta' kreditu f'konformità mal-punti b(i) u (ii), istituzzjoni tista' tagħżel li tuża l-maturità oriġinali minflok il-maturità residwa tal-kuntratti.";

"

(75)  fl-Artikolu 283, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"4. Għat-tranżazzjonijiet tad-derivati OTC kollha u għat-tranżazzjonijiet b'saldu fit-tul li għalihom istituzzjoni ma rċevietx permess skont il-paragrafu 1 sabiex tuża l-IMM, l-istituzzjoni għandha tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 ▌. Dawk il-metodi jistgħu jintużaw f'kombinazzjoni fuq bażi permanenti fi ħdan grupp.";

"

(76)  l-Artikolu 298 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 298

Effetti tar-rikonoxximent tan-netting bħala tnaqqis tar-riskju

In-netting għall-finijiet tat-Taqsimiet 3 sa 6 għandu jiġi rikonoxxut kif stabbilit f'dawk it-Taqsimiet.";

"

(77)  fl-Artikolu 299(2), jitħassar il-punt (a);

(78)  l-Artikolu 300 huwa emendat kif ġej:

(a)  is-sentenza introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:"

"Għall-finijiet ta' din it-Taqsima u tal-Parti Sebgħa, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:";

"

(b)  jiżdiedu il-punti li ġejjin:"

"(5) "tranżazzjoni fi flus" tfisser tranżazzjoni fi flus, strumenti ta' dejn jew ekwitajiet, tranżazzjoni ta' kambju spot jew tranżazzjoni ta' komoditajiet spot; madankollu, tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti b'self ta' titoli jew komoditajiet u ta' teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet mhumiex tranżazzjonijiet fi flus;

   (6) "arranġament ta' kklerjar indirett" tfisser arranġament li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
   (7) "klijent ta' livell superjuri" tfisser entità li tipprovdi servizzi tal-ikklerjar lil klijent ta' livell inferjuri;
   (8) "klijent ta' livell inferjuri" tfisser entità li taċċessa s-servizzi ta' CCP permezz ta' klijent ta' livell superjuri;
   (9) "struttura tal-klijenti b'ħafna livelli" tfisser arranġament ta' kklerjar indirett taħt liema jiġu pprovduti servizz tal-ikklerjar lil istituzzjoni minn entità li mhijiex membru tal-ikklerjar, iżda hija hi stess klijent ta' membru tal-ikklerjar jew ta' klijent ta' livell superjuri;
   (10) "kontribuzzjoni mhux iffinanzjata għal fond tal-inadempjenza" tfisser kontribuzzjoni li istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar ħadet l-impenn kuntrattwali li tipprovdi lil CCP wara li s-CCP eżawrit il-fond tal-inadempjenza tagħha biex tkopri t-telf li ġarrbet wara l-inadempjenza ta' wieħed jew iktar mill-membri tal-ikklerjar tagħha;
   (11) "tranżazzjoni ta' għoti jew teħid b'self ta' depożiti ggarantita għalkollox" tfisser tranżazzjoni tas-suq tal-flus kollateralizzata għalkollox li fiha żewġ kontropartijiet jiskambjaw id-depożiti u CCP tpoġġi lilha nnifisha bejniethom biex tiżgura l-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi ta' pagament tal-kontropartijiet.";

"

(79)  l-Artikolu 301 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 301

Kamp ta' applikazzjoni materjali

   1. Din it-Taqsima tapplika għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li ġejjin sakemm ikunu pendenti ma' CCP:
   (a) il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu;
   (b) tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' depożiti ggarantiti għalkollox; u
   (c) tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul.

Din it-Taqsima ma tapplikax għal skoperturi li jirriżultaw mis-saldu ta' tranżazzjonijiet fi flus. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fit-Titolu V għal skoperturi ta' negozju li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet u piż tar-riskju ta' 0% għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru dawk it-tranżazzjonijiet biss. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 307 għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru kwalunkwe kuntratt imniżżel fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu flimkien mat-tranżazzjonijiet fi flus.

   2. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
   (a) il-marġni inizjali ma għandux jinkludi kontribuzzjonijiet għal CCP għal arranġamenti tal-kondiviżjoni tat-telf mutwalizzat;
   (b) il-marġni inizjali għandu jinkludi kollateral depożitat minn istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jew minn klijent li jisboq l-ammont minimu meħtieġ rispettivament mis-CCP jew mill-istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar, sakemm is-CCP jew l-istituzzjoni li taġixxi bħala l-membru tal-ikklerjar tista', f'każijiet xierqa, twaqqaf lill-istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jew il-klijent milli tirtira tali kollateral eċċessiv;
   (c) meta CCP tuża l-marġni inizjali biex timmutwalizza t-telf fost il-membri tal-ikklerjar tagħha, l-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar għandhom jittrattaw dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza.";

"

(80)  fl-Artikolu 302, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. L-istituzzjonijiet, permezz ta' analiżi tax-xenarji u ttestjar tal-istress xierqa, għandhom jivvalutaw jekk il-livell ta' fondi proprji miżmuma kontra l-iskoperturi għal CCP, inkluż l-iskoperturi potenzjali, futuri jew kontinġenti ta' kreditu, l-iskoperturi minn kontribuzzjonijiet ta' fondi tal-inadempjenza u, meta l-istituzzjoni qiegħda taġixxi bħala membru tal-ikklerjar, l-iskoperturi li jirriżultaw minn arranġamenti kuntrattwali kif stabbiliti fl-Artikolu 304, jirrelatax b'mod adegwat mar-riskji inerenti ta' dawk l-iskoperturi.";

"

(81)  l-Artikolu 303 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 303

Trattament tal-iskoperturi tal-membri ta' kklerjar għal CCPs

   1. Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar kemm għal finijiet tagħha stess kif ukoll bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP, għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha għal CCP kif ġej:
   (a) hija għandha tapplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 306 għall-iskoperturi ta' negozju tagħha mas-CCP;
   (b) hija għandha tapplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 307 għall-kontribuzzjonijiet tal-fond inadempjenza tagħha għas-CCP.
   2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-somma ta' rekwiżiti ta' fondi proprji ta' istituzzjoni għall-iskoperturi tagħha għal QCCP minħabba skoperturi ta' negozju u kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza għandha tkun soġġetta għal limitu massimu ugwali għas-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li tkun applikata għal dawk l-istess skoperturi jekk is-CCP kienu CCP mhux kwalifikati.";

"

(82)  l-Artikolu 304 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar u, f'dik il-kapaċità, taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP, għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għat-tranżazzjonijiet relatati mas-CCP tagħha mal-klijent f'konformità mat-Taqsimiet 1 sa 8 ta' dan il-Kapitolu, mat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu u mat-Titolu VI, kif applikabbli.";

"

(b)  il-paragrafi 3, 4 u 5 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"3. Meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 jew 6 ta' dan il-Kapitolu biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

   (a) b'deroga mill-Artikolu 285(2), l-istituzzjoni tista' tuża perijodu ta' marġni ta' riskju ta' mill-inqas ħames ġranet tax-xogħol għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent;
   (b) l-istituzzjoni għandha tapplika perijodu ta' marġni ta' riskju ta' mill-inqas 10 ġranet tax-xogħol għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' CCP;
   (c) b'deroga mill-Artikolu 285(3), meta sett tan-netting inkluż fil-kalkolu jissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu, l-istituzzjoni tista' tinjora l-limitu stabbilit f'dak il-punt, sakemm is-sett tan-netting ma jissodisfax il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu u ma jinkludi l-ebda negozju kkontestat jew opzjonijiet eżotiċi;
   (d) meta CCP iżżomm il-marġni ta' varjazzjoni fil-konfront ta' tranżazzjoni u l-kollateral tal-istituzzjoni mhuwiex protett kontra l-insolvenza tas-CCP, l-istituzzjoni għandha tapplika perijodu ta' marġni ta' riskju li huwa inferjuri għal sena u l-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni, b'minimu ta' 10 ġranet tax-xogħol.
   4. B'deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 281(2), meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 4 biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent, l-istituzzjoni tista' tuża fattur ta' maturità ta' 0,21 għall-kalkolu tagħha.
   5. B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 282(4), meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 5 biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent, dik l-istituzzjoni tista' tuża fattur ta' maturità ta' 0,21 f'dak il-kalkolu.";

"

(c)  jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

"6. Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tista' tuża l-iskopertura mnaqqsa fil-mument tal-inadempjenza li tirriżulta mill-kalkoli stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5 għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha għal riskju CVA skont it-Titolu VI.

   7. Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar li jiġbor kollateral minn klijent għal tranżazzjoni relatata mas-CCP u jgħaddi l-kollateral lis-CCP tista' tirrikonoxxi dak il-kollateral biex tnaqqas l-iskopertura tagħha fil-konfront tal-klijent għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP.

Fil-każ ta' struttura ta' klijenti b'ħafna livelli, it-trattament stabbilit fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi applikat f'kull livell ta' dik l-istruttura.";

"

(83)  l-Artikolu 305 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Istituzzjoni li hija klijent għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għat-tranżazzjonijiet tagħha relatati mas-CCP mal-membru tal-ikklerjar tagħha f'konformità mat-Taqsimiet 1 sa 8 ta' dan il-Kapitolu, mat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu u mat-Titolu VI, kif applikabbli.";

"

(b)  fil-paragrafu 2, il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"(c) il-klijent ikun wettaq reviżjoni legali bir-reqqa biżżejjed, li żammha aġġornata, li tissostanzja li l-arranġamenti li jiżguraw li l-kondizzjoni stabbilita fil punt (b) hija ssodisfata, huma legali, validi, vinkolanti u infurzabbli skont il-liġijiet rilevanti tal-ġurisdizzjoni jew il-ġurisdizzjonijiet rilevanti;";

"

(c)  Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

"Meta tivvaluta l-konformità tagħha mal-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' tqis kwalunkwe preċedent ċar ta' trasferimenti ta' pożizzjonijiet tal-klijent u ta' kollateral korrispondenti f'CCP, u kwalunkwe intenzjoni tal-industrija li tkompli b'dik il-prattika.";

"

(d)  il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"3. B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, meta istituzzjoni li hija klijent tonqos milli tissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu minħabba li dik l-istituzzjoni mhijiex protetta minn telf f'każ li l-membru tal-ikklerjar u klijent ieħor tal-membru tal-ikklerjar ikunu inadempjenti b'mod konġunt, dment li l-kondizzjonijiet l-oħrajn kollha stabbiliti fil-punti (a) sa (d) ta' dak il-paragrafu huma ssodisfati, l-istituzzjoni tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi ta' negozju tagħha għal tranżazzjonijiet relatati mas-CCP mal-membru tal-ikklerjar tagħha skont l-Artikolu 306, soġġett għas-sostituzzjoni tal-piż tar-riskju ta' 2 % stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 306(1) b'piż tar-riskju ta' 4 %.

   4. Fil-każ ta' struttura ta' klijenti b'ħafna livelli, istituzzjoni li hija klijent ta' livell inferjuri li taċċessa s-servizzi ta' CCP permezz ta' klijent ta' livell superjuri tista' tapplika t-trattament stabbilit fil-paragrafu 2 jew 3 fil-każ biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fihom jiġu ssodisfati f'kull livell ta' dik l-istruttura.";

"

(84)  l-Artikolu 306 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (c) jiġi sostitwit b’dan li ġej:"

"(c) meta istituzzjoni taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP u t-termini tat-tranżazzjoni relatata mas-CCP jistipulaw li l-istituzzjoni ma hi meħtieġa tirrimborża lill-klijent għall-ebda telf li jkun ġarrab minħabba kambjamenti fil-valur ta' dik it-tranżazzjoni fil-każ ta' inadempjenza ta' CCP, dik l-istituzzjoni tista' tistabbilixxi l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura ta' negozju mas-CCP li tikkorrispondi għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP għal żero;";

"

(ii)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(d) meta istituzzjoni taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP u t-termini tat-tranżazzjoni relatata mas-CCP, jistipulaw li l-istituzzjoni hija meħtieġa tirrimborża lill-klijent għal kwalunkwe telf li jkun ġarrab minħabba kambjamenti fil-valur ta' dik it-tranżazzjoni f'każ ta' inadempjenza tas-CCP, dik l-istituzzjoni għandha tapplika t-trattament fil-punt (a) jew (b), kif applikabbli, għall-iskopertura ta' negozju mas-CCP li tikkorrispondi għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP.";

"

(b)  il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"2. B'deroga mill-paragrafu 1, fejn assi depożitati bħala kollateral għal CCP jew għal membru tal-ikklerjar huma falliment remot fil-każ li s-CCP, il-membru tal-ikklerjar jew wieħed jew iktar mill-klijenti l-oħrajn tal-membru tal-ikklerjar isiru insolventi, istituzzjoni tista' tattribwixxi valur tal-iskopertura ta' żero għall-iskoperturi għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti għal dawk l-assi.

   3. Istituzzjoni għandha tikkalkula l-valuri tal-iskopertura ta' negozju tagħha ma' CCP f'konformità mat-Taqsimiet 1 sa 8 ta' dan il-Kapitolu u t-Taqsim 4 tal-Kapitolu 4, kif applikabbli.";

"

(85)  l-Artikolu 307 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 307

Rekwiżiti ta' fondi proprji għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza ta' CCP

Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar għandha tapplika t-trattament li ġej għall-iskoperturi tagħha li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP:

   (a) hija għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP f'konformità mal-approċċ stabbilit fl-Artikolu 308;
   (b) hija għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati u ffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti f'konformità mal-approċċ stabbilit fl-Artikolu 309;
   (c) hija għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP f'konformità mat-trattament stabbilit fl-Artikolu 310.";

"

(86)  l-Artikolu 308 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"2. Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji sabiex tkopri l-iskopertura li tirriżulta mill-kontribuzzjoni prefinanzjata tagħha kif ġej:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000105.png

fejn:

Ki = ir-rekwiżit ta' fondi proprji;

i = l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar;

KCCP = il-kapital ipotetiku tal-QCCP ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-QCCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

DFi = il-kontribuzzjoni prefinanzjata;

DFCCP = ir-riżorsi finanzjarji prefinanzjati tas-CCP ikkomunikati lill-istituzzjoni mis-CCP f'konformità mal-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; u

DFCM = is-somma tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tal-membri tal-ikklerjar kollha tal-QCCP ikkomunikata lill-istituzzjoni mill-QCCP f'konformità mal-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

   3. Istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjoni prefinanzjata ta' dik l-istituzzjoni għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP għall-finijiet tal-Artikolu 92(3) bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji, ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, immultiplikati bi 12,5.";

"

(b)  il-paragrafi 4 u 5 jitħassru;

(87)  l-Artikoli 309, 310 u 311 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"Artikolu 309

Rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-fond tal-inadempjenza f'każ ta' inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti u għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati ta' CCP mhux kwalifikanti

   1. Istituzzjoni għandha tapplika l-formula li ġejja biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-iskoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti u minn kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għal tali CCP:

K=DF+UC

fejn:

Ki = ir-rekwiżit ta' fondi proprji;

DF = il-kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti; u

UC = il-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti.

   2. Istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ppeżati għar-riskju għall-iskoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjoni ta' dik l-istituzzjoni għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti għall-finijiet tal-Artikolu 92(3) bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji, ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, immultiplikati bi 12,5.";

Artiklu 310

Rekwiżit ta' fondi proprji għal kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP

Istituzzjoni għandha tapplika piż ta' riskju ta' 0% għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP.

Artikolu 311

Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi lil CCPs li ma jibqgħux jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet

   1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit f'dan l-Artikolu fejn isiru saru jafu, wara tħabbira jew notifika pubblika mill-awtorità kompetenti ta' CCP użata minn dawk l-istituzzjonijiet jew minn dik is-CCP innifisha, li s-CCP mhijiex ser tikkonforma iktar mal-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni jew rikonoxximent, kif applikabbli.
   2. Meta tiġi ssodisfata l-kondizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet, fi żmien tliet xhur minn meta saru jafu biċ-ċirkostanza msemmija hemmhekk, jew preċedentement jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-istituzzjoni jeħtieġu hekk, jagħmlu dan li ġej fir-rigward tal-iskoperturi tagħhom fil-konfront ta' dik is-CCP:
   (a) japplikaw it-trattament stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 306(1) għall-iskoperturi kummerċjali tagħhom għal dik is-CCP;
   (b) japplikaw it-trattament stipulat fl-Artikolu 309 għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħhom għall-fond tal-inadempjenza ta' dik is-CCP u għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħhom fil-konfront ta' dik is-CCP;
   (c) jittrattaw l-iskoperturi tagħhom għal dik is-CCP, minbarra dawk l-iskoperturi mniżżla fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu bħala skoperturi fil-konfront ta' korporattiva f'konformità mal-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu fil-Kapitolu 2.";

"

(88)  fl-Artikolu 316(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

"Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-kategoriji ta' kontabilità għall-kont ta' qligħ u telf skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 86/635/KEE għal kirjiet finanzjarji u operattivi għall-finijiet tal-kalkolu tal-indikatur rilevanti, u jistgħu minflok:

   (a) jinkludu l-introjtu mill-imgħax minn kirjiet finanzjarji u operattivi u l-profitti minn assi mikrija fil-kategorija msemmija fil-punt 1 tat-Tabella 1;
   (b) jinkludu l-ispejjeż tal-imgħax minn kirjiet finanzjarji u operattivi, telf, deprezzament u indeboliment ta' assi mikrija operattivi fil-kategorija msemmija fil-punt 2 tat-Tabella 1.";

"

(89)  fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, il-Kapitolu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Kapitolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 325

Approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq

   1. Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ta' kull pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar u pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi li ġejjin:
   (a) ▌l-approċċ standardizzat imsemmi fil-paragrafu 2;

   (b) l-approċċ mudell intern simplifikat stabbilit fil-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu għal dawk il-kategoriji ta' riskju li għalihom l-istituzzjoni ngħatat permess f'konformità mal-Artikolu 363 biex tuża dak l-approċċ ▌.
   2. Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ikkalkulati f'konformità mal-▌approċċ standardizzat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ifissru s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li ġejjin, kif applikabbli:
   (a) ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju fil-pożizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu 2;
   (b) ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju msemmi fil-Kapitolu 3;
   (c) ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-komoditajiet imsemmi fil-Kapitolu 4.
   3. Istituzzjoni ▌li mhijiex eżentata mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b f'konformità mal-Artikolu 325a għandhom jirrapportaw il-kalkolu f'konformità mal-Artikolu 430b għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi li ġejjin:
   (a) l-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1a;
   (b) l-approċċ mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b.
   4. Istituzzjoni tista' tuża f'kombinazzjoni l-approċċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fuq bażi permanenti fi ħdan grupp f'konformità mal-Artikolu 363.

   5. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw l-approċċ stabbilit fil-punt (b) tal-paragrafu 3 għall-istrumenti fil-portafoll tan-negozjar tagħhom li huma pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jew pożizzjonijiet inklużi fil-portafoll ta' negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (ACTP) kif stabbilit fil-paragrafi 6, 7 u 8.

   6. Il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u d-derivattivi ta' kreditu n-eżmu inadempjenti li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin għandhom jiġu inklużi fl-ACTP:
   (a) il-pożizzjonijiet la jkunu pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni, la opzjonijiet fuq segment ta' titolizzazzjoni, u lanqas xi derivati oħra ta' skoperturi ta' titolizzazzjoni li ma jipprovdux sehem pro rata fir-rikavat ta' segment ta' titolizzazzjoni;
   (b) l-istrumenti sottostanti kollha tagħhom huma:
   (i) strumenti b'isem wieħed, inklużi derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed, li għalihom ikun jeżisti suq likwidu bidirezzjonali;
   (ii) indiċijiet negozjati spiss ibbażati fuq l-istrumenti msemmija fil-punt (i).

Suq bidirezzjonali jitqies li jeżisti meta jkun hemm offerti bona fide indipendenti għax-xiri u l-bejgħ b'tali mod li prezz relatat li hu raġonevolment relatat mal-aħħar prezz ta' bejgħ jew offerta kompetittiva bona fide kurrenti u kwotazzjonijiet tal-offerti jkunu jistgħu jiġu determinati fi żmien ġurnata u saldati b'dak il-prezz fi żmien relattivament qasir b'konformità mal-prattika tan-negozjar.

   7. Il-pożizzjonijiet bi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fl-ACTP:
   (a) l-istrumenti sottostanti li huma assenjati lill-klassijiet ta' skopertura msemmija fil-punt (h) jew (i) tal-Artikolu 112;
   (b) pretensjoni fuq entità bi skop speċjali, ikkollateralizzata direttament jew indirettament, b'pożizzjoni, f'konformità mal-paragrafu 6, li hija nnifisha ma tkunx eliġibbli għal inklużjoni fl-ACTP.
   8. Fil-pożizzjonijiet tal-ACTP, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu pożizzjonijiet li la huma pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u lanqas derivattivi ta' kreditu n-eżmu inadempjenti iżda li jiħħeġġjaw pożizzjonijiet oħra f'dak il-portafoll, sakemm jeżisti suq bidirezzjonali likwidu kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 għall-istrument jew l-istrumenti sottostanti tiegħu.
   9. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325a

Eżenzjonijiet minn rekwiżiti ta' rappurtar speċifiċi għal riskju tas-suq

   1. Istituzzjoni għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' rappurtar stabbilit fl-Artikolu 430b, dment li d-daqs tan-negozju fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ li huwa soġġett għar-riskju tas-suq ikun ugwali għal jew inqas għal kull wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew inqas minnhom abbażi ta' valutazzjoni mwettqa kull xahar permezz tad-data sal-aħħar ġurnata tax-xahar:
   (a) 10 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;
   (b) EUR 500 miljun.
   2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tagħhom fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ li huwasoġġett għar-riskji tas-suq bl-użu tad-data sal-aħħar ġurnata ta' kull xahar f'konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
   (a) il-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-portafoll tan-negozjar għandhom ikunu inklużi, minbarra d-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar u tat-tranżazzjonijiet ta' derivattivi ta' kreditu li jpaċu perfettament għar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern kif imsemmi fl-Artikolu 106(3);
   (b) il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew għar-riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu inklużi;
   (c) il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data, ħlief il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (b); meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu valur ġust għall-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur ġust u l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;
   (d) ▌il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożizzjoni tal-kambju netta globali u stmati f'konformità mal-Artikolu 352;
   (e) il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskji tal-komoditajiet għandhom jiġu stmati permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 357 u 358;
   (f) il-valur assolut ta' pożizzjonijiet twal għandu jiżdied mal-valur assolut ta' pożizzjonijiet qosra.
   3. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw, jew jieqfu jikkalkulaw, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq f'konformità ma' dan l-Artikolu.
   4. Istituzzjoni li ma tissodisfax waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.
   5. L-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b għandha tieqaf tapplika fi żmien tliet xhur minn kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:
   (a) l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal tliet xhur konsekuttivi; jew
   (b) l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal aktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar.
   6. Meta istituzzjoni tkun saret soġġetta għar-▌rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni għandha tkun eżentata minn dawk ir-rekwiżiti ta' rappurtar ▌biss meta turi lill-awtorità kompetenti li l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ġew issodisfati għal perijodu ta' sena sħiħa mingħajr ebda interruzzjoni.
   7. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi, jixtru jew ibigħu pożizzjoni biss bl-iskop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.
   8. Istituzzjoni li hija eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 94 għandha tkun eżentata mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b.

Artikolu 325b

Permess għal rekwiżiti konsolidati

   1. Soġġett għall-paragrafu 2 u bl-unika skop li jiġu kkalkulati l-pożizzjonijiet netti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità ma' dan it-Titolu fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-pożizzjonijiet f'istituzzjoni jew impriża partikolari biex ipaċu l-pożizzjonijiet f'istituzzjoni jew impriża oħra.
   2. L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-paragrafu 1 biss bil-permess tal-awtoritajiet kompetenti, li għandu jingħata jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (a) ikun hemm allokazzjoni sodisfaċenti ta' fondi proprji fi ħdan il-grupp;
   (b) il-qafas regolatorju, legali jew kuntrattwali li fih joperaw l-istituzzjonijiet jiggarantixxi appoġġ finanzjarju reċiproku fi ħdan il-grupp.
   3. Minbarra l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, meta jkun hemm impriżi li jinsabu f'pajjiżi terzi għandhom jiġu ssodisfati wkoll il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (a) dawn l-impriżi jkunu ġew awtorizzati f'pajjiż terz u jew jissodisfaw id-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu jew huma rikonoxxuti bħala impriżi ta' investiment ta' pajjiż terz;
   (b) fuq bażi individwali, tali impriżi jkunu konformi ma' rekwiżiti ta' fondi proprji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament;
   (c) ma jkun jeżisti l-ebda regolament fil-pajjiżi terzi inkwistjoni li jista' jaffettwa b'mod sinifikanti t-trasferiment ta' fondi fi ħdan il-grupp.'';

"

(90)  fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, jiddaħħlu l-Kapitoli li ġejjin:"

"Kapitolu 1a

L-approċċ standardizzat alternattiv

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 325c

Kamp ta' applikazzjoni u struttura tal-approċċ standardizzat alternattiv

   1. L-approċċ standardizzat alternattiv kif jinsab f'dan il-Kapitolu għandu jintuża biss għall-finijiet tar-rekwiżit ta' rappurtar stabbilit fl-Artikolu 430b(1).
   2. Istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f’konformita’ mal-approċċ standardizzat alternattiv għal portafoll ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar jew pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju barrani u riskju tal-komoditajiet bħala s-somma tat-tliet komponenti li ġejjin:
   (a) ir-rekwiżit ta' fondi proprji skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2;
   (b) ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza stabbilit fit-Taqsima 5 li huwa applikabbli biss għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar imsemmi f'dik it-Taqsima;
   (c) ir-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi stabbiliti fit-Taqsima 4 li huma applikabbli biss għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija f'dik it-Taqsima.

Taqsima 2

Metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji

Artikolu 325d

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   (1) "klassi ta' riskju" tfisser waħda mis-seba' kategoriji li ġejjin:
   (i) riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;
   (ii) riskju ta' firxiet ta' kreditu (CSR, credit spread risk) għal nontitolizzazzjoni;
   (iii) riskju ta' firxiet ta' kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (non-ACTP CSR);
   (iv) riskju ta' firxiet ta' kreditu għal titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (ACTP CSR);
   (v) riskju ta' ekwità;
   (vi) riskju ta' komodità;
   (vii) riskju tal-kambju;
   (2) "sensittività" tfisser il-bidla relattiva fil-valur ta' pożizzjoni, ▌bħala riżultat ta' bidla fil-valur ta' wieħed mill-fatturi ta' riskju rilevanti tal-pożizzjoni, ikkalkulata bil-mudell ta' pprezzar tal-istituzzjoni f'konformità mas-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3;
   (3) "bucket" tfisser subkategorija ta' pożizzjonijiet fi ħdan klassi ta' riskju waħda bi profil ta' riskju simili għal liema huwa assenjat piż tar-riskju kif definit fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3.

Artikolu 325e

Komponenti tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet bl-aggregazzjoni tat-tliet tipi li ġejjin ta' rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 325h:
   (a) rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju delta li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju relatati man-non-volatilità tiegħu ▌;
   (b) rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju vega li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju relatati mal-volatilità tiegħu;
   (c) rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju ewlenin mhux relatati mal-volatilità li mhumiex koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju delta.
   2. Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1,
   (a) il-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti b'opzjonalità għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1.
   (b) il-pożizzjonijiet kollha ta' strumenti mingħajr opzjonalità għandhom ikunu soġġetti biss għar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, strumenti b'opzjonalità jinkludu, fost l-oħrajn: opzjonijiet, opzjonijiet put, limiti massimi, limiti minimi, opzjonijiet swap, opzjonijiet ta' barriera u opzjonijiet eżotiċi. L-opzjonijiet integrati, bħal prepagamenti jew opzjonijiet attitudinali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala opzjonijiet awtonomi għall-fini li jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq.

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-istrumenti li l-flussi ta' flus tagħhom jistgħu jiġu vvalutati bħala funzjoni lineari tal-ammont nozzjonali ta' sottostanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti mingħajr dritt ta' għażla.

Artikolu 325f ▌

Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega

   1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju delta u vega deskritti fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega.
   2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-proċess stabbilit fil-paragrafi 3 sa 8 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega.
   3. Għal kull klassi ta' riskju, is-sensittività tal-istrumenti kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta jew vega għal kull wieħed mill-fatturi ta' riskju delta jew vega applikabbli inklużi f'dik il-klassi ta' riskju għandha tiġi kkalkulata permezz tal-formuli korrispondenti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3. Jekk il-valur ta' strument jiddependi fuq diversi fatturi ta' riskju, is-sensittività għandha tiġi determinata b'mod separat għal kull fattur ta' riskju.
   4. Għandhom jiġu assenjati sensittivitajiet lil wieħed mill-buckets 'b' fi ħdan kull klassi ta' riskju.
   5. Fi ħdan kull bucket 'b', is-sensittivitajiet pożittivi u negattivi għall-istess fattur ta' riskju għandhom jiġu kkalkulati b'mod nett, u dan jagħti lok għal sensittivitajiet netti (sk) għal kull fattur ta' riskju k fi ħdan bucket.
   6. Is-sensittivitajiet netti għal kull fattur ta' riskju fi ħdan kull bucket għandhom jiġu mmultiplikati bil-piżijiet tar-riskju korrispondenti stipulati fit-Taqsima 6, u dan jagħti lok għal sensittivitajiet ppeżati għal kull fattur ta' riskju fi ħdan dak il-bucket f'konformità mal-formula li ġejja:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000106.png

fejn:

WSk= is-sensittivitajiet ppeżati;

RWk = il-piżijiet tar-riskju; u

sk = il-fattur ta' riskju.

   7. Is-sensittivitajiet ppeżati għall-fatturi ta' riskju differenti fi ħdan kull bucket għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, fejn il-kwantità fi ħdan il-funzjoni ta' għerq kwadrat hija limitata għal żero, u dan jagħti lok għal sensittività speċifika għall-bucket. Għandhom jintużaw il-korrelazzjonijiet korrispondenti għal sensittivitajiet ppeżati fi ħdan l-istess bucket (ρkl), stipulati fit-Taqsima 6.

Kb20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000107.png

fejn:

Kb = is-sensittività speċifika għall-bucket; u

WS = is-sensittivitajiet ppeżati.

   8. Is-sensittività speċifika għall-bucket għandha tiġi kkalkulata għal kull bucket fi ħdan klassi ta' riskju f'konformità mal-paragrafi 5, 6 u 7. Ladarba s-sensittività speċifika għall-bucket tkun ġiet ikkalkulata għall-buckets kollha, is-sensittivitajiet ppeżati għal kull fattur ta' riskju fil-buckets għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, permezz tal-korrelazzjonijiet korrispondenti γbc għal sensittivitajiet ppeżati f'buckets differenti stipulati fit-Taqsima 6, u dan jagħti lok għar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-klassi ta' riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega:

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000108.png

fejn 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000109.pnggħall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket b u 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000110.pngfil-bucket c; fejn dawk il-valuri għal 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000111.png u 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000112.png jagħtu numru negattiv għas-somma totali ta' 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000113.png, l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-klassi ta' riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega permezz ta' speċifikazzjoni alternattiva fejn

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000114.png għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket b u

20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000115.png għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket c.

Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju għall-klassi ta' riskju delta jew vega speċifiċi għandhom jiġu kkalkulati għal kull klassi ta' riskju f'konformità mal-paragrafi 1 sa 8.

Artikolu 325g

Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura f’konformita’ mal-l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a.

Artikolu 325h

Aggregazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi tar-riskju għal riskji delta, vega u kurvatura

   1. L-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta' riskju għal riskji delta, vega u kurvatura f'konformità mal-proċess stabbilit fil-paragrafi 2, 3 u 4.
   2. Il-proċess biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta' riskju delta, riskji vega u ta’ kurvatura deskritti fl-Artikoli 325f u 325g għandu jitwettaq tliet darbiet għal kull klassi ta' riskju, kull darba permezz ta' sett differenti ta' parametri ta' korrelazzjoni20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000116.png (korrelazzjoni bejn il-fatturi ta' riskju fi ħdan bucket) u 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000117.png (korrelazzjoni bejn buckets fi ħdan klassi ta' riskju). Kull wieħed minn dawn it-tliet settijiet għandu jikkorrispondi għal xenarju differenti, kif ġej:
   (a) ix-xenarju "korrelazzjonijiet medji", fejn il-parametri ta' korrelazzjoni20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000118.png u 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000119.png jibqgħu l-istess bħal dawk speċifikati fit-Taqsima 6;
   (b) ix-xenarju ta' "korrelazzjonijiet għoljin", fejn il-parametri ta' korrelazzjoni20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000120.png u 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000121.png li huma speċifikati fit-Taqsima 6 għandhom jiġu mmultiplikati b'mod uniformi b'1,25, b'limitu massimu ta' 100% 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000122.png u 20190416-P8_TA-PROV(2019)0369_MT-p0000123.pngsoġġett għalih.
   (c) ix-xenarju ta' "korrelazzjonijiet baxxi" għandu jiġi speċifikat fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a.
   3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji delta, vega u kurvatura speċifiċi għal kull xenarju ▌biex jistabbilixxu tliet ▌rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għax-xenarju ▌.
   4. Ir-rekwiżit ta' fondi proprji taħt il-metodu bbażat fuq s-sensittivitajiet għandu jkun l-ikbar mit-tliet rekwiżiti ta' fondi proprji ▌speċifiċi għax-xenarju li jissemmew fil-paragrafu 3.

Artikolu 325i

Trattament ta' strumenti indiċi u opzjonijiet b'ħafna strumenti sottostanti

L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw l-istrumenti indiċi u l-opzjonijiet b'ħafna strumenti sottostanti f’konformita’ mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a.

Artikolu 325j

Trattament ta' impriżi ta' investiment kollettiv

L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw lil impriżi ta' investiment kollettiv f’konformita’ mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a.