Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 17 ta' April 2019 - Strasburgu 
Abbozzar jew l-emenda tat-titolu ta' riżoluzzjoni sottomessa sabiex tikkonkludi dibattitu (interpretazzjoni tal-Artikolu 149a(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
 Stqarrija politika għall-istabbiliment ta' grupp politiku (interpretazzjoni tal-Artikolu 32(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura)
 Protokoll għal mal-Ftehim bejn il-KE u d-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil u l-"Eurodac" ***
 L-istabbiliment ta' Orizzont Ewropa – stabbiliment tar-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu ***I
 Il-programm li jimplimenta Orizzont Ewropa ***I
 Sorveljanza fis-suq u l-konformita’ tal-prodotti ***I
 Il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ***I
 Infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ***I
 It-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari ***I
 Ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali ***I
 Programm spazjali tal-Unjoni u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ***I
 Programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 ***I
 Programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni ***I
 Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) ***I
 Il-programm Ġustizzja ***I
 Programm Drittijiet u Valuri ***I
 Numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati interparlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għall-Assemblej Parlamentari multilaterali
 L-adattament ta' għadd ta' atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - parti II ***I
 L-adattament ta' għadd ta' atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE - parti I ***I
 L-adattament ta' għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-TFUE ***I
 L-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2019 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***
 Ftehim fuq kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa ***
 Emenda għall-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment *
 Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta ***I
 Kodiċi dwar il-Viżi ***I
 Miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral ***I
 Regoli li jiffaċilitaw l-użu ta' informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra ***I
 L-istabbiliment taċ-Ċentru ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni ***I
 Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ***I
 Il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online ***I

Abbozzar jew l-emenda tat-titolu ta' riżoluzzjoni sottomessa sabiex tikkonkludi dibattitu (interpretazzjoni tal-Artikolu 149a(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
PDF 120kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar l-abbozzar jew l-emenda tat-titolu ta’ riżoluzzjoni sottomessa sabiex tikkonkludi dibattitu (interpretazzjoni tal-Artikolu 149a(2) tar-Regoli ta' Proċedura) (2019/2020(REG))
P8_TA-PROV(2019)0392

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-3 ta' April 2019 tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 266 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 149a(2) tar-Regoli ta' Proċedura:"“L-abbozzar jew l-emenda tat-titolu ta’ riżoluzzjoni sottomessa sabiex tikkonkludi dibattitu abbażi tal-Artikoli 123, 128 jew 135 ma jikkostitwixxux modifika għall-aġenda, dment li t-titolu jibqa’ fi ħdan l-iskop tas-suġġett li qed jiġi diskuss.”"

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.


Stqarrija politika għall-istabbiliment ta' grupp politiku (interpretazzjoni tal-Artikolu 32(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura)
PDF 121kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar l-istqarrija politika għall-istabbiliment ta' grupp politiku (interpretazzjoni tal-Artikolu 32(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura) (2019/2019(REG))
P8_TA-PROV(2019)0393

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-3 ta' April 2019 tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 266 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 32(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura:"“L-istqarrija politika ta’ grupp għandha tistabbilixxi l-valuri li jirrappreżentaw lil dak il-grupp u l-għanijiet politiċi prinċipali li l-membri tiegħu għandhom l-intenzjoni li flimkien isegwu fil-qafas tal-eżerċizzju tal-mandat tagħhom. L-istqarrija għandha tiddeskrivi l-orjentazzjoni politika komuni tal-grupp b’mod sustanzjali, distintiv u ġenwin.”"

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.


Protokoll għal mal-Ftehim bejn il-KE u d-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil u l-"Eurodac" ***
PDF 132kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-'Eurodac' għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15822/2018 – C8-0151/2019 – 2018/0423(NLE))
P8_TA-PROV(2019)0394A8-0196/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15822/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15823/2018).

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 87(2)(a), l-Artikolu 88(2) l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0151/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0196/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tar-Renju tad-Danimarka u tal-Istati Membri l-oħra.


L-istabbiliment ta' Orizzont Ewropa – stabbiliment tar-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu ***I
PDF 774kWORD 168k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu (COM(2018)0435 – C8-0252/2018 – 2018/0224(COD))
P8_TA(2019)0395A8-0401/2018

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


Il-programm li jimplimenta Orizzont Ewropa ***I
PDF 621kWORD 214k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2018)0436 – C8-0253/2018 – 2018/0225(COD))
P8_TA(2019)0396A8-0410/2018

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


Sorveljanza fis-suq u l-konformita’ tal-prodotti ***I
PDF 439kWORD 129k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) Nru 528/2012, (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426 u (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi 2004/42/KE, 2009/48/KE, 2010/35/UE, 2013/29/UE, 2013/53/UE, 2014/28/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/31/UE, 2014/32/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE, 2014/68/UE u 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2017)0795 – C8-0004/2018 – 2017/0353(COD))
P8_TA-PROV(2019)0397A8-0277/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0795),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 33, 114 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0004/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata sottomessa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Svediż, billi afferma li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0277/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda
d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011

P8_TC1-COD(2017)0353


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 114 ▌tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Sabiex jiġi garantit il-moviment liberu tal-prodotti fl-Unjoni, hu meħtieġ li jiġi żgurat li l-prodotti jikkonformaw mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u għaldaqstant jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni ta' interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sigurtà inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-ambjent, is-sigurtà pubblika u l-protezzjoni ta' kwlunkwe interess pubbliku ieħor protett b'dik il-leġislazzjoni. L-infurzar robust ta' dawn ir-rekwiżiti hu essenzjali għall-ħarsien xieraq ta' dawn l-interessi u biex jinħolqu l-kondizzjonijiet li fihom tista' tiżviluppa l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni għall-merkanzija. Għaldaqstant, ir-regoli huma neċessarji biex jiġi żgurat dan l-infurzar, irrispettivament minn jekk il-prodotti jitqiegħdux fis-suq b'mezzi offline jew online u irrispettivament minn jekk jiġux immanifatturati fl-Unjoni jew le.

(2)  Il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tkopri sehem kbir ta' prodotti mmanifatturati. Il-prodotti mhux konformi u mhux siguri jqiegħdu f'riskju liċ-ċittadini, u jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni mal-operaturi ekonomiċi li jbiegħu prodotti konformi fl-Unjoni.

(3)  It-tisħiħ tas-suq uniku għall-merkanzija permezz ta' sforzi ulterjuri ta' tisħiħ biex il-prodotti mhux konformi jinżammu milli jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni ġie identifikat bħala prijorità fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2015 bit-titolu "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji". Jenħtieġ li dan jinkiseb billi tissaħħaħ is-sorveljanza tas-suq, jiġu pprovduti lill-operaturi ekonomiċi regoli ċari, trasparenti u komprensivi, jiġu intensifikati l-kontrolli tal-konformità u tiġi promossa l-kooperazzjoni transfruntiera msaħħa fost l-awtoritajiet tal-infurzar, inkluż permezz tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali.

(4)  Il-qafas għas-sorveljanza tas-suq stabbilit b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkomplementa u jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni b'rabta mal-iżgurar tal-konformità tal-prodotti u l-qafas għall-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi jew l-utenti finali, is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti u l-kontrolli fuq dawk il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, f'konformità mal-prinċipju tal-lex specialis, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss jekk ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi li jkollhom l-istess objettiv, natura jew effett fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Jenħtieġ għalhekk li d-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament ma japplikawx fl-oqsma koperti mit-tali dispożizzjonijiet speċifiċi, pereżempju dawk stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 1223/2009(4), (UE) 2017/745(5) u (UE) 2017/746(6), inkluż fir rigward tal-użu tal-bażi ta’ data Ewropea dwar l-apparati mediċi (EUDAMED), u (UE) 2018/858(7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5)  Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali għall-prodotti kollha għall-konsumatur u tipprevedi obbligi u setgħat speċifiċi tal-Istati Membri b'rabta ma' prodotti perikolużi kif ukoll l-iskambju ta' informazzjoni għal dak l-għan permezz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Informazzjoni Rapida (RAPEX). Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom il-possibbiltà li jieħdu l-miżuri l-aktar speċifiċi li huma disponibbli għalihom skont dik id-Direttiva. Biex jinkiseb livell ogħla ta' sigurtà għall-prodott għall-konsumatur, il-mekkaniżmi għall-iskambji ta' informazzjoni u għal sitwazzjonijiet ta' intervent rapidu previsti fid-Direttiva 2001/95/KE jenħtieġ li jsiru aktar effettivi.

(6)  Id-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopru prodotti li huma soġġetti għal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I li tikkonċerna prodotti maħduma li ma jkunux ikel, għalf, prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju, annimali u pjanti ħajjin, prodotti ta' oriġini umana u prodotti ta' pjanti u annimali relatati b'mod dirett mar-riproduzzjoni futura tagħhom. Dan se jiżgura qafas uniformi għas-sorveljanza tas-suq ta' dawk il-prodotti fil-livell tal-Unjoni u se jgħin biex tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi u ta' utenti finali oħrajn fil-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni. Jekk fil-ġejjieni tiġi adottata leġislazzjoni ġdida tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, dik il-leġislazzjoni se tkun dik li jkollha tispeċifika jekk dan ir-Regolament għandux japplika għal dik il-leġislazzjoni wkoll.

(7)  L-Artikoli 15 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) li jistabbilixxi l-qafas Komunitarju ta' sorveljanza tas-suq u l-kontrolli tal-prodotti li jidħlu fis-suq Komunitarju jenħtieġ li jitħassru u d-dispożizzjonijiet rispettivi jenħtieġ li jiġu sostitwiti b'dan ir-Regolament. Dak il-qafas jinkludi d-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Komunità fl-Artikoli 27, 28 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li japplikaw mhux biss għall-prodotti koperti mill-qafas ta' sorveljanza tas-suq, iżda għal-prodotti kollha sa fejn liġi oħra tal-Unjoni ma tinkludix dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-organizzazzjoni tal-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jiġi estiż għall-prodotti kollha tal-Unjoni.

(8)  Biex il-qafas leġislattiv ġenerali jiġi rrazzjonalizzat u ssimplifikat, filwaqt li jiġi segwit fl-istess ħin l-objettivi ta’ Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li r-regoli applikabbli għall-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jiġu riveduti u integrati f’qafas leġislattiv uniku għall-kontrolli fuq il-prodotti fil-fruntieri esterni tal-Unjoni.

(9)  Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jenħtieġ li tkun tal-Istati Membri u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiżguraw li l-leġislazzjoni tiġi rrispettata bis-sħiħ. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu approċċi sistematiċi biex jiżguraw l-effikaċja tas-sorveljanza tas-suq u ta' attivitajiet oħra ta' infurzar. F'dan ir-rigward, il-metodoloġija u l-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskji jenħtieġ li jkunu armonizzati ulterjorment fl-Istati Membri kollha sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi kollha.

(10)  Sabiex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiġu megħjuna jsaħħu l-konsistenza fl-attivitajiet tagħhom relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema effettiva ta' evalwazzjoni bejn il-pari għal dawk l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jixtiequ jipparteċipaw.

(11)  Ċerti definizzjonijiet li bħalissa huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jenħtieġ li jiġu allinjati mad-definizzjonijiet stabbiliti f'atti legali oħra tal-Unjoni u, fejn xieraq, jirriflettu l-arkitettura ta' ktajjen ta' provvista moderni. Id-definizzjoni ta' "manifattur" f'dan ir-Regolament jenħtieġ li ma teħlisx lill-manifatturi minn kwalunkwe obbligu li jista' jkollhom taħt il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta jiġu applikati definizzjonijiet speċifiċi ta' manifattur, li jistgħu jkopru kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmodifika prodott li diġà jkun tqiegħed fis-suq b'tali mod li l-konformità mal-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni taf tiġi affettwata u tqegħedha fis-suq, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tqiegħed prodott fis-suq taħt isimha jew it-trademark tagħha.

(12)  Jenħtieġ li tul il-katina ta' provvista sħiħa l-operaturi ekonomiċi jkunu mistennija jaġixxu b'mod responsabbli u b'rispett sħiħ tar-rekwiżiti legali applikabbli meta jiġu introdotti prodotti fis-suq jew iqiegħdu prodotti għad-dispożizzjoni fis-suq, b'tali mod li jiżguraw il-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr ħsara għall-obbligi li jikkorrispondu għar-rwoli ta' kull operatur ekonomiku fil-proċess ta' provvista u ta' distribuzzjoni skont dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, u l-manifattur jenħtieġ li jibqa' dak finalment responsabbli għall-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(13)  L-isfidi tas-suq globali u katina tal-provvista li qed issir dejjem aktar kumplessa, kif ukoll iż-żieda ta' prodotti offruti għall-bejgħ online lil utenti finali fl-Unjoni, jirrikjedu t-tisħiħ tal-miżuri ta' infurzar, biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-konsumaturi. Barra minn hekk, l-esperjenza prattika tas-sorveljanza tas-suq uriet li tali katini tal-provvista kultant jinvolvu operaturi ekonomiċi li l-forma ġdida tagħhom tfisser li ma jidħlux faċilment fil-katini tradizzjonali tal-provvista skont il-qafas legali eżistenti. Dan huwa l-każ, b'mod partikolari, tal-fornituri tas-servizzi ta' eżekuzzjoni, li jwettqu ħafna mill-istess funzjonijiet bħall-importaturi iżda li jafu mhux dejjem jikkorrispondu għad-definizzjoni tradizzjonali ta' importatur fil-liġi tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom b'mod effettiv u tiġi evitata lakuna fis-sistema tal-infurzar, ikun xieraq li l-fornituri tas-servizzi ta' eżekuzzjoni jiġu inklużi fil-lista tal-operaturi ekonomiċi li kontrihom huwa possibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jieħdu miżuri ta' infurzar. Permezz tal-inklużjoni tal-fornituri tas-servizz ta' eżekuzzjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq se jkunu jistgħu jindirizzaw aħjar il-forom ġodda ta' attività ekonomika sabiex jiġu żgurati s-sigurtà tal-konsumaturi u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, inkluż meta l-attur ekonomiku jaġixxi bħala importatur fir-rigward ta' ċerti prodotti u bħala fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni fir-rigward ta' prodotti oħrajn.

(14)  Il-ktajjen ta' provvista moderni jinvolvu firxa wiesgħa ta' operaturi ekonomiċi li jenħtieġ li lkoll ikunu soġġetti għall-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni dovuta r-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina ta' provvista, u kemm dawn jikkontribwixxu għat-tqegħid ta' prodotti fis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, hemm bżonn li dan ir-Regolament jiġi applikat għall-operaturi ekonomiċi li huma kkonċernati direttament mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I għal dan ir-Regolament, bħall-produttur ta' oġġett u l-utent downstream kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) u fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), l-installatur kif definit fid-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), il-fornitur kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) jew in-negozjant kif definit fir-Regolament (UE) Nru 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14).

(15)  Fil-każ ta’ prodott offrut li jinbiegħ online jew b'mezzi oħra ta' bejgħ mill-bogħod, il-prodott jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala disponibbli fis-suq jekk l-offerta għall-bejgħ tkun immirata għal utenti finali fl-Unjoni. F'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar id-dritt internazzjonali privat, jenħtieġ li titwettaq analiżi każ b'każ, biex jiġi stabbilit jekk offerta hijiex immirata għal utenti finali fl-Unjoni. Jenħtieġ li offerta għall-bejgħ titqies bħala mmirata għal utenti finali fl-Unjoni jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jiddirezzjona, bi kwalunkwe mezz, l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru. Għall-analiżijiet każ b'każ, jeħtieġ li jitqiesu l-fatturi rilevanti, bħalma huma ż-żoni ġeografiċi fejn id-dispaċċ huwa possibbli, il-lingwi disponibbli, użati għall-offerta jew l-ordni, jew il-mezzita' ħlas. Fil-każ tal-bejgħ online, is-sempliċi fatt li s-sit web tal-operaturi ekonomiċi jew tal-intermedjarji huwa aċċessibbli fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit jew domiċiljat l-utent finali mhijiex suffiċjenti.

(16)  L-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku hu dovut ukoll, fil-parti l-kbira, għall-proliferazzjoni tal-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, normalment permezz ta' pjattaformi u għar-remunerazzjoni, li joffru servizzi intermedjarji billi jaħżnu kontenut ta' partijiet terzi, mingħajr ma jeżerċitaw kontroll fuq dak il-kontenut, u għalhekk ma jaġixxux f'isem operatur ekonomiku. Tneħħija tal-kontenut rigward prodotti mhux konformi jew, meta din ma tkunx fattibbli, restrizzjoni tal-aċċess għal prodotti mhux konformi offruti permezz tas-servizzi tagħhom jenħtieġ li tkun mingħajr ħsara għar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15). B'mod partikolari, jenħtieġ li ma jiġi impost ebda obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta' servizzi tas- soċjetà tal-informazzjoni biex jissorveljaw l-informazzjoni li jibagħtu jew jaħżnu, u jenħtieġ li lanqas ma jiġi impost obbligu ġenerali fuqhom biex ifittxu b'mod attiv fatti jew ċirkustanzi li jindikaw attività illegali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting ma jinżammux responsabbli dment li ma jkollhomx għarfien propju ta' attività jew informazzjoni illegali u ma jkunux konxji mill-fatti jew miċ-ċirkustanzi li minnhom tkun apparenti l-attività jew l-informazzjoni illegali.

(17)  Filwaqt li dan ir-Regolament ma jindirizzax il-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, madankollu jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-fatt li sikwit il-prodotti ffalsifikati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jippreżentaw riskji serji għas-saħħa u s-sigurtà tal-utenti finali, ifixklu l-kompetizzjoni, jipperikolaw l-interessi pubbliċi u jappoġġjaw attivitajiet illegali oħra. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jieħdu miżuri effettivi biex jimpedixxu li prodotti ffalsifikati jidħlu fis-suq tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16).

(18)  Jenħtieġ li suq uniku aktar ġust jiżgura kondizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha u protezzjoni kontra kompetizzjoni inġusta. Għal dan l-għan, hemm bżonn ta' infurzar imsaħħaħ tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti. Kooperazzjoni tajba bejn il-manifatturi u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq hi element importanti li jippermetti li jsiru intervent u azzjoni korrettiva immedjati b'rabta mal-prodott. Importanti li, fir-rigward ta' ċerti prodotti, jenħtieġ li jkun hemm operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom lil xi ħadd li lilu jkunu jistgħu jiġu indirizzati t-talbiet, inkluż talbiet għall-informazzjoni dwar il-konformità ta' prodott mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, u li jkun jista' jikkoopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni korrettiva immedjata biex jiġi rrimedjat l-każijiet ta' nuqqas ta' konformità. L-operaturi ekonomiċi li għandhom iwettqu dawk il-kompiti jenħtieġ li jkunu l-manifattur, jew l-importatur meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, jew rappreżentant awtorizzat imqabbad mill-manifattur għal dan l-għan, jew fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni stabbilit fl-Unjoni għal prodotti ġestiti minnu meta ma jkun hemm l-ebda operatur ekonomiku ieħor stabbilit fl-Unjoni.

(19)  L-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku joħloq ċerti sfidi għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-iżgurar tal-konformità tal-prodotti offruti għall-bejgħ online u tal-infurzar effettiv tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. L-għadd ta' operaturi ekonomiċi li joffru prodotti direttament lill-konsumaturi b'mezzi elettroniċi qiegħed jiżdied. Għalhekk, operaturi ekonomiċi b'kompiti rigward prodotti soġġetti għal ċerta leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jwettqu rwol essenzjali billi jipprovdu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b’interlokutur stabbilit fl-Unjoni, u billi jitwettqu kompiti speċifiċi b'mod f'waqtu bl-għan li jiġi żgurat li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, għall-benefiċċju tal-konsumaturi, tal-utenti finali l-oħra u tan-negozji fi ħdan l-Unjoni.

(20)  L-obbligi tal-operatur ekonomiku b'kompiti rigward prodotti soġġetti għal ċerta leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi u r-responsabbiltajiet eżistenti tal-manifattur, tal-importatur u tar-rappreżentant awtorizzat skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(21)  L-obbligi ta' dan ir-Regolament li jirrikjedu li operatur ekonomiku jkun stabbilit fl-Unjoni sabiex iqiegħed prodotti fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li japplikaw biss għal żoni fejn ikun ġie identifikat il-bżonn li operatur ekonomiku jaġixxi bħala punt ta' kollegament mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kont meħud ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità u b'kont meħud tal-livell għoli ta' protezzjoni tal-utenti finali fl-Unjoni.

(22)  Barra minn hekk, dawk l-obbligi jenħtieġ li ma japplikawx meta r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f'ċerti atti legali dwar il-prodotti effettivament jiksbu l-istess riżultat, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009, ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18), ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19), id-Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20), id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21), ir-Regolament (UE)  2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22), ir-Regolament (UE) 2017/745, ir-Regolament (UE) 2017/746, ir-Regolament (UE) 2017/1369 u r-Regolament (UE) 2018/858. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll sitwazzjonijiet fejn ir-riskji potenzjali jew il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità jkunu baxxi, jew fejn il-prodotti jiġu nnegozjati prinċipalment permezz ta' ktajjen tal-provvista tradizzjonali, li huwa l-każ, pereżempju, tad-Direttiva 2014/33/UE, ir-Regolament (UE) 2016/424/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23) u d-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24).

(23)  L-informazzjoni ta' kuntatt tal-operaturi ekonomiċi b'kompiti rigward prodotti soġġetti għal ċerta leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jenħtieġ li tiġi indikata mal-prodott sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tul il-katina tal-provvista.

(24)  L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u ma' awtoritajiet kompetenti oħra biex jiżguraw it-twettiq mingħajr intoppi tas-sorveljanza tas-suq u biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom. Dan jinkludi li, fuq talba tal-awtoritajiet, tingħata l-informazzjoni ta' kuntatt tal-operaturi ekonomiċi b'kompiti rigward prodotti soġġetti għal ċerta leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta din l-informazzjoni tkun disponibbli għalihom.

(25)  L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni komprensiva ta' kwalità għolja. Peress li l-portal diġitali uniku stabbilit skont ir-Regolament (UE)  2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25) jipprevedi punt uniku ta' aċċess online għall-informazzjoni, dan jista' jintuża fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni rilevanti dwar il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni lill-operaturi ekonomiċi. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw l-aċċess għall-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26)(27) sabiex jassistu lill-operaturi ekonomiċi fl-indirizzar xieraq tat-talbiet għal informazzjoni tagħhom. Gwida dwar kwistjonijiet relatati ma' speċifikazzjonijiet tekniċi jew standards armonizzati jew id-disinn ta' prodott speċifiku jenħtieġ li ma tkunx parti mill-obbligi tal-Istati Membri meta jipprovdu tali informazzjoni.

(26)  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jwettqu attivitajiet b'mod konġunt ma' awtoritajiet oħrajn jew organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi jew lill-utenti finali, bil-ħsieb li jippromwovu l-konformità, jidentifikaw in-nuqqas ta' konformità, joħolqu sensibilizzazzjoni u jipprovdu gwida dwar il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u fir-rigward ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti, inklużi dawk li huma offruti għall-bejgħ online.

(27)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeżinjaw l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom stess. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-kompiti ta' sorveljanza tas-suq. Biex jiffaċilitaw l-assistenza u l-kooperazzjoni amministrattivi, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru uffiċċju uniku ta' kollegament wkoll. Jenħtieġ li l-uffiċċji uniċi ta' kollegament għall-inqas jirrappreżentaw pożizzjoni koordinata tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet inkarigati mill-kontroll fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

(28)  Il-kummerċ elettroniku joħloq ċerti sfidi għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-utenti finali minn prodotti mhux konformi. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li s-sorveljanza tas-suq tagħhom hija organizzata bl-istess effettività fir-rigward tal-prodotti li jinbiegħu online bħal dawk il-prodotti li jinbiegħui offline.

(29)  Fit-twettiq tas-sorveljanza tas-suq ta' prodotti offruti għall-bejgħ online, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq qed jaffaċċjaw bosta diffikultajiet, bħat-traċċar ta' prodotti offruti għall-bejgħ online, l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi responsabbli, jew it-twettiq ta' valutazzjonijiet tar-riskju jew ta' testijiet minħabba n-nuqqas ta' aċċess fiżiku għall-prodotti. Flimkien mar-rekwiżiti introdotti b'dan ir-Regolament, l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw gwida komplementari u l-aħjar prattiki għas-sorveljanza tas-suq u għall-komunikazzjoni man-negozji u mal-konsumaturi.

(30)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali fir-rigward tat-teknoloġiji emerġenti, filwaqt li jitqies il-fatt li l-konsumaturi qegħdin jużaw dejjem aktar apparati konnessi fil-ħajja ta' kuljum tagħhom. Għaldaqstant, il-qafas regolatorju tal-Unjoni jenħtieġ li jindirizza r-riskji l-ġodda sabiex jiżgura s-sigurtà tal-utenti finali.

(31)  Fi żmien ta' żvilupp kostanti ta' teknoloġiji diġitali jenħtieġ li jiġu esplorati soluzzjonijiet ġodda li jistgħu jikkontribwixxu għas-sorveljanza effettiva tas-suq fi ħdan l-Unjoni.

(32)  Jenħtieġ li s-sorveljanza tas-suq ikunu metikolużi u effettivi, biex jiġi żgurat li l-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti tiġi applikata b'mod korrett. Peress li l-kontrolli jistgħu jirrappreżentaw piż għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jorganizzaw u jwettqu attivitajiet ta' spezzjoni b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju, filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-interessi ta' dawk l-operaturi ekonomiċi u jillimitaw it-tali piż għal dak li jkun meħtieġ għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali effiċjenti u effettivi Barra minn hekk, jenħtieġ li s-sorveljanza tas-suq jitwettqu bl-istess livell ta' attenzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru indipendentement minn jekk in-nuqqas ta' konformità tal-prodott partikolari jskunx rilevanti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew jekk x'aktarx ikollu impatt fuq is-suq ta' Stat Membru ieħor. Jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni kondizzjonijiet uniformi għal ċerti attivitajiet ta' spezzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fejn prodott jew kategoriji ta' prodotti jippreżentaw riskji speċifiċi jew jiksru b'mod gravi l-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(33)  Fit-twettiq ta' dmirijiethom, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iħabbtu wiċċhom ma' nuqqasijiet differenti kemm f'termini ta' riżorsi u mekkaniżmi ta' koordinazzjoni, kif ukoll f'termini ta' setgħat fir-rigward ta' prodotti mhux konformi. Tali differenzi jiwasslu għal infurzar frammentat tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u għal sorveljanza tas-suq aktar rigoruża f'xi Stati Membri milli f'oħrajn, u dan potenzjalment jikkomprometti l-kundizzjonijiet ekwi fost in-negozji u joħloq ukoll żbilanċi potenzjali fil-livell tas-sigurtà tal-prodotti fl-Unjoni kollha.

(34)  Biex jiżguraw li l-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti hi infurzata kif suppost, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom sett komuni ta' setgħat investigattivi u ta' infurzar, biex ikun hemm kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u deterrenza aktar effettiva għall-operaturi ekonomiċi li jiksru l-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni apposta. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu robusti biżżejjed biex jindirizzaw l-isfidi ta' infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, flimkien mal-isfidi tal-kummerċ elettroniku u tal-ambjent diġitali u biex jipprevjenu lill-operaturi ekonomiċi milli jisfruttaw lakuni fis-sistema ta' infurzar billi jirrilokaw fi Stati Membri b'awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li mhumiex mgħammra biex jindirizzaw prattiki illegali. B'mod partikolari, jenħtieġ li s-setgħat jiżguraw li l-informazzjoni u l-evidenza jkunu jistgħu jiġu skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti b'tali mod li l-infurzar ikun jista' jitwettaq b'mod ugwali fl-Istati Membri kollha.

(35)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr ħsara għal-libertà tal-Istati Membri li jagħżlu s-sistema ta' infurzar li jqisu xierqa. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu liberi li jagħżlu jekk l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom jistgħux jeżerċitaw l-investigazzjoni u l-infurzar direttament bl-awtorità tagħhom stess, billi jirrikorru għal awtoritajiet pubbliċi kompetenti oħra jew wara applikazzjoni quddiem il-qrati kompetenti.

(36)  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkunu f'pożizzjoni li jiftħu investigazzjonijiet fuq l-inizjattiva tagħhom stess jekk isiru jafu li ġew introdotti prodotti mhux konformi fis-suq.

(37)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom aċċess għall-evidenza, għad-data u għall-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni biex jiddeterminaw jekk seħħx ksur tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, u b'mod partikolari biex jidentifikaw l-operatur ekonomiku responsabbli, irrispettivament minn min ikun fil-pussess tal-evidenza, tad-data jew tal-informazzjoni inkwistjoni u irrispettivament minn fejn tinstab, jew x'inhu l-format tagħha. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkunu kapaċi jitolbu li l-operaturi ekonomiċi, inklużi dawk fil-katina ta' valur diġitali jipprovdu l-evidenza, id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa.

(38)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu kapaċi jwettqu l-verifiki fuq il-post meħtieġa, u jenħtieġ li jkollhom is-setgħa ta' dħul fi kwalunkwe bini, art jew mezz ta' trasport li l-operatur ekonomiku juża għal skopijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tiegħu.

(39)  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jitolbu li ▌rappreżentant jew membru rilevanti tal-persunal tal-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti spjegazzjonijiet jew jipprovdi fatti, informazzjoni jew dokumenti relatati mas-suġġett tal-verifika fuq il-post, u jirreġistraw it-tweġibiet mogħtija minn dak ir-rappreżentant jew membru rilevanti tal-persunal.

(40)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jivverifikaw il-konformità tal-prodotti li għandhom jitqiegħdu fis-suq mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u jiksbu evidenza tan-nuqqas ta' konformità. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn ikollhom is-setgħa li jakkwistaw il-prodotti u, meta l-evidenza ma tkunx tista' tinkiseb b'mezzi oħra, li jixtru prodotti b'identità moħbija.

(41)  B'mod partikolari fl-ambjent diġitali, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu kapaċi jtemmu n-nuqqas ta' konformità malajr u b'mod effettiv, b'mod partikolari meta l-operatur ekonomiku li jkun qed ibigħ il-prodott jaħbi l-identità tiegħu jew imur f'post ieħor fl-Unjoni jew f'pajjiż terz biex jevita l-infurzar. F'każijiet fejn ikun hemm riskju ta' ħsara serja u irreparabbli għall-utenti finali minħabba n-nuqqas ta' konformità, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu kapaċi jadottaw miżuri ▌, meta dan ikun debitament ġustifikati u proporzjonat u meta ma jkunx hemm mezzi oħra disponibbli biex jipprevjenu jew jimmitigaw it-tali ħsara, inkluż, fejn meħtieġ, li jirrikjedu t-tneħħija tal-kontenut mill-interfaċċja online jew il-wiri ta' twissija. Meta tali talba ma tiġix osservata, jenħtieġ li l-awtorità rilevanti jkollha s-setgħa li tirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jillimitaw l-aċċess għall-interfaċċja online. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jittieħdu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE. ▌

(42)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-eżerċizzju tas-setgħat fl-applikazzjoni tigħu jikkonformaw ukoll ma' liġijiet oħrajn tal-Unjoni u nazzjonali, pereżempju d-Direttiva 2000/31/KE, inkluż mas-salvagwardji proċedurali applikabbli u l-prinċipji tad-drittijiet fundamentali. Dik l-implimentazzjoni u dak l-eżerċizzju tas-setgħat jenħtieġ li jkunu proporzjonati u adegwati fid-dawl tan-natura u tal-ħsara reali jew potenzjali globali kkawżata mill-ksur. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ u jenħtieġ li jagħżlu l-aktar miżuri xierqa, jiġifieri, dawk li huma essenzjali biex jiġi indirizzat il-każ ta' ksur kopert minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jistabbilixxu kondizzjonijiet u limiti għall-eżerċizzju tas-setgħat li jwettqu d-dmirijiet fil-liġi nazzjonali. Meta, pereżempju, f'konformità mal-liġi nazzjonali, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel għad-dħul f'bini ta' persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat, jenħtieġ li s-setgħa tad-dħul f'tali bini tintuża biss wara li tkun inkisbet tali awtorizzazzjoni minn qabel.

(43)  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jaġixxu fl-interessi tal-operaturi ekonomiċi, tal-utenti finali, u tal-pubbliku, biex jiżguraw li l-interessi pubbliċi koperti mil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti jiġu protetti u pperservati b'mod konsistenti permezz ta' miżuri ta' infurzar xierqa, u li l-konformità mat-tali leġislazzjoni tiġi żgurata tul il-katina ta' provvista permezz tal-kontrolli xierqa, filwaqt li jitqies il-fatt li l-kontrolli amministrattivi waħedhom, f'ħafna każijiet, ma jistgħux jissostitwixxu l-kontrolli fiżiċi u tal-laboratorji sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-prodotti mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Konsegwentement, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiżguraw livell għoli ta' trasparenza fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom u jenħtieġ li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kwalunkwe informazzjoni li jqisu rilevanti sabiex jiġu protetti l-interessi tal-utenti finali fl-Unjoni.

(44)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għall-funzjonament tas-sistema RAPEX f'konformità mad-Direttiva 2001/95/KE ▌.

(45)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-proċedura tad-dispożizzjoni ta' salvagwardja pprovduta mil-leġislazzjoni settorjali tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, skont l-Artikolu 114(10) tat-Trattat dwar il-Fuzjonament tal-Unjoni Ewropea. Bl-għan li jiżguraw livell ekwivalenti ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, l-Istati Membri huma awtorizzati jieħdu miżuri ▌b'rabta mal-prodotti li jippreżentaw riskju għas-saħħa u għas-sikurezza, jew aspetti oħra ta' protezzjoni tal-interess pubbliku. Huma huma meħtieġa wkoll li jinnotifikaw dawk il-miżuri lil Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni, biex b'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tieħu pożizzjoni dwar jekk humiex ġustifikati l-miżuri nazzjonali li jirrestrinġu l-moviment liberu tal-prodotti bl-għan li jiżguraw il-funzjonament tas-suq intern.

(46)  L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, u l-użu tal-evidenza u tas-sejbiet tal-investigazzjoni jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju tal-kunfidenzjalità. Jenħtieġ li l-informazzjoni tiġi mmaniġġjata skont il-liġi nazzjonali applikabbli, sabiex jiġi żgurat li l-investigazzjonijiet ma jiġux imxekkla u li r-reputazzjoni tal-operatur ekonomiku ma tiġix ippreġudikata.

(47)  Meta, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ikun hemm bżonn li tiġi pproċessata data personali, dan jenħtieġ li jitwettaq skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament hu soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28) u għar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29), kif applikabbli.

(48)  Biex jiġu żgurati l-effikaċja u l-konsistenza tal-ittestjar madwar l-Unjoni fil-qafas tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward ta' prodotti speċifiċi jew kategorija speċifika jew grupp speċifiku ta' prodotti jew għal riskji speċifiċi relatati ma' kategorija jew grupp ta' prodotti, il-Kummissjoni tista' tiddeżinja faċilitajiet ta' ttestjar tagħha stess jew faċilitajiet ta' ttestjar ta' Stat Membru bħala faċilità ra' ttestjar tal-Unjoni. Il-faċilitajiet kollha ta' ttestjar tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu akkreditati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. Sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, il-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni jenħtieġ li jipprovdu biss servizzi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, lill-Kummissjoni, lin-Netwerk tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti (in-“Netwerk”) u lil entitajiet governattivi jew intergovernattivi oħrajn.

(49)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li dejjem ikun hemm riżorsi finanzjarji adegwati disponibbli biex ikun hemm il-persunal u t-tagħmir xierqa għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Sorveljanza tas-suq effiċjenti hi impenjattiva f'termini ta' riżorsi, u jenħtieġ li jiġu pprovduti riżorsi stabbli, f'livell xieraq għall-ħtiġijiet ta' infurzar fi kwalunkwe waqt. L-Istati Memrbi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jissupplementaw il-finanzjament pubbliku billi jirkupraw mill-operaturi ekonomiċi rilevanti l-kostijiet imġarrba meta jitwettqu sorveljanza tas-suq b'rabta mal-prodotti li jinstabu li mhumiex konformi ▌.

(50)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi għal assistenza reċiproka, peress li huwa imperattiv għas-suq tal-Unjoni għall-merkanzija li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jikkooperaw ma' xulxin b'mod effettiv. L-awtoritajiet jenħtieġ li jaġixxu b'rieda tajba u, bħala prinċipju ġenerali, jaċċettaw talbiet għal assistenza reċiproka, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-aċċess għal dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u dokumentazzjoni teknika.

(51)  Xieraq li l-Istati Membri jiddeżinjaw l-awtoritajiet responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali u kwalunkwe awtorità oħra inkarigata skont il-liġi nazzjonali għall-kontroll fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni;

(52)  Mod effettiv biex jiġi żgurat li l-prodotti mhux siguri jew mhux konformi ma jiġux introdotti fis-suq tal-Unjoni jkun li t-tali prodotti jiġu identifikati qabel ma jiġu rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera. L-awtoritajiet ▌inkarigati mill-kontroll fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, għandhom stampa ġenerali sħiħa tal-flussi tal-kummerċ li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li jkunu meħtieġa jwettqu kontrolli adegwati fuq bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, biex jikkontribwixxu għal suq aktar sikur, li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi. L-Istati Membri huma responsabbli li jiddeżinjaw l-awtoritajiet speċifiċi li għandhom ikunu responsabbli mid-dokumentazzjoni xierqa u, meta jkun meħtieġ, il-kontrolli fiżiċi jew tal-laboratorji tal-prodotti qabel ma dawk il-prodotti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera. L-infurzar uniformi tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti jista' jinkiseb biss permezz ta' kooperazzjoni sistematika u permezz ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u awtoritajiet oħra deżinjati bħala awtoritajiet inkarigati mill-kontroll fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet jirċievu ferm minn qabel mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq l-informazzjoni neċessarja kollha dwar il-prodotti mhux konformi jew l-informazzjoni dwar l-operaturi ekonomiċi meta jiġi identifikat riskju ogħla ta' nuqqas ta' konformità. Min-naħa tagħhom, jenħtieġ li l-awtoritajiet inkarigati mill-kontroll fuq il-prodotti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni jinformaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b'mod f'waqtu dwar ir-rilaxx ta' prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera, u dwar ir-riżultati tal-kontrolli, meta t-tali informazzjoni tkun rilevanti għall-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti. Barra minn hekk, meta l-Kummissjoni ssir taf dwar riskju serju ppreżentat minn prodott importat, jenħtieġ li din tinforma lill-Istati Membri dwar dak ir-riskju biex jiġu żgurati kontrolli tal-konformità u ta' infurzar koordinati u aktar effettivi fl-ewwel punti ta' dħul fl-Unjoni.

(53)  L-importaturi jenħtieġ li jiġu mfakkra li l-Artikoli 220, 254, 256, 257 u 258 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30) jipprevedu li l-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni li jirrikjedu pproċessar ulterjuri sabiex ikunu konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni applikabbli dwar l-armonizzazzjoni għandhom jitqiegħdu taħt il-proċedura doganali xierqa li tippermetti dan l-ipproċessar mill-importatur. Ġeneralment, ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jenħtieġ li ma jitqiesx bħala prova ta' konformità mal-liġi tal-Unjoni, peress li tali rilaxx mhux neċessarjament jinkludi kontroll sħiħ tal-konformità.

(54)  Sabiex jintuża l-ambjent tas-Sistema ta' Punt Uniku ta' Kuntatt tal-UE għad-dwana u għalhekk jiġi ottimizzat u jittaffa l-piż tat-trasferiment tad-data bejn l-awtoritajiet tad-dwana u tas-sorveljanza tas-suq, jeħtieġ li jiġu stabbiliti interfaċċji elettroniċi li jippermettu t-trasferiment awtomatiku tad-data. L-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jikkontribwixxu biex jiddeterminaw id-data li trid tiġi trażmessa. Il-piż addizzjonali għall-awtoritajiet doganali jenħtieġ li jkun limitat filwaqt li l-interfaċċji jenħtieġ li jkunu awtomatizzati ħafna u faċli biex jintużaw.

(55)  Jeħtieġ li jiġi stabbilit in-Netwerk, ospitat mill-Kummissjoni, immirat lejn il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni strutturati bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, u lejn is-simplifikazzjoni tal-prattiki tas-sorveljanza tas-suq fi ħdan l-Unjoni li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' attivitajiet konġunti ta' infurzar mill-Istati Membri, bħalma huma l-investigazzjonijiet konġunti. Jenħtieġ li din l-istruttura ta' appoġġ amministrattiv tippermetti l-akkomunament tar-riżorsi u żżomm sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, biex b'hekk tgħin fit-tisħiħ tal-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u sservi ta' deterrent għall-ksur. L-involviment tal-gruppi ta' kooperazzjoni amministrattivi (ADCOs) fin-Netwerk jenħtieġ li ma jipprekludix l-involviment ta' gruppi simili oħra involuti fil-kooperazzjoni amministrattiva. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi l-appoġġ amministrattiv u finanzjarju neċessarju għan-Netwerk.

(56)  Jenħtieġ li jkun hemm skambju ta' informazzjoni effettiv, rapidu u preċiż bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Għadd ta' għodod eżistenti, bħas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni għas-sorveljanza tas-suq (ICSMS) u RAPEX, jippermettu li jkun hemm koordinazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni. Dawn l-għodod, flimkien mal-interfaċċja li tippermetti t-trasferiment tad-data mill-ICSMS għas-sistema RAPEX, jenħtieġ li jinżammu u jiġu żviluppati aktar sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom u jingħata kontribut għaż-żieda fil-livell ta' kooperazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(57)  F'dak il-kuntest, għall-fini tal-ġbir tal-informazzjoni relatata mal-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti jenħtieġ li l-ICSMS tiġi mtejba u tkun aċċessibbli għall-Kummissjoni, għall-uffiċċji uniċi ta' kollegament, ▌għall-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq ▌. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi żviluppata interfaċċja elettronika biex ikun jista' jsir skambju effettiv ta' informazzjoni bejn is-sistemi ▌nazzjonali tal-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq. Fir-rigward tal-każijiet ta' talbiet għal assistenza reċiproka l-uffiċċji uniċi ta' kollegament jenħtieġ li jagħtu kwalunkwe appoġġ neċessarju għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti. Għalhekk, l-ICSMS jenħtieġ li tipprovdi l-funzjonijiet li jippermettu indikazzjoni awtomatizzata lill-uffiċċji uniċi ta' kollegament meta l-iskadenzi ma jintlaħqux. Meta l-leġislazzjoni settorjali diġà tipprovdi għas-sistemi elettroniċi għall-kooperazzjoni u l-iskambju tad-data, kif inhu l-każ pereżempju tal-EUDAMED għall-apparat mediku, dawk is-sistemi jenħtieġ li jibqgħu jintużaw, meta dan ikun xieraq.

(58)  B'mod ġenerali, l-ICSMS jenħtieġ li tintuża biex tiġi skambjata informazzjoni meqjusa ta' għajnuna għal awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq. Dan jista' jinkludi kontrolli mwettqa fil-kuntest ta' proġetti ta' sorveljanza tas-suq, indipendentement mill-eżitu tat-testijiet. L-ammont ta' data li trid tiddaħħal fl-ICSMS jenħtieġ li jilħaq bilanċ bejn li jitpoġġa piż kbir wisq, meta l-isforzi biex tiddaħħal id-data jmorru lil hinn mix-xogħol involut fit-twettiq tal-kontolli proprja, u li jkun komprensiv biżżejjed biex jappoġġja effiċjenza u effikaċja akbar min-naħa tal-awtoritajiet. Għalhekk, id-data mdaħħla fl-ICSMS jenħtieġ li tkopri wkoll kontrolli aktar sempliċi u mhux it-testijiet tal-laboratorju biss. Madankollu, jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda bżonn li jiġu inklużi kontrolli viżwali qosra. Bħala linja gwida, il-kontrolli dokumentati b'mod individwali jenħtieġ li jiddaħħlu wkoll fl-ICSMS.

(59)  L-Istati Membri huma mħeġġa jużaw l-ICSMS għall-interazzjonijiet bejn l-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq bħala alternattiva għas-sistemi nazzjonali. Dan jenħtieġ li ma jissostitwixxix is-Sistema Komunitarja tal-Ġestjoni tar-Riskju (CRMS - Community Risk Management System) użata mill-awtoritajiet doganali. Dawn iż-żewġ sistemi jistgħu jaħdmu b'mod parallel peress jwettqu rwoli differenti iżda komplementari, jiġifieri l-ICSMS tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq sabiex jingħata lok għal trattament bla xkiel tad-dikjarazzjonijiet doganali fl-ambitu tas-sigurtà tal-prodotti u l-qafas ta' konformità filwaqt li s-CRMS hija destinata għall-kontrolli u l-ġestjoni komuni tar-riskji fl-ambitu doganali.

(60)  Il-korrimenti kkawżati minn prodotti mhux konformi huma informazzjoni importanti għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Għalhekk l-ICSMS jenħtieġ li tipprevedi oqsma tad-data relatati sabiex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jdaħħlu rapporti disponibbli minnufih matul l-investigazzjonijiet tagħhom, u b'hekk jiġu ffaċilitati l-evalwazzjonijiet tal-istatistika sussegwenti.

(61)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tiskambja informazzjoni relatata mas-sorveljanza tas-suq ma' awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fi ħdan il-qafas ta' ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, bl-għan li tiġi żgurata l-konformità tal-prodotti qabel ma dawn il-prodotti jiġu esportati lejn is-suq tal-Unjoni.

(62)  Sabiex jintlaħaq livell għoli ta' konformità mal-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti, filwaqt li fl-istess ħin jiġu żgurati allokazzjoni effikaċi tar-riżorsi u kontroll kosteffiċjenti tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tapprova sistemi speċifiċi ta' kontroll qabel l-esportazzjoni. Il-prodotti li jaqgħu taħt tali sistemi approvati jistgħu, bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, jibbenefikaw minn livell ogħla ta' fiduċja minn prodotti komparabbli li ma jkunux ġew soġġetti għal kontroll ta' qabel l-esportazzjoni.

(63)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-għan li tfittex u billi jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi, ekonomiċi, kummerċjali u legali ġodda. Skont il-punt 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(31), l-evalwazzjoni, fuq il-bażi tal-effiċjenza, tal-effikaċja, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud, jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-għażliet għal azzjoni ulterjuri, b'mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet relatati mal-kompitit tal-operaturi ekonomiċi u s-sistema ta' kontrolli relatati mal-prodott qabel l-esportazzjoni.

(64)  L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu mħarsa permezz ta' miżuri proporzjonati tul iċ-ċiklu sħiħ tan-nefqa, li jinkludu l-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod ħażin u, fejn ikun xieraq, penali amministrattivi u finanzjarji.

(65)  Id-diversità tas-sanzjonijiet madwar l-Unjoni hi waħda mir-raġunijiet ewlenin għal deterrenza inadegwata u għal protezzjoni mhux ibbilanċjata. Regoli dwar l-istabbiliment ta' sanzjonijiet, inklużi penali monetarji, huma kwistjoni li taqa' taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti mil-liġi nazzjonali. ▌

(66)  Biex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni b'rabta: mad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet uniformi għal spezzjonijiet, kriterji għall-istabbiliment tal-frekwenza tal-ispezzjonijiet u l-ammont tal-kampjuni li għandhom jiġu vverifikati fir-rigward ta’ ċerti prodottti jew kategoriji ta’ prodotti, meta jkunu ġew identifikati b'mod kontinwu riskji speċifiċi jew ksur serju tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni; mal-ispeċifikazzjoni tal-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni; ▌ mal-istabbiliment tal-parametri referenzjali u tekniki għall-ispezzjonijiet abbażi ta’ analiżi tar-riskju komuni fuq livell tal-Unjoni; mal-ispeċifikazzjoni tad-dettalji tad-data statistika li tkopri l-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet iddeżinjati fir-rigward tal-prodotti soġġetti għal-liġi tal-Unjoni ▌; mal-ispeċifikazzjoni tad-dettalji tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni għas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni u mad-definizzjoni tad-data relatata mat-tqegħid tal-prodotti taħt il-proċedura doganali "rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera" trażmessa mill-awtoritajiet doganali; u mal-approvazzjoni ta' sistemi speċifiċi ta' kontrolli relatati mal-prodotti ta' qabel l-esportazzjoni ▌u l-irtirar ta' tali approvazzjonijiet. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(32).

(67)  Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jsaħħaħ is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti koperti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri fid-dawl tal-ħtieġa ta' grad għoli ħafna ta' kooperazzjoni, ta' interazzjoni u ta' azzjoni koerenti tal-awtoritajiet kompetenti kollha fl-Istati Membri kollha, iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(68)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u preżenti fit-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji, inklużi dawk relatati mal-libertà ta' espressjoni u l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura r-rispett sħiħ għall-protezzjoni tal-konsumatur, għal-libertà ta' intrapriża, għal-libertà ta' espressjoni u tal-informazzjoni, għad-dritt għall-proprjetà u għall-protezzjoni ta' data personali.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

1.  L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jsaħħaħ is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti koperti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2, bl-għan li jiżgura li fis-suq tal-Unjoni jkunu disponibbli biss il-prodotti konformi li jissodisfaw rekwiżiti li jipprovdu għal livell għoli ta' protezzjoni ta' interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza ġenerali, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-ambjent u tas-sigurtà pubblika u ta' kwalunkwe interess ieħor kopert b'dik il-leġislazzjoni.

2.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli u proċeduri għall-operaturi ekonomiċi rigward prodotti soġġetti għal ċerta leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi.

3.   Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll qafas għal kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti li huma soġġetti għal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I ("leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni"), dment li ma jkun hemm ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, li tirregola b'mod aktar speċifiku aspetti partikolari tal-infurzar u tas-sorveljanza tas-suq.

2.   L-Artikoli 25 sa 28 għandhom japplikaw għall-prodotti koperti mil-liġi tal-Unjoni dment li ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi tal-Unjoni relatati mal-organizzazzjoni tal-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

3.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandhiex timpedixxi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq milli jieħdu miżuri aktar speċifiċi kif previst fid-Direttiva 2001/95/KE.

4.  Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 sa 15 tad-Direttiva 2000/31/KE.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "tqegħid fis-suq" tfisser kull forniment ta' prodott għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk isir bi ħlas kif ukoll jekk ikun mingħajr ħlas;

(2)  "introduzzjoni fis-suq" tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(3)  "sorveljanza tas-suq" tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interess pubbliku kopert b'dik il-leġislazzjoni;

(4)  "awtorità tas-sorveljanza tas-suq" tfisser awtorità ddeżinjata minn Stat Membru skont l-Artikolu 10 bħala responsabbli mit-twettiq tas-sorveljanza tas-suq fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;

(5)  "awtorità applikanti" tfisser l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li tagħmel talba għal assistenza reċiproka;

(6)  "awtorità rikjesta" tfisser l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li tirċievi talba għal assistenza reċiproka;

(7)  "nuqqas ta' konformità" tfisser kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe rekwiżit skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew skont dan ir-Regolament;

(8)  "manifattur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat, u li tikkumerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew it-trademark tagħha;

(9)  "importatur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(10)  "distributur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta' provvista, barra l-manifattur jew l-importatur, li tqiegħed prodott fis-suq;

(11)  "fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri, waqt attività kummerċjali, mill-inqas tnejn mis-servizzi li ġejjin, jiġifieri: dawk ta' ħżin, imballaġġ, indirizzar u dispaċċ, mingħajr ma jkollha s-sjieda tal-prodotti involuti, esklużi s-servizzi postali kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(33), servizzi tal-konsenja tal-pakketti kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE)  2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(34), u kwalunkwe servizz postali jew servizz ta' trasport tal-merkanzija ieħor.

(12)  "rappreżentant awtorizzat" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċiviet mandat bil-miktub mingħand manifattur biex taġixxi f'ismu relattivament għal kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(13)  "operatur ekonomiku" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li hija soġġetta għal obbligi fir-rigward tal-manifattura ta' prodotti, li li tqegħedhom fis-suq jew tqegħedhom fis-serviżż f'konformità mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(14)  "fornitur tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni" tfisser fornitur ta' servizz skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(35);

(15)  "interfaċċja online" tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li jkun operat minn jew f'isem operatur ekonomiku, u li jservi biex jagħti aċċess lill-konsumaturi għall-prodotti tal-operaturi ekonomiċi;

(16)  "azzjoni korrettiva" tfisser kull azzjoni meħuda minn operatur ekonomiku biex itemm kwalunkwe nuqqas ta' konformità meta dan ikun meħtieġ minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew fuq l-inizjattiva proprja tal-operatur ekonomiku;

(17)  "miżura volontarja" tfisser azzjoni korrettiva meta li tkunx meħtieġa minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq;

(18)  "riskju" tfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà tal-okkorrenza ta' periklu li jikkawża ħsara u l-livell tas-severità ta' dik il-ħsara;

(19)  "prodott li jippreżenta riskju" tfisser prodott li għandu l-potenzjal li jaffettwa b'mod negattiv is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni inġenerali, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ambjent, is-sikurezza pubblika u interessi pubbliċi oħra, protetti bil-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni sa ċertu punt li jmur lil hinn minn dak li huwa meqjus bħala raġonevoli u aċċettabbli fir-rigward tal-iskop maħsub tiegħu jew skont il-kundizzjonijiet normali jew prevedibbli b'mod raġonevoli tal-użu tal-prodott ikkonċernat, inkluża d-durata tal-użu u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti tat-tqegħid tiegħu fis-servizz, tal-installazzjoni tiegħu u tal-manutenzjoni tiegħu;

(20)  "prodott li jippreżenta riskju serju" tfisser prodott li jippreżenta riskju , li għalih, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju u filwaqt li jitqies l-użu normali u prevedibbli tal-prodott, il-kombinazzjoni tal-probabbiltà tal-okkorrenza ta' periklu li jikkawża ħsara u l-livell tas-severità ta' dik il-ħsara tiġi meqjusa li tirrikjedi intervent rapidu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inklużi każijiet fejn l-effetti tar-riskju ma jkunux immedjati;

(21)  "utent finali" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tirresjedi jew li hi stabbilita fl-Unjoni, li lilha prodott ikun tqiegħed għad-dispożizzjoni jew bħala konsumatur barra minn kwalunkwe kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni jew bħala utent finali professjonali matul l-attivitajiet industrijali jew professjonali tagħha;

(22)  "sejħa lura" tfisser kull miżura maħsuba biex tieħu lura prodott li jkun diġà tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utent finali;

(23)  "irtirar" tfisser kull miżura maħsuba biex prodott fil-katina ta' provvista ma jitħalliex jitqiegħed fis-suq;

(24)  "awtoritajiet doganali" tfisser l-awtoritajiet doganali kif iddefiniti fil-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(2)  "rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera" tfisser il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(26)  "prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni" tfisser prodotti minn pajjiżi terzi maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew maħsuba għall-użu jew għall-konsum privat fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni u mqiegħda taħt il-proċedura doganali "rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera".

Kapitolu II

Kompiti tal-operaturi ekonomiċi

Artikolu 4

Kompiti tal-operaturi ekonomiċi rigward prodotti soġġetti għal ċerta leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni

1.  Minkejja kwalunkwe obbligu stabbilit fil-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, prodott soġġett għal-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jista' jitqiegħed fis-suq biss jekk ikun hemm operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni li jkun responsabbli għall-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 3 fir-rigward ta' dak il-prodott.

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 ifisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  manifattur stabbilit fl-Unjoni;

(b)  importatur, meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni;

(c)  rappreżentant awtorizzat li jkollu mandat bil-miktub mingħand il-manifattur li jiddeżinja lir-rappreżentant awtorizzat sabiex iwettaq il-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 3 f'isem il-manifattur;

(d)  fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni stabbilit fl-Unjoni fir-rigward ta' prodotti mmaniġġjati minnu meta l-ebda operatur ekonomiku ieħor kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) ma jkun stabbilit fl-Unjoni.

3.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu tal-operaturi ekonomiċi skont il-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)  jekk il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott tipprevedi dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jew dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u dokumentazzjoni teknika, li jivverifika li d-dikjarazzjoni tal-konformità jew id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika jkunu tfasslu, filwaqt li jżomm id-dikjarazzjoni tal-konformità jew id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-perijodu meħtieġ minn dik il-leġislazzjoni u jiżgura li d-dokumentazzjoni teknika tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' dawk l-awtoritajiet, fuq talba.

(b)  abbażi ta' talba motivata minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, li jagħti lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità;

(c)  meta jkun hemm raġuni biex wieħed jemmen li l-prodott inkwistjoni jippreżenta riskju, li jinforma lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan;

(d)  li jikkoopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż b'segwitu għal talba motivata biex jiġi żgurat li tittieħed l-azzjoni korrettiva immedjata meħtieġa biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott inkwistjoni, jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jittaffew ir-riskji ppreżentati minn dak il-prodott, meta jkun meħtieġ li jsir hekk mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew fuq inizjattiva tiegħu stess, meta l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 jqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-prodott inkwistjoni jippreżenta riskju.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi rispettivi tal-operaturi ekonomiċi skont il-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz postali, tal-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu indikati ▌fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ ta' dan, fuq il-pakkett jew fid-dokument ta' akkumpanjament ▌.

5.  Dan l-Artikolu japplika biss fir-rigward ta' prodotti li huma soġġetti għar-Regolamenti (UE) Nru 305/2011(36), (UE) 2016/425(37) u (UE) 2016/426(38) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi 2000/14/KE(39), 2006/42/KE(40), 2009/48/KE(41), 2009/125/KE(42), 2011/65/UE(43), 2013/29/UE(44), 2013/53/UE(45), 2014/29/UE(46), 2014/30/UE(47), 2014/31/UE(48), 2014/32/UE(49), 2014/34/UE(50), 2014/35/UE(51), 2014/53/UE(52) u 2014/68/UE(53)tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 5

Rappreżentant awtorizzat

1.  Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 4(2), ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkollu mandat mill-manifattur biex iwettaq il-kompiti elenkati fl-Artikolu 4(3), minkejja kwalunkwe kompitu ieħor mogħti b'mandat skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

2.  Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat. Huwa għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fuq talba, b'lingwa tal-Unjoni iddeterminata mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

3.  Ir-rappreżentanti awtorizzati għandu jkollhom il-mezzi xierqa biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 6

Bejgħ mill-bogħod

Il-prodotti offruti għall-bejgħ online jew b'mezzi oħra ta' bejgħ mill-bogħod, għandhom jitqiesu bħala disponibbli fis-suq jekk l-offerta tkun immirata għal utenti finali fl-Unjoni. Offerta għall-bejgħ għandha titqies bħala mmirata għal utenti finali fl-Unjoni jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jiddirezzjona, bi kwalunkwe mezz, l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru.

Artikolu 7

Obbligu ta' kooperazzjoni

1.  L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkoperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward ta' azzjonijiet li jistgħu jeliminaw jew inaqqsu r-riskji ppreżentati minn prodotti mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-suq minn dawk l-operaturi.

2.  Il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u f'każijiet speċifiċi, biex jiffaċilitaw kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jittaffew ir-riskji ppreżentati minn prodott li huwa jew kien offrut għall-bejgħ online permezz tas-servizzi tagħhom.

Kapitolu III

Assistenza lill-operaturi ekonomiċi u lkooperazzjoni magħhom

Artikolu 8

Informazzjoni għall-operaturi ekonomiċi

1.  Il-Kummissjoni, f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1724, għandha tiżgura li l-portal L-Ewropa Tiegħek jipprovdi lill-utenti aċċess online faċli għal informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-prodott u d-drittijiet, l-obbligi u r-regoli derivati mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-għoti ta' informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi, fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas, fir-rigward tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni nazzjonali tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodotti. Għal dan l-għan, l-Artikolu 9(1), (4) u (5) tar-Regolament (UE) 2019/...(54) għandu japplika.

Artikolu 9

Attivitajiet konġunti għall-promozzjoni tal-konformità

1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jaqblu ma' awtoritajiet rilevanti oħrajn jew ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil operaturi ekonomiċi jew utenti finali għat-twettiq ▌ ta' attivitajiet konġunti li għandhom l-għan li jippromwovu l-konformità, jidentifikaw in-nuqqas ta' konformità, joħolqu sensibilizzazzjoni u jipprovdu gwida fir-rigward tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fir-rigward ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti, b'mod partikolari kategoriji ta’ prodotti li ta' spiss jinstabu li jippreżentaw riskju serju, inklużi prodotti offruti għall-bejgħ online. .

2.  L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq inkwistjoni u l-partijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-ftehim dwar l-attivitajiet konġunti ma jwassalx għal kompetizzjoni inġusta bejn l-operaturi ekonomiċi u ma jaffettwax l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-partijiet.

3.  Awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista' tuża kwalunkwe informazzjoni li tirriżulta minn attivitajiet konġunti mwettqa bħala parti minn kwalunkwe investigazzjoni rigward in-nuqqas ta' konformità li titwettaq minnha.

4.  L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq inkwistjoni għandha tagħmel il-ftehim dwar l-attivitajiet konġunti, inklużi l-ismijiet tal-partijiet involuti, disponibbli għall-pubbliku u għandha ddaħħal dak il-ftehim fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34. Fuq talba ta' Stat Membru, in-Netwerk stabbilit skont l-Artikolu 29 għandu jassisti fit-tfassil tal-ftehim dwar attivitajiet konġunti.

Kapitolu IV

L-organizzazzjoni, l-attivitajiet u l-obbligi tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-uffiċċju uniku ta’ kollegament

Artikolu 10

Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-uffiċċju uniku ta' kollegament

1.  L-Isati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq kif previst f'dan ir-Regolament.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità tas-sorveljanza tas-suq waħda jew aktar fit-territorju tiegħu. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni ▌u lill-Istati Membri l-oħra, dwar l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tiegħu u l-oqsma ta' kompetenza ta' kull waħda minn dawk l-awtoritajiet, billi juża s-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

3.  Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant għalih.

4.  L-uffiċċju uniku ta' kollegament ▌għandu mill-inqas ikun responsabbli biex jirrappreżenta l-pożizzjoni koordinata tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) u biex jikkomunika l-istrateġiji nazzjonali kif stabbiliti fl-Artikolu 13. L-uffiċċju uniku ta’ kollegament għandu jassisti wkoll fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stati Membri differenti, kif stabbilit fil-Kapitolu VI.

5.  Sabiex iwettqu s-sorveljanza tas-suq tal-prodotti disponibbli online u offline bl-istess effikaċja għall-kanali kollha tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-uffiċċju uniku ta' kollegament ikollhom ir-riżorsi neċessarji, inklużi riżorsi baġitarji u oħra suffiċjenti, bħal għadd suffiċjenti ta' persunal kompetenti, għarfien espert, proċeduri u arranġamenti oħra għat-twettiq ta' dmirijiethom b'mod adegwat.

6.  Fejn ikun hemm aktar minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq waħda fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dmirijiet rispettivi ta' dawk l-awtoritajiet ikunu ddefiniti b'mod ċar u li jiġu stabbiliti mekkaniżmi xierqa ta' komunikazzjoni u koordinazzjoni biex jippermettu lil dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib u jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod effikaċi.

Artikolu 11

Attivitajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom biex jiżguraw dan li ġej:

(a)  is-sorveljanza effettiva tas-suq fi ħdan it-territorju tagħhom ta' prodotti li jsiru disponibbli online u offline fir-rigward ta' prodotti li huma soġġetti għal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni ▌;

(b)  it-teħid ▌ minn operaturi ekonomiċi ta' azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata b'rabta mal-konformità ma' dik il-leġislazzjoni u ma' dan ir-Regolament;

(c)  it-teħid ta' miżuri xierqa u proporzjonati meta l-operatur ekonomiku jonqos milli jieħu azzjoni korrettiva.

2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom u jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod indipendenti, imparzjali u mingħajr preġudizzju.

3.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, bħala parti mill-attivitajiet tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom iwettqu kontrolli xierqa fuq il-karatteristiċi tal-prodotti fuq skala adegwata, permezz ta' kontrolli dokumentarji u, fejn xieraq, kontrolli fiżiċi u tal-laboratorju bbażati fuq kampjuni adegwati , filwaqt li jipprijoritizzaw ir-riżorsi u l-azzjonijiet tagħhom biex jiżguraw sorveljanza effettiva tas-suq u filwaqt li jqisu l-istrateġija nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 13.

Sabiex jiddeċiedu dwar liema kontrolli jwettqu, fuq liema tipi ta' prodotti u fuq liema skala, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jimxu fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju filwaqt li jqisu l-fatturi li ġejjin:

(a)  il-perikli possibbli u n-nuqqasijiet ta' konformità assoċjati mal-prodotti u, meta jkun disponibbli, l-okkorrenza tagħhhom fis-suq;

(b)  l-attivitajiet u l-operazzjonijiet taħt il-kontroll tal-operatur ekonomiku;

(c)  ir-rekord tal-imgħoddi ta' nuqqas ta' konformità tal-operatur ekonomiku;

(d)  jekk ikun rilevanti, it-tfassil tal-profil tar-riskju mwettaq mill-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1);

(e)  l-ilmenti tal-konsumaturi u informazzjoni oħra riċevuta minn awtoritajiet oħra, operaturi ekonomiċi, midja u sorsi oħra li jistgħu jindikaw nuqqas ta' konformità.

4.  Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta man-Netwerk, tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet uniformi tal-ispezzjonijiet, kriterji għad-determinazzjoni tal-frekwenzi tal-ispezzjonijiet u l-ammont ta’ kampjuni li għandhom jiġu vverifikati fir-rigward ta’ ċerti prodotti jew kategoriji ta' prodotti, fejn ikunu ġew kontinwament identifikati riskji speċifiċi jew ksur serju tal-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza jew ta' interessi pubbliċi oħra protetti minn dik il-leġislazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).

5.  Meta l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw rapporti ta' testijiet jew ċertifikati ta' attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tagħhom mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni maħruġa minn korp ta' valutazzjoni tal-konformità akkreditat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jagħtu l-kunsiderazzjoni debita lil dawk ir-rapporti jew ċertifikati.

6.  Evidenza li tintuża minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membru wieħed tista' tintuża bħala parti mill-investigazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità ta' prodott imwettqa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membru ieħor, mingħajr ebda rekwiżit formali ulterjuri.

7.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jistabbilixxu l-proċeduri segwenti b'rabta mal-prodotti soġġetti għal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni:

(a)  proċeduri għall-għoti ta' segwitu dwar ilmenti jew rapporti dwar kwistjonijiet relatati ma' riskji jew nuqqas ta' konformità;

(b)  proċeduri sabiex jiġi vverifikat jekk l-azzjoni korrettiva li kellha tittieħed mill-operaturi ekonomiċi tkunx ittieħdet.

8.  Bl-għan li jiġu żgurati l-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fil-gruppi ta' kooperazzjoni amministrattiva (ADCOs) msemmija fl-Artikolu 30(2).

9.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni skont il-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, il-prodotti li kienu meqjusa bħala mhux konformi fuq il-bażi ta' deċiżjoni ta' awtorità tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membru wieħed għandhom ikunu preżunti bħala li mhumiex konformi mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membri oħra, sakemm awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti fi Stat Membru ieħor ma tikkonkludix il-kuntrarju fuq il-bażi tal-investigazzjoni tagħha stess, b'kont meħud ta' kontribut, jekk ikun hemm, minn operatur ekonomiku.

Artikolu 12

Evalwazzjonijiet bejn il-pari

1.  Għandhom jiġu organizzati evalwazzjonijiet bejn il-pari għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jixtiequ jipparteċipaw f'dawn l-evalwazzjonijiet, sabiex tissaħħaħ il-konsistenza fl-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  In-Netwerk għandu jiżviluppa l-metodoloġija u l-pjan rikorrenti għall-evalwazzjonijiet bejn il-pari fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq parteċipanti. Fl-istabbiliment tal-metodoloġija u l-pjan rikorrenti, in-Netwerk għandu jqis, tal-anqas, in-numru u d-daqs tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, l-għadd ta' persunal disponibbli u riżorsi oħra għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari, u kriterji rilevanti oħra.

3.  L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom ikopru l-aħjar prattiki żviluppati minn xi awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq oħra, u aspetti rilevanti oħra relatati mal-effettività tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.  L-eżitu tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandu jiġi rrapportat lin-Netwerk.

Article 13

Strateġiji nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq

1.  Kull Stat Membru għandu jfassal strateġija nazzjonali globali ta' sorveljanza tas-suq, tal-anqas kull erba' snin. Kull Stat Membru għandu jfassal l-ewwel tali strateġija sa... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. L-istrateġija nazzjonali għandha tippromwovi approċċ konsistenti, komprensiv u integrat għas-sorveljanza tas-suq u għall-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru. Fit-tfassil tal-istrateġija dwar is-sorveljanza tas-suq nazzjonali, is-setturi kollha koperti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u l-istadji kollha tal-katina tal-provvista tal-prodott, inklużi l-importazzjonijiet u l-ktajjen ta' provvista diġitali, għandhom jiġu kkunsidrati. Il-prijoritajiet stabbiliti fil-programm ta' ħidma tan-Netwerk jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll.

2.  L-istrateġija nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għandha tinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin meta din ma tikkompromettix l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq:

(a)  l-informazzjoni disponibbli dwar l-okkorrenza ta' prodotti mhux konformi, b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni tal-kontrolli ▌msemmija fl-Artikoli 11(3) u 25(3), rispettivament u, fejn applikabbli, ix-xejriet tas-suq li jistgħu jaffettwaw ir-rati ta' nuqqas ta' konformità għall-kategoriji ta' prodotti, u t-theddid u r-riskji possibbli relatati mat-teknoloġiji emerġenti;

(b)  l-oqsma identifikati mill-Istati Membri bħala prijoritajiet għall-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(c)  l-attivitajiet ta' infurzar ippjanati biex jitnaqqas in-nuqqas ta' konformità f'dawk l-oqsma identifikati bħala prijorità, inklużi, fejn rilevanti, il-livelli minimi ta' kontroll previsti għall-kategoriji ta' prodott li jkollhom livelli sinifikanti ta' nuqqas ta' konformità;

(d)  valutazzjoni tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stati Membri oħra kif imsemmi fl-Artikolu 11(8) u l-Kapitolu VI.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrateġija nazzjonali tagħhom tas-sorveljanza tas-suq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34. Kull Stat Membr għandhu jippubblika sommarju tal-istrateġiji tiegħu.

Kapitolu V

Setgħat u miżuri ta' sorveljanza tas-suq

Artikolu 14

Setgħat tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħat ta' sorveljanza tas-suq, ta' investigazzjoni u ta' infurzar neċessarji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni ▌.

2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom stabbiliti f'dan l-Artikolu b'mod effiċjenti u effettiv, f'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn dan l-eżerċizzju huwa relatat mas-suġġett u l-għan tal-miżuri u n-natura u l-ħsara globali proprja jew potenzjali ġenerali li tirriżulta mill-każ ta' nuqqas ta' konformità. Is-setgħat għandhom jingħataw u jiġu eżerċitati skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll skont il-prinċipji fil-liġi nazzjonali relatati mal-libertà ta' espressjoni u l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja, is-salvagwardji proċedurali applikabbli u r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679.

3.  Meta jingħataw is-setgħat skont il-paragrafu 1, ▌l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li s-setgħa tkun eżerċitabbli f'wieħed mill-modi li ġejjin, kif xieraq:

(a)  direttament mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq taħt l-awtorità tagħhom stess;

(b)  permezz ta' rikors għal awtoritajiet pubbliċi oħra f'konformità mad-diviżjoni tas-setgħat u l-organizzazzjoni istituzzjonali u amministrattiva tal-Istat Membru inkwistjoni;

(c)  b'applikazzjoni mal-qrati kompetenti għall-għoti tad-deċiżjoni neċessarja biex jiġi approvat l-eżerċizzju ta' dik is-setgħa, inkluż, fejn xieraq, fuq appell, jekk l-applikazzjoni biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa ma rnexxietx.

4.  Is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu tal-anqas is-setgħat li ġejjin:

(a)  is-setgħat li jirrikjedu lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu dokumenti rilevanti, speċifikazzjonijiet tekniċi, data jew informazzjoni dwar il-konformità u l-aspetti tekniċi tal-prodott, inkluż l-aċċess għal software integrat sa fejn tali aċċess ikun meħtieġ għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mal-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, fi kwalunkwe forma jew format u irrispettivament mill-mezz ta' ħżin jew mill-post fejn tali dokumenti, speċifikazzjonijiet tekniċi, data jew informazzjoni huma maħżuna, u li jieħdu jew jiksbu kopji tagħha;

(b)  is-setgħat li jirrikjedu lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu informazzjoni rilevanti dwar il-katina tal-provvista, dwar id-dettalji tan-netwerk ta' distribuzzjoni, dwar il-kwantitajiet ta' prodotti fis-suq u dwar mudelli oħra tal-prodotti, li għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-prodott inkwistjoni, meta dan ikun rilevanti għall-konformità mar-rekwiżiti applikabbli skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(c)  is-setgħa li jirrikjedu lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex tiġi aċċertata s-sjieda tas-siti web, meta l-informazzjoni inkwistjoni tkun relatata mas-suġġett tal-investigazzjoni;

(d)  is-setgħa li jitwettqu, mingħajr avviż minn qabel, spezzjonijiet fuq il-post u kontrolli fiżiċi tal-prodotti;

(e)  is-setgħa li jidħlu fi kwalunkwe bini, art jew mezz ta' trasport li l-operatur ekonomiku inkwistjoni juża għal skopijiet relatati mal-kummerċ tal-operatur ekonomiku, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tiegħu, sabiex jidentifikaw nuqqas ta' konformità u jiksbu l-evidenza;

(f)  is-setgħa li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiftħu investigazzjonijiet ▌fuq inizjattiva tagħhom stess sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet ta' konformità u jinġiebu fi tmiemhom;

(g)  is-setgħa li jirrikjedu lill-operaturi ekonomiċi jieħdu azzjoni xierqa biex itemmu każ ta' nuqqas ta' konformità jew biex jeliminaw ir-riskju;

(h)  is-setgħa li jieħdu l-miżuri xierqa meta operatur ekonomiku jonqos milli jieħu azzjoni korrettiva xierqa jew meta n-nuqqas ta' konformità jew ir-riskju jippersisti, inklużi s-setgħa li jipprojbixxu jew jirrestrinġu d-disponibbiltà ta' prodott fis-suq jew li jordnaw li l-prodott jiġi rtirat jew jissejjaħ lura,;

(i)  is-setgħa li jimponu penali f'konformità mal-Artikolu 41;

(j)  is-setgħa li jakkwistaw kampjuni tal-prodott, inkluż b'identità moħbija, biex jispezzjonaw dawk il-kampjuni u jwettqu inġinerija inversa fuqhom sabiex jidentifikaw il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità u biex jiksbu l-evidenza;

(k)  is-setgħa, meta ma jkun hemm l-ebda mezz effettiv ieħor disponibbli, li jneħħu riskju serju:

(i)  li jirrikjedu t-tneħħija ta' kontenut li jirreferi għall-prodotti relatati minn interfaċċja online jew li jirrikjedu l-wiri espliċitu ta' twissija lill-utenti finali meta dawn jaċċessaw interfaċċja online; jew

(ii)  meta ma tiġix milqugħa rikjesta skont il-punt (i), li jirrikjedu lill-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jirrestrinġu l-aċċess għall-interfaċċja online, inkluż billi jirrikjedu lil parti terza rilevanti biex timplimenta tali miżuri.

5.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jużaw kwalunkwe informazzjoni, dokument, sejba, dikjarazzjoni jew kwalunkwe intelligence bħala evidenza għall-fini tal-investigazzjonijiet tagħhom, irrispettivament kemm mill-format li jinħżew fih kif ukoll mill-mezz li jinħżew fuqu.

Artikolu 15

Irkupru tal-kostijiet mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

1.  L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom sabiex jitolbu lura mingħand l-operatur ekonomiku rilevanti t-totalità tal-kostijiet tal-attivitajiet tagħhom fir-rigward ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità.

2.  Il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jinkludu l-kostijiet ta' twettiq ta' ttestjar, il-kostijiet ta' teħid ta' miżuri f'konformità mal-Artikolu 28(1) u (2), il-kostijiet tal-ħżin u l-kostijiet tal-attivitajiet relatati ma' prodotti li jinstab li mhumiex konformi u li huma soġġetti għal azzjoni korrettiva qabel ir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera jew it-tqegħid tagħhom fis-suq.

Artikolu 16

Miżuri ta' sorveljanza tas-suq

1.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu miżuri xierqa jekk prodott soġġett għal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, meta jintuża skont l-għan maħsub tiegħu jew skont kundizzjonijiet li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli u meta jkun installat u miżmum kif suppost:

(a)  ikun suxxettibbli li jikkomprometti s-saħħa jew is-sikurezza tal-utenti; jew

(b)  ma jikkonformax mal-leġislazzjoni tal-Unjoni applikabbli dwar l-armonizzazzjoni.

2.  Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jagħmlu s-sejbiet imsemmija fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1, huma għandhom mingħajr dewmien jirrikjedu lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata biex iġib fi tmiemu n-nuqqas ta' konformità jew jelimina r-riskju f'perijodu ta' żmien li jispeċifikaw.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-azzjoni korrettiva rikjesta li trid tittieħed mill-operatur ekonomiku tista' tinkludi, fost l-oħrajn:

(a)  li jagħmel il-prodott konformi, inkluża billi jirrettifika n-nuqqas ta' konformità formali kif definit mil-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jew billi jiżgura li l-prodott ma jibqax jippreżenta riskju;

(b)  li ma jħallix li l-prodott jitqiegħed fis-suq;

(c)  li jirtira jew isejjaħ lura l-prodott minnufih u jwissi lill-pubbliku dwar ir-riskju ppreżentat;

(d)  li jeqred il-prodott jew inkella jagħmlu inoperabbli;

(e)  li jwaħħal mal-prodott twissijiet adattati, miktuba b'mod ċar u li jinftehmu faċilment tar-riskji li jista' jippreżenta, bil-lingwa jew il-lingwi ddeterminati mill-Istat Membru li fih il-prodott jitqiegħed fis-suq;

(f)  tistabbilixxi l-kondizzjonijiet minn qabel biex il-prodott ikkonċernat isir disponibbli fis-suq;

(g)  li jwissi lill-utenti finali f'riskju immedjatament u b'mod xieraq, inkluż billi jippubblika twissijiet speċjali bil-lingwa jew il-lingwi ddeterminati mill-Istat Membru li fih il-prodott jitqiegħed fis-suq;

4.  L-azzjonijiet korrettivi msemmija fil-punti (e), (f) u (g) tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu rikjesti biss f'każijiet fejn il-prodott aktarx jippreżenta riskju f'ċerti kundizzjonijiet biss jew għall-ċerti utenti finali biss.

5.  Jekk l-operatur ekonomiku jonqos milli jieħu l-azzjoni korrettiva msemmija fil-paragrafu 3 jew meta n-nuqqas ta' konformità jew ir-riskju msemmi fil-paragrafu 1 jippersisti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw li l-prodott jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, jew li t-tqegħid tiegħu fis-suq jiġi pprojbit jew limitat, u li l-pubbliku, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu infurmati kif xieraq.

6.  L-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34. Dik il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni għandha wkoll titqies li tissodisfa r-rekwiżiti ta' notifika għall-proċeduri ta' salvagwardja applikabbli tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

7.  Meta miżura nazzjonali titqies ġustifikata skont il-proċedura ta' salvagwardja applikabbli, jew meta ma jkun hemm l-ebda awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru ieħor li tkun ikkonkludiet il-kuntrarju kif imsemmi fl-Artikolu 11(9), l-awtoritajiet kompetenti tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri l-oħra għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa fir-rigward tal-prodott li ma jkunx konformi u għandhom idaħħlu l-informazzjoni rilevanti fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

Artikolu 17

Użu tas-segretezza tal-informazzjoni, professjonali u kummerċjali

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom b'livell għoli ta' trasparenza u għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kwalunkwe informazzjoni li jqisu li tkun rilevanti għall-protezzjoni tal-interessi tal-utenti finali. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u ta’ segretezza professjonali u kummerċjali u għandhom jipproteġu d-data personali skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali ▌.

Artikolu 18

Drittijiet proċedurali tal-operaturi ekonomiċi

1.  Kwalunkwe miżura, deċiżjoni jew ordni meħuda jew magħmula mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew dan ir-Regolament ▌għandha tiddikjara r-raġunijiet eżatti li hi bbażata fuqhom

2.  Kwalunkwe miżura, deċiżjoni jew ordni bħal din għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti, li fl-istess waqt għandu jkun informat bir-rimedji disponibbli għalih skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat u bit-termini perentorji li għalihom ikunu soġġetti dawk ir-rimedji.

3.  Qabel ma tittieħed jew titwettaq miżura, deċiżjoni jew ordni msemmija fil-paragrafu 1, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema' f'perijodu xieraq ta' mhux anqas minn 10 ijiem ta' xogħol, sakemm ma jkunx impossibbli li tingħata lill-operatur ekonomiku dik l-opportunità minħabba l-urġenza tal-miżura, tad-deċiżjoni jew tal-ordni, fuq il-bażi tar-rekwiżiti tas-saħħa jew tas-sikurezza jew raġunijiet oħra relatati mal-interessi pubbliċi koperti mil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Jekk il-miżura, id-deċiżjoni jew l-ordni tittieħed jew issir mingħajr ma l-operatur ekonomiku jkun ingħata l-opportunità li jinstema', l-operatur ekonomiku għandu jingħata dik l-opportunità mill-aktar fis possibbli wara u dik il-miżura, id-deċiżjoni jew l-ordni għandha tiġi rrieżaminata minnufih mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

Artikolu 19

Prodotti li jippreżentaw riskju serju

1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw li l-prodotti li jippreżentaw riskju serju jiġu rtirati jew jissejħu lura, meta ma jkun hemm l-ebda mezz effettiv ieħor disponibbli biex jitneħħa r-riskju serju, jew li t-tqegħid fis-suq tagħhom jiġi pprojbit. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinnotifikaw dan minnufih lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 20.

2.  Deċiżjoni dwar jekk prodott jippreżentax riskju serju għandha tkun ibbażata fuq stima adegwata tar-riskju li tqis ix-xorta tal-periklu u l-possibbiltà li dan iseħħ. Il-fattibbiltà tal-kisba ta' livelli ogħla ta' sikurezza u d-disponibbiltà ta' prodotti oħra li jippreżentaw grad inqas ta' riskju ma għandhiex tikkostitwixxi bażi li fuqha wieħed jikkunsidra li prodott jippreżenta riskju.

Artikolu 20

Sistema ta’ Skambju ta’ Informazzjoni Rapida

1.  Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq tieħu jew ikun biħsiebha tieħu miżura skont l-Artikolu 19 u tqis li r-raġunijiet li għalihom ittieħdet il-miżura jew l-effetti tal-miżura meħuda jmorru lil hinn mit-territorju tal-Istat Membru tagħha, din għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b'dik il-miżura, f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. L-awtorita’ tas-sorveljanza tas-suq għandha tgħarraf ukoll mingħajr dewmien lill-Kummissjoni jekk dik il-miżura tiġi mmodifikata jew irtirata.

2.  Jekk prodott li jippreżenta riskju serju jkun tqiegħed fis-suq, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni dwar kull miżura voluntarja meħuda u kkomunikata lill-awtorita’ tas-sorveljanza tas-suq minn operatur ekonomiku.

3.  L-informazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, partikolarment id-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott, l-oriġini u l-katina ta' provvista tal-prodott, in-natura tar-riskju relatat mal-prodott, in-natura u d-durata tal-miżura nazzjonali meħuda u kull miżura voluntarja meħuda mill-operaturi ekonomiċi.

4.  Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għandu jsir użu mis-Sistema ta’ Skambju ta’ Informazzjoni Rapida (RAPEX) prevista fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE. Il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 12 ta' dik id-Direttiva għandhom japplikaw mutatis mutandis.

5.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi u żżomm interfaċċja tad-data bejn ir-RAPEX u s-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 sabiex jiġi evitat dħul doppju tad-data.

Artikolu 21

Faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni

1.  L-objettiv tal-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni huwa li jikkontribwixxu sabiex titjieb il-kapaċità tal-laboratorju, kif ukoll sabiex tiġi żgurata affidabbiltà u konsistenza tal-ittestjar, għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tiddeżinja faċilità ta' ttestjar pubblika ta' Stat Membru bħala faċilità ta' ttestjar tal-Unjoni għal kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew għal riskji speċifiċi relatati ma' kategorija ta' prodotti.

Il-Kummissjoni tista' tiddeżinja wkoll waħda mill-faċilitajiet ta' ttestjar tagħha stess bħala faċilità ta' ttestjar tal-Unjoni għal kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew għar-riskji speċifiċi relatati ma' kategorija ta' prodotti, jew għal prodotti li għalihom il-kapaċità ta' ttestjar tkun nieqsa jew ma tkunx biżżejjed.

3.   Il-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni jridu jkunu akkreditati skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

4.  Id-deżinjazzjoni ta' faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni m'għandhiex taffettwa l-libertà tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, tan-Netwerk u tal-Kummissjoni li jagħżlu faċilitajiet ta' ttestjar għall-finijiet tal-attivitajiet tagħhom.

5.  Il-faċilitajiet ta' ttestjar iddeżenjati tal-Unjoni għandhom jipprovdu s-servizzi tagħhom lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, lin-Netwerk, lill-Kummissjoni u lil entitajiet governattivi jew intergovernattivi oħrajn biss.

6.  Il-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni għandhom, fi ħdan il-qasam ta' kompetenza tagħhom, iwettqu l-attivitajiet li ġejjin:

(a)  iwettqu ttestjar ta' prodotti fuq talba tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, tan-Netwerk jew tal-Kummissjoni;

(b)  jipprovdu parir tekniku jew xjentifiku indipendenti fuq talba lin-Netwerk ;

(c)  jiżviluppaw tekniki u metodi ġodda ta' analiżi;

7.  L-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu remunerati u jistgħu jiġu ffinanzjati mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 36(2) .

8.  Il-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni jistgħu jirċievu finanzjament mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 36(2) sabiex iżidu l-kapaċità ta' ttestjar tagħhom jew sabiex joħolqu kapaċità ta' ttestjar ġdida għal kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew għal riskji speċifiċi relatati ma' kategorija ta' prodotti li għalihom il-kapaċità ta' ttestjar tkun nieqsa jew ma tkunx biżżejjed.

9.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).

Kapitolu VI

Assistenza reċiproka transfruntiera

Artikolu 22

Assistenza reċiproka

1.  Għandu jkun hemm kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni effiċjenti fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri, u bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

2.  Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ma tkunx tista’ tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha minħabba li ma tkunx tista’ taċċedi għal ċerta informazzjoni minkejja li tkun wettqet l-isforzi kollha xierqa biex tikseb dik l-informazzjoni, hija tista' tissottometti talba motivata lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru ieħor fejn l-aċċess għal din l-informazzjoni jista' jiġi infurzat. F'dan il-każ, l-awtorità rikjesta għandha tforni lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum, kwalunkwe informazzjoni li l-awtorità rikjesta tqies rilevanti biex tistabbilixxi jekk prodott hux konformi.

3.  L-awtorità rikjesta għandha twettaq l-investigazzjonijiet xierqa jew tieħu kwalunkwe miżura oħra li tkun xierqa sabiex tiġbor l-informazzjoni mitluba. Fejn ikun hemm bżonn, dawk l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-assistenza ta' awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq oħra.

4.  L-awtorità applikanti għandha tibqa' responsabbli għal kwalunkwe investigazzjoni li tkun bdiet, sakemm l-awtorità mitluba ma taqbilx li tieħu f'idejha r-responsabbiltà.

5.  F'każijiet debitament ġustifikati, awtorità rikjesta tista' tirrifjuta li tikkonforma ma' talba għal informazzjoni skont il-paragrafu 2 meta:

(a)  l-awtorità applikanti ma tkunx issostanzjat biżżejjed li l-informazzjoni mitluba hija meħtieġa biex jiġi stabbilit in-nuqqas ta' konformità;

(b)  l-awtorità rikjesta tippreżenta raġunijiet raġonevoli li juru li l-fatt li tikkonforma mat-talba jista' jxekkel b'mod sostanzjali l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet tagħha stess.

Artikolu 23

Talbiet għal miżuri ta' infurzar

1.  Meta biex jintemm nuqqas ta' konformità rigward prodott ikun hemm il-ħtieġa ta' miżuri li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor, u meta dawn il-miżuri ma jirriżultawx mir-rekwiżiti tal-Artikolu 16(7), awtorita’ applikanti tista' tissottometti talba debitament motivata għal miżuri ta' infurzar lil awtorità rikjesta f'dak l-Istat Membru l-ieħor.

2.  L-awtorità rikjesta għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri ta' infurzar xierqa u neċessarji kollha billi tuża s-setgħat mogħtija lilha permezz ta' dan ir-Regolament sabiex ittemm il-każ ta' nuqqas ta' konformità billi teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 14 u kwalunkwe setgħa addizzjonali mogħtija lilha skont il-liġi nazzjonali.

3.  L-awtorità rikjesta għandha tinforma ▌lill-awtorità applikanti dwar il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 li jkunu ttieħdu jew li jkun hemm il-ħsieb li jittieħdu.

Awtorità rikjesta tista' tirrifjuta li tikkonforma ma' talba għal miżuri ta' infurzar fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-awtorità mitluba tikkonkludi li l-awtorità applikanti ma pprovdietx informazzjoni suffiċjenti;

(b)  l-awtorità rikjesta tqis li t-talba tmur kontra l-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(c)  l-awtorità rikjesta tippreżenta raġunijiet raġonevoli li juru li l-fatt li tikkonforma mat-talba jista' jxekkel b'mod sostanzjali l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet tagħha stess.

Artikolu 24

Proċedura għal talbiet għal assistenza reċiproka

1.  Qabel ma tissottometti talba skont l-Artikolu 22 jew 23, l-awtorità applikanti għandha tagħmel ħilitha biex twettaq l-investigazzjonijiet raġonevoli possibbli kollha.

2.  Meta tissottometti talba skont l-Artikolu 22 jew 23, l-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha disponibbli biex l-awtorità rikjesta tkun tista' tissodisfa t-talba, inkluża kwalunkwe evidenza neċessarja li tkun tista' tinkiseb biss fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti.

3.  It-talbiet ▌ skont l-Artikoli 22 u 23 u kull komunikazzjoni relatata magħhom għandhom isiru bl-użu tal-formoli elettroniċi standard permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

4.  Il-Komunikazzjoni għandha ssir direttament bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq involuti jew permezz tal-uffiċċji uniċi ta' kollegament tal-Istati Membri kkonċernati.

5.  Il-lingwi li għandhom jintużaw għat-talbiet ▌skont l-Artikoli 22 u 23 u għal kull komunikazzjoni marbuta magħhom għandhom ikunu miftiehma mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernati.

6.  Meta ma jkun jista' jintlaħaq ebda qbil dwar il-lingwi li għandhom jintużaw bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernati, it-talbiet ▌skont l-Artikoli 22 u 23 għandhom jintbagħtu fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-awtorità applikanti, u t-tweġibiet għat-tali talbiet għandhom jintbagħtu bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta. F'dak il-każ, l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta għandhom jieħdu ħsieb it-traduzzjoni tat-talbiet, tat-tweġibiet jew ta' dokumenti oħra li jirċievu mill-awtorita’ l-oħra.

7.  Is-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 għandha tipprovdi informazzjoni strutturata dwar każijiet ta' assistenza reċiproka għall-uffiċċji uniċi ta' kollegament involuti. Bl-użu ta' din l-informazzjoni, l-uffiċċji uniċi ta' kollegament għandhom jipprovdu kwalunkwe appoġġ meħtieġ biex jiffaċilitaw l-assistenza.

Kapitolu VII

Prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

Artikolu 25

Kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtoritajiet doganali, awtorità waħda jew aktar tas-sorveljanza tas-suq jew kwalunkwe awtorità oħra fit-territorju tagħhom bħala l-awtoritajiet inkarigati mill-kontroll fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-ewwel subparagrafu u dwar l-oqsma ta' kompetenza tagħhom permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

2.  L-awtoritajiet iddeżinjati skont il-paragrafu 1 għandu jkollhom is-setgħat u r-riżorsi neċessarji għat-twettiq b'mod adegwat tal-kompiti tagħhom kif imsemmi f'dak il-paragrafu.

3.  Il-prodotti soġġetti għal-liġi tal-Unjoni ▌li jitqiegħdu taħt il-proċedura doganali "rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera" għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet iddeżinjati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawn għandhom iwettqu dawk il-kontrolli fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju f'konformità mal-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u, fejn rilevanti, fuq il-bażi ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(3) ta' dan ir-Regolament.

4.  L-informazzjoni relatata mar-riskji għandha tiġi skambjata bejn:

(a)  l-awtoritajiet iddeżinjati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; u

(b)  l-awtoritajiet doganali f'konformità mal-Artikolu 46(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Meta, b'rabta mal-prodotti soġġetti għal-liġi tal-Unjoni ▌li huma f'ħażna temporanja jew inkella mqiegħda taħt proċedura doganali għajr ir-'rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera', l-awtoritajiet doganali fl-ewwel punt tad-dħul ikollhom raġuni biex jemmnu li dawk il-prodotti mhumiex konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni jew jippreżentaw riskju, dawn għandhom jibagħtu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-uffiċċju doganali kompetenti tad-destinazzjoni.

5.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet iddeżinjati f'konformità mal-paragrafu 1 informazzjoni dwar il-kategoriji ta' prodotti jew l-identità tal-operaturi ekonomiċi meta jkun ġie identifikat riskju ogħla ta' nuqqas ta' konformità.

6.  Sal-31 ta' Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni data statistika dettaljata li tkopri l-kontrolli ▌mwettqa mill-awtoritajiet iddeżenjati taħt il-paragrafu 1 fir-rigward ta' prodotti soġġetti għal-liġi tal-Unjoni matul is-sena kalendarja preċedenti. Id-data statistika għandha tkopri n-numru ta' interventi fil-qasam ta' kontrolli fuq it-tali prodotti fir-rigward tas-sigurtà u l-konformità tal-prodotti.

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport sat-30 ta' Ġunju ta’ kull sena, li jkun fih l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri għas-sena kalendarja preċedenti u analiżi tad-data sottomessa. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

7.  Meta l-Kummissjoni ssir taf b'riskju serju ppreżentat ▌minn prodotti soġġetti għal-liġi tal-Unjoni ▌li huma importati minn pajjiż terz, din għandha tirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu l-miżuri xierqa ta' sorveljanza tas-suq.

8.  Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta man-Netwerk, tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu parametri referenzjarji u tekniki għall-kontrolli fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju komuni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat infurzar konsistenti tal-liġi tal-Unjoni, biex jissaħħu l-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u biex jiġi żgurat livell uniformi u effettiv ta' tali kontrolli. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).

9.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji tad-data li għandha tiġi sottomessa ▌skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).

Artikolu 26

Sospensjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

1.  L-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) għandhom jissospendu r-rilaxx ta' prodott għaċ-ċirkolazzjoni libera jekk, f'konformità mal-Artikolu 25(3), jiġi stabbilit li:

(a)  il-prodott mhuwiex akkumpanjat mid-dokumentazzjoni meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni ▌applikabbli għalih jew ikun hemm dubju raġonevoli dwar l-awtentiċità, il-preċiżjoni jew il-kompletezza ta' tali dokumentazzjoni;

(b)  il-prodott mhuwiex immarkat jew ittikkettat f'konformità mal-liġi tal-Unjoni ▌applikabbli għalih;

(c)  il-prodott ikollu fuqu mmarkar CE jew immarkar ieħor mitlub mil-liġi tal-Unjoni ▌applikabbli għalih li jkun twaħħal b'mod falz jew qarrieqi;

(d)  l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz postali, ta' operatur ekonomiku b'kompiti rigward il-prodott soġġett għal ċerta leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mhumiex indikati jew identifikabbli f'konformità mal-Artikolu 4(4); jew

(e)  għal kwalunkwe raġuni oħra, meta jkun hemm raġuni għaliex wieħed jemmen li l-prodott ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għalih ▌jew li ▌jippreżenta riskju serju għas-saħħa, is-sikurezza, l-ambjent jew kwalunkwe interess pubbliku ieħor imsemmi fl-Artikolu 1.

2.  L-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar kwalunkwe sospensjoni ta' rilaxx imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom bażi raġonevoli biex jemmnu li prodott ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għalih jew ▌jippreżenta riskju serju, huma għandhom jirrikjedu lill-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) biex jissospendu l-proċess għar-rilaxx tiegħu għal ċirkolazzjoni libera.

4.  In-notifiki taħt il-paragrafu 2 u t-talbiet taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jistgħu jsiru permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34, inkluż bl-użu tal-interfaċċji elettroniċi bejn din is-sistema u s-sistemi użati mill-awtoritajiet doganali, meta dawn ikunu disponibbli.

Artikolu 27

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Meta r-rilaxx ta' prodott għaċ-ċirkolazzjoni libera ▌jkun ġie sospiż f'konformità mal-Artikolu 26, dak il-prodott għandu jiġi rrilaxat għaċ-ċirkolazzjoni libera meta jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti u l-formalitajiet l-oħra kollha relatati ma' tali rilaxx u meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  fi żmien erbat ijiem tax-xogħol mis-sospensjoni, l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) ma jkunux intalbu jżommu s-sospensjoni mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(b)  l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) ikunu ġew informati mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar l-approvazzjoni tiegħu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ma għandux jitqies bħala prova ta' konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 28

Rifjut tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

1.  Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jikkonkludu li prodott jippreżenta riskju serju, dawn għandhom jieħdu l-miżuri biex jipprojbixxu t-tqegħid tal-prodott fis-suq u għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) ma jirrilaxxawhx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Dawn għandhom jeħtieġu lil dawn l-awtoritajiet biex jinkludu ▌l-avviż li ġej fis-sistema ta' pproċessar ta' data doganali, u, fejn xieraq, fuq il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodott u fuq kwalunkwe dokument ta' akkumpanjament rilevanti ieħor ▌:"

"Prodott perikoluż – ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera mhux awtorizzat – Regolament (UE) 2019/... (55)".

"

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom idaħħlu minnufih dik l-informazzjoni fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

2.  Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jikkonkludu li prodott ma jistax jitqiegħed fis-suq peress li ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni ▌applikabbli għalih, dawn għandhom jieħdu l-miżuri biex jipprojbixxu t-tqegħid tal-prodott fis-suq u għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) ma jirrilaxxawhx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Dawn għandhom jeħtieġu lil dawk l-awtoritajiet biex jinkludu ▌l-avviż li ġej fis-sistema ta' pproċessar tad-data doganali, u, fejn xieraq, fuq il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodott u fuq kwalunkwe dokument ta' akkumpanjament rilevanti ieħor ▌:"

"Prodott mhux konformi – ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera mhux awtorizzat – Regolament (UE) 2019/... (56)."

"

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom idaħħlu minnufih dik l-informazzjoni fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

3.  Meta l-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 jew 2 imbagħad jiġi ddikjarat għal proċedura doganali għajr għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera u dment li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ma joġġezzjonawx, l-avviż meħtieġ mill-paragrafu 1 jew 2 għandu jiġi inkluż ukoll, skont l-istess kondizzjonijiet kif meħtieġa mill-paragrafu 1 jew 2, fid-dokumenti użati b'rabta ma' dik il-proċedura

4.  L-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) jistgħu jeqirdu jew inkella jrendu inoperabbli prodott li jippreżenta riskju għas-saħħa u għas-sikurezza tal-utenti finali meta l-awtorità inkwistjoni tqis li jkun neċessarju u proporzjonat li jsir hekk. Il-kost tat-tali miżura għandu jiġġarrab mill-persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara l-prodott għaċ-ċirkolazzjoni libera.

L-Artikoli 197 u 198 ▌tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandhom japplikaw kif xieraq.

Kapitolu VIII

Infurzar ikkoordinat u kooperazzjoni internazzjonali

Artikolu 29

Netwerk tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti

1.   B'dan qed jitwaqqaf Netwerk tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti ("in-Netwerk").

2.  L-għan tan-Netwerk huwa li jservi bħala pjattaforma għal koordinazzjoni u kooperazzjoni strutturati bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, u li jissimplifika l-prattiki tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni sabiex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar effettiva.

Artikolu 30

Kompożizzjoni u funzjonamenttan-Netwerk▌

1.  In-netwerk għandu jkun magħmul minn rappreżentanti minn kull Stat Membru, inkluż rappreżentant ta' kull uffiċċju uniċku ta' kollegament imsemmi fl-Artikolu 10 u espert nazzjonali fakultattiv, il-presidenti tal-ADCOs, u rappreżentanti mill-Kummissjoni.

2.  Għandhom jiġu stabbiliti ADCOs separati jew konġunti għall-applikazzjoni uniformi tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. ADCOs għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sorveljanza tas-suq u, jekk xieraq, rappreżentanti tal-uffiċċji uniċi ta' kollegament.

Il-laqgħat tal-ADCO huma maħsuba biss għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni.

Il-partijiet ikkonċernati rilevanti bħall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi fil-livell tal-Unjoni tal-industrija, l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), il-konsumaturi, il-laboratorji tal-ittestjar, il-korpi ta' valutazzjoni tal-istandardizzazzjoni u tal-konformità, jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-ADCO skont is-suġġett tad-diskussjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tappoġġja u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq permezz tan-Netwerk u tipparteċipa fil-laqgħat tan-Netwerk, tas-sottogruppi tiegħu u tal-ADCOs.

4.  In-Netwerk għandu jiltaqa' f'intervalli regolari u, fejn meħtieġ, fuq talba motivata tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru.

5.  In-Netwerk jista' jistabbilixxi sottogruppi permanenti jew temporanji li jittrattaw kwistjonijiet u kompiti speċifiċi.

6.  In-Netwerk jista' jistieden esperti u partijiet terzi oħra, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-industrija, l-SMEs, il-konsumaturi, il-laboratorji tal-ittestjar, il-korpi tal-istandardizzazzjoni u ta' valutazzjoni tal-konformità fil-livell tal-Unjoni, biex jattendu għal laqgħat bħala osservaturi jew biex jipprovdu kontribuzzjonijiet bil-miktub.

7.  In-Netwerk għandu jagħmel mill-aħjar li jista' biex jasal għal kunsens. Id-deċiżjonijiet meħuda min-Netwerk għandhom ikunu rakkomandazzjonijiet legalment mhux vinkolanti.

8.  In-Netwerk għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

Artikolu 31

Rwol u kompiti tan-Netwerk

1.  Fit-twettiq tal-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 2, in-Netwerk għandu jindirizza kwistjonijiet orizzontali ġenerali ta' sorveljanza tas-suq bl-għan li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji uniċi ta' kollegament, kif ukoll il-Kummissjoni.

2.  In-Netwerk għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)  li jipprepara, jadotta u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tiegħu;

(b)  li jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' prijoritaiet komuni għall-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-iskambju ta' informazzjoni transsettorjali dwar l-evalwazzjonijiet tal-prodotti inklużi valutazzjoni tar-riskju, metodi u riżultati tal-ittestjar, żviluppi xjentifiċi riċenti u teknoloġiji ġodda, riskji emerġenti u aspetti oħra rilevanti għall-attivitajiet ta' kontroll u dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali;

(c)  li jikkoordina l-ADCOs u l-attivitajiet tagħhom;

(d)  li jorganizza proġetti konġunti ta' sorveljanza u ttestjar tas-suq transsettorjali u jiddefinixxi l-prijoritajiet tagħhom;

(e)  li jagħmel skambju tal-għarfien espert u tal-aħjar prattiki, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali;

(f)  li jiffaċilita l-organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ u skambji tal-persunal;

(g)  f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, li jorganizza kampanji ta' informazzjoni u programmi ta' żjarat reċiproċi volontarji bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(h)  li jiddiskuti kwistjonijiet li jirriżultaw mill-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka transfruntiera;

(i)  li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-gwidi sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi ta' dan ir-Regolament;

(j)  li jipproponi l-finanzjament tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 36;

(k)  li jikkontribwixxi għal prattiki amministrattiva uniformi fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri;

(l)  li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fi kwistjonijiet marbuta ma' żvilupp ulterjuri tas-sistema RAPEX u tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

(m)  li jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni;

(n)  li jippromwovi u jiffaċilita l-kollaborazzjoni ma' netwerks u gruppi rilevanti oħra, bil-ħsieb li jiġu esplorati possibbiltajiet għall-użu ta' teknoloġiji ġodda għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq u t-traċċabbiltà tal-prodotti;

(o)  li jivvaluta regolarment l-istrateġiji nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq, filwaqt li l-ewwel evalwazzjoni bħal din issir sa ... [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament];

(p)  li jittratta kwalunkwe kwistjoni oħra f'attivitajiet fi ħdan in-Netwerk bl-għan li jikkontribwixxi għall-funzjonament effettiv tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni.

Artikolu 32

Rwol u kompiti tal-gruppi ta' kooperazzjoni amministrattiva

1.  Fit-twettiq tal-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 2, l-ADCOs għandhom jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi relatati mas-sorveljanza tas-suq u kwistjonijiet speċifiċi għas-settur.

2.  L-ADCOs għandu jkollhom il-kompiti li ġejjin:

(a)  li jiffaċilitaw l-applikazzjoni uniformi tal-leġislazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ta' kompetenza tagħhom bl-għan li tiżdied l-effiċjenza tas-sorveljanza tas-suq fis-suq intern kollu;

(b)  li jippromwovu l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u n-Netwerk u jiżviluppaw fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(c)  li jistabbilixxu u jikkoordinaw proġetti kommuni bħall-attivitajiet transfruntiera ta' sorveljanza tas-suq;

(d)  li jiżviluppaw prattiki u metodoloġiji komuni għas-sorveljanza effettiva tas-suq;

(e)  li jinfurmaw lil xulxin dwar il-metodi u l-attivitajiet nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq u li jiżviluppaw u jippromwovu l-aħjar prattiki;

(f)  li jidentifikaw kwistjonijiet ta' interess komuni relatati mas-sorveljanza tas-suq u jissuġġerixxu l-approċċi komuni li għandhom jiġu adottati;

(g)  li jiffaċilitaw evalwazzjonijiet speċifiċi għas-settur tal-prodotti, inklużi valutazzjoni tar-riskju, metodi u riżultati tal-ittestjar, żviluppi xjentifiċi riċenti u aspetti oħra rilevanti għall-attivitajiet ta' kontroll.

Artikolu 33

Rwol u kompiti tal-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

(a)  li tassisti n-Netwerk, is-sottogruppi tiegħu, u l-ADCOs permezz ta' segretarjat eżekuttiv li jipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku;

(b)  li żżomm u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-uffiċċji uniċi ta' kollegament u tal-presidenti tal-ADCOs, lista aġġornata tal-presidenti tal-ADCOs inkluż l-informazzjoni ta' kuntatt tagħhom;

(c)  li tassisti lin-Netwerk fil-preparazzjoni u l-monitoraġġ tal-programm ta' ħidma tiegħu;

(d)  li tappoġġja l-funzjonament tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodotti li għandhom dmirijiet assenjati mill-Istati Membri b'rabta mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(e)  li, b'konsultazzjoni man-Netwerk, tiddetermina l-ħtieġa ta' kapaċità ta' ttestjar addizzjonali u tipproponi soluzzjonijiet għal dak l-għan, f'konformità mal-Artikolu 21;

(f)  li tapplika l-istrumenti ta' kooperazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 35;

(g)  li tipprovdi appoġġ għall-istabbiliment ta' ADCOs separati jew konġunti;

(h)  li tiżviluppa u tmantni s-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34, inklużi l-interfaċċja ▌msemmija fl-Artikolu 34(7), kif ukoll l-interfaċċja mad-databases nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq, u tipprovdi informazzjoni lill-pubbliku permezz ta' dik is-sistema;

(i)  li tassisti lin-Netwerk biex iwettaq xogħol preliminari jew anċillari li jsir b'rabta mal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq marbuta mal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, bħall-istudji, il-programmi, l-evalwazzjonijiet, ▌l-analiżijiet komparattivi, il-programmi taż-żjarat u ż-żjarat konġunti reċiproċi, l-iskambju ta' persunal, ix-xogħol ta' riċerka,▌ix-xogħol fil-laboratorju, l-ittestjar tal-profiċjenza, it-testijiet bejn laboratorji u x-xogħol ta' valutazzjoni tal-konformità▌;

(j)  li tħejji u tassisti fl-implimentazzjoni tal-kampanji tal-Unjoni ta' sorveljanza tas-suq u ta' attivitajiet simili;

(k)  li torganizza proġetti konġunti ta' sorveljanza u ttestjar tas-suq u programmi ta' taħriġ komuni, sabiex tiffaċilita l-iskambji ta' persunal bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, u sabiex torganizza kampanji ta' informazzjoni u programmi ta' żjarat reċiproċi volontarji bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(l)  li twettaq attivitajiet taħt programmi ta' assistenza teknika, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-promozzjoni u t-tisħiħ tal-politiki u tas-sistemi tal-Unjoni ta' sorveljanza tas-suq fost il-partijiet interessati fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(m)  li jiffaċilita l-għarfien espert tekniku jew xjentifiku għall-fini ta' implimentazzjoni tal-kooperazzjoni amministrattiva ta' sorveljanza tas-suq;

(n)  li teżamina, ▌fuq it-talba tan-Netwerk jew fuq inizjattiva tagħha stess , kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u toħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki biex iħeġġeġ l-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament▌.

Artikolu 34

Sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tkompli tiżviluppa u tmantni sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni għall-ġbir, għall-ipproċessar u għall-ħżin ta' informazzjoni, f'forma strutturata, dwar kwistjonijiet relatati mal-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, bl-għan li titjieb il-kondiviżjoni tad-data fost l-Istati Membri, inkluż għall-fini ta' talbiet għal informazzjoni, filwaqt li tingħata ħarsa ġenerali komprensiva tal-attivitajiet, ir-riżultati u x-xejriet tas-sorveljanza tas-suq. Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-uffiċċji uniċi ta' kollegament, u l-awtoritajiet iddeżinjati taħt l-Artikolu 25(1) għandu jkollhom aċċess għal dik is-sistema. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tmantni l-interfaċċja tal-utent pubbliku ta' din is-sistema, fejn għandha tiġi pprovduta informazzjoni ewlenija għall-utenti finali dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tmantni ulterjorment l-interfaċċji elettroniċi bejn is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 u s-sistemi nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq.

3.  L-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni għandhom idaħħlu l-informazzjoni li ġejja fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni:

(a)  l-identità tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istat Membru tagħhom u l-oqsma ta' kompetenza ta' dawk l-awtoritajiet skont l-Artikolu 10(2);

(b)  l-identità tal-awtoritajiet iddeżinjati taħt l-Artikolu 25(1);

(c)  l-istrateġija nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq imfassla mill-Istat Membru tagħhom skont l-Artikolu 13 u r-riżultati mir-rieżami u l-valutazzjoni tal-istrateġija tas-sorveljanza tas-suq.

4.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom idaħħlu fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni ▌b'rabta mal-prodotti mqiegħda fis-suq li fir-rigward tagħhom jkun sar kontroll dettaljat tal-konformità, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE u l-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament, u fejn applikabbli, fir-rigward ta' prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni li għalihom il-proċess tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jkun ġie sospiż f'konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament, fit-territorju tagħhom, l-informazzjoni li ġejja dwar:

(a)  miżuri skont l-Artikolu 16(5) meħuda minn dik l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq;

(b)  rapporti tal-ittestjar imwettaq minnhom;

(c)  azzjoni korrettiva meħuda mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati;

(d)  rapporti faċilment disponibbli dwar il-korrimenti kkawżati mill-prodott inkwistjoni;

(e)  kwalunkwe oġġezzjoni mqajma minn Stat Membru f'konformità mal-proċedura ta' salvagwardja applikabbli fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott u kwalunkwe segwitu sussegwenti;

(f)  fejn disponibbli, in-nuqqasijiet ta' konformità mal-Artikolu 5(2) min-naħa tar-rappreżentanti awtorizzati;

(g)  fejn disponibbli, in-nuqqasijiet ta' konformità mal-Artikolu 5(1) min-naħa tal-manifatturi.

5.  Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li jkun utli, jistgħu jdaħħlu fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni kwalunkwe informazzjoni addizzjonali relatata mal-kontrolli li jwettqu u r-riżultati tal-ittestjar imwettqa minnhom jew fuq talba tagħhom.

6.  Fejn rilevanti għall-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u għall-finijiet ta' minimizzazzjoni tar-riskju ▌, l-awtoritajiet doganali għandhom jisiltu mis-sistemi doganali nazzjonali informazzjoni dwar prodotti mqiegħda taħt il-proċedura doganali "rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera" relatata mal-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni u jittrażmettuha lis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni.

7.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċja elettronika li tippermetti t-trażmissjoni ta' data bejn is-sistemi doganali nazzjonali u s-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni. Din l-interfaċċja għandha tkun fis-seħħ fi żmien erba' snin mid-data ta' adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni rilevanti msemmi fil-paragrafu 8.

8.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu, u b'mod partikolari l-ipproċessar tad-data li għandu jiġi applikat fuq id-data miġbura skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jiddefinixxu d-data li għandha tintbagħat f'konformità mal-paragrafi 6 u 7 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).

Artikolu 35

Kooperazzjoni internazzjonali

1.  Sabiex titjieb l-effiċjenza tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tikkoopera u tiskambja informazzjoni ▌relatata mas-sorveljanza tas-suq mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fi ħdan il-qafas ta' ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Kwalunkwe ftehim bħal dan għandu jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità, jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità li jikkorrispondu għal dawk applikabbli fl-Unjoni, u jiżgura li kwalunkwe skambju ta' informazzjoni jkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.

2.  ▌Il-kooperazzjoni jew l-iskambju ta' informazzjoni jistgħu jkunu relatati, fost l-oħrajn, ma' dan li ġej:

(a)  il-metodi ta' valutazzjoni tar-riskju użati u r-riżultati tal-ittestjar tal-prodotti;

(b)  is-sejħiet lura kkoordinati tal-prodotti jew azzjonijiet simili oħra;

(c)  il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 16.

3.  Il-Kummissjoni tista' tapprova sistema speċifika ta' kontroll qabel l-esportazzjoni relatat mal-prodotti mwettaq minn pajjiż terz fuq il-prodotti eżattament qabel ma jiġu esportati fl-Unjoni biex jiġi vverifikat li dawk il-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għalihom. L-approvazzjoni tista' tingħata fir-rigward ta' prodott wieħed jew aktar, fir-rigward ta' kategorija waħda jew aktar ta' prodott jew fir-rigward ta' prodotti jew ta' kategoriji ta' prodotti immanifatturati minn ċerti manifatturi.

4.  Il-Kummissjoni għandha tipproduċi u żżomm lista ta' dawk il-prodotti jew kategoriji ta' prodotti li għalihom tkun ingħatat l-approvazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 u għandha tqiegħed din il-lista għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

5.  L-approvazzjoni tista' tingħata lil pajjiż terz skont il-paragrafu 3 biss jekk ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-pajjiż terz ikollu sistema ta' verifika effiċjenti tal-konformità tal-prodotti esportati lejn l-Unjoni u l-kontrolli mwettqa f'dak il-pajjiż terz ikunu effettivi u effiċjenti biżżejjed biex jissostitwixxu jew inaqqsu l-kontrolli tal-importazzjonijiet;

(b)  l-awditi fl-Unjoni u, jekk ikun rilevanti, fil-pajjiż terz juru li l-prodotti esportati minn dak il-pajjiż terz lejn l-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

6.  Meta tkun ingħatat approvazzjoni bħal din, il-valutazzjoni tar-riskju applikata għall-kontrolli tal-importazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandha tinkludi l-approvazzjonijiet mogħtija.

▌Madankollu, l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) jistgħu jwettqu kontrolli fuq dawk il-prodotti jew il-kategoriji ta' prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, inkluż sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni mwettqa mill-pajjiż terz ikunu effettivi biex jiddeterminaw il-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

7.  L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tispeċifika l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li taħt ir-responsabbiltà tagħha għandhom jitwettqu l-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni u dik l-awtorità kompetenti għandha tkun il-kontroparti għall-kuntatti kollha mal-Unjoni.

8.  L-awtorità kompetenti, imsemmija fil-paragrafu 7, għandha tiżgura l-verifika uffiċjali tal-prodotti qabel id-dħul tagħhom fl-Unjoni.

9.  Meta l-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jsibu nuqqas ta' konformità sinifikanti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 u jadattaw il-livell ta' kontrolli fuq it-tali prodotti.

10.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japprovaw kull sistema speċifika ta' kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni relatati mal-prodotti, imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).

11.  Il-Kummissjoni għandha b'mod regolari timmonitorja l-funzjonament korrett tal-approvazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirtiraw dik l-approvazzjoni meta jinstab li l-prodotti li jkunu diħlin fis-suq tal-Unjoni ma jikkonformawx mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni f'numru sinifikanti ta' każijiet. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-pajjiż terz ikkonċernat b’dan.

12.  Is-sistema ta' kontroll qabel l-esportazzjoni relatat mal-prodotti għandha tiġi evalwata skont l-Artikolu 42(4).

Kapitolu IX

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Artikolu 36

Attivitajiet ta' finanzjament

1.  L-Unjoni għandha tiffinanzja t-twettiq tal-kompiti tan-Netwerk imsemmija fl-Artikolu 31 u l-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 12.

2.  L-Unjoni tista' tiffinanzja l-attivitajiet li ġejjin b'rabta mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a)  il-funzjonament tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodotti▌;

(b)  it-twaqqif u l-funzjonament tal-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 21;

(c)  l-iżvilupp ta' strumenti ta' kooperazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 35;

(d)  it-tfassil u l-aġġornar tal-kontribuzzjonijiet għal-linji gwida dwar is-sorveljanza tas-suq;

(e)  it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tal-għarfien espert tekniku jew xjentifiku għall-fini ta' assistenza lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tagħha tal-kooperazzjoni amministrattiva ta' sorveljanza tas-suq;

(f)  l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 13;

(g)   kampanji ta' sorveljanza tas-suq u attivitajiet assoċjati tal-Istati Membri u tal-Unjoni, inklużi riżorsi u tagħmir, taħriġ u għodod tal-IT;

(h)  it-twettiq ta' xogħol preliminari jew anċillari b'rabta mal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq relatati mal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, bħall-istudji, il-programmi, l-evalwazzjonijiet, il-linji gwida, l-analiżijiet komparattivi, il-programmi taż-żjarat u ż-żjarat konġunti reċiproċi, l-iskambju ta' persunal, ix-xogħol ta' riċerka, l-attivitajiet ta' taħriġ, ix-xogħol fil-laboratorju, l-ittestjar tal-profiċjenza, it-testijiet bejn laboratorji u x-xogħol ta' valutazzjoni tal-konformità;▌

(i)  l-attivitajiet imwettqa taħt programmi li jipprovdu assistenza teknika, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-promozzjoni u t-tisħiħ tal-politika u tas-sistemi tal-Unjoni ta' sorveljanza tas-suq fost il-partijiet interessati fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali.

3.  L-Unjoni għandha tiffinanzja l-interfaċċja elettronika msemmija fl-Artikolu 34(7) inkluż l-iżvilupp tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 li jippermettilha tirċievi flussi awtomatiċi ta' data elettronika mis-sistemi doganali nazzjonali. ▌

4.  L-Unjoni għandha tiffinanzja l-interfaċċi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 34(2) li jippermettu l-iskambju ta' data bejn is-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 u s-sistemi nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq.

5.  L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet li jappoġġjaw dan ir-Regolament għandha tiġi implimentata f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(57), b'mod dirett, jew inkella permezz tal-għoti tal-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1) ta' dak ir-Regolament.

6.  L-approprjazzjonijiet allokati għall-attivitajiet imsemmija f'dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti kull sena mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju fis-seħħ.

7.  L-approprjazzjonijiet iddeterminati mill-awtorità baġitarja għall-finanzjament tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż relatati max-xogħol preparatorju u mal-attivitajiet ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-attivitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u għall-kisba tal-għanijiet tagħhom. Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu l-kostijiet tat-twettiq tal-istudji, tal-organizzazzjoni ta' laqgħat tal-esperti, tal-attivitajiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni flimkien mal-ispejjeż relatati l-oħra kollha ta' għajnuna teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni.

Artikolu 37

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati l-miżuri ffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effikaċi u, jekk jiġu identifikati xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun il-każ, permezz ta' pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta' awditjar, abbażi ta' dokumenti u tal-verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

3.  L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, fosthom verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(58) u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(59) bl-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi tip ta' attività irregolari oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt li jkun jikkonċerna finanzjament skont dan ir-Regolament.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b'mod espliċitu jagħtu setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu t-tali awditi u investigazzjonijiet, f'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Kapitolu X

Emendi

Artikolu 38

Emendi għad-Direttiva 2004/42/KE

L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(60) huma mħassra.

Artikolu 39

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 765/2008

1.  Regolament (KE) Nru 765/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)  it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: "

“Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u t-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 339/93”;

"

(2)  fl-Artikolu 1, paragrafi 2 u 3 huma mħassra;

(3)  fl-Artikolu 2, punti 1, 2, 14, 15, 17, 18 u 19 huma mħassra;

(4)  il-Kapitolu III li fih l-Artikoli 15 sa 29, huwa mħassar;

(5)  il-paragrafu 1 tal-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(c) l-abbozzar u l-aġġornament tal-kontribuzzjonijiet għal-linji gwida fl-oqsma tal-akkreditazzjoni, notifikazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u valutazzjoni tal-konformità;”;

"

(b)  il-punti (d) u (e) huma mħassra;

(c)  il-punti (f) u (g) huma sostitwiti b’dan li ġej:"

“ (f ) it-twettiq ta’ xogħol preliminari jew anċillari b’konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, metroloġija u akkreditazzjoni konnessi mal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja, bħal studji, programmi, evalwazzjonijiet, linji gwida, analiżi komparattiva, viżti reċiproċi u konġunti, xogħol ta’ riċerka, l-iżvilupp u l-manteniment tal-bażijiet tad-data, attivitajiet ta’ taħriġ, xogħol ta’ laboratorju, ittestjar tal-profiċjenza, testijiet inter-laboratorji u xogħol ta’ valutazzjoni tal-konformità;

   (g) attivitajiet imwettqa taħt programmi tal-assistenza teknika, kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u l-promozzjoni u t-titjib tal-valutazzjoni tal-konformità Ewropea u politiki u sistemi ta’ akkreditazzjoni fost il-partijiet interessati fuq livell Komunitarju u internazzjonali.”..

"

2.  Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet imħassra tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom jitqiesu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 40

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 305/2011

Fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit bis-segwenti:"

“1. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollhom raġuni suffiċjenti li jemmnu li prodott tal-kostruzzjoni kopert minn standard armonizzat jew li għalih Valutazzjoni Teknika Ewropea nħarġet ma jiksibx il-prestazzjoni ddikjarata u jippreżenta riskju għas-sodisfazzjoni tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni koperti b’dan ir-Regolament, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-prodott ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rispettivi stabbiliti b’dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.”.

"

Kapitolu XI

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 41

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u ta' leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II li jimponu obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi ▌u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati skont il-liġi nazzjonali.

2.  Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

3.   L-Istati Membri għandhom sa... [27 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, meta ma jkunux ġew notifikati preċedentement, u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 42

Evalwazzjoni, rieżami u linja gwida

1.   Sal-31 ta' Diċembru 2026 u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-għanijiet li jfittex u għandha tippreżenta rapport dwarhom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

2.  Ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament laħaqx l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis tan-numru ta' prodotti mhux konformi fis-suq tal-Unjoni, tal-iżgurar ta' infurzar effettiv u effiċjenti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni, tat-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u ta' tisħiħ tal-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni tal-impatt fuq in-negozji u b'mod partikolari fuq l-SMEs. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-effikaċja tas-sistema ta' evalwazzjoni bejn il-pari u tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq li jirċievu finanzjament tal-Unjoni fid-dawl tar-rekwiżiti tal-politiki u tal-liġi tal-Unjoni u l-possibbiltajiet li tkompli tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali.

3.  Sa ... [erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport ta' evalwazzjoni dwar l-imlimentazzjoni tal-Artikolu 4. Ir-rapport għandu jevalwa b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni ta' dak l-Artikolu, l-effetti tiegħu u l-kostijiet u l-benefiċċji tiegħu. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva.

4.  Fi żmien erba' snin wara l-ewwel approvazzjoni ta' sistema speċifika ta' kontroll qabel l-esportazzjoni relatat mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 35(3), il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-effetti u l-kosteffiċjenza tagħha.

5.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida għall-implimentazzjoni prattika tal-Artikolu 4 għall-finijiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 43

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 11(4), l-Artikolu 21(9), l-Artikolu 25(8), l-Artikolu 35(10) u l-Artikolu 35(11) ta’ dan ir-Regolament, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 44

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Madankollu, l-Artikoli 29, 30, 31, 32, 33 u 36 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Lista ta' leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni

1.  Id-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE tal-15 ta' Diċembru 1969 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-ħġieġ tal-kristall (ĠU L 326, 29.12.1969, p. 36);

2.  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16);

3.  Id-Direttiva tal-Kunsill 75/107/KEE tad-19 ta' Diċembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' fliexken użati bħala reċipjenti ta' kejl (ĠU L 42, 15.2.1975, p. 14);

4.  Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers (ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40);

5.  Id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta' Jannar tal-1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta' ċerti prodotti f'imballaġġ minn qabel (ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1);

6.  Id-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE tal-20 ta' Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE (ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40);

7.  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta' effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b'karburanti likwidi jew gassużi (ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17);

8.  Id-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 37);

9.  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10);

10.  Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58);

11.  Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1);

12.  Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra (ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1);

13.  Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34);

14.  Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003. p. 1);

15.  Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar diterġenti (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1);

16.  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7);

17.  Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi organiċi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi u li temenda d-Direttiva 1999/13/KE (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87);

18.  Id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10);

19.  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24);

20.  Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12);

21.  Id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1);

22.  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1);

23.  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1);

24.  Id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17);

25.  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1);

26.  Ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta' utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1);

27.  Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32);

28.  Id-Direttiva 2009/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku (ĠU L 106, 28.4.2009, p. 7);

29.  Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1);

30.  Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1);

31.  Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1);

32.  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10);

33.  Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1);

34.  Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46);

35.  Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59);

36.  Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1);

37.  Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr, u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1);

38.  Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5);

39.  Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88);

40.  Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta' fibri ta' tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttiva 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1);

41.  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1);

42.  Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38);

43.  Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

44.  Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52);

45.  Id-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27);

46.  Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90);

47.  Id-Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi ċivili (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 1);

48.  Id-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta' reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 45);

49.  Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79);

50.  Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107);

51.  Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149);

52.  Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta' sikurezza għal-liftijiet (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251);

53.  Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta' protezzjoni maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment esplużivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309);

54.  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357);

55.  Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1);

56.  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62);

57.  Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164);

58.  Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146);

59.  Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195);

60.  Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131);

61.  Ir-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 1);

62.  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51);

63.  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99);

64.  Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53);

65.  Ir-Regolament (UE) Nru 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1);

66.  Ir-Regolament (UE) Nru 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176);

67.  Ir-Regolament (UE) Nru 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1);

68.  Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1);

69.  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2917, p. 1);

70.  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1), sa fejn jirrigwarda d-disinn, il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1) tiegħu, f'dak li jikkonċerna l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir tagħhom għall-kontroll mill-bogħod.

ANNESS II

Lista tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mingħajr dispożizzjonijiet dwar penali

1.  Id-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE tal-15 ta' Diċembru 1969 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-ħġieġ tal-kristall (ĠU L 326, 29.12.1969, p. 36);

2.  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16);

3.  Id-Direttiva tal-Kunsill 75/107/KEE tad-19 ta' Diċembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' fliexken użati bħala reċipjenti ta' kejl (ĠU L 42, 15.2.1975, p. 14);

4.  Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers (ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40);

5.  Id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta' Jannar tal-1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta' ċerti prodotti f'imballaġġ minn qabel (ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1);

6.  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta' effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b'karburanti likwidi jew gassużi (ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17).

7.  Id-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 37);

8.  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10);

9.  Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra (ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1);

10.  Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34);

11.  Id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10);

12.  Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12);

13.  Id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17);

14.  Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46);

15.  Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr, u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1);

16.  Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5);

17.  Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta' fibri ta' tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttiva 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1);

18.  Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146);

19.  Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131).

ANNESS III

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2, il-punt 1

Artikolu 3, il-punt 1

Artikolu 2, il-punt 2

Artikolu 3, il-punt 2

Artikolu 2, il-punt 14

Artikolu 3, il-punt 22

Artikolu 2, il-punt 15

Artikolu 3, il-punt 23

Artikolu 2, il-punt 17

Artikolu 3, il-punt 3

Artikolu 2,il-punt 18

Artikolu 3, il-punt 4

Artikolu 2, il-punt 19

Artikolu 3, il-punt 25

Artikolu 15(1) u (2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 15(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 15(4)

-

Artikolu 15(5)

Artikolu 2(2)

Artikolu 16(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 16(5)

Artikolu 16(3)

-

Artikolu 16(4)

—  

Artikolu 17(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 34(1), l-aħħar sentenza u l-Artikolu 34(3), il-punt (a)

Artikolu 18(1)

Artikolu 10(6)

Artikolu 18(2), il-punt (a)

Artikolu 11(7), il-punt (a)

Artikolu 18(2), il-punt (b)

-

Artikolu 18(2), il-punt (c)

Artikolu 11(7), il-punt (b)

Artikolu 18(2), il-punt (d)

-

Artikolu 18(3)

Artikoli 10(5) u 14(1)

Artikolu 18(4)

Artikolu 14(2)

Artikolu 18(5)

Artikolu 13

Artikolu 18(6)

Artikolu 31(2), il-punt (o)

Artikolu 19(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(3)

Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 14(4), il-punti (a), (b),(e) u (j)

Artikolu 19(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(5)

Artikolu 19(2)

Artikolu 16(3), il-punt (g)

Artikolu 19(3)

Artikolu 18(2)

Artikolu 19(4)

Artikolu 11(2)

Artikolu 19(5)

Artikolu 17

Artikolu 20(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 20(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 21(1)

Artikolu 18(1)

Artikolu 21(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 21(3)

Artikolu 18(3)

Artikolu 21(4)

-

Artikolu 22(1)

Artikolu 20(1)

Artikolu 22(2)

Artikolu 20(2)

Artikolu 22(3)

Artikolu 20(3)

Artikolu 22(4)

Artikolu 20(4)

Artikolu 23(1) u (3)

Artikolu 34(1)

Artikolu 23(2)

Artikolu 34(4)

Artikolu 24(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 22(2) sa (5)

Artikolu 24(3)

-

Artikolu 24(4)

-

Artikolu 25(1)

-

Artikolu 25(2), il-punt (a)

Artikolu 31(2), il-punt (f) u l-Artikolu 33(1), il-punti (i) u (k)

Artikolu 25(2), il-punt (b)

Artikolu 31(2), il-punti (g) u (m) u l-Artikolu 33(1), il-punti (i) u (k)

Artikolu 25(3)

-

Artikolu 26

-

Artikolu 27(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 25(2)

Artikolu 27(1), it-tieni sentenza

Artikolu 25(3)

Artikolu 27(2)

Artikolu 25(4)

Artikolu 27(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 26(1)

Artikolu 27(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 26(2)

Artikolu 27(4)

-

Artikolu 27(5)

-

Artikolu 28(1)

Artikolu 27, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)

Artikolu 28(2)

Artikolu 27, l-ewwel paragrafu, il-punt (b)

Artikolu 29(1)

Artikolu 28(1)

Artikolu 29(2)

Artikolu 28(2)

Artikolu 29(3)

Artikolu 28(3)

Artikolu 29(4)

Artikolu 28(4)

Artikolu 29(5)

Artikolu 25(5)

Artikolu 32(1), il-punt (d)

-

Artikolu 32(1), il-punt (e)

Artikolu 36(2), il-punt (e)

(1) ĠU C 283, 10.8.2018, p. 19.
(2)ĠU C 283, 10.8.2018, p. 19.
(3)Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019.
(4)Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).
(5)Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(6)Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(8)Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).
(9)Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(12) Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta' sikurezza għal-liftijiet (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46).
(14) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(15)Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar diterġenti (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1).
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
(19) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(20) Id-Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi ċivili (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 1).
(21) Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).
(22) Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).
(23) Ir-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 1).
(24) Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1).
(25) Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
(26) Ir-Regolament (UE) Nru 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 (ĠU L ...).
(27)+ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru fit-test u, fin-nota f'qiegħ il-paġna, in-numru, id-data u r-referenza tal-pubblikazzjoni PE-CONS 70/18 - COD 2017/0354 tad-dokument.
(28)Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(29)Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(30)Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(31)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(32)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(33) Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).
(34) Ir-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini (ĠU L 112, 2.5.2001, p. 19).
(35) Id-Direttiva 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(36) Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
(37) Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).
(38) Ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99).
(39) Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra (ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1).
(40) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).
(41) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).
(42) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(43) Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
(44) Id-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27).
(45) Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90).
(46) Id-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta' reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 45).
(47) Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).
(48) Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107).
(49) Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149).
(50) Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta' protezzjoni maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment esplożivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).
(51) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(52) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62)
(53) Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164).
(54)+ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru fit-test tad-dokument PE-CONS 70/18 - COD 2017/0354.
(55)+ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru u d-data fit-test, tad-dokument PE_CONS 45/19 -COD 2017/0353.
(56)+ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru u d-data fit-test, tad-dokument PE_CONS 45/19 -COD 2017/0353.
(57)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(58)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' ettembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(59)Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(60)Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE (ĠU L 143, 30.2004, p. 87).


Il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ***I
PDF 323kWORD 89k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (COM(2018)0238 – C8-0165/2018 – 2018/0112(COD))
P8_TA-PROV(2019)0398A8-0444/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0238),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0165/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0444/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online

P8_TC1-COD(2018)0112


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online huma faċilitaturi ewlenin tal-intraprenditorija u ta' mudelli kummerċjali ġodda, tal-kummerċ u tal-innovazzjoni, li jistgħu wkoll itejbu l-benesseri tal-konsumaturi u li kulma jmur qed jintużaw dejjem aktar mis-settur privat u mis-settur pubbliku. Dawn joffru aċċess għal swieq ġodda u opportunitajiet kummerċjali li jippermettu lill-impriżi jaħsdu l-benefiċċji tas-suq intern. Dawn jippermettu ▌ lill-konsumaturi fl-Unjoni jisfruttaw dawk il-benefiċċji, l-aktar għax tiżdied l-għażla tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi, kif ukoll għax jiġu offruti prezzijiet kompetittivi online, iżda huma jżidu wkoll l-isfidi li jeħtieġ jiġu indirizzati sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.

(2)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jkunu kruċjali għas-suċċess kummerċjali tal-impriżi li jużaw dawn is-servizzi biex jaslu għand il-konsumaturi. Biex jitgawdew b'mod sħiħ il-benefiċċji tal-ekonomija tal-pjattaformi online, huwa għalhekk importanti li l-impriżi jkunu jistgħu jafdaw lis-servizzi tal-intermedjazzjoni online li magħhom jidħlu f'relazzjonijiet kummerċjali. Dan huwa importanti l-iktar għaliex l-intermedjazzjoni dejjem akbar tat-tranżazzjonijiet permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, xprunata minn effetti tan-netwerk qawwija u indiretti mmexxija mid-data, twassal biex tiżdied id-dipendenza ta' dawn l-utenti kummerċjali, b’mod partikolari tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), fuq dawn is-servizzi biex ikunu jistgħu jaslu għand il-konsumaturi. Peress li d-dipendenza qed dejjem tiżdied, il-fornituri ta' dawk is-servizzi ta' spiss ikollhom superjorità fil-poter tan-negozjar li jippermettilhom biex, fil-fatt, iġibu ruħhom b'mod unilaterali b'mod li jista' jkun inġust u li jista' jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti kummerċjali tagħhom u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni. Pereżempju, b'mod unilaterali, jistgħu jimponu prattiki fuq l-utenti kummerċjali li jitbiegħdu ħafna minn imġiba kummerċjali tajba, jew imorru kontra l-bona fide u n-negozjar ġust. Dan ir-Regolament jindirizza tensjonijiet potenzjali bħal dawn fl-ekonomija tal-pjattaforma online.

(3)  Il-konsumaturi laqgħu tajjeb l-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Huwa essenzjali li jkun hemm ekosistema online li tkun kompetittiva, ġusta u trasparenti, li fiha l-kumpaniji jġibu ruħhom b'mod responsabbli, għal finijiet tal-benesseri tal-konsumaturi. L-iżgurar tat-trasparenza ta' u l-fiduċja fl-ekonomija tal-pjattaformi online f'relazzjonijiet bejn negozju u ieħor, jista' wkoll jgħin b'mod indirett biex titjieb il-fiduċja tal-konsumaturi fl-ekonomija tal-pjattaformi online. Madankollu, l-impatti diretti tal-iżvilupp tal-ekonomija tal-pjattaformi online fuq il-konsumaturi huma indirizzati minn liġi oħra tal-Unjoni, speċjalment l-acquis tal-konsumatur.

(4)  Bl-istess mod, il-magni tat-tiftix online jistgħu jkunu sorsi importanti ta' traffiku tal-Internet għan-negozji li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi permezz tas-siti web u li għalhekk jistgħu jaffettwaw ferm is-suċċess kummerċjali ta' dawn l-utenti ta' siti web korporattivi li joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom online fis-suq intern. F'dan ir-rigward, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, inkluż ta' dawk is-siti web li fihom l-utenti ta' siti web korporattivi joffru l-prodotti u s-servizzi tagħhom lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali ta' dawk l-utenti ta' siti web korporattivi. Għalhekk, anki fin-nuqqas ta' relazzjoni kuntrattwali mal-utenti ta' siti web korporattivi, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online jistgħu, fil-fatt, iġibu ruħhom b'mod unilaterali b'mod li jista' jkun inġust u li jista' jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti ta' siti web korporattivi u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni.

(5)  Barra minn hekk, in-natura tar-relazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tista' twassal ukoll għal sitwazzjonijiet li fihom l-utenti kummerċjali ta' spiss ikollhom possibbiltajiet limitati biex ifittxu rimedju meta l-azzjonijiet unilaterali tal-fornituri ta' dawk is-servizzi jwasslu għal tilwima. F'ħafna każijiet, dawk il-fornituri ma joffrux sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti li jkunu aċċessibbli u effettivi. Il-mekkaniżmi alternattivi eżistenti tar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti jistgħu jkunu ineffettivi wkoll għal bosta raġunijiet varji, fosthom in-nuqqas ta' medjaturi speċjalizzati u l-biża' ta' ritaljazzjoni li jkollhom l-utenti kummerċjali.

(6)  Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online, kif ukoll ▌ it-tranżazzjonijiet iffaċilitati minn dawk is-servizzi, għandhom potenzjal intrinsiku transfruntier u għandhom importanza partikolari għall-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-Unjoni fl-ekonomija ta' żmienna. Il-prattiki kummerċjali potenzjalment inġusti u dannużi ta' ċerti fornituri ta' dawk is-servizzi, u n-nuqqas ta' mekkaniżmi ta' rimedju effettivi, ixekklu l-ħatfa sħiħa ta' dak il-potenzjal u jaffettwaw b'mod negattiv il-funzjonament xieraq tas-suq intern. ▌

(7)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti sett ta' regoli obbligatorji fil-livell ta' Unjoni biex jiżguraw ambjent ta' negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern. B'mod partikolari, l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkollhom it-trasparenza xierqa, kif ukoll il-possibbiltajiet ta' rimedju effettiv, mal-Unjoni kollha sabiex jiġi ffaċilitat in-negozju transfruntier fi ħdan l-Unjoni u b'hekk jittejjeb il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u sabiex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni emerġenti possibbli fl-oqsma speċifiċi koperti b’dan ir-Regolament.

(8)  ▌ Dawk ir-regoli jenħtieġ li jipprovdu wkoll inċentivi xierqa biex jiġu promossi l-korrettezza u t-trasparenza, speċjalment fejn jidħol l-ikklassifikar tal-utenti ta' siti web korporattivi fir-riżultati ta’ tiftix iġġenerati mill-magni tat-tiftix online. Fl-istess ħin, dawk ir-regoli jenħtieġ li jirrikonoxxu u jissalvagwardjaw il-potenzjal importanti tal-innovazzjoni fl-ekonomija usa' tal-pjattaformi online u jippermettu li jkun hemm kompetizzjoni tajba li twassal għal għażla akbar għall-konsumaturi. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax il-liġi ċivili nazzjonali, b'mod partikolari l-liġi kuntrattwali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni, l-effetti jew it-terminazzjoni ta' kuntratt, sa fejn ir-regoli tal-liġi ċivili nazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u sa fejn l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li japplikaw il-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu jew jissanzjonaw imġiba unilaterali jew prattiki kummerċjali inġusti sal-punt li l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.

(9)  Peress li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online tipikament ikollhom dimensjoni globali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun japplika għall-fornituri ta' dawk is-servizzi irrispettivament minn jekk ikunux stabbiliti f'xi Stat Membru jew barra mill-Unjoni, diment li jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel nett, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jenħtieġ li jkunu stabbiliti fl-Unjoni. It-tieni nett, permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jenħtieġ li joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni mill-inqas għal parti mit-tranżazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat jekk utenti kummerċjali jew utenti ta' siti web korporattivi humiex qed joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġi aċċertat jekk huwiex evidenti li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jidderieġux l-attivitajiet tagħhom lejn il-konsumaturi li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dan il-kriterju jenħtieġ li jiġi interpretat b'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) u l-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5). Dawn il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jinsabu fl-Unjoni, iżda la hu meħtieġ li jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fl-Unjoni u lanqas ma jeħtieġ ikollhom iċ-ċittadinanza ta' xi Stat Membru. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika meta utenti kummerċjali jew utenti ta' siti web korporattivi ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, jew meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda jużaw servizzi tal-intermedjazzjoni online jew magni tat-tiftix online li joffru prodotti jew servizzi esklussivament għal konsumaturi li jinsabu barra l-Unjoni jew għal persuni li mhumiex konsumaturi. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika irrispettivament mil-liġi li altrimenti tkun applikabbli għal kuntratt.

(10)  Varjetà wiesgħa ta' relazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi ▌ huma intermedjati online minn fornituri li joperaw servizzi b'diversi naħat li essenzjalment huma bbażati fuq l-istess mudell tan-negozju tal-bini ta' ekosistemi. Biex ikopru s-servizzi rilevanti, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiġu definiti b'mod preċiż u teknoloġikament newtrali. B'mod partikolari, is-servizzi jenħtieġ li jkunu jikkonsistu f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, li huma kkaratterizzati mill-fatt li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjonijiet ikunux finalment konklużi online, fuq il-portal online tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online inkwistjoni jew fuq dak tal-utent kummerċjali, ▌ offline jew fuq l-ebda wieħed minnhom, li jfisser li jenħtieġ li ma hemm l-ebda rekwiżit għal kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi bħala prekundizzjoni għal servizzi tal-intermedjazzjoni online fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Is-sempliċi inklużjoni ta' servizz ta' natura marġinali biss jenħtieġ li ma titqiesx li tagħmel l-għan ta' sit web jew servizz li jiffaċilita t-tranżazzjonijiet fis-sens tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Barra minn hekk, is-servizzi jenħtieġ li jingħataw abbażi ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri u l-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi. Din ir-relazzjoni kuntrattwali jenħtieġ li titqies li teżisti meta ż-żewġ partijiet konċernati jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jintrabtu b'mod inekwivokabbli ▌ fuq mezz durabbli, mingħajr ma jkun bilfors meħtieġ xi ftehim espress bil-miktub.

(11)  Għalhekk eżempji ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online li jkopri dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu swieq tal-kummerċ elettroniku online, fosthom dawk kollaborattivi li fihom l-utenti kummerċjali jkunu attivi, servizzi tal-applikazzjonijiet online bħall-ħwienet tal-applikazzjonijiet, u s-servizzi online tal-midja soċjali, irrispettivament mit-teknoloġija li tintuża biex jingħataw tali servizzi. F'dan is-sens, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jingħataw ukoll permezz tat-teknoloġija ta' assistenza vokali. Jenħtieġ ukoll li ma jkunx rilevanti jekk dawk it-tranżazzjonijiet bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi jinvolvux kwalunkwe ħlas monetarju jew jekk huma jiġux konklużi parzjalment offline. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online bejn il-pari mingħajr il-preżenza ta' utenti kummerċjali, servizzi tal-intermedjazzjoni online purament minn negozju għal negozju li mhumiex offruti lill-konsumaturi, għodod tar-reklamar online u skambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi. Għall-istess raġuni, is-servizzi tas-software għall-ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix kif ukoll servizzi li jduru madwar software li jimblokka r-reklamar jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament. Il-funzjonalitajiet u l-interfaċċji teknoloġiċi li jorbtu biss il-hardware u l-applikazzjonijiet jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament, peress li normalment ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Madankollu, tali funzjonalitajiet jew interfaċċi jistgħu jkunu direttament konnessi jew anċillari għal ċerti servizzi tal-intermedjazzjoni online u fejn dan ikun il-każ, il-fornituri rilevanti tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' trasparenza relatati mat-trattament differenzjat abbażi ta' dawn il-funzjonalitajiet u l-interfaċċi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament lanqas ma jkun japplika għas-servizzi tal-pagament online għax dawn minnhom infushom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti applikabbli, iżda huma awżiljarji b'mod inerenti għat-tranżazzjoni għall-forniment ta' prodotti u servizzi lill-konsumaturi kkonċernati.

(12)  B'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-fatt li l-pożizzjoni dipendenti tal-utenti kummerċjali ġiet osservata prinċipalment fir-rigward tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jservu ta' portal għall-konsumaturi bl-għamla ta' persuni fiżiċi, il-kunċett ta' konsumatur użati biex jiddelinja l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jinftiehem bħala li jirreferi biss għall-persuni fiżiċi, li jkunu qed jaġixxu għal finijiet li huma barra mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħhom.

(13)  Meta wieħed iqis il-pass mgħaġġel tal-innovazzjoni, id-definizzjoni ta' magna tat-tiftix online użata f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun teknoloġikament newtrali. B'mod partikolari, id-definizzjoni jenħtieġ li tinftiehem fis-sens li tħaddan ukoll ir-rikjesti vokali.

(14)  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom it-tendenza li jużaw termini u kundizzjonijiet ifformulati minn qabel u biex jipproteġi b'mod effettiv lill-utenti kummerċjali meta meħtieġ, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika meta t-termini u l-kundizzjonijiet ta' relazzjoni kuntrattwali, irrispettivament mill-isem jew l-għamla tagħhom, huma determinati b'mod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Jekk it-termini u l-kundizzjonijiet ikunux iddeterminati b'mod unilaterali jenħtieġ li jiġi evalwat każ b’każ abbażi ta' valutazzjoni ġenerali. Għal dik il-valutazzjoni ġenerali, id-daqs relattiv tal-partijiet ikkonċernati, il-fatt li negozjati seħħu, jew li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu kienu soġġetti għal tali negozjati u ddeterminati flimkien mill-fornituri rilevanti u l-utent kummerċjali jenħtieġ li, minnu nnifsu, ma jkunx deċiżiv. Barra minn hekk, l-obbligu għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jagħmlu t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom faċilment disponibbli għall-utenti kummerċjali, inkluż fl-istadju prekuntrattwali tar-relazzjoni kummerċjali tagħhom, ifisser li l-utenti kummerċjali mhux se jiġu mċaħħda mit-trasparenza li tirriżulta minn dan ir-Regolament minħabba li jistgħu b'xi mod jinnegozjaw b'suċċess.

(15)  Biex jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' relazzjoni kuntrattwali jkunu jippermettu li l-utenti kummerċjali jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-użu, it-terminazzjoni u s-sospensjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u jiksbu l-prevedibbiltà fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jenħtieġ li jitfasslu b'lingwaġġ sempliċi u intelliġibbli . Jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet ma jitqisux li tfasslu b'lingwaġġ sempliċi u intelliġibbli meta dawn ikunu vagi, mhux speċifiċi jew mingħajr ċertu dettall dwar kwistjonijiet kummerċjali importanti u għalhekk jonqsu milli jagħtu livell raġonevoli ta' prevedibbiltà lill-utenti kummerċjali fejn jidħlu l-aktar aspetti importanti tar-relazzjoni kuntrattwali. Barra minn hekk, lingwaġġ qarrieqi jenħtieġ li ma jitqiesx sempliċi u intelliġibbli.

(16)  Bil-għan li jkun żgurat li l-utenti kummerċjali jkollhom biżżejjed ċarezza fir-rigward tal-post fejn l-oġetti jew is-servizzi tagħhom qegħdin jiġu kkummerċjalizzati u dwar min huma d-destinatarji ta' tali kummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw, fil-konfront tal-utenti kummerċjali tagħhom, it-trasparenza fir-rigward ta' kwalunkwe mezz ta’ distribuzzjoni i u programm affiljat potenzjali addizzjonali li huma jistgħu jużaw biex jikkummerċjalizzaw dawk l-prodotti jew is-servizzi. Mezzi u programmi affiljati addizzjonali jenħtieġ li jinftiehmu b'mod teknoloġikament newtrali iżda jistgħu, fost l-oħrajn, jinkludu siti web, apps jew servizzi oħrajn tal-intermedjazzjoni online użati biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti jew is-servizzi offruti mill-utent kummerċjali.

(17)  Is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali online jista' jkollhom importanza ekonomika sinifikanti kemm għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kif ukoll għall-utenti kummerċjali tagħhom. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali u għall-fehim aħjar tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jinkludu, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, informazzjoni ġenerali, jew aktar dettaljata, jekk ikunu jixtiequ, rigward l-effetti globali, jekk ikun hemm, ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet dwar is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utent kummerċjali. Tali informazzjoni tista', inter alia, tinkludi informazzjoni bħall-użu ġenerali ta' logos, trademarks jew ismijiet ta' ditti.

(18)  Li tkun żgurata t-trasparenza fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tista' tkun essenzjali biex jiġu promossi relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli u biex tkun evitata l-imġiba inġusta għad-detriment tal-utenti kummerċjali. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ikunu disponibbli faċilment fl-istadji kollha tar-relazzjoni kummerċjali, inkluż għall-utenti kummerċjali prospettivi fil-fażi prekuntrattwali, u li kwalunkwe bidla f'dawk it-termini tiġi notifikata lill-utenti kummerċjali kkonċernati fuq mezz durabbli u fi żmien perijodu ta' notifika stabbilit li jkun raġonevoli u proporzjonat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi u ta' mill-inqas 15-il jum. Perijodi ta' avviż proporzjonati itwal ta' aktar minn 15-il jum jenħtieġ li jingħataw meta l-bidliet proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali sabiex jikkonformaw mal-bidla, pereżempju billi jitolbuhom jagħmlu aġġustamenti tekniċi sinifikanti għall-prodotti u s-servizzi tagħhom. Jenħtieġ li dak il-perijodu ta' notifika ma jkunx japplika jekk, u sa fejn, dan jiġi rinunzjat b'mod mhux ambigwu mill-utent kummerċjali kkonċernat jew meta, u sa fejn, il-ħtieġa li tiġi implimentata l-bidla mingħajr rispett għall-perijodu ta' notifika tkun toħroġ minn obbligu legali jew regolatorju impost fuq il-fornitur tas-servizzi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. Madankollu, tibdiliet editorjali proposti jenħtieġ li ma jkunux koperti mit-terminu "bidla" sakemm dawn ma jbiddlux il-kontenut jew it-tifsira tat-termini u l-kundizzjonijiet. Ir-rekwiżit li jiġu nnotifikati l-bidliet proposti fuq mezz durabbli jenħtieġ li jippermetti lill-utenti kummerċjali biex jirrieżaminaw b'mod effettiv dawn il-bidliet fi stadju aktar tard. L-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jtemmu l-kuntratt tagħhom fi żmien 15-il jum mill-wasla ta-notifika ta’ kwalunkwe bidla, dment li ma japplikax perijodu iqsar tal-kuntratt, pereżempju li jirriżulta mil-liġi ċivili nazzjonali.

(19)  B'mod ġenerali, is-sottomissjoni ta' prodtti jew servizzi ġodda, inklużi applikazzjonijiet ta' software, għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li tiġi kkunsidrata bħala azzjoni affermattiva ċara, li tirriżulta fir-rinunzja, mill-utent kummerċjali, tal-perijodu ta' notifika meħtieġ għall-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet. Madankollu, meta l-perijodu ta' notifika raġonevoli u proporzjonat huwa ta' aktar minn 15-il jum għax il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu lill-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti lill-prodotti jew lis-servizzi tiegħu, il-fatt li l-utent kummerċjali jippreżenta prodotti u servizzi ġodda jenħtieġ li ma jitqiesx bħala rinunzja awtomatika għall-perijodu ta' notifika. Jenħtieġ li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistenna li l-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu lill-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti meta, pereżempju, jitneħħew jew jiżdiedu karatteristiċi sħaħ tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li għalihom l-utenti kummerċjali kellhom aċċess, jew meta l-utenti kummerċjali jistgħu jkollhom bżonn jadattaw il-prodotti tagħhom jew jagħmlu riprogrammazzjoni tas-servizzi tagħhom biex ikunu jistgħu jkomplu joperaw permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(20)  Biex jitħarsu l-utenti kummerċjali u biex tiġi pprovduta ċertezza legali għaż-żewġ naħat, termini u kundizzjonijiet li ma jkunux konformi jenħtieġ li jkunu nulli u bla effett, jiġifieri, daqslikieku qatt ma eżistew, b'effetti erga omnes u ex tunc. Jenħtieġ li dan madankollu jikkonċerna biss id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi. Il-bqija tad-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jibqgħu validi u infurzabbli, sakemm dawn ikunu jistgħu jinfirdu mid-dispożizzjonijiet li mhumiex konformi. Kull bidla li ssir ħesrem fit-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tista' tfixkel b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tal-utenti kummerċjali. Għaldaqstant, biex jiġu limitati dawn l-effetti negattivi fuq l-utenti kummerċjali u jkun skoraġġit dan it-tip ta' aġir, il-bidliet li jsiru bi ksur tal-obbligu li jingħata perijodu ta' notifika stabbilit jenħtieġ li jkunu nulli u bla effett, jiġifieri, daqslikieku qatt ma eżistew, b'effetti erga omnes u ex tunc.

(21)  Sabiex jiġi żgurat li l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet kummerċjali offruti mis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, il-fornituri ta' dawn is-servizzi jenħtieġ li ma jipprevenux kompletament lill-utenti kummerċjali tagħhom milli juru l-identità tan-negozjar tagħhom bħala parti mill-offerta jew mill-preżenza tagħhom għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti. Madankollu, din il-projbizzjoni ta' interferenza jenħtieġ li ma tinftiehemx bħala dritt li l-utenti kummerċjali jiddeterminaw b'mod unilaterali l-preżentazzjoni tal-offerta jew tal-preżenza tagħhom fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti.

(22)  Fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' jkollu raġunijiet leġittimi biex jiddeċiedi li jirrestrinġi, jissospendi jew itemm ▌ il-forniment tas-servizzi tiegħu lil xi utent kummerċjali partikolari, inkluż billi jneħħi mil-lista xi prodotti jew servizzi individwali ta' utent kummerċjali partikolari jew effettivament billi jneħħi r-riżultati ġġenerati mit-tiftix. Jekk ma jkunux sospiżi, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu wkoll jirrestrinġu l-elenki individwali ta' utenti kummerċjali; pereżempju, billi jitniżżlu l-isfel fil-klassifika jew billi tiġi affettwata b’mod negattiv l-apparenza tal-utenti kummerċjali (“dimming”) li tista' tinkludi t-tniżżil l-isfel fl-ikklassifikar. Madankollu, minħabba li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jaffettwaw ferm l-interessi tal-utent kummerċjali kkonċernat, dawn jenħtieġ li, qabel jew fil-ħin li r-restrizzjoni jew is-sospensjoni jkollha effett, jiġu pprovduti b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli. Sabiex jiġi minimizzat l-impatt negattiv ta' tali deċiżjonijiet fuq l-utenti kummerċjali, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jippermettu wkoll li jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għal dik id-deċiżjoni fil-qafas tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, li se jgħinu lill-utent kummerċjali, fejn dan ikun possibbli, biex tiġi stabbilita l-konformità mill-ġdid. Barra minn hekk, meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jirrevoka d-deċiżjoni li tirrestrinġi, tissospendi jew ittemm, pereżempju minħabba li d-deċiżjoni tkun saret bi żball jew il-ksur tat-termini u l-kundizzjonijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni ma jkunx twettaq in mala fede u jkun ġie rimedjat b'mod sodisfaċenti, il-fornitur jenħtieġ li jintegra mill-ġdid l-utent kummerċjali kkonċernat mingħajr dewmien żejjed, inkluż jipprovdi lill-utenti kummerċjali bi kwalunkwe aċċess għad-data personali jew data oħra, jew it-tnejn, disponibbli qabel id-deċiżjoni. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet rigward id-deċiżjoni li tirrestrinġi, tissospendi jew ittemm il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li tippermetti li l-utenti kummerċjali jaċċertaw jekk hemmx lok għal kontestazzjoni tad-deċiżjoni, u b'hekk jitjiebu l-possibbiltajiet tal-utenti kummerċjali li jfittxu rimedju effettiv meta meħtieġ. ▌Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ li tidentifika ▌ r-raġunijiet tad-deċiżjoni, abbażi tar-raġunijiet li l-fornitur kien stabbilixxa minn qabel fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, u jenħtieġ li tirreferi b'mod proporzjonat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi rilevanti, inklużi notifiki ta' partijiet terzi, li wasslu għal dik id-deċiżjoni. Madankollu, l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li ma jkunx obbligat li jipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal restrizzjonijiet, sospensjonijiet jew terminazzjonijiet jekk ikun qed jikser obbligu legali jew regolatorju. Barra minn hekk, jenħtieġ li dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx meħtieġa fejn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżulta fit-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

(23)  It-terminazzjoni tas-servizzi kollha tal-intermedjazzjoni online u t-tħassir ta' data relatat ipprovdut għall-użu jew iġġenerat permezz tal-forniment ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online jirrappreżentaw telf ta' informazzjoni essenzjali li jista' jkollu impatt sinifikanti fuq l-utenti kummerċjali u jista' jfixkel ukoll il-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw kif jixraq id-drittijiet l-oħra mogħtija lilhom minn dan ir-Regolament. Għalhekk, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat dikjarazzjoni tar-raġunijiet fuq mezz durabbli, mill-inqas 30 jum qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu. Madankollu, f'każijiet fejn obbligu legali jew regolatorju jirrikjedi li fornitur ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online jtemm il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan il-perijodu ta' notifika jenħtieġ li ma japplikax. Bl-istess mod, il-perijodu ta' notifika ta' 30 jum jenħtieġ li ma japplikax fejn fornitur ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online jinvoka d-drittijiet ta' terminazzjoni skont il-liġi nazzjonali b'konformità mal-liġi tal-Unjoni li jippermettu t-terminazzjoni immedjata fejn, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ speċifiku u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-interessi taż-żewġ partijiet, ma jistax jiġi raġonevolment mistenni li jkompli r-relazzjoni kuntrattwali sat-tmiem miftiehem jew sal-iskadenza ta' perijodu ta' notifika. Fl-aħħar nett, il-perijodu ta' notifika ta' 30 jum jenħtieġ li ma japplikax fejn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' juri ksur ripetut tat-termini u l-kundizzjonijiet. Id-diversi eċċezzjonijiet għall-perijodu ta' notifika ta' 30 jum jistgħu b'mod partikolari jinħolqu b'rabta mal-kontenut illeċitu jew mhux xieraq, is-sikurezza ta' prodott jew servizz, il-falsifikazzjoni, il-frodi, il-malware, l-ispam, il-ksur tad-data, riskji oħra ta' ċibersigurtà jew l-adegwatezza tal-prodott jew is-servizz għall-minorenni. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li, fejn ikun raġonevoli u teknikament fattibbli, ineħħu biss prodotti jew servizzi individwali ta' utent kummerċjali. It-terminazzjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tikkostitwixxi l-aktar miżura severa.

(24)  L-ikklassifikar tal-prodotti u s-servizzi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u, għaldaqstant, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti kummerċjali li joffru dawk il-prodotti u s-servizzi lill-konsumaturi. L-ikklassifikar jirreferi għall-prominenza relattiva tal-offerti tal-utenti kummerċjali jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, li jirriżultaw mill-użu ta' sekwenzar algoritmiku, mekkaniżmi tal-ikklassifikar jew tar- riċensjoni, prominenza viżwali jew għodod oħra li jagħtu prominenza, jew kombinamenti ta' dawn. Il-prevedibbiltà tinvolvi li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeterminaw l-ikklassifikar b'mod mhux arbitrarju. Għalhekk, il-fornituri jenħtieġ li jiddeskrivu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar minn qabel, biex titjieb il-prevedibbiltà għall-utenti kummerċjali, biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar u biex dawn ikunu jistgħu jqabblu l-prattiki tal-ikklassifikar ta' fornituri differenti. Id-disinn speċifiku ta' dan l-obbligu ta' trasparenza huwa importanti għall-utenti kummerċjali peress li jimplika l-identifikazzjoni ta' sett limitat ta' parametri li huma l-aktar rilevanti għal għadd possibbilment ferm akbar ta' parametri li jkollhom xi impatt fuq l-ikklassifikar. Din id-deskrizzjoni motivata jenħtieġ li tgħin lill-utenti kummerċjali biex itejbu l-preżentazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, jew xi karatteristiċi inerenti ta' dawk il-prodotti jew is-servizzi. Il-kunċett ta' parametri prinċipali jenħtieġ li jinftiehem li qed jirreferi għal kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati fl-algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta' aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-ikklassifikar. ▌

(25)  Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tkun tinkludi wkoll spjegazzjoni ta' kwalunkwe possibbiltà li jkollhom l-utenti kummerċjali biex jinfluwenzaw b'mod attiv l-ikklassifikar mar-rimunerazzjoni, kif ukoll spjegazzjoni tal-effetti relattivi tagħhom. F'dan ir-rigward, ir-rimunerazzjoni tista' tirreferi għal ħlasijiet magħmula bil-għan ewlieni jew uniku li jittejjeb l-ikklassifikar, kif ukoll għal rimunerazzjoni indiretta fl-għamla tal-aċċettazzjoni minn utent kummerċjali ta' obbligi addizzjonali ta' kwalunkwe tip li jista' jkollhom dan it-titjib bħala l-effett prattiku tagħhom, bħall-użu ta' servizzi li huma anċillari jew ta’ kwalunkwe karatteristiċi primjum. Il-kontenut tad-deskrizzjoni, inkluż l-għadd u t-tip tal-parametri prinċipali, jista' għaldaqstant ivarja ħafna skont is-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online, iżda jenħtieġ li din id-deskrizzjoni tipprovdi lill-utenti kummerċjali fehim sew ta' kif il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar ikun qed iqis il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi proprja li joffri l-utent kummerċjali, u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi tas-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online. L-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kwalità tal-prodotti jew is-servizzi tal-utenti kummerċjali, l-użu ta' edituri u l-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw l-ikklassifikar ta' dawk il-prodotti jew servizzi, l-ilħuq tal-impatt tar-rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar kif ukoll l-elementi li mhumiex relatati, jew inkella huma biss relatati b'mod remot mal-prodott jew is-servizz innifsu, bħall-karatteristiċi tal-preżentazzjoni tal-offerta online, jistgħu jkunu eżempji ta' parametri prinċipali li, meta jiġu inklużi f'deskrizzjoni ġenerali tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar b'lingwaġġ sempliċi u intelliġibbli, jenħtieġ li jgħinu lill-utenti kummerċjali jiksbu l-fehim adegwat meħtieġ tal-funzjonament tiegħu.

(26)  Bl-istess mod, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, notevolment ta' dawk is-siti web li permezz tagħhom l-impriżi joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti ta' siti web korporattivi. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tal-magni tat-tiftix online jipprovdu deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tas-siti web, kollha indiċjati, u l-importanza relattiva ta' dawk il-parametri prinċipali fil-konfront ta' parametri oħrajn, inkluż dawk tal-utenti ta' siti web korporattivi kif ukoll ta' siti web oħrajn. Minbarra l-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi, fil-każ tal-magni tat-tiftix online, din id-deskrizzjoni jenħtieġ li tippermetti li l-utenti ta' siti web korporattivi jiksbu fehim adegwat jekk humiex qed jitqiesu ċerti karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat, bħalma huma l-ottimizzazzjoni tagħhom biex jidhru fuq it-tagħmir tat-telekomunikazzjoni mobbli, u jekk iva kif u sa liema punt. Jenħtieġ li tinkludi wkoll spjegazzjoni ta' kwalunkwe possibbiltà li l-utenti ta’ siti web korporattivi jinfluwenzaw b'mod attiv l-ikklassifikar permezz ta' rimunerazzjoni, kif ukoll spjegazzjoni tal-effetti relattivi ta' dan. Fin-nuqqas ta' relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri tal-magni tat-tiftix online u l-utenti ta' siti web korporattivi, dik id-deskrizzjoni jenħtieġ li tkun aċċessibbli għall-pubbliku b'mod viżibbli u faċilment aċċessibbli fuq il-magna tat-tiftix online rilevanti. Jenħtieġ li ma jinftiehemx li ż-żoni tas-siti web li jirrikjedu lill-utenti biex jilloggjaw jew jirreġistraw huma faċilment u pubblikament disponibbli f'dan is-sens. Biex tkun żgurata l-prevedibbiltà tal-utenti ta' siti web korporattivi, id-deskrizzjoni jenħtieġ li tinżamm ukoll aġġornata, inkluż il-possibbiltà li kwalunkwe bidla fil-parametri prinċipali jenħtieġ li tkun identifikabbli faċilment. L-eżistenza ta' deskrizzjoni aġġornata tal-parametri prinċipali tkun ukoll ta' ġid tal-utenti tal-magna tat-tiftix online li mhumiex utenti ta' siti web korporattivi. F'xi każijiet, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online jistgħu jiddeċiedu li jinfluwenzaw l-ikklassifikar f'każ speċifiku jew ineħħu sit web partikolari minn ikklassifikar abbażi ta' notifika minn parti terza. Għall-kuntrarju tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, minħabba n-nuqqas ta' kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali bejn il-partijiet, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online ma jistgħux ikunu mistennija jinnotifikaw lil utent ta' siti web korporattivi direttament dwar tibdil fl-ordni tal-ikklassifikar jew tneħħija mil-lista minħabba notifika minn parti terza. Madankollu, utent ta' sit web korporattiv jenħtieġ li jkun jista' jispezzjona l-kontenut tan-notifika li tkun wasslet għat-tibdil fl-ordni tal-ikklassifikar f’każ speċifiku jew għat-tneħħija mil-lista ta’ sit web partikolari, billi jinvestiga l-kontenut tan-notifika bħal pereżempju f'bażi tad-data online aċċessibbli pubblikament. Dan jista' jgħin inaqqas l-abbużi potenzjali, mill-kompetituri, ta’ notifiki li jistgħu jwasslu għal tneħħija mil-lista.

(27)  Il-fornituri ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta' magni tat-tiftix online jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jiżvelaw id-dettalji tal-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar tagħhom, inkluż l-algoritmi, taħt dan ir-Regolament. Il-kapaċità tagħhom li jaġixxu kontra l-manipulazzjoni b'mala fede tal-ikklassifikar minn partijiet terzi, inkluż fl-interess tal-konsumaturi, jenħtieġ li daqstant ieħor ma tiddgħajjifx. Deskrizzjoni ġenerali tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar jenħtieġ li tissalvagwardja dawk l-interessi, filwaqt li tipprovdi lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta' siti web korporattivi fehim adegwat tal-funzjonament tal-ikklassifikar fil-kuntest tal-użu tagħhom ta' servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online jew ta' magni ta' tiftix online. Biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li l-kunsiderazzjoni tal-interessi kummerċjali tal-fornituri ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta' magni tat-tiftix online ma għandha, għalhekk, qatt twassal għal rifjut li jiġu żvelati l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar. F'dan ir-rigward, filwaqt li dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), id-deskrizzjoni mogħtija jenħtieġ li, tal-inqas tkun ibbażata fuq data reali dwar ir-rilevanza tal-parametri ta' kklassifikar użati.

(28)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida biex tassisti lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-trasparenza tal-ikklassifikar stabbiliti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan l-isforz jgħin biex jiġi ottimizzat il-mod li bih il-parametri ewlenin li jiddeterminaw l-ikklassifikar jiġu identifikati u ppreżentati lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta' siti web korporattivi.

(29)  Jenħtieġ li t-terminu ta’ prodotti u servizzi anċillari jinftiehem bħala prodotti u servizzi offruti lill-konsumaturi immedjatament qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online sabiex jikkomplementaw il-prodott jew is-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali. Prodotti u servizzi anċillari jirreferu għall-prodotti li tipikament jiddependu fuq, u huma direttament relatati mal-prodott jew servizz primarju sabiex ikunu jistgħu jiffunzjonaw. Għalhekk, it-terminu jenħtieġ li jeskludi prodotti u servizzi li huma biss qed jinbiegħu addizzjonalment għall-prodott jew servizz inkwistjoni iżda mingħajr ma jkunu komplementari fin-natura tagħhom. Eżempji ta’ servizzi anċillari jinkludu servizzi ta’ tiswija għal prodott speċifiku jew għal prodotti finanzjarji bħal assigurazzjoni għall-kiri tal-karozza offruti sabiex jikkomplimentaw il-prodotti jew is-servizzi speċifiċi offruti mill-utent kummerċjali. Bl-istess mod, prodotti anċillari jistgħu jinkludu prodotti li jikkomplimentaw il-prodott speċifiku li qed jiġi offrut mill-utent kummerċjali billi jikkostitwixxu “upgrade” jew għodda ta’ personalizzazzjoni marbuta ma’ dak il-prodott speċifiku. Fornituri ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi li huma anċillari għal prodott jew servizz li qiegħed jinbiegħ minn utent kummerċjali, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom, jenħtieġ li jistabbilixxu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom deskrizzjoni tat-tip ta’ prodotti u servizzi anċillari li qed jiġu offruti. Tali deskrizzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli fit-termini u l-kundizzjonijiet sew jekk il-prodott jew servizz anċillari qiegħed jiġi pprovdut mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online nnifsu sew jekk minn parti terza. Tali deskrizzjoni jenħtieġ li tinftiehem biżżejjed sabiex utent kummerċjali jkun jista’ jifhem jekk kwalunkwe prodott jew servizz huwiex qiegħed jinbiegħ bħala anċillari għal prodott jew servizz tal-utent kummerċjali. Dik id-deskrizzjoni jenħtieġ li mhux neċessarjament tinkludi l-prodott jew is-servizz speċifiku, iżda pjuttost it-tip tal-prodott li qed jiġi offrut bħala komplimentari għall-prodott primarju tal-utent kummerċjali. Barra minn hekk, din id-deskrizzjoni jenħtieġ li tinkludi fiċ-ċirkustanzi kollha jekk u taħt liema kundizzjonijiet utent kummerċjali jista’ joffri l-prodott jew s-servizz anċillari tiegħu stess flimkien mal-prodott jew servizz primarju li huwa qiegħed joffri permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(30)  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta' utent kummerċjali kkontrollat minnu, dak il-fornitur jista' jikkompeti direttament ma' utenti kummerċjali oħrajn tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur, li jista' jagħti lill-fornitur inċentiv ekonomiku u l-kapaċità li juża l-kontroll tiegħu fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jiggarantixxi lill-offerti tiegħu stess, jew lil dawk ta' utent kummerċjali kkontrollat minnu, vantaġġi tekniċi jew ekonomiċi li jista' jiċħad lill-utenti kummerċjali li jikkompetu miegħu. Din l-imġiba tista' tikkomprometti l-kompetizzjoni ġusta u tillimita l-possibbiltajiet ta' għażla tal-konsumaturi. F'dawn is-sitwazzjonijiet b'mod partikolari, hu importanti li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jaġixxi b'mod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni xierqa u jistabbilixxi l-kunsiderazzjonijiet għal kwalunkwe trattament differenzjat, permezz ta' mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi, bħal funzjonalitajiet li jinvolvu sistemi operattivi li jaf ikun jagħti b'rabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess, meta mqabbla ma' dawk offruti mill-utenti kummerċjali. Biex tkun żgurata l-proporzjonalità, dan l-obbligu jenħtieġ li jkun japplika fil-livell tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ġenerali, u mhux fil-livell ta' prodotti jew servizzi individwali offruti permezz ta' dawk is-servizzi.

(31)  Meta fornitur ta’ magna tat-tiftix online nnifsu joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tal-magna tat-tiftix online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta' utent ta' siti web korporattivi li hu jikkontrolla, dak il-fornitur jista' jikkompeti direttament ma' utenti ta' siti web korporattivi oħra tal-magna tat-tiftix online li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur. F'dawn is-sitwazzjonijiet b'mod partikolari, hu importanti li l-fornitur tal-magna tat-tiftix online jaġixxi b'mod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni ta' kwalunkwe trattament differenzjat, permezz ta' mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi, li jaf ikun jagħti b'rabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess jew permezz ta’ utent ta' sit web korporattiv li huwa jikkontrolla, meta mqabbla ma' dawk offruti mill-utenti ta' siti web korporattivi li qed jikkompetu miegħu. Biex tkun żgurata l-proporzjonalità, dan l-obbligu jenħtieġ li jkun japplika fil-livell tal-magni tat-tiftix online ġenerali, u mhux fil-livell ta' prodotti jew servizzi individwali offruti permezz ta' dawk is-servizzi.

(32)  Jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġu indirizzati termini kuntrattwali speċifiċi, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' setgħa ta' negozjar żbilanċjata, sabiex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet kuntrattwali jitwettqu in bona fide u abbażi ta' negozjar ġust. Il-prevedibbiltà u t-trasparenza jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jingħataw opportunità reali biex isiru familjari mal-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet, li allura jenħtieġ li ma jiġux imposti b'effett retroattiv sakemm ma jkunux ibbażati fuq obbligu legali jew regolatorju jew ikunu ta' benefiċċju għal dawk l-utenti kummerċjali. L-utenti kummerċjali jenħtieġ li, barra minn hekk, ikunu offruti ċarezza dwar il-kundizzjonijiet li taħthom ir-relazzjoni kummerċjali tagħhom mal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tista' tintemm. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiżguraw li l-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni huma dejjem proporzjonati u jistgħu jiġu eżerċitati mingħajr diffikultà bla bżonn. Fl-aħħar nett, l-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkunu infurmati b'mod sħiħ dwar kwalunkwe aċċess li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iżommu, wara l-iskadenza tal-kuntratt, għall-informazzjoni li l-utenti kummerċjali jipprovdu jew jiġġeneraw fil-kuntest tal-użu tagħhom tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(33)  L-abbiltà ta' aċċess għad-data, u tal-użu tagħha, inkluż tad-data personali, tista' tippermetti l-ħolqien ta' valur importanti fl-ekonomija tal-pjattaformi online, kemm b'mod ġenerali kif ukoll għall-utenti kummerċjali u s-servizzi tal-intermedjazzjoni involuti. Għaldaqstant, hu importanti li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu lill-utenti kummerċjali deskrizzjoni ċara tal-ambitu, in-natura u l-kundizzjonijiet tal-aċċess tagħhom għal ċerti kategoriji tad-data, u l-użu tagħha. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tkun proporzjonata u tista' tkun tirreferi għal kundizzjonijiet tal-aċċess ġenerali, minflok identifikazzjoni eżawrjenti tad-data attwali, jew ta' kategoriji tad-data. Madankollu, l-identifikazzjoni u l-aċċess għal kundizzjonijiet speċifiċi għal ċerti tipi ta' data attwali li tista' tkun rilevanti ħafna għall-utenti kummerċjali jistgħu jiġu inklużi wkoll fid-deskrizzjoni. Tali data tista' tinkludi kklassifikar u riċensjonijiet akkumulati minn utenti kummerċjali dwar is-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Kollox ma' kollox, jenħtieġ li d-deskrizzjoni ▌tippermetti l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jifhmu jekk jistgħux jużaw id-data biex itejbu l-ħolqien tal-valur, inkluż billi possibbilment iżommu servizzi tad-data minn parti terza. ▌

(34)  Fl-istess linja, huwa importanti għall-utenti kummerċjali li jifhmu jekk il-fornitur jikkondividix ma' partijiet terzi xi data ġġenerata permezz tal-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni mill-utent kummerċjali. Jenħtieġ li, b'mod partikolari, l-utenti kummerċjali jiġu mgħarrfa dwar kwalunkwe kondiviżjoni ta' data ma' partijiet terzi li sseħħ għal finijiet li mhumiex meħtieġa għall-funzjonament adatt tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online; pereżempju fejn il-fornitur irendi d-data fi flus taħt kunsiderazzjonijiet kummerċjali. Sabiex l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet disponibbli biex jinfluwenzaw tali kondiviżjoni tad-data, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkunu espliċiti wkoll dwar kwalunkwe possibbiltà li ma jipparteċipawx fil-kondiviżjoni tad-data meta dawn ikunu jeżistu taħt ir-relazzjoni kuntrattwali tagħhom mal-utent kummerċjali.

(35)  Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li ma jinftiehmux bħala kwalunkwe obbligu għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jxerrdu jew li ma jxerrdux data personali jew mhux personali lill-utenti kummerċjali tagħhom. Madankollu, il-miżuri ta' trasparenza jistgħu jikkontribwixxu biex tiżdied il-kondiviżjoni tad-data u jissaħħu, bħala sors ewlieni ta' innovazzjoni u tkabbir, l-għanijiet li jinħoloq spazju komuni Ewropew tad-data. Jenħtieġ li l-ipproċessar tad-data personali jkun konformi mal-qafas ġuridiku tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u r-rispett tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, partikolarment ir-Regolament (UE) 2016/679(7), id-Direttiva (UE) 2016/680(8) u d-Direttiva 2002/58/KE(9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(36)  F'ċerti każijiet, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jirrestrinġu l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet aktar favorevoli permezz ta' mezzi oħra apparti permezz ta’ dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online. F'dawk il-każijiet, il-fornituri kkonċernati jenħtieġ li jistabbilixxu r-raġunijiet għal dan, b'mod partikolari b'referenza għall-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għar-restrizzjonijiet. Iżda jenħtieġ li dan l-obbligu tat-trasparenza ma jkunx jinftiehem li jaffettwa l-valutazzjoni tal-legalità ta' dawn ir-restrizzjonijiet skont atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri li hija skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż fl-oqsma tal-kompetizzjoni u prattiki kummerċjali inġusti, u l-applikazzjoni ta' dawn il-liġijiet.

(37)  Biex l-utenti kummerċjali, inkluż dawk li ġarrbu restrizzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni tal-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti, ikollhom aċċess għal possibbiltajiet ta' rimedju immedjat, xieraq u effettiv, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu għal sistema interna tat-trattament tal-ilmenti. Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali applikati għal sitwazzjonijiet ekwivalenti, bil-għan li tiżgura li proporzjon sinifikanti tal-ilmenti jkunu jistgħu jissolvew b'mod bilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali rilevanti f'perijodu ta' żmien raġonevoli. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jżommu fis-seħħ matul il-perijodu tal-ilment id-deċiżjoni li jkunu ħadu. Kwalunkwe tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti ma jippreġudikax id-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-utenti kummerċjali kkonċernati li jibdew proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin matul jew wara l-proċess intern tat-trattament tal-ilment. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jippubblikaw u, tal-inqas darba fis-sena, jivverifikaw informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom biex jgħinu lill-utenti kummerċjali biex jifhmu t-tipi ewlenin ta' kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu fil-kuntest tal-forniment ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online differenti u l-possibbiltà li tinstab riżoluzzjoni bilaterali malajr u effettiva.

(38)  Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'rabta mas-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti għandhom l-għan li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiksbu livell raġonevoli ta' flessibbiltà meta joperaw dawk is-sistemi u jindirizzaw ilmenti individwali, ħalli jonqos kemm jista' jkun il-piż amministrattiv. Barra minn hekk, is-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ li jippermettu lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jindirizzaw, meta meħtieġ, b'mod proporzjonat kwalunkwe użu in mala fede ta' dawk is-sistemi min-naħa ta' ċerti utenti kummerċjali. ▌ Fid-dawl tal-ispejjeż biex jinħolqu u jitħaddmu dawn is-sistemi, jixraq li jiġi eżentat minn dawk l-obbligi kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jikkostitwixxi intrapriża żgħira, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(10). Ir-regoli ta' konsolidazzjoni stipulati f'dik ir-Rakkomandazzjoni jiżguraw li tiġi prevenuta kwalunkwe evażjoni. Dik l-eżenzjoni jenħtieġ li ma taffettwax id-dritt ta' tali impriżi li jistabbilixxu, fuq bażi volontarja, sistema interna tat-trattament tal-ilmenti li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(39)  L-użu tal-kelma "interna" jenħtieġ li ma tinftiehemx bħala li tipprevjeni d-delega tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti lil fornitur ta' servizzi estern jew lil struttura korporattiva oħra, dment li tali fornitur jew struttura korporattiva oħra jkollu awtorità sħiħa u l-kapaċità li jiżgura l-konformità tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

(40)  Permezz tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jistgħu jiksbu mezz għar-riżoluzzjoni tat-tilwim b'mod sodisfaċenti, mingħajr il-bżonn li jintużaw proċedimenti ġudizzjarji li jistgħu jkunu twal u għaljin. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiffaċilitaw il-medjazzjoni, b'mod partikolari, billi jidentifikaw minn tal-inqas żewġ medjaturi pubbliċi jew privati li magħhom ikunu lesti jimpenjaw ruħhom. L-għan li tiġi rikjesta l-identifikazzjoni ta’ għadd minimu ta' medjaturi huwa sabiex tiġi ssalvagwardjata n-newtralità tal-medjaturi. Il-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tagħhom minn post barra mill-Unjoni jenħtieġ li jiġu identifikati biss meta jkun żgurat li l-użu ta' dawn is-servizzi bl-ebda mod ma jċaħħdu lill-utenti kummerċjali kkonċernati minn xi protezzjoni legali offruta lilhom skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri, inkluż ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u s-sigrieti kummerċjali. Biex ikunu aċċessibbli, ġusti, u kemm jista' jkun rapidi, effiċjenti u effettivi, dawn il-medjaturi jenħtieġ jissodisfaw ċerti kriterji stabbiliti. Madankollu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jenħtieġ li jibqgħu liberi biex jidentifikaw b'mod konġunt kwalunkwe medjatur tal-għażla tagħhom wara li tkun inqalgħet tilwima bejniethom. F’konformità mad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), il-medjazzjoni prevista f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun proċess volontarju fis-sens li l-partijiet stess ikunu inkarigati mill-proċess u jkunu jistgħu jibdew u jitterminaw fi kwalunkwe ħin. Minkejja n-natura volontarja tagħha, il-fornituri ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jeżaminaw in bona fide t-talbiet għal involviment fil-medjazzjoni prevista f'dan ir-Regolament.

(41)  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni. Għal dan il-għan, il-medjatur jenħtieġ li jissuġġerixxi liema proporzjon hu raġonevoli f'dak il-każ individwali. ▌ Fid-dawl tal-ispejjeż u tal-piż amministrattiv assoċjati mal-ħtieġa li jiġu identifikati medjaturi fit-termini u l-kundizzjonijiet, jixraq li jiġi eżentat minn dak l-obbligu kwalunkwe fornitur ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online li huwa intrapriża żgħira, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni  2003/361/KE. Ir-regoli ta' konsolidazzjoni stipulati f'dik ir-Rakkomandazzjoni jiżguraw li tiġi prevenuta kwalunkwe evażjoni ta’ dak l-obbligu. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jaffettwax id-dritt ta' tali intrapriżi li jidentifikaw medjaturi fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom li jikkonformaw mal-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament.

(42)  Peress li jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkunu dejjem meħtieġa jidentifikaw il-medjaturi li magħhom huma disposti jimpenjaw ruħhom, u jenħtieġ li jkunu obbligati jidħlu in bona fide f'kwalunkwe tentattiv ta' medjazzjoni mwettaq skont dan ir-Regolament, dawn l-obbligi jenħtieġ li jkun stabbilit b'tali mod li jimpedixxi l-abbuż tas-sistema ta' medjazzjoni min-naħa tal-utenti kummerċjali. Jenħtieġ li l-utenti kummerċjali jkunu obbligati wkoll jidħlu f'medjazzjoni in bona fide. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li ma jkunux obbligati jidħlu f'medjazzjoni meta utent kummerċjali jippreżenta każ dwar suġġett li fir-rigward tiegħu tali utent kummerċjali jkun preċedentement ippreżenta każ għal medjazzjoni u fejn il-medjatur ikun iddetermina f'dak il-każ li l-utent kummerċjali ma jkunx aġixxa in bona fide. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li ma jkollhomx l-obbligu li jidħlu f'medjazzjoni mal-utenti kummerċjali li jkunu għamlu tentattivi ta' medjazzjoni ripetuti li fallew. Dawn is-sitwazzjonijiet eċċezzjonali jenħtieġ li ma jillimtawx il-kapaċità tal-utent kummerċjali li jippreżenta każ għal medjazzjoni meta, kif iddeterminat mill-medjatur, is-suġġett tal-medjazzjoni mhuwiex relatat mal-każijiet preċedenti.

(43)  Biex teħfief ir-riżoluzzjoni tat-tilwim relatat mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jużaw il-medjazzjoni fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tinkoraġġixxi t-twaqqif ta' organizzazzjonijiet speċjalizzati tal-medjazzjoni, li bħalissa huma neqsin. Jenħtieġ li l-involviment tal-medjaturi b'għarfien speċjalizzat fis-servizzi tal-intermedjazzjoni online kif ukoll fis-setturi speċifiċi tal-industrija li fi ħdanhom jiġu pprovduti dawk is-servizzi, iżid il-fiduċja taż-żewġ partijiet fil-proċess tal-medjazzjoni u jżid il-probabbiltà li l-proċess iwassal għal eżitu mingħajr dewmien, ġust u sodisfaċenti.

(44)  Diversi fatturi, bħal mezzi finanzjarji limitati, il-biża' ta' ritaljazzjoni u l-għażla esklussiva ta' liġijiet u d-dispożizzjonijiet tal-forum fit-termini u l-kundizzjonijiet, jistgħu jillimitaw l-effikaċja tal-possibbiltajiet eżistenti ta' rimedju ġudizzjarju, b'mod partikolari dawk li jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jaġixxu individwalment u b'mod identifikabbli. Biex tkun żgurata applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew lill-utenti ta' siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali skont il-liġi nazzjonali, inklużi r-rekwiżiti proċedurali nazzjonali. Jenħtieġ li azzjoni bħal din quddiem il-qrati nazzjonali jkollha l-għan li twaqqaf jew tipprojbixxi każijiet ta' ksur tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u li tevita dannu futur li jista' jxekkel ir-relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli fl-ekonomija tal-pjattaformi online. Biex ikun żgurat li tali organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet jeżerċitaw dak id-dritt b'mod effettiv u kif xieraq, dawn jenħtieġ li jissodisfaw ċerti kriterji. B'mod partikolari, huma jeħtiġilhom jiġu debitament stabbiliti skont il-liġi ta' Stat Membru, ikunu ta' natura mingħajr skop ta' qligħ u jilħqu l-objettivi tagħhom fuq bażi sostenibbli. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jipprevjenu kwalunkwe stabbiliment ta' organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ad hoc għall-fini ta' azzjoni speċifika jew azzjonijiet speċifiċi, jew għall-fini ta' profitti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda influwenza mhux dovuta minn kwalunkwe fornitur ta' parti terza ta' finanzjament fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet minn dawk l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet. Sabiex jiġi evitat kunflitt ta' interess, jenħtieġ li, b'mod partikolari, jiġi evitat li l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jkunu soġġetti għal influwenza mhux xierqa minn kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta' kwalunkwe magna tat-tiftix online. L-iżvelar sħiħ u pubbliku tal-informazzjoni dwar is-sħubija u s-sors tal-finanzjament jenħtieġ li jiffaċilita l-qrati nazzjonali f'li jivvalutaw jekk dawn il-kriterji ta' eliġibbiltà humiex issodisfati. Meta jitqies l-istatus partikolari tal-korpi pubbliċi rilevanti fl-Istati Membri fejn dawn il-korpi jkunu ġew stabbiliti, jenħtieġ jintalab biss li dawn ikunu speċifikament responsabbli, skont ir-regoli rilevanti tal-liġi nazzjonali, biex iressqu dawn l-azzjonijiet fl-interess kollettiv tal-partijiet konċernati jew fl-interess ġenerali, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu applikati dawk il-kriterji għal dawn il-korpi pubbliċi. Jenħtieġ li kwalunkwe azzjoni bħal din bl-ebda mod ma taffettwa d-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi li jieħdu azzjoni ġudizzjarja fuq bażi individwali.

(45)  L-identità ta’ organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi li, fil-fehma tal-Istati Membri, jenħtieġ li jkunu kwalifikati li jieħdu azzjoni taħt dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li, matul komunikazzjoni bħal din, l-Istati Membri jirreferu speċifikament għad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti li permezz tagħhom l-organizzazzjoni, l-assoċjazzjoni jew il-korp pubbliku jkun ġie stabbilit u, fejn xieraq, jirreferu għar-reġistru pubbliku rilevanti fejn tkun reġistrata l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni. Din l-opzjoni addizzjonali ta' ħatra mill-Istati Membri jenħtieġ li tipprovdi ċertu livell ta' ċertezza legali u prevedibbiltà li l-utenti kummerċjali u l-utenti ta' siti web korporattivi jistgħu jiddependu fuqhom. Fl-istess ħin, għandha l-għan li tirrendi l-proċeduri ġudizzjarji aktar effiċjenti u iqsar, li jidher xieraq f'dan il-kuntest. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-pubblikazzjoni ta' lista ta' dawk l-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u l-korpi pubbliċi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Inklużjoni f’dik il-lista jenħtieġ li sservi bħala prova li tkun tista’ tiġi kkonfutata tal-kapaċità legali tal-organizzazzjoni, tal-assoċjazzjoni jew tal-korp pubbliku li jkunu qed jieħdu l-azzjoni. Fejn ikun hemm kwalunkwe tħassib dwar ħatra, jenħtieġ li l-Istat Membru li jkun ħatar organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korp pubbliku jinvestiga dak it-tħassib. Organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi li mhumiex maħtura minn Stat Membru jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jressqu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali soġġett għal eżami tal-kapaċità legali skont il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(46)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiżguraw infurzar adegwat u effikaċji ta' dan ir-Regolament. Diġà jeżistu sistemi differenti ta' infurzar fl-Istati Membri, u jenħtieġ li dawn ma jkunux obbligati jistabbilixxu korpi nazzjonali ġodda tal-infurzar. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-opzjoni li jinkarigaw l-awtoritajiet eżistenti, inkluż il-qrati, bl-infurzar ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jobbligax lill-Istati Membri jipprevedu infurzar ex officio jew li jimponu multi.

(47)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja kontinwament l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmira li tistabbilixxi netwerk ta' skambju tal-informazzjoni wiesa' billi tħeġġeġ korpi ta' esperti, ċentri tal-eċċellenza kif ukoll l-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online. Fl-istess ħin, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom f'dan il-kuntest lill-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, dan l-eżerċizzju jenħtieġ li jibbenefika mit-trasparenza mtejba ġenerali fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-utenti kummerċjali u l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u bejn l-utenti ta’ siti web korporattivi u l-magni tat-tiftix online li dan ir-Regolament għandu l-għan li jikseb. Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha ta’ monitoraġġ u rieżami b'mod effettiv skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tiġbor informazzjoni mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jikkooperaw in bona fide biex jiffaċilitaw il-ġbir ta' tali data, fejn applikabbli.

(48)  Il-kodiċijiet ta' kondotta, imfassla mill-fornituri tas-servizzi kkonċernati jew mill-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, jistgħu jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament u għalhekk jenħtieġ li jkunu mħeġġa. Meta jkunu qed jitfasslu dawn il-kodiċijiet ta' kondotta, b'konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti kollha, jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi kkonċernati u l-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs. Dawn il-kodiċijiet ta' kondotta jenħtieġ li jiġu fformulati b'mod oġġettiv u nondiskriminatorju.

(49)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa dan ir-Regolament minn żmien għal żmien u timmonitorja mill-qrib l-effetti tiegħu fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online, b'mod partikolari bil-għan li tiddetermina l-ħtieġa għal tibdil fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi jew kummerċjali rilevanti. Din l-evalwazzjoni jenħtieġ li tinkludi l-effetti fuq l-utenti kummerċjali li jistgħu jirriżultaw mill-użu ġenerali tal-għażla esklużiva ta' dispożizzjonijiet tal-liġi u tal-forum f'termini u kundizzjonijiet li huma unilateralment determinati mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Sabiex tinkiseb stampa wiesgħa tal-iżviluppi fis-settur, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tqis l-esperjenzi tal-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti. Il-grupp ta' esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393 għandu rwol ewlieni biex jinforma l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra b'mod dovut l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp. Wara l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu l-miżuri xierqa. Miżuri ulterjuri, inklużi ta' natura leġislattiva, jistgħu jkunu xierqa jekk u fejn id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament ikunu insuffiċjenti biex jindirizzaw b'mod adegwat l-iżbilanċi u l-prattiki kummerċjali inġusti li jippersistu fis-settur.

(50)  Meta tingħata l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitqiesu kemm jista' jkun il-ħtiġijiet partikolari tal-persuni b'diżabbiltà, b'konformità mal-għanijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà(12).

(51)  Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat ambjent ta’ negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fi ħdan is-suq intern, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformita’ mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(52)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jippromwovi l-applikazzjoni tal-libertà ta’ intrapriża kif stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Karta,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern billi jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta' siti web korporattivi fir-rigward tal-magni tat-tiftix online jingħataw trasparenza xierqa, korrettezza u possibbiltajiet ta' rimedju effettiv.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix online mogħtija, jew offruti biex jingħataw, lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta' siti web korporattivi rispettivament, li l-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tagħhom ikun fl-Unjoni u li, permezz ta’ dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew permezz tal-magni tat-tiftix online, joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-fornituri ta' dawk is-servizzi u irrispettivament mil-liġi li kieku tkun applikabbli.

3.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal servizzi ta' pagament online jew għal għodod tar-reklamar online jew għall-iskambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi.

4.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jipprojbixxi jew jissanzjona imġiba unilaterali jew prattiki kummerċjali inġusti sal-punt li l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-liġi ċivili nazzjonali, b'mod partikolari l-liġi kuntrattwali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni, l-effetti jew it-terminazzjoni ta' kuntratt, sa fejn ir-regoli tal-liġi ċivili nazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni, u sa fejn l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament.

5.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-liġi tal-Unjoni applikabbli fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, il-kompetizzjoni, il-protezzjoni tad-data, il-protezzjoni ta' sigrieti kummerċjali, il-ħarsien tal-konsumatur, il-kummerċ elettroniku u s-servizzi finanzjarji.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)  "utent kummerċjali" tfisser kwalunkwe individwu privat li jaġixxi f'kapaċità kummerċjali jew professjonali li, jew kwalunkwe persuna ġuridika li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(2)  "servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser servizzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)  jikkostitwixxu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13);

(b)  ikunu jippermettu lill-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta' tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn jiġu konklużi finalment dawk it-tranżazzjonijiet;

(c)  jingħataw lill-utenti kummerċjali abbażi ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn ▌il-fornitur ta' dawn is-servizzi u ▌ dawk l-utenti kummerċjali li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi;

(3)  "fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, servizzi tal-intermedjazzjoni online lill-utenti kummerċjali;

(4)  "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li qed taġixxi għal finijiet li ma għandhomx x'jaqsmu mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(5)  "magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali li jippermetti lill-utenti jdaħħlu talbiet biex iwettqu tiftix, fil-prinċipju, tas-siti web kollha, jew tas-siti web b'lingwa partikolari kollha, abbażi ta' talba dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta' kelma muftieħ, talba bil-vuċi, frażi jew input ieħor, u li tagħti lura riżultati fi kwalunkwe format ta' fejn tista' tinstab informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub;

(6)  "fornitur tal-magna tat-tiftix online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, magni tat-tiftix online lill-konsumaturi;

(7)  "utent ta' sit web korporattiv" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża interfaċċa online, jiġifieri kwalunkwe software, inkluż sit web jew parti minnu u applikazzjonijiet, inklużi applikazzjonijiet mobbli, biex toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(8)  "ikklassifikar" tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti ▌ permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix permezz ta' magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati ▌ mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni;

(9)  "kontroll" tfisser proprjetà ta' impriża, jew l-abbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004(14);

(10)  "termini u kundizzjonijiet" tfisser kull terminu u kundizzjoni jew speċifikazzjoni, irrispettivament mill-isem jew il-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tiegħu, u huma determinati b'mod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, bl-evalwazzjoni ta’ dik d-determinazzjoni unilaterali abbażi ta' valutazzjoni ġenerali, li għaliha d-daqs relattiv tal-partijiet ikkonċernati, il-fatt li negozjati seħħu, jew li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu kienu soġġetti għal tali negozjati u ddeterminati flimkien mill-fornituri rilevanti u l-utent tan-negozju ma huwiex, minnu nnifsu, deċiżiv.

(11)  "prodotti u servizzi anċillari" tfisser prodotti u servizzi offruti lill-konsumaturi qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online flimkien u komplementari għall-prodott jew għas-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(12)  "medjazzjoni" tfisser kwalunkwe proċess strutturat kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/52/KE;

(13)  "mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-utenti kummerċjali jaħżnu informazzjoni indirizzata personalment lilhom b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta' żmien adegwat għall-finijiet ta' informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna.

Artikolu 3

Termini u kundizzjonijiet

1.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom:

(a)  jitfasslu b'lingwaġġ sempliċi u intelliġibbli;

(b)  ikunu disponibbli faċilment lill-utenti kummerċjali fl-istadji kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, inkluż l-istadju prekuntrattwali;

(c)  jistabbilixxu r-raġunijiet ▌ għad-deċiżjonijiet li jissospendu jew jitterminaw jew jimponu kwalunkwe tip ieħor ta' restrizzjoni fuq, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom lill-utenti kummerċjali.

(d)  jinkludu informazzjoni dwar kwalunkwe mezz ta' distribuzzjoni addizzjonali u programmi affiljati potenzjali li permezz tagħhom fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jikkummerċjalizzaw prodotti u servizzi offruti mill-utenti kummerċjali;

(e)  jinkludu informazzjoni ġenerali dwar l-effetti tat-termini u l-kundizzjonijiet fuq is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utenti kummerċjali.

2.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinnotifikaw permezz ta' mezz durabbli, lill-utenti kummerċjali kkonċernati kwalunkwe bidla proposta fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

Il-bidliet proposti ma għandhomx jiġu implimentati qabel l-iskadenza ta' perijodu ta' notifika li jkun raġonevoli u proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-bidliet previsti u għall-konsegwenzi tagħhom fuq l-utent kummerċjali kkonċernat. Dak il-perijodu ta' notifika għandu jkun ta' mill-inqas 15-il jum li jibdew mid-data meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jinnotifika lill-utenti kummerċjali kkonċernati dwar il-bidliet proposti. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jagħtu perijodi ta’ notifika itwal meta dan ikun meħtieġ biex jippermettu lill-utenti kummerċjali jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali biex jikkonformaw mal-bidliet.

L-utent kummerċjali kkonċernat għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online qabel l-iskadenza tal-perijodu ta' notifika. Din it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ notifika skont l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx japplika għall-kuntratt perijodu iqsar.

L-utent kummerċjali kkonċernat jista' jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub jew azzjoni affermattiva ċara biex jirrinunzja mill-perijodu ta' notifika msemmi fit-tieni subparagrafu fi kwalunkwe mument mill-wasla tan-notifika skont l-ewwel subparagrafu.

Matul il-perijodu ta' notifika, is-sottomissjoni ta' prodotti jew servizzi ġodda għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandha tiġi kkunsidrata azzjoni affermattiva ċara biex jiġi rinunzjat il-perijodu ta' notifika, ħlief f'każijiet fejn il-perijodu ta' notifika raġonevoli u proporzjonat ikun itwal minn 15-il jum minħabba li l-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu li l-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti tal-prodotti jew tas-servizzi tiegħu. F'każijiet bħal dawn, il-perijodu ta' notifika ma għandux jitqies awtomatikament irrinunzjat fejn l-utent kummerċjali jissottometti prodotti u servizzi ġodda.

3.  It-termini u l-kundizzjonijiet, jew id-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom, li ma jikkonformawx mar-rekwżiti tal-paragrafu 1, kif ukoll il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet implimentati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għandhom ikunu nulli u bla effett.

4.  Il-perijodu ta' notifika stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:

(a)   soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jitolbu jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu b'mod li ma jippermettilux jirrispetta l-perijodu ta' notifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2;

(b)  ikollu b’mod eċċezzjonali jbiddel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu biex jindirizza periklu mhux previst u periklu imminenti li jiddefendi s-servizzi tal-intermedjazzjoni online, il-konsumaturi jew utenti kummerċjali minn frodi, malware, spam, ksur tad-data jew riskji oħra taċ-ċibersigurtà.

5.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li l-identità tal-utent kummerċjali li jipprovdi l-prodotti jew is-servizzi fuq is-servizz tal-intermedjazzjoni online tkun viżibbli b'mod ċar.

Artikolu 4

Restrizzjoni, sospensjoni u terminazzjoni

1.  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jirrestrinġi jew jissospendi ▌ il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari f'dak li jikkonċerna prodotti jew servizzi individwali offruti minn dak l-utent kummerċjali, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernati, qabel jew fil-mument meta r-restrizzjoni jew is-sospensjoni tidħol fis-seħħ, b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

2.  Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mill-inqas 30 jum qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

3.  Fil-każ ta' restrizzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jagħti lill-utent kummerċjali l-opportunità li jiċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi fil-qafas tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti msemmi fl-Artikolu 11. Fejn ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni jiġu revokati mill-fornitur tas-servizzi intermedjarji online, dan għandu jintegra mill-ġdid lill-utent kummerċjali mingħajr dewmien żejjed, inkluż jipprovdi lill-utent kummerċjali bi kwalunkwe aċċess għal data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li jkun irriżulta mill-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti qabel ma jkunu daħlu fis-seħħ ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.

4.  Il-perijodu ta' notifika fil-paragrafu 2 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:

(a)  ikun soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jobbligah jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari b'mod li ma jippermettilux jirrispetta dak il-perijodu ta' notifika; jew

(b)  jeżerċita dritt ta' terminazzjoni għal raġuni imperattiva skont liġi nazzjonali li hija konformi mal-liġijiet tal-Unjoni;

(c)  jista' juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżultaw fit-tmiem tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

F'każijiet fejn il-perijodu ta' notifika fil-paragrafu 2 ma japplikax, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mingħajr dewmien żejjed, b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

5.  Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1, u 2 u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi, inkluż kontenut ta' notifiki ta' partijiet terzi, li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u referenza għar-raġunijiet applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1).

Il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online m'għandux għalfejn jipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet fejn hu soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li ma jipprovdix il-fatti jew iċ-ċirkostanzi speċifiċi jew ir-referenza għar-raġuni jew raġunijiet applikabbli, jew meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista' juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżulta fit-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

Artikolu 5

Ikklassifikar

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta' dawk il-parametri prinċipali meta mqabbla ma' parametri oħra.

2.  Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali, li b'mod individwali jew kollettiv huma l-aktar sinifikanti f'li jiddeterminaw l-ikklassifikar u l-importanza relattiva ta' dawk il-parametri prinċipali, ▌ billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku mfassla b'lingwaġġ sempliċi u intelliġibbli, dwar il-magni tat-tiftix online ta' dawk il-fornituri. Dawn għandhom iżommu dik id-deskrizzjoni aġġornata.

3.  Meta l-parametri prinċipali jinkludu l-possibbiltà li jinfluwenzaw l-ikklassifikar b'rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa mill-utenti kummerċjali jew mill-utenti ta' siti web korporattivi lill-fornitur rispettiv, dak il-fornitur għandu jistabbilixxi wkoll deskrizzjoni ta' dawk il-possibbiltajiet u tal-effetti ta' tali rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

4.  Meta fornitur ta' magna tat-tiftix online jkun biddel l-ordni tal-ikklassifikar f'każ speċifiku jew neħħa mil-lista sit web partikolari wara notifika ta' parti terza, il-fornitur għandu joffri l-possibbiltà biex l-utent ta' siti web korporattivi jispezzjona l-kontenut tan-notifika.

5.  Id-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu biżżejjed biex l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta' siti web korporattivi jkunu jistgħu jiksbu għarfien xieraq ta' jekk il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar jikkunsidrax dawn li ġejjin, u jekk iva kif u sa liema punt:

(a)  il-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-magna tat-tiftix online;

(b)  ir-rilevanza ta' dawk il-karatteristiċi għal dawk il-konsumaturi;

(c)  fir-rigward tal-magna tat-tiftix online, il-karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat mill-utenti ta' siti web korporattivi.

6.  Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-fornituri tal-magni tat-tiftix online ma għandhomx jintalbu jiżvelaw algoritmi jew kwalunkwe informazzjoni li, b'ċertezza raġonevoli, tirriżulta f'li tippermetti li l-konsumaturi jiġu mqarrqa jew issirilhom ħsara permezz tal-manipulazzjoni tar-riżultati ġġenerati mit-tiftix. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943.

7.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-fornituri tal-magni tat-tiftix online mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu u l-infurzar tagħhom, il-Kummissjoni għandha takkumpanja r-rekwiżiti tat-trasparenza stabbiliti f'dan l-Artikolu permezz ta' linji gwida.

Artikolu 6

Prodotti u servizzi anċillari

Meta prodotti u servizzi anċillari, inkluż prodotti finanzjarji, huma offruti lill-konsumaturi permezz ta' servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew minn partijiet terzi, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jikteb fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu deskrizzjoni tat-tip ta' prodotti u servizzi anċillari li huma offruti u deskrizzjoni dwar jekk u taħt liema kundizzjonijiet utent kummerċjali huwa awtorizzat li joffri l-prodotti u s-servizzi anċillari tiegħu permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Artikolu 7

Trattament differenzjat

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' kwalunkwe trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta' dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online, minn, min-naħa, jew dak il-fornitur stess jew minn xi utent kummerċjali kkontrollat minn dak il-fornitur u, min-naħa l-oħra, mill-utenti kummerċjali oħrajn. Dik id-deskrizzjoni għandha tirreferi għall-kunsiderazzjonijiet prinċipali ekonomiċi, kummerċjali jew legali għal tali trattament differenzjat.

2.  Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu deskrizzjoni ta' kwalunkwe trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta' dawk il-magni tat-tiftix online minn, min-naħa, jew dak il-fornitur stess jew minn kwalunkwe utent ta' siti web korporattivi kkontrollat minn dak il-fornitur u, min-naħa l-oħra, mill-utenti ta' siti web korporattivi oħra.

3.  Id-deskrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikopru b'mod partikolari, meta applikabbli, kwalunkwe trattament differenzjat permezz ta' miżuri speċifiċi meħuda mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornitur tal-magna tat-tiftix online, jew bl-imġiba tiegħu, relatati ma' xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-aċċess li l-fornitur, jew li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta’ siti web korporattivi li dak il-fornitur jikkontrolla, jista' jkollhom għal xi data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali, l-utenti ta' siti web korporattivi jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi;

(b)  l-ikklassifikar jew settings oħra applikati mill-fornitur li jinfluwenzaw l-aċċess tal-konsumaturi għal prodotti jew servizzi offruti permezz ta' dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online minn utenti kummerċjali oħrajn jew permezz ta' dawk il-magni tat-tiftix online minn utenti ta' siti web korporattivi oħra;

(c)  kwalunkwe rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa għall-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati;

(d)  l-aċċess għal servizzi, ▌ il-kundizzjonijiet jew kwalunkwe rimunerazzjoni diretta jew indiretta mitluba għall-użu ta' servizzi jew funzjonalitajiet jew interfaċċi tekniċi li huma rilevanti għall-utent kummerċjali jew l-utent ta' siti web korporattivi u li huma konnessi direttament jew anċillari għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati.

Artikolu 8

Termini kuntrattwali speċifiċi

Sabiex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali jsiru in bona fide u abbażi ta' trattament ġust, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom:

(a)  ma jimponux bidliet retroattivi fit-termini u l-kundizzjonijiet, ħlief meta dawn ikunu meħtieġa biex jirrispettaw obbligu legali jew regolatorju jew meta l-bidliet retroattivi ikunu ta' benefiċċju għall-utenti kummerċjali;

(b)  jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom jinkludu informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li taħthom l-utenti kummerċjali jistgħu jtemmu r-relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online; u

(c)  fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom jinkludu deskrizzjoni tal-aċċess tekniku u kuntrattwali, jew in-nuqqas tiegħu, tal-informazzjoni pprovduta jew iġġenerata mill-utent kummerċjali, li huma jżommu wara l-iskadenza tal-kuntratt bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utent kummerċjali.

Artikolu 9

Aċċess għad-data

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-aċċess tekniku u kuntrattwali, jew in-nuqqas tiegħu, tal-utenti kummerċjali għal xi data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi.

2.  Bid-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinfurmaw lill-utenti kummerċjali kif xieraq b'mod partikolari dwar dawn li ġejjin:

(a)  jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu ta' dawk is-servizzi jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi, u jekk iva, għal liema kategoriji ta' dik id-data u b'liema kundizzjonijiet;

(b)  jekk utent kummerċjali għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew għat-tnejn li huma, mogħtija minn dak l-utent kummerċjali b'rabta mal-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew iġġenerata permezz tal-forniment ta' dawk is-servizzi lil dak l-utent kummerċjali u lill-konsumaturi tal-prodotti jew is-servizzi tiegħu, u jekk iva, għal liema kategoriji ta' dik id-data u b'liema kundizzjonijiet;

(c)  minbarra l-punt (b), jekk utent kummerċjali għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew għat-tnejn li huma, inkluż f'forma aggregata, mogħtija jew iġġenerata permezz tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha lil kull utent kummerċjali u lill-konsumaturi tagħhom, u jekk iva, għal liema kategoriji ta' dik id-data u b'liema kundizzjonijiet; u

(d)  jekk kwalunkwe data taħt il-punt (a) hijiex ipprovduta lil partijiet terzi, flimkien ma’, meta l-forniment ta' tali data lil partijiet terzi ma jkunx meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, informazzjoni li tispeċifika l-għan ta' tali kondiviżjoni tad-data, kif ukoll kwalunkwe possibbiltà li l-utenti kummerċjali jagħżlu li ma jipparteċipawx fil-kondiviżjoni tad-data.

3.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679, tad-Direttiva (UE) 2016/680 u tad-Direttiva 2002/58/KE.

Artikolu 10

Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti b'mezzi oħra

1.  Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi b'kundizzjonijiet differenti permezz ta' mezzi oħra, għajr permezz ta' dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.

2.  L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta' atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istati Membri li hi f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Artikolu 11

Sistema interna tat-trattament tal-ilmenti

1.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu sistema interna li tittratta l-ilmenti tal-utenti kummerċjali.

Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti għandha tkun aċċessibbli faċilment u bla ħlas għall-utenti kummerċjali u għandha tiżgura trattament f'perijodu ta' żmien raġonevoli. Din għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' trasparenza u trattament ugwali applikati għal sitwazzjonijiet ekwivalenti, u tittratta l-ilmenti b'mod li jkun proporzjonat mal-importanza u l-kumplessità tagħhom. Din għandha tippermetti lill-utenti kummerċjali jressqu lmenti direttament lill-fornitur ikkonċernat b'rabta ma' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  l-allegat nuqqas ta' konformità minn dak il-fornitur ma' ▌ kwalunkwe obbligu legali stabbilit f'dan ir-Regolament u li jaffettwa ▌ lill-utent kummerċjali li ppreżenta ilment (“l-ilmentatur”);

(b)  kwistjonijiet teknoloġiċi li għandhom x'jaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw ▌ lill-ilmentatur ▌;

(c)  miżuri meħuda minn dak il-fornitur, jew bl-imġiba tiegħu, li għandhom x'jaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw ▌ lill-ilmentatur ▌.

2.  Bħala parti mis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom:

(a)  jikkunsidraw kif xieraq l-ilmenti u s-segwitu li jaf ikollhom bżonn jagħtu lill-ilment biex il-kwistjoni tiġi indirizzata sew ▌;

(b)  jipproċessaw l-ilmenti malajr u b'mod effettiv, skont l-importanza u l-kumplessità tal-kwistjoni;

(c)  jgħarrfu lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, b'mod individwalizzat u mfassal b'lingwaġġ sempliċi u intelliġibbli.

3.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-aċċess għas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom u t-tħaddim tagħha.

4.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, u jagħmluha aċċessibbli faċilment għall-pubbliku. Huma għandhom jivverifikaw l-informazzjoni mill-inqas kull sena u fejn huma meħtieġa bidliet sinifikanti, huma għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta' lmenti mressqa, it-tipi prinċipali ta' ilmenti, il-perijodu medju taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u l-informazzjoni aggregata rigward l-eżitu tal-ilmenti.

5.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar, skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

Artikolu 12

Medjazzjoni

1.  Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jidentifikaw żewġ medjaturi jew iktar li huma lesti jimpenjaw ruħhom biex jippruvaw jilħqu ftehim mal-utenti kummerċjali dwar ir-riżoluzzjoni, barra mill-qorti, ta' kwalunkwe tilwim bejn il-fornitur u l-utent kummerċjali li jinqala' b'rabta mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati, inkluż ilmenti li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 11.

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jidentifikaw biss lill-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom minn post barra l-Unjoni fejn ikun żgurat li l-utenti kummerċjali kkonċernati ma jiġux imċaħħda effettivament mill-benefiċċju tas-salvagwardji legali stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istati Membri minħabba l-fatt li l-medjaturi jkun qed jipprovdu dawn is-servizzi minn barra l-Unjoni.

2.  Il-medjaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  ikunu imparzjali u indipendenti;

(b)  is-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom ikunu affordabbli għal utenti kummerċjali ▌ tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati;

(c)  ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom bil-lingwa tat-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utent kummerċjali kkonċernat;

(d)  ikunu aċċessibbli faċilment, kemm fiżikament fil-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-utent kummerċjali, jew mill-bogħod permezz ta' teknoloġiji tal-komunikazzjoni;

(e)  ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom mingħajr dewmien żejjed;

(f)  ikunu jifhmu biżżejjed ir-relazzjonijiet kummerċjali ġenerali bejn in-negozji, li jippermettulhom jikkontribwixxu b'mod effettiv biex jippruvaw isolvu t-tilwim.

3.  Minkejja n-natura volontarja tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede f'kwalunkwe tentattiv ta' medjazzjoni mwettaq skont dan l-Artikolu.

4.  Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom iġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni f'kull każ individwali. Proporzjon raġonevoli ta' dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta' suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta' dan il-każ inkwistjoni, b'mod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet b'mod relattiv għal xulxin. ▌

5.  Kwalunkwe tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin qabel, waqt jew wara l-proċess tal-medjazzjoni.

6.  Jekk mitluba minn utent kummerċjali, qabel ma jidħlu jew waqt il-medjazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni, tal-utent kummerċjali, informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tal-medjazzjoni relatata mal-attivitajiet tiegħu.

7.  L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Artikolu 13

Medjaturi speċjalizzati

Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tinkoraġġixxi lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex, individwalment jew b'mod konġunt, jistabbilixxu organizzazzjoni waħda jew iktar li jipprovdu servizzi tal-medjazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 12(2), għall-għan speċifiku li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni barra mill-qorti ta' tilwim mal-utenti kummerċjali li jinqala' b'rabta mal-forniment ta' dawk is-servizzi, filwaqt li titqies b'mod partikolari n-natura transfruntiera tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Artikolu 14

Proċedimenti ġudizzjarji minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u minn korpi pubbliċi

1.  L-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li għandhom interess leġittimu f'li jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew f'li jirrappreżentaw lill-utenti ta' siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri, għandu jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti fl-Unjoni, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, biex jitterminaw jew jipprojbixxu xi nuqqas ta' konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki u informazzjoni ma' Stati Membri oħra, abbażi tar-reġistri ta' atti illegali li kienu soġġetti għal ordnijiet ta' inġunzjoni quddiem il-qrati nazzjonali, fejn tali reġistri huma stabbiliti minn korpi pubbliċi jew awtoritajiet rilevanti.

3.  L-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk ▌dawn ikunu jissodisfaw kull rekwiżiti li ġejjin:

(a)  ikunu stabbiliti sew skont il-liġi ta' Stat Membru;

(b)  ikunu qed isegwu għanijiet li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta' utenti kummerċjali jew utenti ta' siti web korporattivi li jirrappreżentaw fuq bażi sostnuta;

(c)  ikunu mingħajr skop ta' qligħ;

(d)  it-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom ma jiġix influwenzat bla bżonn minn kwalunkwe fornitur terz ta' finanzjament, b'mod partikolari minn fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta' magni tat-tiftix online.

Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandhom jiżvelaw bis-sħiħ u pubblikament informazzjoni dwar l-isħubija u s-sors tagħhom ta' finanzjament.

4.  Fl-Istati Membri fejn hemm stabbiliti dawn il-korpi pubbliċi, dawk il-korpi pubbliċi għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, fejn huma responsabbli biex jiddefendu l-interessi kollettivi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta' siti web korporattivi, jew biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

5.  L-Istati Membri jistgħu jaħtru lil:

(a)  organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw mill-inqas ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 fuq talba ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet;

(b)  korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4

li jingħataw id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-fini ta’ kwalunkwe tali organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korpi pubbliċi maħtura.

6.  Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi maħtura skont il-paragrafu 5. Dik il-lista għandha tispeċifika l-fini ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi. Dik il-lista għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Bidliet għal din il-lista għandhom ikunu ppubblikati mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, lista aġġornata għandha tkun imfassla u ppubblikata kull sitt xhur.

7.  Il-qrati għandhom jaċċettaw il-lista msemmija fil-paragrafu 6 bħala prova tal-kapaċità legali tal-organizzazzjoni, tal-assoċjazzjoni jew tal-korp pubbliku, mingħajr preġudizzju tad-dritt tal-qorti li teżamina jekk il-fini tar-rikorrent jiġġustifikax it-teħid ta' azzjoni f'każ speċifiku.

8.  Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni jqajmu xi tħassib rigward il-konformità, minn organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 3, jew, minn korp pubbliku, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4, l-Istat Membru li ħatar dik l-organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korp pubbliku skont il-paragrafu 5 għandu jinvestiga t-tħassib u, fejn adatt, jirrevoka l-ħatra jekk ma jkunx hemm konformità ma' kriterju wieħed jew aktar.

9.  Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta' siti web korporattivi biex jibdew kwalunkwe azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, li hija bbażata fuq drittijiet individwali u għandha l-għan li twaqqaf kwalunkwe nuqqas ta' konformità, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Infurzar

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura infurzar adegwat u effettiv ta' dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li jistipulaw il-miżuri applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-miżuri previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 16

Monitoraġġ

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha timmonitorja mill-qrib l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq ir-relazzjonijiet bejn is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom u bejn il-magni tat-tiftix online u l-utenti tas-siti web korporattivi tagħhom. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tiġbor informazzjoni rilevanti biex timmonitorja l-bidliet f'dawn ir-relazzjonijiet, inkluż billi twettaq studji rilevanti. L-Istati Membri għandhom jassistu lill-Kummissjoni billi jipprovdu, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni rilevanti miġbura inkluż dwar każijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni tista' għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 18, tfittex li tiġbor informazzjoni mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Artikolu 17

Kodiċijiet ta' kondotta

1.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, flimkien mal-utenti kummerċjali, inklużi l-SMEs u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, li għandhom il-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs.

2.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online u lill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex ifasslu kodiċijiet ta' kondotta, li huma speċifikament maħsuba biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa tal-Artikolu 5 ▌.

3.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jadottaw u jimplimentaw kodiċijiet ta' kondotta speċifiċi għas-settur, fejn jeżistu tali kodiċijiet ta' kondotta speċifiċi għas-settur u fejn dawn jintużaw ħafna.

Artikolu 18

Rieżami

1.  Sa ... [18-il xahar wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

2.  L-ewwel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha ssir, b'mod partikolari, fid-dawl tal-aspetti li ġejjin:

(a)   il-valutazzjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 10 u tal-impatt tagħhom fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online;

(b)  il-valutazzjoni tal-impatt u tal-effikaċja ta' kwalunkwe kodiċi ta' kondotta stabbilit biex jitjiebu l-korrettezza u t-trasparenza;

(c)  l-investigazzjoni ulterjuri tal-problemi kkawżati mid-dipendenza tal-utenti kummerċjali mis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u l-problemi kkawżati mill-prattiki kummerċjali inġusti min-naħa tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u għad-determinazzjoni ulterjuri tal-punt sa liema tali prattiki għadhom mifruxin;

(d)  l-investigazzjoni ta' jekk il-kompetizzjoni bejn il-prodotti jew is-servizzi offruti minn utent kummerċjali u l-prodotti jew is-servizzi offruti jew ikkontrollati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tikkostitwixxix kompetizzjoni ġusta u jekk il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jużawx ħażin id-data privileġġjata f'dan ir-rigward;

(e)  il-valutazzjoni tal-effett ta' dan ir-Regolament dwar kwalunkwe żbilanċ possibbli fir-relazzjonijiet bejn il-fornituri tas-servizzi operattivi u l-utenti kummerċjali tagħhom;

(f)  il-valutazzjoni ta' jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam mad-definizzjoni ta' "utent kummerċjali", huwiex adatt biex ma jinkoraġġix impjieg indipendenti fittizju.

L-ewwel evalwazzjoni u l-evalwazzjonijiet sussegwenti għandhom jistabbilixxu jekk hemmx bżonn regoli addizzjonali, inkluż rigward l-infurzar, biex jiżguraw ambjent ta’ negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern. Wara l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha twettaq miżuri xierqa li jistgħu jinkludu proposti leġislattivi.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom li tintalab mill-Kummissjoni bl-iskop li jitfassal ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

4.  Waqt li tkun qed twettaq l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis fost l-oħrajn l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp ta' esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online. Għandha tqis ukoll il-kontenut u l-funzjonament ta' kwalunkwe kodiċi ta' kondotta msemmi fl-Artikolu 17, meta xieraq.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Dan għandu japplika minn ... [tnax-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 177.
(2)ĠU C 440, 6.12.2018, p. 177.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(6)Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
(7)Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(8) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(9) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(10)Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(11) Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3).
(12)Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 37).
(13)Id-Direttiva 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(14)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 fuq il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar il-mergers) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).


Infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ***I
PDF 345kWORD 115k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (COM(2018)0185 – C8-0143/2018 – 2018/0090(COD))
P8_TA-PROV(2019)0399A8-0029/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0185),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0143/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Kunsill Federali Awstrijak u mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Marzu 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0029/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE ▌, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur(2)

P8_TC1-COD(2018)0090


(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva(4),

Billi:

(1)  L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-kisba ta' livell għoli ta' ħarsien għall-konsumatur permezz ta' miżuri adottati skont l-Artikolu 114 TFUE. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(2)  Jenħtieġ li leġiżlazzjoni għall-ħarsien tal-konsumatur tiġi applikata b'mod effettiv fl-Unjoni kollha. Madankollu, il-Kontroll tal-Idoneità komprensiv ta' direttivi dwar id-dritt tal-konsumatur u tal-kummerċjalizzazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni fl-2016 u fl-2017 fil-qafas tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), ikkonkluda li l-effettività tal-leġiżlazzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni hija kompromessa minn nuqqas ta' sensibilizzazzjoni kemm fost il-kummerċjanti kif ukoll fost il-konsumaturi u b’konsegwenza ta’ dan il-mezzi eżistenti ta’ rimedju jistgħu jiġu sfruttati aktar ta’ spiss.

(3)  L-Unjoni diġà ħadet għadd ta' miżuri biex ittejjeb l-għarfien fost il-konsumaturi, il-kummerċjanti u l-prattikanti legali dwar id-drittijiet tal-konsumatur u biex jitjieb l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur u r-rimedju għall-konsumatur. Madankollu, għad fadal xi lakuni ▌fil-liġijiet nazzjonali fir-rigward ta’ penali verament effettivi u proporzjonati biex jiskoraġġixxu u jissanzjonaw ksur intra-Unjoni, ir-rimedji individwali insuffiċjenti għal konsumaturi li jkunu ġarrbu danni minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2005/29/KE(5) u n-nuqqasijiet ta’ inibizzjoni proċedura skont id-Direttiva 2009/22/KE(6). Ir-reviżjoni tal-proċedura tal-inġunzjonijiet jenħtieġ li tiġi indirizzata minn strument separat li jemenda u jissostitwixxi d-Direttiva 2009/22/KE.

(4)  Id-Direttivi 98/6/KE(7), 2005/29/KE u 2011/83/UE(8) jinkludu rekwiżiti li l-Istati Membri jipprevedu għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għal kontra l-ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu dawn id-direttivi. Barra minn hekk, l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394(9) dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur (consumer protection cooperation, CPC) jesiġi li l-Istati Membri jieħdu miżuri ta' infurzar, inkluża l-impożizzjoni ta' penali, b'mod effettiv, effiċjenti u kkoordinat biex jitwaqqaf jew jiġi pprojbit il-każ ta' ksur mifrux jew ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni.

(5)  Ir-regoli nazzjonali attwali dwar il-penali jvarjaw b’mod sinifikanti madwar l-Unjoni. B’mod partikolari, mhux l-Istati Membri kollha jiżguraw li multi effettivi, proporzjonati u dissważivi jistgħu jiġu imposti fuq kummerċjanti li wettqu ksur għal każijiet ta’ ksur mifruxa jew każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli eżistenti dwar il-penali tad-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE jittejbu u fl-istess ħin jenħtieġ li jiġu introdotti regoli ġodda dwar il-penali fid-Direttiva 93/13/KEE(10).

(6)   Jenħtieġ li tibqa’ kwistjoni f’idejn l-Istati Membri li jagħżlu t-tip ta’ penali li għandhom jiġu imposti u li jistabbilixxu fid-dritt nazzjonali tagħhom il-proċeduri rilevanti biex jimponu penali fil-każ ta’ ksur tad-Direttivi emendati b’din id-Direttiva.

(7)  Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni aktar konsistenti tal-penali, b'mod partikolari f'każijiet ta' ksur fl-Unjoni, każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni msemmija fir-Regolament (UE) 2017/2394, jenħtieġ li jiġu introdotti kriterji komuni mhux eżawrjenti u indikattivi għall-applikazzjoni ta' penali. Jenħtieġ li dawn il-kriterji jinkludu, pereżempju, in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul tal-ksur, u kwalunkwe rimedju pprovdut mill-kummerċjant lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata ▌. Ksur ripetut min-naħa tal-istess awtur juri tendenza għat-twettiq ta' tali ksur u għalhekk ikun indikazzjoni sinifikanti tal-gravità tal-aġir u, għaldaqstant, tal-ħtieġa li jiżdied il-livell tal-penali biex tinkiseb deterrenza effettiva. Il- ▌benefiċċji finanzjarji miksuba, jew telf evitat minħabba l-ksur jenħtieġ li jitqiesu jekk tkun disponibbli d-data rilevanti. Jistgħu jitqiesu wkoll fatturi aggravanti jew mitiganti oħrajn applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

(8)  Dawn il-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi komuni għall-applikazzjoni ta' penali jistgħu ma jkunux rilevanti fid-deċiżjoni dwar penali fir-rigward ta' kull każ ta' ksur, b'mod partikolari fir-rigward ta' ksur mhux serju. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll prinċipji ġenerali oħrajn tal-liġi applikabbli għall-impożizzjoni ta' penali, bħal pereżempju l-prinċipju ta' non bis in idem.

(9)  Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mill-azzjoni koordinata għandhom jieħdu fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom il-miżuri ta’ infurzar kollha meħtieġa kontra l-kummerċjant responsabbli għall-ksur mifrux jew il-ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni sabiex dak il-ksur jitwaqqaf jew jiġi pprojbit. Fejn adatt huma għandhom jimponu penali, bħal multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali fuq il-kummerċjant responsabbli għall-każ ta' ksur mifrux jew ta' ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni. Il-miżuri ta' infurzar għandhom jittieħdu b'mod effettiv, effiċjenti u kkoordinat biex jitwaqqaf jew jiġi pprojbit il-każ ta’ ksur mifrux jew ta' ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati mill-azzjoni koordinata għandhom jippruvaw jieħdu miżuri ta' infurzar b'mod simultanju fl-Istati Membri kkonċernati minn dak il-ksur.

(10)  Biex ikun żgurat li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fir-rigward ta' ksur mifrux tad-dritt tal-konsumatur u għal każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni li huma soġġetti għal investigazzjoni kkoordinata u l-infurzar f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2394, jenħtieġ li l-multi jiġu introdotti bħala element ta' penali għal tali ksur. Biex jiġi żgurat effett dissważiv tal-multi, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu fid-dritt nazzjonali tagħhom il-multa massima għal ksur bħal dan f’livell li huwa mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru kkonċernat jew Stati Membri kkonċernati. F’ċerti każijiet, il-kummerċjant jista’ jkun ukoll grupp ta’ kumpaniji.

(11)  Kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) 2017/2394, meta jiġu imposti penali jenħtieġ tingħata l-attenzjoni dovuta, kif xieraq, għan-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur inkwistjoni. L-impożizzjoni ta’ penali jenħtieġ tkun proporzjonata u jenħtieġ tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, inkluż b’salvagwardji proċedurali applikabbli, u mal-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar nett, il-penali adottati jenħtieġ ikunu adatti għan-natura u għall-ħsara inġenerali attwali jew potenzjali tal-ksur tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumatur. Is-setgħa li jiġu imposti penali għandha tiġi eżerċitata jew direttament mill-awtoritajiet kompetenti taħt l-awtorità tagħhom stess, jew, fejn adatt, permezz ta’ rikors għal awtoritajiet kompetenti oħrajn jew awtoritajiet pubbliċi oħrajn, jew billi jingħataw istruzzjonijiet lil korpi nominati, jekk applikabbli, jew b’applikazzjoni lill-qrati kompetenti biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż, fejn xieraq, b’appell, jekk l-applikazzjoni biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa ma tirnexxix.

(12)  Jekk bħala riżultat tal-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2017/2394, awtorità kompetenti nazzjonali waħda fis-sens ta’ dak ir-Regolament timponi multa fuq il-kummerċjant responsabbli mill-każ ta’ ksur mifrux jew ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni, jinħtieġ li hija tkun tista’ timponi multa ta’ mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istati Membri kollha kkonċernati minn azzjoni ta’ infurzar koordinata.

(13)  Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux preklużi milli jżommu jew jintroduċu fid-dritt nazzjonali tagħhom multi ogħla bbażati fuq il-fatturat massimu għal każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni tal-liġi tal-konsumatur, kif definit fir-Regolament (UE) 2017/2394. Jenħtieġ ikun possibbli wkoll li l-Istati Membri jibbażaw tali multi fuq il-fatturat dinji tan-negozjant, jew li jestendu r-regoli dwar multi għal ksur ieħor mhux kopert mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva relatat mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 2017/2394. Barra minn hekk, f’każijiet fejn ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni dwar il-fatturat annwali tan-negozjant, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jinżammux milli jżommu jew jintroduċu regoli oħra li jipprovdu multi. Ir-rekwiżit li jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa f’livell ta’ mhux inqas minn 4 % tal-fatturat tal-kummerċjant jinħtieġ li ma japplika għal ebda regola addizzjonali tal-Istati Membri dwar il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, bħal multi ta’ kuljum, għal nuqqas ta’ konformità ma’ kull deċiżjoni, ordni, miżura interim, impenn tal-kummerċjant jew miżura oħra bil-għan li jitwaqqaf il-ksur.

(14)  Jenħtieġ li jiġu pprovduti regoli dwar il-penali fid-Direttiva 93/13/KEE bil-ħsieb li jissaħħaħ l-effett ta’ deterrent tagħha. L-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar il-proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja ta’ applikazzjoni ta’ penali għall-ksur tad-Direttiva 93/13/KEE. B’mod partikolari, l-awtoritajiet amministrattivi jew il-qrati nazzjonali jistgħu jimponu penali meta jistabbilixxu n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali, inkluż abbażi ta’ proċedimenti ġuridiċi mibdija minn awtorità amministrattiva. Il-penali jistgħu jiġu applikati wkoll mill-qrati nazzjonali jew mill-awtoritajiet amministrattivi meta l-kummerċjant juża termini kuntrattwali li huma b'mod espliċitu definiti bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha skont id-dritt nazzjonali kif ukoll meta l-kummerċjant juża terminu kuntrattwali li jkun instab li huwa inġust permezz ta’ deċiżjoni vinkolanti finali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-awtoritajiet amministrattivi għandhom ukoll id-dritt li jistabbilixxu n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali. Il-qrati nazzjonali jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħu japplikaw il-penali wkoll permezz tal-istess deċiżjoni li biha tiġi stabbilita n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali. Huwa wkoll f’idejn l-Istati Membri biex jistabbilixxu l-mekkaniżmi adatti ta’ koordinazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni fil-livell nazzjonali fir-rigward tar-rimedju individwali u l-penali.

(15)  Meta jallokaw dħul mill-multi ▌, l-Istati Membri jenħtieġ lijikkunsidraw li jtejbu l-protezzjoni tal-interess ġenerali tal-konsumaturi kif ukoll interessi pubbliċi protetti oħrajn. ▌

(16)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rimedji li huma disponibbli għal konsumaturi li jsofru dannu minn prattiki kummerċjali żleali biex jiġu eliminati l-effetti kollha ta' dawk il-prattiki żleali. Qafas ċar għal rimedji individwali jkun jiffaċilita l-infurzar privat. Il-konsumatur jenħtieġ li jkollu aċċess għal kumpens għad-danni u, fejn rilevanti, it-tnaqqis fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt, b’mod proporzjonat u effettiv. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli jżommu jew jintroduċu drittijiet addizzjonali ta' rimedju oħrajn bħalma huma t-tiswija jew is-sostituzzjoni għall-konsumaturi li jsofru minn prattiċi kummerċjali żleali biex jiġi żgurata t-tneħħija sħiħa tal-effetti ta' tali prattiki. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jinżammux milli jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-effetti tar-rimedji għall-konsumaturi. Fl-applikazzjoni tar-rimedji, jistgħu jiġu kkunsidrati, fejn xieraq, il-gravità u n-natura tal-prattika kummerċjali żleali, id-dannu mġarrab mill-konsumatur u ċirkostanzi rilevanti oħrajn, bħall-kondotta ħażina tal-kummerċjant jew il-ksur tal-kuntratt.

(17)  Il-Kontroll tal-Idoneità tad-direttivi dwar id-dritt tal-konsumaturi u tal-kummerċjalizzazzjoni u l-evalwazzjoni parallela tad-Direttiva 2011/83/UE identifikaw ukoll numru ta’ oqsma fejn ir-regoli eżistenti tal-ħarsien tal-konsumatur jenħtieġ li jiġu mmodernizzati ▌. Fil-kuntest tal-iżvilupp kontinwu tal-għodod diġitali huwa meħtieġ l-aġġustament kostanti tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur.

(18)  Il-klassifikazzjoni ogħla jew kwalunkwe pożizzjonament prominenti ta’ offerti kummerċjali fi ħdan ir-riżultati tat-tiftix online li jsiru mill-fornituri tal-funzjonalità tat-tiftix online għandhom impatt importanti fuq il-konsumaturi.

(19)  Il-klassifikazzjoni tirreferi għall-prominenza relattiva tal-offerti tal-kummerċjanti jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati tat-tiftix kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri tal-funzjonalità tat-tiftix online, inklużi dawk li jirriżultaw mill-użu ta' sekwenzar algoritmiku, mekkaniżmi tal-klassifikazzjoni jew tar-reċensjoni, prominenza viżwali jew għodod oħrajn li jagħtu prominenza, jew kombinamenti ta' dawn.

(20)  F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiżdied punt ġdid fl-Annesst I tad-Direttiva 2005/29/KE sabiex ikun ċar li jenħtieġ ikunu iprojbiti l-prattiki fejn kummerċjant jipprovdi informazzjoni lil konsumatur fil-forma ta’ riżultati ta’ tiftix b’rispons għat-talba ta’ tfittxija online tal-konsumatur mingħajr ma jiżvela reklamar imħallas b’mod speċifiku għall-kisba ta’ klassifikazzjoni ogħla ta’ prodotti fi ħdan ir-riżultati tat-tiftix. Meta kummerċjant ikun ħallas, direttament jew indirettament lill-fornitur tal-funzjonalità tat-tiftix online għal klassifikazzjoni ogħla ta’ prodott fi ħdan ir-riżultati tat-tiftix, il-fornitur tal-funzjonalità tat-tiftix online jenħtieġ li jinforma lill-konsumaturi b’dan f’mod konċiż, faċli u li jinftiehem. Il-pagament indirett jista’ jkun fil-forma ta’ aċċettazzjoni minn kummerċjant ta’ obbligi addizzjonali lejn il-fornitur tal-funzjonalità tat-tiftix online ta’ kwalunkwe tip li għandhom klassifikazzjoni ogħla bħala l-effett speċifiku tagħhom. Il-pagament indirett jista’ jikkonsisti f’kommissjoni akbar għal kull tranżazzjoni kif ukoll fi skemi differenti ta’ kumpens li b’mod speċifiku jwasslu għal klassifikazzjoni ogħla. Il-pagamenti għal servizzi ġenerali, bħal tariffi tal-elenkar jew abbonamenti għal sħubija, li jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ funzjonalitajiet offruti mill-fornitur tal-funzjonalità tat-tiftix online lill-kummerċjant jenħtieġ li ma jitqisux bħala pagament biex b’mod speċifiku jikseb klassifikazzjoni ogħla ta’ prodotti, dment li tali pagamenti ma jkunux maħsubin għall-kisba ta’ klassifikazzjoni ogħla.Il-funzjonalità tat-tiftix online tista’ tiġi pprovduta minn tipi differenti ta’ kummerċjanti online, inklużi intermedjarji, bħal postijiet tas-suq online, magni tat-tiftix u siti web ta’ tqabbil.

(21)  Ir-rekwiżiti tat-trasparenza fir-rigward tal-parametri ewlenin tal-klassifikazzjoni huma rregolati wkoll bir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11)(12) dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza skont ir-Regolament (UE) 2019/ ...(13)++ ikopru firxa wiesgħa ta’ intermedjarji online, inklużi swieq online, iżda japplikaw biss bejn il-kummerċjanti u l-intermedjarji online. Għalhekk jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti simili fid-Direttiva 2005/29/KE biex tiġi żgurata trasparenza adegwata għall-konsumaturi, ħlief fil-każ ta’ fornituri ta’ magni tat-tiftix online li diġà huma mitluba mir-Regolament (UE) 2019/...++ jistabbilixxu l-parametri prinċipali, li b'mod individwali jew kollettiv huma l-aktar sinifikanti biex jiddeterminaw il-klassifikazzjoni u l-importanza relattiva ta' dawk il-parametri prinċipali, billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku mfassla b'lingwaġġ sempliċi u intelliġibbli dwar il-magni tat-tiftix online ta' dawk il-fornituri.

(22)  Il-kummerċjanti li jippermettu lill-konsumaturi jfittxu prodotti u servizzi, bħal vjaġġar, akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ divertiment, offruti minn negozjanti differenti jew minn konsumaturi jenħtieġ li jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-parametri prinċipali awtomatiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tat-talba ta’ tfittxija u l-importanza relattiva tagħhom meta mqabbla ma’ parametri oħrajn. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tkun konċiża u ssir disponibbli b’mod faċli, prominenti u dirett. Parametri li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tfisser kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati f’algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta’ aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-klassifikazzjoni.

(23)  Ir-rekwiżit tal-informazzjoni dwar il-parametri ewlenin tal-klassifikazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943(14). Jenħtieġ li l-kummerċjanti ma jkunux meħtieġa jiżvelaw id-dettalji tal-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-klassifikazzjoni tagħhom, inkluż l-algoritmi. Jenħtieġ li l-kummerċjanti jipprovdu deskrizzjoni ġenerali tal-parametri ewlenin tal-klassifikazzjoni li tispjega l-parametri prestabbiliti ewlenin użati mill-kummerċjant u l-importanza relattiva tagħhom meta mqabbel ma' parametri oħra, madankollu ma hemmx għalfejn tiġi ppreżentata b’mod personalizzat għal kull talba ta’ tfittxija individwali.

(24)  Jekk il-prodotti jiġu offruti lill-konsumaturi fi swieq online, kemm is-suq online kif ukoll il-fornitur terz ikunu involuti fl-għoti tal-informazzjoni prekuntrattwali meħtieġa mid-Direttiva 2011/83/UE. Bħala riżultat, il-konsumaturi li jużaw is-suq online jistgħu ma jifhmux b’mod ċar min huma s-sħab kuntrattwali tagħhom u kif inhuma affettwati d-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

(25)  Jenħtieġ li s-swieq online jiġu definiti għall-finijiet tad-Direttiva 2011/83/UE bl-istess mod bħal fir-Regolament (UE) Nru 524/2013(15) u d-Direttiva (UE) 2016/1148/UE(16). Madankollu, jenħtieġ li d-definizzjoni tiġi aġġornata u magħmula aktar teknoloġikament newtrali biex tkopri teknoloġiji ġodda. Huwa għalhekk xieraq li ssir referenza, minflok “sit web”, għas-software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li jkun operat minn jew f’isem il-kummerċjant, skont il-kunċett ta’ “interfaċċa online” kif previst fir-Regolament (UE) 2017/2394 u mir-Regolament (UE) 2018/302(17).

(26)  Jenħtieġ, għalhekk, li fid-Direttiva 2005/29/UE u fid-Direttiva 2011/83/UE jiġu pprovduti rekwiżiti ta' trasparenza speċifiċi għas-swieq online biex il-konsumaturi li jużaw is-swieq online jiġu infurmati dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-offerti, u jekk jidħlu f'kuntratt ma' negozjant jew mhux negozjat (bħal konsumatur ieħor) ▌ .

(27)  Is-swieq online jenħtieġ li jinfurmaw lill-konsumaturi jekk terza persuna li toffri oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali tkunx kummerċjant jew le, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ta’ din it-terza persuna lis-suq online. Meta l-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali tiddikjara l-istatus tagħha bħala mhux kummerċjant, is-swieq online jenħtieġ li jipprovdu dikjarazzjoni qasira li turi li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx għall-kuntratt konkluż. Barra minn hekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu infurmati kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornitur tas-suq online. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata b'mod ċar u komprensibbli u mhux biss permezz ta' referenza fit-Termini u Kundizzjonijiet standard jew dokument kuntrattwali simili. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' informazzjoni għal swieq online jkunu proporzjonati u jkunu meħtieġa joħolqu bilanċ bejn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività ta' swieq online. Jenħtieġ li s-swieq online ma jkollhomx bżonn jelenkaw drittijiet speċifiċi tal-konsumaturi meta jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-applikabbiltà jew in-nonapplikabbiltà. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-konsumatur previsti fid-Direttiva 2011/83/UE, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1). L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar ir-responsabbiltà għall-iżgurar tad-drittijiet tal-konsumatur tiddependi fuq l-arranġamenti kuntrattwali bejn is-suq online u l-kummerċjanti rilevanti ta' terzi persuni. Suq online jista' jirreferi għall-kummerċjant terz bħala unikament responsabbli biex ikunu żgurati d-drittijiet tal-konsumatur jew jiġu deskritti r-responsabbiltajiet speċifiċi tiegħu meta huwa jassumi r-responsabbiltà għal ċerti aspetti tal-kuntratt, pereżempju, għall-kunsinna jew matul l-eżerċizzju tad-dritt ta' reċess.

(28)  Skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE(18), swieq online jenħtieġ li ma jkunux obbligati jivverifikaw l-istatus legali ta’ fornituri terzi. Minflok, jenħtieġ li s-suq online jirrikjedi lil fornituri terzi ta’ prodotti fuq suq online biex jindikaw l-istatus tagħhom bħala kummerċjanti jew mhux kummerċjanti għall-finijiet tad-dritt tal-konsumatur u biex jipprovdu din l-informazzjoni online.

(29)  Meta jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi li jikkonċernaw is-swieq online u l-ħtieġa li jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jadottaw jew iżommu miżuri addizzjonali speċifiċi għal dan il-għan. Tali dispożizzjonijiet jenħtieġ li jkunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/31/KE.

(30)  Id-definizzjonijiet tal-kontenut diġitali u tas-servizzi diġitali fid-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ li jiġu allinjati ma’ dawk tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19)(20). Il-kontenut diġitali kopert mid-Direttiva (UE) 2019/...(21)++ikopri att uniku ta’ forniment, sensiela ta’ atti individwali ta’ forniment, jew forniment kontinwu fuq perjodu ta’ żmien. Jenħtieġ li l-element ta' forniment kontinwu ma jirrikjedix neċessarjament forniment fuq perjodu ta' żmien twil. Każijiet bħal streaming online ta' filmati qosra jenħtieġ li jitqiesu bħala forniment kontinwu matul perjodu ta' żmien, irrispettivament mit-tul tal-fajl awdjoviżiv. Għalhekk jista’ jkun diffiċli li ssir distinzjoni bejn ċerti tipi ta’ kontenut diġitali u servizzi diġitali, peress li t-tnejn li huma jistgħu jinvolvu forniment kontinwu min-naħa tal-kummerċjant tul iż-żmien tal-kuntratt. Eżempji ta' servizzi diġitali huma servizzi ta' kondiviżjoni ta' vidjo u awdjo u l-ospitar ta' fajls oħra, il-word processing jew il-logħob offruti fl-ambjent tal-cloud, il-cloud storage, il-posta web, il-midja soċjali u l-applikazzjonijiet tal-cloud. L-involviment kontinwu tal-fornitur tas-servizzi jiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar id-dritt ta’ reċess stabbilit fid-Direttiva 2011/83/UE li effettivament jippermetti lill-konsumatur li jittestja s-servizz u jiddeċiedi, matul il-perjodu ta’ 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt, jekk iżżommux jew le. ▌Kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli huma kkaratterizzati minn att uniku mill-kummerċjant biex jipprovdi lill-konsumatur b'biċċa jew biċċiet speċifiċi ta' kontenut diġitali, bħal fajls speċifiċi tal-mużika jew tal-vidjo. Huma jibqgħu soġġetti għall-eċċezzjoni mid-dritt ta' reċess fl-Artikolu 16(m), li jipprovdi li l-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess meta l-prestazzjoni tal-kuntratt ikun beda, bħal tniżżil jew streaming tal-▌kontenut soġġett għall-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur biex tinbeda l-prestazzjoni matul il-perjodu tad-dritt ta' reċess u soġġett għar-rikonoxximent li b’hekk tilef id-dritt tiegħu. F’każ ta’ dubju, dwar jekk il-kuntratt huwiex kuntratt ta’ servizz jew kuntratt għal kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli, jenħtieġ li jiġu applikati r-regoli tad-dritt ta’ reċess għas-servizzi.

(31)  Il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali spiss jiġu fornuti online permezz ta' kuntratti fejn il-konsumatur ma jħallasx prezz iżda jipprovdi data personali lill-kummerċjant. Id-Direttiva 2011/83/UE diġà tapplika għal kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli (jiġifieri l-forniment ta' kontenut diġitali online) irrispettivament minn jekk il-konsumatur iħallasx prezz fi flus jew jipprovdi data personali. B'kuntrast ma' dan, id-Direttiva 2011/83/UE tapplika biss għal kuntratti ta' servizz, inklużi l-kuntratti għal servizzi diġitali, li jipprevedu li l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas prezz. Konsegwentement, din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti għal servizzi diġitali fejn il-konsumatur jipprovdi data personali lill-kummerċjant mingħajr ma jħallas prezz. Minħabba x-xebh ta' bejniethom u l-interkambjabbiltà ta' servizzi diġitali mħallsa u s-servizzi diġitali pprovdut bi skambju għal data personali, dawn jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess regoli skont id-Direttiva 2011/83/UE.

(32)  Jenħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE u d-Direttiva (EU) 2019/...(22), li tapplika għal kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali li permezz tagħhom konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant.

(33)  Għalhekk, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ li jkun estiż biex ikopri wkoll il-kuntratti li fuq il-bażi tagħhom il-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali. Bl-istess mod għal kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli, jenħtieġ li d-Direttiva tapplika kull meta l-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u l-kummerċjant ma jipproċessax din id-data għal kwalunkwe skop ieħor. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali jenħtieġ li jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679.

(34)  Sabiex jiġi żgurat allinjament sħiħ mad-Direttiva (EU) 2019/...(23), jekk il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali ma jkunux fornuti bi skambju ma' prezz, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE ma tapplikax għal sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant jiġbor data personali ▌għall-iskop waħdieni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali li l-kummerċjant hu soġġett għalihom. Sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu każijiet fejn ir-reġistrazzjoni tal-konsumatur tkun meħtieġa mil-liġijiet applikabbli għal skopijiet ta' sigurtà u ta' identifikazzjoni ▌.

(35)  Jenħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE ma tapplikax lanqas għal sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant jiġbor biss il-metadata, bħal informazzjoni dwar it-tagħmir tal-konsumatur jew l-istorja tal-ibbrawżjar ▌, ħlief jekk dan jitqies bħala kuntratt skont il-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax ukoll għal sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur, mingħajr ma jkun ikkonkluda kuntratt mal-kummerċjant, ikun espost għal reklamar esklużivament biex jikseb aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 2011/83/UE għal sitwazzjonijiet bħal dawn jew inkella li jirregolaw sitwazzjonijiet bħal dawn li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

(36)  Il-kunċett ta’ funzjonalità jenħtieġ li jirreferi għall-modi li bihom jistgħu jintużaw il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Pereżempju, l-assenza jew il-preżenza ta' kwalunkwe restrizzjoni teknika bħall-protezzjoni permezz tal-Ġestjoni tad-Drittijiet Diġitali jew tal-ikkowdjar tar-reġjun jista' jkollha impatt fuq il-possibbiltà li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jwettaq il-funzjonijiet kollha tiegħu fir-rigward tal-iskop tiegħu. Il-kunċett ta' interoperabbiltà jiddeskrivi jekk u sa liema punt il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kapaċi jiffunzjona b'ħardware jew software differenti minn dawk li normalment bihom jintuża kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip. Funzjonament korrett jinkludi, pereżempju, il-kapaċità tal-kontenut jew is-servizz diġitali li jikkondividi informazzjoni ma' tali software jew hardware ieħor u juża l-informazzjoni kondiviża. Il-kunċett ta’ kompatibbiltà huwa definit fid-Direttiva (UE) 2019/...(24).

(37)  L-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(8) tad-Direttiva 2011/83/UE jirrikjedu li l-kummerċjanti, għal kuntratti barra mill-post tan-negozju u mill-bogħod rispettivament, jiksbu l-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur biex jibdew l-eżekuzzjoni qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ rtirar. L-Artikolu 14(4)(a) jipprovdi għal penali kuntrattwali meta dan ir-rekwiżit ma jiġix sodisfatt mill-kummerċjant, jiġifieri, il-konsumatur ma jkollux iħallas għas-servizzi pprovduti. L-obbligu li jinkiseb il-kunsens espliċitu tal-konsumatur huwa għalhekk rilevanti biss għas-servizzi, inkluż għas-servizzi diġitali, li jiġu pprovduti bi ħlas ta’ prezz Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 7(3) u Artikolu 8(8) fis-sens li l-obbligu għal-kummerċjanti li jiksbu l-kunsens minn qabel tal-konsumatur japplika biss għal kuntratti ta’ servizz li jpoġġu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas.

(38)  L-Artikolu 16(m) tad-Direttiva 2011/83/UE jipprevedi eċċezzjoni għad-dritt ta’ reċess fir-rigward ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli, jekk il-konsumatur ikun ta kunsens minn qabel li jibda l-eżekuzzjoni qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess u rrikonoxxa li jitlef id-dritt ta’ reċess. L-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2011/83/UE jipprovdi għal penali kuntrattwali meta dan ir-rekwiżit ma jiġix sodisfatt mill-kummerċjant, jiġifieri, il-konsumatur ma jkollux iħallas biex il-kontenut diġitali jiġi kkunsmat. L-obbligu li jinkiseb il-kunsens espliċitu tal-konsumatur u rikonoxximent huwa għalhekk rilevanti biss għal kontenut diġitali, li huwa pprovduta bi ħlas ta’ prezz. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 16(m) fis-sens li l-obbligu għall-kummerċjanti li jinkiseb il-kunsens minn qabel tal-konsumatur u tal-avviż ta’ riċeviment tal-konsumatur japplika biss għall-kuntratti li jpoġġu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas.

(39)  L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29/KE jistabbilixxi rekwiżiti ta' informazzjoni ta' “stedina għax-xiri” ta' prodott bi prezz speċifiku. Dawn ir-rekwiżiti ta' informazzjoni diġà japplikaw fl-istadju ta' reklamar, filwaqt li d-Direttiva 2011/83/UE timponi l-istess rekwiżiti ta' informazzjoni u oħrajn iktar dettaljati fi stadju prekuntrattwali aktar tard (jiġifieri eżatt qabel ma l-konsumatur jidħol f'kuntratt). F’dan ir-rigward, il-kummerċjanti jistgħu jiġu mitluba li jipprovdu l-istess informazzjoni fir-reklamar (eż. riklam online fuq sit web tal-midja) u fl-istadju prekuntrattwali (eż. fil-paġni elettroniċi tal-ħwienet online tagħhom).

(40)  Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29/KE jinkludu l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumatur dwar il-politika ta’ ġestjoni tal-ilmenti tal-kummerċjant. Is-sejbiet tal-Kontroll tal-Idoneità juru li din l-informazzjoni hija l-aktar rilevanti fl-istadju prekuntrattwali, li huwa rregolat mid-Direttiva 2011/83/UE. Ir-rekwiżit li tiġi pprovduta din l-informazzjoni fi stediniet għax-xiri fl-istadju ta’ reklamar skont id-Direttiva 2005/29/KE għandhom għalhekk jiġu mħassra.

(41)  L-Artikolu 6(1)(h) tad-Direttiva 2011/83/UE jesiġi li l-kummerċjanti jipprovdu lill-konsumaturi bl-informazzjoni prekuntrattwali dwar id-dritt ta’ reċess, inkluż b’mudell tal-formola ta' reċess kif stabbilita  fl-Anness I(B) tad-Direttiva. L-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83/UE jipprovdi għal aktar rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali, jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew żmien limitat biex tintwera l-informazzjoni, bħal bit-telefown, permezz ta’ assistenti tax-xiri f’forma ta’ leħen jew b’SMS. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali obbligatorja li għandha tiġi pprovduta fuq jew permezz ta’ dak il-mezz partikolari ta’ komunikazzjoni mill-bogħod jinkludu informazzjoni dwar id-dritt ta’ reċess kif imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 6(1). Għaldaqstant, dawn jinkludu wkoll il-provvediment ta’ mudell ta’ formola ta' reċess kif stabbilita fl-Anness I(B) tad-Direttiva. Madankollu, il-forniment tal-formola ta' reċess tkun impossibbli meta kuntratt jiġi konkluż permezz tat-telefown, jew permezz ta’ assistenti tax-xiri f’forma ta’ leħen u jista’ ma jkunx teknikament fattibbli b’mod faċli għall-utent fuq mezzi oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod koperti mill-Artikolu 8(4). Huwa għalhekk xieraq li jiġi eskluż l-għoti tal-mudell ta’ formola standard ta’ reċess mill-informazzjoni li l-kummerċjanti jridu jipprovdu fi kwalunkwe każ fuq jew permezz tal-mezz partikolari ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użat għall-konklużjoni tal-kuntratt skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83/UE.

(42)  L-Artikolu 16(a) tad-Direttiva 2011/83/UE jipprovdi għal eċċezzjoni mid-dritt ta’ reċess fir-rigward tal-kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet, bil-kunsens minn qabel tal-konsumatur u bir-rikonoxximent li huwa se jitlef id-dritt ta’ reċess wara l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant. B’kuntrast, l-Artikoli 7(3) u 8(8) tad-Direttiva 2011/83/UE, li jittrattaw l-obbligi tal-kummerċjant f’sitwazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tkun ġiet mibdija qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess, jirrikjedu biss li l-kummerċjanti jiksbu l-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur, iżda mhux rikonoxximent li d-dritt ta’ reċess se jintilef meta l-prestazzjoni tkun kompluta. Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet legali msemmija hawn fuq, huwa meħtieġ li jiżdied obbligu fl-Artikoli 7(3) u 8(8) tad-Direttiva 2011/83/UE għall-kummerċjant biex jikseb ukoll ir-rikonoxximent mingħand il-konsumatur li id-dritt ta' reċess ikun jintilef meta l-prestazzjoni tkun kompluta. Barra minn hekk, il-formulazzjoni tal-Artikolu 16(a) jenħtieġ li tiġi aġġustata għat-tibdil fl-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(8) fejn l-obbligu għall-kummerċjanti li jiksbu l-kunsens minn qabel tal-konsumatur japplika biss għal kuntratti ta’ servizz li jpoġġu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw l-opzjoni li ma japplikawx ir-rekwiżit li jinkiseb r-rikonoxximent mingħand il-konsumatur li d-dritt ta' reċess jintilef meta l-prestazzjoni tkun kompluta fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi fejn il-konsumatur ikun talab speċifikament żjara mill-kummerċjant bil-għan li jagħmel tiswijiet. Il-punt (c) tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/83/UE jipprovdi għal eċċezzjoni mid-dritt ta' reċess f’każ ta’ forniment ta’ oġġetti magħmula skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar. Din l-eċċezzjoni tkopri, pereżempju, il-manifattura u l-installazzjoni ta’ għamara personalizzata fid-dar tal-konsumatur meta tiġi pprovduta taħt kuntratt ta’ bejgħ uniku.

(43)  L-eċċezzjoni mid-dritt ta' reċess prevista fl-Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2011/83/UE, jenħtieġ li titqies li tapplika wkoll għal kuntratti għal kunsinni individwali ta’ enerġija mhux konnessa man-netwerk, minħabba li l-prezz tagħha jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-swieq tal-komoditajiet jew fis-swieq tal-enerġija li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-kummerċjant u li jistgħu jseħħu fil-perjodu ta' reċess.

(44)  L-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2011/83/UE jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom, fil-każ li jeżerċita d-dritt ta’ reċess, il-konsumatur ma għandux iġarrab l-ispejjeż għall-eżekuzzjoni ta’ servizzi, għall-provvista ta’ utilitajiet pubbliċi u għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli. Meta kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tiġi ssodisfata, il-konsumatur ma jkollux għalfejn iħallas il-prezz tas-servizz, l-utilitajiet pubbliċi jew kontenut diġitali li jaslu qabel l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess. Fir-rigward tal-kontenut diġitali, waħda minn dawn il-kundizzjonijiet mhux kumulattivi skont l-Artikolu 14(4)(b)(iii) hija nuqqas li tiġi pprovduta l-konferma tal-kuntratt, inkluż il-konferma tal-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur biex tibda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess u rikonoxximent li d-dritt ta’ reċess jintilef bħala riżultat ta’ dan. Madankollu, din il-kundizzjoni mhijiex inkluża fost il-kundizzjonijiet għat-telf tad-dritt ta' reċess fl-Artikolu 16(m), u b’hekk tinħoloq inċertezza dwar il-possibbiltà għall-konsumatur li jinvoka l-Artikolu 14(4)(b)(iii) meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra previsti fl-Artikolu 14(4)(b) u b’riżultat ta’ dan jintilef id-dritt ta' reċess skont l-Artikolu 16(m). Il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 14(4)(b)(iii) jenħtieġ għalhekk li tiżdied mal-Artikolu 16(m) sabiex il-konsumatur ikun jista’ jeżerċita d-dritt ta’ reċess meta ma tkunx issodisfata u b’hekk jitlob id-drittijiet previsti fl-Artikolu 14(4).

(45)  Il-kummerċjanti jistgħu jippersonalizzaw il-prezz tal-offerti tagħhom għal konsumaturi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ konsumaturi abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat u tfassil tal-profil tal-imġiba tal-konsumatur li jippermetti lill-kummerċjanti jivvalutaw il-kapaċità tal-akkwist tal-konsumatur. Għalhekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu infurmati b’mod ċar meta l-prezz ippreżentat lilhom ikun personalizzat fuq il-bażi ta’ deċiżjoni awtomatizzata, sabiex dawn iqisu r-riskji potenzjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Konsegwentement, jenħtieġ li jiżdied rekwiżit ta’ informazzjoni speċifiku fid-Direttiva 2011/83/UE biex il-konsumatur jiġi infurmat meta l-prezz ikun personalizzat abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat. Dan ir-rekwiżit ta’ informazzjoni jenħtieġ li ma japplikax għal tekniki bħal ipprezzar “dinamiku” jew “f’ħin reali” li jinvolvu bidla fil-prezz b’mod flessibbli ħafna u ta’ malajr b’rispons għad-domandi tas-suq meta dan ma jkunx jinvolvi il-personalizzazzjoni abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat. Dan ir-rekwiżit ta’ informazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25), li jipprovdi, fost oħrajn, għad-dritt tal-individwu li ma jkunx soġġett għal teħid ta’ deċiżjonijiet individwali awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili.

(46)  Meta wieħed iqis żviluppi teknoloġiċi, huwa meħtieġ li titneħħa r-referenza għal numru tal-faks mil-lista ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni fl-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83/UE minħabba li l-faks rarament jintuża u fil-biċċa l-kbira ntemm l-użu tiegħu.

(47)  Il-konsumaturi qegħdin jistrieħu dejjem aktar fuq ir-reċensjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-konsumaturi meta jieħdu deċiżjonijiet rigward xiri. Għalhekk, meta l-kummerċjanti jipprovdu aċċess għal reċensjonijiet tal-konsumatur dwar il-prodotti, dawn jenħtieġ li jinfurmaw jekk hemmx proċessi jew proċeduri fis-seħħ biex jiżguraw li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw minn konsumaturi li xtraw jew użaw il-prodotti. Jekk dawn il-proċessi jew proċeduri jkunu fis-seħħ, dawn jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar kif isiru l-verifiki u jipprovdu informazzjoni ċara lill-konsumaturi dwar kif jiġu pproċessati r-reċensjonijiet, pereżempju jekk jintwerewx ir-reċensjonijiet kollha, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, jew jekk dawn ir-reċensjonijiet ikunux ġew sponsorjati jew influwenzati minn relazzjoni kuntrattwali ma' kummerċjant. Barra minn hekk, jenħtieġ li għalhekk titqies li hija prattika kummerċjali żleali li l-konsumaturi jiġu mqarrqa bl-użu ta’ dikjarazzjonijiet abbażi ta’ reċensjonijiet dwar prodott sottomessi minn konsumaturi li fil-fatt ikunu użaw jew xtraw il-prodott meta ma jkun ittieħed l-ebda pass raġonevoli u proporzjonat biex jiġi żgurat li dawn joriġinaw minn tali konsumaturi. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, mezzi tekniċi biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-persuna li tagħmel ir-reċensjoni, filwaqt li tintalab informazzjoni biex jiġi vverifikat li l-konsumatur ikun fil-fatt xtara jew uża l-prodott.

(48)  Id-dispożizzjonijiet li jindirizzaw ir-reċensjonijiet u l-approvazzjonijiet tal-konsumatur huma mingħajr preġudizzju għall-prattika komuni u leġittima ta’ reklamar permezz ta’ stqarrijiet esaġerati jew stqarrijiet li mhumiex intiżi sabiex jinftiehmu litteralment.

(49)  Il-kummerċjanti jenħtieġ ukoll li jiġu pprojbiti milli jippubblikaw reċensjonijiet u approvazzjonijiet tal-konsumatur foloz, bħal “likes” fuq il-midja soċjali, jew milli jikkummissjonaw lil oħrajn biex jagħmlu dan sabiex jippromwovu l-prodotti tagħhom, kif ukoll milli jimmanipulaw ir-reċensjonijiet u l-approvazzjonijiet tal-konsumatur, bħall-pubblikazzjoni ta’ reċensjonijiet pożittivi biss u t-tħassir ta’ dawk negattivi. Dan jista’ jseħħ ukoll permezz tal-estrapolazzjoni ta’ approvazzjonijiet soċjali meta l-interazzjoni pożittiva tal-utent ma’ ċertu kontenut online tiġi marbuta jew trasferita għal kontenut differenti iżda relatat, u b’hekk tinħoloq l-illużjoni li dak l-utent ikun iqis ukoll b’mod pożittiv il-kontenut relatat.

(50)  Il-kummerċjanti jenħtieġ li jkunu pprojbiti milli jerġgħu jbigħu lill-konsumaturi biljetti għal avvenimenti kulturali u sportivi li huma jkunu kisbu bl-użu ta’ software bħal “bots” li jippermettulhom jixtru kwantità ta’ biljetti akbar mil-limiti tekniċi imposti mill-bejjiegħ tal-biljetti primarju jew li jevitaw kwalunkwe mezz tekniku ieħor stabbilit mill-bejjiegħ primarju biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-biljetti għall-individwi kollha. Din il-projbizzjoni speċifika hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura nazzjonali oħra li l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u biex jiżguraw politika kulturali u aċċess wiesa’ għall-individwi kollha għal avvenimenti kulturali u sportivi, bħal regolazzjoni tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-biljetti.

(51)  L-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jiggarantixxi l-libertà tal-intrapriża skont id-dritt tal-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiki nazzjonali. Madankollu, il-kummerċjalizzazzjoni madwar l-Istati Membri ta’ oġġetti bħala identiċi meta fir-realtà jkunu differenti ħafna f’termini ta’ kompożizzjoni jew karatteristiċi li jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi u jwasslu biex dawn jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f’sitwazzjoni oħra.

(52)  Din il-prattika tista' għalhekk tkun ikkwalifikata bħala li tmur kontra d-Direttiva 2005/29/KE, abbażi ta' valutazzjoni każ b'każ ta' elementi rilevanti. Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-liġi eżistenti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-konsumatur u l-ikel, ingħatat gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli attwali tal-UE għal sitwazzjonijiet ta’ kwalità doppja tal-ikel ▌fl-Avviż tal-Kummissjoni tas-26.9.2017 "dwar l-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-ikel minħabba kwistjonijiet ta' differenzi fil-kwalità tal-istess prodotti – Il-każ speċifiku tal-ikel”.(26) F’dan il-kuntest, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni ppreżenta approċċ komuni tal-ittestjar komparattiv tal-prodotti tal-ikel ▌(27).

(53)  Madankollu, l-esperjenza wriet li jista' ma jkunx ċar għall-konsumaturi, kummerċjanti u awtoritajiet nazzjonali kompetenti liema prattiki kummerċjali jistgħu jmorru kontra d-Direttiva 2005/29/KE fin-nuqqas ta' dispożizzjoni espliċita. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2005/29/KE tiġi emendata biex tiġi żgurata ċertezza legali kemm għall-kummerċjanti kif ukoll għall-awtoritajiet tal-infurzar billi tiġi indirizzata b'mod espliċitu l-kummerċjalizzazzjoni ta' oġġett bħala identiku għal oġġett ikkumerċjalizzat fi ▌Stati Membri oħra, meta dawn l-oġġetti jkunu differenti b'mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw u jindirizzaw fuq bażi ta' każ b'każ prattiki bħal dawn skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Fit-twettiq tal-valutazzjoni tagħha, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tqis jekk tali differenza tkunx faċilment identifikabbli mill-konsumaturi, dritt ta' kummerċjant li jadatta għal oġġetti tal-istess marka fi swieq ġeografiċi differenti minħabba fatturi leġittimi u oġġettivi, bħal leġiżlazzjoni nazzjonali, disponibbiltà jew l-istaġunalità tal-materja prima ▌jew strateġiji volontarji bil-għan li jtejbu l-aċċess għal ikel tajjeb għas-saħħa u nutrittiv, kif ukoll id-dritt tal-kummerċjanti li joffru oġġetti tal-istess marka f'pakketti ta' piż jew volum differenti fi swieq ġeografiċi differenti. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jivvalutaw jekk tali divrenzjar huwiex faċilment identifikabbli mill-konsumaturi billi jħarsu lejn id-disponibbiltà u l-adegwatezza tal-informazzjoni. Huwa importanti li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar id-divrenzjar tal-oġġetti minħabba fatturi leġittimi u oġġettivi. Il-kummerċjanti jenħtieġ li jkunu liberi li jipprovdu din l-informazzjoni b’modi differenti li jippermettu lill-konsumaturi jkollhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa. Il-kummerċjanti jenħtieġ li ġeneralment jippreferu alternattivi għall-għoti ta’ informazzjoni fuq it-tikketta tal-oġġetti. Ir-regoli settorjali rilevanti tal-Unjoni u r-regoli dwar il-moviment liberu tal-oġġetti jenħtieġ li jiġu rispettati.

(54)  Filwaqt li bejgħ barra mill-post tan-negozju huwa mezz tal-bejgħ leġittimu u stabbilit sew, bħal bejgħ fi stabbiliment kummerċjali tal-kummerċjant u bħall-bejgħ mill-bogħod, xi prattiki ta' kummerċjalizzazzjoni jew ta’ bejgħ partikolarment aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta' żjarat fid-dar tal-konsumatur ▌jew waqt eskursjonijiet ▌kif imsemmi fl-Artikolu 2(8) tad-Direttiva 2011/83/UE jistgħu jpoġġu lill-konsumaturi taħt pressjoni biex jixtru oġġetti jew servizzi li kieku ma kienux jixtru / jew xiri bi prezzijiet eċċessivi li spiss jinvolvu ħlas immedjat. Prattiki bħal dawn spiss ikunu mmirati lejn anzjani jew konsumaturi vulnerabbli oħra. Xi Stati Membri jqisu li dawn il-prattiċi mhumiex mixtieqa u jemmnu li huwa meħtieġ li ċerti forom u aspetti ta' bejgħ barra mill-post tan-negozju jiġu ristretti fis-sens tad-Direttiva 2011/83/UE, bħal kummerċjalizzazzjoni aggressiva u qarrieqa jew il-bejgħ ta' prodott fil-kuntest ta' żjarat mhux mitluba fid-dar tal-konsumatur jew eskursjonijiet ▌. Fejn tali restrizzjonijiet jittieħdu għal raġunijiet oħra minbarra l-protezzjoni tal-konsumatur, bħall-interess pubbliku jew rispett tal-ħajja privata tal-konsumaturi kif protetti mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, dawn jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE.

(55)B'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u biex jiġi ffaċilitat l-infurzar, jenħtieġ li għalhekk jiġi ċċarat li d-Direttiva 2005/29/KE hija mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-Istati Membri li jdaħħlu dispożizzjonijiet nazzjonali biex jipproteġu aktar l-interessi leġittimi tal-konsumaturi kontra prattiki kummerċjali żleali fir-rigward ta' żjarat mhux mitluba li jsiru minn negozjant fid-dar privata tagħhom minn kummerċjant biex joffri jew ibiegħ prodotti jew eskursjonijiet organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lill-konsumaturi fejn arranġamenti bħal dawn huma ġġustifikati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Kwalunkwe dispożizzjoni bħal din jenħtieġ li tkun proporzjonata u mhux diskriminatorja u jenħtieġ li ma tipprojbixxix dawn il-kanali tal-bejgħ bħala tali. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali ppromulgati mill-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jiddefinixxu l-ħin tal-ġurnata li fih ma jkunux permessi ż-żjarat fid-djar tal-konsumaturi mingħajr it-talba espliċita tagħhom jew jipprojbixxu tali żjarat meta l-konsumatur ikun indika b’mod ċar li dawn iż-żjarat mhumiex aċċettabbli jew jippreskrivu l-proċedura ta’ ħlas. Barra minn hekk, tali dispożizzjonijiet jistgħu jistabbilixxu regoli aktar protettivi fl-oqsma armonizzati mid-Direttiva 2011/83/UE. Id-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata biex tippermetti lill-Istati Membri jadottaw miżuri nazzjonali biex jipprovdu perjodu itwal għad-dritt ta’ reċess u jidderogaw minn eċċezzjonijiet speċifiċi mid-dritt ta' reċess. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa li jinnotifikaw kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali adottata f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni biex din tkun tista' tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-partijiet interessati kollha u tissorvelja n-natura proporzjonata u l-legalità ta' dawn il-miżuri.

(56)  Fir-rigward ta’ prattiki aggressivi u qarrieqa fil-kuntest ta’ avvenimenti organizzati f’postijiet differenti mill-bini tal-kummerċjant, id-Direttiva 2005/29/KE hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kundizzjoni ta’ stabbiliment jew ta’ reġimi ta’ awtorizzazzjoni li l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq il-kummerċjanti. Barra minn dan, id-Direttiva 2005/29/KE hija mingħajr preġudizzju għad-dritt kuntrattwali nazzjonali u, b’mod partikolari, għar-regoli dwar il-validità, it-tfassil u l-effetti ta’ kuntratt. Prattiki aggressivi u qarrieqa fil-kuntest ta’ avvenimenti organizzati f’postijiet differenti mill-bini tal-kummerċjant jistgħu jiġu pprojbiti soġġetti għal valutazzjoni każ b’każ skont l-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2005/29/KE. Barra minn hekk, l-Anness I għad-Direttiva 2005/29/KE jinkludi projbizzjoni ġenerali ta’ prattiki fejn il-kummerċjant joħloq l-impressjoni li mhuwiex qed jaġixxi għal skopijiet relatati mal-professjoni tiegħu, u prattiki li joħolqu l-impressjoni li l-konsumatur ma jistax jitlaq mill-bini qabel ma jiġi konkluż kuntratt. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-regoli attwali jipprovdux livell adegwat ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u għodod biex l-Istati Membri jindirizzaw tali prattiki b’mod effettiv.

(57)  Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax id-dritt nazzjonali fil-qasam tad-dritt kuntrattwali fir-rigward ta’ aspetti relatati mad-dritt kuntrattwali li mhumiex regolati minn din id-Direttiva. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun bla preġudizzju għal-liġi nazzjonali li tirregola, pereżempju, il-konklużjoni jew il-validità ta’ kuntratt f’każijiet bħal nuqqas ta’ kunsens jew attività kummerċjali mhux awtorizzata.

(58)  Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata għad-drittijiet tal-konsumatur u r-rimedju skont id-dritt tal-Unjoni, il-punt ta’ aċċess online li se jiġi żviluppat mill-Kummissjoni jenħtieġ li, sa fejn possibbli, ikun faċli għall-utent, adattat biex jiġi aċċessat fuq il-mowbajl, faċilment aċċessibbli u li jista’ jintuża minn kulħadd, inkluż minn persuni b’diżabbiltà (“disinn għal kulħadd”), .

(59)  F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni(28), l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġġustifikata.

(60)  Billi l-objettivi ta’ din id-Direttiva ta’ infurzar u modernizzar aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2005/29/KE

Id-Direttiva 2005/29/KE hija emendata kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(c) “prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inkluż proprjetajiet immobbli, servizzi diġitali u kontenut diġitali, kif ukoll drittijiet u obbligi;”;

"

(b)  jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

“(m) “klassifikazzjoni” tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-kummerċjant, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal tali preżentazzjoni, organizzazzjoni jew komunikazzjoni;

   (n) “suq online” tfisser servizz li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra li jużaw software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li huwa operat minn kummerċjant jew f’ismu.”;

"

(2)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej: ▌"

“5.Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kummerċjalizzazzjoni jew prattiki ta’ bejgħ qarrieqa jew aggressivi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant lil konsumatur fid-dar, jew fir-rigward ta’ eskursjonijiet ▌organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ prodotti lill-konsumaturi. ▌Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

6.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali applikati fuq il-bażi tal-paragrafu 5 kif ukoll bi kwalunkwe tibdil sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti fuq sit web apposta.”;

"

(3)  Fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej:"

(c) kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett, fi Stat Membru wieħed, bħala identiku għal oġġett kummerċjalizzat fi ▌Stati Membri oħra, meta dan l-oġġett ikun differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi, sakemm dan ma jkunx ġustifikat minn fatturi leġittimi u oġġettivi.”;

"

(4)   ▌L-Artikolu 7 ▌jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 4 jiġi emendat kif ġej:

(i)  Il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

(d) l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna u eżekuzzjoni, jekk dawn ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali;”;

"

(ii)  Jiżdied il-punt li ġej:"

“(f) għal prodotti offruti fi swieq online, kemm jekk il-parti terza li toffri l-prodotti hija kummerċjant jew le, abbażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lis-suq online.”;

"

(b)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“4a. Meta l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jfittxu prodotti offruti minn kummerċjanti differenti jew minn konsumaturi abbażi ta’ tfittxija fl-għamla ta’ keyword, frażi jew input ieħor, irrispettivament minn fejn finalment jistgħu jiġu konklużi t-tranżazzjonijiet, informazzjoni ġenerali li tkun disponibbli f’taqsima speċifika tal-interfaċċa online li hija aċċessibbli b’mod dirett u faċli mill-paġna fejn ir-riżultati tat-tfittxija jiġu ppreżentati abbażi tal-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat ta’ mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri fil-konfront ta’ parametri oħra, għandha titqies bħala materjali. Dan il-paragrafu ma japplikax għall-fornituri ta’magni tat-tiftix online kif definiti fir-Regolament (UE) 2019/...*(29).

__________________

* Ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ...(ĠU ...).”;

"

(c)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“6. Meta kummerċjant jipprovdi aċċess għal reċensjonijiet tal-konsumatur dwar prodotti, informazzjoni dwar jekk u kif il-kummerċjant jiżgura li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw minn konsumaturi li xtraw jew użaw il-prodott, għandha titqies bħala materjali.”;

"

(5)  Jiddaħħal l-Artikolu▌ li ġej:"

“Artikolu 11a

Rimedju

1.  ▌Il-konsumaturi li jsofru dannu minħabba prattiki kummerċjali żleali, għandu jkollhom aċċess għal rimedji proporzjonati u effettivi, inkluż kumpens għad-dannu mġarrab mill-konsumatur u, fejn rilevanti, tnaqqis fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-effetti ta’ dawk ir-rimedji. L-Istat Membri jistgħu jqisu, fejn xieraq, il-gravità u n-natura tal-prattika kummerċjali żleali, id-dannu mġarrab mill-konsumatur u ċirkostanzi rilevanti oħra.

2.  Dawn ir-rimedji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rimedji oħra disponibbli għall-konsumaturi skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.”;

"

(6)  L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 13

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

   (a) in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ▌tal-ksur;

   (b) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju għad-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

   (c) kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;
   (d) il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;
   (e) penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn l-informazzjoni dwar tali penali hija disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394;
   (f) kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-penali jiġu imposti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu jew il-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċeduri ġudizzjarji biex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr preġudizzju għal dak ir-Regolament, għal raġunijiet kostituzzjonali nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-impożizzjoni ta’ multi għal:

   (a) ksur tal-Artikoli 6, 7, 8, u 9 u tal-Anness I; u
   (b) l-użu kontinwu min-naħa ta’ kummerċjant ta’ prattika kummerċjali li tkun tqieset li hija żleali minn awtorità nazzjonali jew qorti meta l-ksur mhuwiex kopert mill-punt (a).

4.  F’każijiet fejn tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda l-informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant mhijiex disponibbli, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

5.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli tagħhom dwar il-penali lill-Kummissjoni sa ... [data għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”.

"

(7)  ▌ L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)  Jiżdied il-punt li ġej:"

“11a. L-għoti ta’ riżultati tat-tiftix b'rispons għal mistoqsija ta’ tfittxija online minn konsumatur mingħajr ma jiġi żvelat b’mod ċar kwalunkwe riklam imħallas jew pagament speċifiku biex prodotti jiksbu klassifikazzjoni ogħla fir-riżultati tat-tiftix.”;

"

(b)  Jiddaħħlu l-punti li ġejjin:"

“23a. Bejgħ mill-ġdid ta’ biljetti ta’ avvenimenti lill-konsumaturi jekk il-kummerċjant ikun akkwistahom permezz ta’ mezzi awtomatizzati biex jevita kwalunkwe limitu impost fuq l-għadd ta’ biljetti li persuna tista’ tixtri jew kwalunkwe regola oħra applikabbli għax-xiri ta’ biljetti.

23b.  Fejn il-kummerċjant jindika li reċensjonijiet ta’ prodotti jkunu saru minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott mingħajr ma jieħu passi raġonevoli u proporzjonati biex jivverifika li dawn joriġinaw minn tali konsumaturi.

23c.  Fejn il-kummerċjant jissottometti jew jikkummissjona persuna ġuridika jew fiżika oħra biex tissottometti reċensjonijiet jew approvazzjonijiet foloz, jew jirrappreżenta b’mod ħażin reċensjonijiet tal-konsumaturi jew approvazzjonijiet fuq il-midja soċjali, sabiex jippromwovi l-prodotti.”.

"

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2011/83/KE

Id-Direttiva 2011/83/UE hija emendata kif ġej:

(1)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(3) “oġġetti” tfisser oġġetti kif definiti fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*(30);

__________________

* Id-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... (ĠU ...).”;

"

(b)  Jiddaħħal il-punt ▌li ġej:"

“(4a) “data personali” tfisser data personali kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 4 ▌tar-Regolament (UE) 2016/679;”;

"

(c)   Il-punti (5) u (6) huma sostitwiti b’dan li ġej:"

(5) “kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt li permezz tiegħu l-kummerċjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġetti lil konsumatur, inkluż kwalunkwe kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu kemm oġġetti kif ukoll servizzi;

   (6) “kuntratt ta’ servizz” tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li abbażi tiegħu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz, inkluż servizz diġitali, lill-konsumatur ▌;”;

"

(d)  Il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(11) “kontenut diġitali” tfisser kontenut diġitali kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*(31);”;

__________________

* Id-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... (ĠU ...).”;

"

(e)  Il-punti li ġejjin huma miżjuda:"

“ ▌ (16) “servizz diġitali” tfisser servizz diġitali kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...(32)++

   (17) “suq online” tfisser servizz ▌li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra li jużaw software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li huma operati minn kummerċjant jew f’ismu;
   (18) “fornitur ta’ suq online” tfisser kwalunkwe fornitur ta’ servizzi li jipprovdi suq online lill-konsumaturi;

   (19) “kompatibbiltà” tfisser kompatibbiltà kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...(33);
   (20) “funzjonalità” tfisser funzjonalità kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE)2019/...+;
   (21) “interoperabbiltà” tfisser interoperabbiltà kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/...+”;

"

(2)  L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“1. Din id-Direttiva għandha tapplika, skont il-kundizzjonijiet u sa fejn huwa stabbilit fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta’ dan. Hija għandha tapplika wkoll għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa ta’ fornituri pubbliċi, sa fejn dawn il-komoditajiet huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.”;

"

(b)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“1a. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll f’każ fejn il-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezzi tanġibbli jew servizz diġitali lill-konsumatur u l-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-provvista tal-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezzi tanġibbli jew servizz diġitali skont din id-Direttiva jew għall-kummerċjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li huwa soġġett għalihom, u l-kummerċjant ma jipproċessa din id-data għal ebda fini oħra.”;

"

(c)  Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)  Il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(k) ta’ servizzi tat-trasport ta’ passiġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19, 21 u 22;”;

"

(ii)  Jiżdied il-punt li ġej:"

“(n) għal kull oġġett mibjugħ permezz ta’ eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi.”;

"

(3)  ▌Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(e) flimkien ma’ tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għal oġġetti, kontenut diġitali u servizzi diġitali, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli;”;

"

(b)  Il-punti (g) u (h) huma sostitwit b'dan li ġej:"

(g) fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, tal-oġġetti b’elementi diġitali, tal-kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali;

   (h) fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali ▌li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment.”;

"

(4)  ▌L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

(c) l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit u n-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika. Barra minn hekk, meta il-kummerċjant jipprovdi mezzi oħra ta’ komunikazzjoni online li jiggarantixxu li l-konsumatur jista’ jżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub, inkluż id-data u l-ħin ta’ tali korrispondenza, mal-kummerċjant fuq mezz li jservi għal żmien twil, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dettalji ta’ dawk il-mezzi l-oħra. Dawn il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni pprovduti mill-kummerċjant għandhom jippermettu lill-konsumatur biex jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b’mod effikaċi miegħu. Fejn applikabbli, il-kummerċjant għandu jagħti wkoll l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f'ismu jkun qed jaġixxi.”;

"

(ii)  Jiżdied il-punt li ġej:"

“(ea) fejn applikabbli, li l-prezz kien personalizzat abbażi ta’ proċessi deċiżjonali awtomatizzati;”;

"

(iii)  Il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(l) tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għal oġġetti, kontenut diġitali u servizzi diġitali;”;

"

(iv)  Il-punti (r) u (s) huma sostitwiti b’dan li ġej:"

(r) fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, ta’ oġġetti b’elementi diġitali, tal-kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali;

   (s) fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, kontenut diġitali u servizzi diġitali ▌, li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment.”;

"

(b)  Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“4. L-informazzjoni msemmija fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 tista’ tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant ikun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 jekk ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur mimlija kif suppost. Ir-referenzi għall-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum fil-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A) għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għal perjodu ta’ reċess ta’ 30 jum f’każ li l-Istati Membri jadottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a).”

"

(5)  Jiddaħħal l-Artikolu ▌li ġej:"

“Artikolu 6a

Rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni addizzjonali għal kuntratti konklużi fuq swieq online

1.Qabel ma konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, fuq suq online, il-fornitur ta’ suq online għandu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29/KE, jipprovdi l-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u li jinftiehem u b’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użati:

   (a) informazzjoni ġenerali li tkun disponibbli f’taqsima speċifika tal-interfaċċa online li tkun aċċessibbli direttament u faċilment mill-paġna fejn l-offerti jiġu ppreżentati dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni, kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2005/29/KE, tal-offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri meta mqabbla ma’ parametri oħra;
   (b) jekk terza persuna li toffri l-oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali tkun operatur tas-suq jew le, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ta’ din it-terza persuna lis-suq online;
   (c) meta l-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali mhijiex kummerċjant, li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx ▌għall-kuntratt▌;▌
   (d) fejn applikabbli, kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornitur tas-suq online. Din l-informazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà li s-suq online jew il-kummerċjant jista’ jkollu fir-rigward tal-kuntratt skont liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE, dan l-Artikolu ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għas-swieq online. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”;

"

(6)   Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

3. Jekk konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel din it-talba espliċita fuq mezz li jservi għal żmien twil. Il-kummerċjant għandu wkoll jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur mhux se jkollu d-dritt ta’ reċess.”;

"

(7)  L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

4. Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi, fuq dak il-mezz partikolari, jew permezz tiegħu, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt bħal dan, tal-anqas l-informazzjoni prekuntrattwali dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, l-identità tal-kummerċjant, il-prezz totali, id-dritt ta’ reċess, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u, fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat, il-kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni tal-kuntratt, kif imsemmi rispettivament f’punti (a), (b), (e), (h) u (o) tal-Artikolu 6(1), ħlief il-mudell tal-formola ta’ reċess kif stabbilita fl-Anness I(B) imsemmi fil-punt (h). L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1), inkluż il-formola ta’ reċess, għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur b’mod xieraq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”;

"

(b)  Il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

8. Jekk konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel it-talba espressament.” Il-kummerċjant għandu wkoll jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur mhux se jkollu d-dritt ta’ reċess.”;

"

(8)  L-Artikolu 9 jiġi emendat kif ġej:

(a)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“1a. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li abbażi tagħhom il-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi estiż għal 30 jum għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar tal-konsumatur jew eskursjonjiet organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lill-konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali regoli għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”;

"

(b)  Fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja hija sostitwita b’din li ġejja:"

“2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-perjodu ta’ reċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiskadi wara 14-il jum, jew 30 jum f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont il-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, minn:”;

"

(9)  Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“2. Jekk il-kummerċjant ikun ipprovda lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien 12-il xahar mill-jum imsemmi fl-Artikolu 9(2), id-dritt ta’ reċess għandu jiskadi 14-il jum, jew 30 jum f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a), wara l-jum li fih il-konsumatur jirċievi dik l-informazzjoni.”;

"

(10)  Fl-Artikolu 13, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

4. Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi applikabbli skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

5.  Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut, għajr data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, ħlief meta tali kontenut:

   (a) ma jkollux użu lil hinn mill-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant;
   (b) huwa relatat biss mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant;
   (c) ġie aggregat ma’ data oħra mill-kummerċjant u ma jistax ikun diżaggregat jew inkella bi sforzi sproporzjonati biss; jew
   (d) ġie ġġenerat b’mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jistgħu jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut.

6.  Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 5, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut li mhuwiex data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant.

7.  Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-fornitur, fi żmien raġonevoli u f’format ta’ data li jintuża komunement u li jinqara mill-magni.

8.  F’każ ta’ reċess mill-kuntratt, il-kummerċjant jista’ jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew ta’ servizz diġitali mill-konsumatur, b’mod partikolari billi jneħħi l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut diġitali jew għas-servizz diġitali jew billi jneħħilu l-awtorizzazzjoni tal-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6.

"

(11)  L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“2a. F’każ li jirreċedi mill-kuntratt, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jqegħidhom għad-dispożizzjoni ta' partijiet terzi.”;

"

(b)  Fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(i) il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espliċitu tiegħu rigward il-bidu tal-eżekuzzjoni qabel it-tmiem tal-perjodu tal-14-il jum jew 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9;”;

"

(12)  L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

(a) kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz u, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas jekk l-eżekuzzjoni tkun bdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur, u bir-rikonoxximent li huwa se jitlef id-dritt ta’ reċess wara l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant;”;

"

(b)  Il-punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

(m) kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jekk l-eżekuzzjoni tkun bdiet u, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, fejn:

   (i) il-konsumatur ikun ta l-kunsens espliċitu minn qabel biex tibda l-eżekuzzjoni matul il-perjodu ta’ reċess;
   (ii) il-konsumatur ikun irrikonoxxa li b’dan jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess; u
   (iii) il-kummerċjant ikun ipprovda l-konferma f'konformità mal-Artikolu 7(2) jew mal-Artikolu 8(7).”;

"

(c)  Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ reċess stabbilit fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-paragrafu 1 għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar tal-konsumatur jew eskursjonijiet organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lill-konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fil-konfront ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz wara li s-servizz ikun twettaq b’mod sħiħ u fejn il-konsumatur ikun talab speċifikament żjara mill-kummerċjant bil-għan li jagħmel tiswijiet, jekk il-prestazzjoni tkun bdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur, jekk il-kuntratt ikun jobbliga lill-konsumatur biex iħallas.”;

"

(13)  L-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 24

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

   (a) in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ▌tal-ksur;

   (b) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju għad-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

   (c) kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;
   (d) il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;
   (e) penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn l-informazzjoni dwar tali penali hija disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394;
   (f) kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-penali jiġu imposti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu jew il-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċeduri ġudizzjarji sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

4.  F’każijiet fejn tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda l-informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant mhijiex disponibbli, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

5.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli tagħhom dwar il-penali lill-Kummissjoni sa ... [data għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”.

"

(14)  Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“1. Meta Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe għażla regolatorja msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 6(8), l-Artikolu7(4), l-Artikolu 8(6), l-Artikolu 9(1a), l-Artikolu 9(3), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16, għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan sa ... [id-data ta’ traspożizzjoni prevista fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva emendatorja], kif ukoll bi kwalunkwe emenda sussegwenti.”;

"

(15)  L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt A huwa emendat kif ġej:

(i)  it-tielet paragrafu ▌ taħt “Dritt ta’ reċesshuwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Biex teżerċita d-dritt ta’ reċess, trid tinfurmana [2] bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi mill-kuntratt minn dan il-kuntratt permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita (eż. ittra mibgħuta bil-posta jew posta elettronika). Tista’ tuża l-formola standard ta’ reċess mehmuża iżda mhijiex obbligatorja. [3]”;

"

(ii)  il-punt 2 taħt “Istruzzjonijiet biex timla l-formolajinbidel b’dan li ġej:"

“ [2.] Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika.”

"

(b)  Fil-punt B, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Lil [L-isem tal-kummerċjant, l-indirizz ġeografiku u ▌l-indirizz tal-posta elettronika jiddaħħlu mill-kummerċjant]:”.

"

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 93/13/KE

Id-Direttiva 93/13/KEE hija emendata kif ġej:

Jiddaħħal l-Artikolu ▌ li ġej:"

“Artikolu 8b

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu tali penali għal sitwazzjonijiet fejn il-klawżoli kuntrattwali huma b'mod espliċitu definiti bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha fid-dritt nazzjonali jew fejn bejjiegħ jew fornitur ikompli juża klawżoli kuntrattwali li ġew stabbiliti bħala li huma inġusti f’deċiżjoni finali meħuda skont l-Artikolu 7(2).

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

   (a) in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ▌tal-ksur;

   (b) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-bejjiegħ jew fornitur biex itaffi jew joffri rimedju għad-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

   (c) kwalunkwe ksur preċedenti mill-bejjiegħ jew fornitur;
   (d) il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-bejjiegħ jew fornitur minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;
   (e) penali imposti fuq il-bejjiegħ jew fornitur għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn l-informazzjoni dwar tali penali hija disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394;
   (f) kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-penali jiġu imposti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu jew il-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċeduri ġudizzjarji sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

5.  F’każijiet fejn tiġi imposta multa skont il-paragrafu 4, iżda l-informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur mhijiex disponibbli, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

6.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli tagħhom dwar il-penali lill-Kummissjoni sa ... [id-data għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”.

"

Artikolu 4

Emendi għad-Direttiva 98/6/KE

Id-Direttiva 98/6/KE hija emendata kif ġej:

(a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

“Artikolu 6a

1.  Kwalunkwe tħabbir ta’ tnaqqis fil-prezz għandu jindika l-prezz preċedenti applikat mill-kummerċjant għal perjodu ta’ żmien determinat qabel l-applikazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz.

2.  Il-prezz preċedenti għandu jfisser l-aktar prezz baxx applikat mill-kummerċjant matul perjodu ta’ żmien li ma jistax ikun iqsar minn xahar qabel l-applikazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz.

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli differenti għal oġġetti li jistgħu jiddeterjoraw jew jiskadu malajr.

4.  Fejn il-prodott ikun ilu fis-suq għal inqas minn 30 jum, l-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu għal perjodu ta’ żmien iqsar mill-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2.

5.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li meta t-tnaqqis fil-prezz jiżdied progressivament, il-prezz preċedenti jkun il-prezz mingħajr tnaqqis fil-prezz qabel l-ewwel applikazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz.”;

"

(b)   L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 8

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ir-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

   (a) in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ▌tal-ksur;

   (b) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew joffri rimedju għad-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

   (c) kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;
   (d) il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;
   (e) penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn l-informazzjoni dwar tali penali hija disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394;
   (f) kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli tagħhom dwar il-penali lill-Kummissjoni sa ... [id-data għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”.

"

Artikolu 5

Informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ċ-ċittadini li jfittxu informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur jew soluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti, jibbenefikaw minn punt ta’ aċċess online, permezz tal-gateway diġitali unika stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(34) li jippermettilhom:

(a)  jaċċessaw informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet tal-konsumatur tal-Unjoni b’mod ċar, li jinftiehem u faċilment aċċessibbli; u

(b)  jippreżentaw ilment permezz tal-pjattaforma għas-soluzzjoni online għat-tilwim stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,(35) u liċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi kompetenti, skont il-partijiet involuti.

Artikolu 6

Rappurtar mill-Kummissjoni u rieżami

Sa ... [sentejn wara d-data tal-applikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jinkludi b’mod partikolari valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward:

(a)  avvenimenti organizzati f’postijiet oħrajn għajr il-bini tan-negozju tal-kummerċjant; u

(b)  każijiet ta’ oġġetti kummerċjalizzati bħala identiċi iżda li għandhom kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti b’mod sinifikanti, inkluż jekk dawk il-każijiet għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti, inkluża projbizzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE u jekk humiex meħtieġa dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-informazzjoni dwar id-divrenzjar tal-oġġetti.

Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, bi proposta leġislattiva.

Artikolu 7

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa ... [mhux iktar tard minn 24 xahar wara l-adozzjoni] il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn ... [6 xhur wara d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 66.
(2)* IL-FINALIZZAZZJONI LEGALI-LINGWISTIKA TA' DAN IT-TEST GĦADHA MA SARITX.
(3)ĠU C 440, 6.12.2018, p. 66.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019.
(5)Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(6)Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).
(7)Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).
(8)Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(9)Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004, (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).
(10)Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli żleali f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).
(11) Ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... (ĠU ...).
(12)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS Nru/SS (2018/0112(COD)) u daħħal in-numru, d-data, it-titlu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(13)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS Nru/SS (2018/0112(COD)).
(14) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
(15)Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għat-tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).
(16)Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).
(17)Ir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħra ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità tal-klijenti, il-post ta’ residenza jew il-post ta’ stabbiliment fis-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60, I, 2.3.2018, p. 1).
(18)Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (id-"Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku") (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(19) Id-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... (ĠU ...).
(20)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19 (2015/0287(COD) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota ta’ qiegħ il-paġna.
(21)++ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19(2015/0287(COD)).
(22)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19(2015/0287(COD)).
(23)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19(2015/0287(COD)).
(24)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19(2015/0287(COD)).
(25)Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(26)C(2017)6532.
(27) https://ec.europa.eu/jrc/sites/jrcsh/files/eu_harmonised_testing_methodology__framework_for_selecting_and_testing_of_food_products_to_assess_quality_related_characteristics.pdf
(28) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14
(29)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS Nru/SS (2018/0112(COD)) u daħħal in-numru, d-data, it-titlu u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna.
(30)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 27/19 (2015/0288(COD) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota ta’ qiegħ il-paġna.
(31)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19 (2015/0287(COD) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota ta’ qiegħ il-paġna.
(32)++ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19(2015/0287(COD)).
(33)+ ĠU: Jekk jogħġbok inkludi fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument PE-CONS 26/19(2015/0287(COD)).
(34) Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
(35)Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għat-tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).


It-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari ***I
PDF 356kWORD 102k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel], id-Direttiva 2001/18/KE [dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' OĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 [dwar ikel u għalf ĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 [dwar l-addittivi fl-għalf], ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 [dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni], ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 [dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 [dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 [dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] u r-Regolament (UE) Nru 2015/2283 [dwar ikel ġdid] (COM(2018)0179 – C8-0144/2018 – 2018/0088(COD))
P8_TA-PROV(2019)0400A8-0417/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0179),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 43, 114 u 168(4)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0144/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-15 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Sajd u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0417/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 2065/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 1331/2008, (KE) Nru 1107/2009, (UE) 2015/2283 u d-Direttiva 2001/18/KE

P8_TC1-COD(2018)0088


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43(2), l-Artikolu 114, u l-Artikolu 168(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(5),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(6),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, b'tali mod li jifforma bażi komuni għall-miżuri li jirregolaw il-liġi dwar l-ikel kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali. Fost l-oħrajn, dan jipprovdi li l-liġi dwar l-ikel trid tkun ibbażata fuq analiżi tar-riskju, ħlief fejn din ma tkunx xierqa għaċ-ċirkostanzi jew għan-natura tal-miżura.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jiddefinixxi analiżi tar-riskju bħala proċess li jikkonsisti fi tliet komponenti interkonnessi: valutazzjoni tar-riskju, ġestjoni tar-riskju, u komunikazzjoni tar-riskju. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, dan jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-"Awtorità"), bħala l-korp tal-Unjoni responsabbli għall-valutazzjoni tar-riskju fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf.

(3)  Il-komunikazzjoni tar-riskju hi parti essenzjali mill-proċess ta' analiżi tar-riskju. ▌ L-evalwazzjoni REFIT tal-liġi ġenerali dwar l-ikel (ir-Regolament (KE) Nru 178/2002) tal-2018, (Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel) sabet li l-komunikazzjoni tar-riskju b'mod ġenerali mhix meqjusa li hi effettiva biżżejjed. Dan għandu impatt fuq il-fiduċja tal-konsumaturi fl-eżitu tal-proċess ta' analiżi tar-riskju.

(4)  Għaldaqstant, hemm bżonn li tiġi żgurata komunikazzjoni tar-riskju trasparenti, kontinwu u inklużiv matul l-analiżi tar-riskju, li tinvolvi lill-assessuri tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju tal-Unjoni u dawk nazzjonali. Tali komunikazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jsaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini li l-analiżi tar-riskju huwa msejjes fuq l-objettiv li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-interessi tal-konsumaturi. Dik il-komunikazzjoni tar-riskju jenħtieġ li tkun kapaċi wkoll tikkontribwixxi għal djalogu parteċipattiv u miftuħ bejn il-partijiet interessati kollha sabiex jiġi żgurat li l-prevalenza tal-interess pubbliku u l-akkuratezza, il-komprensività, it-trasparenza, il-konsistenza u l-kontabilità jiġu meqjusafil-proċess ta' analiżi tar-riskju.

(5)  Il-komunikazzjoni tar-riskju jenħtieġ li tixħet enfasi partikolari fuq ▌l-ispjegazzjoni b'mod akkurat, ċar, komprensiv, koerenti, xieraq u puntwali mhux biss tas-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju nfushom iżda anki ta' kif tali sejbiet jintużaw biex jgħinu fl-informar ta' deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju flimkien ma' fatturi leġittimi oħra, fejn rilevanti. Jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni dwar kif intlaħqu d-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju u dwar il-fatturi, minbarra r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, li kienu kkunsidrati mill-amministraturi tar-riskju, kif ukoll dwar kif dawk il-fatturi kienu mqabbla kontra xulxin.

(6)  Minħabba l-ambigwità fil-perċezzjoni pubblika tad-differenza bejn il-periklu u r-riskju, jenħtieġ li l-komunikazzjoni tar-riskju tipprova tikkjarifika dik id-distinzjoni u b'hekk tiżgura li tali distinzjoni tinftiehem aħjar mill-pubbliku ġenerali.

(7)  Fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li prodott tal-ikel jew għalf jista' jkun ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali minħabba nuqqas ta' konformità li tirriżulta minn ksur intenzjonat tal-liġi applikabbli tal-Unjoni mwettaq permezz ta' prattiki frodulenti jew qarrieqa, l-awtoritajiet pubbliċi, billi jidentifikaw bl-aktar mod sħiħ possibbli l-prodotti kkonċernati u r-riskju li dawn jistgħu jippreżentaw, jenħtieġ li jinfurmaw lill-pubbliku dwar dan malajr kemm jista' jkun.

(8)  Hemm bżonn li jiġu stabbiliti objettivi u prinċipji ġenerali ta' komunikazzjoni tar-riskju, b'kont meħud tar-rwoli rispettivi tal-assessuri u tal-amministraturi tar-riskju, filwaqt li tiġi garantita l-indipendenza tagħhom.

(9)  Fuq il-bażi ta' dawn l-objettivi u l-prinċipji ġenerali ▌, jenħtieġ li jiġi stabbilit pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità u l-Istati Membri, u skont il-konsultazzjonijiet pubbliċi rilevanti. Jenħtieġ li dak il-pjan ġenerali jippromwovi qafas integrat ta' komunikazzjoni tar-riskju għall-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju kollha fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-katina alimentari. Jenħtieġ li jippermetti wkoll il-flessibbiltà neċessarja u jenħtieġ li ma jittrattax sitwazzjonijiet speċifikament koperti mill-pjan ġenerali għall-immaniġġar ta' kriżi.

(10)  Jenħtieġ li l-pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati t-tip u l-livell ta' attivitajiet ta' komunikazzjonijiet tar-riskju meħtieġa, bħal-livelli differenti ta' riskju, in-natura tar-riskju u l-impatt potenzjali tiegħu fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u, fejn rilevanti, l-ambjent, min u x'inhu affettwat direttament jew indirettament mir-riskju, il-livelli ta' ▌ esponiment għal periklu, il-livell ta' urġenza u l-kapaċità li jiġi kkontrollat ir-riskju u fatturi oħra li jinfluwenzaw il-perċezzjoni tar-riskju, inkluż ▌ il-qafas legali applikabbli u l-kuntest tas-suq rilevanti.

(11)  Jenħtieġ li l-pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju jidentifika wkoll l-għodod u l-mezzi li jridu jintużaw u jeħtieġ jistabbilixxi mekkaniżmi adegwati ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali involuti fil-proċess tal-analiżi tar-riskju, b'mod partikolari fejn diversi aġenziji tal-Unjoni jipprovdu outputs xjentifiċi dwar l-istess suġġetti jew oħrajn relatati, sabiex jiżgura komunikazzjoni tar-riskju koerenti u djalogu miftuħ fost il-partijiet interessati kollha.

(12)  It-trasparenza tal-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tikkontribwixxi għall-kisba ta' leġittimità akbar mill-Awtorità f'għajnejn il-konsumaturi u l-pubbliku ġenerali fit-twettiq tal-missjoni tagħha, iżżid il-fiduċja tagħhom fil-ħidma tagħha u tiżgura li l-Awtorità tkun aktar responsabbli quddiem iċ-ċittadini tal-Unjoni f'sistema demokratika. Għaldaqstant, hu essenzjali li tissaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku ġenerali u ta' partijiet interessati oħra fl-analiżi tar-riskju li hu l-bażi li fuqu hija mibnija l-liġi tal-Unjoni rilevanti, u b'mod partikolari fil-valutazzjoni tar-riskju, inkluża t-trasparenza tagħha kif ukoll l-organizzazzjoni, il-funzjonament u l-indipendenza tal-Awtorità.

(13)  Huwa xieraq li jiżdied ir-rwol tal-Istati Membri kif ukoll l-isforz u l-impenn tal-partijiet kollha involuti fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità ('il-Bord ta' Ġestjoni')▌.

(14)  L-esperjenza turi li r-rwol tal-Bord ta' Ġestjoni hu ffokat fuq l-aspetti amministrattivi u finanzjarji u ma jħallix impatt fuq l-indipendenza tal-ħidma xjentifika mwettqa mill-Awtorità. Għaldaqstant, huwa adegwat li r-rappreżentanti tal-Istati Membri kollha, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni kif ukoll tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet tal-industrija jiġu inklużi fil-Bord ta' Ġestjoni ▌ filwaqt li jiġi previst li dawk ir-rappreżentati jenħtieġ li jkollhom esperjenza u għarfien espert mhux biss fl-oqsma tal-liġi u l-politika tal-katina alimentari, inkluż il-valutazzjoni tar-riskju, iżda wkoll fl-oqsma ta kwistjonijiet maniġerjali, azmministrattivi, finanzjarji u legali u jiżguraw li jaġixxu b'mod indipendenti fl-interess pubbliku.

(15)  Il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni jenħtieġ li jkunu magħżula u maħtura b'mod li jassigura l-ogħla standards ta' kompetenza u l-usa' firxa ta' esperjenza rilevanti disponibbli.

(16)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel identifika ċerti nuqqasijiet fil-kapaċità fit-tul tal-Awtorità li żżomm l-għarfien espert ta' livell għoli tagħha. B'mod partikolari, kien hemm tnaqqis fin-numru ta' kandidati li japplikaw biex isiru membri tal-Bordijiet Xjentifiċi tal-Awtorità. B'hekk, is-sistema trid tissaħħaħ u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu rwol aktar attiv biex jiżguraw li jkun hemm grupp kbir biżżejjed ta' esperti disponibbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-sistema tal-Unjoni tal-valutazzjoni tar-riskju f'termini ta' livell għoli ta' għarfien espert xjentifiku, ta' indipendenza u ta' għarfien espert multidixxiplinari.

(17)  Biex tiġi ppreservata l-indipendenza tal-valutazzjoni tar-riskju mill-amministrazzjoni tar-riskju u minn interessi oħra fil-livell tal-Unjoni, huwa xieraq li l-għażla mid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità u l-ħatra mill-Bord ta' Ġestjoni tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi ▌ tal-Awtorità jkunu bbażati fuq kriterji stretti li jiżguraw l-eċċellenza u l-indipendenza tal-esperti filwaqt li jiġi żgurat l-għarfien espert multidixxiplinari meħtieġ għal kull Bord Xjentifiku. Għal dak l-għan hu essenzjali li d-Direttur Eżekuttiv, li l-funzjoni tiegħu hi li jiddefendi l-interessi tal-Awtorità u b'mod partikolari l-indipendenza tal-għarfien espert tagħha, jkollu rwol fl-għażla ▌ ta' dawk l-esperti xjentifiċi. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jiżgura, sal-massimu possibbli, li l-esperti maħtura bħala membri tal-Bordijiet Xjentifiċi jkunu xjenzati li b'mod attiv qed iwettqu wkoll riċerka, u jippubblikaw ir-riżultati tar-riċerka tagħhom f'rivisti xjentifiċi suġġetti għal reviżjoni bejn il-pari, dment li jikkonformaw mal-kriterji stretti ta' eċċellenza u ta' indipendenza. Jenħtieġ li jkun żgurat kumpens finanzjarju xieraq tal-esperti. Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri oħra wkoll biex jiġi żgurat li l-esperti xjentifiċi jkollhom il-mezz biex jaġixxu indipendentement.

(18)  Hu essenzjali li jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti tal-Awtorità u li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-għarfien espert tiegħu. Għaldaqstant, hemm bżonn li jissaħħaħ l-appoġġ ipprovdut mill-Awtorità u mill-Istati Membri għall-ħidma tal-Kumitat Xjentifiku u l-Bordijiet Xjentifiċi. B'mod partikolari, l-Awtorità jenħtieġ li torganizza l-ħidma preparatorja li ssostni l-kompiti tal-Bordijiet Xjentifiċi, inkluż billi titlob lill-persunal tal-Awtorità jew lill-organizzazzjonijiet xjentifiċi nazzjonali li jinsabu f'netwerk mal-Awtorità biex jabbozzaw opinjonijiet xjentifiċi preparatorji li jridu jiġu evalwati bejn il-pari u adottati minn dawk il-Bordijiet Xjentifiċi. Dak jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-valutazzjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità.

(19)  Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni huma bbażati fuq il-prinċipju li hu f'idejn l-applikant jew in-notifikatur li juri bil-provi li s-suġġett ta' applikazzjoni jew notifika jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Unjoni ▌. Dak il-prinċipju hu bbażat fuq il-premessa li s-saħħa pubblika u, fejn rilevanti, l-ambjent huma protetti aħjar meta l-oneru tal-provi jkun fuq l-applikant jew in-notifikatur peress li dan irid juri bil-provi li s-suġġett tal-applikazzjoni jew tan-notifika tiegħu hu sikur qabel ma jitqiegħed fis-suq, minflok ma l-awtoritajiet pubbliċi jkollhom juru bil-provi li dak is-suġġett mhuwiex sikur sabiex ikunu jistgħu jipprojbixxuh mis-suq. ▌ Skont dak il-prinċipju u r-rekwiżiti regolatorji applikabbli, b'appoġġ tal-applikazzjonijiet jew in-notifiki skont il-liġi ssettorjali tal-Unjoni ▌ , l-applikanti jew in-notifikaturi huma meħtieġa jissottomettu l-istudji rilevanti, inklużi testijiet, biex juru s-sigurtà u, f'ċerti każijiet, l-effikaċja ta' suġġett.

(20)  Il-liġi tal-Unjoni tipprevedi għall-kontenut ta' applikazzjonijiet u ta' notifiki. Hu essenzjali li l-applikazzjoni jew in-notifika ▌sottomessa lill-Awtorità għall-valutazzjoni tar-riskju tagħha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli biex tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika tal-aqwa kwalità mill-Awtorità. L-applikanti jew in-notifikaturi u b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji mhux dejjem ikollhom fehim ċar ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet. Għaldaqstant, huwa adegwat li, meta l-Awtorità tista' tintalab li tipprovdi output xjentifiku, jenħtieġ li hija tipprovdi parir lil applikant jew notifikatur potenzjali, fuq talba qabel ma tiġi sottomessa formalment applikazzjoni jew notifika. Dan il-parir ta' qabel is-sottomissjoni jenħtieġ li jkun relatat mar-regoli applikabbli u l-kontenut meħtieġ għal applikazzjoni jew notifika, u jenħtieġ li ma jindirizzax id-disinn tal-istudji li jridu jiġu sottomessi, billi dak jibqa' taħt ir-responsabbiltà tal-applikant. ▌

(21)  Meta l-Awtorità tista' tintalab tipprovdi output xjentifiku, jenħtieġ li hija jkollha għarfien ▌ dwar l-istudji kollha mwettqa minn applikant bil-ħsieb li tappoġġa applikazzjoni ▌ skont il-liġi ▌ tal-Unjoni. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ u adegwat li, meta operaturi tan-negozju jikkummissjonaw jew iwettqu studji bil-ħsieb li jissottomettu applikazzjoni, jew notifika, huma jinnotifikaw lill-Awtorità dwar dawk l-istudji. Jenħtieġ li l-obbligu ta' notifika ta' tali studji japplika wkoll għal-laboratorji u l-faċilitajiet tal-ittestjar oħra li jwettquhom. L-informazzjoni dwar l-istudji notifikati jenħtieġ li jsiru pubbliċi biss ladarba tiġi ppubblikata applikazzjoni korrispondenti ▌ f'konformità mar-regoli applikabbli dwar it-trasparenza. Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva ta' dak l-obbligu, huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċerti konsegwenzi proċedurali f'każ ta' nuqqas ta' konformità. Jenħtieġ li l-Awtorità, f'dak il-kuntest, tistabbilixxi arranġamenti prattiċi biex timplimenta dak l-obbligu, inkluż proċeduri biex jintalbu u biex isiru pubbliċi l-ġustifikazzjonijiet għan-nuqqas ta' konformità.

(22)  F'konformità mad-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), jenħtieġ li t-testijiet fuq l-annimali jiġu sostitwiti, imnaqqsa jew raffinati. Għalhekk, fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li d-duplikazzjoni tat-testijiet fuq l-annimali tiġi evitata, fejn possibbli.

(23)  Fil-każ ta' applikazzjonijiet jew notifiki biex jintalab it-tiġdid ta' awtorizzazzjoni jew ta' approvazzjoni, is-sustanza jew il-prodott awtorizzati jew approvati diġà jkunu ilhom fis-suq għal diversi snin. L-esperjenza u l-għarfien, għaldaqstant, diġà jeżistu fir-rigward ta' dik is-sustanza jew prodott. Meta l-Awtorità tista' tintalab tipprovdi output xjentifiku, huwa ▌ xieraq li l-istudji ppjanati biex isostnu talbiet għal tiġdid, inkluż informazzjoni dwar id-disinn propost, li jkunu ġew notifikati mill-applikant jew min-notifikatur lill-Awtorità jiġu sottomessi għal konsultazzjoni ta' partijiet terzi. Jenħtieġ li l-awtorità, b'mod sistematiku, tipprovdi parir lill-applikanti jew lin-notifikaturi dwar il-kontenut tal-applikazzjoni jew notifiki ta' tiġdid maħsuba, kif ukoll dwar id-disinn tal-istudji, b'kont meħud tal-kummenti riċevuti.

(24)  Hemm ċertu tħassib pubbliku dwar il-valutazzjoni tal-Awtorità fil-qasam tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni li tkun primarjament ibbażata fuq studji tal-industrija. Huwa tal-akbar importanza li l-Awtorità twettaq tiftix f'letteratura xjentifika biex tkun tista' tikkunsidra data u studji oħra eżistenti dwar is-suġġett sottomess għall-valutazzjoni tagħha. Biex jiġi pprovdut livell addizzjonali ta' garanzija biex jiżgura li l-Awtorità jista' jkollha aċċess għad-data u għall-istudji xjentifiċi rilevanti kollha disponibbli dwar suġġett ta' applikazzjoni jew notifika għal awtorizzazzjoni jew tiġdid ta' awtorizzazzjoni jew ta' approvazzjoni, huwa xieraq li tiġi prevista konsultazzjoni mal-partijiet terzi biex jiġi identifikat jekk hemmx data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra disponibbli. Biex tiżdied l-effikaċja tal-konsultazzjoni, il-konsultazzjoni jenħtieġ li ssir eżatt wara li l-istudji sottomessi mill-industrija inklużi f'applikazzjoni jew f'notifika jsiru pubbliċi, skont ir-regoli dwar it-trasparenza applikabbli. Meta jkun hemm riskju li r-riżultati ta' konsultazzjoni pubblika ma jistgħux jingħataw kunsiderazzjoni adatta minħabba l-iskadenzi applikabbli, huwa xieraq li tiġi prevista estensjoni limitata ta' dawk l-iskadenzi.

(25)  Is-sigurtà tal-ikel hi kwistjoni sensittiva ta' interess kbir għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-oneru tal-prova jinxteħet fuq l-industrija biex turi bil-provi l-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni, huwa importanti li tiġi stabbilita għodda ta' verifika addizzjonali, jiġifieri l-ikkummissjonar ta' studji addizzjonali bl-objettiv ta' verifika tal-evidenza użata fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riskju, biex jiġu indirizzati każijiet speċifiċi ta' importanza soċjetali kbira fejn ikun hemm kontroversji serji jew riżultati konfliġġenti.. Peress li dawk l-istudji ta' verifika jkunu iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni u li l-użu ta' din l-għodda ta' verifika eċċezzjonali jenħtieġ li jibqa' proporzjonat, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri , jenħtieġ li tkun responsabbli għall-iskattar tal-ikkummissjonar tat-tali studji ta' verifika. Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-fatt li f'ċerti każijiet speċifiċi jista' jkun hemm il-ħtieġa li l-istudji ta' verifika kkummissjonati jkollhom bżonn ambitu usa' mill-evidenza inkwistjoni, pereżempju f'każijiet fejn isiru disponibbli żviluppi xjentifiċi ġodda.

(26)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel wera li, għalkemm l-Awtorità għamlet progress konsiderevoli f'termini ta' trasparenza, il-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju, speċjalment fil-kuntest tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni li jkopru l-katina alimentari, mhux dejjem jiġi perċepit bħala trasparenti għalkollox. Dak huwa parzjalment dovut ukoll għar-regoli differenti dwar it-trasparenza u l-kunfidenzjalità li huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u f'atti leġislattivi settorjali oħra tal-Unjoni ▌. Ir-relazzjoni bejn dawk l-atti tista' tħalli impatt fuq l-aċċettazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju mill-pubbliku ġenerali.

(27)  L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata ''Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi'' kompliet tikkonferma t-tħassib dwar it-trasparenza fir-rigward ta' studji kummissjonati mill-industrija u sottomessi ▌ fi proċeduri ta' awtorizzazzjoni.

(28)  Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tissaħħaħ it-trasparenza tal-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju b'mod proattiv. Id-data u l-informazzjoni xjentifiċi kollha li jappoġġaw it-talbiet għal awtorizzazzjonijiet jew għal approvazzjonijiet skont il-liġi tal-Unjoni ▌ kif ukoll talbiet oħra għal output xjentifiku jenħtieġ li jsiru disponibbli għall-pubbliku b'mod proattiv u li jkunu aċċessibbli b'mod faċli kemm jista' jkun malajr fil-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju. Madankollu, tali żvelar lill-pubbliku jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola dwar id-dritt ta' proprjetà intellettwali jew għal kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni ▌ li tipproteġi l-investiment magħmul minn innovaturi fil-ġbir tal-informazzjoni u tad-data li jappoġġaw l-applikazzjonijiet jew in-notifiki rilevanti. Jenħtieġ li jiġi żgurat li tali divulgazzjoni lill-pubbliku ma titqiesx bħala permess għal użi jew sfruttament ulterjuri, mingħajr ma tiġi pperikolata n-natura proattiva tad-divulgazzjoni lill-pubbliku u l-aċċess pubbliku faċli għad-data u l-informazzjoni divulgati.

(29)  Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-valutazzjoni tar-riskju, sommarju tal-parir ta' qabel is-sottomissjoni jenħtieġ li jsir pubbliku biss ladarba applikazzjoni jew notifika korrispondenti tkun saret pubblika f'konformità mar-regoli applikabbli dwar it-trasparenza.

(30)  Fejn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità b'rabta mal-applikazzjonijiet jew notifiki sottomessi ▌ skont il-liġi tal-Unjoni, u filwaqt li jitqies l-obbligu tagħha li tiżgura aċċess pubbliku għall-informazzjoni kollha ta' appoġġ fir-rigward tal-forniment tal-outputs xjentifiċi tagħha, jenħtieġ li l-Awtorità jkollha r-responsabbiltà li tivvaluta talbiet għall-kunfidenzjalità.

(31)  Biex jiġi determinat liema livell ta' divulgazzjoni proattiva lill-pubbliku jsib il-bilanċ adatt, id-drittijiet rilevanti tal-pubbliku għat-trasparenza fil-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jitqabblu mad-drittijiet tal-applikanti ▌ jew in-notifikaturi, filwaqt li jittieħed kont tal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(32)  Fir-rigward tal-proċeduri ta' applikazzjoni jew ta' notifika previsti fil-liġi tal-Unjoni ▌, l-esperjenza miksuba s'issa wriet li ċerti punti ta' informazzjoni ġeneralment jitqiesu li huma sensittivi u jenħtieġ li jibqgħu kunfidenzjali fil-proċeduri settorjali differenti . Għaldaqstant, huwa adatt li fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tiġi stabbilita lista orizzontali ta' punti ta' informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħhom, kif ikun wera l-applikant jew in-notifikatur, ser potenzjalment tagħmel ħsara għall-interessi kummerċjali kkonċernati sa livell sinifikanti u li għalhekk jenħtieġ li ma tiġix iddivulgata lill-pubbliku. Jenħtieġ li dawk il-punti jinkludu l-proċess ta' manifattura u ta' produzzjoni, inkluż il-metodu u l-aspetti ta' innovazzjoni tiegħu, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u industrijali, bħall-impuritajiet, inerenti għal dak il-proċess minbarra informazzjoni li hija rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza. F'ċirkostanzi limitati ħafna u eċċezzjonali biss relatati mal-effetti tas-saħħa prevedibbli jew, fejn tkun meħtieġa valutazzjoni ambjentali skont il-liġi settorjali tal-Unjoni, mal-effetti ambjentali, jew fejn l-awtoritajiet rilevanti jkunu identifikaw ħtiġijiet urġenti li jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, jekk tali informazzjoni tiġi divulgata.

(33)  Għall-finijiet ta' ċarezza u biex tiżdied iċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti proċedurali speċifiċi li jridu jiġu segwiti minn applikant jew minn notifikatur fir-rigward ta' talba għal informazzjoni sottomessa biex tappoġġa applikazzjoni jew notifika skont il-liġi tal-Unjoni ▌ li jridu jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali.

(34)  Huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-protezzjoni u kunfidenzjalità ta' data personali għall-finijiet tat-trasparenza tal-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju, filwaqt li jitqies ir-Regolamenti (UE) 2018/1725(9) u (UE) 2016/679(10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B'hekk, l-ebda data personali ma jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament, sakemm dan ma jkunx meħtieġ u proporzjonat għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza, l-indipendenza u l-affidabbiltà tal-proċess ta' stima tar-riskju, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta' interess. B’mod partikolari, għall-fini li tiġi żgurata t-trasparenza u jiġu evitati kunflitti ta' interess, huwa meħtieġ li jiġu pubblikati l-ismijiet tal-parteċipanti u l-osservaturi f'ċerti laqgħat tal-Awtorità.

(35)  Għall-fini ta' trasparenza akbar u sabiex jiġi żgurat li t-talbiet għal outputs xjentifiċi riċevuti mill-Awtorità jiġu pproċessati b'mod effettiv, jenħtieġ li jiġu żviluppati formati standard tad-data.

(36)  Filwaqt li jitqies il-fatt li l-Awtorità tkun meħtieġa taħżen data xjentifika, inkluż data kunfidenzjali u personali, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li tali ħżin jitwettaq f'konformità ma' livell għoli ta' sigurtà.

(37)  Barra minn hekk, sabiex jiġu valutati l-effikaċja u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet legali differenti applikabbli għall-Awtorità, huwa adatt ukoll li tiġi prevista evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-Awtorità ▌. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni, b'mod partikolari, tirrieżamina l-proċeduri għall-għażla tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi, għall-grad tagħhom ta' trasparenza, kosteffikaċja, u idoneità biex jiġu żgurati l-indipendenza u l-kompetenza, u biex jiġu evitati kunflitti ta' interess.

(38)  L-istudji, inklużi t-testijiet, sottomessi mill-operaturi tan-negozju b'appoġġ għal applikazzjonijiet ▌ normalment jikkonformaw ma' prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment, li jipprovdu bażi uniformi għall-kwalità tagħhom, b'mod partikolari f'termini ta' riproduċibbiltà tar-riżultati. Madankollu, kwistjonijiet ta' konformità mal-istandards applikabbli, bħal dawk stabbiliti bid-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) jew dawk żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, jistgħu jqumu f'xi każijiet u huwa għalhekk li huma stabbiliti sistemi nazzjonali u internazzjonali sabiex jivverifikaw konformità bħal din. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Kummissjoni twettaq missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni sabiex tivvaluta l-applikazzjoni mil-laboratorji u faċilitajiet tal-ittestjar oħra tal-istandards rilevanti biex jitwettqu testijiet u studji sottomessi lill-Awtorità bħala parti minn applikazzjoni. Dawk il-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni jippermettu lill-Kummissjoni tidentifika, u timmira li tikkoreġi, id-dgħufijiet possibbli fis-sistemi u n-nuqqas ta' konformità u biex jiġi pprovdut livell addizzjonali ta' garanziji sabiex il-pubbliku ġenerali jkun rasu mistrieħa dwar il-kwalità tal-istudji. Abbażi tal-konklużjonijiet ta' tali missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri leġislattivi adegwati bil-għan li titjieb il-konformità ma' dawk l-istandards rilevanti.

(39)  Sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-adattamenti proposti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, jenħtieġ li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċess pubbliku u mal-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, fir-Regolamenti (KE) Nru 1829/2003(12), (KE) Nru 1831/2003(13), (KE) Nru 2065/2003(14), (KE) Nru 1935/2004(15), (KE) Nru 1331/2008(16), (KE) Nru 1107/2009(17), (UE) 2015/2283 (18) u fid-Direttiva 2001/18/KE(19) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(40)  Biex jiġi żgurat li jittieħed kont ta' speċifiċitajiet settorjali fir-rigward ta' informazzjoni kunfidenzjali, huwa meħtieġ li jitqabblu d-drittijiet rilevanti tal-pubbliku għat-trasparenza fil-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju, ▌ mad-drittijiet tal-applikanti ▌jew tan-notifikaturi, filwaqt li jitqiesu l-objettivi speċifiċi tal-liġi settorjali tal-Unjoni kif ukoll tal-esperjenza miksuba. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jsiru emendi speċifiċi għar-Regolamenti (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, ment (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 1331/2008, (KE) Nru 1107/2009, (UE) 2015/2283 u d-Direttiva 2001/18/KE sabiex jiġu previsti punti kunfidenzjali addizzjonali għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(41)  Id-drittijiet dwar l-aċċess għad-dokumenti minquxa fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20) u, fejn hija kkonċernata l-informazzjoni ambjentali, id-drittijiet minquxa fir-Regolament (KE) Nru 1367/2006(21) u d-Direttiva 2003/4/KE(22) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mhumiex affettwati minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li d-drittijiet previsti minn dawk l-atti bl-ebda mod ma jiġu llimitatimid-dispożizzjonijiet dwar id-disseminazzjoni proattiva stipulati f'dan ir-Regolament u l-valutazzjoni rilevanti ta' talba għall-kunfidenzjalità.

(42)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 fir-rigward tal-adozzjoni ta' pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju u l-adozzjoni ta' formati standard tad-data, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23).

(43)  Sabiex il-Kummissjoni, l-Istati Membri , l-Awtorità u l-operaturi tan-negozju jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti minn dan ir-Regolament filwaqt li jiġi żgurat li l-Awtorità tkompli bl-operat tajjeb tagħha, huwa meħtieġ li jiġu previsti miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(44)  Peress li l-ħatra tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku u tal-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi tiddependi fuq il-bidu tal-operat tal-Bord ta' Ġestjoni l-ġdid, huwa meħtieġ li jiġu previsti dispożizzjonijiet tranżitorji speċifiċi li jippermettu li jittawwal il-mandat attwali tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi.

(45)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 178/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

'4. Il-komunikazzjoni tar-riskju għandha tissodisfa l-objettivi u tirrispetta l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 8a u 8b.';

"

(2)  fil-Kapitolu II tiddaħħal it-Taqsima 1a li ġejja:"

"TAQSIMA 1a

KOMUNIKAZZJONI TAR-RISKJU

Artikolu 8a

Objettivi tal-komunikazzjoni tar-riskju

B'kont meħud tar-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju, il-komunikazzjoni tar-riskju għandu jkollha l-objettivi li ġejjin:

   (a) is-sensibilizzazzjoni u l-fehim tal-kwistjonijiet speċifiċi taħt kunsiderazzjoni, inkluż f'każijiet ta' diverġenzi f'valutazzjoni xjentifika, matul il-proċess sħiħ ta' analiżi tar-riskju;
   (b) l-iżgurar tal-konsistenza, it-trasparenza u ċ-ċarezza fil-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;
   (c) il-provvediment ta' bażi soda, inkluż, fejn adatt, bażi xjentifika, għall-fehim ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;
   (d) it-titjib tal-effikaċja u l-effiċjenza ġenerali tal- analiżi tar-riskju;
   (e) it-trawwim ta' fehim pubbliku tal-analiżi tar-riskju, inkluż tal-kompiti u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju biex tissaħħaħ il-fiduċja fl-eżitu tiegħu;
   (f) l-iżgurar tal-involviment adatt ta' konsumaturi, negozji tal-għalf u tal-ikel, il-komunità akkademika u l-partijiet interessati l-oħra kollha; ▌
   (g) l-iżgurar tal-iskambju adatt u trasparenti ta' informazzjoni mal-partijiet interessati b'rabta mar-riskji assoċjati mal-katina ▌ alimentari;
   (h) l-iżgurar tal-provvista ta' informazzjoni lill-konsumaturi dwar strateġiji ta' prevenzjoni tar-riskju; u
   (i) il-kontribut għall-ġlieda kontra t-tixrid ta' informazzjoni falza u s-sorsi tagħha.

Artikolu 8b

Prinċipji ġenerali tal-komunikazzjoni tar-riskju

Filwaqt li jittieħed kont tar-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju, il-komunikazzjoni tar-riskju għandha:

   (a) tiżgura li l-informazzjoni ▌ adatta u preċiża kollha ▌ tiġi skambjata b'mod interattiv u f'waqtu mal-partijiet interessati kollha, abbażi tal-prinċipji ta' trasparenza, aċċess miftuħ, u risponsività;
   (b) tipprovdi informazzjoni trasparenti f'kull stadju tal-proċess ta' analiżi tar-riskju mill-istrutturar ta' talbiet għall-parir xjentifiku sal-provvista ta' valutazzjoni tar-riskju u l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju, inkluż informazzjoni dwar kif intlaħqu deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju u liema fatturi ġew ikkunsidrati;
   (c) tieħu kont tal-perċezzjonijiet tar-riskju tal-partijiet interessati kollha;
   (d) tiffaċilita l-fehim u d-djalogu fost il-partijiet interessati kollha; u
   (e) tkun ċara u aċċessibbli, inkluż għal dawk mhux direttament involuti fil-proċess jew li mhumiex ġejjin minn ambjent xjentifiku, filwaqt li tirrispetta b'mod debitu d-dispożizzjonijiet legali applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' data personali.

Artikolu 8c

Pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju sabiex jinkisbu ▌ l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 8a, f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 8b. Il-Kummissjoni għandha żżomm dak il-pjan ġenerali aġġornat, filwaqt li tieħu kont tal-progress tekniku u xjentifiku u l-esperjenza miksuba. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 58(2). Fit-tħejjija ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Awtorità.

2.  Il-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju għandu jippromwovi qafas integrat ta' komunikazzjoni tar-riskju li għandu jiġi segwit kemm mill-assessuri tar-riskju kif ukoll mill-amministraturi tar-riskju b'mod koerenti u sistematiku kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali. Dan għandu:

   (a) jidentifika l-fatturi ewlenin li jeħtieġ jittieħed kont tagħhom meta jitqiesu t-tip u l-livell meħtieġa ta' attivitajiet tal-komunikazzjoni tar-riskju;
   (b) jidentifika t-tipi u l-livelli differenti ta' attivitajiet tal-komunikazzjoni tar-riskju, u l-għodod u l-kanali ewlenin adatti li jridu jintużaw għall-finijiet ta' komunikazzjoni tar-riskju, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtiġijiet tal-gruppi ta' udjenza fil-mira rilevanti; ▌
   (c) jistabbilixxi mekkaniżmi adatti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni sabiex tissaħħaħ il-koerenza tal-komunikazzjoni tar-riskju fost l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju; u
   (d) jistabbilixxi mekkaniżmi adatti biex jiġi żgurat djalogu miftuħ fost il-konsumaturi, in-negozji tal-għalf u tal-ikel, il-komunità akkademika u l-partijiet interessati l-oħra kollha, kif ukoll l-involviment adatt tagħhom.'';

"

(3)  fl-Artikolu 22(7), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

''Għandha taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi kompetenti fl-Istati Membri li jwettqu xogħlijiet simili għal dawk tal-Awtorità u, fejn adatt, mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.'';

"

(4)  l-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:"

"1. Kull Stat Membru għandu jinnomina membru u membru supplenti bħala r-rappreżentanti tiegħu fil-Bord ta' Ġestjoni. Il-membri u l-membri supplenti b'hekk innominati għandhom jinħatru mill-Kunsill u jkollhom id-dritt tal-vot.";

"

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:"

"1a. Minbarra l-membri u l-membri supplenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jinkludi:

   (a) żewġ membri u żewġ membri supplenti maħtura mill-Kummissjoni bħala r-rappreżentanti tagħha, bid-dritt tal-vot;
   (b) żewġ membri maħtura mill-Parlament Ewropew, bid-dritt tal-vot;
   (c) erba' membri u erba' membri supplenti bid-dritt tal-vot bħala r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tal-interessi tal-katina alimentari, jiġifieri membru wieħed u membru supplenti wieħed minn organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, membru wieħed u membru supplenti wieħed minn organizzazzjonijiet ambjentali nongovernattivi, membru wieħed u membru supplenti wieħed minn organizzazzjonijiet tal-bdiewa, u membru wieħed u membru supplenti wieħed minn organizzazzjonijiet industrijali.

Il-membri u l-membri supplenti msemmija fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu għandhom jinħatru mill-Kunsill f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew abbażi ta' lista li għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni u mibgħuta lill-Kunsill. Il-lista għandha tinkludi aktar ismijiet minn kemm hemm karigi x'jimtlew. Il-lista mfassla mill-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew mill-Kunsill, flimkien mad-dokumenti ta' sfond rilevanti. Kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard minn tliet xhur mill-wasla ta' dik il-lista, il-Parlament Ewropew jista' jissottometti l-fehmiet tiegħu għall-kunsiderazzjoni tal-Kunsill li mbagħad għandu jaħtar lil dawk il-membri.

1b.  Il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Ġestjoni għandhom jiġu nominati u maħtura abbażi tal-esperjenza u l-għarfien espert rilevanti tagħhom fil-qasam tal-liġis u l-politika dwar il-katina alimentari, inkluż il-valutazzjoni tar-riskji, filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm l-għarfien espert rilevanti fl-oqsma ta' kwistjonijiet maniġerjali, amministrattivi, finanzjarji u legali fi ħdan il-Bord ta' Ġestjoni.";

"

(c)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. Il-mandat tal-membri u tal-membri supplenti għandu jkun ta' erba' snin u jista' jiġġedded. Madankollu, ▌ il-mandat tal-membri u l-membri supplenti msemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a jista' jiġġedded darba biss.";

"

(d)  fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri tiegħu. Membri supplenti għandhom jirrappreżentaw lill-membri fin-nuqqas tagħhom u jivvotaw f'isimhom.";

"

(5)  l-Artikolu 28 hu emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 5 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"5. Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku li ma jkunux membri tal-Bordijiet Xjentifiċi u ▌ l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom jinħatru mill-Bord ta' Ġestjoni, li jaġixxi fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, għal mandat ta' tliet snin, li jkun jista' jiġġedded, wara pubblikazzjoni ta' sejħa għal espressjoni ta' interess f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi magħrufa rilevanti u fis-sit elettroniku tal-Awtorità. L-Awtorità għandha tippubblika tali sejħa għal espressjoni ta' interess wara li tkun informat lill-Istati Membri dwar il-kriterji u l-oqsma tal-għarfien espert meħtieġa. L-Istati Membri għandhom:

   (a) jippubblikaw is-sejħa għal espressjoni ta' interess fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom u tal-korpi kompetenti tagħhom li jwettqu kompiti simili għal dawk tal-Awtorità;
   (b) jinformaw lill-organizzazzjonijiet xjentifiċi rilevanti li jinsabu fit-territorju tagħhom;
   (c) jinkoraġġixxu lil kandidati potenzjali biex japplikaw; u
   (d) jieħdu kwalunkwe miżura adegwata oħra biex jappoġġaw is-sejħa għal espressjoni ta' interess.";

"

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:"

"5a. Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku li ma jkunux membri tal-Bordijiet Xjentifiċi u l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom jintgħażlu u jinħatru ▌b'konformità mal-proċedura li ġejja:

   (a) abbażi tal-applikazzjonijiet riċevuti għal sejħa għal espressjoni ta' interess, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta' lista ta' kandidati adegwati li tinkludi tal-inqas id-doppju tal-kandidati neċessarji biex jimtlew il-karigi fil-Kumitat Xjentifiku u l-Bordijiet Xjentifiċi u jibgħat l-abbozz ta' lista lill-Bord ta' Ġestjoni, waqt li jindika l-għarfien espert multidixxiplinari speċifiku meħtieġ f'kull Bord Xjentifiku ▌.
   (b) abbażi ta' dak l-abbozz ta' lista, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jaħtar lill-membri tal-Kumitat Xjentifiku li ma jkunux membri tal-Bordijiet Xjentifiċi u lill-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi u jfassal il-lista ta' riżerva tal-kandidati għall-Kumitat xjentifiku u l-Bordijiet Xjentifiċi;

   (c) il-proċedura ta' ▌ għażla u l-ħatriet tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku li ma jkunux membri tal-Bordijiet Xjentifiċi u l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom isiru abbażi tal-kriterji li ġejjin:
   (i) livell għoli ta' għarfien espert xjentifiku;
   (ii) indipendenza u nuqqas ta' konflitt ta' interessi b'konformità mal-Artikolu 37(2) u l-politika dwar l-indipendenza tal-Awtorità u l-implimentazzjoni ta' dik il-politika fir-rigward tal- membri tal-Bordijiet Xjentifiċi;
   (iii) l-issodisfar tal-ħtiġijiet għall-għarfien espert multidixxiplinari speċifiku tal-Bord Xjentifiku li fih ser jinħatru u r-reġim lingwistiku applikabbli;
   (d) meta l-kandidati jkollhom għarfien espert xjentifiku ekwivalenti, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jiżgura li tinkiseb l-usa' distribuzzjoni ġeografika possibbli fil-ħatriet ▌.

5b.  Meta l-Awtorità tidentifika li hemm għarfien espert speċifiku nieqes f'wieħed mill-Bordijiet Xjentifiċi jew f'diversi Bordijiet Xjentifiċi, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipproponi ▌lill-Bord ta' Ġestjoni, b'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 5 u 5a, li jinħatru membri addizzjonali tal-Bordijiet Xjentifiċi.

5c.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jadotta, fuq il-bażi ta' proposta tad-Direttur Eżekuttiv, regoli dwar l-organizzazzjoni dettaljata u l-ħin tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 5a u 5b.

5d.  ▌ L-Istati Membri u l-impjegaturi tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom iżommu lura milli jagħtu lil dawk il-membri jew lill-esperti esterni li jipparteċipaw fil-gruppi ta' ħidma tal-Kumitat Xjentifiku jew il-Bordijiet Xjentifiċi, kwalunkwe struzzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-kompiti individwali ta' dawk il-membri u esperti, jew mal-kompiti, ir-responsabbiltajiet u l-indipendenza tal-Awtorità.

5e.  ▌ L-Awtorità għandha ssostni l-kompiti tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi billi torganizza x-xogħol tagħhom, b'mod partikolari x-xogħol preparatorju li jrid isir mill-persunal tal-Awtorità jew minn organizzazzjonijiet xjentifiċi nazzjonali nnominati msemmija fl-Artikolu 36, inkluż billi torganizza l-possibbiltà li jitħejjew opinjonijiet xjentifiċi li mbagħad jiġu evalwati bejn il-pari mill-Bordijiet Xjentifiċi qabel ma jadottawhom.

5f.  Kull Bord Xjentifiku għandu jinkludi massimu ta' 21 membru.

5g.  Il-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandu jkollhom aċċess għal taħriġ komprensiv dwar il-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju.";

"

(c)  fil-paragrafu 9, il-punt (b) hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"(b) in-numru ta' membri f'kull Bord Xjentifiku iżda mhux aktar min-numru massimu previst fil-paragrafu 5f.";

"

(6)  jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

"Artikolu 32a

Pariri ta' qabel is-sottomissjoni

1.  Meta l-liġi tal-Unjoni jkun fiha dispożizzjonijiet biex l-Awtorità tipprovdi output xjentifiku, inkluż opinjoni xjentifika, il-persunal tal-Awtorità għandu, fuq it-talba ta' applikant jew notifikatur potenzjali, jipprovdi parir dwar ir-regoli applikabbli u l-kontenut meħtieġ għall-applikazzjoni jew in-notifika, qabel ma tiġi sottomessa. Dan il-parir ipprovdut mill-persunal tal-Awtorità għandu jkun mingħajr ħsara u mhux vinkolanti rigward kwalunkwe valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet jew in-notifiki mill-Bordijiet Xjentifiċi. Il-persunal tal-Awtorità li jipprovdi l-parir ma għandu jkun involut fl-ebda ħidma xjentifika jew teknika preparatorja li tkun direttament jew indirettament rilevanti għall-applikazzjoni jew in-notifika li hija s-suġġett tal-parir.

2.  L-Awtorità għandha tippubblika gwida ġenerali fuq is-sit web tagħha fir-rigward tar-regoli applikabbli u l-kontenut meħtieġ għall-applikazzjonijiet u n-notifiki, inkluż, fejn xieraq, gwida ġenerali dwar it-tfassil ta' studji meħtieġa.

Artikolu 32b

Notifika tal-istudji

1.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi u tamministra bażi tad-data għall-istudji kkummissjonati jew imwettqa mill-operaturi tan-negozju biex jingħata appoġġ lil applikazzjoni jew notifika li fir-rigward tagħha l-liġi tal-Unjoni jkun fiha dispożizzjonijiet biex l-Awtorità tipprovdi output xjentifiku, inkluż opinjoni xjentifika.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-operaturi tan-negozju għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Awtorità bit-titlu u l-iskop ta' kwalunkwe studju kkommissjonat jew imwettaq minnhom biex jingħata appoġġ lil applikazzjoni jew modifika, kif ukoll il-laboratorju jew il-faċilità tal-ittestjar li wettqu dak l-istudju, u d-dati tal-bidu u tat-tlestija ppjanati.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-laboratorji u faċilitajiet oħra ta' ttestjar li jkunu jinsabu fl-Unjoni għandhom ukoll, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-awtorità bit-titolu u l-ambitu ta' kwalunkwe studju kkommissjonat minn operaturi tan-negozju u mwettaq minn tali laboratorji jew faċilitajiet oħra ta' ttestjar biex jappoġġja applikazzjoni jew notifika, id-dati tal-bidu u tat-tmeim ippjanat, kif ukoll l-isem tal-operatur tan-negozju li jkun ikkommissjona tali studju.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll, mutatis mutandis, għal laboratorji u faċilitajiet ta' ttestjar oħrajn li jinsabu f'pajjiżi terzi sa fejn stabbilit fil-ftehimiet u l-arranġamenti rilevanti ma' dawk il-pajjiżi terzi, inkluż kif imsemmi fl-Artikolu 49.

4.  Applikazzjoni jew notifika ma għandhiex titqies valida jew ammissibbli, fejn din tkun appoġġata minn studji li ma jkunux ġew notifikati minn qabel f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3, sakemm l-applikant jew in-notifikatur ma jipprovdix ġustifikazzjoni valida għan-nuqqas ta' notifika ta' tali studji.

Meta studji ma jkunux ġew notifikati qabel f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3, u meta ma tkunx ġiet ipprovuta ġustifikazzjoni valida, applikazzjoni jew notifika tista' tiġi sottomessa mill-ġdid, dment li l-applikant jew in-notifikatur jinnotifika lill-Awtorità b'dak l-istudji, b'mod partikolari, it-titolu tagħhom u l-ambitu tagħhom, il-laboratorju jew il-faċilità tal-ittestjar li jwettaqhom kif ukoll id-dati tal-bidu u tat-tmiem ippjanat tagħhom.

Il-valutazzjoni tal-validità jew l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni jew in-notifika sottomessa mill-ġdid għandha tibda sitt xhur wara n-notifika tal-istudji skont it-tieni subparagrafu .

5.  Applikazzjoni jew notifika ma għandhiex titqies valida jew ammissibbli, fejn l-istudji li ġew innotifikati preċedenti skont il-paragrafu 2 jew 3 ma jkunux inklużi fl-applikazzjoni jew in-notifika, sakemm l-applikant jew in-notifikatur ma jipprovdux ġustifikazzjoni valida għan-nuqqas ta' inklużjoni ta' tali studji.

Meta studji ma jkunux ġew notifikati qabel f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3 ma kinux inklużi fl-applikazzjoni jew in-notifika, u meta ma tkunx ġiet ipprovduta ġustifikazzjoni valida, applikazzjoni jew notifika tista' tiġi sottomessa mill-ġdid, dment li l-applikant jew in-notifikatur jissottometti l-istudji kollha li ġew innotifikati f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3.

Il-valutazzjoni tal-validità jew l-ammissibbiltà ta' tali applikazzjoni jew notifika sottomessa mill-ġdid għandha tibda sitt xhur wara s-sottomissjoni tal-istudji skont it-tieni subparagrafu.

6.  Fejn l-Awtorità tinduna, waqt il-valutazzjoni tar-riskju tagħha, li l-istudji innotifikati f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3 mhumiex inklużi fl-applikazzjoni jew in-notifika korrispondenti b'mod sħiħ, u fin-nuqqas ta' ġustifikazzjoni valida tal-applikant jew tan-notifikatur għal dak il-għan, il-limiti taż-żmien applikabbli li fihom l-Awtorità hija mitluba tagħti l-output xjentifiku tagħha għandhom jiġu sospiżi. Dik is-sospensjoni għandha tintemm sitt xhur wara s-sottomissjoni tad-data kollha ta' dawk l-istudji.

7.  L-Awtorità għandha tagħmel pubbliku l-informazzjoni notifikata biss f'każijiet fejn tkun irċeviet applikazzjoni jew notifika korrispondenti ▌ u wara li l-Awtorità tkun iddeċidiet dwar id-divulgazzjoni tal-istudji li jakkumpanjaw f'konformità mal-Artikoli 38 sa 39e.

8.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi ▌l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, inkluż arranġamenti biex jintalbu u jsiru pubbliċi l-ġustifikazzjonijiet validi fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6. Dawk l-arranġamenti għandhom ▌ikunu f'konformità ma' dan ir-Regolament u mal-liġi rilevanti l-oħra tal-Unjoni ▌.

Artikolu 32c

Konsultazzjoni mal-partijiet terzi

1.  Fejn il-liġi rilevanti tal-Unjoni tipprevedi li approvazzjoni jew awtorizzazzjoni, inkluż permezz ta' notifika, tista' tiġġedded, l-applikant jew in-notifikatur potenzjali għat-tiġdid għandu jinnotifika lill-Awtorità bl-istudji li jkun beħsiebu jwettaq għal dak l-għan, inkluż informazzjoni dwar kif għandhom jitwettqu d-diversi studji sabiex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji. Wara tali notifika ta' studji, l-Awtorità għandha tniedi konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-pubbliku dwar l-istudji maħsuba għat-tiġdid, inkluż dwar it-tfassil propost tal-istudji. Filwaqt li tqis il-kummenti riċevuti mill-partijiet ikkonċernati u mill-pubbliku li huma rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tat-tiġdid maħsub, l-Awtorità għandha tipprovdi parir dwar il-kontenut tal-applikazzjoni jew in-notifika maħsuba għat-tiġdid, kif ukoll dwar it-tfassil tal-istudji. Il-parir ipprovdut tal-Awtorità għandu jkun mingħajr ħsara u mhux vinkolanti rigward il-valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet jew notifiki għal tiġdid mill-Bordijiet Xjentifiċi.

2.  L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku abbażi tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-applikazzjoni jew in-notifika magħmulin pubbliċi mill-Awtorità f'konformità mal-Artikoli 38 sa 39e, u immedjatament wara tali divulgazzjoni lill-publiku, sabiex tidentifika jekk hemmx data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra disponibbli dwar is-suġġett ikkonċernat mill-applikazzjoni jew in-notifika. F'każijiet debitament iġġustifikati, fejn ikun hemm riskju li r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika mwettqa f'konformità ma' dan il-paragrafu ma jkunux jistgħu jingħataw il-kunsiderazzjoni xierqa minħabba l-limiti ta' żmien applikabbli li fihom l-Awtorità tkun meħtieġa tagħti l-output xjentifiku tagħha, dawk il-limiti ta' żmien jistgħu jiġu estiżi għal perijodu massimu ta' seba' ġimgħat. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Awtorità taħt l-Artikolu 33 u ma japplikax għas-sottomissjoni ta' kwalunkwe informazzjoni supplimentari mill-applikanti jew in-notifikaturi matul il-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju.

3.  L-Awtorità għandha ▌ tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 32a .

Artikolu 32d

Studji ta' verifika

Mingħajr ħsara għall-obbligu tal-applikanti biex tintwera s-sigurtà ta' suġġett sottomess għal sistema ta' awtorizzazzjoni, il-Kummissjoni, f'ċirkostanzi eċċezzjonali ta' kontroversji serji jew riżultati konfliġġenti, tista' titlob lill-Awtorità tikkummissjona studji xjentifiċi bl-objettiv li tivverifika l-evidenza użata fil-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju tagħha. L-istudji kkummissjonati jista' jkollhom ambitu usa' mill-evidenza soġġetta għal verifika.";

"

(7)  l-Artikolu 38 hu emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-Awtorità għandha twettaq l-attivitajiet tagħha b'livell għoli ta' trasparenza. B'mod partikolari għandha tagħmel pubbliċi:

   (a) l-aġendi, il-listi tal-parteċipanti u l-minuti tal-Bord ta' Ġestjoni, tal-Forum Konsultattiv, tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-gruppi ta' ħidma tagħhom;
   (b) l-outputs xjentifiċi kollha, li jinkludu l-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi wara l-adozzjoni, opinjonijiet ta' minoranza u riżultati ta' konsultazzjonijiet imwettqa matul il-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju li dejjem jiġu inklużi;
   (c) data xjentifika, studji u informazzjoni oħra li jappoġġaw applikazzjonijiet ▌, li jinkludu informazzjoni supplimentari fornita mill-applikanti, kif ukoll data xjentifika u informazzjoni oħra li jappoġġaw talbiet mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għal output xjentifiku, inkluża opinjoni xjentifika, b'kunsiderazzjoni tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali f'konformità mal-Artikoli 39 sa 39e;
   (d) l-informazzjoni li fuqha huma bbażati l-outputs xjentifiċi tagħha, li jinkludu l-opinjonijiet xjentifiċi, b'kunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta' tali informazzjoni kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali f'konformità mal-Artikoli 39 sa 39e;
   (e) id-dikjarazzjonijiet annwali ta' interess mill-membri tal-Bord ta' Ġestjoni, mid-Direttur Eżekuttiv u mill-membri tal-Forum Konsultattiv, mill- Kumitat Xjentifiku u mill-Bordijiet Xjentifiċi, kif ukoll mill-membri tal-gruppi ta' ħidma, u d-dikjarazzjonijiet ta' interess magħmula b'rabta mal-punti fuq l-aġendi tal-laqgħat;
   (f) l-istudji xjentifiċi tagħha f'konformità mal-Artikoli 32 u 32d;
   (g) ir-rapport annwali tal-attivitajiet tagħha;
   (h) it-talbiet mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni jew minn xi Stat Membru għal opinjonijiet xjentifiċi li jkunu ġew irrifjutati jew immodifikati u l-ġustifikazzjonijiet għar-rifjut jew għall-modifikazzjoni ▌;
   (i) ġabra fil-qosor tal-pariri pprovduti ▌ lill-applikanti potenzjali fil-fażi ta' qabel is-sottomissjoni skont l-Artikoli 32a u 32c.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom isiru pubbliċi mingħajr dewmien, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tiegħu, fejn huma kkonċernati l-applikazzjonijiet, u fil-punt (i) tiegħu, li għandhom isiru pubbliċi mingħajr dewmien ladarba l-applikazzjoni tkun ġiet meqjusa valida jew ammissibbli.

L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tiġi ppubblikata f'taqsima ddedikata tas-sit web tal-Awtorità. Dik it-taqsima ddedikata għandha tkun disponibbli pubblikament u aċċessibbli faċilment. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli biex jitniżżlu, jiġu stampati u jitfittxu f'format elettroniku.";

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"1a. Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punti (c), (d) u (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ▌ lill-pubbliku għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

   (a) ▌ kwalunkwe regola eżistenti li tikkonċerna d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali li jistabbilixxu limitazzjonijiet fuq ċerti użi tad-dokumenti ddivulgati jew il-kontenut tagħhom; u
   (b) kwalunkwe dispożizzjoni stabbilita fil-liġi tal-Unjoni ▌ li tipproteġi l-investiment li jsir minn innovaturi fil-ġbir tal-informazzjoni u tad-data li tappoġġa l-applikazzjonijiet rilevanti għal awtorizzazzjonijiet ("regoli dwar l-esklużività tad-data").

Id-divulgazzjoni lill-pubbliku tal-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhiex titqies li hi permess jew liċenzja espliċita jew impliċita għad-data u għall-informazzjoni rilevanti u biex jintuża, jiġi riprodott jew imħaddem b'xi mod ieħor il-kontenut ta' dawn bi ksur ta' xi dritt tal-proprjetà intellettwali jew regoli dwar l-esklussività tad-data, u l-Unjoni ma għandhiex tkun responsabbli għall-użu ta' dawn minn partijiet terzi. L-Awtorità għandha tiżgura li impenji ċari jew dikjarazzjonijiet iffirmati jingħataw għal dan il-għan minn dawk li jaċċessaw l-informazzjoni rilevanti, qabel id-divulgazzjoni tagħhom.";

"

(c)  il-paragrafu 3 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"3. L-Awtorità għandha tistabbilixxi ▌ l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar it-trasparenza msemmija fil-paragrafi 1, 1a u 2 ta' dan l-Artikolu, b'kunsiderazzjoni tal-Artikoli 39 sa 39g u 41.";

"

(8)  l-Artikolu 39 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 39

Kunfidenzjalità

1.  B'deroga mill-Artikolu 38, l-Awtorità ma għandhiex tagħmel pubblika informazzjoni li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Fuq talba minn applikant, l-Awtorità tista' tagħti trattament kunfidenzjali biss fir-rigward tal-punti ta' informazzjoni li ġejjin fejn l-applikant juri li d-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni potenzjalment tagħmel ħsara fi grad sinifikanti lill-interessi tiegħu:

   (a) il-proċess ta' manifattura jew produzzjoni, inkluż il-metodu u l-aspetti innovattivi tiegħu, kif ukoll speċifikazzjonijiet tekniċi u industrijali oħra inerenti għal dak il-proċess jew metodu, għajr informazzjoni li hija rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza;
   (b) ir-rabtiet kummerċjali bejn produttur jew importatur u l-applikant jew id-detentur ta' awtorizzazzjoni, fejn applikabbli;
   (c) informazzjoni kummerċjali li tikxef is-sorsi, l-ishma mis-suq jew l-istrateġija kummerċjali tal-applikant; u
   (d) il-kompożizzjoni kwantitattiva tas-suġġett tat-talba, ħlief għal informazzjoni li hija rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza.

3.  Il-lista ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe liġi ▌ settorjali tal-Unjoni.

4.  Minkejja l-paragrafi 2 u 3:

   (a) fejn azzjoni urġenti hi essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa tal-annimali jew tal-ambjent, bħal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-Awtorità tista' tiddivulga l-informazzjoni msemmija f'dawk il-paragrafi ▌2 u 3;
   (b) informazzjoni li tagħmel parti mill-konklużjonijiet tal-outputs xjentifiċi, inkluż opinjonijiet xjentifiċi, forniti mill-Awtorità u li huma relatati ma' effetti prevedibbli ▌fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent għandha madankollu ssir pubblika.";

"

(9)  jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

"Artikolu 39a

Talba għall-kunfidenzjalità

1.  Meta jissottometti applikazzjoni ▌, data xjentifika ta' sostenn u informazzjoni supplimentari oħra b'konformità mal-liġi ▌ tal-Unjoni, l-applikant jista' jitlob biex ċerti siltiet mill-informazzjoni sottomessa jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali f'konformità mal- Artikolu 39(2) u (3). Tali talba tista' tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni verifikabbli li turi kif il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni kkonċernata tagħmel ħsara sinifikanti għall-interessi kkonċernati f'konformità malArtikolu 39 (2) u (3).

2.  Meta applikant jissottometti talba għal kunfidenzjalità, dan għandu jipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali u verżjoni kunfidenzjali tal-informazzjoni sottomessa f'konformità ma' formati standard tad-data, fejn jeżistu, skont l-Artikolu 39f. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali għandha tkun mingħajr l-informazzjoni li l-applikant iqis kunfidenzjali abbażi tal- Artikolu 39 (2) u (3) u għandu jindika l-postijiet minn fejn tkun tħassret tali informazzjoni. Il-verżjoni kunfidenzjali għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha sottomessa, inkluż informazzjoni li l-applikant iqis kunfidenzjali. L-informazzjoni mitluba biex tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali fil-verżjoni kunfidenzjali għandha tkun immarkata ċara. L-applikant għandu jindika biċ-ċar ir-raġunijiet li fuqhom il-bażi tagħhom tintalab il-kunfidenzjalità għas-siltiet differenti tal-informazzjoni.

Artikolu 39b

Deċiżjoni dwar il-kunfidenzjalità

1.  L-Awtorità għandha:

   (a) tagħmel pubblika ▌ l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-applikazzjoni kif sottomessa mill-applikant mingħajr dewmien ladarba dik l-applikazzjoni tkun ġiet meqjusa valida jew ammissibbli;
   (b) tipproċedi, mingħajr dewmien, għal eżami konkret u individwali tat-talba għall-kunfidenzjalità f'konformità ma' dan l-Artikolu;
   (c) tinforma lill-applikant bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tiddivulga informazzjoni u bir-raġunijiet għal din, qabel ma l-Awtorità tieħu deċiżjoni formali dwar it-talba għall-kunfidenzjalità. Jekk l-applikant ma jaqbilx mal-valutazzjoni tal-Awtorità, l-applikant jista' jiddikjara l-fehmiet tiegħu jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha ġie nnotifikat bil-pożizzjoni tal-Awtorità;
   (d) tadotta deċiżjoni motivata dwar it-talba għall-kunfidenzjalità, b'kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-applikant, fi żmien 10 ġimgħat mid-data tar-riċevuta tat-talba għall-kunfidenzjalità fir-rigward tal-applikazzjonijiet u mingħajr dewmien żejjed fil-każ ta' data u ta' informazzjoni supplimentari, tinnotifika lill-applikant dwar id-deċiżjoni tagħha u tipprovdi informazzjoni dwar id-dritt li tissottometti applikazzjoni konfermatorja f'konformità mal-paragrafu 2, u tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fejn xieraq, dwar id-deċiżjoni tagħha; u
   (e) tagħmel pubbliku kwalunkwe data u informazzjoni addizzjonali li għaliha ma ġietx aċċettata t-talba għall-kunfidenzjalità kif iġġustifikat mhux qabel ġimagħtejn wara li tkun saret in-notifika tad-deċiżjoni tagħha lill-applikant, skont il-punt (d).

2.  Fi żmien ġimagħtejn min-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità dwar it-talba għall-kunfidenzjalità lill-applikant f'konformità mal-paragrafu 1, l-applikant jista' jissottometti applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-Awtorità biex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-applikazzjoni konfermatorja għandu jkollha effett sospensiv. L-Awtorità għandha teżamina r-raġunijiet għall-applikazzjoni konfermatorja u għandha tadotta deċiżjoni motivata dwar dik l-applikazzjoni konfermatorja. Hija għandha tinnotifika lill-applikant dwar dik id-deċiżjoni sa tliet ġimgħat wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni konfermatorja u għandha tinkludi f’dik in-notifika informazzjoni dwar ir-rimedji disponibbli, jiġifieri azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (‘il-Qorti tal-Ġustizzja’) kontra l-Awtorità skont il-paragrafu 3. L-Awtorità għandha tagħmel pubblika kwalunkwe data u informazzjoni addizzjonali li għaliha ma tkunx ġiet aċċettata t-talba għall-kunfidenzjalità, bħala ġustifikata, mill-Awtorità mhux qabel ġimagħtejn wara li tkun saret in-notifika tad-deċiżjoni motivata tal-Awtorità dwar l-applikazzjoni konfermatorja lill-applikant b'konformità ma' dan il-paragrafu.

3.  Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità skont dan l-Artikolu jistgħu jkunu soġġetti għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 263 u 278 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) rispettivament.

Artikolu 39c

Rieżami tal-kunfidenzjalità

Qabel ma l-Awtorità toħroġ l-outputs xjentifiċi tagħha, li jinkludu opinjonijiet xjentifiċi, din għandha tirrieżamina jekk l-informazzjoni li qabel ġiet aċċettata bħala kunfidenzjali xorta waħda tistax tiġi ppubblikata f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 39(4). Jekk dan ikun il-każ, l-Awtorità għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39b, li għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 39d

Obbligi fir-rigward tal-kunfidenzjalità

1.  L-Awtorità għandha, fuq talba, tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha b'rabta ma' applikazzjoni ▌ jew talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri għal output xjentifiku, li jinkludi opinjoni xjentifika, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor fil-liġi ▌ tal-Unjoni.

2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex l-informazzjoni riċevuta minnhom skont il-liġi ▌ tal-Unjoni li għaliha jkun intalab it-trattament kunfidenzjali ma tiġix ippubblikata qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-talba għall-kunfidenzjalità mill-Awtorità u din tkun saret finali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri neċessarji biex ma ssirx pubblika l-informazzjoni li għaliha ġie aċċettat trattament kunfidenzjali mill-Awtorità.

3.  Jekk applikant ▌ jirtira jew ikun irtira applikazzjoni, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni ▌ kif mogħtija mill-Awtorità f'konformità mal-Artikoli 39 sa 39e. L-applikazzjoni għandha titqies bħala rtirata mill-mument li fih il-korp kompetenti li kien irċieva l-applikazzjoni oriġinali jirċievi t-talba bil-miktub għal dak l-effett. Meta l-irtirar tal-applikazzjoni jseħħ qabel ma deċiżjoni finali dwar it-talba għall-kunfidenzjalità tkun ġiet adottata mill-Awtorità f'konformità, fejn xieraq, mal-Artikolu 39b(1) jew (2), il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Awtorità, ma għandhomx jagħmlu pubblika l-informazzjoni li għaliha tkun intalbet il-kunfidenzjalità.

4.  Il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni, id-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi kif ukoll l-esperti esterni li jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma tagħhom, il-membri tal-Forum Konsultattiv u l-membri tal-persunal tal-Awtorità, ukoll wara li jtemmu d-dmirijiet tagħhom, għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-obbligu tas-segretezza professjonali f'konformità mal-Artikolu 339 TFUE.

5.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikoli 39, 39a, 39b, 39e u f'dan l-Artikolu, inkluż l-arranġamenti rigward is-sottomissjoni u t-trattament tat-talbiet għall-kunfidenzjalità fir-rigward ta' informazzjoni li trid issir ppubblika skont l-Artikolu 38, u b'kunsiderazzjoni tal-Artikoli 39f u 39g. Fir-rigward tal-Artikolu 39b(2), l-Awtorità għandha tiżgura li tkun applikata separazzjoni xierqa tal-kompiti għall-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet konfermatorji.

Artikolu 39e

Protezzjoni tad-data personali

1.  Fir-rigward ta' talbiet għal outputs xjentifiċi, li jinkludu opinjonijiet xjentifiċi skont il-liġi ▌ tal-Unjoni, l-Awtorità dejjem għandha tagħmel pubbliċi:

   (a) l-isem u l-indirizz tal-applikant;
   (b) l-ismijiet tal-awturi ta' studji ppubblikati, jew disponibbli pubblikament, li jappoġġaw it-tali talbiet; u
   (c) l-ismijiet tal-parteċipanti u tal-osservaturi kollha fil-laqgħat tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi, tal-gruppi ta' ħidma tagħhom u ta' kwalunkwe laqgħa oħra ta' Grupp ad hoc dwar is-suġġett.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, id-divulgazzjoni tal-ismijiet u tal-indirizzi ta' persuni fiżiċi involuti fl-ittestjar fuq annimali vertebrati jew fil-kisba ta' informazzjoni tossikoloġika għandha titqies li tagħmel ħsara sinifikanti lill-privatezza u lill-integrità ta' dawk il-persuni fiżiċi u dawn ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fir-Regolamenti (UE) 2016/679(25) u (EU) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26).

3.  Ir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali mwettaq f'konformità ma' dan ir-Regolament. Kwalunkwe data personali li ssir pubblika skont l-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament u dan l-Artikolu għandha tintuża biss biex tiġi żgurata t-trasparenza tal- valutazzjoni tar-riskju skont dan ir-Regolament u ma tiġix ipproċessata ulterjorment b'mod li jkun inkompatibbli ma' dawn l-iskopijiet, skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, skont xi jkun il-każ.

Artikolu 39f

Formati standard ta' data

1.  Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 38(1) u biex jiġi żgurat l-ipproċessar effiċjenti tat-talbiet lill-Awtorità għal output xjentifiku, għandhom jiġu adottati formati standard ta' data ▌ skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu biex id-dokumenti jkunu jistgħu jiġu sottomessi, jitfittxu, jiġu kkupjati u stampati, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji stabbiliti fil-liġi ▌ tal-Unjoni. Dawk ▌ il-formati standard ta' data ▌:

   (a) ma għandhomx ikunu bbażati fuq standards esklussivi;
   (b) għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà ma' approċċi eżistenti għas-sottomissjoni tad-data sa fejn possibbli;
   (c) għandhom ikunu faċli għall-utent u adatti għall-użu minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

2.  Għall-adozzjoni ta' formati standard ta' data ▌ msemmija fil-paragrafu 1, għandha tiġi segwita l-proċedura li ġejja:

   (a) l-Awtorità għandha tfassal abbozz ta' formati standard ta' data ▌ għall-finijiet tal-proċeduri differenti ta' awtorizzazzjoni ▌ u għall-finijiet tat-talbiet rilevanti għal output xjentifiku mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri.
   (b) il-Kummissjoni għandha,b'kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli fil-proċeduri differenti ta' awtorizzazzjoni u ta' oqfsa leġislattivi oħra u wara kwalunkwe adattament neċessarju, tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, formati standard ta' data ▌. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 58(2).
   (c) l-Awtorità għandha tagħmel il-formati standard ta' data ▌, kif adottati, disponibbli fuq is-sit web tagħha;
   (d) meta formati standard ta' data ▌ jkunu ġew adottati skont dan l-Artikolu, l-applikazzjonijiet kif ukoll it-talbiet għal output xjentifiku, inkluż opinjoni xjentifika mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri ▌, għandhom jiġu sottomessi biss b'konformità ma' dawk il-formati standard ta' data ▌.

Artikolu 39g

Sistemi tal-informazzjoni

Is-sistemi ta' informazzjoni operati mill-Awtorità biex taħżen id-data tagħha, inkluż data kunfidenzjali u personali, għandhom jitfasslu b'mod li jiggarantixxi li kwalunkwe aċċess għaliha jkun kompletament awditjabbli u li jintlaħqu l-ogħla standards ta' sigurtà xierqa għar-riskji tas-sigurtà inkwistjoni jintlaħqu, b'kunsiderazzjoni tal-Artikoli 39 sa 39f. ▌";

"

(10)  fl-Artikolu 40(3), it-tieni subparagrafu 3 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"L-Awtorità għandha tagħmel pubbliċi l-outputs xjentifiċi kollha inkluż l-opinjonijiet xjentifiċi maħruġa minnha u d-data xjentifika ta' appoġġ u informazzjoni oħra f'konformità mal-Artikoli 38 sa 39e.";

"

(11)  l-Artikolu 41 ▌hu emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:"

"1. Minkejja r-regoli dwar il-kunfidenzjalità previsti fl-Artikoli 39 sa 39d ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Awtorità.

F'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni ambjentali, ▌ għandu japplika wkoll ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** ▌. Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*** għandha tapplika għall-informazzjoni ambjentali miżmuma mill-Istati Membri, minkejja r-regoli dwar il-kunfidenzjalità previsti fl-Artikoli 39 sa 39d ta' dan ir-Regolament.";

--------------------------------------

* Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess publiku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

** : Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13)

*** Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

"

(b)  il-paragrafu 2 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"2. Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 , sa ... sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju , li jiżguraw aċċess kemm jista' jkun miftuħ għad-dokumenti fil-pussess tiegħu.";

"

(12)  l-Artikolu 61 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 61

Klawżola ta' reviżjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura r-reviżjoni regolari tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Sa ... [mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament emendatorju, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-prestazzjoni tal-Awtorità b'rabta mal-objettivi, mal-mandat, mal-kompiti, mal-proċeduri u mal-postijiet tagħha, b'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. Dik l-evalwazzjoni għandha tkopri wkoll l-impatt tal-Artikolu 32a fuq il-funzjonament tal-Awtorità b'attenzjoni partikolari għall-ammont ta' xogħol u l-mobilizzazzjoni rilevanti tal-persunal, u għal kwalunkwe ċaqliq fl-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Awtorità li seta' sar, minflok attivitajiet ta' interess pubbliku. Dik l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Awtorità, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

3.  Fl-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk il-qafas organizzazzjonali tal-Awtorità jeħtieġx li jiġi aġġornat aktar fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kunfidenzjalità u applikazzjonijiet konfermatorji, jiġifieri bl-istabbiliment ta' Bord tal-Appell speċifiku jew b'mezzi oħra xierqa.

4.  Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-operat tal-Awtorità ma tkunx ġustifikata aktar fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, hija tista' tipproponi li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament jiġu emendati kif xieraq jew inkella jitħassru.

5.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta' Ġestjoni dwar is-sejbiet tar-rieżamijiet u l-evalwazzjonijiet skont dan l-Artikolu. Dawk is-sejbiet għandhom isiru pubbliċi.";

"

(13)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 61a

Missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni

▌ L-esperti tal-Kummissjoni għandhom iwettqu missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni fl-Istati Membri biex jivvalutaw l-applikazzjoni, minn laboratorji u minn faċilitajiet ta' ttestjar oħra, tal-istandars rilevant għat-twettiq ta' testijiet u studji sottomessi lill-Awtorità bħala parti minn applikazzjoni, kif ukoll f'konformità mal-obbligu ta' notifika stabbilit fl-Artikolu 32b(3), sa ....[erba' snin wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament emendatorju] (UE). Sa dik id-data, l-esperti tal-Kummissjoni għandhom iwettqu wkoll missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni biex jivvalutaw l-applikazzjoni ta' dawk l-istandards minn laboratorji u faċilitajiet ta' ttestjar oħra li jinsabu f'pajjiżi terzi sa fejn stabbilit fil-ftehimiet u l-arranġamenti rilevanti ma' dawk il-pajjiżi terzi, inkluż kif imsemmi fl-Artikolu 49.

In-nuqqasijiet ta' konformità identifikati matul dawn il-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri, tal-Awtorità kif ukoll tal-laboratorji u tal-faċilitajiet ta' ttestjar oħra vvalutati. Il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-segwitu xieraq għal tali nuqqasijiet ta' konformità identifikati.

L-eżitu ta' dawn il-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni għandu jiġi ppreżentat f'rapport ġenerali. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġislattiva, jekk ikun xieraq, fir-rigward, b'mod partikolari, ta' kwalunkwe proċedura ta' kontroll meħtieġa, inkluż l-awditi.".

"

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1829/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 hu emendat kif ġej:

(a)  il-formulazzjoni introduttorja hi ssostitwita b'dan li ġej:"

"L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa f'konformità mal-formati standard tad-data, fejn dawn jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u għandu jkollha magħha dan li ġej:";

"

(b)  il-punt (l) hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"(l) identifikazzjoni tal-partijiet tal-applikazzjoni u ta' kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra li l-applikant jitlob li jġu ttrattati bħala kunfidenzjali, flimkien ma' ġustifikazzjoni verifikabbli, skont l-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;";

"

(c)  jiżdied il-punt li ġej:"

"(m) sommarju tad-dossier f'forma standardizzata.";

"

(2)  fl-Artikolu 6, il-paragrafu 7 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"7. L-Awtorità, f'konformità mal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandha tagħmel pubblika l-opinjoni tagħha, wara li tħassar kwalunkwe informazzjoni li tkun identifikata bħala kunfidenzali skont l-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament. Il-pubbliku jista' jagħmel kummenti lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn dik il-pubblikazzjoni.";

"

(3)  fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"1. Fuq l-inizjattiva tagħha stess jew wara talba mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru , l-Awtorità għandha tagħti opinjoni dwar jekk awtorizzazzjoni għal prodott imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament. Għandha minnufih tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni. L-Awtorità, f'konformità mal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandha tagħmel pubblika l-opinjoni tagħha, wara li tħassar kwalunkwe informazzjoni li tkun identifikata bħala kunfidenzjali skont l-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament. Il-pubbliku jista' jagħmel kummenti lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn dik il-pubblikazzjoni.";

"

(4)  fl-Artikolu 11(2), il-formulazzjoni introduttorja tiġi ssostitwita b'dan li ġej:"

"2. L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa f'konformità mal-formati standard tad-data, fejn dawn jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u għandu jkollha magħha dan li ġej:";

"

(5)  fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 hu emendat kif ġej:

(a)  il-formulazzjoni introduttorja hi ssostitwita b'dan li ġej:"

"L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa f'konformità mal-formati standard tad-data, fejn dawn jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u għandu jkollha magħha dan li ġej:";

"

(b)  il-punt (l) hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"(l) identifikazzjoni tal-partijiet tal-applikazzjoni u ta' kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra li l-applikant jitlob li jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, flimkien ma' ġustifikazzjoni verifikabbli, skont l-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;";

"

(c)  jiżdied il-punt li ġej:"

"(m) sommarju tad-dossier f'forma standardizzata.";

"

(6)  fl-Artikolu 18, il-paragrafu 7 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"7. L-Awtorità għandha, f’konformità mal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, tagħmel pubblika l-opinjoni tagħha, wara li tħassar kwalunkwe informazzjoni li tkun identifikata bħala kunfidenzali skont l-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament. Il-pubbliku jista' jagħmel kummenti lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn dik il-pubblikazzjoni.";

"

(7)  fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"1. Fuq l-inizjattiva tagħha stess jew wara talba mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru , l-Awtorità għandha tagħti opinjoni dwar jekk awtorizzazzjoni għal prodott imsemmi fl-Artikolu 15(1) għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għandha minnufih tibgħat dik l-opinjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni. L-Awtorità, f’konformità mal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandha tagħmel pubblika l-opinjoni tagħha, wara li tħassar kwalunkwe informazzjoni li tkun identifikata bħala kunfidenzali skont l-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament. Il-pubbliku jista' jagħmel kummenti lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn dik il-pubblikazzjoni.";

"

(8)  fl-Artikolu 23(2), il-formulazzjoni introduttorja hi ssostitwita b'dan li ġej:"

"2. L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa b'konformità mal-formati standard tad-data, fejn dawn jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u għandu jkollha magħha dan li ġej:";

"

(9)  fl-Artikolu 29, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b'dan li ġej:"

"1. L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha u l-opinjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/18/KE, b'konformità mal-Artikoli 38 sa 39e ▌ tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u b'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament.

2.  L-Awtorità għandha tapplika r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni* meta titratta applikazzjonijiet għal aċċess għal dokumenti miżmuma mill-Awtorità.

--------------------------------------

* Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess publiku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43)";

"

(10)  l-Artikolu 30 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 30

Kunfidenzjalità

1.  B'konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u f'dan l-Artikolu:

   (a) l-applikant jista' jissottometti talba biex ċerti partijiet tal-informazzjoni sottomessa skont dan ir-Regolament jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni verifikabbli; u
   (b) l-Awtorità għandha tivvaluta t-talba għall-kunfidenzjalità sottomessa mill-applikant.

2.  Minbarra l-punti ta' informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u skont l-Artikolu 39(3) tiegħu, l-Awtorità tista' tagħti wkoll trattament kunfidenzjali fir-rigward tal-informazzjoni li ġejja, fejn l-applikant juri li d-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni potenzjalment tagħmel ħsara fi grad sinifikanti lill-interessi tiegħu:

   (a) informazzjoni dwar is-sekwenza tad-DNA, ħlief għal sekwenzi użati għall-fini ta' detezzjoni, ta' identifikazzjoni u ta' kwantifikazzjoni tal-avveniment ta' trasformazzjoni; u
   (b) ix-xejriet ta' tnissil u l-istrateġiji.

3.  L-użu ta' metodi ta' sejbien u r-riproduzzjoni tal-materjali ta' referenza, previsti skont l-Artikolu 5(3) u 17(3) għall-għan tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal OMĠ, ikel u għalf li għalihom tirreferi applikazzjoni, ma għandux ikun ristrett bl-eżerċizzju ta' dirittijiet ta' proprjetà intellettwali jew mod ieħor.

4.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.".

"

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)  l-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:"

"1. Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif prevista fl-Artikolu 4 ta' dan l-Artikolu għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, b'konformità mal-formati standard ta' data, fejn dawn jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħarraf lill-Istati Membri u tgħaddi l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Awtorità”).";

"

(b)  fil-paragrafu 2 il-punt (c) hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"(c) tagħmel pubblika ▌ l-applikazzjoni u kwalunkwe informazzjoni fornita mill-applikant, b'konformità mal-Artikolu 18.";

"

(2)  l-Artikolu 18 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 18

Trasparenza u kunfidenzjalità

1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikoli 38 sa 39e ▌ tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2.  B'konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u f'dan l-Artikolu, l-applikant jista' jissottometti tabla biex ċerti partijiet tal-informazzjoni sottomessa skont dan ir-Regolament jiġu trattati bħala kunfidenzjali, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni verifikabbli.L-Awtorità għandha tivvaluta t-talba għall-kunfidenzjalità sottomessa mill-applikant.

3.  Minbarra l-punti ta' informazzjoni mesemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u skont l-Artikolu 39(3) tiegħu, l-Awtorità tista' tagħti wkoll trattament kunfidenzjali fir-rigward ta' punti ta' informazzjoni li ġejjin, fejn l-applikant juri li d-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni potenzjalment tagħmel ħsara fi grad sinifikanti lill-interessi tiegħu:

   (a) il-pjan ta' studju għall-istudji li juru l-effikaċja ta' addittiv tal-għalf f'termini tal-għanijiet tal-użu maħsub tiegħu kif definit fl-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament u fl-Anness I tiegħu; u
   (b) l-ispeċifikazzjonijiet tal-impuritajiet tas-sustanza attiva u l-metodi rilevanti tal-analiżi żviluppati internament mill-applikant, ħlief għal impuritajiet li jista' jkollhom effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem, jew l-ambjent.

4.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.".

"

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2065/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)  l-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2 il-punt (c) hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"(c) L-Awtorità għandha:

   (i) tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-applikazzjoni u għandha tagħmel l-applikazzjoni u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant disponibbli għalihom; u
   (ii) tagħmel pubblika ▌ l-applikazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, b'konformità mal-Artikoli 14 u 15.";

"

(b)  il-paragrafu 4 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"4. L-Awtorità għandha tippubblika gwida dettaljata, wara l-qbil mal-Kummissjoni, li tikkonċerna l-preparazzjoni u s-sottomissjoni tal-applikazzjoni, imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b'kunsiderazzjoni tal-formati standard ta' data, fejn dawn ikunu jeżistu b'konformità mal-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.";

"

(2)  fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikoli 38 sa 39e ▌ tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.";

"

(3)  l-Artikolu 15 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 15

Kunfidenzjalità

1.  B'konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002,

   (a) l-applikant jista' jissottometti talba biex ċerti partijiet tal-informazzjoni sottomessa skont dan ir-Regolamentjiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni verifikabbli; u
   (b) l-Awtorità għandha tivvaluta t-talba għall-kunfidenzjalità sottomessa mill-applikant.

2.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.".

"

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)  l-Artikolu 9 hu emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-punt (c) hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"(c) l-Awtorità għandha mingħajr dewmien:

   (i) tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-applikazzjoni u għandha tagħmel l-applikazzjoni u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant disponibbli għalihom; u
   (ii) tagħmel pubblika ▌ l-applikazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, b'konformità mal-Artikoli 19 u 20.";

"

(b)  il-paragrafu 2 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"2. L-Awtorità għandha tippubblika gwida dettaljata, wara l-qbil mal-Kummissjoni, li tikkonċerna l-preparazzjoni u s-sottomissjoni tal-applikazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-formati standard ta' data, fejn dawn ikunu jeżistu b'konformità mal-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis.";

"

(2)  fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikoli 38 sa 39e ▌ tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis u mal-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament.";

"

(3)  L-Artikolu 20 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 20

Kunfidenzjalità

1.  B'konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u f'dan l-Artikolu:

   (a) l-applikant jista' jissottometti talba biex ċerti partijiet tal-informazzjoni sottomessa skont dan ir-Regolament jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni verifikabbli; u
   (b) l-Awtorità għandha tivvaluta t-talba għall-kunfidenzjalità sottomessa mill-applikant.

2.  Minbarra l-punti ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u skont l-Artikolu 39(3) tiegħu, l-Awtorità tista' tagħti wkoll trattament kunfidenzjali fir-rigward tal-punti ta' informazzjoni li ġejjin, fejn l-applikant juri li d-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni potenzjalment tagħmel ħsara fi grad sinifikanti lill-interessi tiegħu:

   (a) kwalunkwe informazzjoni pprovduta f'deskrizzjonijiet dettaljati ta' sustanzi inizjali u taħlitiet użati għall-manifattura tas-sustanza soġġetta għall-awtorizzazzjoni, il-kompożizzjoni tat-taħlitiet, tal-materjali jew tal-oġġetti li fihom l-applikant ikun biħsiebu juża dik is-sustanza, il-metodi tal-manifattura ta' dawk it-taħlitiet, il-materjali jew l-oġġetti, l-impuritajiet, u r-riżultati ta' ttestjar tal-migrazzjoni, ħlief għal informazzjoni li hija rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza;
   (b) it-trademark li biha s-sustanza għandha tiġi kkummerċjalizzata kif ukoll l-isem kummerċjali tat-taħlitiet, tal-materjal jew tal-oġġetti li għandha tintuża fihom, fejn applikabbli; u
   (c) kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa kunfidenzjali fir-regoli proċedurali speċifiċi msemmija fil-punt (n) tal-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament.

3.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.".

"

Artikolu 6

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1331/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:"

"5. L-Awtorità għandha tagħmel pubblika ▌ l-informazzjoni addizzjonali fornita mill-applikant b'konformità mal-Artikoli 11 u 12.";

"

(2)  l-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 11

Trasparenza

Meta l-Kummissjoni titlob l-opinjoni tal-Awtorità b'konformità mal-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha mingħajr dewmien tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikoli 38 sa 39e ▌ tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. L-Awtorità għandha tagħmel pubblika wkoll kwalunkwe talba għall-opinjoni tagħha kif ukoll kwalunkwe estensjoni tal-perijodu skont l-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament.";

"

(3)  L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 12

Kunfidenzjalità

1.  L-applikant jista' jissottometti talba biex ċerti partijiet tal-informazzjoni sottomessa skont dan ir-Regolament jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni verifikabbli, mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

2.  Fejn opinjoni mill-Awtorità tkun meħtieġa b'konformità mal-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tivvaluta t-talba għall-kunfidenzjalità sottomessa mill-applikant, b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

3.  Minbarra l-punti ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u skont l-Artikolu 39(3) tiegħu, l-Awtorità tista' tagħti wkoll trattament kunfidenzjali fir-rigward tal-punt ta' informazzjoni li ġejja, fejn l-applikant juri li d-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni potenzjalment tagħmel ħsara fi grad sinifikanti lill-interessi tiegħu:

   (a) fejn applikabbli, informazzjoni pprovduta f'deskrizzjonijiet dettaljati ta' sustanzi inizjali u ta' preparazzjonijiet inizjali u dwar kif jiġu użati għall-manifattura tas-sustanza soġġetta għall-awtorizzazzjoni, u informazzjoni dettaljata dwar in-natura u l-kompożizzjoni tal-materjali jew prodotti li fihom l-applikant ikun biħsiebu juża dik is-sustanza soġġett għall-awtorizzazzjoni, ħlief għal informazzjoni li hija rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza;
   (b) fejn applikabbli, informazzjoni analitika dettaljata dwar il-varjabbiltà u l-istabbiltà ta' lottijiet individwali tal-produzzjoni tas-sustanza soġġett għall-awtorizzazzjoni, ħlief għal informazzjoni li hija rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza.

4.  Fejn opinjoni mill-Awtorità ma tkunx meħtieġa b'konformità mal-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talba għall-kunfidenzjalità sottomessa mill-applikant. L-Artikoli 39, 39a u 39d tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

5.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.".

"

Artikolu 7

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)  l-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu tal- huwa sostitwit b'dan li ġej:"

" ▌Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' sustanza attiva jew għal emenda għall-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-produttur tas-sustanza attiva lill-Istat Membru ('l-Istat Membru relatur'), flimkien ma' sommarju u dossier komplet kif previst fl-Artikolu 8(1) u (2) ta' dan ir-Regolament jew ġustifikazzjoni rraġunata xjentifikament għalfejn ma ngħatawx ċerti partijiet minn dawk id-dossiers, fejn jintwera li s-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'konformità mal-formati standard ta' data, fejn dawn jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandu japplika mutatis mutandis.";

"

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. Meta jippreżenta l-applikazzjoni, l-applikant jista' jitlob, skont l-Artikolu 63, biex ċerta informazzjoni, inkluż ċerti partijiet mid-dossier, tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali u għandu jissepara fiżikament dik l-informazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw it-talbiet għall-kunfidenzjalità. Wara konsultazzjoni mal-Awtorità, l-Istati Membri relaturi għandhom jiddeċiedu liema informazzjoni trid tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali, b'konformità mal-Artikolu 63.

L-Awtorità, wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi biex tiżgura l-konsistenza ta' dawk il-valutazzjonijiet.";

"

(2)  l-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 10

Aċċess pubbliku għad-dossiers

L-Awtorità għandha mingħajr dewmien tagħmel id-dossiers imsemmija fl-Artikolu 8, inkluż kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, disponibbli għall-pubbliku, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni li l-Istat Membru relatur ikun taha trattament kunfidenzjali ▌ b'konformità mal-Artikolu 63.";

"

(3)  fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-applikazzjoni prevista fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata minn produttur tas-sustanza attiva lil Stat Membru, flimkien ma' kopja lill-Kummissjoni , lill-Istati Membri l-oħra, u lill-Awtorità, mhux iktar tard minn tliet snin qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni. L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'konformità mal-formati standard ta' data, fejn dawn jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandu japplika mutatis mutandis.";

"

(4)  l-Artikolu 16 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 16

Aċċess pubbliku għall-informazzjoni għal tiġdid

L-Awtorità għandha tivvaluta, mingħajr dewmien, kwalunkwe talba għal kunfidenzjalità u tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni pprovduta mill-applikant skont l-Artikolu 15 kif ukoll kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra sottomessa mill-applikant, ħlief għal informazzjoni li fir-rigward tagħha ntalab trattament kunfidenzjali u li ngħata mill-Awtorità skont l-Artikolu 63.

L-Awtorità, wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi biex tiżgura l-konsistenza ta' dawk il-valutazzjonijiet.";

"

(5)  fl-Artikolu 63, il-paragrafi 1, 2 u 3 huma ssostitwiti b'dan li ġej:"

"1. Applikant jista' jissottometti talba biex ċerti partijiet tal-informazzjoni sottomessa skont dan ir-Regolament jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni verifikabbli.

2.  Trattament kunfidenzjali jista' jingħata biss fir-rigward ▌ tal-punti ta' informazzjonili ġejja, fejn l-applikant juri li d-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni potenzjalment tagħmel ħsara fi grad sinifikanti lill-interessi tiegħu:

   (a) informazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;
   (b) l-ispeċifikazzjoni tal-impurità tas-sustanza attiva u tal-metodi relatati ta' analiżi għall-impuritajiet fis-sustanza attiva kif immanifatturata, ħlief għall-impuritajiet li huma meqjusa li huma tossikoloġikament, ekotossikoloġikament jew ambjentalment rilevanti u l-metodi relatati ta' analiżi għal dawn l-impuritajiet;
   (c) ir-riżultati ta' lottijiet tal-produzzjoni tas-sustanza attiva inklużi l-impuritajiet; u
   (d) l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni kompleta ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.

2a.  Fejn l-Awtorità tivvaluta talbiet għall-kunfidenzjalità skont dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw.

2b.  Fejn Stati Membri jivvalutaw talbiet għall-kunfidenzjalità skont dan ir-Regolament, japplikaw ir-rekwiżiti u l-proċeduri li ġejjin:

   (a) it-trattament ta' kunfidenzjalità jista' jingħata biss fir-rigward tal-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2;
   (b) fejn l-Istat Membru jkun iddeċieda liema informazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali, dan għandu jinforma lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu;
   (c) l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex ma ssirx pubblika l-informazzjoni li għaliha ġie mogħti trattament kunfidenzjali mill-Awtorità;
   (d) l-Artikolu 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw ukoll mutatis mutandis;
   (e) minkejja l-paragrafu 2 u l-punti (c) u (d) ta' dan il-paragrafu:
   (i) fejn azzjoni urġenti hi essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa tal-annimali jew tal-ambjent, bħal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-Istat Membru jista' jiddivulga l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2;
   (ii) informazzjoni li tagħmel parti mill-konklużjonijiet tal-outputs xjentifiċi forniti mill-Awtorità u li huma relatati ma' effetti prevedibbli fuq is-saħħa tal-tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent għandha madankollu ssir pubblika. F'dak il-każ, għandu japplika l-Artikolu 39c tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;
   (f) jekk l-applikant jirtira jew ikun irtira applikazzjoni, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità kif mogħtija b'konformità ma' dan l-Artikolu. Meta l-irtirar tal-applikazzjoni jseħħ qabel ma l-Istat Membru jkun iddeċieda dwar it-talba rilevanti għall-kunfidenzjalità, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità ma għandhomx jagħmlu pubblika l-informazzjoni li għaliha tkun intalbet il-kunfidenzjalità.

3.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE * u għar-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 ** u (KE) Nru 1367/2006 *** tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

--------------------------------------

* Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

** Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess publiku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

*** Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).".

"

Artikolu 8

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 2015/2283

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 huwa emendat kif ġej:

(1)  l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:"

"1. Il-proċedura għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta' ikel ġdid u l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni previst fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għandhom jibdew jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni lill-Kummissjoni minn applikant, f'konformità mal-formats standard ta' data, fejn dawn ikunu jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-applikazzjoni disponibbli għall-Istati Membri mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sommarju tal-applikazzjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (e) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, disponibbli għall-pubbliku.";

"

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. Meta l-Kummissjoni titlob opinjoni mingħand l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità"), l-Awtorità għandha tagħmel pubblika ▌ l-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 23 u għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar jekk l-aġġornament jistax ikollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem.";

"

(2)  ▌ fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"2. Fi żmien erba' xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tibgħat notifika valida skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jew l-Awtorità jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni oġġezzjonijiet ta' sikurezza debitament motivati kif jistħoqq għat-tqegħid tal-ikel tradizzjonali ikkonċernat fis-suq fl-Unjoni. Fejn l-Awtorità tippreżenta oġġezzjonijiet ta' sikurezza debitament motivati, hija għandha tagħmel in-notifika pubblika, mingħajr dewmien, skont l-Artikolu 23, li għandu japplika mutatis mutandis.";

"

(3)  l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)  fl-ewwel paragrafu, tiżdied is-sentenza li ġejja:"

"L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata f'konformità mal-formati standard ta' data, fejn dawn jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.",

"

(b)  fit-tieni paragrafu, tiżdied is-sentenza li ġejja:"

"L-Awtorità għandha tagħmel pubblika ▌ l-applikazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant b'konformità mal-Artikolu 23.";

"

(4)  l-Artikolu 23 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 23

Trasparenza u komunikazzjoni

1.  Meta l-Kummissjoni titlob l-opinjoni tal-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, f'konformità mal-Artikoli 38 u sa 39e ▌ tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u ma' dan l-Artikolu.

2.  L-applikant jista' jissottometti talba biex ċerti partijiet tal-informazzjoni sottomessa skont dan ir-Regolament jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni verifikabbli, mal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

3.  Meta l-Kummissjoni titlob l-opinjoni tal-Awtorità b'konformità mal-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tivvaluta t-talba għall-kunfidenzjalità ppreżentata mill-applikant, f'konformità mal-Artikoli 39 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

4.  Minbarra l-punti ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u skont l-Artikolu 39(3) tiegħu, l-Awtorità tista' taċċetta wkoll li tipprovdi trattament kunfidenzjali fir-rigward tal-punti ta' informazzjoni li ġejja li, fejn l-applikant juri li d-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni potenzjalment tagħmel ħsara fi grad sinifikanti lill-interessi tiegħu:

   (a) fejn applikabbli, informazzjoni pprovduta f'deskrizzjonijiet dettaljati ta' sustanzi inizjali u ta' preparazzjonijiet inizjali u dwar kif jiġu użati għall-manifattura ta' ikel ġdid soġġett għall-awtorizzazzjoni, u informazzjoni dettaljata dwar in-natura u l-kompożizzjoni tal-ikel jew kategoriji ta' ikel speċifiċi li fihom l-applikant ikun biħsiebu juża dak l-ikel ġdid, ħlief għal informazzjoni li hija rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza;
   (b) fejn applikabbli, informazzjoni analitika dettaljata dwar il-varjabbiltà u l-istabbiltà ta' lottijiet individwali tal-produzzjoni, ħlief għal informazzjoni li hija rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza.

5.  Meta l-Kummissjoni ma titlobx l-opinjoni tal-Awtorità skont l-Artikoli 10 sa 16 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talba għall-kunfidenzjalità ppreżentata mill-applikant. L-Artikoli 39, 39a u 39d tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

6.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.".

"

Artikolu 9

Emendi għad-Direttiva 2001/18/KE

Id-Direttiva2001/18/KE hi emendata kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu  li ġej:"

"2a. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa b'konformità ma' formati standard ta' data, fejn jeżistu skont il-liġi tal-Unjoni.";

"

(2)  fl-Artikolu 13, jiddaħħal il-paragrafu  li ġej:"

"2a. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa b'konformità ma' formati standard ta' data, fejn jeżistu skont il-liġi tal-Unjoni.";

"

(3)  l-Artikolu 25 hu ssostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 25

Kunfidenzjalità

1.  In-notifikatur ▌ jista' jissottometti talba lill-Awtorità kompetenti biex ċerti partijiet tal-informazzjoni sottomessa skont din id-Direttiva jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni verifikabbli, b'konformità mal-paragrafi 3 u 6.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta t-talba għall-kunfidenzjalità sottomessa min-notifikatur ▌.

3.  Fuq talba ta' notifikatur, l-awtorità kompetenti tista' tagħti trattament kunfidenzjali biss fir-rigward ▌ tal-punti ta' informazzjoni li ġejjin, wara ġustifikazzjoni verifikabbli, fejn in-notifikatur juri li d-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni potenzjalment tagħmel ħsara fi grad sinifikanti lill-interessi tiegħu:

   (a) l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;
   (b) informazzjoni dwar is-sekwenza tad-DNA, ħlief għal sekwenzi użati għall-fini ta' detezzjoni, ta' identifikazzjoni u ta' kwantifikazzjoni tal-avveniment ta' trasformazzjoni; u
   (c) ix-xejriet ta' tnissil u l-istrateġiji.

4.  L-awtorità kompetenti, wara konsultazzjoni man-notifikatur, għandha tiddeċiedi liema informazzjoni trid tiġi trattata bħala kunfidenzjali u għandha tinforma lin-notifikatur bid-deċiżjoni tagħha.

5.  L-Istati Membri, il-Kummissjoniu l-Kumitat(i) Xjentifiku(/ċi) rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-informazzjoni kunfidenzjali notifikata jew skambjata skont din id-Direttiva ma ssirx pubblika.

6.  Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 39e u 41 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw ukoll mutatis mutandis.

7.  Minkejja l-paragrafi 3, 5, u 6 ta' dan l-Artikolu:

   (a) fejn azzjoni urġenti hi essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa tal-annimali jew tal-ambjent, bħal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-awtorità kompetenti tista' tiddivulga l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3; u
   (b) informazzjoni li tagħmel parti mill-konklużjonijiet tal-outputs xjentifiċi forniti mill- Kumitat(i) Xjentifiku(/ċi) rilevanti jew il-konklużjonijiet tar-rapport ta' valutazzjoni u li huma relatati ma' effetti prevedibbli fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent għandha madankollu ssir pubblika. F'dak il-każ, għandu japplika l-Artikolu 39c tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

8.  F'każ ta' rtirar tan-notifika min-notifikatur, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Kumitat(i) Xjentifiku(/ċi) rilevanti għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità kif mogħtija mill-awtorità kompetenti skont dan l-Artikolu. Meta l-irtirar tan-notifika jseħħ qabel ma l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet dwar it-talba rilevanti għall-kunfidenzjalità, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Kumitati Xjentifiċi rilevanti ma għandhomx jippubblikaw l-informazzjoni li għaliha tkun intalbet il-kunfidenzjalità.";

"

(4)  fl-Artikolu 28 jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:"

"4. Meta l-Kumitat Xjentifiku rilevanti jiġi kkonsultat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dan għandu mingħajr dewmien jagħmel pubblika n-notifika ▌, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita min-notifikatur ▌, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tiegħu, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni li tkun ingħatat trattament kunfidenzjali mill-awtorità kompetenti b'konformità ▌ mal-Artikolu 25.".

"

Artikolu 10

Miżuri tranżitorji

1.  Dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal applikazzjonijiet ▌ skont il-liġi tal-Unjoni kif ukoll talbiet għal outputs xjentifiċi sottomessi lill-Awtorità qabel … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2.  Il-mandat tal-membri tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità (il-'Bord ta' Ġestjoni') li jkunu fil-kariga fit-30 ta' Ġunju 2022, għandu jiskadi f'dik id-data. Minkejja d-dati ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11, il-proċedura għan-nomina u l-ħatra ta' membri tal-Bord ta' Ġestjoni stipulata fil-punt (4) tal-Artikolu 1 għandha tapplika biex tippermetti lill-membri maħtura skont dawn ir-regoli li jibdew il-mandat tagħhom fl-1 ta' Lulju 2022.

3.  Minkejja d-dati tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11, il-mandat tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi li jkunu fil-kariga fit-30 ta' Ġunju 2021, għandu jiġi estiż sakemm il-membri ta' dak il-Kumitat Xjentifiku u dawk il-Bordijiet Xjentifiċi maħtura skont il-proċedura ta' għażla u ħatra stabbiliti fil-punt 5 tal-Artikolu 1 jibdew il-mandat tagħhom.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament],

Madankollu, il-punti 4 u 5 tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2022.

▌Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 158.
(2) ĠU C 461, 21.12.2018, p. 225.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-11 ta' Diċembru 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0489).
(4)ĠU C 440, 6.12.2018, p. 158
(5)OJ C 461, 21.12.2018, p. 225.
(6)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019.
(7)Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel ▌ (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(8)Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).
(9)Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 212.11.2018, p. 39).
(10)Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(11)Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44)
(12)Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).
(13)Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).
(14)Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1).
(15)Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
(16)Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(17)Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(18)Ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1).
(19)Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
(20)Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(21)Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13)
(22)Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(23)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni, (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(24)Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(25)Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(26)Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


Ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali ***I
PDF 284kWORD 95k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 469/2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (COM(2018)0317 – C8-0217/2018 – 2018/0161(COD))
P8_TA-PROV(2019)0401A8-0039/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0317),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0217/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0039/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 469/2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali

P8_TC1-COD(2018)0161


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) jiddisponi li kull prodott protett minn privattiva fit-territorju ta' Stat Membru u soġġett, qabel ma jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali, għal proċedura amministrattiva ta' awtorizzazzjoni kif stipulat fid-Direttiva 2001/82/KE(5) jew 2001/83/KE(6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jista', taħt it-termini u l-kundizzjonijiet previsti f’dak ir-Regolament, ikun is-suġġett ta' ċertifikat ta' protezzjoni supplementari (“ċertifikat”).

(2)  Billi jipprevedi perjodu ta' protezzjoni supplementari, ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 għandu l-għan li jippromwovi, fi ħdan l-Unjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni li huma neċessarji għall-iżvilupp tal-prodotti mediċinali, u li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tar-riċerka farmaċewtika barra mill-Unjoni f'pajjiżi li jistgħu joffru protezzjoni akbar.

(3)  Mill-adozzjoni fl-1992 tal-predeċessur tar-Regolament (KE) Nru 469/2009, is-swieq evolvew b'mod sinifikanti u kien hemm tkabbir enormi fil-manifattura tal-mediċini ġeneriċi u speċjalment tal-mediċini bijosimili, u fil-manifattura tal-ingredjenti attivi tagħhom, b'mod partikolari fil-pajjiżi barra l-Unjoni ("pajjiżi terzi") li fihom il-protezzjoni ma teżistix jew skadiet.

(4)  In-nuqqas fir-Regolament (KE) Nru 469/2009 ta' kwalunkwe eċċezzjoni għall-protezzjoni mogħtija minn ċertifikat kellu l-konsegwenza mhux mixtieqa li jwaqqaf lill-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili stabbiliti fl-Unjoni milli jipproduċu l-mediċini ġeneriċi u bijosimili fl-Unjoni, anki għall-fini ▌ta' esportazzjoni lejn is-swieq ta' pajjiżi terzi fejn il-protezzjoni ma teżistix jew skadiet. Bl-istess mod, il-manifatturi huma mwaqqfa milli manifatturaw l-mediċini ġeneriċi u bijosimili għall-fini ta' ħżin għal perjodu limitat qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat. Dawk iċ-ċirkostanzi jagħmluha aktar diffiċli għal dawk il-manifatturi, b'kuntrast mal-manifatturi f'pajjiżi terzi fejn il-protezzjoni ma teżistix jew skadiet, biex jidħlu fis-suq tal-Unjoni immedjatament wara l-iskadenza taċ-ċertifikat, minħabba li mhumiex f'pożizzjoni li jibnu l-kapaċità tal-produzzjoni għall-fini ta’ esportazzjoni jew għall-fini li jidħlu fis-suq ta' Stat Membru sakemm tiskadi l-protezzjoni pprovduta minn dak iċ-ċertifikat.

(5)  Dawk iċ-ċirkostanzi jpoġġu lill-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili stabbiliti fl-Unjoni fi żvantaġġ kompetittiv sinifikanti meta mqabbel mal-manifatturi bbażati fil-pajjiżi terzi li joffru inqas jew ebda protezzjoni. L-Unjoni jenħtieġ li ssib bilanċ bejn l-istabbiliment mill-ġdid ta' kundizzjonijiet ekwi bejn dawk il-manifatturi u l-iżgurar li l-kontenut essenzjali tad-drittijiet esklussivi tad-detenturi taċ-ċertifikati (‘detenturi taċ-ċertifikati’) jkun iggarantit fir-rigward tas-suq tal-Unjoni.

(6)  Mingħajr intervent, il-vijabbiltà tal-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili stabbiliti fl-Unjoni tista' tkun f'periklu, b'konsegwenzi għall-bażi industrijali farmaċewtika tal-Unjoni fit-totalità tagħha. Dik is-sitwazzjoni tista' taffettwa l-funzjonament effettiv għalkollox tas-suq intern permezz tat-telf ta' opportunitajiet kummerċjali ġodda potenzjali għall-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili, b’hekk possibbilment inaqqas l-investimenti relatati u jfixkel il-ħolqien tal-impjiegi fi ħdan l-Unjoni.

(7)  Id-dħul f'waqtu tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili fis-suq tal-Unjoni huwa importanti, b'mod partikolari biex tiżdied il-kompetizzjoni, biex jitnaqqsu l-prezzijiet u biex jiġu żgurati li s-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa huma sostenibbli u li l-pazjenti fl-Unjoni jkollhom aċċess aħjar għal mediċini għall-but ta' kulħadd. L-importanza ta' tali dħul f'waqtu ġiet issottolinjata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar it-tisħiħ tal-bilanċ fis-sistemi farmaċewtiċi fl-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jippermetti l-manifattura tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili għall-esportazzjoni u l-ħżin, filwaqt li jiġi mfakkar li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jibqgħu wieħed mill-pedamenti tal-innovazzjoni, il-kompetittività u t-tkabbir fis-suq intern.

(8)  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jippromwovi l-kompetittività tal-Unjoni, b’hekk isaħħaħ it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fis-suq intern u jagħti kontribut għal provvista usa' ta' prodotti b'kundizzjonijiet uniformi, billi l-manifatturi ta' mediċini ġeneriċi u bijosimili stabbiliti fl-Unjoni jitħallew jimmanifatturaw fl-Unjoni prodotti jew prodotti mediċinali li jkun fihom dawk il-prodotti, għall-fini ta' esportazzjoni lis-swieq ta' pajjiżi terzi fejn il-protezzjoni ma teżistix jew tkun skadiet, biex b'hekk dawk il-manifatturi jiġu megħjuna wkoll jikkompetu b'mod effettiv f'dawk is-swieq tal-pajjiżi terzi. Dan ir-Regolament jenħtieġ ukoll li jippermetti lil tali manifatturi manifatturaw u jaħżnu prodotti, jew prodotti mediċinali li jkun fihom dawk il-prodotti, fi Stat Membru għal perjodu definit sakemm jiskadi ċ-ċertifikat, għall-fini tad-dħul fis-suq ta' kwalunkwe Stat Membru mal-iskadenza taċ-ċertifikat korrispondenti, b'hekk dawk il-manifatturi jiġu megħjuna jikkompetu b'mod effettiv fl-Unjoni immedjatament wara li l-protezzjoni tkun skadiet (“dħul fl-UE fil-Jum 1”). Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkomplementa wkoll l-isforzi tal-politika kummerċjali tal-Unjoni biex tiżgura swieq miftuħa għall-manifatturi ta' prodotti, jew prodotti mediċinali li jkun fihom dawk il-prodotti, stabbiliti fl-Unjoni. Matul iż-żmien, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ta' benefiċċju għas-settur farmaċewtiku kollu fl-Unjoni, billi jippermetti lill-operaturi kollha, fosthom l-operaturi ġodda, igawdu mill-benefiċċji tal-opportunitajiet ġodda li jinfetħu fis-suq farmaċewtiku globali li qed jinbidel b'rata mgħaġġla. Barra minn hekk, l-interess ġenerali tal-Unjoni jiġi promoss peress li, billi jiġu msaħħa l-ktajjen tal-provvista bbażati fl-Unjoni għall-mediċini u, billi jiġi permess il-ħżin fid-dawl tad-dħul fl-Unjoni meta jiskadi ċ-ċertifikat, il-mediċini jsiru aktar aċċessibbli għall-pazjenti fl-Unjoni wara l-iskadenza taċ-ċertifikat.

(9)  F'dawk iċ-ċirkostanzi speċifiċi u limitati, u sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi bejn manifatturi stabbiliti fl-Unjoni u manifatturi f'pajjiżi terzi, huwa xieraq li tiġi pprovduta eċċezzjoni għall-protezzjoni mogħtija minn ċertifikat▌ sabiex tkun permessa l-manifattura tal-prodotti jew prodotti mediċinali li jkun fihom dak il-prodott għall-fini ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew għall-ħżin u kwalunkwe att relatat fl-Unjoni strettament neċessarju għal dik il-manifattura jew għall-esportazzjoni effettiva jew il-ħżin effettiv, fejn inkella tali atti jkunu jirrikjedu l-kunsens ta' detentur taċ-ċertifikat ("atti relatati"). Pereżempju, tali atti relatati jistgħu jinkludu: il-pussess; l-offerta ta’ provvista; il-provvista; l-importazzjoni; l-użu jew is-sinteżi ta' sustanza attiva għall-fini tal-manifatturata' prodott mediċinali; ▌ jew ta' ħażna temporanja jew ta' riklamar għall-fini esklussiv ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Dik l-eċċezzjoni jenħtieġ li tapplika wkoll għal atti relatati mwettqa minn partijiet terzi li jkunu f'relazzjoni kuntrattwali mal-manifattur.

(10)  L-eċċezzjoni jenħtieġ li tapplika għal prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott, protett minn ċertifikat u jenħtieġ li tkopri l-manifattura fit-territorju ta' Stat Membru ta' dak il-prodott u l-manifattura tal-prodott mediċinali li fih dak il-prodott.

(11)  L-eċċezzjoni jenħtieġ li ma tkoprix t-tqegħid fis-suq ta' prodott, jew ta' prodott mediċinali li fih dak il-prodott, li jkun manifatturat għall-fini ▌ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew ta' ħżin minħabba dħul fl-UE fil-"Jum-1", fis-suq ta’ Stat Membru fejn ċertifikat ▌huwa fis-seħħ, jew direttament jew indirettament wara l-esportazzjoni, u jenħtieġ li ma tkoprix lanqas l-importazzjoni mill-ġdid ta’ tali prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott, fis-suq ta' Stat Membru fejn hemm ċertifikat fis-seħħ. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma tkoprix kwalunkwe tip ta' att jew attività mwettqa għall-iskop tal-importazzjoni ta' prodotti jew prodotti mediċinali li fihom dawk il-prodotti fl-Unjoni sempliċiment għall-finijiet ta' pakkettar u esportazzjoni mill-ġdid. Barra minn hekk, l-eċċezzjoni jenħtieġ li ma tkoprix kwalunkwe tip ta' ħżin ta' prodotti, jew prodotti mediċinali li fihom dawk il-prodotti, għal kwalunkwe fini ieħor għajr il-finijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(12)  Bil-limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-eċċezzjoni għall-manifattura għall-fini ta' esportazzjoni barra mill-Unjoni jew għall-manifattura għall-fini ta' ħżin u għal atti strettament neċessarji għal din il-manifattura jew għall-esportazzjoni effettiva jew il-ħżin effettiv, l-eċċezzjoni prevista f'dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tkunx f'kunflitt ▌mal-isfruttar normali tal-prodott, jew tal-prodott mediċinali li fih dak il-prodott, fl-Istat Membru fejn iċ-ċertifikat huwa fis-seħħ, b'mod partikolari mad-dritt esklussiv ewlieni tad-detentur taċ-ċertifikat li jimmanifattura dak il-prodott għall-fini li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni matul it-terminu taċ-ċertifikat. Barra minn hekk, dik l-eċċezzjoni jenħtieġ li ma tippreġudikax b'mod li mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detentur taċ-ċertifikat, filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi tal-partijiet terzi.

(13)  Salvagwardji effettivi u proporzjonati jenħtieġ li japplikaw fir-rigward tal-eċċezzjoni sabiex tiżdied it-trasparenza, tgħin lid-detentur ta' ċertifikat ▌ jinforza l-protezzjoni tiegħu fl-Unjoni u tiġi vverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, u jitnaqqas ir-riskju tad-devjazzjoni illeċita fis-suq tal-Unjoni matul it-terminu taċ-ċertifikat.

(14)  Ir-Regolament jenħtieġ li jimponi obbligu ta' informazzjoni fuq il-manifattur, jiġifieri l-persuna stabbilita fl-Unjoni, li f’ismiha twettaq il-manifattura ta' prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott, għall-fini ▌ta' esportazzjoni jew ħżin. Huwa possibbli li l-manifattur iwettaq direttament il-manifattura. Dak l-obbligu ta’ informazzjoni jenħtieġ li jikkonsisti li jirrikjedi lill-manifattur li jipprovdi ċerta informazzjoni lill-uffiċċju kompetenti tal-proprjetà industrijali, jew awtorità deżinjata oħra, li tat iċ-ċertifikat (“awtorità”) ▌fl-Istat Membru fejn se ssir il-manifattura. Għal dan il-għan, jenħtieġ li tiġi pprovduta formola ta' notifika standard. L-informazzjoni jenħtieġ li tiġi provduta qabel il-manifattura ta' prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott, tibda għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru, jew qabel kwalunkwe att relatat qabel dik il-manifattura, skont liema jiġi l-ewwel. Jenħtieġ li l-informazzjoni tiġi aġġornata kif u meta jkun xieraq. Il-manifattura ta' prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott, u l-atti relatati, inklużi dawk imwettqa fi Stati Membri differenti minn dak li fih issir il-manifattura f'każijiet fejn il-prodott ikun protett ukoll minn ċertifikat f'dawk l-Istati Membri l-oħrajn, jenħtieġ li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-eċċezzjoni biss meta l-manifattur ikun bagħat in-notifika lill-awtorità tal-Istat Membru tal-manifattura u meta l-manifattur ikun informa lid-detentur taċ-ċertifikat mogħti f'dak l-Istat Membru. Meta l-manifattura ssir f'aktar minn Stat Membru wieħed, jenħtieġ li tkun obbligatorja notifika f'kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. Fl-interess tat-trasparenza, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun obbligata tippubblika, mill-aktar fis possibbli, l-informazzjoni rċevuta, flimkien mad-data tan-notifika ta' dik l-informazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu permessi jirrikjedu li n-notifiki, u l-aġġornamenti tan-notifiki, ikunu soġġetti għall-ħlas ta' tariffa ta' darba. Dik it-tariffa jenħtieġ li tiġi stabbilita f'livell li ma jaqbiżx l-ispiża amministrattiva tal-ipproċessar tan-notifiki u l-aġġornamenti.

(15)  Il-manifattur jenħtieġ li jinforma wkoll lid-detentur taċ-ċertifikat, b'mezzi xierqa u dokumentati, bl-intenzjoni li manifattura prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott, skont l-eċċezzjoni, billi jipprovdi lid-detentur taċ-ċertifikat bl-istess informazzjoni kif notifikata lill-awtorità. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tkun limitata għal dak li jkun meħtieġ u xieraq biex id-detentur taċ-ċertifikat jivvaluta jekk id-drittijiet mogħtija miċ-ċertifikat humiex qed jiġu rrispettati, u jenħtieġ li ma tinkludix informazzjoni kunfidenzjali jew sensittiva kummerċjalment. Tista' tintuża wkoll il-formola ta' notifika standard użata biex jiġi infurmat id-detentur taċ-ċertifikat, u l-informazzjoni pprovduta jenħtieġ li tiġi aġġornata kif u meta jkun xieraq.

(16)  Fir-rigward ta’ atti relatati, jekk jeżistu, qabel il-manifattura ta' prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott, in-notifika jenħtieġ li tindika l-isem tal-Istat Membru fejn l-ewwel att relatat li altrimenti jkun jirrikjedi l-kunsens ta' detentur taċ-ċertifikat għandu jitwettaq, peress li dik l-informazzjoni hija rilevanti għat-tempistika tan-notifika.

(17)  Jekk awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni lokali, jew l-ekwivalenti ta' tali awtorizzazzjoni, f'pajjiż terz speċifiku, għal prodott mediċinali partikolari, jiġu ppubblikati wara li l-awtorità tiġi notifikata, in-notifika jenħtieġ li tiġi aġġornata minnufih biex tinkludi n-numru ta' referenza ta' dik l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, jew l-ekwivalenti ta’ tali awtorizzazzjoni, malli jkun disponibbli għall-pubbliku. Jekk in-numru ta' referenza ta’ dik l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, jew l-ekwivalenti ta' tali awtorizzazzjoni, jkun għadu jrid jiġi ppubblikat, il-manifattur jenħtieġ li jkun obbligat jipprovdi, fin-notifika, dak in-numru ta' referenza malli jkun disponibbli għall-pubbliku.

(18)  Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti rigward pajjiż terz jenħtieġ li jaffettwa biss l-esportazzjonijiet lejn dak il-pajjiż, u l-esportazzjonijiet lejn dak il-pajjiż għaldaqstant jenħtieġ li ma jibbenefikawx mill-eċċezzjoni prevista f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tkun ir-responsabbiltà tal-manifattur stabbilit fl-Unjoni li jivverifika li l-protezzjoni ma teżistix jew skadiet f'pajjiż ta' esportazzjoni, jew jekk dik il-protezzjoni hijiex soġġetta għal xi limitazzjonijiet jew eżenzjonijiet f'dak il-pajjiż.

(19)  Notifika lill-awtorità u l-informazzjoni korrispondenti li trid tiġi nnotifikata lid-detentur taċ-ċertifikat jistgħu jiġu pprovduti matul il-perjodu bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u d-data li fiha l-eċċezzjoni prevista f’dan ir-Regolament issir applikabbli għaċ-ċertifikat rilevanti.

(20)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jimponi ċerti rekwiżiti ta' diliġenza dovuta fuq il-manifattur bħala kundizzjoni għall-użu tal-eċċezzjoni. Il-manifattur jenħtieġ li jkun obbligat jinforma lill-persuni fil-katina tal-provvista tiegħu fl-Unjoni, inklużi l-esportatur u l-persuna inkarigata mill-ħżin, permezz ta' mezzi xierqa u dokumentati, b'mod partikolari mezzi kuntrattwali, li l-prodott, jew il-prodott mediċinali li fih dak il-prodott, huwa kopert mill-eċċezzjoni prevista f'dan ir-Regolament u li l-manifattura hija intenzjonata għall-fini ▌ta' esportazzjoni jew ħżin. Manifattur li jonqos milli jikkonforma ma' dawk ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta jenħtieġ li ma jibbenefikax mill-eċċezzjoni, kif jenħtieġ li ma tibbenefikax kwalunkwe parti terza li twettaq att relatat fl-Istat Membru tal-manifattura jew fi Stat Membru differenti fejn jista’ jkun fis-seħħ ċertifikat li jagħti protezzjoni lill-prodott. Għalhekk id-detentur taċ-ċertifikat rilevanti jkun intitolat jinforza d-drittijiet tiegħu skont iċ-ċertifikat, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-obbligu ġenerali, previst fid-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), li tiġi evitata l-litigazzjoni abbużiva.

(21)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jimponi rekwiżiti ta' tikkettar fuq il-manifattur fir-rigward ta' prodotti, jew prodotti mediċinali li fihom dawk il-prodott, li għandhom jiġu esportati, sabiex jiffaċilita, permezz ta' logo, l-identifikazzjoni ta’ tali prodotti, jew tali prodotti mediċinali, bħala li huma esklussivament intenzjonati għall-iskop ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Il-manifattura għall-fini ta' esportazzjoni u l-atti relatati jenħtieġ li jaqgħu fl-ambitu tal-eċċezzjoni ▌biss jekk il-prodott, jew il-prodott mediċinali li fih dak il-prodott, ikun ittikkettat bil-mod previst f'dan ir-Regolament. Dak l-obbligu ta' tikkettar jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' tikkettar tal-pajjiżi terzi.

(22)  Kwalunkwe att li mhuwiex kopert mill-eċċezzjoni prevista f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jibqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni mogħtija minn ċertifikat ▌. Kwalunkwe devjazzjoni fis-suq tal-Unjoni, matul it-terminu taċ-ċertifikat, ta' kwalunkwe prodott, jew kwalunkwe prodott mediċinali li fih dak il-prodott, li jkun ġie manifatturat taħt l-eċċezzjoni, jenħtieġ li tibqa' pprojbita.

(23)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal drittijiet oħra ta' proprjetà intellettwali li jistgħu jipproteġu aspetti oħra ta' prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott. Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni li għandhom l-għan li jipprevjenu ksur u jiffaċilitaw l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi d-Direttiva 2004/48/KE u r-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8).

(24)  Dan ir-Regolament ma jaffettwax ir-regoli dwar l-identifikatur uniku previsti fid-Direttiva 2001/83/KE . Jenħtieġ li l-manifattur jiżgura li kwalunkwe prodott mediċinali manifatturat għall-finijiet tal-esportazzjoni, skont dan ir-Regolament, ma jkollux identifikatur uniku attiv fis-sens tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/161(9). Madankollu, taħt dak ir-Regolament Delegat, ir-rekwiżit biex jitpoġġa tali identifikatur uniku attiv japplika għal prodotti mediċinali intiżi li jitqiegħdu fis-suq ta' Stat Membru mal-iskadenza taċ-ċertifikat korrispondenti.

(25)  Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni tad-Direttivi 2001/82/KE u 2001/83/KE, b'mod partikolari r-rekwiżiti relatati mal-awtorizzazzjoni tal-manifattura tal-prodotti mediċinali manifatturati għall-esportazzjoni. Dan jinkludi l-konformità mal-prinċipji u l-linji gwida tal-prattiki tajba ta' manifattura għall-prodotti mediċinali u l-użu biss ta’ sustanzi attivi li jkunu ġew immanifatturati skont il-prattiki tajba ta' manifattura għas-sustanzi attivi u distribwiti skont il-prattiki tajba ta’ distribuzzjoni għas-sustanzi attivi.

(26)  ▌Biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tad-detenturi taċ-ċertifikat, l-eċċezzjoni prevista f’dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tapplikax għal ċertifikat li jkun diġà beda jipproduċi effetti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Sabiex ikun żgurat li d-drittijiet tad-detenturi taċ-ċertifikat ma jiġux ristretti b'mod eċċessiv, l-eċċezzjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati li jiġu mitluba fid-data tad-dħul fis-seħħ jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Peress li ċertifikat jibda jipproduċi l-effetti tiegħu fit-tmiem tat-terminu legali tal-privattiva bażika, li jista' jkun żmien relattivament twil wara d-data tat-tressiq tal-applikazzjoni għaċ-ċertifikat, u sabiex jinkiseb l-għan ta' dan ir-Regolament, huwa ġustifikat li dan ir-Regolament ikopri wkoll, fuq ċertu perjodu ta' żmien, ċertifikat li saret applikazzjoni għalih qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, iżda li għadu ma bediex jipproduċi effetti qabel dik id-data, irrispettivament minn jekk dak iċ-ċertifikat ingħatax jew le qabel dik id-data. Jenħtieġ li l-eċċezzjoni , tapplika, għalhekk, mill-[1 ta' Lulju 2022](10) għal ċertifikat li jibda jipproduċi effetti mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-kunċett ta' "ċertu perjodu ta' żmien" għal kull ċertifikat individwali li jibda jipproduċi effetti wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura li l-eċċezzjoni tiġi applikata, fuq bażi progressiva, għal tali ċertifikat, skont id-data li fiha jibda jipproduċi effetti u skont id-durata tiegħu. Tali applikazzjoni tal-eċċezzjoni tippermetti lid-detentur ta' ċertifikat li jkun ingħata, iżda li ma jkunx beda jipproduċi effetti sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, perjodu ta' tranżizzjoni raġonevoli biex jadatta għall-kuntest legali li nbidel, waqt li fl-istess ħin tiżgura li l-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili jistgħu jibbenefikaw b'mod effettiv, mingħajr dewmien eċċessiv, mill-eċċezzjoni.

(27)  Tipikament, applikant għal ċertifikat iressaq applikazzjoni approssimativament fl-istess data f'kull Stat Membru li fih issir l-applikazzjoni. Madankollu, minħabba differenzi fil-proċeduri nazzjonali għall-eżami tal-applikazzjonijiet, id-data tal-għoti taċ-ċertifikat tista' tvarja b'mod sinifikanti minn Stat Membru għal ieħor, u b'hekk jinħolqu disparitajiet fis-sitwazzjoni legali tal-applikant fl-Istati Membri li fihom saret applikazzjoni għaċ-ċertifikat. L-applikazzjoni tal-eċċezzjoni abbażi tad-data tat-tressiq tal-applikazzjoni għal ċertifikat għaldaqstant tippromwovi l-uniformità u tillimita r-riskji ta' disparitajiet.

(28)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni regolari ta' dan ir-Regolament. Skont il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(11), dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud, u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta' miżuri oħra possibbli. Dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tqis, minn naħa waħda, l-esportazzjonijiet 'l barra mill-Unjoni, u min-naħa l-oħra, l-effetti tal-ħżin fuq id-dħul malajr tal-mediċini ġeneriċi u speċjalment bijosimili fis-swieq fl-Unjoni malajr kemm jista' jkun wara li jiskadi ċertifikat. Tali evalwazzjoni regolari jenħtieġ li tindirizza wkoll l-effetti ta' dan ir-Regolament fuq il-manifattura tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili fl-Unjoni minn manifatturi ta' mediċini ġeneriċi u bijosimili stabbiliti fl-Unjoni. F'dak il-kuntest, ikun importanti li jiġi aċċertat jekk il-manifattura li preċedentement kienet qed issir barra l-Unjoni tiġix trasferita għal ġot-territorju tal-Unjoni. B'mod partikolari, dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tirrieżamina l-effettività tal-eċċezzjoni fid-dawl tal-għan li jerġgħu jinkisbu kundizzjonijiet ekwi globali għall-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili fl-Unjoni ▌. Jenħtieġ li tistudja wkoll l-impatt tal-eċċezzjoni fuq ir-riċerka u l-produzzjoni tal-mediċini innovattivi fl-Unjoni mid-detenturi taċ-ċertifikati ▌ u tikkunsidra l-bilanċ bejn l-interessi differenti involuti, b'mod partikolari fir-rigward is-saħħa pubblika, in-nefqa pubblika u, f'dan il-kuntest, l-aċċess għall-mediċini fl-Unjoni. Jenħtieġ li tistudja wkoll jekk il-perjodu previst fir-rigward tal-manifattura tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili għall-fini ta' ħżin huwiex suffiċjenti biex jintlaħaq l-objettiv tad-dħul fl-UE fil-"Jum-1", inklużi l-effetti tiegħu fuq is-saħħa pubblika.

(29)  Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-promozzjoni tal-kompetittività fl-Unjoni, b'mod li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili fil-konfront tal-kompetituri tagħhom fis-swieq tal-pajjiżi terzi fejn il-protezzjoni ma teżistix jew skadiet, billi jiġu stabbiliti regoli li jippermettu l-manifattura ta' prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott, matul it-terminu taċ-ċertifikat korrispondenti, kif ukoll billi jiġu previsti ċerti obbligi ta' informazzjoni, tikkettar u diliġenza dovuta għall-manifatturi li jużaw dawk ir-regoli, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(30)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"). B'mod partikolari, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ għad-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-kura tas-saħħa stabbiliti rispettivament fl-Artikoli 17 u 35 tal-Karta. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jżomm id-drittijiet ewlenin taċ-ċertifikat , billi jillimita l-eċċezzjoni prevista f'dan ir-Regolament għall-manifattura ta' prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott, biss għall-fini esklussiv ta' esportazzjoni barra l-Unjoni jew għall-fini tal-ħżin għal perjodu ta' żmien limitat fid-dawl tad-dħul fis-suq tal-Unjoni mal-iskadenza tal-protezzjoni, u għall-atti strettament meħtieġa għat-tali manifattura jew għall-esportazzjoni effettiva jew il-ħżin effettiv. Fid-dawl ta' dawk id-drittijiet fundamentali u prinċipji, l-eċċezzjoni prevista f'dan ir-Regolament ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u xieraq fid-dawl tal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, li huwa li jippromwovi l-kompetittività tal-Unjoni billi jevita r-rilokazzjoni u jippermetti lill-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili stabbiliti fl-Unjoni jikkompetu, minn naħa waħda, fi swieq globali li jikbru malajr fejn il-protezzjoni ma teżistix jew diġà skadiet u, min-naħa l-oħra, fis-suq tal-Unjoni mal-iskadenza taċ-ċertifikat. Tabilħaqq, jeħtieġ li jiġu sfruttati l-effetti ekonomiċi pożittivi li joriġinaw mill-eċċezzjoni, billi inkella l-Unjoni tirriskja li ddgħajjef il-pożizzjoni tagħha b'mod sostanzjali bħala ċentru għall-iżvilupp u l-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi. Huwa għalhekk xieraq li dik l-eċċezzjoni tiddaħħal sabiex tittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili stabbiliti fl-Unjoni fil-pajjiżi terzi li s-swieq tagħhom fi kwalunkwe każ huma miftuħa għall-kompetizzjoni, filwaqt li ma jintmessux l-ambitu u d-durata tal-protezzjoni mogħtija miċ-ċertifikat fl-Unjoni. L-adegwatezza tal-miżura tiġi żgurata aktar billi jiġu previsti salvagwardji xierqa li jirregolaw l-użu tal-eċċezzjoni. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jħalli biżżejjed żmien għall-awtoritajiet pubbliċi biex idaħħlu fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa biex jirċievu u jippubblikaw in-notifiki,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 469/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)   fl-Artikolu 1 jiżdied il-punt li ġej:"

"(f) "manifattur" tfisser il-persuna, stabbilita fl-Unjoni, li f'isimha titwettaq il-manifattura ta' prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott, għall-fini ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew għall-fini ta' ħżin;"

"

(2)  ▌l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 5

Effetti taċ-ċertifikat

1.  Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4, iċ-ċertifikat għandu jagħti l-istess drittijiet kif mogħtija mill-privattiva bażika u għandu jkun soġġett għall-istess limitazzjonijiet u l-istess obbligi.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jagħti protezzjoni kontra ċerti atti li altrimenti jirrikjedu l-kunsens tad-detentur taċ-ċertifikat ("id-detentur taċ-ċertifikat"), jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) l-atti jikkonsistu:
   (i) mill-manifattura ta' prodott, jew ta' prodott mediċinali li fih dak il-prodott, għall-fini ▌ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi; jew
   (ii) minn kwalunkwe att relatat li huwa strettament neċessarju għal-manifattura, fl-Unjoni, imsemmija fil-punt (i), jew għall-esportazzjoni effettiva; jew
   (iii) mill-manifattura, mhux aktar kmieni minn sitt xhur qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat, ta' prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott, għall-fini tal-ħżin tiegħu fl-Istat Membru tal-manifattura, sabiex dak il-prodott, jew prodott mediċinali li fih dak il-prodott, jitqiegħed fis-suq tal-Istati Membri wara li jiskadi ċ-ċertifikat korrispondenti; jew
   (iv) minn kwalunkwe att relatat li huwa strettament meħtieġ għall-manifattura, fl-Unjoni, imsemmija fil-punt (iii), jew għall-ħżin effettiv, dment li tali att relatat jitwettaq mhux aktar kmieni minn sitt xhur qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat;
   (b) il-manifattur, b'mezzi xierqa u dokumentati, jinnotifika lill-awtorità msemmija fl-Artikolu 9(1) tal-Istat Membru fejn għandha ssir dik il-manifattura u jinforma lid-detentur taċ-ċertifikat, dwar l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 5 mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data tal-bidu tal-manifattura f'dak l-Istat Membru, jew mhux aktar tard minn tliet xhur qabel l-ewwel att relatat, qabel dik il-manifattura, li inkella tkun ipprojbita mill-protezzjoni mogħtija minn ċertifikat, skont liema tiġi l-ewwel;
   (c) jekk l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 5 tinbidel, il-manifattur jinnotifika lill-awtorità msemmija fl-Artikolu 9(1) u jinforma lid-detentur taċ-ċertifikat, qabel ma dawk il-bidliet jidħlu fis-seħħ;
   (d) fil-każ ta' prodotti, jew prodotti mediċinali li fihom dawk il-prodotti, manifatturati għall-fini ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, il-manifattur jiżgura li jitwaħħal logo, fil-forma stabbilita fl-Anness -I, fuq l-imballaġġ estern tal-prodott, jew tal-prodott mediċinali li fih dak il-prodott, imsemmi fil-punt(a)(i) ta’ dan il-paragrafu, u, meta jkun fattibbli, fuq l-imballaġġ primarju tiegħu;
   (e) il-manifattur jikkonforma mal-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu u, jekk ikun applikabbli, mal-Artikolu 12(2).

3.  L-eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma għandha tapplika għal ebda att jew attività mwettqa għall-importazzjoni ta' prodotti jew ta’ prodotti mediċinali li fihom dawk il-prodotti, fl-Unjoni sempliċement għall-fini ta' pakkettar mill-ġdid, esportazzjoni mill-ġdid u ħżin.

4.  L-informazzjoni mogħtija lid-detentur taċ-ċertifikat għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 għandha tintuża esklussivament għall-finijiet tal-verifika dwar jekk ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ġewx issodisfati, u, fejn applikabbli, tal-bidu ta' proċedimenti legali għan-nonkonformità.

5.  L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-manifattur għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 2 għandha tkun kif ġej:

   (a) l-isem u l-indirizz tal-manifattur;
   (b) indikazzjoni ta' jekk il-manifattura hijiex għall-fini ta' esportazzjoni, għall-fini ta' ħżin, jew għall-fini kemm ta' esportazzjoni kif ukoll ta' ħżin;
   (c) l-Istat Membru fejn għandha ssir il-manifattura u, jekk applikabbli, anke l-ħżin, u l-Istat Membru fejn għandu jsir l-ewwel att relatat, jekk applikabbli, qabel ma ssir dik il-manifattura;
   (d) in-numru taċ-ċertifikat mogħti fl-Istat Membru tal-manifattura, u n-numru taċ-ċertifikat mogħti fl-Istat Membru tal-ewwel att relatat, jekk applikabbli, qabel ma ssir dik il-manifattura; u
   (e) għall-prodotti mediċinali li għandhom jiġu esportati lejn pajjiżi terzi, in-numru ta' referenza tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, jew l-ekwivalenti ta' tali awtorizzazzjoni, f'kull pajjiż terz ta' esportazzjoni, malli jkun disponibbli għall-pubbliku;

6.  Għall-finijiet ta' notifika lill-awtorità skont il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, il-manifattur għandu juża l-formola standard għan-notifika li tinsab fl-Anness -Ia.

7.  In-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-punt (e) tal-paragrafu 5 fir-rigward ta' pajjiż terz għandu jaffettwa biss l-esportazzjonijiet lejn dak il-pajjiż, u dawk l-esportazzjonijiet għalhekk ma għandhomx jibbenefikaw mill-eċċezzjoni.

8.  Il-manifattur għandu jiżgura li l-prodotti mediċinali manfatturati skont il-punt (a)(i) tal-paragrafu 2 ma jkollhomx identifikatur uniku attiv fis-sens tar-Regolament Delegat (UE) 2016/161*.

9.  Il-manifattur għandu jiżgura, permezz ta' mezzi xierqa u dokumentati, li kwalunkwe persuna f'relazzjoni kuntrattwali mal-manifattur li twettaq atti li jaqgħu taħt il-punt (a) tal-paragrafu 2 tkun infurmata bis-sħiħ dwar, u tkun konxja ta', dan li ġej:

   (a) li dawk l-atti huma soġġetti għall-paragrafu 2;
   (b) li t-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni jew l-importazzjoni mill-ġdid tal-prodott, jew tal-prodott mediċinali li fih dak il-prodott, imsemmi fil-punt (a)(i) tal-paragrafu 2 jew it-tqegħid fis-suq tal-prodott, jew tal-prodott mediċinali li fih dak il-prodott, imsemmi fil-punt (a)(iii) tal-paragrafu 2 jistgħu jikkostitwixxu ksur taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2 fejn, u sakemm, japplika dak iċ-ċertifikat.

10.  Il-paragrafu 2 għandu japplika għal ċertifikati li ssir applikazzjoni għalihom fid-data tad-dħul fis-seħħ jew wara ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll għaċ-ċertifikati li tkun saret applikazzjoni għalihom qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] u li jipproduċu effetti fid-data tad-dħul fis-seħħ jew wara dik id-data. Il-paragrafu 2 għandu japplika biss għal tali ċertifikati mill-[1 ta' Lulju 2022](12).

Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal ċertifikati li jkollhom effett qabel ... [id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

_______________

* Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/161 tat-2 ta' Ottubru 2015 li jissupplimenta lid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-karatteristiki tas-sigurtà li jkunu jidhru fuq il-pakketti tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 32, 9.2.2016, p. 1).";

"

(3)  fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

‘4. "▌L-awtorità msemmija fl-Artikolu 9(1) għandha tippubblika, mill-aktar fis possibbli, l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 5(5), flimkien mad-data tan-notifika ta' dik l-informazzjoni. Għandha tippubblika wkoll, mill-aktar fis possibbli, kwalunkwe bidla f'din l-informazzjoni f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 5(2).";

"

(4)  L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 12

Tariffi

1.  L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li ċ-ċertifikat ikun soġġett għall-ħlas ta' tariffi annwali.

2.  L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li n-notifiki msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 5(2) ikunu soġġetti għall-ħlas ta' tariffa.";

"

(5)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 21a

Evalwazzjoni

Mhux iktar tard minn ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 5(10), u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-Artikolu 5(2) sa (9) u l-Artikolu 11 sabiex tivvaluta jekk l-objettivi ta' dawk id-dispożizzjonijiet intlaħqux, u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Minbarra l-evalwazzjoni tal-impatt tal-eċċezzjoni tal-manifattura għall-fini ta' esportazzjoni, għandhom jitqiesu b'mod speċjali, l-effetti tal-manifattura għall-fini ta' ħżin sabiex dak il-prodott, jew il-prodott mediċinali li fih dak il-prodott, jitqiegħed fis-suq tal-Istati Membri wara l-iskadenza taċ-ċertifikat korrispondenti fuq l-aċċess għall-mediċini u n-nefqa għas-saħħa pubblika, u jekk it-tneħħija u, b'mod partikolari, il-perjodu previst fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 5(2) humiex suffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 5, inkluża s-saħħa pubblika,";

"

(6)  L-Annessi -I u -Ia kif stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament jiġu mdaħħla.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Jiddaħħlu l-Annessi li ġejjin:

"ANNESS -I

Logo

Dan il-logo għandu jidher bil-kulur iswed u b'tali daqs li jkun viżibbli biżżejjed.

20190417-P8_TA-PROV(2019)0401_MT-p0000002.png

ANNESS -Ia

Formola standard għan-notifika skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 5(2)

Immarka l-kaxxa rilevanti

Notifika ġdida

Aġġornament ta' notifika eżistenti

(a)   Isem u indirizz tal-manifattur

(b)  Skop tal-manifattura

Esportazzjoni

Ħżin

Esportazzjoni u ħżin

(c)  L-Istat Membru li fih għandha ssir il-manifattura u l-Istat Membru li fih għandu jsir l-ewwel att relatat (jekk applikabbli) qabel dik il-manifattura

Stat Membru tal-manifattura

(Stat Membru tal-ewwel att relatat (jekk applikabbli))

(d)  Numru taċ-ċertifikat mogħti fl-Istat Membru tal-manifattura u numru taċ-ċertifikat mogħti fl-Istat Membru tal-ewwel att relatat (jekk applikabbli) qabel il-manifattura

Ċertifikat tal-Istat Membru tal-manifattura

(Ċertifikat tal-Istat Membru tal-ewwel att relatat (jekk applikabbli))

(e)  Għall-prodotti mediċinali li għandhom jiġu esportati lejn pajjiżi terzi, in-numru ta' referenza tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, jew l-ekwivalenti ta' tali awtorizzazzjoni, f'kull pajjiż terz ta' esportazzjoni

".

(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 100.
(2)ĠU C 440, 6.12.2018, p. 100.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019.
(4)Ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 1).
(5)Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1). Id-Direttiva 2001/82/KE hija mħassra u sostitwita, b’effett mit-28 ta’ Jannar 2022, permezz tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).
(6)Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(7) Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45).
(8)Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/161 tat-2 ta' Ottubru 2015 li jissupplimenta lid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-karatteristiki tas-sigurtà li jkunu jidhru fuq il-pakketti tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 32, 9.2.2016, p. 1).
(10)+ ĠU: data li għandha tiġi sostitwita bid-data li tikkorrispondi għal tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju.
(11)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(12)+ ĠU: data li għandha tiġi sostitwita bid-data li tikkorrispondi għal tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju.


Programm spazjali tal-Unjoni u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ***I
PDF 580kWORD 184k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE (COM(2018)0447 – C8-0258/2018 – 2018/0236(COD))
P8_TA(2019)0402A8-0405/2018

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


Programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 ***I
PDF 370kWORD 115k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (COM(2018)0434 – C8-0256/2018 – 2018/0227(COD))
P8_TA(2019)0403A8-0408/2018

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


Programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni ***I
PDF 246kWORD 73k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2018)0443 – C8-0260/2018 – 2018/0233(COD))
P8_TA(2019)0404A8-0421/2018

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) ***I
PDF 345kWORD 127k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (COM(2018)0385 – C8-0249/2018 – 2018/0209(COD))
P8_TA(2019)0405A8-0397/2018

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


Il-programm Ġustizzja ***I
PDF 333kWORD 84k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja (COM(2018)0384 – C8-0235/2018 – 2018/0208(COD))
P8_TA(2019)0406A8-0068/2019

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


Programm Drittijiet u Valuri ***I
PDF 272kWORD 92k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))
P8_TA(2019)0407A8-0468/2018

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


Numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati interparlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għall-Assemblej Parlamentari multilaterali
PDF 140kWORD 50k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għal assemblej parlamentari multilaterali (2019/2698(RSO))
P8_TA-PROV(2019)0408B8-0240/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' kooperazzjoni, u ftehimiet oħra konklużi mill-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 212 u 214 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  waqt li jinsab anzjuż biex isaħħaħ id-demokrazija parlamentari billi jfittex li jkun hemm djalogu interparlamentari kontinwu;

1.  Jiddeċiedi li jistabbilixxi n-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari u r-raggruppamenti reġjonali tagħhom kif ġej:

   (a) L-Ewropa, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija

Delegazzjonijiet għal:

   il-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Maċedonja ta' Fuq
   il-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija

Delegazzjoni għall-kooperazzjoni tat-Tramuntana u għar-relazzjonijiet mal-Isvizzera u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Iżlanda u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bożnija-Ħerzegovina u mal-Kosovo

   (b) Ir-Russja u l-istati tas-Sħubija tal-Lvant

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Russja

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Belarussja

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Sħubija UE-Armenja, għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Ażerbajġan u għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia;

   (c) Il-Magreb, il-Maxreq, Iżrael u l-Palestina

Delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet ma':

   Iżrael
   il-Palestina
   il-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi, inklużi l-Kumitati Parlamentari Konġunti UE-Marokk, UE-Tuneżija u UE-Alġerija
   il-pajjiżi tal-Maxreq
   (d) Il-Peniżola Għarbija, l-Iraq u l-Iran

Delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet ma':

   il-Peniżola Għarbija
   l-Iraq
   l-Iran
   (e) Il-Kontinent Amerikan

Delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet ma':

   l-Istati Uniti
   il-Kanada
   ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil
   il-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali
   il-pajjiżi tal-Komunità Andina
   il-Mercosur

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Messiku

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ċilì

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Cariforum-UE

   (f) l-Asja/il-Paċifiku

Delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet ma':

   il-Ġappun
   ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
   l-Indja
   l-Afganistan
   il-pajjiżi tal-Asja t'Isfel
   il-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN)
   il-Peniżola Koreana
   l-Awstralja u New Zealand

Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Użbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja

   (g) l-Afrika

Delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet ma':

   l-Afrika t'Isfel
   il-Parlament Pan-Afrikan
   (h) L-Assemblej Multilaterali

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO;

2.  Jiddeċiedi li għas-sħubija tal-kumitati parlamentari li nħolqu abbażi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) jistgħu jipparteċipaw esklużivament Membri mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u mill-Kumitat għall-Iżvilupp – filwaqt li jiġi żgurat li l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jżomm ir-rwol prinċipali bħala l-kumitat responsabbli – u li dawn għandhom jikkoordinaw b'mod attiv il-ħidma tagħhom mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE;

3.  Jiddeċiedi li għas-sħubija tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, l-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u l-Assemblea Parlament Euronest jistgħu jipparteċipaw esklużivament Membri mid-delegazzjonijiet bilaterali jew sottoreġjonali koperti minn kull Assemblea;

4.  Jiddeċiedi li għas-sħubija tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO jistgħu jipparteċipaw esklużivament Membri mis-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża;

5.  Jiddeċiedi li l-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet għandha tfassal abbozz ta' kalendarju ta' attivitajiet ta' kull sitt xhur wara konsultazzjoni mal-Kumitati għall-Affarijiet Barranin, għall-Iżvilupp u għall-Kummerċ Internazzjonali. Dan għandu jitfassal f'kooperazzjoni mill-qrib mal-kalendarju ta' sitt xhur tad-delegazzjonijiet tal-kumitati tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, filwaqt li jitqies ukoll il-programm ta' ħidma annwali tal-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet (DEG), sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti. Dan l-abbozz konġunt tal-kalendarju tal-attivitajiet ta' kull sitt xhur għandu mbagħad jitressaq għall-adozzjoni quddiem il-Konferenza tal-Presidenti. Il-Konferenza tal-Presidenti tista' timmodifika l-abbozz ta' kalendarju propost bil-ħsieb li tirrispondi għall-avvenimenti politiċi u tiżgura l-koerenza tal-attivitajiet esterni kollha tal-Parlament;

6.  Ifakkar li huma biss id-delegazzjonijiet uffiċjali, debitament awtorizzati mill-Konferenza tal-Presidenti, li jistgħu jwettqu attivitajiet f'isem il-Parlament Ewropew u jirrappreżentaw il-pożizzjoni tiegħu;

7.  Jiddeċiedi li l-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati għandhom jaħtru sostituti permanenti biex iservu f'kull tip ta' delegazzjoni u li n-numru ta' dawn is-sostituti ma jistax jaqbeż in-numru ta' membri sħaħ li jirrappreżentaw lill-gruppi jew lill-Membri mhux affiljati;

8.  Jiddeċiedi li l-membri sħaħ tad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fil-laqgħat interparlamentari barra mill-postijiet tax-xogħol tal-Parlament. Jekk membru sħiħ ma jkunx jista' jivvjaġġa, jista' jiġi sostitwit minn wieħed mill-membri sostituti permanenti jew, jekk il-membru sostitut ma jkunx disponibbli, minn membru tal-assemblea interparlamentari li tkopri din id-delegazzjoni, nominat mill-grupp politiku li għalih jappartjeni l-membru sħiħ. Jekk membru tal-assemblea interparlamentari li jkopri din id-delegazzjoni ma jkunx disponibbli, il-membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, u il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistgħu jkunu intitolati li jipparteċipaw;

9.  Iqis li qabel laqgħa interparlamentari mal-kontroparti (SAPC, KPK, PAC, KKP, IPM, eċċ.), jew qabel ma tintbagħat kwalunkwe delegazzjoni, għandha ssir konsultazzjoni mill-qrib mal-kumitat(i) rilevanti dwar suġġetti politiċi possibbli jew kwistjonijiet ta' skrutinju leġiżlattiv li d-delegazzjoni għandha tindirizza f'laqgħat mal-kontropartijiet tal-pajjiż ikkonċernat;

10.  Se jagħmel ħiltu biex jiżgura fil-prattika li rapporteur jew president wieħed jew aktar ta' kumitat jistgħu, bl-istess mod, jieħdu sehem fil-proċedimenti tad-delegazzjonijiet, tal-kumitati interparlamentari konġunti, tal-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u tal-assemblej parlamentari multilaterali, u jiddeċiedi li l-President, fuq talba konġunta tad-delegazzjoni u tal-presidenti tal-kumitati kkonċernati, għandu jawtorizza missjonijiet ta' dan it-tip;

11.  Jiddeċiedi li din id-deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fl-ewwel sessjoni parzjali tad-disa' leġiżlatura;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.


L-adattament ta' għadd ta' atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - parti II ***I
PDF 758kWORD 185k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0799 – C8-0148/2019 – 2016/0400B(COD))
P8_TA-PROV(2019)0409A8-0190/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0799),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 33, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 64(2), l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2)(b), l-Artikolu 168(4)(a), l-Artikolu 168(4)(b), l-Artikolu 172, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 207, l-Artikolu 214(3) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0148/2019),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2)(b), l-Artikolu 168(4)(a), l-Artikolu 168(4)(b), l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta' Diċembru 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Affarijiet għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-7 ta' Marzu 2019 li tawtorizza lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali li jaqsam il-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u li jħejji żewġ rapporti leġiżlattivi separati abbażi tagħha,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0020/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali kif ukoll l-opinjonijiet u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0190/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Konsiderazzjoni 2
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 64(2), l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2)(b), l-Artikolu 168(4)(a), l-Artikolu 168(4)(b), l-Artikolu 172, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 207, l-Artikolu 214(3), u l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2)(b), l-Artikolu 168(4)(a), l-Artikolu 168(4)(b), l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  It-Trattat ta' Lisbona introduċa distinzjoni bejn is-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv (atti delegati), u s-setgħat li ġew mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti implimentattivi).
(1)  It-Trattat ta' Lisbona mmodifika b'mod sostanzjali l-qafas ġuridiku li jirregola s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mil-leġiżlatur, billi jintroduċi distinzjoni ċara bejn is-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv (atti delegati), u s-setgħat li ġew mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti ta' implimentazzjoni).
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Il-ġbir f'daqqa u l-preżentazzjoni ta' għotjiet ta' setgħa li mhumiex marbuta mill-qrib ma' xulxin f'att delegat wieħed tal-Kummissjoni jxekkel l-eżerċitar tad-dritt ta' skrutinju tal-Parlament, peress li dan ma jkollux għażla ħlief li sempliċiment jaċċetta jew jirrifjuta l-att delegat kollu, u dan ma jħallix lok lill-Parlament li jesprimi opinjoni dwar kull għotja ta' setgħa b'mod individwali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 1 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 2009/31/KE
Artikolu 29 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 29a sabiex jiġu emendati l-Annessi.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 29a sabiex jiġu emendati l-Annessi għal din id-Direttiva sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku u xjentifiku.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 1 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2009/31/KE
Artikolu 29a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 29 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 29 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 1 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 2009/31/KE
Artikolu 30
(3)   l-Artikolu 30 huwa mħassar.
(3)  l-Artikolu 30 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 30
Proċedura ta' kumitat
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**.
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011."
___________________
* Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013 p. 13).
**Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 7
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – punt 2
[...]
imħassar
Emenda 8
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar il-forma u l-kontenut tat-tikketta li trid tintuża."
"Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-forma u l-kontenut tat-tikketta li trid tintuża."
Emenda 9
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 2 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar il-forma u l-kontenut tat-tikketta li trid tintuża."
"Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-forma u l-kontenut tat-tikketta li trid tintuża."
Emenda 10
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 3 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar il-forma u l-kontenut tat-tikketta li trid tintuża.
"Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-forma u l-kontenut tat-tikketta li trid tintuża.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 3 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 10 – paragrafu 6 – subparagrafu 3
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar mekkaniżmu għall-allokazzjoni ta' kwoti lil produtturi u importaturi.
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar mekkaniżmu għall-allokazzjoni ta' kwoti lil produtturi u importaturi.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 19 – paragrafu 1
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ ta' sustanzi kkontrollati jew sustanzi ġodda u ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kkontrollati mqiegħda taħt ħażna temporanja, ħażna doganali jew proċedura ta' żona ħielsa jew fi tranżitu mit-territorju doganali tal-Unjoni u sussegwentement esportati mill-ġdid, abbażi ta' evalwazzjoni tar-riskji potenzjali ta' kummerċ illegali marbut ma' ċaqliq ta' dan it-tip, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-benefiċċji ambjentali u l-impatti soċjo-ekonomiċi ta' tali miżuri."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ ta' sustanzi kkontrollati jew sustanzi ġodda u ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu minn sustanzi kkontrollati mqiegħda taħt ħażna temporanja, ħażna doganali jew proċedura ta' żona ħielsa jew fi tranżitu mit-territorju doganali tal-Unjoni u sussegwentement esportati mill-ġdid, abbażi ta' evalwazzjoni tar-riskji potenzjali ta' kummerċ illegali marbut ma' ċaqliq ta' dan it-tip, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-benefiċċji ambjentali u l-impatti soċjo-ekonomiċi ta' tali miżuri."
Emenda 13
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 7
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 20 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar ir-regoli, skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet, applikabbli għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta' prodotti u tagħmir li jiġu importati minn kwalunkwe Stat li mhuwiex parti għall-Protokoll, li ġew manifatturati bl-użu ta' sustanzi kkontrollati, iżda li ma fihomx sustanzi li jistgħu jiġu identifikati b'mod pożittiv bħala sustanzi kkontrollati. L-identifikazzjoni ta' prodotti bħal dawn u tagħmir għandha tkun konformi mal-parir tekniku perjodiku mogħti lill-Partijiet."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-regoli, skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet, applikabbli għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta' prodotti u tagħmir li jiġu importati minn kwalunkwe Stat li mhuwiex parti għall-Protokoll, li ġew manifatturati bl-użu ta' sustanzi kkontrollati, iżda li ma fihomx sustanzi li jistgħu jiġu identifikati b'mod pożittiv bħala sustanzi kkontrollati. L-identifikazzjoni ta' prodotti bħal dawn u tagħmir għandha tkun konformi mal-parir tekniku perjodiku mogħti lill-Partijiet."
Emenda 14
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 8 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 22 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar lista ta' prodotti u tagħmir, skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet, li għalihom l-irkupru ta' sustanzi kkontrollati jew il-qirda ta' prodotti u tagħmir mingħajr l-irkupru minn qabel ta' sustanzi kkontrollati għandhom jitqiesu bħala teknikament u ekonomikament fattibbli, billi tispeċifika, jekk ikun xieraq, it-teknoloġiji li jridu jiġu applikati.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar lista ta' prodotti u tagħmir, skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet, li għalihom l-irkupru ta' sustanzi kkontrollati jew il-qirda ta' prodotti u tagħmir mingħajr l-irkupru minn qabel ta' sustanzi kkontrollati għandhom jitqiesu bħala teknikament u ekonomikament fattibbli, billi tispeċifika, jekk ikun xieraq, it-teknoloġiji li jridu jiġu applikati.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 8 – punt c
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 22 – paragrafu 5 – subparagrafi 2 u 3
"Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar dawk ir-rekwiżiti minimi ta' kwalifika, fid-dawl ta' dik l-evalwazzjoni u tal-informazzjoni teknika u informazzjoni rilevanti oħra."
"Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar dawk ir-rekwiżiti minimi ta' kwalifika, fid-dawl ta' dik l-evalwazzjoni u tal-informazzjoni teknika u informazzjoni rilevanti oħra."
Emenda 16
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 9 – punt a – punt i
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
"L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi ta' kwalifika għall-persunal li jwettaq l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2. Fid-dawl ta' evalwazzjoni ta' dawk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri u tal-informazzjoni teknika u informazzjoni rilevanti oħra, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar l-armonizzazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti minimi ta' kwalifika."
"L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi ta' kwalifika għall-persunal li jwettaq l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2. Fid-dawl ta' evalwazzjoni ta' dawk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri u tal-informazzjoni teknika u informazzjoni rilevanti oħra, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar l-armonizzazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti minimi ta' kwalifika."
Emenda 17
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 9 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 23 – paragrafu 7
"7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a li jistabbilixxi lista ta' teknoloġiji jew prattiki li għandhom jintużaw minn impriżi sabiex jevitaw u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta' sustanzi kontrollati."
"7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta' teknoloġiji jew prattiki li għandhom jintużaw minn impriżi sabiex jevitaw u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta' sustanzi kontrollati."
Emenda 18
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 11
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 24a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8(3) u (5), fl-Artikolu 10(3) u (6), fl-Artikolu 13(2), fl-Artikolu 18(9), fl-Artikolu 19, fl-Artikolu 20(2), fl-Artikolu 22(3), (4) u (5), fl-Artikolu 23(4) u (7), fl-Artikolu 24(2) u (3), fl-Artikolu 26(3) u fl-Artikolu 27(10) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8(3) u (5), fl-Artikolu 10(3) u (6), fl-Artikolu 13(2), fl-Artikolu 18(9), fl-Artikolu 19, fl-Artikolu 20(2), fl-Artikolu 22(3), (4) u (5), fl-Artikolu 23(4) u (7), fl-Artikolu 24(2) u (3), fl-Artikolu 26(3) u fl-Artikolu 27(10) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 14
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 27 – paragrafu 10
"10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar l-emendi għar-rekwiżiti tar-rapportar stipulati fil-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu sabiex tissodisfa l-impenji skont il-Protokoll jew tiffaċilita l-applikazzjoni tagħhom."
"10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a li jemenda r-rekwiżiti tar-rapportar stipulati fil-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu sabiex tissodisfa l-impenji skont il-Protokoll jew tiffaċilita l-applikazzjoni tagħhom."
Emenda 20
Proposta għal regolament
Anness I – Parti II – punt 4 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 2002/58/KE
Artikolu 4 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14b dwar iċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri applikabbli għar-rekwiżiti tan-notifika u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, wara konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), mal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni ta' Individwi fl-Ipproċessar ta' Data Personali stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14b sabiex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward taċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri applikabbli għar-rekwiżiti tan-notifika u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, wara konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), mal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni ta' Individwi fl-Ipproċessar ta' Data Personali stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data."
Emenda 21
Proposta għal regolament
Anness I – Parti II – punt 4 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 2002/58/KE
Artikolu 14b – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(5) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(5) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 8 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 89/391/KEE
Artikolu 17b – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16a għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16a għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 16 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 92/91/KEE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 17 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 92/104/KEE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 18 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 93/103/KE
Artikolu 12a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 21 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 1999/92/KE
Artikolu 10a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 22 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2000/54/KE
Artikolu 19a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Ġustifikazzjoni
Allinjament tat-tul ta' żmien tal-għoti tas-setgħa mal-approċċ ġenerali tal-Parlament (ara r-riżoluzzjoni tal-25 ta' Frar 2014, paragrafu 9).
Emenda 28
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 27 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2009/104/KE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 6 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida għal kooperazzjoni reġjonali fi spirtu ta' solidarjetà."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida għal kooperazzjoni reġjonali fi spirtu ta' solidarjetà."
Emenda 30
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 11 – paragrafu 10
"10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu."
"10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu."
Emenda 31
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 15 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa u effettiva tas-sid tas-sistema ta' trażmissjoni u tal-operatur tas-sistema tal-ħażna mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa u effettiva tas-sid tas-sistema ta' trażmissjoni u tal-operatur tas-sistema tal-ħażna mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu."
Emenda 32
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 4
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 36 – paragrafu 10
"10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jistabbilixxi l-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 3, 6, 8 u 9 ta' dan l-Artikolu."
"10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jistabbilixxi l-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 3, 6, 8 u 9 ta' dan l-Artikolu."
Emenda 33
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 5
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 42 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida dwar il-firxa tad-doveri tal-awtoritajiet regolatorji sabiex jikkooperaw ma' xulxin u mal-Aġenzija."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida dwar il-firxa tad-doveri tal-awtoritajiet regolatorji sabiex jikkooperaw ma' xulxin u mal-Aġenzija."
Emenda 34
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 6
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 43 – paragrafu 9
"9. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tiġi segwita mill-awtoritajiet regolatorji, mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-konformità tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji mal-Linji Gwida msemmija f'dan l-Artikolu."
"9. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tiġi segwita mill-awtoritajiet regolatorji, mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-konformità tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji mal-Linji Gwida msemmija f'dan l-Artikolu."
Emenda 35
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 7
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 44 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida li jispeċifikaw il-metodi u l-arranġamenti għaż-żamma tar-rekords, kif ukoll il-forma u l-kontenut tad-data li għandha tinżamm."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida li jispeċifikaw il-metodi u l-arranġamenti għaż-żamma tar-rekords, kif ukoll il-forma u l-kontenut tad-data li għandha tinżamm."
Emenda 36
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 8
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 50a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 11(10), fl-Artikolu 15(3), fl-Artikolu 36(10), fl-Artikolu 42(5), fl-Artikolu 43(9) u fl-Artikolu 44(4) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 11(10), fl-Artikolu 15(3), fl-Artikolu 36(10), fl-Artikolu 42(5), fl-Artikolu 43(9) u fl-Artikolu 44(4) għal perjodu ta' ħames snin minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Ġustifikazzjoni
Allinjament tat-tul ta' żmien tal-għoti tas-setgħa mal-approċċ ġenerali tal-Parlament (ara r-riżoluzzjoni tal-25 ta' Frar 2014, paragrafu 9).
Emenda 37
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 30 – paragrafu 2 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009
Artikolu 3 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a li jistabbilixxi Linji Gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi Linji Gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu."
Emenda 38
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 30 – paragrafu 2 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009
Artikolu 6 – paragrafu 11 – subparagrafu 2
"Meta l-Kummissjoni tipproponi l-adozzjoni ta' kodiċi ta' network fuq inizjattiva tagħha, hija għandha tikkonsulta mal-Aġenzija, mal-ENTSO għall-Gass u mal-partijiet interessati rilevanti kollha dwar l-abbozz ta' kodiċi tan-network matul perijodu ta' mhux anqas minn xahrejn. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a li jadotta tali kodiċijiet ta' network."
"Meta l-Kummissjoni tipproponi l-adozzjoni ta' kodiċi ta' network fuq inizjattiva tagħha, hija għandha tikkonsulta mal-Aġenzija, mal-ENTSO għall-Gass u mal-partijiet interessati rilevanti kollha dwar l-abbozz ta' kodiċi tan-network matul perijodu ta' mhux anqas minn xahrejn. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta tali kodiċijiet ta' network."
Emenda 39
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 30 – paragrafu 2 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
"Għall-finijiet tal-kisba tal-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a li jiddetermina ż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta' kooperazzjoni reġjonali, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Aġenzija u mal-ENTSO tal-Gass."
"Għall-finijiet tal-kisba tal-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina ż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta' kooperazzjoni reġjonali, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Aġenzija u mal-ENTSO tal-Gass."
Emenda 40
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 30 – paragrafu 2 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009
Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a li jistabbilixxi Linji Gwida dwar il-kwistjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jemenda l-Linji Gwida msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) tiegħu."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi Linji Gwida dwar il-kwistjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u sabiex temenda l-Linji Gwida msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tiegħu."
Emenda 41
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 30 – paragrafu 2 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009
Artikolu 27a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 6(11), fl-Artikolu 7(3), fl-Artikolu 12(3) u fl-Artikolu 23(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 6(11), fl-Artikolu 7(3), fl-Artikolu 12(3) u fl-Artikolu 23(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 32 – paragrafu 2 – punt 6
Id-Direttiva 91/271/KEE
Artikolu 17a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 11(3) u fl-Artikolu 12(3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 12(3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 33 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 91/676/KEE
Artikolu 8a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 35 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 96/59/KE
Artikolu 10 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10b:
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10b sabiex tissupplimenta din id-Direttiva għall-finijiet li ġejjin:
Emenda 45
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 35 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 96/59/KE
Artikolu 10b – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 36 – paragrafu 4 – punt 2
Id-Direttiva 98/83/KE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 37 – paragrafu 3 – punt 2
Id-Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar ir-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikat tal-qirda.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikat tal-qirda.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 37 – paragrafu 3 – punt 4
Id-Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar ir-regoli dettaljati meħtieġa għall-kontroll tal-konformità tal-Istati Membri mal-miri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. Meta tipprepara tali regoli, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra fatturi rilevanti, inter alia d-disponibbiltà tad-data u l-kwistjoni ta' esportazzjoni u importazzjoni ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi r-regoli dettaljati meħtieġa għall-kontroll tal-konformità tal-Istati Membri mal-miri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. Meta tipprepara tali regoli, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra fatturi rilevanti, inter alia d-disponibbiltà tad-data u l-kwistjoni ta' esportazzjoni u importazzjoni ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw."
Emenda 49
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 37 – paragrafu 3 – punt 5
Id-Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 8 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar l-istandards imsemmija fil-paragrafu 1. Meta tħejji tali standards, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra x-xogħol li qed isir f'dan il-qasam fil-fora internazzjonali rilevanti u tikkontribwixxi għal dan ix-xogħol kif xieraq."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-istandards imsemmija fil-paragrafu 1. Meta tħejji tali standards, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra x-xogħol li qed isir f'dan il-qasam fil-fora internazzjonali rilevanti u tikkontribwixxi għal dan ix-xogħol kif xieraq."
Emenda 50
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 37 – paragrafu 3 – punt 6
Id-Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 9a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2)(b), fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 8(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2)(b), fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 8(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 38 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2000/60/KE
Artikolu 8 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20a li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ tal-istat tal-ilma."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ tal-istat tal-ilma."
Emenda 52
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 38 – paragrafu 3 – punt 3
Id-Direttiva 2000/60/KE
Artikolu 20a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(3), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(1) u fl-Anness V, il-paragrafu 1.4.1., il-punt (ix) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(3), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(1) u fl-Anness V, il-paragrafu 1.4.1., il-punt (ix) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 38 – paragrafu 3 – punt 5
Id-Direttiva 2000/60/KE
Anness V – paragrafu 1.4.1 – punt ix
"(ix) Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20a li jistabbilixxi r-riżultati tal-eżerċizzju ta' interkalibrazzjoni u li jistabbilixxi l-valuri tal-klassifikazzjonijiet tas-sistema ta' monitoraġġ tal-Istati Membri f'konformità mal-punti (i) sa (viii). Dawn għandhom jiġu ppubblikati fi żmien sitt xhur mit-tlestija tal-eżerċizzju ta' interkalibrazzjoni."
"(ix) Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi r-riżultati tal-eżerċizzju ta' interkalibrazzjoni u billi tistabbilixxi l-valuri tal-klassifikazzjonijiet tas-sistema ta' monitoraġġ tal-Istati Membri f'konformità mal-punti (i) sa (viii). Huma għandhom jiġu ppubblikati fi żmien sitt xhur mit-tlestija tal-eżerċizzju ta' interkalibrazzjoni."
Emenda 54
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 41 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2004/107/KE
Artikolu 5a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(15) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(15) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 42 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/7/KE
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a
(a)  li jispeċifika l-istandard tal-EN/ISO fuq l-ekwivalenza tal-metodi mikrobijoloġiċi għall-finijiet tal-Artikolu 3(9);
(a)  sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika l-istandard tal-EN/ISO fuq l-ekwivalenza tal-metodi mikrobijoloġiċi għall-finijiet tal-Artikolu 3(9);
Emenda 56
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 42 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/7/KE
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b
(b)  li jemenda l-Anness I, fejn meħtieġ fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, fir-rigward tal-metodi ta' analiżi għall-parametri stabbiliti f'dak l-Anness;
(b)  sabiex temenda l-Anness I, fejn meħtieġ fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, fir-rigward tal-metodi ta' analiżi għall-parametri stabbiliti f'dak l-Anness;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 42 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/7/KE
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt c
(c)  li jemenda l-Anness V, fejn meħtieġ fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
(c)  sabiex temenda l-Anness V, fejn meħtieġ fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 42 – paragrafu 3 – punt 2
Id-Direttiva 2006/7/KE
Artikolu 15a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 22a kif meħtieġ għal dawn li ġejjin:
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 22a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva għall-finijiet li ġejjin:
Emenda 60
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
(a)   l-elaborazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi għall-finijiet tal-Artikolu 13(6), inklużi rekwiżiti tekniċi li jirrigwardjaw id-definizzjoni ta' ċjanur dissoċjabbli b'aċidu dgħajjef u l-metodu ta' kejl tiegħu;
(a)  sabiex telabora r-rekwiżiti tekniċi għall-finijiet tal-Artikolu 13(6), inklużi rekwiżiti tekniċi li jirrigwardjaw id-definizzjoni ta' ċjanur dissoċjabbli b'aċidu dgħajjef u l-metodu ta' kejl tiegħu;
Emenda 61
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  l-ikkompletar tar-rekwiżiti tekniċi għall-karatterizzazzjoni tal-iskart li jinsabu fl-Anness II;
(b)  sabiex tikkompleta r-rekwiżiti tekniċi għall-karatterizzazzjoni tal-iskart li jinsabu fl-Anness II;
Emenda 62
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  l-interpretazzjoni tad-definizzjoni li tinsab f'punt 3 tal-Artikolu 3;
(c)  sabiex tipprovdi interpretazzjoni tad-definizzjoni li tinsab f'punt 3 tal-Artikolu 3;
Emenda 63
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  id-definizzjoni tal-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet tal-iskart skont l-Anness III;
(d)  sabiex tiddefinixxi l-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet tal-iskart f'konformità mal-Anness III;
Emenda 64
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
(e)  id-determinazzjoni ta' kwalunkwe standards armonizzati għall-metodi ta' ġbir ta' kampjuni u analiżi meħtieġa għall-implimentazzjoni teknika ta' din id-Direttiva.
(e)  sabiex tiddetermina kwalunkwe standard armonizzat għall-metodi ta' ġbir ta' kampjuni u analiżi meħtieġa għall-implimentazzjoni teknika ta' din id-Direttiva.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 2
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 22(2) u (3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 22(2) u (3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 44 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2006/118/KE
Artikolu 8a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 46 – paragrafu 3 – punt 2
Id-Direttiva 2007/2/KE
Artikolu 7 – paragrafu 1
"1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a li jistipula arranġamenti tekniċi għall-interoperabbiltà u, fejn ikun prattikabbli, għall-armonizzazzjoni tas-servizzi u s-settijiet ta' dejta spazjali. Ir-rekwiżiti rilevanti tal-utenti, l-inizjattivi eżistenti u l-istandards internazzjonali għall-armonizzazzjoni ta' settijiet ta' dejta spazjali, kif ukoll il-fattibbiltà u l-kunsiderazzjonijiet tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fl-iżvilupp ta' dawk l-arranġamenti.
"1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula arranġamenti tekniċi għall-interoperabbiltà u, fejn ikun prattikabbli, għall-armonizzazzjoni tas-servizzi u s-settijiet ta' dejta spazjali. Ir-rekwiżiti rilevanti tal-utenti, l-inizjattivi eżistenti u l-istandards internazzjonali għall-armonizzazzjoni ta' settijiet ta' data spazjali, kif ukoll il-fattibbiltà u l-kunsiderazzjonijiet tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fl-iżvilupp ta' dawk l-arranġamenti.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 46 – paragrafu 3 – punt 3
Id-Direttiva 2007/2/KE
Artikolu 16 - paragrafu 1 - parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a dwar ir-regoli li jistipulaw, b'mod partikolari, dawn li ġejjin sabiex jissupplimentaw dan il-Kapitolu:
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:
Emenda 69
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 46 – paragrafu 3 – punt 4
Id-Direttiva 2007/2/KE
Artikolu 17 – paragrafu 8 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a li jistipula regoli li jirregolaw dawk il-kundizzjonijiet. Dawk ir-regoli għandhom jirrispettaw b'mod sħiħ il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula regoli li jirregolaw dawk il-kundizzjonijiet. Dawk ir-regoli għandhom jirrispettaw b'mod sħiħ il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 46 – paragrafu 3 – punt 5
Id-Direttiva 2007/2/KE
Artikolu 21a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(7), fl-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 16 u fl-Artikolu 17(8) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(7), fl-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 16 u fl-Artikolu 17(8) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 47 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2007/60/KE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 48 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2008/50/KE
Artikolu 28a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 28(1) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 28(1) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 49 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 2008/56/KE
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a li jistipula, sal-15 ta' Lulju 2010, il-kriterji u l-istandards metodoloġiċi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri, abbażi tal-Annessi I u III, b'tali mod li tiġi żgurata l-konsistenza u jkun permess li jsir paragun bejn ir-reġjuni jew is-subreġjuni marini sabiex jiġi stabbilit kemm qed jintlaħaq status ambjentali tajjeb.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula, sal-15 ta' Lulju 2010, il-kriterji u l-istandards metodoloġiċi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri, abbażi tal-Annessi I u III, b'tali mod li tiġi żgurata l-konsistenza u jkun permess li jsir paragun bejn ir-reġjuni jew is-subreġjuni marini sabiex jiġi stabbilit sa liema punt qed jintlaħaq status ambjentali tajjeb.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 49 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2008/56/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a li jistipula speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impenji eżistenti u jiżguraw il-komparabbiltà bejn ir-riżultati tal-monitoraġġ u tal-valutazzjoni."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impenji eżistenti u jiżguraw il-komparabbiltà bejn ir-riżultati tal-monitoraġġ u tal-valutazzjoni."
Emenda 75
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 49 – paragrafu 2 – punt 4
Id-Direttiva 2008/56/KE
Artikolu 24a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(3), fl-Artikolu 11(4) u fl-Artikolu 24(1) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(3), fl-Artikolu 11(4) u fl-Artikolu 24(1) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 52 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2009/147/KE
Artikolu 15a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 1
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jiġi aġġornat u sabiex jiġu stabbiliti proċeduri ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament u tissupplimentah bi proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Korpi Kompetenti tal-EMAS. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jiġi aġġornat u sabiex jiġu stabbiliti proċeduri ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament u tissupplimentah bi proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Korpi Kompetenti tal-EMAS u sabiex tipprovdi dokumenti ta' referenza settorjali kif ukoll dokumenti ta' gwida li jirreferu għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet u għall-proċeduri ta' armonizzazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 2
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-armonizzazzjoni ta' ċerti proċeduri u b'rabta mad-dokumenti ta' referenza settorjali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 79
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 3 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Dokument ta' gwida li jirreferu għall-proċeduri ta' armonizzazzjoni approvati mill-Forum ta' Korpi Kompetenti għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2).
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi dokumenti ta' gwida dwar il-proċeduri ta' armonizzazzjoni approvati mill-Forum ta' Korpi Kompetenti.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 3 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009
Artikolu 17 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a dwar il-proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Korpi Kompetenti tal-EMAS, inklużi proċeduri ta' appelli xierqa kontra deċiżjonijiet meħuda bħala riżultat tal-evalwazzjoni bejn il-pari."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bl-istabbiliment tal-proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Korpi Kompetenti tal-EMAS, inklużi proċeduri ta' appelli xierqa kontra deċiżjonijiet meħuda bħala riżultat tal-evalwazzjoni bejn il-pari."
Emenda 81
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009
Artikolu 30 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dokumenti ta' gwida li jirreferu għall-proċeduri ta' armonizzazzjoni approvati mill-Forum tal-Korpi ta' Akkreditazzjoni u Ħruġ ta' Liċenzji permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2).
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi dokumenti ta' gwida dwar il-proċeduri ta' armonizzazzjoni approvati mill-Forum tal-Korpi ta' Akkreditazzjoni u Ħruġ ta' Liċenzji.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 3 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009
Artikolu 46 – paragrafu 6
"6. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dokumenti ta' referenza settorjali msemmija fil-paragrafu 1 u l-gwida msemmija fil-paragrafu 4 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2)."
"6. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta d-dokumenti ta' referenza settorjali msemmija fil-paragrafu 1 u l-gwida msemmija fil-paragrafu 4."
Emenda 83
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 3 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009
Artikolu 48a
"Artikolu 48a
"Artikolu 48a
Eżerċitar tad-delega
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(3) u fl-Artikolu 48 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16(4), fl-Artikolu 17(3), fl-Artikolu 30(6), fl-Artikolu 46(6) u fl-Artikolu 48 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17(3) u fl-Artikolu 48 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16(4), fl-Artikolu 17(3), fl-Artikolu 30(6), fl-Artikolu 46(6) u fl-Artikolu 48 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 48 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 30(6), l-Artikolu 46(6) u l-Artikolu 48 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
_______________
_______________
Emenda 84
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 54 – paragrafu 4 – punt 1 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010
Artikolu 6 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
Għal kategoriji speċifiċi ta' oġġetti li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 6, u biss fejn ma jkunx teknikament fattibbli li dawn ikunu sostitwiti bħala tali, jew permezz tal-użu ta' materjali jew disinji alternattivi, jew fil-każ ta' prodotti li għandhom prestazzjoni ambjentali b'mod ġenerali ferm ogħla meta mqabbla ma' oġġetti oħrajn tal-istess kategorija, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a li jagħti derogi mill-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.
Għal kategoriji speċifiċi ta' oġġetti li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 6, u biss fejn ma jkunx teknikament fattibbli li dawn ikunu sostitwiti bħala tali, jew permezz tal-użu ta' materjali jew disinji alternattivi, jew fil-każ ta' prodotti li għandhom prestazzjoni ambjentali b'mod ġenerali ferm ogħla meta mqabbla ma' oġġetti oħrajn tal-istess kategorija, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi miżuri li jagħtu derogi mill-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 54 – paragrafu 4 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a li jistipula, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-konsultazzjoni mal-EUEB, miżuri maħsuba biex jistabbilixxu kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta' prodotti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-konsultazzjoni mal-EUEB, miżuri maħsuba biex jistabbilixxu kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta' prodotti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 54 – paragrafu 4 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010
Artikolu 15a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(7), fl-Artikolu 8(2) u fl-Artikolu 15 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(7), fl-Artikolu 8(2) u fl-Artikolu 15 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 55 – paragrafu 3 – punt 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91
Artikolu 2 – paragrafu 6
"6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a li jaġġorna l-lista ta' Prodcom u l-informazzjoni effettivament miġbura għal kull intestatura.";
"6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi taġġorna l-lista ta' Prodcom u l-informazzjoni effettivament miġbura għal kull intestatura.";
Emenda 88
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 55 – paragrafu 3 – punt 2
Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91
Artikolu 3 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż għall-aġġustament għall-progress tekniku."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż għall-aġġustament għall-progress tekniku."
Emenda 89
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 55 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91
Artikolu 4 – paragrafu 2
Madankollu, għal ċerti intestaturi fil-lista ta' Prodcom, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a li jistabbilixxi li għandu jitwettaq stħarriġ ta' kull xahar jew kull tliet xhur.
Madankollu, għal ċerti intestaturi fil-lista ta' Prodcom, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi li għandu jitwettaq stħarriġ ta' kull xahar jew kull tliet xhur.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 55 – paragrafu 3 – punt 4
Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91
Artikolu 5 – paragrafu 1
"1. L-informazzjoni meħtieġa għandha tinġabar mill-Istati Membri permezz ta' kwestjonarji għall-istħarriġ li l-kontenut tagħhom għandu jkun konformi mal-arranġamenti definiti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a rigward dawk l-arranġamenti."
"1. L-informazzjoni meħtieġa għandha tinġabar mill-Istati Membri permezz ta' kwestjonarji għall-istħarriġ li l-kontenut tagħhom għandu jkun konformi mal-arranġamenti definiti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi dawk l-arranġamenti."
Emenda 91
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 55 – paragrafu 3 – punt 5
Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91
Artikolu 6 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar ir-regoli dettaljati li f'konformità magħhom l-Istati Membri għandhom jipproċessaw il-kwestjonarji kkompletati msemmija fl-Artikolu 5(1) jew l-informazzjoni minn sorsi oħrajn imsemmija fl-Artikolu 5(3).
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi regoli dettaljati li f'konformità magħhom l-Istati Membri għandhom jipproċessaw il-kwestjonarji kkompletati msemmija fl-Artikolu 5(1) jew l-informazzjoni minn sorsi oħrajn imsemmija fl-Artikolu 5(3).
Emenda 92
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 55 – paragrafu 3 – punt 6
Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91
Artikolu 9a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(6), fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 6 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(6), fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 6 għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 56 – paragrafu 2 – punt 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 696/93
Artikolu 6 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 6a li jemenda b'mod partikolari l-unitajiet tal-istatistika tas-sistema ta' produzzjoni, il-kriterji użati u d-definizzjonijiet speċifikati fl-Anness sabiex tadattahom għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 6a li jemenda l-unitajiet tal-istatistika tas-sistema ta' produzzjoni, il-kriterji użati u d-definizzjonijiet speċifikati fl-Anness sabiex tadattahom għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi.
Ġustifikazzjoni
Kjarifika tal-għoti tas-setgħa.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 56 – paragrafu 2 – punt 2
Ir-Regolament (KEE) Nru 696/93
Artikolu 6a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 1 – inċiż 4
—  tissupplimenta dak ir-Regolament bil-kriterji għall-kejl tal-kwalità;
—  tissupplimenta dak ir-Regolament bil-kriterji għall-kejl tal-kwalità tal-fatturi varjabbli;
Emenda 96
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 2 – parti introduttorja
(2)  fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b'li ġej:
(2)  fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b'li ġej:
Emenda 97
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b – subparagrafu 2
Id-dettalji tal-iskemi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu kif speċifikat fl-Annessi. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18a dwar l-approvazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom;
Id-dettalji tal-iskemi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu kif speċifikat fl-Annessi. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika ulterjorment l-approvazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Artikolu 10 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar il-kriterji għall-kejl tal-kwalità."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji għall-kejl tal-kwalità tal-fatturi varjabbli."
Emenda 99
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 4a (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Artikolu 18 – paragrafu 3
(4a)  fl-Artikolu 18, jitħassar il-paragrafu 3;
Emenda 100
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Artikolu 18a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 10, fil-punti (a), (b) 3, (ċ) 2, (ċ) 10, (d) 2, (f) 8 u 9 tal-Anness A, fil-punti (b) 4 u (d) 2 tal-Anness B, fil-punti (b) 2, (d) 2 u (g) 2 tal-Anness Ċ u fil-punti (b) 2 u (d) 2 tal-Anness D għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), fit-tieni subparagrafu tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 10(5), fil-punti (a), (b) 3, (c) 2, (c) 10, (d) 2, (f) 8 u 9 tal-Anness A, fil-punti (b) 4 u (d) 2 tal-Anness B, fil-punti (b) 2, (d) 2 u (g) 2 tal-Anness C u fil-punti (b) 2 u (d) 2 tal-Anness D għal perjodu ta' ħames snin minn ...[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Artikolu 18a – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 10, fil-punti (a), (b) 3, (ċ) 2, (ċ) 10, (d) 2, (f) 8 u 9 tal-Anness A, fil-punti (b) 4 u (d) 2 tal-Anness B, fil-punti (b) 2, (d) 2 u (g) 2 tal-Anness Ċ u fil-punti (b) 2 u (d) 2 tal-Anness D tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3), fit-tieni subparagrafu tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 10(5), fil-punti (a), (b) 3, (c) 2, (c) 10, (d) 2, (f) 8 u 9 tal-Anness A, fil-punti (b) 4 u (d) 2 tal-Anness B, fil-punti (b) 2, (d) 2 u (g) 2 tal-Anness C u fil-punti (b) 2 u (d) 2 tal-Anness D tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Artikolu 18a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 10, il-punti (a), (b) 3, (ċ) 2, (ċ) 10, (d) 2, (f) 8 u 9 tal-Anness A, il-punti (b) 4 u (d) 2 tal-Anness B, il-punti (b) 2, (d) 2 u (g) 2 tal-Anness Ċ u l-punti (b) 2 u (d) 2 tal-Anness D għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 10(5), il-punti (a), (b) 3, (c) 2, (c) 10, (d) 2, (f) 8 u 9 tal-Anness A, il-punti (b) 4 u (d) 2 tal-Anness B, il-punti (b) 2, (d) 2 u (g) 2 tal-Anness C u l-punti (b) 2 u (d) 2 tal-Anness D għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 6 – punt ii
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness A – punt b – punt 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-użu ta' unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprevedi l-possibbiltà ta' użu ta' unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
Emenda 104
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 6 – punt iii
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness A – punt c – punt 2
"2. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-produzzjoni għas-swieq mhux domestiċi (Nru 312) u l-prezzijiet tal-importazzjoni (Nru 340) tista' tiġi kkompilata billi jintużaw il-valuri tal-unità għall-prodotti li joriġinaw mill-kummerċ barrani jew sorsi oħrajn biss jekk ma jkun hemm ebda deterjorament sinifikanti fil-kwalità, meta mqabbla ma' informazzjoni speċifika dwar il-prezzijiet. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar il-kundizzjonijiet għall-iżgurar tal-kwalità tad-dejta meħtieġa.
"2. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-produzzjoni għas-swieq mhux domestiċi (Nru 312) u l-prezzijiet tal-importazzjoni (Nru 340) tista' tiġi kkompilata billi jintużaw il-valuri tal-unità għall-prodotti li joriġinaw mill-kummerċ barrani jew sorsi oħrajn biss jekk ma jkun hemm ebda deterjorament sinifikanti fil-kwalità, meta mqabbla ma' informazzjoni speċifika dwar il-prezzijiet. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-kundizzjonijiet għall-iżgurar tal-kwalità tad-data meħtieġa."
Emenda 105
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 6 – punt vi
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness A – punt d – punt 2
"2. Barra minn hekk, il-varjabbli tal-produzzjoni (Nru 110) u l-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-emenda tal-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol.
"2. Barra minn hekk, il-varjabbli tal-produzzjoni (Nri 110, 115, 116) u l-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a li jemendaw il-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol."
Emenda 106
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 6 – punt vii
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness A – punt f – punt 8
"8. Għall-varjabbli tal-prezz tal-importazzjoni (Nru 340), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar id-determinazzjoni tat-termini għall-applikazzjoni ta' skema ta' kampjuni Ewropea kif definita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2)."
"8. Għall-varjabbli tal-prezz tal-importazzjoni (Nru 340), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament billi tiddetermina t-termini għall-applikazzjoni ta' skema ta' kampjuni Ewropea kif definita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2)."
Emenda 107
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 6 – punt viii
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness A – punt f – punt 9
"9. Il-fatturi varjabbli dwar is-swieq mhux domestiċi (Nri 122 u 312) għandhom jiġu trażmessi skont id-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definita bħala t-Taqsimiet minn B sa E tan-NACE Rev. 2, l-MIGs, il-livell ta' Taqsima (ittra waħda), u tad-Diviżjoni b'żewġ ċifri tan-NACE Rev. 2. It-tagħrif dwar in-NACE Rev. 2 D u E ma huwiex meħtieġ fir-rigward tal-fattur 122. Barra minn hekk, il-fattur varjabbli tal-prezz ta' importazzjoni (Nru 340) għandu jiġi trażmess skont id-distinzjoni bejn żona tal-euro u żona mhux tal-euro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definita bħala t-Taqsimiet minn B sa E tas-CPA, l-MIGs, il-livell ta' Taqsima (ittra waħda) u tad-Diviżjoni b'żewġ ċifri tas-CPA. Għad-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar id-determinazzjoni tat-termini għall-applikazzjoni ta' skema ta' kampjuni Ewropea kif definita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). L-iskema ta' kampjuni Ewropea tista' tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-fattur varjabbli tal-prezz ta' importazzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti minn pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro. Id-distinzjoni bejn iż-żona tal-ewro u ż-żona mhux tal-ewro għall-fatturi varjabbli 122, 312 u 340 ma għandhiex għalfejn tkun trażmessa minn dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom.
"9. Il-fatturi varjabbli dwar is-swieq mhux domestiċi (Nri 122 u 312) għandhom jiġu trażmessi skont id-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definita bħala t-Taqsimiet minn B sa E tan-NACE Rev. 2, l-MIGs, il-livell ta' Taqsima (ittra waħda), u tad-Diviżjoni b'żewġ ċifri tan-NACE Rev. 2. It-tagħrif dwar in-NACE Rev. 2 D u E ma huwiex meħtieġ fir-rigward tal-fattur 122. Barra minn hekk, il-fattur varjabbli tal-prezz ta' importazzjoni (Nru 340) għandu jiġi trażmess skont id-distinzjoni bejn żona tal-euro u żona mhux tal-euro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definita bħala t-Taqsimiet minn B sa E tas-CPA, l-MIGs, il-livell ta' Taqsima (ittra waħda) u tad-Diviżjoni b'żewġ ċifri tas-CPA. Għad-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina t-termini għall-applikazzjoni ta' skema ta' kampjuni Ewropea kif definita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). L-iskema ta' kampjuni Ewropea tista' tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-fattur varjabbli tal-prezz ta' importazzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti minn pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro. Id-distinzjoni bejn iż-żona tal-ewro u ż-żona mhux tal-ewro għall-fatturi varjabbli 122, 312 u 340 ma għandhiex għalfejn tkun trażmessa minn dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom."
Emenda 108
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 7 – punt i
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness B – punt b – punt 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-użu ta' unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn.
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprevedi l-possibbiltà li jintużaw unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
Emenda 109
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 7 – punt iv
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness B – punt d – punt 2 – subparagrafu 2
Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-emenda tal-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol.
Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a li jemendaw il-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt i
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness C – punt b – punt 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-użu ta' unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprevedi l-possibbiltà li jintużaw unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
(Ir-referenza fl-intestatura fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt i") tikkorrispondi għal "Anness I – Parti VII – punt 57 –paragrafu 4 – punt 9 – punt i" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti VII, punt 57, paragrafu 4, punt 8 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 111
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt iii
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness C – punt c – punt 4
(iii)  fil-punt 4(c), jitħassar l-aħħar paragrafu;
(iii)  fil-punt 4(c), jitħassar it-tielet subparagrafu;
(Ir-referenza fl-intestatura fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt iii") tikkorrispondi għal "Anness I – Parti VII – punt 57 –paragrafu 4 – punt 9 – punt iii" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti VII, punt 57, paragrafu 4, punt 8 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 112
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt iv
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness C – punt d – punt 2
"2. Il-varjabbli tal-fatturat (Nru 120) u l-varjabbli tal-volum tal-bejgħ (Nru 123) għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata ta' ġurnata tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-emenda tal-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol.
"2. Il-varjabbli tal-fatturat (Nru 120) u l-varjabbli tal-volum tal-bejgħ (Nru 123) għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata ta' ġurnata tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a li jemendaw il-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol."
(Ir-referenza fl-intestatura fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt iv") tikkorrispondi għal "Anness I – Parti VII – punt 57 –paragrafu 4 – punt 9 – punt iv" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti VII, punt 57, paragrafu 4, punt 8 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 113
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt v
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness C – punt g – punt 2
"2. Il-fatturi varjabbli għandhom jiġu trażmessi għall-fatturat (Nru 120) u d-deflator tal-bejgħ/volum ta' bejgħ (Nri 330/123) fi żmien xahar għal-livell ta' dettall speċifikat fil-paragrafu 3 taħt l-intestatura (f) ta' dan l-Anness. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw għall-fatturi varjabbli tat-turnover u d-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ No 120 u 330/123 b'kontribuzzjonijiet skont l-allokazzjoni ta' kampjun ta' skema Ewropea kif imfisser fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). Il-Kummissjoni għandu s-setgħa li jadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar it-termini tal-allokazzjoni ta' skema ta' kampjuni Ewropea."
"2. Il-fatturi varjabbli għandhom jiġu trażmessi għall-fatturat (Nru 120) u d-deflator tal-bejgħ/volum ta' bejgħ (Nri 330/123) fi żmien xahar għal-livell ta' dettall speċifikat fil-paragrafu 3 taħt l-intestatura (f) ta' dan l-Anness. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw għall-fatturi varjabbli tat-turnover u d-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ No 120 u 330/123 b'kontribuzzjonijiet skont l-allokazzjoni ta' kampjun ta' skema Ewropea kif imfisser fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina t-termini tal-allokazzjoni ta' skema ta' kampjuni Ewropea."
(Ir-referenza fl-intestatura fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt v") tikkorrispondi għal "Anness I – Parti VII – punt 57 –paragrafu 4 – punt 9 – punt v" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti VII, punt 57, paragrafu 4, punt 8 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 114
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 9 – punt i
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness D – punt b – punt 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-użu ta' unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprevedi l-possibbiltà li jintużaw unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
(Ir-referenza fl-intestatura fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 9 – punt i") tikkorrispondi għal "Anness I – Parti VII – punt 57 –paragrafu 4 – punt 10 – punt i" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti VII, punt 57, paragrafu 4, punt 8 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 115
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 9 – punt iv
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness D – punt d – punt 2
"2. Il-varjabbli tal-fatturat (Nru 120) għandu jiġi trażmess f'forma aġġustata ta' ġurnata tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-emenda tal-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata tista' tiġi emendata mill-Kummissjoni.;
"2. Il-varjabbli tal-fatturat (Nru 120) għandu jiġi trażmess f'forma aġġustata ta' ġurnata tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a li jemendaw il-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol";
(Ir-referenza fl-intestatura fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 9 – punt iv") tikkorrispondi għal "Anness I – Parti VII – punt 57 –paragrafu 4 – punt 10 – punt iv" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti VII, punt 57, paragrafu 4, punt 8 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 116
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 58 – paragrafu 1
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 530/1999 jiġi adattat bil-għan li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-bidliet tekniċi u ekonomiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament bid-definizzjoni u t-tqassim tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-kwalità. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 530/1999 jiġi adattat bil-għan li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-bidliet tekniċi u ekonomiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament bid-definizzjoni u t-tqassim tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-istatistika. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 58 – paragrafu 3 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 530/1999
Artikolu 6 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a dwar id-definizzjoni u t-tqassim tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati għal kull perjodu ta' referenza mill-inqas disa' xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta' referenza."<