Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0400B(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0190/2019

Testi mressqa :

A8-0190/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2019 - 16.1

Testi adottati :

P8_TA(2019)0409

Testi adottati
PDF 758kWORD 185k
L-Erbgħa, 17 ta' April 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
L-adattament ta' għadd ta' atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - parti II ***I
P8_TA-PROV(2019)0409A8-0190/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0799 – C8-0148/2019 – 2016/0400B(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0799),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 33, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 64(2), l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2)(b), l-Artikolu 168(4)(a), l-Artikolu 168(4)(b), l-Artikolu 172, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 207, l-Artikolu 214(3) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0148/2019),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2)(b), l-Artikolu 168(4)(a), l-Artikolu 168(4)(b), l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta' Diċembru 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Affarijiet għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-7 ta' Marzu 2019 li tawtorizza lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali li jaqsam il-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u li jħejji żewġ rapporti leġiżlattivi separati abbażi tagħha,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0020/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali kif ukoll l-opinjonijiet u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0190/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Konsiderazzjoni 2
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 64(2), l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2)(b), l-Artikolu 168(4)(a), l-Artikolu 168(4)(b), l-Artikolu 172, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 207, l-Artikolu 214(3), u l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2)(b), l-Artikolu 168(4)(a), l-Artikolu 168(4)(b), l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  It-Trattat ta' Lisbona introduċa distinzjoni bejn is-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv (atti delegati), u s-setgħat li ġew mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti implimentattivi).
(1)  It-Trattat ta' Lisbona mmodifika b'mod sostanzjali l-qafas ġuridiku li jirregola s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mil-leġiżlatur, billi jintroduċi distinzjoni ċara bejn is-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv (atti delegati), u s-setgħat li ġew mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti ta' implimentazzjoni).
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Il-ġbir f'daqqa u l-preżentazzjoni ta' għotjiet ta' setgħa li mhumiex marbuta mill-qrib ma' xulxin f'att delegat wieħed tal-Kummissjoni jxekkel l-eżerċitar tad-dritt ta' skrutinju tal-Parlament, peress li dan ma jkollux għażla ħlief li sempliċiment jaċċetta jew jirrifjuta l-att delegat kollu, u dan ma jħallix lok lill-Parlament li jesprimi opinjoni dwar kull għotja ta' setgħa b'mod individwali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 1 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 2009/31/KE
Artikolu 29 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 29a sabiex jiġu emendati l-Annessi.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 29a sabiex jiġu emendati l-Annessi għal din id-Direttiva sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku u xjentifiku.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 1 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2009/31/KE
Artikolu 29a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 29 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 29 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 1 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 2009/31/KE
Artikolu 30
(3)   l-Artikolu 30 huwa mħassar.
(3)  l-Artikolu 30 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 30
Proċedura ta' kumitat
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**.
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011."
___________________
* Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013 p. 13).
**Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 7
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – punt 2
[...]
imħassar
Emenda 8
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar il-forma u l-kontenut tat-tikketta li trid tintuża."
"Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-forma u l-kontenut tat-tikketta li trid tintuża."
Emenda 9
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 2 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar il-forma u l-kontenut tat-tikketta li trid tintuża."
"Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-forma u l-kontenut tat-tikketta li trid tintuża."
Emenda 10
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 3 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar il-forma u l-kontenut tat-tikketta li trid tintuża.
"Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-forma u l-kontenut tat-tikketta li trid tintuża.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 3 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 10 – paragrafu 6 – subparagrafu 3
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar mekkaniżmu għall-allokazzjoni ta' kwoti lil produtturi u importaturi.
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar mekkaniżmu għall-allokazzjoni ta' kwoti lil produtturi u importaturi.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 19 – paragrafu 1
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ ta' sustanzi kkontrollati jew sustanzi ġodda u ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kkontrollati mqiegħda taħt ħażna temporanja, ħażna doganali jew proċedura ta' żona ħielsa jew fi tranżitu mit-territorju doganali tal-Unjoni u sussegwentement esportati mill-ġdid, abbażi ta' evalwazzjoni tar-riskji potenzjali ta' kummerċ illegali marbut ma' ċaqliq ta' dan it-tip, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-benefiċċji ambjentali u l-impatti soċjo-ekonomiċi ta' tali miżuri."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ ta' sustanzi kkontrollati jew sustanzi ġodda u ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu minn sustanzi kkontrollati mqiegħda taħt ħażna temporanja, ħażna doganali jew proċedura ta' żona ħielsa jew fi tranżitu mit-territorju doganali tal-Unjoni u sussegwentement esportati mill-ġdid, abbażi ta' evalwazzjoni tar-riskji potenzjali ta' kummerċ illegali marbut ma' ċaqliq ta' dan it-tip, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-benefiċċji ambjentali u l-impatti soċjo-ekonomiċi ta' tali miżuri."
Emenda 13
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 7
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 20 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar ir-regoli, skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet, applikabbli għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta' prodotti u tagħmir li jiġu importati minn kwalunkwe Stat li mhuwiex parti għall-Protokoll, li ġew manifatturati bl-użu ta' sustanzi kkontrollati, iżda li ma fihomx sustanzi li jistgħu jiġu identifikati b'mod pożittiv bħala sustanzi kkontrollati. L-identifikazzjoni ta' prodotti bħal dawn u tagħmir għandha tkun konformi mal-parir tekniku perjodiku mogħti lill-Partijiet."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-regoli, skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet, applikabbli għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta' prodotti u tagħmir li jiġu importati minn kwalunkwe Stat li mhuwiex parti għall-Protokoll, li ġew manifatturati bl-użu ta' sustanzi kkontrollati, iżda li ma fihomx sustanzi li jistgħu jiġu identifikati b'mod pożittiv bħala sustanzi kkontrollati. L-identifikazzjoni ta' prodotti bħal dawn u tagħmir għandha tkun konformi mal-parir tekniku perjodiku mogħti lill-Partijiet."
Emenda 14
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 8 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 22 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar lista ta' prodotti u tagħmir, skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet, li għalihom l-irkupru ta' sustanzi kkontrollati jew il-qirda ta' prodotti u tagħmir mingħajr l-irkupru minn qabel ta' sustanzi kkontrollati għandhom jitqiesu bħala teknikament u ekonomikament fattibbli, billi tispeċifika, jekk ikun xieraq, it-teknoloġiji li jridu jiġu applikati.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar lista ta' prodotti u tagħmir, skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet, li għalihom l-irkupru ta' sustanzi kkontrollati jew il-qirda ta' prodotti u tagħmir mingħajr l-irkupru minn qabel ta' sustanzi kkontrollati għandhom jitqiesu bħala teknikament u ekonomikament fattibbli, billi tispeċifika, jekk ikun xieraq, it-teknoloġiji li jridu jiġu applikati.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 8 – punt c
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 22 – paragrafu 5 – subparagrafi 2 u 3
"Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar dawk ir-rekwiżiti minimi ta' kwalifika, fid-dawl ta' dik l-evalwazzjoni u tal-informazzjoni teknika u informazzjoni rilevanti oħra."
"Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar dawk ir-rekwiżiti minimi ta' kwalifika, fid-dawl ta' dik l-evalwazzjoni u tal-informazzjoni teknika u informazzjoni rilevanti oħra."
Emenda 16
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 9 – punt a – punt i
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
"L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi ta' kwalifika għall-persunal li jwettaq l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2. Fid-dawl ta' evalwazzjoni ta' dawk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri u tal-informazzjoni teknika u informazzjoni rilevanti oħra, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar l-armonizzazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti minimi ta' kwalifika."
"L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi ta' kwalifika għall-persunal li jwettaq l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2. Fid-dawl ta' evalwazzjoni ta' dawk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri u tal-informazzjoni teknika u informazzjoni rilevanti oħra, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar l-armonizzazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti minimi ta' kwalifika."
Emenda 17
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 9 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 23 – paragrafu 7
"7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a li jistabbilixxi lista ta' teknoloġiji jew prattiki li għandhom jintużaw minn impriżi sabiex jevitaw u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta' sustanzi kontrollati."
"7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta' teknoloġiji jew prattiki li għandhom jintużaw minn impriżi sabiex jevitaw u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta' sustanzi kontrollati."
Emenda 18
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 11
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 24a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8(3) u (5), fl-Artikolu 10(3) u (6), fl-Artikolu 13(2), fl-Artikolu 18(9), fl-Artikolu 19, fl-Artikolu 20(2), fl-Artikolu 22(3), (4) u (5), fl-Artikolu 23(4) u (7), fl-Artikolu 24(2) u (3), fl-Artikolu 26(3) u fl-Artikolu 27(10) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8(3) u (5), fl-Artikolu 10(3) u (6), fl-Artikolu 13(2), fl-Artikolu 18(9), fl-Artikolu 19, fl-Artikolu 20(2), fl-Artikolu 22(3), (4) u (5), fl-Artikolu 23(4) u (7), fl-Artikolu 24(2) u (3), fl-Artikolu 26(3) u fl-Artikolu 27(10) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Anness I – Parti I – punt 3 – paragrafu 3 – punt 14
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
Artikolu 27 – paragrafu 10
"10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar l-emendi għar-rekwiżiti tar-rapportar stipulati fil-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu sabiex tissodisfa l-impenji skont il-Protokoll jew tiffaċilita l-applikazzjoni tagħhom."
"10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a li jemenda r-rekwiżiti tar-rapportar stipulati fil-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu sabiex tissodisfa l-impenji skont il-Protokoll jew tiffaċilita l-applikazzjoni tagħhom."
Emenda 20
Proposta għal regolament
Anness I – Parti II – punt 4 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 2002/58/KE
Artikolu 4 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14b dwar iċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri applikabbli għar-rekwiżiti tan-notifika u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, wara konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), mal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni ta' Individwi fl-Ipproċessar ta' Data Personali stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14b sabiex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward taċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri applikabbli għar-rekwiżiti tan-notifika u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, wara konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), mal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni ta' Individwi fl-Ipproċessar ta' Data Personali stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data."
Emenda 21
Proposta għal regolament
Anness I – Parti II – punt 4 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 2002/58/KE
Artikolu 14b – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(5) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(5) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 8 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 89/391/KEE
Artikolu 17b – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16a għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16a għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 16 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 92/91/KEE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 17 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 92/104/KEE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 18 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 93/103/KE
Artikolu 12a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 21 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 1999/92/KE
Artikolu 10a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 22 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2000/54/KE
Artikolu 19a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Ġustifikazzjoni
Allinjament tat-tul ta' żmien tal-għoti tas-setgħa mal-approċċ ġenerali tal-Parlament (ara r-riżoluzzjoni tal-25 ta' Frar 2014, paragrafu 9).
Emenda 28
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IV – punt 27 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2009/104/KE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 6 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida għal kooperazzjoni reġjonali fi spirtu ta' solidarjetà."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida għal kooperazzjoni reġjonali fi spirtu ta' solidarjetà."
Emenda 30
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 11 – paragrafu 10
"10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu."
"10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu."
Emenda 31
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 15 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa u effettiva tas-sid tas-sistema ta' trażmissjoni u tal-operatur tas-sistema tal-ħażna mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa u effettiva tas-sid tas-sistema ta' trażmissjoni u tal-operatur tas-sistema tal-ħażna mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu."
Emenda 32
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 4
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 36 – paragrafu 10
"10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jistabbilixxi l-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 3, 6, 8 u 9 ta' dan l-Artikolu."
"10. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jistabbilixxi l-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 3, 6, 8 u 9 ta' dan l-Artikolu."
Emenda 33
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 5
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 42 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida dwar il-firxa tad-doveri tal-awtoritajiet regolatorji sabiex jikkooperaw ma' xulxin u mal-Aġenzija."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida dwar il-firxa tad-doveri tal-awtoritajiet regolatorji sabiex jikkooperaw ma' xulxin u mal-Aġenzija."
Emenda 34
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 6
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 43 – paragrafu 9
"9. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tiġi segwita mill-awtoritajiet regolatorji, mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-konformità tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji mal-Linji Gwida msemmija f'dan l-Artikolu."
"9. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tiġi segwita mill-awtoritajiet regolatorji, mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-konformità tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji mal-Linji Gwida msemmija f'dan l-Artikolu."
Emenda 35
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 7
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 44 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jistabbilixxi Linji Gwida li jispeċifikaw il-metodi u l-arranġamenti għaż-żamma tar-rekords, kif ukoll il-forma u l-kontenut tad-data li għandha tinżamm."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi Linji Gwida li jispeċifikaw il-metodi u l-arranġamenti għaż-żamma tar-rekords, kif ukoll il-forma u l-kontenut tad-data li għandha tinżamm."
Emenda 36
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 29 – paragrafu 2 – punt 8
Id-Direttiva 2009/73/KE
Artikolu 50a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 11(10), fl-Artikolu 15(3), fl-Artikolu 36(10), fl-Artikolu 42(5), fl-Artikolu 43(9) u fl-Artikolu 44(4) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 11(10), fl-Artikolu 15(3), fl-Artikolu 36(10), fl-Artikolu 42(5), fl-Artikolu 43(9) u fl-Artikolu 44(4) għal perjodu ta' ħames snin minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Ġustifikazzjoni
Allinjament tat-tul ta' żmien tal-għoti tas-setgħa mal-approċċ ġenerali tal-Parlament (ara r-riżoluzzjoni tal-25 ta' Frar 2014, paragrafu 9).
Emenda 37
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 30 – paragrafu 2 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009
Artikolu 3 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a li jistabbilixxi Linji Gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi Linji Gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu."
Emenda 38
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 30 – paragrafu 2 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009
Artikolu 6 – paragrafu 11 – subparagrafu 2
"Meta l-Kummissjoni tipproponi l-adozzjoni ta' kodiċi ta' network fuq inizjattiva tagħha, hija għandha tikkonsulta mal-Aġenzija, mal-ENTSO għall-Gass u mal-partijiet interessati rilevanti kollha dwar l-abbozz ta' kodiċi tan-network matul perijodu ta' mhux anqas minn xahrejn. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a li jadotta tali kodiċijiet ta' network."
"Meta l-Kummissjoni tipproponi l-adozzjoni ta' kodiċi ta' network fuq inizjattiva tagħha, hija għandha tikkonsulta mal-Aġenzija, mal-ENTSO għall-Gass u mal-partijiet interessati rilevanti kollha dwar l-abbozz ta' kodiċi tan-network matul perijodu ta' mhux anqas minn xahrejn. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta tali kodiċijiet ta' network."
Emenda 39
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 30 – paragrafu 2 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
"Għall-finijiet tal-kisba tal-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a li jiddetermina ż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta' kooperazzjoni reġjonali, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Aġenzija u mal-ENTSO tal-Gass."
"Għall-finijiet tal-kisba tal-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina ż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta' kooperazzjoni reġjonali, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Aġenzija u mal-ENTSO tal-Gass."
Emenda 40
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 30 – paragrafu 2 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009
Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a li jistabbilixxi Linji Gwida dwar il-kwistjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jemenda l-Linji Gwida msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) tiegħu."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi Linji Gwida dwar il-kwistjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u sabiex temenda l-Linji Gwida msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tiegħu."
Emenda 41
Proposta għal regolament
Anness I – Parti V – punt 30 – paragrafu 2 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009
Artikolu 27a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 6(11), fl-Artikolu 7(3), fl-Artikolu 12(3) u fl-Artikolu 23(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 6(11), fl-Artikolu 7(3), fl-Artikolu 12(3) u fl-Artikolu 23(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 32 – paragrafu 2 – punt 6
Id-Direttiva 91/271/KEE
Artikolu 17a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 11(3) u fl-Artikolu 12(3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 12(3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 33 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 91/676/KEE
Artikolu 8a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 35 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 96/59/KE
Artikolu 10 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10b:
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10b sabiex tissupplimenta din id-Direttiva għall-finijiet li ġejjin:
Emenda 45
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 35 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 96/59/KE
Artikolu 10b – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 36 – paragrafu 4 – punt 2
Id-Direttiva 98/83/KE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 37 – paragrafu 3 – punt 2
Id-Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar ir-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikat tal-qirda.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikat tal-qirda.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 37 – paragrafu 3 – punt 4
Id-Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar ir-regoli dettaljati meħtieġa għall-kontroll tal-konformità tal-Istati Membri mal-miri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. Meta tipprepara tali regoli, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra fatturi rilevanti, inter alia d-disponibbiltà tad-data u l-kwistjoni ta' esportazzjoni u importazzjoni ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi r-regoli dettaljati meħtieġa għall-kontroll tal-konformità tal-Istati Membri mal-miri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. Meta tipprepara tali regoli, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra fatturi rilevanti, inter alia d-disponibbiltà tad-data u l-kwistjoni ta' esportazzjoni u importazzjoni ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw."
Emenda 49
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 37 – paragrafu 3 – punt 5
Id-Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 8 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar l-istandards imsemmija fil-paragrafu 1. Meta tħejji tali standards, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra x-xogħol li qed isir f'dan il-qasam fil-fora internazzjonali rilevanti u tikkontribwixxi għal dan ix-xogħol kif xieraq."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-istandards imsemmija fil-paragrafu 1. Meta tħejji tali standards, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra x-xogħol li qed isir f'dan il-qasam fil-fora internazzjonali rilevanti u tikkontribwixxi għal dan ix-xogħol kif xieraq."
Emenda 50
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 37 – paragrafu 3 – punt 6
Id-Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 9a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2)(b), fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 8(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2)(b), fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 8(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 38 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2000/60/KE
Artikolu 8 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20a li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ tal-istat tal-ilma."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ tal-istat tal-ilma."
Emenda 52
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 38 – paragrafu 3 – punt 3
Id-Direttiva 2000/60/KE
Artikolu 20a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(3), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(1) u fl-Anness V, il-paragrafu 1.4.1., il-punt (ix) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(3), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(1) u fl-Anness V, il-paragrafu 1.4.1., il-punt (ix) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 38 – paragrafu 3 – punt 5
Id-Direttiva 2000/60/KE
Anness V – paragrafu 1.4.1 – punt ix
"(ix) Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20a li jistabbilixxi r-riżultati tal-eżerċizzju ta' interkalibrazzjoni u li jistabbilixxi l-valuri tal-klassifikazzjonijiet tas-sistema ta' monitoraġġ tal-Istati Membri f'konformità mal-punti (i) sa (viii). Dawn għandhom jiġu ppubblikati fi żmien sitt xhur mit-tlestija tal-eżerċizzju ta' interkalibrazzjoni."
"(ix) Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi r-riżultati tal-eżerċizzju ta' interkalibrazzjoni u billi tistabbilixxi l-valuri tal-klassifikazzjonijiet tas-sistema ta' monitoraġġ tal-Istati Membri f'konformità mal-punti (i) sa (viii). Huma għandhom jiġu ppubblikati fi żmien sitt xhur mit-tlestija tal-eżerċizzju ta' interkalibrazzjoni."
Emenda 54
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 41 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2004/107/KE
Artikolu 5a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(15) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(15) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 42 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/7/KE
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a
(a)  li jispeċifika l-istandard tal-EN/ISO fuq l-ekwivalenza tal-metodi mikrobijoloġiċi għall-finijiet tal-Artikolu 3(9);
(a)  sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika l-istandard tal-EN/ISO fuq l-ekwivalenza tal-metodi mikrobijoloġiċi għall-finijiet tal-Artikolu 3(9);
Emenda 56
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 42 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/7/KE
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b
(b)  li jemenda l-Anness I, fejn meħtieġ fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, fir-rigward tal-metodi ta' analiżi għall-parametri stabbiliti f'dak l-Anness;
(b)  sabiex temenda l-Anness I, fejn meħtieġ fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, fir-rigward tal-metodi ta' analiżi għall-parametri stabbiliti f'dak l-Anness;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 42 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/7/KE
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt c
(c)  li jemenda l-Anness V, fejn meħtieġ fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
(c)  sabiex temenda l-Anness V, fejn meħtieġ fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 42 – paragrafu 3 – punt 2
Id-Direttiva 2006/7/KE
Artikolu 15a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 22a kif meħtieġ għal dawn li ġejjin:
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 22a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva għall-finijiet li ġejjin:
Emenda 60
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
(a)   l-elaborazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi għall-finijiet tal-Artikolu 13(6), inklużi rekwiżiti tekniċi li jirrigwardjaw id-definizzjoni ta' ċjanur dissoċjabbli b'aċidu dgħajjef u l-metodu ta' kejl tiegħu;
(a)  sabiex telabora r-rekwiżiti tekniċi għall-finijiet tal-Artikolu 13(6), inklużi rekwiżiti tekniċi li jirrigwardjaw id-definizzjoni ta' ċjanur dissoċjabbli b'aċidu dgħajjef u l-metodu ta' kejl tiegħu;
Emenda 61
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  l-ikkompletar tar-rekwiżiti tekniċi għall-karatterizzazzjoni tal-iskart li jinsabu fl-Anness II;
(b)  sabiex tikkompleta r-rekwiżiti tekniċi għall-karatterizzazzjoni tal-iskart li jinsabu fl-Anness II;
Emenda 62
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  l-interpretazzjoni tad-definizzjoni li tinsab f'punt 3 tal-Artikolu 3;
(c)  sabiex tipprovdi interpretazzjoni tad-definizzjoni li tinsab f'punt 3 tal-Artikolu 3;
Emenda 63
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  id-definizzjoni tal-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet tal-iskart skont l-Anness III;
(d)  sabiex tiddefinixxi l-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet tal-iskart f'konformità mal-Anness III;
Emenda 64
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 1
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
(e)  id-determinazzjoni ta' kwalunkwe standards armonizzati għall-metodi ta' ġbir ta' kampjuni u analiżi meħtieġa għall-implimentazzjoni teknika ta' din id-Direttiva.
(e)  sabiex tiddetermina kwalunkwe standard armonizzat għall-metodi ta' ġbir ta' kampjuni u analiżi meħtieġa għall-implimentazzjoni teknika ta' din id-Direttiva.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 43 – paragrafu 3 – punt 2
Id-Direttiva 2006/21/KE
Artikolu 22a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 22(2) u (3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 22(2) u (3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 44 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2006/118/KE
Artikolu 8a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 46 – paragrafu 3 – punt 2
Id-Direttiva 2007/2/KE
Artikolu 7 – paragrafu 1
"1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a li jistipula arranġamenti tekniċi għall-interoperabbiltà u, fejn ikun prattikabbli, għall-armonizzazzjoni tas-servizzi u s-settijiet ta' dejta spazjali. Ir-rekwiżiti rilevanti tal-utenti, l-inizjattivi eżistenti u l-istandards internazzjonali għall-armonizzazzjoni ta' settijiet ta' dejta spazjali, kif ukoll il-fattibbiltà u l-kunsiderazzjonijiet tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fl-iżvilupp ta' dawk l-arranġamenti.
"1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula arranġamenti tekniċi għall-interoperabbiltà u, fejn ikun prattikabbli, għall-armonizzazzjoni tas-servizzi u s-settijiet ta' dejta spazjali. Ir-rekwiżiti rilevanti tal-utenti, l-inizjattivi eżistenti u l-istandards internazzjonali għall-armonizzazzjoni ta' settijiet ta' data spazjali, kif ukoll il-fattibbiltà u l-kunsiderazzjonijiet tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fl-iżvilupp ta' dawk l-arranġamenti.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 46 – paragrafu 3 – punt 3
Id-Direttiva 2007/2/KE
Artikolu 16 - paragrafu 1 - parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a dwar ir-regoli li jistipulaw, b'mod partikolari, dawn li ġejjin sabiex jissupplimentaw dan il-Kapitolu:
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:
Emenda 69
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 46 – paragrafu 3 – punt 4
Id-Direttiva 2007/2/KE
Artikolu 17 – paragrafu 8 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a li jistipula regoli li jirregolaw dawk il-kundizzjonijiet. Dawk ir-regoli għandhom jirrispettaw b'mod sħiħ il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula regoli li jirregolaw dawk il-kundizzjonijiet. Dawk ir-regoli għandhom jirrispettaw b'mod sħiħ il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 46 – paragrafu 3 – punt 5
Id-Direttiva 2007/2/KE
Artikolu 21a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(7), fl-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 16 u fl-Artikolu 17(8) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(7), fl-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 16 u fl-Artikolu 17(8) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 47 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2007/60/KE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 48 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2008/50/KE
Artikolu 28a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 28(1) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 28(1) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 49 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 2008/56/KE
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a li jistipula, sal-15 ta' Lulju 2010, il-kriterji u l-istandards metodoloġiċi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri, abbażi tal-Annessi I u III, b'tali mod li tiġi żgurata l-konsistenza u jkun permess li jsir paragun bejn ir-reġjuni jew is-subreġjuni marini sabiex jiġi stabbilit kemm qed jintlaħaq status ambjentali tajjeb.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula, sal-15 ta' Lulju 2010, il-kriterji u l-istandards metodoloġiċi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri, abbażi tal-Annessi I u III, b'tali mod li tiġi żgurata l-konsistenza u jkun permess li jsir paragun bejn ir-reġjuni jew is-subreġjuni marini sabiex jiġi stabbilit sa liema punt qed jintlaħaq status ambjentali tajjeb.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 49 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2008/56/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a li jistipula speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impenji eżistenti u jiżguraw il-komparabbiltà bejn ir-riżultati tal-monitoraġġ u tal-valutazzjoni."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impenji eżistenti u jiżguraw il-komparabbiltà bejn ir-riżultati tal-monitoraġġ u tal-valutazzjoni."
Emenda 75
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 49 – paragrafu 2 – punt 4
Id-Direttiva 2008/56/KE
Artikolu 24a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(3), fl-Artikolu 11(4) u fl-Artikolu 24(1) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(3), fl-Artikolu 11(4) u fl-Artikolu 24(1) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 52 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2009/147/KE
Artikolu 15a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 1
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jiġi aġġornat u sabiex jiġu stabbiliti proċeduri ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament u tissupplimentah bi proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Korpi Kompetenti tal-EMAS. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jiġi aġġornat u sabiex jiġu stabbiliti proċeduri ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament u tissupplimentah bi proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Korpi Kompetenti tal-EMAS u sabiex tipprovdi dokumenti ta' referenza settorjali kif ukoll dokumenti ta' gwida li jirreferu għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet u għall-proċeduri ta' armonizzazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 2
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-armonizzazzjoni ta' ċerti proċeduri u b'rabta mad-dokumenti ta' referenza settorjali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 79
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 3 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Dokument ta' gwida li jirreferu għall-proċeduri ta' armonizzazzjoni approvati mill-Forum ta' Korpi Kompetenti għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2).
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi dokumenti ta' gwida dwar il-proċeduri ta' armonizzazzjoni approvati mill-Forum ta' Korpi Kompetenti.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 3 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009
Artikolu 17 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a dwar il-proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Korpi Kompetenti tal-EMAS, inklużi proċeduri ta' appelli xierqa kontra deċiżjonijiet meħuda bħala riżultat tal-evalwazzjoni bejn il-pari."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bl-istabbiliment tal-proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Korpi Kompetenti tal-EMAS, inklużi proċeduri ta' appelli xierqa kontra deċiżjonijiet meħuda bħala riżultat tal-evalwazzjoni bejn il-pari."
Emenda 81
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009
Artikolu 30 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dokumenti ta' gwida li jirreferu għall-proċeduri ta' armonizzazzjoni approvati mill-Forum tal-Korpi ta' Akkreditazzjoni u Ħruġ ta' Liċenzji permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2).
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi dokumenti ta' gwida dwar il-proċeduri ta' armonizzazzjoni approvati mill-Forum tal-Korpi ta' Akkreditazzjoni u Ħruġ ta' Liċenzji.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 3 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009
Artikolu 46 – paragrafu 6
"6. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dokumenti ta' referenza settorjali msemmija fil-paragrafu 1 u l-gwida msemmija fil-paragrafu 4 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2)."
"6. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta d-dokumenti ta' referenza settorjali msemmija fil-paragrafu 1 u l-gwida msemmija fil-paragrafu 4."
Emenda 83
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 53 – paragrafu 3 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009
Artikolu 48a
"Artikolu 48a
"Artikolu 48a
Eżerċitar tad-delega
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(3) u fl-Artikolu 48 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16(4), fl-Artikolu 17(3), fl-Artikolu 30(6), fl-Artikolu 46(6) u fl-Artikolu 48 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17(3) u fl-Artikolu 48 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16(4), fl-Artikolu 17(3), fl-Artikolu 30(6), fl-Artikolu 46(6) u fl-Artikolu 48 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 48 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 30(6), l-Artikolu 46(6) u l-Artikolu 48 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
_______________
_______________
Emenda 84
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 54 – paragrafu 4 – punt 1 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010
Artikolu 6 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
Għal kategoriji speċifiċi ta' oġġetti li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 6, u biss fejn ma jkunx teknikament fattibbli li dawn ikunu sostitwiti bħala tali, jew permezz tal-użu ta' materjali jew disinji alternattivi, jew fil-każ ta' prodotti li għandhom prestazzjoni ambjentali b'mod ġenerali ferm ogħla meta mqabbla ma' oġġetti oħrajn tal-istess kategorija, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a li jagħti derogi mill-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.
Għal kategoriji speċifiċi ta' oġġetti li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 6, u biss fejn ma jkunx teknikament fattibbli li dawn ikunu sostitwiti bħala tali, jew permezz tal-użu ta' materjali jew disinji alternattivi, jew fil-każ ta' prodotti li għandhom prestazzjoni ambjentali b'mod ġenerali ferm ogħla meta mqabbla ma' oġġetti oħrajn tal-istess kategorija, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi miżuri li jagħtu derogi mill-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 54 – paragrafu 4 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a li jistipula, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-konsultazzjoni mal-EUEB, miżuri maħsuba biex jistabbilixxu kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta' prodotti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-konsultazzjoni mal-EUEB, miżuri maħsuba biex jistabbilixxu kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta' prodotti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 54 – paragrafu 4 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010
Artikolu 15a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(7), fl-Artikolu 8(2) u fl-Artikolu 15 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(7), fl-Artikolu 8(2) u fl-Artikolu 15 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 55 – paragrafu 3 – punt 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91
Artikolu 2 – paragrafu 6
"6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a li jaġġorna l-lista ta' Prodcom u l-informazzjoni effettivament miġbura għal kull intestatura.";
"6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi taġġorna l-lista ta' Prodcom u l-informazzjoni effettivament miġbura għal kull intestatura.";
Emenda 88
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 55 – paragrafu 3 – punt 2
Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91
Artikolu 3 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż għall-aġġustament għall-progress tekniku."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż għall-aġġustament għall-progress tekniku."
Emenda 89
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 55 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91
Artikolu 4 – paragrafu 2
Madankollu, għal ċerti intestaturi fil-lista ta' Prodcom, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a li jistabbilixxi li għandu jitwettaq stħarriġ ta' kull xahar jew kull tliet xhur.
Madankollu, għal ċerti intestaturi fil-lista ta' Prodcom, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi li għandu jitwettaq stħarriġ ta' kull xahar jew kull tliet xhur.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 55 – paragrafu 3 – punt 4
Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91
Artikolu 5 – paragrafu 1
"1. L-informazzjoni meħtieġa għandha tinġabar mill-Istati Membri permezz ta' kwestjonarji għall-istħarriġ li l-kontenut tagħhom għandu jkun konformi mal-arranġamenti definiti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a rigward dawk l-arranġamenti."
"1. L-informazzjoni meħtieġa għandha tinġabar mill-Istati Membri permezz ta' kwestjonarji għall-istħarriġ li l-kontenut tagħhom għandu jkun konformi mal-arranġamenti definiti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi dawk l-arranġamenti."
Emenda 91
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 55 – paragrafu 3 – punt 5
Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91
Artikolu 6 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar ir-regoli dettaljati li f'konformità magħhom l-Istati Membri għandhom jipproċessaw il-kwestjonarji kkompletati msemmija fl-Artikolu 5(1) jew l-informazzjoni minn sorsi oħrajn imsemmija fl-Artikolu 5(3).
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi regoli dettaljati li f'konformità magħhom l-Istati Membri għandhom jipproċessaw il-kwestjonarji kkompletati msemmija fl-Artikolu 5(1) jew l-informazzjoni minn sorsi oħrajn imsemmija fl-Artikolu 5(3).
Emenda 92
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 55 – paragrafu 3 – punt 6
Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91
Artikolu 9a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(6), fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 6 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(6), fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 6 għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 56 – paragrafu 2 – punt 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 696/93
Artikolu 6 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 6a li jemenda b'mod partikolari l-unitajiet tal-istatistika tas-sistema ta' produzzjoni, il-kriterji użati u d-definizzjonijiet speċifikati fl-Anness sabiex tadattahom għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 6a li jemenda l-unitajiet tal-istatistika tas-sistema ta' produzzjoni, il-kriterji użati u d-definizzjonijiet speċifikati fl-Anness sabiex tadattahom għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi.
Ġustifikazzjoni
Kjarifika tal-għoti tas-setgħa.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 56 – paragrafu 2 – punt 2
Ir-Regolament (KEE) Nru 696/93
Artikolu 6a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 1 – inċiż 4
—  tissupplimenta dak ir-Regolament bil-kriterji għall-kejl tal-kwalità;
—  tissupplimenta dak ir-Regolament bil-kriterji għall-kejl tal-kwalità tal-fatturi varjabbli;
Emenda 96
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 2 – parti introduttorja
(2)  fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b'li ġej:
(2)  fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b'li ġej:
Emenda 97
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b – subparagrafu 2
Id-dettalji tal-iskemi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu kif speċifikat fl-Annessi. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18a dwar l-approvazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom;
Id-dettalji tal-iskemi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu kif speċifikat fl-Annessi. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika ulterjorment l-approvazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Artikolu 10 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar il-kriterji għall-kejl tal-kwalità."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji għall-kejl tal-kwalità tal-fatturi varjabbli."
Emenda 99
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 4a (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Artikolu 18 – paragrafu 3
(4a)  fl-Artikolu 18, jitħassar il-paragrafu 3;
Emenda 100
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Artikolu 18a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 10, fil-punti (a), (b) 3, (ċ) 2, (ċ) 10, (d) 2, (f) 8 u 9 tal-Anness A, fil-punti (b) 4 u (d) 2 tal-Anness B, fil-punti (b) 2, (d) 2 u (g) 2 tal-Anness Ċ u fil-punti (b) 2 u (d) 2 tal-Anness D għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), fit-tieni subparagrafu tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 10(5), fil-punti (a), (b) 3, (c) 2, (c) 10, (d) 2, (f) 8 u 9 tal-Anness A, fil-punti (b) 4 u (d) 2 tal-Anness B, fil-punti (b) 2, (d) 2 u (g) 2 tal-Anness C u fil-punti (b) 2 u (d) 2 tal-Anness D għal perjodu ta' ħames snin minn ...[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Artikolu 18a – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 10, fil-punti (a), (b) 3, (ċ) 2, (ċ) 10, (d) 2, (f) 8 u 9 tal-Anness A, fil-punti (b) 4 u (d) 2 tal-Anness B, fil-punti (b) 2, (d) 2 u (g) 2 tal-Anness Ċ u fil-punti (b) 2 u (d) 2 tal-Anness D tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3), fit-tieni subparagrafu tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 10(5), fil-punti (a), (b) 3, (c) 2, (c) 10, (d) 2, (f) 8 u 9 tal-Anness A, fil-punti (b) 4 u (d) 2 tal-Anness B, fil-punti (b) 2, (d) 2 u (g) 2 tal-Anness C u fil-punti (b) 2 u (d) 2 tal-Anness D tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Artikolu 18a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 10, il-punti (a), (b) 3, (ċ) 2, (ċ) 10, (d) 2, (f) 8 u 9 tal-Anness A, il-punti (b) 4 u (d) 2 tal-Anness B, il-punti (b) 2, (d) 2 u (g) 2 tal-Anness Ċ u l-punti (b) 2 u (d) 2 tal-Anness D għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 10(5), il-punti (a), (b) 3, (c) 2, (c) 10, (d) 2, (f) 8 u 9 tal-Anness A, il-punti (b) 4 u (d) 2 tal-Anness B, il-punti (b) 2, (d) 2 u (g) 2 tal-Anness C u l-punti (b) 2 u (d) 2 tal-Anness D għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 6 – punt ii
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness A – punt b – punt 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-użu ta' unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprevedi l-possibbiltà ta' użu ta' unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
Emenda 104
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 6 – punt iii
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness A – punt c – punt 2
"2. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-produzzjoni għas-swieq mhux domestiċi (Nru 312) u l-prezzijiet tal-importazzjoni (Nru 340) tista' tiġi kkompilata billi jintużaw il-valuri tal-unità għall-prodotti li joriġinaw mill-kummerċ barrani jew sorsi oħrajn biss jekk ma jkun hemm ebda deterjorament sinifikanti fil-kwalità, meta mqabbla ma' informazzjoni speċifika dwar il-prezzijiet. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar il-kundizzjonijiet għall-iżgurar tal-kwalità tad-dejta meħtieġa.
"2. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-produzzjoni għas-swieq mhux domestiċi (Nru 312) u l-prezzijiet tal-importazzjoni (Nru 340) tista' tiġi kkompilata billi jintużaw il-valuri tal-unità għall-prodotti li joriġinaw mill-kummerċ barrani jew sorsi oħrajn biss jekk ma jkun hemm ebda deterjorament sinifikanti fil-kwalità, meta mqabbla ma' informazzjoni speċifika dwar il-prezzijiet. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-kundizzjonijiet għall-iżgurar tal-kwalità tad-data meħtieġa."
Emenda 105
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 6 – punt vi
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness A – punt d – punt 2
"2. Barra minn hekk, il-varjabbli tal-produzzjoni (Nru 110) u l-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-emenda tal-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol.
"2. Barra minn hekk, il-varjabbli tal-produzzjoni (Nri 110, 115, 116) u l-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a li jemendaw il-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol."
Emenda 106
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 6 – punt vii
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness A – punt f – punt 8
"8. Għall-varjabbli tal-prezz tal-importazzjoni (Nru 340), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar id-determinazzjoni tat-termini għall-applikazzjoni ta' skema ta' kampjuni Ewropea kif definita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2)."
"8. Għall-varjabbli tal-prezz tal-importazzjoni (Nru 340), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament billi tiddetermina t-termini għall-applikazzjoni ta' skema ta' kampjuni Ewropea kif definita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2)."
Emenda 107
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 6 – punt viii
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness A – punt f – punt 9
"9. Il-fatturi varjabbli dwar is-swieq mhux domestiċi (Nri 122 u 312) għandhom jiġu trażmessi skont id-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definita bħala t-Taqsimiet minn B sa E tan-NACE Rev. 2, l-MIGs, il-livell ta' Taqsima (ittra waħda), u tad-Diviżjoni b'żewġ ċifri tan-NACE Rev. 2. It-tagħrif dwar in-NACE Rev. 2 D u E ma huwiex meħtieġ fir-rigward tal-fattur 122. Barra minn hekk, il-fattur varjabbli tal-prezz ta' importazzjoni (Nru 340) għandu jiġi trażmess skont id-distinzjoni bejn żona tal-euro u żona mhux tal-euro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definita bħala t-Taqsimiet minn B sa E tas-CPA, l-MIGs, il-livell ta' Taqsima (ittra waħda) u tad-Diviżjoni b'żewġ ċifri tas-CPA. Għad-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar id-determinazzjoni tat-termini għall-applikazzjoni ta' skema ta' kampjuni Ewropea kif definita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). L-iskema ta' kampjuni Ewropea tista' tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-fattur varjabbli tal-prezz ta' importazzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti minn pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro. Id-distinzjoni bejn iż-żona tal-ewro u ż-żona mhux tal-ewro għall-fatturi varjabbli 122, 312 u 340 ma għandhiex għalfejn tkun trażmessa minn dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom.
"9. Il-fatturi varjabbli dwar is-swieq mhux domestiċi (Nri 122 u 312) għandhom jiġu trażmessi skont id-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definita bħala t-Taqsimiet minn B sa E tan-NACE Rev. 2, l-MIGs, il-livell ta' Taqsima (ittra waħda), u tad-Diviżjoni b'żewġ ċifri tan-NACE Rev. 2. It-tagħrif dwar in-NACE Rev. 2 D u E ma huwiex meħtieġ fir-rigward tal-fattur 122. Barra minn hekk, il-fattur varjabbli tal-prezz ta' importazzjoni (Nru 340) għandu jiġi trażmess skont id-distinzjoni bejn żona tal-euro u żona mhux tal-euro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definita bħala t-Taqsimiet minn B sa E tas-CPA, l-MIGs, il-livell ta' Taqsima (ittra waħda) u tad-Diviżjoni b'żewġ ċifri tas-CPA. Għad-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina t-termini għall-applikazzjoni ta' skema ta' kampjuni Ewropea kif definita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). L-iskema ta' kampjuni Ewropea tista' tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-fattur varjabbli tal-prezz ta' importazzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti minn pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro. Id-distinzjoni bejn iż-żona tal-ewro u ż-żona mhux tal-ewro għall-fatturi varjabbli 122, 312 u 340 ma għandhiex għalfejn tkun trażmessa minn dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom."
Emenda 108
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 7 – punt i
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness B – punt b – punt 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-użu ta' unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn.
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprevedi l-possibbiltà li jintużaw unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
Emenda 109
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 7 – punt iv
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness B – punt d – punt 2 – subparagrafu 2
Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-emenda tal-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol.
Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a li jemendaw il-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt i
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness C – punt b – punt 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-użu ta' unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprevedi l-possibbiltà li jintużaw unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
(Ir-referenza fl-intestatura fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt i") tikkorrispondi għal "Anness I – Parti VII – punt 57 –paragrafu 4 – punt 9 – punt i" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti VII, punt 57, paragrafu 4, punt 8 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 111
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt iii
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness C – punt c – punt 4
(iii)  fil-punt 4(c), jitħassar l-aħħar paragrafu;
(iii)  fil-punt 4(c), jitħassar it-tielet subparagrafu;
(Ir-referenza fl-intestatura fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt iii") tikkorrispondi għal "Anness I – Parti VII – punt 57 –paragrafu 4 – punt 9 – punt iii" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti VII, punt 57, paragrafu 4, punt 8 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 112
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt iv
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness C – punt d – punt 2
"2. Il-varjabbli tal-fatturat (Nru 120) u l-varjabbli tal-volum tal-bejgħ (Nru 123) għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata ta' ġurnata tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-emenda tal-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol.
"2. Il-varjabbli tal-fatturat (Nru 120) u l-varjabbli tal-volum tal-bejgħ (Nru 123) għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata ta' ġurnata tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a li jemendaw il-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol."
(Ir-referenza fl-intestatura fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt iv") tikkorrispondi għal "Anness I – Parti VII – punt 57 –paragrafu 4 – punt 9 – punt iv" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti VII, punt 57, paragrafu 4, punt 8 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 113
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt v
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness C – punt g – punt 2
"2. Il-fatturi varjabbli għandhom jiġu trażmessi għall-fatturat (Nru 120) u d-deflator tal-bejgħ/volum ta' bejgħ (Nri 330/123) fi żmien xahar għal-livell ta' dettall speċifikat fil-paragrafu 3 taħt l-intestatura (f) ta' dan l-Anness. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw għall-fatturi varjabbli tat-turnover u d-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ No 120 u 330/123 b'kontribuzzjonijiet skont l-allokazzjoni ta' kampjun ta' skema Ewropea kif imfisser fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). Il-Kummissjoni għandu s-setgħa li jadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar it-termini tal-allokazzjoni ta' skema ta' kampjuni Ewropea."
"2. Il-fatturi varjabbli għandhom jiġu trażmessi għall-fatturat (Nru 120) u d-deflator tal-bejgħ/volum ta' bejgħ (Nri 330/123) fi żmien xahar għal-livell ta' dettall speċifikat fil-paragrafu 3 taħt l-intestatura (f) ta' dan l-Anness. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw għall-fatturi varjabbli tat-turnover u d-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ No 120 u 330/123 b'kontribuzzjonijiet skont l-allokazzjoni ta' kampjun ta' skema Ewropea kif imfisser fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina t-termini tal-allokazzjoni ta' skema ta' kampjuni Ewropea."
(Ir-referenza fl-intestatura fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 8 – punt v") tikkorrispondi għal "Anness I – Parti VII – punt 57 –paragrafu 4 – punt 9 – punt v" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti VII, punt 57, paragrafu 4, punt 8 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 114
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 9 – punt i
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness D – punt b – punt 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-użu ta' unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprevedi l-possibbiltà li jintużaw unitajiet ta' osservazzjoni oħrajn."
(Ir-referenza fl-intestatura fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 9 – punt i") tikkorrispondi għal "Anness I – Parti VII – punt 57 –paragrafu 4 – punt 10 – punt i" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti VII, punt 57, paragrafu 4, punt 8 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 115
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 9 – punt iv
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98
Anness D – punt d – punt 2
"2. Il-varjabbli tal-fatturat (Nru 120) għandu jiġi trażmess f'forma aġġustata ta' ġurnata tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar l-emenda tal-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata tista' tiġi emendata mill-Kummissjoni.;
"2. Il-varjabbli tal-fatturat (Nru 120) għandu jiġi trażmess f'forma aġġustata ta' ġurnata tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħrajn juru effetti ta' jiem tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrażmettu dawk il-varjabbli f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a li jemendaw il-lista ta' varjabbli li għandhom jiġu trażmessi f'forma aġġustata għall-jiem tax-xogħol";
(Ir-referenza fl-intestatura fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti VII – punt 57 – paragrafu 4 – punt 9 – punt iv") tikkorrispondi għal "Anness I – Parti VII – punt 57 –paragrafu 4 – punt 10 – punt iv" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti VII, punt 57, paragrafu 4, punt 8 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 116
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 58 – paragrafu 1
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 530/1999 jiġi adattat bil-għan li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-bidliet tekniċi u ekonomiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament bid-definizzjoni u t-tqassim tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-kwalità. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 530/1999 jiġi adattat bil-għan li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-bidliet tekniċi u ekonomiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament bid-definizzjoni u t-tqassim tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-istatistika. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 58 – paragrafu 3 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 530/1999
Artikolu 6 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a dwar id-definizzjoni u t-tqassim tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati għal kull perjodu ta' referenza mill-inqas disa' xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta' referenza."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-definizzjoni u t-tqassim tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati għal kull perjodu ta' referenza mill-inqas disa' xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta' referenza."
Emenda 118
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 58 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 530/1999
Artikolu 10 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a dwar il-kriterji ta' evalwazzjoni tal-kwalità. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati għal kull perjodu ta' referenza mill-inqas disa' xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta' referenza."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-istatistika. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati għal kull perjodu ta' referenza mill-inqas disa' xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta' referenza."
Emenda 119
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 58 – paragrafu 3 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 530/1999
Artikolu 10a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3) u fl-Artikolu 10(3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3) u fl-Artikolu 10(3) għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 58 – paragrafu 3 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 530/1999
Artikolu 10a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 10(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 10(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 59 – paragrafu 4
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar il-produzzjoni tar-riżultati, il-format xieraq għat-trażmissjoni tar-riżultati u l-kontenut tar-rapporti ta' kwalità, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar il-produzzjoni tar-riżultati, il-format xieraq għat-trażmissjoni tar-riżultati u l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati tar-rapporti ta' kwalità, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 59 – paragrafu 5 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002
Artikolu 1 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 5b dwar it-twaqqif ta' tabella ta' ekwivalenza bejn in-nomenklatura tal-istatistika tal-Anness III għal dan ir-Regolament u l-lista ta' skart stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE.*
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 5b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi tabella ta' ekwivalenza bejn in-nomenklatura tal-istatistika tal-Anness III għal dan ir-Regolament u l-lista ta' skart stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE.*
____________________
____________________
* Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3)."
* Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3)."
Emenda 123
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 59 – paragrafu 5 – punt 2 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 5b dwar id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kwalità u tal-preċiżjoni."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 5b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tal-kwalità u tal-preċiżjoni."
Emenda 124
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 59 – paragrafu 5 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002
Artikolu 5a – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 5b dwar l-aġġustament għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi fil-ġbir u l-ipproċessar statistiku tad-dejta, kif ukoll l-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati u l-adattament tal-ispeċifikazzjonijiet elenkati fl-Annessi.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 5b biex temenda dan ir-Regolament billi taġġustah għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi fil-ġbir u l-ipproċessar statistiku tad-data, kif ukoll l-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati u billi tadatta l-ispeċifikazzjonijiet elenkati fl-Annessi.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 59 – paragrafu 5 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002
Artikolu 5b – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(5), fl-Artikolu 3(1) u (4) u fl-Artikolu 5a għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(5), fl-Artikolu 3(1) u (4) u fl-Artikolu 5a għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 59 – paragrafu 5 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
(c)  il-kontenut tar-rapporti ta' kwalità msemmija fit-Taqsima 7 tal-Anness I u fit-Taqsima 7 tal-Anness II.
(c)  l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati tar-rapporti ta' kwalità msemmija fit-Taqsima 7 tal-Anness I u fit-Taqsima 7 tal-Anness II.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 60 – paragrafu 3 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003
Artikolu 5 – paragrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a dwar l-istabbiliment ta' standards oħrajn ta' preċiżjoni.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi standards oħrajn ta' preċiżjoni.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 60 – paragrafu 3 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003
Artikolu 10a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 5 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 5 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 1 – inċiż 3a (ġdid)
—  tissupplimenta dak ir-Regolament billi tadotta miżuri rigward il-forniment tad-data skont ir-riżultati tal-istudji tal-fattibbiltà.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 3
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 dwar il-kontenut tar-rapporti ta' kwalità, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 dwar l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati għar-rapporti ta' kwalità, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 131
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 4 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003
Artikolu 2 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a dwar l-emendi għad-definizzjoni mill-ġdid tal-ispeċifikazzjoni teknika tal-indiċi u r-reviżjoni tal-istruttura ta' ponderazzjoni."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a li jemendaw l-Anness għad-definizzjoni mill-ġdid tal-ispeċifikazzjoni teknika tal-indiċi u r-reviżjoni tal-istruttura ta' ponderazzjoni."
Emenda 132
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 4 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003
Artikolu 3 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a dwar l-emendi għall-inklużjoni tal-attivitajiet ekonomiċi definiti mit-taqsimiet O sa S ta' NACE Rev. 2 fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-istudji tal-fattibbiltà definiti fl-Artikolu 10."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a sabiex temenda r-Regolament fir-rigward tal-inklużjoni tal-attivitajiet ekonomiċi definiti mit-taqsimiet O sa S ta' NACE Rev. 2 fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-istudji tal-fattibbiltà previsti fl-Artikolu 10."
Emenda 133
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 4 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispejjeż totali tal-impjiegi u tax-xogħol fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a dwar l-identifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi definiti mit-taqsimiet ta' NACE Rev. 2 u minn diżaggreggazzjonijiet ulterjuri, mhux 'lil hinn mil-livell tad-diviżjonijiet ta' NACE Rev. 2 (livell ta' 2 ċifri) jew gruppi ta' diviżjonijiet li fihom għandha tinqasam id-dejta, billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali.
Billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispejjeż totali tal-impjiegi u tax-xogħol fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tal-qsim skont l-attivitajiet ekonomiċi definiti mit-taqsimiet ta' NACE Rev. 2 u minn diżaggregazzjonijiet ulterjuri, mhux 'lil hinn mil-livell tad-diviżjonijiet ta' NACE Rev. 2 (livell ta' 2 ċifri) jew gruppi ta' diviżjonijiet li fihom għandha tinqasam id-data, billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali.
Emenda 134
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 4 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a dwar id-determinazzjoni ta' dawn l-attivitajiet ekonomiċi, billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-istudji tal-fattibbiltà definiti fl-Artikolu 10.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina dawn l-attivitajiet ekonomiċi, billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-istudji tal-fattibbiltà previsti fl-Artikolu 10.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 4 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003
Artikolu 4 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a dwar l-istabbiliment tal-metodoloġija għall-ikkatenar tal-indiċi."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bl-istabbiliment tal-metodoloġija għall-ikkatenar tal-indiċi."
Emenda 136
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 4 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003
Artikolu 8 – paragrafu 1
"1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a dwar id-definizzjoni ta' kriterji ta' kwalità separati. Id-dejta attwali u d-dejta b'lura trażmessi għandhom jissodisfaw dawn il-kriterji ta' kwalità."
"1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi l-kriterji ta' kwalità separati. Id-data attwali u d-data b'lura trażmessi għandhom jissodisfaw dawn il-kriterji ta' kwalità."
Emenda 137
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 4 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003
Artikolu 8 – paragrafu 2
"2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu rapporti annwali tal-kwalità lill-Kummissjoni, li jibdew fl-2003. Il-kontenut tar-rapporti għandu jiġi definit mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2)."
"2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu rapporti annwali tal-kwalità lill-Kummissjoni, li jibdew fl-2003. L-istruttura u l-arranġamenti dettaljati għar-rapporti għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2)."
Emenda 138
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 4 – punt 4a (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003
Artikolu 9
(4a)  l-Artikolu 9 huwa mħassar.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 4 – punt 5 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003
Artikolu 10 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri skont ir-riżultati tal-istudji tal-fattibbiltà permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2). Dawk il-miżuri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-kosteffettività, kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, inkluża l-minimizzazzjoni tal-oneru tar-risposta."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a biex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tal-forniment tad-data msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu skont ir-riżultati tal-istudji ta' fattibbiltà msemmija f'dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-kosteffettività, kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, inkluża l-minimizzazzjoni tal-oneru tar-risposta."
Emenda 140
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 4 – punt 7
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(4), fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(4), fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 4(1), (2) u (3), fl-Artikolu 8(1) u fl-Artikolu 10(5) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 4 – punt 7
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003
Artikolu 11a – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(4), fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(4), fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 4(1), (2) u (3), fl-Artikolu 8(1) u fl-Artikolu 10(5) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
Emenda 142
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 61 – paragrafu 4 – punt 7
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003
Artikolu 11a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(4), l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(4), l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(1), (2) u (3), l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 10(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 143
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VI – punt 62 – paragrafu 3 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004
Artikolu 8a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(1) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(1) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 63 – paragrafu 1 – inċiż 2
—  temenda dak ir-Regolament sabiex tadatta l-proporzjon tat-total tal-Unjoni;
—  temenda dak ir-Regolament sabiex taġġusta l-proporzjon tat-total tal-Unjoni;
Emenda 145
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 63 – paragrafu 3 – punt 1 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005
Artikolu 2 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 7a dwar l-iskeda ta' żmien għat-trażmissjoni tal-entrati P.1, P.2, D.42, D.43, D.44, D.45 u B.4G u kwalunkwe deċiżjoni li titlob li jsir tqassim tat-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness skont is-settur tal-kontroparti. Kwalunkwe deċiżjoni bħal din għandha tiġi adottata biss wara li l-Kummissjoni tkun irrapportat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 9."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 7a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-iskeda ta' żmien għat-trażmissjoni tal-entrati P.1, P.2, D.42, D.43, D.44, D.45 u B.4G u billi tirrikjedi tqassim tat-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness skont is-settur tal-kontroparti. Kwalunkwe att delegat bħal dan għandu jiġi adottat biss wara li l-Kummissjoni tkun irrapportat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 9."
Emenda 146
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 63 – paragrafu 3 – punt 1 – punt ba (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005
Artikolu 2 – paragrafu 5
(ba)  il-paragrafu 5 jitħassar;
Emenda 147
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 63 – paragrafu 3 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005
Artikolu 3 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 7a li jemenda l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-proporzjon tat-total tal-Unjoni."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 7a li jemenda l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex jiġi aġġustat il-proporzjon (1%) tat-total tal-Unjoni."
Emenda 148
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 63 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 7a dwar l-adozzjoni ta' standards ta' kwalità komuni."
"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 7a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi standards ta' kwalità komuni."
Emenda 149
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 63 – paragrafu 3 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005
Artikolu 7a – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2) u (4), fl-Artikolu 3(3) u fl-Artikolu 6(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2) u (4), fl-Artikolu 3(3) u fl-Artikolu 6(1) għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 150
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 63 – paragrafu 3 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005
Artikolu 7a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(2) u (4), l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 6(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(2) u (4), l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 6(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 151
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 64 – paragrafu 4 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a dwar l-estensjoni ta' dik id-definizzjoni, jekk tali estensjoni ttejjeb sostanzjalment ir-rappreżentattività u l-kwalità tar-riżultat tal-istħarriġ fl-Istati Membri kkonċernati.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-estensjoni ta' dik id-definizzjoni, jekk tali estensjoni ttejjeb sostanzjalment ir-rappreżentattività u l-kwalità tar-riżultat tal-istħarriġ fl-Istati Membri kkonċernati.
Emenda 152
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 64 – paragrafu 4 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005
Artikolu 7 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a li jiddetermina r-rekwiżiti tal-kampjunar u tal-preċiżjoni, id-daqsijiet tal-kampjuni meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tan-NACE Rev. 2 u l-kategoriji tad-daqsijiet li fihom jistgħu jinqasmu r-riżultati."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina r-rekwiżiti tal-kampjunar u tal-preċiżjoni, id-daqsijiet tal-kampjuni meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tan-NACE Rev. 2 u l-kategoriji tad-daqsijiet li fihom jistgħu jinqasmu r-riżultati."
Emenda 153
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 64 – paragrafu 4 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005
Artikolu 8 – paragrafu 2
"2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a rigward id-data speċifika li trid tinġabar fir-rigward tal-intrapriżi li joffru taħriġ u dawk li ma joffrux taħriġ u l-forom differenti ta' taħriġ vokazzjonali."
"2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi d-data speċifika li trid tinġabar fir-rigward tal-intrapriżi li joffru taħriġ u dawk li ma joffrux taħriġ u l-forom differenti ta' taħriġ vokazzjonali."
Emenda 154
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 64 – paragrafu 4 – punt 4 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005
Artikolu 9 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità għad-dejta li trid tinġabar u tiġi trażmessa għall-istatistika Ewropea dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi, u billi tadotta kwalunkwe miżura meħtieġa għall-valutazzjoni jew għat-titjib tal-kwalità tad-dejta."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għad-data li trid tinġabar u tiġi trażmessa għall-istatistika Ewropea dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi, u billi tadotta kwalunkwe miżura meħtieġa għall-valutazzjoni jew għat-titjib tal-kwalità tad-data."
Emenda 155
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 64 – paragrafu 4 – punt 4 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005
Artikolu 9 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-istruttura tar-rapporti ta' kwalità msemmija fil-paragrafu 2 permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2)."
"5. Meta jkunu qed ifasslu r-rapporti tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kwalità u kull miżura oħra stabbilita skont il-paragrafu 4. Sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tad-data trażmessa, huma għandhom jużaw il-format determinat mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2)."
Emenda 156
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 64 – paragrafu 4 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005
Artikolu 10 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a dwar id-determinazzjoni tal-ewwel sena ta' referenza li għaliha għandha tinġabar id-dejta."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-ewwel sena ta' referenza li għaliha għandha tinġabar id-data."
Emenda 157
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 64 – paragrafu 4 – punt 7
Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005
Artikolu 13a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 7(3), fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 9(4), fl-Artikolu 10(2) u fl-Artikolu 13 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 7(3), fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 9(4) u fl-Artikolu 10(2) u fl-Artikolu 13 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 66 – paragrafu 2 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 458/2007
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 7a li jistabbilixxi l-ewwel sena li għaliha għandha tinġabar id-dejta sħiħa u li jadotta miżuri li jirrigwardjaw il-klassifikazzjoni dettaljata tad-dejta koperta u d-definizzjonijiet li jridu jintużaw.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 7a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-ewwel sena li għaliha għandha tinġabar id-data sħiħa, u billi tadotta miżuri li jirrigwardjaw il-klassifikazzjoni dettaljata tad-data koperta u d-definizzjonijiet li jridu jintużaw.
Emenda 159
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 66 – paragrafu 2 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 458/2007
Artikolu 7a – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(3) u fil-punt 1.1.2.4. tal-Anness I għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(3) u fil-punt 1.1.2.4. tal-Anness I għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 67 – paragrafu 1
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 jiġi adattat għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda d-definizzjonijiet fl-Annessi I u II u l-livell ta' dettall fl-Anness III u sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament b'miżuri li jikkonċernaw l-istatistika inward u outward dwar l-affiljati barranin.
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 jiġi adattat għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda d-definizzjonijiet fl-Annessi I u II u l-livell ta' dettall fl-Anness III u sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament b'miżuri li jikkonċernaw l-istatistika inward u outward dwar l-affiljati barranin u l-istandards ta' kwalità komuni.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 67 – paragrafu 4 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007
Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri meħtieġa għall-istatistika inward u outward dwar l-affiljati barranin, abbażi tal-konklużjonijiet tal-istudji pilota.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-miżuri meħtieġa għall-istatistika inward u outward dwar l-affiljati barranin, abbażi tal-konklużjonijiet tal-istudji pilota.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 67 – paragrafu 4 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007
Artikolu 6 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar l-istandards ta' kwalità komuni."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-istandards ta' kwalità komuni msemmija fil-paragrafu 1."
Emenda 163
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 67 – paragrafu 4 – punt 4 – punt a – punt ii
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c
"(c) id-definizzjoni tal-kontenut u tal-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità."
"(c) id-definizzjoni tal-istruttura, l-arranġamenti dettaljati u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità msemmija fl-Artikolu 6(2)."
Emenda 164
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 67 – paragrafu 4 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007
Artikolu 9a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 6(3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 6(3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 67 – paragrafu 4 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007
Artikolu 9a – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 6(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, fl-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 6(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
Emenda 166
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 67 – paragrafu 4 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007
Artikolu 9a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2, l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 6(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 6(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 68 – paragrafu 2 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007
Artikolu 9a – paragrafu 2 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a:
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi:
Emenda 168
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 68 – paragrafu 2 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007
Artikolu 10a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9a għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9a għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 169
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 69 – paragrafu 3 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007
Artikolu 3 – paragrafu 1a
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a li jemenda d-definizzjonijiet u li jemenda l-lista ta' intestaturi bażiċi fl-Anness II sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet tekniċi u ekonomiċi, sakemm dan ma jkunx jinvolvi żieda sproporzjonata fl-ispejjeż għall-Istati Membri."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a li jemenda d-definizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu u li jemenda l-lista ta' intestaturi bażiċi fl-Anness II sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet tekniċi u ekonomiċi, sakemm dan ma jkunx jinvolvi żieda sproporzjonata fl-ispejjeż għall-Istati Membri."
Emenda 170
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 69 – paragrafu 3 – punt 2 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007
Artikolu 7 – paragrafu 4
"4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a dwar il-kriterji komuni li fuqhom huwa bbażat il-kontroll tal-kwalità."
"4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi kriterji komuni li fuqhom huwa bbażat il-kontroll tal-kwalità msemmi fil-paragrafu 1."
Emenda 171
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 69 – paragrafu 3 – punt 2 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007
Artikolu 7 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-istruttura tar-rapporti tal-kwalità, kif speċifikat fil-punt 5.3 tal-Anness I, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2)."
"5. Il-Kummissjoni għandha tispjega l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati għar-rapporti tal-kwalità, kif imsemmi fil-paragrafu 3 u kif speċifikat fil-punt 5.3 tal-Anness I, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2)."
Emenda 172
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 69 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007
Artikolu 10a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 7(4) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 u fl-Artikolu 7(4) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 69 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007
Artikolu 10a – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 7(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 u fl-Artikolu 7(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
Emenda 174
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 69 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007
Artikolu 10a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 7(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 7(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 175
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 70 – paragrafu 1
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 jiġi adattat għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-lista ta' karatteristiċi tar-reġistri, id-definizzjoni tagħhom u r-regoli ta' kontinwità tagħhom fl-Anness għal dak ir-Regolament u sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament bi standards ta' kwalità komuni u regoli għall-aġġornament tar-reġistri u billi tiddetermina l-firxa ta' kemm ċerti intrapriżi u gruppi ta' intrapriżi għandhom jiġu inklużi fir-reġistri, billi tispeċifika unitajiet konsistenti ma' dawk għall-istatistika agrikola. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 jiġi adattat għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-lista ta' karatteristiċi tar-reġistri, id-definizzjoni tagħhom u r-regoli ta' kontinwità tagħhom fl-Anness għal dak ir-Regolament u sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament bi standards komuni għall-kwalità tar-reġistri tan-negozju u regoli għall-aġġornament tar-reġistri u billi tiddetermina sa liema punt ċerti intrapriżi u gruppi ta' intrapriżi għandhom jiġu inklużi fir-reġistri, filwaqt li tispeċifika unitajiet konsistenti ma' dawk għall-istatistika agrikola. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 70 – paragrafu 3 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008
Artikolu 3 – paragrafu 6
"6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a li jiddetermina l-firxa safejn l-intrapriżi b'inqas minn nofs persuna impjegata u l-gruppi ta' intrapriżi residenti kollha mingħajr ebda importanza statistika għall-Istati Membri għandhom jiġu inklużi fir-reġistri, u d-definizzjoni ta' unitajiet konsistenti ma' dawk għall-istatistika agrikola."
"6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina sa liema punt l-intrapriżi b'inqas minn nofs persuna impjegata u l-gruppi ta' intrapriżi residenti kollha mingħajr ebda importanza statistika għall-Istati Membri għandhom jiġu inklużi fir-reġistri, u d-definizzjoni ta' unitajiet konsistenti ma' dawk għall-istatistika agrikola."
Emenda 177
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 70 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008
Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a dwar l-istandards ta' kwalità komuni.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi standards komuni għall-kwalità tar-reġistri tan-negozju kif imsemmi fil-paragrafu 1.
Emenda 178
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 70 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008
Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).
Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-istruttura, l-arranġamenti dettaljati u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità msemmija fil-paragrafu 2 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).
Emenda 179
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 70 – paragrafu 3 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008
Artikolu 8 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a dwar ir-regoli għall-aġġornament tar-reġistri."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament billi tistabbilixxi r-regoli għall-aġġornament tar-reġistri."
Emenda 180
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 70 – paragrafu 3 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008
Artikolu 15a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(6), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 6(3) u fl-Artikolu 8(3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ tal-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(6), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 6(3) u fl-Artikolu 8(3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 181
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 70 – paragrafu 3 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008
Artikolu 15a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(6), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(6), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 182
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
"L-użu tal-modulu flessibbli msemmi fil-punt (j) tal-paragrafu 2 għandu jkun ippjanat b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, il-lista ta' karatteristiċi, il-perjodu ta' referenza, l-attivitajiet li jridu jiġu koperti u r-rekwiżiti tal-kwalità. L-att delegat għandu jiġi adottat mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta' referenza. Il-Kummissjoni għandha wkoll tispeċifika l-ħtieġa għall-informazzjoni u l-impatt tal-ġbir tad-dejta fir-rigward tal-piż fuq in-negozji u l-ispejjeż għall-Istati Membri."
"L-użu tal-modulu flessibbli msemmi fil-punt (j) tal-paragrafu 2 għandu jkun ippjanat b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-modulu flessibbli, il-lista ta' karatteristiċi tiegħu, il-perjodu ta' referenza, l-attivitajiet li jridu jiġu koperti u r-rekwiżiti tal-kwalità. L-att delegat għandu jiġi adottat mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta' referenza. Il-Kummissjoni għandha wkoll tispeċifika l-ħtieġa għall-informazzjoni u l-impatt tal-ġbir tad-data fir-rigward tal-piż fuq in-negozji u l-ispejjeż għall-Istati Membri."
Emenda 183
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Artikolu 4 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar il-miżuri meħtieġa abbażi tal-evalwazzjoni tal-istudji pilota."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi l-miżuri meħtieġa abbażi tal-evalwazzjoni tal-istudji pilota."
Emenda 184
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Artikolu 7 – paragrafu 2
"2. Sabiex ikunu jistgħu jiġu kkumpilati l-aggregati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jipproduċu riżultati nazzjonali kompetenti skont il-livelli ta' NACE Rev. 2 stipulati fl-Annessi għal dan ir-Regolament jew fl-atti delegati. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta tali atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b."
"2. Għall-finijiet li jiġu kkumpilati l-aggregati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jipproduċu riżultati nazzjonali kompetenti skont il-livelli ta' NACE Rev. 2 stipulati fl-Annessi għal dan ir-Regolament jew fl-atti delegati. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta tali atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-livelli rilevanti ta' NACE Rev.2."
Emenda 185
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 4 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi f'format tekniku xieraq, f'perijodu ta' żmien li jibda mit-tmiem tal-perjodu ta' referenza. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar il-perjodu ta' referenza għall-moduli previsti fl-Artikolu 3(2)(a) sa (h) u (j) u dan il-perjodu ma għandux ikun itwal minn 18-il xahar. Għall-modulu previst fl-Artikolu 3(2)(i), il-perjodu ta' żmien ma għandux ikun itwal minn 30 xahar jew 18-il xahar, kif stipulat fit-Taqsima 9 tal-Anness IX. Barra minn hekk, numru żgħir ta' estimi ta' riżultati preliminari għandhom ikunu trażmessi f'perjodu ta' żmien li jibda mit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, li għandu jkun stipulat f'konformità ma' dik il-proċedura għall-moduli previsti fl-Artikolu 3(2)(a) sa (g) u ma għandux ikun itwal minn 10 xhur.
Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi f'format tekniku xieraq, f'perijodu ta' żmien li jibda mit-tmiem tal-perjodu ta' referenza. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-perjodu ta' referenza għall-moduli previsti fl-Artikolu 3(2)(a) sa (h) u (j) liema perjodu ma għandux ikun itwal minn 18-il xahar. Għall-modulu previst fl-Artikolu 3(2)(i), il-perjodu ta' żmien ma għandux ikun itwal minn 30 xahar jew 18-il xahar, kif stipulat fit-Taqsima 9 tal-Anness IX. Barra minn hekk, numru żgħir ta' estimi ta' riżultati preliminari għandhom ikunu trażmessi f'perjodu ta' żmien li jibda mit-tmiem tal-perjodu ta' referenza. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika dak il-perjodu għall-moduli previsti fl-Artikolu 3(2)(a) sa (g), liema perjodu ma għandux ikun itwal minn 10 xhur.
Emenda 186
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 4 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar ir-reviżjoni tar-regoli għall-bandiera CETO u r-raggruppament tal-Istati Membri sad-29 ta' April 2013 u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tirrevedi r-regoli għall-bandiera CETO u r-raggruppament tal-Istati Membri sad-29 ta' April 2013 u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem."
Emenda 187
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Artikolu 11a – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar:
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament f'dak li jikkonċerna dan li ġej:
Emenda 188
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Artikolu 11b – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(4), fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8(2) u (3), fl-Artikolu 11a, fit-Taqsimiet 5, 6, 8(1) u (2) tal-Anness I, fit-Taqsima 6 tal-Annessi II, III u IV, fit-Taqsima 7 tal-Anness VI, fit-Taqsimiet 3, 4(2) u (3) tal-Anness VIII u fit-Taqsimiet 8(2) u (3) u 10(2) tal-Anness IX għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(4), fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8(2) u (3), fl-Artikolu 11a, fit-Taqsimiet 5, 6, 8(1) u (2) tal-Anness I, fit-Taqsima 6 tal-Annessi II, III u IV, fit-Taqsima 7 tal-Anness VI, fit-Taqsimiet 3, 4(2) u (3) tal-Anness VIII u fit-Taqsimiet 8(2) u (3) u 10(2) tal-Anness IX għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 189
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Artikolu 11b – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2) u (3), l-Artikolu 11a, it-Taqsimiet 5, 6, 8(1) u (2) tal-Anness I, it-Taqsima 6 tal-Annessi II, III u IV, it-Taqsima 7 tal-Anness VI, it-Taqsimiet 3, 4(2) u (3) tal-Anness VIII, it-Taqsimiet 8(2) u (3) u 10(2) tal-Anness IX għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2) u (3), l-Artikolu 11a, it-Taqsimiet 5, 6, 8(1) u (2) tal-Anness I, it-Taqsima 6 tal-Annessi II, III u IV, it-Taqsima 7 tal-Anness VI, it-Taqsimiet 3, 4(2) u (3) tal-Anness VIII, it-Taqsimiet 8(2) u (3) u 10(2) tal-Anness IX għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 190
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 8 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness I – taqsima 5 – paragrafu 1
L-ewwel sena ta' referenza li għaliha tiġi kkompilata l-istatistika hija s-sena kalendarja 2008. Id-dejta se tiġi kkompilata skont it-tqassim fit-Taqsima 9. Madankollu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar l-ewwel sena ta' referenza li għaliha għandha tiġi kkumpilata l-istatistika dwar il-klassijiet ta' attività koperti mill-gruppi 64.2, 64.3 u 64.9 u d-diviżjoni 66 ta' NACE Rev. 2.
L-ewwel sena ta' referenza li għaliha tiġi kkompilata l-istatistika hija s-sena kalendarja 2008. Id-data se tiġi kkompilata skont it-tqassim fit-Taqsima 9. Madankollu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-ewwel sena ta' referenza li għaliha għandha tiġi kkumpilata l-istatistika dwar il-klassijiet ta' attività koperti mill-gruppi 64.2, 64.3 u 64.9 u d-diviżjoni 66 ta' NACE Rev. 2.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 8 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness I – taqsima 6 – paragrafu 1
Għal kull waħda mill-karatteristiċi ewlenin, l-Istati Membri se jindikaw il-grad ta' preċiżjoni b'referenza għal livell ta' fiduċja ta' 95 %, li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 13, wara li jittieħed kont tal-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu f'kull wieħed mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar il-karatteristiċi ewlenin.
Għal kull waħda mill-karatteristiċi ewlenin, l-Istati Membri se jindikaw il-grad ta' preċiżjoni b'referenza għal livell ta' fiduċja ta' 95 %, li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 13, wara li jittieħed kont tal-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu f'kull wieħed mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-karatteristiċi ewlenin.
Emenda 192
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 8 – punt b – punt i
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness I – taqsima 8 – paragrafu 1
"1. Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta' referenza, ħlief għall-klassijiet ta' attività 64.11 u 64.19 ta' NACE Rev. 2. Għall-klassijiet ta' attività 64.11 u 64.19 ta' NACE Rev. 2, id-dewmien fit-trażmissjoni huwa ta' 10 xhur. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar id-dewmien fit-trażmissjoni tar-riżultati dwar il-klassijiet ta' attività koperti mill-gruppi 64.2, 64.3 u 64.9 u d-diviżjoni 66 ta' NACE Rev. 2."
"1. Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta' referenza, ħlief għall-klassijiet ta' attività 64.11 u 64.19 ta' NACE Rev. 2. Għall-klassijiet ta' attività 64.11 u 64.19 ta' NACE Rev. 2, id-dewmien fit-trażmissjoni huwa ta' 10 xhur. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi d-dewmien fit-trażmissjoni tar-riżultati dwar il-klassijiet ta' attività koperti mill-gruppi 64.2, 64.3 u 64.9 u d-diviżjoni 66 ta' NACE Rev. 2."
Emenda 193
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 8 – punt b – punt ii
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness I – taqsima 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
"Dawn ir-riżultati preliminarji jew stimi għandhom jinqasmu skont NACE Rev.2 livell ta' tliet figuri (grupp). Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar id-diviżjoni 66 ta' NACE Rev. 2, it-trażmissjoni tal-estimi jew tar-riżultati preliminari."
"Dawn ir-riżultati preliminarji jew stimi għandhom jinqasmu skont NACE Rev.2 livell ta' tliet figuri (grupp). Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi t-trażmissjoni tar-riżultati preliminari jew tal-istimi għad-diviżjoni 66 ta' NACE Rev.2."
Emenda 194
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 9
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness II – taqsima 6 – paragrafu 1
Għal kull karatteristika ewlenija, l-Istati Membri se jindikaw il-grad ta' preċiżjoni b'referenza għal livell ta' fiduċja ta' 95 %, li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 13, wara li jittieħed kont tal-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu f'kull wieħed mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar il-karatteristiċi ewlenin.
Għal kull karatteristika ewlenija, l-Istati Membri se jindikaw il-grad ta' preċiżjoni b'referenza għal livell ta' fiduċja ta' 95 %, li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 13, wara li jittieħed kont tal-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu f'kull wieħed mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi tali karatteristiċi ewlenin.
Emenda 195
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 10
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness III – taqsima 6 – paragrafu 1
Għal kull karatteristika ewlenija, l-Istati Membri se jindikaw il-grad ta' preċiżjoni b'referenza għal livell ta' fiduċja ta' 95 %, li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 13, wara li jittieħed kont tal-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu f'kull wieħed mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar il-karatteristiċi ewlenin.
Għal kull karatteristika ewlenija, l-Istati Membri se jindikaw il-grad ta' preċiżjoni b'referenza għal livell ta' fiduċja ta' 95 %, li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 13, wara li jittieħed kont tal-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu f'kull wieħed mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi tali karatteristiċi ewlenin.
Emenda 196
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 11
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness IV – taqsima 6 – paragrafu 1
Għal kull karatteristika ewlenija, l-Istati Membri se jindikaw il-grad ta' preċiżjoni b'referenza għal livell ta' fiduċja ta' 95 %, li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 13, wara li jittieħed kont tal-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu f'kull wieħed mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar il-karatteristiċi ewlenin.
Għal kull karatteristika ewlenija, l-Istati Membri se jindikaw il-grad ta' preċiżjoni b'referenza għal livell ta' fiduċja ta' 95 %, li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 13, wara li jittieħed kont tal-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu f'kull wieħed mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi tali karatteristiċi ewlenin.
Emenda 197
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 12
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness VI – taqsima 7 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar id-dewmien fit-trażmissjoni tar-riżultati li ma jkunx itwal minn 10 xhur mit-tmiem tas-sena ta' referenza.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi d-dewmien fit-trażmissjoni tar-riżultati li ma jkunx itwal minn 10 xhur mit-tmiem tas-sena ta' referenza.
Emenda 198
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 13 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness VIII – taqsima 3 – paragrafu 1 – sentenza 5
"Abbażi ta' dan l-istudju, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar it-tibdil tal-limitu l-aktar baxx."
"Abbażi ta' dan l-istudju, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b biex temenda dan ir-Regolament billi tibdel il-limitu l-aktar baxx tal-popolazzjoni ta' riferiment."
Emenda 199
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 13 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness VIII – taqsima 4 – paragrafi 2 u 3 – tabella
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar id-determinazzjoni tat-tqassim tal-prodotti."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi t-tqassim tal-prodotti."
(Din l-emenda tirrigwarda t-tabella "Analiżi tal-fatturat skont it-tip ta' prodott", is-sentenza fil-kolonna "Kummenti".)
Emenda 200
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 14 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness IX – taqsima 8 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar xi riżultati li għandhom jitqassmu wkoll fi klassijiet ta' daqsijiet għal-livell ta' dettall elenkat fit-Taqsima 10, ħlief għat-Taqsimiet L, M u N tan-NACE Rev. 2, fejn it-tqassim ikun meħtieġ biss għal-livell tal-grupp.
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi li xi riżultati għandhom jitqassmu wkoll fi klassijiet ta' daqsijiet għal-livell ta' dettall elenkat fit-Taqsima 10, ħlief għat-Taqsimiet L, M u N tan-NACE Rev. 2, fejn it-tqassim ikun meħtieġ biss għal-livell tal-grupp.
Emenda 201
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 14 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness IX – taqsima 8 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar xi riżultati li għandhom jitqassmu wkoll skont il-forma legali għal-livell ta' dettall elenkat fit-Taqsima 10, ħlief għat-Taqsimiet L, M u N tan-NACE Rev. 2, fejn it-tqassim ikun meħtieġ biss għal-livell tal-grupp.;
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi li xi riżultati għandhom jitqassmu wkoll skont il-forma legali għal-livell ta' dettall elenkat fit-Taqsima 10, ħlief għat-Taqsimiet L, M u N tan-NACE Rev. 2, fejn it-tqassim ikun meħtieġ biss għal-livell tal-grupp.;
Emenda 202
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 71 – paragrafu 3 – punt 14 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008
Anness IX – taqsima 10 – paragrafu 2 – sottotaqsima "Aggregati speċjali"
Sabiex tkun tista' tiġi kkompilata l-istatistika tal-Unjoni dwar id-demografija tan-negozju għas-settur tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b dwar għadd ta' aggregati speċjali tan-NACE Rev. 2 li jridu jiġu trażmessi..
Sabiex tkun tista' tiġi kkompilata l-istatistika tal-Unjoni dwar id-demografija tan-negozju għas-settur tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi għadd ta' aggregati speċjali tan-NACE Rev. 2 li jridu jiġu trażmessi.
Emenda 203
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 73 – paragrafu 3 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008
Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 6a dwar:
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 6a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament f'dak li jikkonċerna dan li ġej:
Emenda 204
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 73 – paragrafu 3 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008
Artikolu 6a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(1) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(1) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 205
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 74 – paragrafu 3 – punt 1 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008
Artikolu 2 – paragrafu 1a
"Għall-finijiet tal-punt 1 tal-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a li jiddefinixxi l-kunċetti "passi attivi sabiex jinstab kandidat addattat" u "perjodu ta' żmien speċifiku"."
"Għall-finijiet tal-punt 1 tal-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi l-kunċetti "passi attivi sabiex jinstab kandidat addattat" u "perjodu ta' żmien speċifiku"."
Emenda 206
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 74 – paragrafu 3 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008
Artikolu 3 – paragrafu 1
"1. L-Istati Membri għandhom jikkumpilaw id-dejta trimestrali b'referenza għad-dati ta' referenza speċifiċi. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a li jiddetermina dawk id-dati ta' referenza speċifiċi."
"1. L-Istati Membri għandhom jikkumpilaw id-data trimestrali b'referenza għad-dati ta' referenza speċifiċi. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina dawk id-dati ta' referenza speċifiċi."
Emenda 207
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 74 – paragrafu 3 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008
Artikolu 5 – paragrafu 1
"1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a li jiddetermina d-data tal-ewwel kwart tas-sena ta' referenza, kif ukoll l-iskadenzi tat-trażmissjoni. Kwalunkwe reviżjoni tad-data trimestrali għal kwarti tas-sena preċedenti għandha tintbagħat fl-istess żmien.
"1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina d-data tal-ewwel kwart tas-sena ta' referenza, kif ukoll l-iskadenzi tat-trażmissjoni applikabbli għall-Istati Membri. Kwalunkwe reviżjoni tad-data trimestrali għal kwarti tas-sena preċedenti għandha tintbagħat fl-istess żmien.
L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dejta u l-metadejta lill-Kummissjoni (l-Eurostat) skont format iddeterminat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3)."
L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-data u l-metadata lill-Kummissjoni (l-Eurostat), u jispeċifikaw is-sors tagħhom, skont format tekniku determinat mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3)."
Emenda 208
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 74 – paragrafu 3 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a dwar il-qafas xieraq għall-istabbiliment ta' serje ta' studji tal-fattibbiltà.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi qafas xieraq għall-istabbiliment ta' serje ta' studji tal-fattibbiltà.
Emenda 209
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 74 – paragrafu 3 – punt 5
Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008
Artikolu 8a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 3(1), fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 7(1) u (3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 3(1), fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 7(1) u (3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 210
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 75 – paragrafu 2 – punt 1 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 763/2008
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 7a dwar l-istabbiliment tas-snin ta' referenza sussegwenti. Is-snin ta' referenza għandhom jaqgħu matul il-bidu ta' kull deċennju;
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 7a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi s-snin ta' referenza sussegwenti. Is-snin ta' referenza għandhom jaqgħu matul il-bidu ta' kull deċennju;
Emenda 211
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 75 – paragrafu 2 – punt 1 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 763/2008
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 7a dwar l-istabbiliment ta' programm tad-dejta statistika u tal-metadejta li trid tiġi trażmessa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 7a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi programm tad-data statistika u tal-metadata li trid tiġi trażmessa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Emenda 212
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 75 – paragrafu 2 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 763/2008
Artikolu 7a – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(1) u (3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(1) u (3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 76 – paragrafu 3 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a li jikkjarifika aktar it-terminoloġija permezz taż-żieda ta' referenzi rilevanti għal NACE wara d-dħul fis-seħħ ta' reviżjoni tal-klassifikazzjoni ta' NACE.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a sabiex temenda dan ir-Regolament ħalli tikkjarifika t-terminoloġija permezz taż-żieda ta' referenzi rilevanti għal NACE wara li tkun daħlet fis-seħħ reviżjoni tal-klassifikazzjoni ta' NACE.
Emenda 214
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 76 – paragrafu 3 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008
Artikolu 8 – paragrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a rigward is-sett ta' statistika nukleari annwali."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi s-sett ta' statistika nukleari annwali."
Emenda 215
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 76 – paragrafu 3 – punt 5 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a rigward is-sett ta' statistika dwar l-enerġija rinnovabbli u s-sett ta' statistika dwar il-konsum finali tal-enerġija.
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi s-sett ta' statistika dwar l-enerġija rinnovabbli u s-sett ta' statistika dwar il-konsum finali tal-enerġija.
Emenda 216
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 76 – paragrafu 3 – punt 7
Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008
Artikolu 10a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 4(2) u (3), fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 9(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 4(2) u (3), fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 9(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 217
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Id-dejta għandha tiġi pprovduta f'konformità mal-limiti ta' żmien stabbiliti, fl-intervalli previsti u fir-rigward tal-perjodi ta' referenza li huma indikati fl-Annessi jew f'atti delegati. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta tali atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a.
Id-data għandha tiġi pprovduta f'konformità mal-limiti ta' żmien stabbiliti, fl-intervalli previsti u fir-rigward tal-perjodi ta' referenza li huma indikati fl-Annessi jew f'atti delegati. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta tali atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a billi tissupplimenta dan ir-Regolament.
Emenda 218
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar:
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula dan li ġej:
Emenda 219
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 4
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Artikolu 9a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2), fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 9(1) u fil-punti (ċ), (d) u (e) tal-Annessi I, II, III, IV u V għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2), fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 9(1) u fil-punti (c), (d) u (e) tal-Annessi I, II, III, IV u V għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 220
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 6 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness I – punt c – paragrafu 1
L-istatistika għandha tiġi pprovduta kull ħames snin mill-EHIS; tista' tkun meħtieġa frekwenza differenti għal ġabriet ta' data oħrajn, bħal dawk dwar il-morbidità jew l-aċċidenti u l-korrimenti, kif ukoll għal xi moduli speċifiċi tal-istħarriġ. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw l-ewwel sena ta' referenza, l-intervall u l-limitu ta' żmien għall-provvista tad-dejta.
L-istatistika għandha tiġi pprovduta kull ħames snin mill-EHIS; tista' tkun meħtieġa frekwenza differenti għal ġabriet ta' data oħrajn, bħal dawk dwar il-morbidità jew l-aċċidenti u l-korrimenti, kif ukoll għal xi moduli speċifiċi tal-istħarriġ. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw l-ewwel sena ta' referenza, l-intervall u l-limitu ta' żmien għall-provvista tad-data."
Emenda 221
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 6 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness I – punt d – paragrafu 2
Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament ikunu koperti ma' kull forniment ta' dejta. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, kif ukoll it-tqassim tal-karatteristiċi.
Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament ikunu koperti ma' kull forniment ta' data. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, kif ukoll it-tqassim tal-karatteristiċi.
Emenda 222
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 6 – punt c
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness I – punt e – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-provvista ta' metadejta, inkluża metadejta dwar il-karatteristiċi tal-istħarriġ u ta' sorsi oħrajn użati, il-popolazzjoni koperta u informazzjoni dwar kwalunkwe speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kumpilazzjoni tal-istatistika u l-indikaturi komparabbli.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-provvista ta' metadata, inkluża metadata dwar il-karatteristiċi tal-istħarriġ u ta' sorsi oħrajn użati, il-popolazzjoni koperta u informazzjoni dwar kwalunkwe speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kumpilazzjoni tal-istatistika u l-indikaturi komparabbli.
Emenda 223
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 7 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness II – punt c – paragrafu 1
L-istatistika għandha tiġi pprovduta kull sena. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw l-ewwel sena ta' referenza, l-intervall u l-limitu ta' żmien għall-provvista tad-dejta.
L-istatistika għandha tiġi pprovduta kull sena. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw l-ewwel sena ta' referenza, l-intervall u l-limitu ta' żmien għall-provvista tad-data.
Emenda 224
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 7 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness II – punt d – paragrafu 4
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, kif ukoll it-tqassim tal-karatteristiċi.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, kif ukoll it-tqassim tal-karatteristiċi.
Emenda 225
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 7 – punt c
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness II – punt e – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-provvista ta' metadejta, inkluża metadejta dwar il-karatteristiċi tas-sorsi u tal-kumpilazzjonijiet użati, il-popolazzjoni koperta u informazzjoni dwar kwalunkwe speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kumpilazzjoni tal-istatistika u l-indikaturi komparabbli.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-provvista ta' metadata, inkluża metadata dwar il-karatteristiċi tas-sorsi u tal-kumpilazzjonijiet użati, il-popolazzjoni koperta u informazzjoni dwar kwalunkwe speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kumpilazzjoni tal-istatistika u l-indikaturi komparabbli.
Emenda 226
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 8 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness III – punt c – paragrafu 1
L-istatistika għandha tiġi pprovduta kull sena. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw l-ewwel sena ta' referenza. Id-dejta għandha tiġi sottomessa mhux aktar tard minn 24-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta' referenza. Id-dejta stmata jew provviżorja tista' tiġi pprovduta aktar kmieni. Fil-każ ta' inċidenti fis-settur tas-saħħa pubblika, jistgħu jiġu stabbiliti ġabriet ta' dejta speċjali addizzjonali, jew għall-imwiet kollha jew inkella għal kawżi speċifiċi ta' mewt.
L-istatistika għandha tiġi pprovduta kull sena. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw l-ewwel sena ta' referenza. Id-data għandha tiġi sottomessa mhux aktar tard minn 24-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta' referenza. Id-data stmata jew provviżorja tista' tiġi pprovduta aktar kmieni. Fil-każ ta' inċidenti fis-settur tas-saħħa pubblika, jistgħu jiġu stabbiliti ġabriet ta' data speċjali addizzjonali, jew għall-imwiet kollha jew inkella għal kawżi speċifiċi ta' mewt.
Emenda 227
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 8 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness III – punt d – paragrafu 4
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, kif ukoll it-tqassim tal-karatteristiċi.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, kif ukoll it-tqassim tal-karatteristiċi.
Emenda 228
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 8 – punt c
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness III – punt e – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-provvista ta' metadejta, inkluża metadejta dwar il-popolazzjoni koperta u informazzjoni dwar kwalunkwe speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kumpilazzjoni tal-istatistika u l-indikaturi komparabbli.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissuplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-provvista ta' metadata, inkluża metadata dwar il-popolazzjoni koperta u informazzjoni dwar kwalunkwe speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kumpilazzjoni tal-istatistika u l-indikaturi komparabbli.
Emenda 229
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 9 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness IV – punt c – paragrafu 1
L-istatistika għandha tiġi pprovduta kull sena. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw l-ewwel sena ta' referenza. Id-dejta għandha tiġi sottomessa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta' referenza.
L-istatistika għandha tiġi pprovduta kull sena. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw l-ewwel sena ta' referenza. Id-data għandha tiġi sottomessa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta' referenza.
Emenda 230
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 9 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness IV – punt d – paragrafu 4
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, kif ukoll it-tqassim tal-karatteristiċi.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, kif ukoll it-tqassim tal-karatteristiċi.
Emenda 231
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 9 – punt c
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness IV – punt e – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-provvista ta' metadejta, inkluża metadejta dwar il-popolazzjoni koperta, ir-rati tad-dikjarazzjoni għall-aċċidenti fuq ix-xogħol u, meta jkunu rilevanti, il-karatteristiċi tal-kampjunar, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kumpilazzjoni ta' statistika u indikaturi komparabbli.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-provvista ta' metadata, inkluża metadata dwar il-popolazzjoni koperta, ir-rati tad-dikjarazzjoni għall-aċċidenti fuq ix-xogħol u, meta jkunu rilevanti, il-karatteristiċi tal-kampjunar, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kumpilazzjoni ta' statistika u indikaturi komparabbli.
Emenda 232
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 10 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness V – punt c – paragrafu 1
Għall-marda okkupazzjonali, l-istatistika għandha tiġi pprovduta kull sena u tiġi sottomessa mhux aktar tard minn 15-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta' referenza. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-perjodi ta' referenza, l-intervalli u l-limiti ta' żmien għall-provvista tal-ġabriet tad-dejta l-oħrajn.
Għall-marda okkupazzjonali, l-istatistika għandha tiġi pprovduta kull sena u tiġi sottomessa mhux aktar tard minn 15-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta' referenza. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-perjodi ta' referenza, l-intervalli u l-limiti ta' żmien għall-provvista tal-ġabriet tad-data l-oħrajn.
Emenda 233
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 10 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness V – punt d – paragrafu 4
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, kif ukoll it-tqassim tal-karatteristiċi.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-miżuri li jirrigwardjaw il-karatteristiċi, jiġifieri l-varjabbli, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tas-suġġetti elenkati hawn fuq, kif ukoll it-tqassim tal-karatteristiċi.
Emenda 234
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 77 – paragrafu 2 – punt 10 – punt c
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008
Anness V – punt e – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-provvista ta' metadejta, inkluża metadejta dwar il-popolazzjoni koperta u informazzjoni dwar kwalunkwe speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kumpilazzjoni tal-istatistika u l-indikaturi komparabbli.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissuplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li jirrigwardjaw il-provvista ta' metadata, inkluża metadata dwar il-popolazzjoni koperta u informazzjoni dwar kwalunkwe speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kumpilazzjoni tal-istatistika u l-indikaturi komparabbli.
Emenda 235
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VII – punt 78 – paragrafu 2 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009
Artikolu 5a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(1a), (2) u (3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(1a), (2) u (3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 236
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – punt 79 – paragrafu 2 – punt 1 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 5a dwar l-applikabbiltà fi ħdan l-Unjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 5a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-applikabbiltà fi ħdan l-Unjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità ("standards internazzjonali tal-kontabilità adottati").
Emenda 237
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – punt 79 – paragrafu 2 – punt 1 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Meta, fil-każ ta' riskji imminenti possibbli għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 5b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.";
imħassar
Emenda 238
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – punt 79 – paragrafu 2 – punt 1a (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002
Artikolu 4 – paragrafu 1
(1a)  fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'li ġej:
"Għall-kull sena finanzjarja li tibda fil, jew wara l-1 ta' Jannar 2005, kumpanniji rregolati bil-liġi ta' Stat Membru għandhom jippreparaw il-kontijiet ikkonsolidati tagħhom b'konformità mal-proċedura stabbilita f'Artikolu 6(2) jekk, fid-data tal-balance sheet tagħhom, it-titoli tagħhom ikunu aċċettati għall-kummerċ f'suq regolat ta' xi Stat Membru fi ħdan it-tifsira ta' Artikolu 1(13) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta' Mejju 1993 dwar servizzi ta' investiment fil-qasam ta' titoli (1)."
"Għal kull sena finanzjarja li tibda fil, jew wara l-1 ta' Jannar 2005, kumpanniji rregolati bil-liġi ta' Stat Membru għandhom jippreparaw il-kontijiet ikkonsolidati tagħhom b'konformità mal-proċedura stabbilita skont l-Artikolu 3(1) jekk, fid-data tal-balance sheet tagħhom, it-titoli tagħhom ikunu aċċettati għall-kummerċ f'suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE."
Emenda 239
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – punt 79 – paragrafu 2 – punt 1b (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002
Artikolu 5
(1b)  l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 5
"Artikolu 5
Għażliet fir-rigward ta' kontijiet annwali u ta' kumpanniji mhux negozjati pubblikament
Għażliet fir-rigward ta' kontijiet annwali u ta' kumpanniji mhux negozjati pubblikament
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jirrikjedu:
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jirrikjedu:
(a)  il-kumpaniji riferiti fl-Artikolu 4 biex jippreparaw il-kontijiet annwali tagħhom.
(a)  il-kumpaniji riferiti fl-Artikolu 4 biex jippreparaw il-kontijiet annwali tagħhom.
(b)  Il-kumpaniji, apparti minn dawk riferiti f'Artikolu 4 biex jippreparaw il-kontijiet konsolidati tagħhom u/jew il-kontijiet annwali tagħhom,
(b)  Il-kumpaniji, apparti minn dawk riferiti f'Artikolu 4 biex jippreparaw il-kontijiet konsolidati tagħhom u/jew il-kontijiet annwali tagħhom,
b'konformità ma' l-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita f'Artikolu 6(2)."
b'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati bi qbil mal-Artikolu 3(1)."
Emenda 240
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – punt 79 – paragrafu 2 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002
Artikolu 5a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(1) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(1) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 241
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – punt 79 – paragrafu 2 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002
Artikolu 5a – paragrafu 6
Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 242
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – punt 79 – paragrafu 2 – punt 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002
Artikolu 5b
Artikolu 5b
imħassar
Proċedura ta' urġenza
1.  L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f'konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' joġġezzjona għal att delegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5a(6). F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Emenda 243
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – punt 79 – paragrafu 2 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002
Artikoli 6 u 7
(3)  jitħassru l-Artikoli 6 u 7.
(3)  jitħassar l-Artikolu 6.
Emenda 244
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – punt 79 – paragrafu 2 – punt 3a (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002
Artikolu 7
(3a)  l-Artikolu 7 jiġi sostitwit b'li ġej:
"Artikolu 7
"Artikolu 7
Rapportaġġ u koordinazzjoni
Rapportaġġ u koordinazzjoni
1.  Il-Kummissioni għandha żżomm kuntatt fuq bażi regolari mal-Kumitat rigward l-istat tal-proġetti attivi tal-IASB u dwar kull dokument relatat maħruġ mill-IASB sabiex tikkoordina l-pożizzjonijiet u biex tiffaċilita d-diskussjonijiet li jikkonċernaw l-adozzjoni ta' standards li jistgħu jirriżultaw minn dawn il-proġetti u dokumenti.
1.  Il-Kummissioni għandha tinforma fuq bażi regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-istat tal-proġetti attivi tal-IASB u dwar kull dokument relatat maħruġ mill-IASB sabiex tikkoordina l-pożizzjonijiet u biex tiffaċilita d-diskussjonijiet li jikkonċernaw l-adozzjoni ta' standards li jistgħu jirriżultaw minn dawn il-proġetti u dokumenti.
2.  Il-Kummissjoni tħejji debitament rapport lill-Kumitat fi żmien xieraq jekk ikollha l-intenzjoni li ma tipproponiex l-adozzjoni ta' standard."
2.  Il-Kummissjoni għandha debitament tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xieraq jekk ikollha l-intenzjoni li ma tipproponix l-adozzjoni ta' standard."
Emenda 245
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – punt 80 – paragrafu 1
Sabiex id-Direttiva 2009/110/KE tiġi adattata bil-għan li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-inflazzjoni jew l-iżviluppi tas-suq u dawk teknoloġiċi, kif ukoll sabiex tkun żgurata applikazzjoni konverġenti ta' ċerti eżenzjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda dik id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Id-Direttiva 2009/110/KE tinkludi, fl-Artikolu 14, l-għoti ta' setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri li huma neċessarji għall-aġġornament tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva "sabiex tieħu kont tal-inflazzjoni jew tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq" skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju. Għoti tas-setgħa bħal dan, jekk jiġi adattat għal għoti tas-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati mingħajr tibdil ulterjuri, ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 290 tat-TFUE rigward l-ispeċifikazzjoni neċessarja tal-objettivi, il-kontenut u l-kamp ta' applikazzjoni tad-delega tas-setgħa. Meta jitqies li sal-lum il-Kummissjoni ma użatx din is-setgħa, dan għandu titħassar.
Emenda 246
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – punt 80 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2009/110/KE
Artikolu 14
(1)  l-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:
(1)  l-Artikolu 14 huwa mħassar.
Artikolu 14
Atti delegati
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a:
a)  li jemenda din id-Direttiva sabiex jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-inflazzjoni jew l-iżviluppi tas-suq u dawk teknoloġiċi;
b)  li jemenda l-Artikolu 1(4) u (5) sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konverġenti tal-eżenzjonijiet imsemmija f'dawk id-dispożizzjonijiet.";
Emenda 247
Proposta għal regolament
Anness I – Parti VIII – punt 80 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2009/110/KE
Artikolu 14a
(2)  jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej:
imħassar
"Artikolu 14a
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.; ’
Emenda 248
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 81 – paragrafu 2 – punt 4
Id-Direttiva 75/324/KEE
Artikolu 10a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 10(3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 10(3) għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 249
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 81 – paragrafu 2 – punt 4
Id-Direttiva 75/324/KEE
Artikolu 10a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 5 u l-Artikolu 10(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 5 u l-Artikolu 10(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 250
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 83 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 80/181/KEE
Artikolu 6a – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 6ċ li jistabbilixxi indikazzjonijiet supplimentari.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 6c sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi indikazzjonijiet supplimentari.
Emenda 251
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 83 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 80/181/KEE
Artikolu 6c – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6a għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6a għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 252
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 83 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 80/181/KEE
Artikolu 6c – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 253
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 84 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 97/67/KE
Artikolu 16 – paragrafu 6
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a li jispeċifika tali kundizzjonijiet standardizzati.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika tali kundizzjonijiet standardizzati.
Emenda 254
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 84 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 97/67/KE
Artikolu 20a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 255
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 86 – paragrafu 2 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003
Artikolu 31a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 29(4) u fl-Artikolu 31 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 29(4) u fl-Artikolu 31(1) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 256
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 88 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2004/10/KE
Artikolu 3b – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3a u fl-Artikolu 5(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3a u fl-Artikolu 5(2) għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 257
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 90 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 2006/123/KE
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 39a li jistabbilixxi kriterji komuni sabiex jiġi definit, għall-finijiet tal-assigurazzjoni jew tal-garanziji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, x'inhu xieraq għan-natura u l-firxa tar-riskju.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 39a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi kriterji komuni sabiex jiġi definit, għall-finijiet tal-assigurazzjoni jew tal-garanziji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, x'inhu xieraq għan-natura u l-firxa tar-riskju.
Emenda 258
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 90 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 2006/123/KE
Artikolu 36 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 39a sabiex tispeċifika l-limiti ta' żmien previsti fl-Artikoli 28 u 35.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 39a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika l-limiti ta' żmien previsti fl-Artikoli 28 u 35.
Emenda 259
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 90 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 2006/123/KE
Artikolu 39a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 23(4) u fl-Artikolu 36 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 23(4) u fl-Artikolu 36 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 260
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 90 – paragrafu 2 – punt 3
Direttiva 2006/123/KE
Artikolu 39a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 23(4) u l-Artikolu 36 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 23(4) u l-Artikolu 36 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 261
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 91 – paragrafu 1 – it-tieni inċiż
—  temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament f'ċerti każijiet;
—  temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament;
Emenda 262
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 91 – paragrafu 3 – punt 1
Regolament (KE) Nru 1907/2006
Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 131a li jistipula metodi tal-ittestjar.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 131a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula metodi tal-ittestjar.
Emenda 263
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 91 – paragrafu 3 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1907/2006
Artikolu 41 – paragrafu 7
"7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 131a, wara li tikkonsulta mal-Aġenzija, sabiex tvarja l-perċentwal tad-dossiers magħżula u sabiex temenda jew tinkludi kriterji ulterjuri fil-paragrafu 5."
"7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 131a, wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, sabiex temenda dan ir-Regolament billi tvarja l-perċentwal tad-dossiers magħżula u billi taġġorna jew tinkludi kriterji ulterjuri fil-paragrafu 5."
Emenda 264
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 91 – paragrafu 3 – punt 4a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1907/2006
Artikolu 73 – paragrafu 2
(4a)  fl-Artikolu 73, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  Għandha tittieħed deċiżjoni finali skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(4). Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz ta' l-emenda lill-Istat Membru mill-inqas 45 jum qabel il-votazzjoni.
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 131a, sabiex tissupplementa dan ir-Regolament mad-deċiżjoni finali dwar l-emendar tal-Anness XVII."
Emenda 265
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 91 – paragrafu 3 – punt 6
Regolament (KE) Nru 1907/2006
Artikolu 131a
"Artikolu 131a
"Artikolu 131a
Eżerċitar tad-Delega
Eżerċitar tad-Delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(2) u (3), fl-Artikolu 41(7), fl-Artikolu 58(1) u (8), fl-Artikolu  68(1) u (2), fl-Artikolu 131 u fl-Artikolu 138(9) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(2) u (3), fl-Artikolu 41(7), fl-Artikolu 58(1) u (8), fl-Artikolu 68(1) u (2), fl-Artikolu 73(2), fl-Artikolu 131 u fl-Artikolu 138(9) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13(2) u (3), fl-Artikolu 41(7), fl-Artikolu 58(1) u (8), fl-Artikolu 68(1) u (2), fl-Artikolu 131 u fl-Artikolu 138(9) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13(2) u (3), fl-Artikolu 41(7), fl-Artikolu 58(1) u (8), fl-Artikolu 68(1) u (2), fl-Artikolu 73(2), fl-Artikolu 131 u fl-Artikolu 138(9) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 13(2) u (3), l-Artikolu 41(7), l-Artikolu 58(1) u (8), l-Artikolu 68(1) u (2), l-Artikolu 131 u l-Artikolu 138(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 13(2) u (3), l-Artikolu 41(7), l-Artikolu 58(1) u (8), l-Artikolu 68(1) u (2), l-Artikolu 73(2), l-Artikolu 131 u l-Artikolu 138(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
_____________________
_____________________
ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
Emenda 266
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 94 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 2009/48/KE
Artikolu 46a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 46 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 46 għal perjodu ta' ħames snin minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 267
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 94 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 2009/48/KE
Artikolu 46a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 46 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 46 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
.
Emenda 268
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 97 – paragrafu 2 – punt 1 – punt a
Direttiva 2009/125/KE
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta tali atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta tali atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a billi tissupplimenta din id-Direttiva.
Emenda 269
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 97 – paragrafu 2 – punt 1 – punt c
Direttiva 2009/125/KE
Artikolu 15 – paragrafu 10
"10. Fejn ikun xieraq, att delegat li jistipula rekwiżiti għall-ekodisinn għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-ibbilanċjar tad-diversi aspetti ambjentali."
"10. Meta jkun xieraq, att delegat li jistipula rekwiżiti għall-ekodisinn għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-ibbilanċjar tad-diversi aspetti ambjentali. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta tali atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a billi tissupplimenta din id-Direttiva."
Ġustifikazzjoni
Kjarifika tal-għoti tas-setgħa (jiġifieri biex tissupplimenta).
Emenda 270
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 97 – paragrafu 2 – punt 2
Direttiva 2009/125/KE
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta dawk il-miżuri permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta dawk il-miżuri permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a billi tissupplimenta din id-Direttiva.";
Emenda 271
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 97 – paragrafu 2 – punt 3
Direttiva 2009/125/KE
Artikolu 18a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(1) u fl-Artikolu 16(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(1) u fl-Artikolu 16(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 272
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 98 – paragrafu 2 – punt 2
Regolament (KE) Nru 661/2009
Artikolu 14
"Artikolu 14
"Artikolu 14
Setgħat delegati
Setgħat delegati
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a meħtieġa fid-dawl tal-progress tekniku fir-rigward ta':
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a sabiex temenda dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress tekniku billi tistipula dan li ġej:
(a)  miżuri li jemendaw il-valuri ta' limitu fuq ir-reżistenza tad-tidwir u l-ħsejjes tad-tidwir stipulati fil-Partijiet B u Ċ tal-Anness II safejn dan ikun meħtieġ bħala riżultat tal-bidliet fil-proċeduri tat-testijiet u mingħajr ma jitbaxxa l-livell tal-ħarsien tal-ambjent;
(b)  miżuri li jemendaw l-Anness IV sabiex jiġu inklużi r-Regolamenti UNECE li huma obbligatorji skont l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni 97/836/KE.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress tekniku billi tistipula dan li ġej:
(a)  regoli dettaljati rigward il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur, it-trejlers u komponenti tagħhom u unitajiet tekniċi separati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 12;
(a)  regoli dettaljati rigward il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur, it-trejlers u komponenti tagħhom u unitajiet tekniċi separati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 12;
(b)  regoli dettaljati rigward ir-rekwiżiti ta' sikurezza speċifiċi għal vetturi intenzjonati għat-trasport ta' merkanzija perikoluża fit-toroq fl-Istati Membri jew bejn Stat Membru u ieħor, filwaqt li jitqies ukoll ir-Regolament UNECE 105;
(b)  regoli dettaljati rigward ir-rekwiżiti ta' sikurezza speċifiċi għal vetturi intenzjonati għat-trasport ta' merkanzija perikoluża fit-toroq fl-Istati Membri jew bejn Stat Membru u ieħor, filwaqt li jitqies ukoll ir-Regolament UNECE 105;
(c)  definizzjoni aktar preċiża tal-karatteristiċi fiżiċi u tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni li tajer għandu jissodisfa sabiex jiġi definit bħala "tajer ta' użu speċjali", "tajer professjonali għas-sewqan off-road", "tajer imsaħħaħ", "tajer extra load", "tajer għas-sewqan fil-borra", "spare tajer tat-tip T għal użu temporanju" jew "tajer tat-trazzjoni" f'konformità mal-punti 8 sa 13 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3;
(c)  definizzjoni aktar preċiża tal-karatteristiċi fiżiċi u tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni li tajer għandu jissodisfa sabiex jiġi definit bħala "tajer ta' użu speċjali", "tajer professjonali għas-sewqan off-road", "tajer imsaħħaħ", "tajer extra load", "tajer għas-sewqan fil-borra", "spare tajer tat-tip T għal użu temporanju" jew "tajer tat-trazzjoni" f'konformità mal-punti 8 sa 13 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3;
(d)  miżuri li jemendaw il-valuri ta' limitu fuq ir-reżistenza tad-tidwir u l-ħsejjes tad-tidwir stipulati fil-Partijiet B u Ċ tal-Anness II safejn dan ikun meħtieġ bħala riżultat tal-bidliet fil-proċeduri tat-testijiet u mingħajr ma jitbaxxa l-livell tal-ħarsien tal-ambjent;
(e)  regoli dettaljati dwar il-proċedura għad-determinazzjoni tal-livelli tal-ħoss imsemmija fil-punt 1 tal-Parti Ċ tal-Anness II;
(e)  regoli dettaljati dwar il-proċedura għad-determinazzjoni tal-livelli tal-ħoss imsemmija fil-punt 1 tal-Parti Ċ tal-Anness II;
(f)  miżuri li jemendaw l-Anness IV sabiex jiġu inklużi r-Regolamenti UNECE li huma obbligatorji skont l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni 97/836/KE;
(g)  dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur, it-trejlers u l-komponenti tagħhom u unitajiet tekniċi separati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 12;
(g)  dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur, it-trejlers u l-komponenti tagħhom u unitajiet tekniċi separati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 12;
(h)  miżuri li jeżentaw ċerti vetturi jew klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 mill-obbligu li jinstallaw is-sistemi avvanzati tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 10, wara analiżi tal-ispejjeż/benefiċċji u wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-aspetti rilevanti kollha tas-sikurezza, l-applikazzjoni ta' dawk is-sistemi turi li ma tkunx xierqa għall-vettura jew għall-klassi ta' vetturi kkonċernata;
(h)  miżuri li jeżentaw ċerti vetturi jew klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 mill-obbligu li jinstallaw is-sistemi avvanzati tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 10, wara analiżi tal-ispejjeż/benefiċċji u wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-aspetti rilevanti kollha tas-sikurezza, l-applikazzjoni ta' dawk is-sistemi turi li ma tkunx xierqa għall-vettura jew għall-klassi ta' vetturi kkonċernata;
(i)  miżuri oħrajn meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.";
(i)  miżuri oħrajn meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.";
Emenda 273
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 98 – paragrafu 2 – punt 3
Regolament (KE) Nru 661/2009
Artikolu 14a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 14(2) għal perijodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għal perjodu ta' ħames snin minn … [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
(Ir-referenza għall-header fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti IX – punt 98 – paragrafu 2 – punt 3") tikkorrispondi għall-"Anness I – Parti IX – punt 98 –paragrafu 2 – punt 2" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I – Parti IX – punt 98 – paragrafu 2 – punt 2 hija dupplikata) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 274
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 98 – paragrafu 2 – punt 3
Regolament (KE) Nru 661/2009
Artikolu 14a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
(Ir-referenza għall-header fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti IX – punt 98 – paragrafu 2 – punt 3") tikkorrispondi għall-"Anness I – Parti IX – punt 98 –paragrafu 2 – punt 2" tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I – Parti IX – punt 98 – paragrafu 2 – punt 2 hija dupplikata) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 275
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 99 – paragrafu 1 – inċiż 8a (ġdid)
—  tissupplimenta dan ir-Regolament billi tawtorizza derogi mill-projbizzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali, f'każ li jinqala' tħassib serju rigward is-sikurezza ta' ingredjent kożmetiku eżistenti.
Emenda 276
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 99 – paragrafu 3
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 dwar id-derogi b'rabta mal-ittestjar fuq l-annimali, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tadotta deċiżjonijiet li jawtorizzaw derogi mill-projbizzjoni fuq l-ittestjar fuq l-annimali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 277
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 99 – paragrafu 4 – punt 6
Regolament (KE) Nru 1223/2009
Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 9
"Il-miżuri msemmija fis-sitt subparagrafu għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2)."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprovdi awtorizzazzjoni tad-deroga msemmija fis-sitt subparagrafu."
Emenda 278
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 99 – paragrafu 4 – punt 7
Regolament (KE) Nru 1223/2009
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a li jistabbilixxi lista ta' kriterji komuni għall-pretensjonijiet li jistgħu jintużaw fir-rigward tal-prodotti kożmetiċi, wara li tikkonsulta mal-SCCS jew ma' awtoritajiet rilevanti oħrajn u wara li tieħu f'kunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29/KE."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta' kriterji komuni għall-pretensjonijiet li jistgħu jintużaw fir-rigward tal-prodotti kożmetiċi, wara li tikkonsulta mal-SCCS jew ma' awtoritajiet rilevanti oħrajn u wara li tieħu f'kunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29/KE."
Emenda 279
Proposta għal regolament
Anness I – Parti IX – punt 99 – paragrafu 4 – punt 9
Regolament (KE) Nru 1223/2009
Artikolu 31a
"Artikolu 31a
"Artikolu 31a
Eżerċitar tad-delega
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3), fl-Artikolu 13(8), fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(1) u (2), fl-Artikolu 16(8) u (9), fl-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 31(1), (2) u (3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3), fl-Artikolu 13(8), fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(1) u (2), fl-Artikolu 16(8) u (9), fl-Artikolu 18(2), fl-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 31(1), (2) u (3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), fl-Artikolu 13(8), fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(1) u (2), fl-Artikolu 16(8) u (9), fl-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 31(1), (2) u (3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), fl-Artikolu 13(8), fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(1) u (2), fl-Artikolu 16(8) u (9), l-Artikolu 18(2), fl-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 31(1), (2) u (3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(3), l-Artikolu 13(8), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 15(1) u (2), l-Artikolu 16(8) u (9), l-Artikolu 20(2) u l-Artikolu 31(1), (2) u (3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(3), l-Artikolu 13(8), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 15(1) u (2), l-Artikolu 16(8) u (9), l-Artikolu 18(2), l-Artikolu 20(2) u l-Artikolu 31(1), (2) u (3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
_____________________
_____________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
Emenda 280
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 102 – paragrafu 2 – punt 2
Ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(1) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata d-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11(1) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 281
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 104 – paragrafu 1
Sabiex id-Direttiva 97/70/KE tiġi adattata għall-evoluzzjoni tal-liġi internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda dik id-Direttiva bil-għan li tapplika l-emendi sussegwenti għall-Protokoll ta' Torremolinos. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex id-Direttiva 97/70/KE tiġi adattata għall-evoluzzjoni tal-liġi internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda dik id-Direttiva bil-għan li tapplika l-emendi sussegwenti għall-Protokoll ta' Torremolinos u biex tissuplimentah billi tadotta dispożizzjonijiet għal interpretazzjoni armonizzata ta' dawk id-dispożizzjonijiet tal-Anness għall-Protokoll ta' Torremolinos li tħallew għad-diskrezzjoni tal-amministrazzjonijiet tal-partijiet kontraenti individwali.
Sabiex jiġi żgurat li l-istandards tal-Unjoni jkunu protetti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat, li jemendaw din id-Direttiva sabiex tkun eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha kwalunkwe emenda għall-Protokoll ta' Torremolinos jekk, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju ċar li tali emenda internazzjonali tbaxxi l-istandard tas-sikurezza marittima, tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri jew tal-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord il-vapuri, stabbiliti mil-leġiżlazzjoni marittima tal-Unjoni, jew li tali emenda tkun inkompatibbli ma' dan tal-aħħar.
Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 282
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 104 – paragrafu 2
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 97/70/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tadotta dispożizzjonijiet għal interpretazzjoni armonizzata ta' dawk id-dispożizzjonijiet tal-Anness għall-Protokoll ta' Torremolinos li tħallew għad-diskrezzjoni tal-amministrazzjonijiet ta' partijiet kontraenti individwali, safejn meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom fl-Unjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 283
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 104 – paragrafu 3 – punt 1
Direttiva 97/70/KE
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi interpretazzjoni armonizzata ta' dawk id-dispożizzjonijiet tal-Anness għall-Protokoll ta' Torremolinos li tħallew għad-diskrezzjoni tal-amministrazzjonijiet ta' partijiet kontraenti individwali, safejn meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom fl-Unjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2).
2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a biex tissupplimenta din id-Direttiva sabiex tistabbilixxi interpretazzjoni armonizzata ta' dawk id-dispożizzjonijiet tal-Anness għall-Protokoll ta' Torremolinos li tħallew għad-diskrezzjoni tal-amministrazzjonijiet ta' partijiet kontraenti individwali.
Emenda 284
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 104 – paragrafu 3 – punt 1
Direttiva 97/70/KE
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  L-emendi għall-istrument internazzjonali msemmi fl-Artikolu 2(4) jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8a, li jemendaw din id-Direttiva sabiex teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha kwalunkwe emenda għall-istrument internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(4) jekk, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju ċar li tali emenda internazzjonali se tbaxxi l-istandard tas-sikurezza marittima, tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri jew tal-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord il-vapuri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni marittima tal-Unjoni, jew tkun inkompatibbli ma' dan tal-aħħar.
Emenda 285
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 104 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 97/70/KE
Artikolu 8a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(1) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 286
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 104 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 97/70/KE
Artikolu 8a – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
Emenda 287
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 104 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 97/70/KE
Artikolu 8a – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 288
Proposta għal regolament
Anness I – Parti III – punt 105 – paragrafu 2a (ġdid)
Sabiex jiġi żgurat li l-istandards tal-Unjoni jiġu protetti, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni li qed temenda din id-Direttiva sabiex teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha kwalunkwe emenda għall-Marpol 73/78 jekk, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju ċar li tali emenda internazzjonali tbaxxi l-istandard tas-sikurezza marittima, tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri jew tal-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord il-vapuri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni marittima tal-Unjoni, jew tkun inkompatibbli ma' dan tal-aħħar.
Emenda 289
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 105 – paragrafu 3 – punt 1
Direttiva 2000/59/KE
Artikolu 13a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 290
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 105 – paragrafu 3 – punt 3
Direttiva 2000/59/KE
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13, li jemendaw din id-Direttiva sabiex teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha kwalunkwe emenda għall-istrument internazzjonali msemmi fl-Artikolu 2 biss jekk, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju ċar li tali emenda internazzjonali se tbaxxi l-istandard tas-sikurezza marittima, tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri jew tal-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord il-vapuri stabbilit mil-leġiżlazzjoni marittima tal-Unjoni, jew ikun inkompatibbli ma' dan tal-aħħar.
____________________
* Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).".
Emenda 291
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 106 – paragrafu 1a (ġdid)
Sabiex jiġi żgurat li l-istandards tal-Unjoni jkunu protetti, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni li qed temenda din id-Direttiva sabiex teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha kwalunkwe emenda għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva jekk, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju ċar li tali emenda internazzjonali tbaxxi l-istandard tas-sikurezza marittima, tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri jew tal-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord il-vapuri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni marittima tal-Unjoni, jew ikunu inkompatibbli ma' dan tal-aħħar.
Emenda 292
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 106 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 2001/96/KE
Artikolu 15 – paragrafu 3
L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 jistgħu jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15a biex temenda din id-Direttiva sabiex teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha kwalunkwe emenda għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 jekk, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju ċar li l-emenda internazzjonali tbaxxi l-istandard tas-sikurezza marittima, tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri jew tal-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord il-vapuri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni marittima tal-Unjoni, jew tkun inkompatibbli ma' dan tal-aħħar.
Emenda 293
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 106 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 2001/96/KE
Artikolu 15 – nota f'qiegħ il-paġna
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
imħassar
Ġustifikazzjoni
Referenza żbaljata
Emenda 294
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 106 – paragrafu 3 – punt 3
Direttiva 2001/96/KE
Artikolu 15a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 295
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 111 – paragrafu 3 – punt 1 – punt a – punt ii
Regolament (KE) Nru 782/2003
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a dwar l-istabbiliment ta' stħarriġ armonizzat u reġim ta' ċertifikazzjoni għall-bastimenti msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, jekk ikun meħtieġ."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi stħarriġ armonizzat u reġim ta' ċertifikazzjoni għall-bastimenti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jekk ikun meħtieġ."
Emenda 296
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 111 – paragrafu 3 – punt 4
Regolament (KE) Nru 782/2003
Artikolu 8a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 297
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 112 – paragrafu 3 – punt 1 – punt b
Direttiva 2004/52/KE
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 4a dwar id-definizzjoni tas-servizz elettroniku Ewropew dwar ġbir tat-taxxi tat-toroq. Tali atti għandhom jiġu adottati biss jekk ikun hemm fis-seħħ il-kundizzjonijiet kollha, evalwati abbażi ta' studji xierqa, sabiex l-interoperabilità tkun tista' taħdem mill-aspetti kollha, inklużi l-kundizzjonijiet tekniċi, ġuridiċi u kummerċjali.
4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 4a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi s-servizz elettroniku Ewropew dwar ġbir tat-taxxi tat-toroq. Tali atti għandhom jiġu adottati biss jekk ikun hemm fis-seħħ il-kundizzjonijiet kollha, evalwati abbażi ta' studji xierqa, sabiex l-interoperabilità tkun tista' taħdem mill-aspetti kollha, inklużi l-kundizzjonijiet tekniċi, ġuridiċi u kummerċjali.
Emenda 298
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 112 – paragrafu 3 – punt 1 – punt b
Direttiva 2004/52/KE
Artikolu 4 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 4a dwar id-deċiżjonijiet tekniċi li jirrigwardjaw it-twettiq tas-servizz elettroniku Ewropew dwar ġbir tat-taxxi tat-toroq.;
5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 4a sabiex tissupplementa din id-Direttiva billi tadotta deċiżjonijiet tekniċi li jirrigwardjaw it-twettiq tas-servizz elettroniku Ewropew dwar ġbir tat-taxxi tat-toroq.";
Emenda 299
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 112 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 2004/52/KE
Artikolu 4a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2), (4) u (5) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2), (4) u (5) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 300
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 113 – paragrafu 2 – punt 2
Direttiva 2004/54/KE
Artikolu 16a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 301
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 114 – paragrafu 1
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 jiġi adattat għall-evoluzzjoni tal-liġi internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda dak ir-Regolament bil-għan li tintegra l-emendi għal ċerti strumenti internazzjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 jiġi adattat għall-evoluzzjoni tal-liġi internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda dak ir-Regolament bil-għan li tintegra l-emendi għal ċerti strumenti internazzjonali u li tissupplimentahom bil-għan li tistabbilixxi proċeduri armonizzati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Kodiċi ISPS, mingħajr ma jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 302
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 114 – paragrafu 2
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi l-proċeduri armonizzati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Kodiċi ISPS, mingħajr ma jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 303
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 114 – paragrafu 3 – punt 1
Regolament (KE) Nru 725/2004
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri armonizzati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Kodiċi ISPS, mingħajr ma twessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi proċeduri armonizzati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Kodiċi ISPS, mingħajr ma twessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.";
Emenda 304
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 114 – paragrafu 3 – punt 2
Regolament (KE) Nru 725/2004
Artikolu 10a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 305
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 117 – paragrafu 2 – punt 1
Regolament (KE) Nru 868/2004
Artikolu 5 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a fir-rigward ta' metodoloġija dettaljata għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta' prassi ta' prezzijiet ta' bejgħ mhux ekwi. Din il-metodoloġija għandha tkopri, fost l-oħrajn, il-mod ta' kif għandhom jiġu vvalutati l-prezzijiet normali kompetittivi, l-ispejjeż reali u l-marġini ta' profitt raġonevoli fil-kuntest speċifiku tas-settur tal-avjazzjoni."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodoloġija dettaljata għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta' prassi ta' prezzijiet ta' bejgħ mhux ekwi. Din il-metodoloġija għandha tkopri, fost l-oħrajn, il-mod ta' kif għandhom jiġu vvalutati l-prezzijiet normali kompetittivi, l-ispejjeż reali u l-marġini ta' profitt raġonevoli fil-kuntest speċifiku tas-settur tal-avjazzjoni."
Emenda 306
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 117 – paragrafu 2 – punt 2
Regolament (KE) Nru 868/2004
Artikolu 14a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 307
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 121 – paragrafu 3 – punt 1 – punt a
Direttiva 2006/126/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a fir-rigward ta' rekwiżiti għall-mikroċippa msemmija fl-Anness I. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jipprevedu approvazzjoni tat-tip tal-KE, li għandha tingħata biss meta tintwera l-abbiltà ta' reżistenza għal attentati ta' tbagħbis jew tibdil tad-dejta.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi rekwiżiti għall-mikroċippa msemmija fl-Anness I. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jipprevedu approvazzjoni tat-tip tal-KE, li għandha tingħata biss meta tintwera l-abbiltà ta' reżistenza għal attentati ta' tbagħbis jew tibdil tad-data.
Emenda 308
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 121 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 2006/126/KE
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a sabiex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet xierqa kontra l-falsifikazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 8a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet xierqa kontra l-falsifikazzjoni.
Emenda 309
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 121 – paragrafu 3 – punt 4
Direttiva 2006/126/KE
Artikolu 8a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(2) u (3), fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(2) u (3), fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 8 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 310
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 123 – paragrafu 3 – punt 1
Direttiva 2007/59/KE
Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a li jistabbilixxi, abbażi ta' abbozz imħejji mill-Aġenzija, mudell tal-Komunità għal-liċenzja, iċ-ċertifikat u l-kopja attestata taċ-ċertifikat, kif ukoll tiddetermina l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom, filwaqt li tikkunsidra l-miżuri kontra l-falsifikazzjoni fihom.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi, abbażi ta' abbozz imħejji mill-Aġenzija, mudell tal-Komunità għal-liċenzja, iċ-ċertifikat u l-kopja attestata taċ-ċertifikat, kif ukoll tiddetermina l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom, filwaqt li tikkunsidra l-miżuri kontra l-falsifikazzjoni fihom.
Emenda 311
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 123 – paragrafu 3 – punt 1
Direttiva 2007/59/KE
Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a li jistabbilixxi, abbażi ta' rakkomandazzjoni mħejjija mill-Aġenzija, il-Kodiċijiet tal-Komunità għat-tipi differenti fil-kategoriji A u B imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. ;
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi, abbażi ta' rakkomandazzjoni mħejjija mill-Aġenzija, il-Kodiċijiet tal-Komunità għat-tipi differenti fil-kategoriji A u B imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 312
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 123 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 2007/59/KE
Artikolu 22 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
"Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a li jistabbilixxi, abbażi ta' abbozz imħejji mill-Aġenzija, il-parametri bażiċi tar-reġistri li jridu jiġu stabbiliti, bħad-dejta li trid tiġi rreġistrata, il-format tagħhom u l-protokoll dwar l-iskambju tad-dejta, id-drittijiet ta' aċċess, it-tul ta' żmien taż-żamma tad-dejta u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'każijiet ta' falliment."
"Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi, abbażi ta' abbozz imħejji mill-Aġenzija, il-parametri bażiċi tar-reġistri li jridu jiġu stabbiliti, bħad-data li trid tiġi rreġistrata, il-format tagħhom u l-protokoll dwar l-iskambju tad-data, id-drittijiet ta' aċċess, it-tul ta' żmien taż-żamma tad-data u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'każijiet ta' falliment."
Emenda 313
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 123 – paragrafu 3 – punt 3 – punt b
Direttiva 2007/59/KE
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a sabiex tistabbilixxi dawk il-kriterji."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi dawk il-kriterji."
Emenda 314
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 123 – paragrafu 3 – punt 4
Direttiva 2007/59/KE
Artikolu 25 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
L-għażla tal-eżaminaturi u tal-eżamijiet tista' tkun soġġetta għal kriterji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a li jistabbilixxi tali kriterji tal-Unjoni abbażi ta' abbozz imħejji mill-Aġenzija.
L-għażla tal-eżaminaturi u tal-eżamijiet tista' tkun soġġetta għal kriterji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi tali kriterji tal-Unjoni abbażi ta' abbozz imħejji mill-Aġenzija.
Emenda 315
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 123 – paragrafu 3 – punt 6
Direttiva 2007/59/KE
Artikolu 31a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 22(4), fl-Artikolu 23(3), fl-Artikolu 25(5), fl-Artikolu 31(1) u fl-Artikolu 34 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 22(4), fl-Artikolu 23(3), fl-Artikolu 25(5), fl-Artikolu 31(1) u fl-Artikolu 34 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 316
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 123 – paragrafu 3 – punt 8
Direttiva 2007/59/KE
Artikolu 34 – paragrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operattivi għal smart card."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operattivi għal tali smart card.".
Emenda 317
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 124 – paragrafu 3 – punt 1
Regolament (KE) Nru 1371/2007
Artikolu 34 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34a dwar il-miżuri msemmija fl-Artikoli 2, 10 u 12.
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikoli 2, 10 u 12.
Emenda 318
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 124 – paragrafu 3 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1371/2007
Artikolu 34a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 33 u fl-Artikolu 34 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 33 u fl-Artikolu 34 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 319
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 126 – paragrafu 3 – punt 1
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 7 – paragrafu 1a
"1a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12a li jiddetermina kriterji komuni li abbażi tagħhom trid tiġi rrapportata s-severità ta' aċċident, inkluż in-numru ta' fatalitajiet u persuni korruti."
"1a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiddetermina kriterji komuni li abbażi tagħhom trid tiġi rrapportata s-severità ta' aċċident, inkluż in-numru ta' fatalitajiet u persuni korruti.";
Emenda 320
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 126 – paragrafu 3 – punt 4
Direttiva 2008/96/KE
Artikolu 12a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1a) u fl-Artikolu 12 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1a) u fl-Artikolu 12 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 321
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 127 – paragrafu 3 – punt 1 – punt a – punt i
Regolament (KE) Nru 300/2008
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a li jistipula ċerti elementi tal-istandards bażiċi komuni."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula ċerti elementi tal-istandards bażiċi komuni."
Emenda 322
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 127 – paragrafu 3 – punt 1 – punt b
Regolament (KE) Nru 300/2008
Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a li jiffissa kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni msemmija fil-paragrafu 1 u jadottaw miżura ta' sigurtà alternattivi li jipprovdu livell adegwat ta' protezzjoni abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju lokali. Tali miżuri alternattivi għandhom jiġu ġustifikati b'raġunijiet marbutin mad-daqs tal-inġenju tal-ajru, jew b'raġunijiet marbutin man-natura, l-iskala jew il-frekwenza tal-operazzjonijiet jew ta' attivitajiet rilevanti oħrajn.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni msemmija fil-paragrafu 1 u jadottaw miżuri ta' sigurtà alternattivi li jipprovdu livell adegwat ta' protezzjoni abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju lokali. Tali miżuri alternattivi għandhom jiġu ġustifikati b'raġunijiet marbutin mad-daqs tal-inġenju tal-ajru, jew b'raġunijiet marbutin man-natura, l-iskala jew il-frekwenza tal-operazzjonijiet jew ta' attivitajiet rilevanti oħrajn.
Emenda 323
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 127 – paragrafu 3 – punt 3
Regolament (KE) Nru 300/2008
Artikolu 18a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2) u (4) u fl-Artikolu 11(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2) u (4) u fl-Artikolu 11(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 324
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 129 – paragrafu 1a (ġdid)
Sabiex jiġi żgurat li l-istandards tal-Unjoni jkunu protetti, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni li qed temenda din id-Direttiva sabiex teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha kwalunkwe emenda għall-Kodiċi OMI għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti fuq il-Baħar jekk, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju ċar li tali emenda internazzjonali tbaxxi l-istandard tas-sikurezza marittima, tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri jew tal-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord il-vapuri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni marittima tal-Unjoni, jew tkun inkompatibbli ma' dan tal-aħħar.
Emenda 325
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 129 – paragrafu 3 – punt 1
Direttiva 2009/18/KE
Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a dwar il-metodoloġija komuni għall-investigazzjoni tad-diżgrazzji u l-inċidenti fuq il-baħar, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni kwalunkwe lezzjonijiet rilevanti miksuba mill-investigazzjonijiet tas-sikurezza.;
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-metodoloġija komuni għall-investigazzjoni tad-diżgrazzji u l-inċidenti fuq il-baħar, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni kwalunkwe lezzjoni rilevanti miksuba mill-investigazzjonijiet tas-sikurezza.
Emenda 326
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 129 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 2009/18/KE
Artikolu 18a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 20 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 20 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 327
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 129 – paragrafu 3 – punt 4
Direttiva 2009/18/KE
Artikolu 20 – paragrafu 3
3.  Emendi għall-Kodiċi tal-IMO jistgħu jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.
3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18a biex temenda din id-Direttiva sabiex teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha kwalunkwe emenda għall-Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti fuq il-Baħar jekk, fuq il-bażi ta'evalwazzjoni mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju ċar li tali emenda internazzjonali tbaxxi l-istandard tas-sikurezza marittima, tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri jew tal-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord il-vapuri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni marittima tal-Unjoni, jew tkun inkompatibbli ma' dan tal-aħħar.
Emenda 328
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 130 – paragrafu 2 – punt 2
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 8a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 329
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 133 – paragrafu 3 – punt 1
Regolament (KE) Nru 1071/2009
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – paragrafi 1 u 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a li jistabbilixxi lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni li, minbarra dawk stabbiliti fl-Anness IV, jistgħu jwasslu għat-telf ta' reputazzjoni tajba. L-Istati Membri għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-informazzjoni dwar dak il-ksur, inkluża informazzjoni li jirċievu mingħand Stati Membri oħrajn, meta jistabbilixxu l-prijoritajiet għall-verifiki skont l-Artikolu 12(1)."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissuplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni li, minbarra dawk stabbiliti fl-Anness IV, jistgħu jwasslu għat-telf ta' reputazzjoni tajba. L-Istati Membri għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-informazzjoni dwar dak il-ksur, inkluża informazzjoni li jirċievu mingħand Stati Membri oħrajn, meta jistabbilixxu l-prijoritajiet għall-verifiki skont l-Artikolu 12(1)."
Emenda 330
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 133 – paragrafu 3 – punt 6
Regolament (KE) Nru 1071/2009
Artikolu 24a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 8(9) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 8(9) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 331
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 134 – paragrafu 2 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1072/2009
Artikolu 14a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2) u (4) u fl-Artikolu 5(4) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2) u (4) u fl-Artikolu 5(2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 332
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 135 – paragrafu 3 – punt 2 – punt a
Regolament (KE) Nru 1073/2009
Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 5
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a dwar il-proċeduri għall-ismijiet ta' tali trasportaturi u l-punti ta' konnessjoni fir-rotta li jridu jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-proċeduri għall-ismijiet ta' tali trasportaturi u l-punti ta' konnessjoni fir-rotta li jridu jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati."
Emenda 333
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 135 – paragrafu 3 – punt 2 – punt b
Regolament (KE) Nru 1073/2009
Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 3
"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a dwar il-format taċ-ċertifikati.";
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-format taċ-ċertifikati."
Emenda 334
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 135 – paragrafu 3 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1073/2009
Artikolu 6 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a dwar il-format tal-awtorizzazzjonijiet."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-format tal-awtorizzazzjonijiet."
Emenda 335
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 135 – paragrafu 3 – punt 4
Regolament (KE) Nru 1073/2009
Artikolu 7 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a dwar il-format tal-applikazzjonijiet."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-format tal-applikazzjonijiet."
Emenda 336
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 135 – paragrafu 3 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1073/2009
Artikolu 12 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a dwar il-format tal-formola tal-vjaġġ, il-ktieb tal-formoli tal-vjaġġi u l-mod kif jintużaw."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-format tal-formola tal-vjaġġ, il-ktieb tal-formoli tal-vjaġġi u l-mod kif jintużaw."
Emenda 337
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 135 – paragrafu 3 – punt 6
Regolament (KE) Nru 1073/2009
Artikolu 25a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(3) u (5), fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 12(5) u fl-Artikolu 28(3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(3) u (5), fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 12(5) u fl-Artikolu 28(3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 338
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XI – punt 135 – paragrafu 3 – punt 8
Regolament (KE) Nru 1073/2009
Artikolu 28 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a dwar il-format tat-tabella li trid tintuża għall-komunikazzjoni tal-istatistika msemmija fil-paragrafu 2."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 25a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-format tat-tabella li trid tintuża għall-komunikazzjoni tal-istatistika msemmija fil-paragrafu 2."
Emenda 339
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 136 – paragrafu 2 – punt 1
Id-Direttiva 89/108/KEE
Artikolu 4 – paragrafu 3
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a li jiddetermina l-kriterji ta' purità li jridu jiġu ssodisfati minn dawk il-mezzi krijoġeniċi."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiddetermina l-kriterji ta' purità li jridu jiġu ssodisfati minn dawk il-mezzi krijoġeniċi."
Emenda 340
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 136 – paragrafu 2 – punt 2
Id-Direttiva 89/108/KEE
Artikolu 11 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a li jiddetermina l-proċeduri tal-kampjunar għall-oġġetti tal-ikel iffriżati malajr u l-proċeduri għall-monitoraġġ tat-temperatura tagħhom u għall-monitoraġġ tat-temperaturi fil-mezzi tat-trasport, fl-imħażen u fil-ħażna nnifisha.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiddetermina l-proċeduri tal-kampjunar għall-oġġetti tal-ikel iffriżati malajr u l-proċeduri għall-monitoraġġ tat-temperatura tagħhom u għall-monitoraġġ tat-temperaturi fil-mezzi tat-trasport, fl-imħażen u fil-ħażna nnifisha.
Emenda 341
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 136 – paragrafu 2 – punt 3
Id-Direttiva 89/108/KEE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4 u 11 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4 u 11 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 342
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 137 – paragrafu 1
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva 1999/2/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat bil-għan li temenda dik id-Direttiva safejn huwa meħtieġ sabiex tiżgura l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tissupplimenta dik id-Direttiva fir-rigward tal-eċċezzjonijiet li jirrigwardjaw id-doża ta' radjazzjoni massima għall-oġġetti tal-ikel, kif ukoll ir-rekwiżiti supplimentari għall-faċilitajiet. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva 1999/2/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat bil-għan li temenda dik id-Direttiva safejn huwa meħtieġ sabiex tiżgura l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tissupplimenta dik id-Direttiva fir-rigward tal-eċċezzjonijiet li jirrigwardjaw id-doża ta' radjazzjoni massima għall-oġġetti tal-ikel u kif ukoll ir-rekwiżiti supplimentari għall-faċilitajiet. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 343
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 137 – paragrafu 2 – punt 1
Direttiva 1999/2/KE
Artikolu 5 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a li jippermetti eċċezzjonijiet għall-paragrafu 1 billi tikkunsidra l-għarfien xjentifiku disponibbli u l-istandards internazzjonali rilevanti."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva sabiex tippermetti eċċezzjonijiet għall-paragrafu 1 billi tikkunsidra l-għarfien xjentifiku disponibbli u l-istandards internazzjonali rilevanti."
Emenda 344
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 137 – paragrafu 2 – punt 2
Direttiva 1999/2/KE
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a dwar ir-rekwiżit supplimentari msemmi fl-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tieħu f'kunsiderazzjoni r-rekwiżiti f'termini ta' effikaċja u sikurezza tat-trattament użat u b'rabta ma' prattiki ta' iġjene tajba tal-ipproċessar tal-ikel.;
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi regoli dwar ir-rekwiżit supplimentari msemmi fl-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tieħu f'kunsiderazzjoni r-rekwiżiti f'termini ta' effikaċja u sikurezza tat-trattament użat u b'rabta ma' prattiki ta' iġjene tajba tal-ipproċessar tal-ikel.
Emenda 345
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 137 – paragrafu 2 – punt 3
Direttiva 1999/2/KE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 14(3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 14(3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 346
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 1
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament u tissupplimenta dak ir-Regolament billi:
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament billi:
tapprova testijiet rapidi,
–  taġġorna l-lista ta' testijiet rapidi permessi,
–  temenda l-età tal-annimali bovini li għandhom jiġu koperti minn programmi ta' monitoraġġ annwali,
–  temenda l-età tal-annimali bovini li għandhom jiġu koperti minn programmi ta' monitoraġġ annwali,
tistabbilixxi l-kriterji sabiex jintwera titjib tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-pajjiż u telenkahom fl-Anness,
–  taġġorna l-lista ta' kriterji sabiex jintwera titjib tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-pajjiż,
–  tiddeċiedi li tippermetti l-għalf ta' annimali żgħar ta' speċijiet ruminanti bi proteini li ġejjin mill-ħut,
–  tiddeċiedi li tippermetti l-għalf ta' annimali żgħar ta' speċijiet ruminanti bi proteini li ġejjin mill-ħut,
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament billi:
tistabbilixxi kriterji dettaljati għall-għoti ta' tali eżenzjoni mill-projbizzjonijiet li jikkonċernaw l-għalf tal-annimali,
–  tistabbilixxi kriterji dettaljati għall-għoti ta' tali eżenzjoni mill-projbizzjonijiet li jikkonċernaw l-għalf tal-annimali,
–  tiddeċiedi li tintroduċi livell ta' tolleranza għal ammonti insinifikanti ta' proteini tal-annimali fl-għalf li jiġu minn kontaminazzjoni aċċidentali u teknikament inevitabbli,
–  tiddeċiedi li tintroduċi livell ta' tolleranza għal ammonti insinifikanti ta' proteini tal-annimali fl-għalf li jiġu minn kontaminazzjoni aċċidentali u teknikament inevitabbli,
–  tiddeċiedi fuq l-età,
–  tiddeċiedi fuq l-età,
–  tistabbilixxi regoli li jipprevedu eżenzjonijiet mill-ħtieġa li jitneħħa u jinqered materjal ta' riskju speċifikat,
–  tistabbilixxi regoli li jipprevedu eżenzjonijiet mill-ħtieġa li jitneħħa u jinqered materjal ta' riskju speċifikat,
–  tapprova l-proċessi tal-produzzjoni,
–  tapprova l-proċessi tal-produzzjoni,
–  tiddeċiedi li testendi ċerti dispożizzjonijiet għal speċijiet ta' annimali oħrajn,
–  tiddeċiedi li testendi ċerti dispożizzjonijiet għal speċijiet ta' annimali oħrajn,
–  tiddeċiedi li testendi għal prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali,
–  tiddeċiedi li testendi għal prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali,
–  tadotta l-metodu sabiex tiġi kkonfermata l-BSE f'annimali bovini u kaprini.
–  tadotta l-metodu sabiex tiġi kkonfermata l-BSE f'annimali bovini u kaprini.
Emenda 347
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 1
Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tapprova t-testijiet rapidi msemmija fit-tieni subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li jemenda l-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X sabiex taġġorna l-lista stabbilita fih."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li jemenda l-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X sabiex taġġorna l-lista ta' testijiet rapidi permessi stabbilita fih."
Emenda 348
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 2 – punt a
Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li japprova t-testijiet rapidi għal dak il-għan. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li jemenda l-Anness X sabiex telenka dawk it-testijiet."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li jemenda l-Anness X sabiex telenka t-testijiet rapidi permessi għal dak il-għan."
Emenda 349
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 2 – punt b
Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 6 – paragrafu 1b – subparagrafu 2
Fuq it-talba ta' Stat Membru li jista' juri t-titjib tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-pajjiż, il-programmi ta' monitoraġġ annwali ta' dak l-Istat Membru partikolari jistgħu jiġu riveduti. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b:
Fuq it-talba ta' Stat Membru li jista' juri t-titjib tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-pajjiż, il-programmi ta' monitoraġġ annwali ta' dak l-Istat Membru partikolari jistgħu jiġu riveduti. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b billi temenda l-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III biex telenka kriterji li abbażi tagħhom għandu jiġi vvalutat it-titjib tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-pajjiż, għall-fini tar-reviżjoni tal-programmi ta' monitoraġġ.
(a)   li jistabbilixxu ċerti kriterji li abbażi tagħhom għandu jiġi vvalutat it-titjib tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-pajjiż, għall-fini tar-reviżjoni tal-programmi ta' monitoraġġ;
(b)   li jemendaw il-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III sabiex telenka l-kriterji msemmija fil-punt (a).;
(l-emenda tal-Parlament tirriproduċi l-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1b tal-Artikolu 6 fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 350
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 3 – punt b
Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
"Fuq it-talba ta' Stat Membru jew pajjiż terz, tista' tittieħed deċiżjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) sabiex jingħataw eżenzjonijiet individwali mir-restrizzjonijiet f'dan il-paragrafu. Kwalunkwe eżenzjoni għandha tikkunsidra d-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li jistipula l-kriterji dettaljati li jridu jittieħdu f'kunsiderazzjoni meta tingħata tali eżenzjoni."
"Fuq it-talba ta' Stat Membru jew pajjiż terz, tista' tittieħed deċiżjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) sabiex jingħataw eżenzjonijiet individwali mir-restrizzjonijiet f'dan il-paragrafu. Kwalunkwe eżenzjoni għandha tikkunsidra d-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula l-kriterji dettaljati li jridu jittieħdu f'kunsiderazzjoni meta tingħata tali eżenzjoni."
Emenda 351
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 3 – punt c
Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 7 – paragrafu 4a
"4a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li jiffissa livell ta' tolleranza għal ammonti insinifikanti ta' proteini tal-annimali fl-għalf li jiġu minn kontaminazzjoni aċċidentali u teknikament inevitabbli, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju favorevoli, billi tikkunsidra mill-anqas l-ammont u s-sors possibbli ta' kontaminazzjoni u d-destinazzjoni finali tal-konsenja."
"4a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiffissa livell ta' tolleranza għal ammonti insinifikanti ta' proteini tal-annimali fl-għalf li jiġu minn kontaminazzjoni aċċidentali u teknikament inevitabbli, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju favorevoli, billi tikkunsidra mill-anqas l-ammont u s-sors possibbli ta' kontaminazzjoni u d-destinazzjoni finali tal-konsenja."
Emenda 352
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 4 – punt a
Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 8 – paragrafu 1
"1. Il-materjal riskjuż speċifikat għandu jitneħħa u jiġi eliminat skond l-Anness V ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Huwa ma għandux jiġi importat fl-Unjoni. Il-lista ta' materjal ta' riskju speċifikat imsemmi fl-Anness V għandha tinkludi mill-anqas il-moħħ, l-ispina, l-għajnejn u t-tunsilli ta' annimali bovini li għandhom aktar minn 12-il xahar u l-kolonna vertebrali ta' annimali bovini 'l fuq minn età li għandha tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b sabiex tiddetermina dik l-età. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li jemenda l-lista ta' materjal ta' riskju speċifikat fl-Anness V billi tikkunsidra l-kategoriji ta' riskju differenti stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) u r-rekwiżiti tal-Artikolu 6(1a) u (1b)."
"1. Il-materjal riskjuż speċifikat għandu jitneħħa u jiġi eliminat skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Huwa ma għandux jiġi importat fl-Unjoni. Il-lista ta' materjal ta' riskju speċifikat imsemmi fl-Anness V għandha tinkludi mill-anqas il-moħħ, l-ispina, l-għajnejn u t-tunsilli ta' annimali bovini li għandhom aktar minn 12-il xahar u l-kolonna vertebrali ta' annimali bovini 'l fuq minn età li għandha tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina dik l-età. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li jemenda l-lista ta' materjal ta' riskju speċifikat fl-Anness V billi tikkunsidra l-kategoriji ta' riskju differenti stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) u r-rekwiżiti tal-Artikolu 6(1a) u (1b)."
Emenda 353
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 4 – punt b
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 8 – paragrafu 2 – paragrafu 1
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b sabiex tapprova test alternattiv li jippermetti d-detezzjoni ta' BSE qabel il-qatla u sabiex temenda l-lista fl-Anness X Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal tessuti minn annimali li sarilhom it-test alternattiv, sakemm dan it-test jiġi applikat taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Anness V u r-riżultati tat-test ikunu negattivi."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b sabiex temenda l-Anness X sabiex tiġi aġġornata l-lista ta' testijiet alternattivi permessi li jippermettu d-detezzjoni ta' BSE qabel il-qatla stabbiliti fih. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal tessuti minn annimali li sarilhom it-test alternattiv, dment li dan it-test jiġi applikat taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Anness V u r-riżultati tat-test ikunu negattivi."
Emenda 354
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 3 – punt c
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 8 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li jistipula regoli li jipprevedu eżenzjonijiet mill-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward tad-data tal-infurzar effettiv tal-projbizzjoni tal-għalf prevista fl-Artikolu 7(1) jew, kif xieraq għal pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom b'riskju kkontrollat tal-BSE, fir-rigward tad-data tal-infurzar effettiv tal-projbizzjoni ta' proteini ta' ruminanti fl-għalf għar-ruminanti bil-għan li jkunu limitati r-rekwiżiti sabiex jitneħħa u jinqered materjal ta' riskju speċifikat għall-annimali mwielda qabel dik id-data fil-pajjiżi jew fir-reġjuni kkonċernati."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula regoli li jipprevedu eżenzjonijiet mill-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward tad-data tal-infurzar effettiv tal-projbizzjoni tal-għalf prevista fl-Artikolu 7(1) jew, kif xieraq għal pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom b'riskju kkontrollat tal-BSE, fir-rigward tad-data tal-infurzar effettiv tal-projbizzjoni ta' proteini ta' ruminanti fl-għalf għar-ruminanti bil-għan li jkunu limitati r-rekwiżiti sabiex jitneħħa u jinqered materjal ta' riskju speċifikat għall-annimali mwielda qabel dik id-data fil-pajjiżi jew fir-reġjuni kkonċernati."
Emenda 355
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 5 – punt a
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 9 – paragrafu 1
“1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li japprova l-proċessi ta' produzzjoni li għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali elenkati fl-Anness VI."
“1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tapprova l-proċessi ta' produzzjoni li għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali elenkati fl-Anness VI."
Emenda 356
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 6
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 15 – paragrafu 3
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li jissupplimenta dan ir-Regolament sabiex testendi d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għal speċijiet ta' annimali oħrajn."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi testendi d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għal speċijiet ta' annimali oħrajn."
Emenda 357
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 7
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 16 – paragrafu 7 – sentenza 1
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li jissupplimenta dan ir-Regolament sabiex testendi d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 6 għal prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi testendi d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 6 għal prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali."
Emenda 358
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 8
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 20 – paragrafu 2 – sentenza 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b li jistipula l-metodu sabiex tiġi kkonfermata l-BSE f'annimali ovini u kaprini."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23b biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula l-metodu sabiex tiġi kkonfermata l-BSE f'annimali ovini u kaprini."
Emenda 359
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 141 – paragrafu 3 – punt 11
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001
Artikolu 23b – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 6(1) u (1b), fl-Artikolu 7(3), (4) u (4a), fl-Artikolu 8(1), (2) u (5), fl-Artikolu 9(1) u (3), fl-Artikolu 15(3), fl-Artikolu 16(7), fl-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 23 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 6(1) u (1b), fl-Artikolu 7(3), (4) u (4a), fl-Artikolu 8(1), (2) u (5), fl-Artikolu 9(1) u (3), fl-Artikolu 15(3), fl-Artikolu 16(7), fl-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 23 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 360
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 143 – paragrafu 1
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva 2002/46/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi I u II għal dik id-Direttiva sabiex tadatta dawk l-Annessi għall-progress tekniku u tissupplimenta dik id-Direttiva fir-rigward tal-kriterji ta' purità għas-sustanzi elenkati fl-Anness II għaliha, kif ukoll l-ammonti minimi ta' vitamini u minerali li għandhom ikunu preżenti fis-supplimenti tal-ikel. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva 2002/46/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi I u II għal dik id-Direttiva sabiex tadatta dawk l-Annessi għall-progress tekniku u tissupplimenta dik id-Direttiva fir-rigward tal-kriterji ta' purità għas-sustanzi elenkati fl-Anness II għaliha, kif ukoll l-ammonti minimi u massimi ta' vitamini u minerali li għandhom ikunu preżenti fis-supplimenti tal-ikel. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 361
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 143 – paragrafu 2
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/46/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-iffissar ta' ammonti massimi ta' vitamini u minerali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 362
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 143 – paragrafu 3 – punt 1 – punt a
Direttiva 2002/46/KE
Artikolu 4 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12a dwar il-kriterji ta' purità għas-sustanzi elenkati fl-Anness II, ħlief meta tali kriterji japplikaw skont il-paragrafu 3."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-kriterji ta' purità għas-sustanzi elenkati fl-Anness II, ħlief meta tali kriterji japplikaw skont il-paragrafu 3."
Emenda 363
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 143 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 2002/46/KE
Artikolu 5 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12a li jiffissa l-ammonti minimi ta' vitamini u minerali msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiffissa:
(a)  l-ammonti minimi ta' vitamini u minerali msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu; and
Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-ammonti massimi ta' vitamini u minerali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2)."
(b)  l-ammonti massimi ta' vitamini u minerali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu."
Emenda 364
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 143 – paragrafu 3 – punt 3
Direttiva 2002/46/KE
Artikolu 12 – paragrafu 3
(3)  fl-Artikolu 12, jitħassar il-paragrafu 3;
(3)  fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Sabiex jiġu rrimedjati d-diffikultajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva.
Stat Membru li jkun adotta miżuri ta' salvagwardja jista' f'dak il-każ iżommhom fis-seħħ sakemm dawk l-atti delegati jkunu ġew adottati."
Emenda 365
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 143 – paragrafu 3 – punt 4
Direttiva 2002/46/KE
Artikolu 12a
"Artikolu 12a
"Artikolu 12a
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2) u (5) u fl-Artikolu 5(4) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2) u (5), fl-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 12(3) għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2) u (5) u fl-Artikolu 5(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2) u (5), fl-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 12(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2) u (5) u l-Artikolu 5(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2) u (5), l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 12(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
_______________________
_______________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
Emenda 366
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 144 – paragrafu 2
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-punt (i) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2002/98/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċedura għan-notifika ta' avvenimenti u reazzjonijiet avversi serji, kif ukoll il-format tan-notifika. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 367
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 144 – paragrafu 3 – punt 1
Direttiva 2002/98/KE
Artikolu 27a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 29 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 29 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 368
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 144 – paragrafu 3 – punt 3 – punt a
Direttiva 2002/98/KE
Artikolu 29 – paragrafu 1
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a dwar l-emendi għar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Annessi I sa IV bil-għan li tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku.
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a sabiex temenda r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Annessi I sa IV bil-għan li tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku.
Meta, fil-każ tar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Annessi III u IV, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 27b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu."
Meta, fil-każ tar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Annessi III u IV, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 27b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu."
Emenda 369
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 144 – paragrafu 3 – punt 3 – punt b
Direttiva 2002/98/KE
Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt i
(b)  fit-tieni paragrafu, jitħassar il-punt (i);
imħassar
Emenda 370
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 144 – paragrafu 3 – punt 3 – punt d
Direttiva 2002/98/KE
Artikolu 29 – paragrafu 5
(d)  jiżdied il-ħames paragrafu li ġej:
imħassar
"Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċedura għan-notifika ta' avvenimenti u reazzjonijiet avversi serji, kif ukoll il-format ta' notifika permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(2).".
Emenda 371
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 146 – paragrafu 2 – punt 2
Direttiva 2003/99/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1
"1. Jekk id-dejta li tinġabar permezz ta' monitoraġġ ta' rutina f'konformità mal-Artikolu 4 ma tkunx biżżejjed, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a li jistipula programmi ta' monitoraġġ ikkoordinati fir-rigward ta' żoonożi jew aġent żoonotiku wieħed jew aktar. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati b'mod partikolari meta jiġu identifikati ħtiġijiet speċifiċi u meta jkun meħtieġ li jiġu vvalutati r-riskji jew li jiġu stabbiliti valuri bażi relatati maż-żoonożi jew mal-aġenti żoonotiċi fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell tal-Unjoni."
"1. Jekk id-data li tinġabar permezz ta' monitoraġġ ta' rutina f'konformità mal-Artikolu 4 ma tkunx biżżejjed, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula programmi ta' monitoraġġ ikkoordinati fir-rigward ta' żoonożi jew aġent żoonotiku wieħed jew aktar. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati b'mod partikolari meta jiġu identifikati ħtiġijiet speċifiċi u meta jkun meħtieġ li jiġu vvalutati r-riskji jew li jiġu stabbiliti valuri bażi relatati maż-żoonożi jew mal-aġenti żoonotiċi fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell tal-Unjoni."
Emenda 372
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 146 – paragrafu 2 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2003/99/KE
Artikolu 11 – titolu
(2a)  fl-Artikolu 11, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:
Emendi għall-Annessi u miżuri ta' tranżizzjoni jew ta' implimentazzjoni
Emendi għall-Annessi u miżuri ta' implimentazzjoni
Emenda 373
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 146 – paragrafu 2 – punt 3a (ġdid)
Direttiva 2003/99/KE
Artikolu 11 – paragrafu 3
(3a)  fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).
Barra minn hekk, miżuri oħra ta' implimentazzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura tal-kumitat imsemmija fl-Artikolu 12(2)."
Emenda 374
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 146 – paragrafu 2 – punt 4
Direttiva 2003/99/KE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 11 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 11 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 375
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 147 – paragrafu 1
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Anness għal dak ir-Regolament bil-għan li tadattah għall-progress tekniku u sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament billi tistabbilixxi limiti stabbiliti aktar baxxi xierqa għall-preżenza ta' OĠM fl-ikel u fl-għalf, li taħthom ir-rekwiżiti tal-ittikkettar ma japplikawx, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet u billi tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward l-informazzjoni li għandha tingħata minn fornituri tal-ikel bil-massa li jipprovdu ikel lill-konsumatur finali.
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex temenda l-Anness għal dak ir-Regolament bil-għan li tadattah għall-progress tekniku u sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament billi tiddetermina liema ikel u għalf jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-taqsimiet differenti ta' dan ir-Regolament, billi tistabbilixxi limiti stabbiliti aktar baxxi xierqa għall-preżenza ta' OĠM fl-ikel u fl-għalf, li taħthom ir-rekwiżiti tal-ittikkettar ma japplikawx, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet billi tistabbilixxi miżuri sabiex l-operaturi jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti u miżuri meħtieġa biex l-operaturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ittikkettar u billi tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward l-informazzjoni li għandha tingħata minn fornituri tal-ikel bil-massa li jipprovdu ikel lill-konsumatur finali.
Emenda 376
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 147 – paragrafu 3
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-miżuri sabiex l-operaturi jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti, il-miżuri meħtieġa sabiex l-operaturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ittikkettar u r-regoli maħsuba biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni uniformi ta' ċerti dispożizzjonijiet. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli maħsuba biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni uniformi ta' ċerti dispożizzjonijiet. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 377
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 147 – paragrafu 4 – punt 1
Regolament (KE) Nru 1829/2003
Artikolu 3 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, jekk tip ta' ikel jaqax fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din it-Taqsima. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2)."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina jekk tip ta' ikel jaqax fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din it-Taqsima."
Emenda 378
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 147 – paragrafu 4 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1829/2003
Artikolu 12 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34a li jistabbilixxi limiti stabbiliti aktar baxxi xierqa, b'mod partikolari fir-rigward tal-ikel li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn OĠM, jew billi tikkunsidra l-avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi limiti stabbiliti aktar baxxi xierqa, b'mod partikolari fir-rigward tal-ikel li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn OĠM, jew billi tikkunsidra l-avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija."
Emenda 379
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 147 – paragrafu 4 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1829/2003
Artikolu 14
"Artikolu 14
"Artikolu 14
Setgħat delegati u ta' implimentazzjoni
Setgħat delegati u ta' implimentazzjoni
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34a sabiex tadotta regoli speċifiċi rigward l-informazzjoni li għandha tingħata minn fornituri tal-ikel bil-massa li jipprovdu ikel lill-konsumatur finali. Sabiex titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-fornituri tal-ikel bil-massa, tali regoli jistgħu jipprevedu l-adattament tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(1)(e).
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi:
(a)  il-miżuri meħtieġa sabiex l-operaturi jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 12(3);
(b)  il-miżuri meħtieġa sabiex l-operaturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ittikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13; kif ukoll
(c)  regoli speċifiċi rigward l-informazzjoni li għandha tingħata minn fornituri tal-ikel bil-massa li jipprovdu ikel lill-konsumatur finali. Sabiex titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-fornituri tal-ikel bil-massa, tali regoli jistgħu jipprevedu l-adattament tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(1)(e).
2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:
2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-Artikolu 13 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2)."
(a)  il-miżuri meħtieġa sabiex l-operaturi jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 12(3);
(b)  il-miżuri meħtieġa sabiex l-operaturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ittikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13;
(c)  ir-regoli dettaljati sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni uniformi tal-Artikolu 13.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2)."
Emenda 380
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 147 – paragrafu 4 – punt 4
Regolament (KE) Nru 1829/2003
Artikolu 15 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, jekk tip ta' ikel jaqax fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din it-Taqsima. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2)."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina jekk tip ta' għalf jaqax fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din it-Taqsima.
Emenda 381
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 147 – paragrafu 4 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1829/2003
Artikolu 24 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34a li jistabbilixxi limiti stabbiliti aktar baxxi xierqa, b'mod partikolari fir-rigward tal-għalf li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn OĠM, jew billi tikkunsidra l-avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi limiti stabbiliti aktar baxxi xierqa, b'mod partikolari fir-rigward tal-għalf li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn OĠM, jew billi tikkunsidra l-avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija."
Emenda 382
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 147 – paragrafu 4 – punt 6
Regolament (KE) Nru 1829/2003
Artikolu 26
"Artikolu 26
"Artikolu 26
Setgħat ta' implimentazzjoni
Setgħat delegati u ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi:
(a)  il-miżuri meħtieġa sabiex l-operaturi jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 24(3);
(a)  il-miżuri meħtieġa sabiex l-operaturi jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 24(3);
(b)  il-miżuri meħtieġa sabiex l-operaturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ittikkettar stabbiliti fl-Artikolu 25;
(b)  il-miżuri meħtieġa sabiex l-operaturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ittikkettar stabbiliti fl-Artikolu 25.
(c)  ir-regoli dettaljati sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni uniformi tal-Artikolu 25.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2)."
2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-Artikolu 25 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2)."
Emenda 383
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 147 – paragrafu 4 – punt 8
Regolament (KE) Nru 1829/2003
Artikolu 34a
"Artikolu 34a
"Artikolu 34a
Eżerċitar tad-delega
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 12(4), fl-Artikolu 14(1a), fl-Artikolu 24(4) u fl-Artikolu 32, is-sitt paragrafu, għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 12(4), fl-Artikolu 14(1), fl-Artikolu 15(2), fl-Artikolu 24(4), fl-Artikolu 26(1) u fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 32 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12(4), fl-Artikolu 14(1a), fl-Artikolu 24(4) u fl-Artikolu 32, is-sitt paragrafu, tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 12(4), fl-Artikolu 14(1), fl-Artikolu 15(2), fl-Artikolu 24(4), fl-Artikolu 26(1) u fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 32 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 14(1a), l-Artikolu 24(4) jew l-Artikolu 32, is-sitt paragrafu, għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 24(4), l-Artikolu 26(1) u fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 32, għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
________________________
________________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
Emenda 384
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 1
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi I, II u III għal dak ir-Regolament u tissupplimenta dak ir-Regolament fir-rigward tal-miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, il-metodi speċifiċi ta' kontroll, ir-regoli speċifiċi dwar il-kriterji li jirrigwardjaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni u ċerti responsabbiltajiet u kompiti tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi I, II u III għal dak ir-Regolament u tissupplimenta dak ir-Regolament fir-rigward tal-miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, il-metodi speċifiċi ta' kontroll, ir-regoli speċifiċi dwar il-kriterji li jirrigwardjaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni, għall-approvazzjoni tal-metodi għall-ittestjar, u fir-rigward ta' ċerti responsabbiltajiet u kompiti tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 385
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 2
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni rigward l-approvazzjoni tal-metodi għall-ittestjar. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 386
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 3 – punt 1 – punt a
Regolament (KE) Nru 2160/2003
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a dwar il-miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi elenkati fil-kolonna 1 tal-Anness I u fil-popolazzjonijiet tal-annimali elenkati fil-kolonna 2 tal-Anness I, billi tikkunsidra b'mod partikolari:
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament f'dak li jikkonċerna l-miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi elenkati fil-kolonna 1 tal-Anness I u fil-popolazzjonijiet tal-annimali elenkati fil-kolonna 2 tal-Anness I, billi tikkunsidra b'mod partikolari:
Emenda 387
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 3 – punt 3
Regolament (KE) Nru 2160/2003
Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a dwar:
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward ta':
Emenda 388
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 3 – punt 4
Regolament (KE) Nru 2160/2003
Artikolu 9 – paragrafu 4
"4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(6), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a li jistabbilixxi r-regoli dwar l-iffissar mill-Istati Membri tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 5(5) u fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu."
"4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(6), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-regoli dwar l-iffissar mill-Istati Membri tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 5(5) u fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu."
Emenda 389
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 3 – punt 5
Regolament (KE) Nru 2160/2003
Artikolu 10 – paragrafu 5 – subparagrafi 2 u 3
"L-awtorizzazzjoni tista' tiġi rtirata f'konformità mal-istess proċedura. u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(6), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar tali kriterji."
"L-awtorizzazzjoni tista' tiġi rtirata f'konformità mal-istess proċedura. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(6), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli speċifiċi dwar tali kriterji."
Emenda 390
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 3 – punt 6 – punt a
Regolament (KE) Nru 2160/2003
Artikolu 11 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a li jistipula r-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom u dawk tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom u dawk tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali."
Emenda 391
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 3 – punt 6 – punt b
Regolament (KE) Nru 2160/2003
Artikolu 11 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a li jistipula ċerti responsabbiltajiet u kompiti tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom u dawk tal-laboratorji rilevanti fl-Istati Membri nnominati skont l-Artikolu 12(1)(a)."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi ċerti responsabbiltajiet u kompiti tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom u dawk tal-laboratorji rilevanti fl-Istati Membri nnominati skont l-Artikolu 12(1)(a)."
Emenda 392
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 3 – punt 7
Regolament (KE) Nru 2160/2003
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
"3. Il-Kummissjoni tista' tapprova, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, metodi oħrajn għall-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2)."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tapprova metodi oħrajn għall-ittestjar minbarra dawk imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu."
Emenda 393
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 3 – punt 7a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 2160/2003
Artikolu 13 – titolu
(7a)  fl-Artikolu 13, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:
Miżuri tranżitorji u ta' implimentazzjoni
Setgħat delegati u ta' implimentazzjoni
Emenda 394
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 3 – punt 8
Regolament (KE) Nru 2160/2003
Artikolu 13 – paragrafu 1
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a li jemenda l-elementi li jikkonċernaw iċ-ċertifikati tas-saħħa rilevanti."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi temenda l-elementi li jikkonċernaw iċ-ċertifikati tas-saħħa rilevanti.
Emenda 395
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 3 – punt 8a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 2160/2003
Artikolu 13 – paragrafu 2
(8a)  fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).
"Barra minn hekk, miżuri oħra ta' implimentazzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2)."
Emenda 396
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 151 – paragrafu 3 – punt 9
Regolament (KE) Nru 2160/2003
Artikolu 13a
"Artikolu 13a
"Artikolu 13a
Eżerċitar tad-delega
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(1), (6) u (7), fl-Artikolu 5(6), fl-Artikolu 8(1), fl-Artikolu 9(4), fl-Artikolu 10(5), fl-Artikolu 11(2) u (4) u fl-Artikolu 13 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(1), (6) u (7), fl-Artikolu 5(6), fl-Artikolu 8(1), fl-Artikolu 9(4), fl-Artikolu 10(5), fl-Artikolu 11(2) u (4), fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(3) u fl-Artikolu 13 għal perjodu ta' ħames snin minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikolu 3(1), (6) u (7), fl-Artikolu 5(6), fl-Artikolu 8(1), fl-Artikolu 9(4), fl-Artikolu 10(5), 11(2) u (4) u fl-Artikolu 13 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikolu 3(1), (6) u (7), fl-Artikolu 5(6), fl-Artikolu 8(1), fl-Artikolu 9(4), fl-Artikolu 10(5), 11(2) u (4), fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(3) u fl-Artikolu 13 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(1), (6) u (7), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 11(2) u (4) u l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(1), (6) u (7), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 11(2) u (4), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
________________________
________________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
Emenda 397
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 152 – paragrafu 1
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva 2004/23/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta dik id-Direttiva b'rekwiżiti ta' traċċabilità għat-tessuti u ċ-ċelloli, kif ukoll għal prodotti u materjali li jiġu f'kuntatt ma' dawk it-tessuti u ċ-ċelloli u li jħallu effett fuq il-kwalità tagħhom, u sabiex tissupplimenta dik id-Direttiva b'ċerti rekwiżiti tekniċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva 2004/23/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta dik id-Direttiva billi tistabbilixxi rekwiżiti ta' traċċabilità għat-tessuti u ċ-ċelloli, kif ukoll għal prodotti u materjali li jiġu f'kuntatt ma' dawk it-tessuti u ċ-ċelloli u li jħallu effett fuq il-kwalità tagħhom, u billi tistabbilixxi proċeduri għall-iżgurar tat-traċċabilità u għall-verifika tal-istandards ekwivalenti ta' kwalità u sikurezza tat-tessuti u ċ-ċelloli importati, u sabiex tissupplimenta dik id-Direttiva f'dak li jikkonċerna ċerti rekwiżiti tekniċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 398
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 152 – paragrafu 2
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/23/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi proċeduri għall-iżgurar tat-traċċabilità u għall-verifika tal-istandards ekwivalenti ta' kwalità u sikurezza tat-tessuti u ċ-ċelloli importati. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 399
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 152 – paragrafu 3 – punt 1
Direttiva 2004/23/KE
Artikolu 8 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28a sabiex tistabbilixxi rekwiżiti ta' traċċabilità għat-tessuti u ċ-ċelloli, kif ukoll għal prodotti u materjali li jiġu f'kuntatt ma' dawk it-tessuti u ċ-ċelloli u li jħallu effett fuq il-kwalità u s-sikurezza tagħhom.
5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi rekwiżiti ta' traċċabilità għat-tessuti u ċ-ċelloli u għal prodotti u materjali li jiġu f'kuntatt ma' dawk it-tessuti u ċ-ċelloli u li jħallu effett fuq il-kwalità u s-sikurezza tagħhom, kif ukoll billi tistabbilixxi l-proċeduri biex tiġi żgurata t-traċċabilità fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 400
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 152 – paragrafu 3 – punt 1
Direttiva 2004/23/KE
Artikolu 8 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri għall-iżgurar tat-traċċabbiltà fil-livell tal-Unjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 29(2).
imħassar
Emenda 401
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 152 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 2004/23/KE
Artikolu 9 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri għall-verifika tal-istandards ekwivalenti ta' kwalità u sikurezza f'konformità mal-paragrafu 1 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 29(2)."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva, billi tistabbilixxi l-proċeduri għall-verifika tal-istandards ekwivalenti ta' kwalità u sikurezza f'konformità mal-paragrafu 1."
Emenda 402
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 152 – paragrafu 3 – punt 3
Direttiva 2004/23/KE
Artikolu 28 – paragrafu 2
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28a fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-ewwel paragrafu.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-ewwel paragrafu.
Emenda 403
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 152 – paragrafu 3 – punt 4
Direttiva 2004/23/KE
Artikolu 28a
"Artikolu 28a
"Artikolu 28a
Eżerċitar tad-delega
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(5) u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 28 għandha tingħata għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-omnibus].
2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(4), u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 28 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(5) u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 28 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(4), u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 28 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(5), Artikolu 9(4), u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 28 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(5), Artikolu 9(4), u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 28 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
________________________
________________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
Emenda 404
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 153 – paragrafu 2 – punt 1
Regolament (KE) Nru 852/2004
Artikolu 4 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a li jadotta l-miżuri ta' iġjene speċifiċi msemmija fil-paragrafu 3, b'mod partikolari dwar:
4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-miżuri ta' iġjene speċifiċi msemmija fil-paragrafu 3, b'mod partikolari dwar:
Emenda 405
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 153 – paragrafu 2 – punt 2
Regolament (KE) Nru 852/2004
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt c
"(c) permezz ta' att delegat li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta f'konformità mal-Artikolu 13a."
"(c) permezz ta' att delegat li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta f'konformità mal-Artikolu 13a u li tissupplimenta dan ir-Regolament."
Emenda 406
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 153 – paragrafu 2 – punt 3
Regolament (KE) Nru 852/2004
Artikolu 12 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal oġġetti tal-ikel speċifiċi sabiex tindirizza r-riskji speċifiċi jew il-perikli emerġenti b'rabta mas-saħħa pubblika.;
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal oġġetti tal-ikel speċifiċi sabiex tindirizza r-riskji speċifiċi jew il-perikli emerġenti b'rabta mas-saħħa pubblika.
Emenda 407
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 153 – paragrafu 2 – punt 4
Regolament (KE) Nru 852/2004
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a li jagħti derogi mill-Annessi I u II, wara li tikkunsidra l-fatturi ta' riskji rilevanti u sakemm tali derogi ma jaffettwawx il-kisba tal-objettivi li ġejjin ta' dan ir-Regolament:
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tagħti derogi mill-Anness I u II, b'mod partikolari sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 għan-negozji żgħar, wara li tikkunsidra l-fatturi ta' riskji rilevanti u dment li tali derogi ma jaffettwawx il-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament.
(a)  li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 għan-negozji żgħar;
(b)  għall-istabbilimenti li jipproduċu, jimmaniġġjaw jew jipproċessaw materja prima li hija maħsuba għall-produzzjoni ta' prodotti tal-ikel raffinati ħafna li jkunu għaddew minn trattament sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tagħhom.
Emenda 408
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 153 – paragrafu 2 – punt 5
Regolament (KE) Nru 852/2004
Artikolu 13a
"Artikolu 13a
"Artikolu 13a
Eżerċitar tad-delega
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 6(3)(ċ), fl-Artikolu 12 u fl-Artikolu 13(1) u (2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 6(3), fl-Artikolu 12 u fl-Artikolu 13(1) u (2) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 6(3)(ċ), fl-Artikolu 12 u fl-Artikolu 13(1) u (2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 6(3)(c), fl-Artikolu 12 u fl-Artikolu 13(1) u (2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 6(3)(c), l-Artikolu 12 u l-Artikolu 13(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 6(3)(c), l-Artikolu 12 u l-Artikolu 13(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
__________________
__________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
(Ir-referenza għall-header fir-rigward tal-anness ("Anness I – Parti XII – punt 153 – paragrafu 2 – punt 5") tikkorrispondi għall-Anness I – Parti XII – punt 153 – paragrafu 2 – punt 6 tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni skorretta (Anness I, Parti XII, punt 153, paragrafu 2, punt 5 hija nieqsa) fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 409
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 155 – paragrafu 2 – punt 2
Regolament (KE) Nru 854/2004
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a li jagħti derogi mill-Annessi I, II, III, IV, V u VI, wara li tikkunsidra l-fatturi ta' riskju rilevanti, sakemm tali derogi ma jaffettwawx il-kisba tal-objettivi li ġejjin ta' dan ir-Regolament:
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tagħti derogi mill-Annessi I, II, III, IV, V u VI, wara li tikkunsidra l-fatturi ta' riskju rilevanti, dment li tali derogi ma jaffettwawx il-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament bil-għan li:
(i)  li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi f'negozji żgħar;
(i)  tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi f'negozji żgħar;
(ii)  ikun permess l-użu kontinwu ta' metodi tradizzjonali fi kwalunkwe wieħed mill-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar jew id-distribuzzjoni tal-ikel;
(ii)  ikun permess l-użu kontinwu ta' metodi tradizzjonali fi kwalunkwe wieħed mill-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar jew id-distribuzzjoni tal-ikel;
(iii)  li jiġu akkomodati l-ħtiġijiet tan-negozji tal-ikel li jinsabu f'reġjuni li huma soġġetti għal limitazzjonijiet ġeografiċi speċjali.
(iii)  jiġu akkomodati l-ħtiġijiet tan-negozji tal-ikel li jinsabu f'reġjuni li huma soġġetti għal limitazzjonijiet ġeografiċi speċjali.
Emenda 410
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 155 – paragrafu 2 – punt 3 – punt a
Regolament (KE) Nru 854/2004
Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja
"Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ġenerali tal-Artikolu 16 u tal-Artikolu 17(1), il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi l-miżuri li ġejjin permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2):";
"Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ġenerali tal-Artikolu 17(1), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-miżuri li ġejjin:"
Emenda 411
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 155 – paragrafu 2 – punt 4
Regolament (KE) Nru 854/2004
Artikolu 18a
"Artikolu 18a
"Artikolu 18a
Eżerċitar tad-delega
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(1) u (2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(1) u (2) u fl-Artikolu 18 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17(1) u (2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17(1) u (2) u fl-Artikolu 18 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet *.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 17(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 17(1) u (2) u l-Artikolu 18 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
__________________
__________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
Emenda 412
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 157 – paragrafu 3 – punt 1
Regolament (KE) Nru 1901/2006
Artikolu 20 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a li jiddefinixxu aktar ir-raġunijiet għall-għoti ta' differiment abbażi tal-esperjenza miksuba bħala riżultat tat-tħaddim tal-paragrafu 1."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi aktar ir-raġunijiet għall-għoti ta' diferiment abbażi tal-esperjenza miksuba bħala riżultat tat-tħaddim tal-paragrafu 1."
Emenda 413
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 157 – paragrafu 3 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1901/2006
Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50a li jistipula:
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 50a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula:
Emenda 414
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 157 – paragrafu 3 – punt 4
Regolament (KE) Nru 1901/2006
Artikolu 50a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 49(3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 49(3) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 415
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 1– inċiż 5a (ġdid)
—  l-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta' mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom, kwalunkwe bidla jew kwalunkwe żieda f'dik il-lista, u għad-deċiżjonijiet finali dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-indikazzjonijiet.
Emenda 416
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 3
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta' mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom, kwalunkwe bidliet jew kwalunkwe żidiet ma' dik il-lista, u fir-rigward tad-deċiżjonijiet finali dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta' indikazzjonijiet. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 417
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 1 – punt a
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Fil-każ ta' oġġetti tal-ikel mhux ippakkjati minn qabel (inklużi prodotti friski bħal frott, ħxejjex jew ħobż) li jitpoġġew għall-bejgħ lill-konsumatur finali jew lill-fornituri tal-ikel bil-massa u oġġetti tal-ikel ippakkjati fil-punt tal-bejgħ fuq talba tax-xerrej jew ippakkjati minn qabel bil-ħsieb tal-bejgħ immedjat, l-Artikolu 7 u l-Artikolu 10(2)(a) u (b) ma għandhomx japplikaw. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar l-informazzjoni tal-ittikkettar għal dawk l-oġġetti tal-ikel mhux ippakkjati minn qabel. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu japplikaw sakemm eventwalment jiġu adottati dawk l-atti delegati.
Fil-każ ta' oġġetti tal-ikel mhux ippakkjati minn qabel (inklużi prodotti friski bħal frott, ħxejjex jew ħobż) li jitpoġġew għall-bejgħ lill-konsumatur finali jew lill-fornituri tal-ikel bil-massa u oġġetti tal-ikel ippakkjati fil-punt tal-bejgħ fuq talba tax-xerrej jew ippakkjati minn qabel bil-ħsieb tal-bejgħ immedjat, l-Artikolu 7 u l-Artikolu 10(2)(a) u (b) ma għandhomx japplikaw. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament f'dak li jikkonċerna l-informazzjoni tal-ittikkettar għal dawk l-oġġetti tal-ikel mhux ippakkjati minn qabel. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu japplikaw sakemm eventwalment jiġu adottati dawk l-atti delegati.
Emenda 418
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 1 – punt b
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 1 – paragrafu 4
"4. Għad-deskritturi ġeneriċi (denominazzjonijiet) li tradizzjonalment kienu jintużaw sabiex jindikaw partikolarità ta' klassi ta' ikel jew xarbiet li tista' timplika effett fuq is-saħħa tal-bniedem, l-operaturi fin-negozju tal-ikel ikkonċernati jistgħu japplikaw għal deroga mill-paragrafu 3. L-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru, li min-naħa tagħha għandha tibgħatha lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli għall-operaturi fin-negozju tal-ikel, li abbażi tagħhom għandhom isiru dawn l-applikazzjonijiet, sabiex b'hekk ikun żgurat li l-applikazzjoni tiġi ttrattata b'mod trasparenti u fi żmien raġonevoli. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar derogi mill-paragrafu 3."
"4. Għad-deskritturi ġeneriċi (denominazzjonijiet) li tradizzjonalment kienu jintużaw sabiex jindikaw partikolarità ta' klassi ta' ikel jew xarbiet li tista' timplika effett fuq is-saħħa tal-bniedem, l-operaturi fin-negozju tal-ikel ikkonċernati jistgħu japplikaw għal deroga mill-paragrafu 3. L-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru, li min-naħa tagħha għandha tibgħatha lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli għall-operaturi fin-negozju tal-ikel, li abbażi tagħhom għandhom isiru dawn l-applikazzjonijiet, sabiex b'hekk ikun żgurat li l-applikazzjoni tiġi ttrattata b'mod trasparenti u fi żmien raġonevoli. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament f'dak li jikkonċerna derogi mill-paragrafu 3."
Emenda 419
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 2 – punt b
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 3 – paragrafu 2a
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a li jidderoga mill-punt (d) tat-tieni subparagrafu ta' dan l-Artikolu fil-każ tan-nutrijenti li għalihom ma jistgħux jiġu pprovduti kwantitajiet suffiċjenti minn dieta varjata u bilanċjata; l-atti delegati għandhom jinkludu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-derogi, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet speċjali preżenti fl-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, billi tidderoga mill-punt (d) tat-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu fil-każ tan-nutrijenti li għalihom ma jistgħux jiġu pprovduti kwantitajiet suffiċjenti minn dieta varjata u bilanċjata; l-atti delegati għandhom jinkludu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-derogi, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet speċjali preżenti fl-Istati Membri.
Emenda 420
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 3 – punt a – punt i
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
"1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sad-19 ta' Jannar 2009 billi tistabbilixxi kompożizzjonijiet nutrizzjonali speċifiċi, inklużi eżenzjonijiet, li l-ikel jew ċerti kategoriji ta' ikel għandhom jikkonformaw magħhom sabiex ikollhom fuqhom indikazzjonijiet dwar is-saħħa jew in-nutrizzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jew in-nutrizzjoni għall-ikel jew għal kategoriji ta' ikel fir-rigward tal-kompożizzjonijiet nutrizzjonali."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sad-19 ta' Jannar 2009 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi kompożizzjonijiet nutrizzjonali speċifiċi, inklużi eżenzjonijiet, li l-ikel jew ċerti kategoriji ta' ikel għandhom jikkonformaw magħhom sabiex ikollhom fuqhom indikazzjonijiet dwar is-saħħa jew in-nutrizzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jew in-nutrizzjoni għall-ikel jew għal kategoriji ta' ikel fir-rigward tal-kompożizzjonijiet nutrizzjonali."
Emenda 421
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 3 – punt a – punt ii
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 6
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar l-aġġornament tal-kompożizzjonijiet nutrizzjonali u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom sabiex jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi rilevanti. Għal dan il-għan, għandhom jiġu kkonsultati l-partijiet interessati, b'mod partikolari l-operaturi fin-negozju tal-ikel u l-gruppi ta' konsumaturi."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament dwar l-aġġornament tal-kompożizzjonijiet nutrizzjonali u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom sabiex jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi rilevanti. Għal dan il-għan, għandhom jiġu kkonsultati l-partijiet interessati, b'mod partikolari l-operaturi fin-negozju tal-ikel u l-gruppi ta' konsumaturi."
Emenda 422
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 3 – punt b
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 4 – paragrafu 5
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar il-miżuri li jiddeterminaw l-ikel jew il-kategoriji ta' ikel minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li għalihom l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jew in-nutrizzjoni għandhom ikunu ristretti jew ipprojbiti fid-dawl tal-evidenza xjentifika."
"5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament f'dak li jikkonċerna l-miżuri li jiddeterminaw l-ikel jew il-kategoriji ta' ikel minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li għalihom l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jew in-nutrizzjoni għandhom ikunu ristretti jew ipprojbiti fid-dawl tal-evidenza xjentifika."
Emenda 423
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 13 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Awtorità, tadotta lista tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet permessi msemmija fil-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet meħtieġa kollha għall-użu ta' dawk l-indikazzjonijiet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2010 permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).
3.  Wara li tikkonsulta lill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 24a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet permessi msemmija fil-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet meħtieġa kollha għall-użu ta' dawk l-indikazzjonijiet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2010.
Emenda 424
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 13 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Awtorità, fuq inizjattiva proprja tal-Kummissjoni jew wara talba minn Stat Membru, tadotta kwalunkwe bidliet fil-lista msemmija fil-paragrafu 3, abbażi ta' evidenza xjentifika aċċettata b'mod ġenerali permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).
4.  Wara li tikkonsulta mal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a, fuq inizjattiva proprja tagħha jew wara talba minn Stat Membru, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta kwalunkwe bidla fil-lista msemmija fil-paragrafu 3, abbażi ta' evidenza xjentifika aċċettata b'mod ġenerali.
Emenda 425
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 6 – punt a
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
"Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2)."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament f'dak li jikkonċerna d-deċiżjoni finali tagħha dwar l-applikazzjoni."
Emenda 426
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 6 – punt b
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b
"(b) qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' ħames snin, jekk l-indikazzjoni xorta tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-awtorizzazzjoni tal-indikazzjoni mingħajr restrizzjoni għall-użu permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2)."
"(b) qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' ħames snin, jekk l-indikazzjoni xorta tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta miżuri għall-awtorizzazzjoni tal-indikazzjoni mingħajr restrizzjoni għall-użu."
Emenda 427
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 7 – punt a
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 18 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
"Meta l-Awtorità toħroġ opinjoni li ma tkunx tappoġġja l-inklużjoni tal-indikazzjoni fil-lista msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2)."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tad-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni, meta l-Awtorità toħroġ opinjoni li ma tkunx tappoġġja l-inklużjoni tal-indikazzjoni fil-lista msemmija fil-paragrafu 4."
Emenda 428
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 7 – punt b
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 18 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 – punt b
"(b) qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' ħames snin, jekk l-indikazzjoni xorta tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-awtorizzazzjoni tal-indikazzjoni mingħajr restrizzjoni għall-użu permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2)."
"(b) qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' ħames snin, jekk l-indikazzjoni xorta tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, għall-awtorizzazzjoni tal-indikazzjoni mingħajr restrizzjoni għall-użu."
Emenda 429
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 8
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 24a
"Artikolu 24a
"Artikolu 24a
Eżerċitar tad-delega
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(2) u (4), fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 4(1) u (5) u fl-Artikolu 8(2) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(2) u (4), fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 4(1) u (5), fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 13(3) u (4), fl-Artikolu 17(3) u (4), fl-Artikolu 18(5), u l-punt (a) tal-Artikolu 28(6) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2) u (4), fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 4(1) u (5) u fl-Artikolu 8(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2) u (4), fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 4(1) u (5), fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 13(3) u (4), fl-Artikolu 17(3) u (4), fl-Artikolu 18(5) u fil-punt (a) tal-Artikolu 28(6) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(2) u (4), l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1) u (5) u l-Artikolu 8(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(2) u (4), l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1) u (5), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 13(3) u (4), l-Artikolu 17(3) u (4), l-Artikolu 18(5) u l-punt (a) tal-Artikolu 28(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
_______________________
_______________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
Emenda 430
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 158 – paragrafu 4 – punt 10 – punt b
Regolament (KE) Nru 1924/2006
Artikolu 28 – paragrafu 6 – punt a – punt ii
"(ii) wara li tikkonsulta mal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tadotta deċiżjoni rigward l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati b'dan il-mod. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2)."
"(ii) wara li tikkonsulta mal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, billi tistabbilixxi l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati b'dan il-mod.";
Emenda 431
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 159 – paragrafu 1
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi I u II għal dak ir-Regolament bil-għan li tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku u sabiex temenda l-Anness III għal dak ir-Regolament bil-għan li tippermetti l-użu ta' vitamini, minerali u ta' ċerti sustanzi oħrajn ipprojbiti, ristretti jew taħt skrutinju tal-Unjoni, kif ukoll sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament billi tiddetermina l-ikel jew il-kategoriji ta' ikel addizzjonali li magħhom ma jistgħux jiżdiedu vitamini u minerali, billi tiddetermina l-kriterji ta' purità għall-formulazzjonijiet ta' vitamini u sustanzi minerali u billi tiddetermina l-ammont minimu permezz ta' deroga mill-ammont sinifikanti għall-preżenza ta' vitamina jew sustanza minerali fl-ikel. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi I u II għal dak ir-Regolament bil-għan li tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku u sabiex temenda l-Anness III għal dak ir-Regolament bil-għan li tippermetti l-użu ta' vitamini, minerali u ta' ċerti sustanzi oħrajn ipprojbiti, ristretti jew taħt skrutinju tal-Unjoni, tissupplimenta dak ir-Regolament billi tiddetermina l-ikel jew il-kategoriji ta' ikel addizzjonali li magħhom ma jistgħux jiżdiedu vitamini u minerali, billi tiddetermina l-kriterji ta' purità għall-formulazzjonijiet ta' vitamini u sustanzi minerali u billi tiddetermina l-ammont minimu permezz ta' deroga mill-ammont sinifikanti għall-preżenza ta' vitamina jew sustanza minerali fl-ikel, kif ukoll billi tistabbilixxi l-ammonti massimi għall-vitamini jew il-minerali miżjuda mal-ikel u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li jirrestrinġu jew jipprojbixxu ż-żieda ta' vitamina jew sustanza minerali speċifika. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 432
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 159 – paragrafu 2
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ammonti tal-vitamini jew tal-minerali miżjuda mal-ikel u fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jirrestrinġu jew jipprojbixxu ż-żieda ta' vitamina jew sustanza minerali speċifika. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 433
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 159 – paragrafu 3 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1925/2006
Artikolu 4 – paragrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a dwar il-miżuri li jiddeterminaw l-ikel jew il-kategoriji ta' ikel addizzjonali li magħhom ma jistgħux jiżdiedu vitamini u minerali fid-dawl tal-evidenza xjentifika u wara li jiġi kkunsidrat il-valur nutrizzjonali tagħhom."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, f'dak li jikkonċerna l-miżuri li jiddeterminaw l-ikel jew il-kategoriji ta' ikel addizzjonali li magħhom ma jistgħux jiżdiedu vitamini u minerali fid-dawl tal-evidenza xjentifika u wara li jiġi kkunsidrat il-valur nutrizzjonali tagħhom."
Emenda 434
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 159 – paragrafu 3 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1925/2006
Artikolu 5 – paragrafu 1
"1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a dwar il-miżuri li jiddeterminaw il-kriterji ta' purità għall-formulazzjonijiet ta' vitamini u s-sustanzi minerali elenkati fl-Anness II, ħlief meta l-kriterji ta' purità japplikaw skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu."
"1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament f'dak li jikkonċerna l-miżuri li jiddeterminaw il-kriterji ta' purità għall-formulazzjonijiet ta' vitamini u s-sustanzi minerali elenkati fl-Anness II, ħlief meta l-kriterji ta' purità japplikaw skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu."
Emenda 435
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 159 – paragrafu 3 – punt 4 – punt a
Regolament (KE) Nru 1925/2006
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Meta tiżdied vitamina jew sustanza minerali mal-ikel, l-ammont totali tal-vitamina jew tas-sustanza minerali preżenti fl-ikel kif mibjugħ, ikun xi jkun l-iskop, ma għandux jaqbeż l-ammonti massimi. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawk l-ammonti permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2). Il-Kummissjoni tista', għal dan il-għan, tissottometti abbozz ta' miżuri għall-ammonti massimi sad-19 ta' Jannar 2009. Għall-prodotti kkonċentrati u deidratati, l-ammonti massimi stabbiliti għandhom ikunu dawk preżenti fl-ikel meta mħejji għall-konsum skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
1.  Meta tiżdied vitamina jew sustanza minerali mal-ikel, l-ammont totali tal-vitamina jew tas-sustanza minerali preżenti fl-ikel kif mibjugħ, ikun xi jkun l-iskop, ma għandux jaqbeż l-ammonti massimi. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, fir-rigward ta' dawk l-ammonti massimi. Il-Kummissjoni tista', għal dan il-għan, tissottometti abbozz ta' miżuri għall-ammonti massimi sad-19 ta' Jannar 2009. Għall-prodotti kkonċentrati u deidratati, l-ammonti massimi stabbiliti għandhom ikunu dawk preżenti fl-ikel meta mħejji għall-konsum skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
Emenda 436
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 159 – paragrafu 3 – punt 4 – punt a
Regolament (KE) Nru 1925/2006
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi kwalunkwe kundizzjonijiet li jirrestrinġu jew jipprojbixxu ż-żieda ta' vitamina jew sustanza minerali speċifika ma' ikel jew kategorija ta' ikel permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a biex tissupplimenta dan ir-Regolament rigward id-definizzjoni ta' kwalunkwe kundizzjoni li tirrestrinġi jew tipprojbixxi ż-żieda ta' vitamina jew sustanza minerali speċifika ma' ikel jew kategorija ta' ikel.
Emenda 437
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 159 – paragrafu 3 – punt 4 – punt b
Regolament (KE) Nru 1925/2006
Artikolu 6 – paragrafu 6
"6. Iż-żieda ta' vitamina jew sustanza minerali ma' oġġett tal-ikel għandha tirriżulta fil-preżenza ta' dik il-vitamina jew is-sustanza minerali fl-ikel mill-anqas f'ammont sinifikanti fejn dan huwa definit skont il-punt 2 tal-parti A tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 1169/2011. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a dwar il-miżuri li jiddeterminaw l-ammonti minimi ta' vitamini jew minerali fl-ikel, inklużi kwalunkwe ammonti aktar baxxi permezz ta' deroga mill-ammonti sinifikanti, għal ikel jew kategoriji ta' ikel speċifiċi."
"6. Iż-żieda ta' vitamina jew sustanza minerali ma' oġġett tal-ikel għandha tirriżulta fil-preżenza ta' dik il-vitamina jew is-sustanza minerali fl-ikel mill-anqas f'ammont sinifikanti fejn dan huwa definit skont il-punt 2 tal-parti A tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 1169/2011. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament dwar il-miżuri li jiddeterminaw l-ammonti minimi ta' vitamini jew minerali fl-ikel, inklużi kwalunkwe ammonti aktar baxxi permezz ta' deroga mill-ammonti sinifikanti, għal ikel jew kategoriji ta' ikel speċifiċi."
Emenda 438
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 159 – paragrafu 3 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1925/2006
Artikolu 7 – paragrafu 1
"1. L-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' ikel li fih ikunu ġew miżjuda vitamini u minerali m'għandu jkollhom l-ebda aċċenn li jsemmi jew jimplika li dieta bbilanċjata u varjata ma tistax tipprovdi kwantitajiet xierqa ta' nutrijenti. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a li jidderoga minn din ir-regola fir-rigward ta' nutrijent speċifiku."
“1. L-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' ikel li fih ikunu ġew miżjuda vitamini u minerali m'għandu jkollhom l-ebda aċċenn li jsemmi jew jimplika li dieta bbilanċjata u varjata ma tistax tipprovdi kwantitajiet xierqa ta' nutrijenti. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tidderoga minn din ir-regola fir-rigward ta' nutrijent speċifiku."
Emenda 439
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 159 – paragrafu 3 – punt 7
Regolament (KE) Nru 1925/2006
Artikolu 13a
"Artikolu 13a
"Artikolu 13a
Eżerċitar tad-delega
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 5(1), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(2) u (5) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 5(1), fl-Artikolu 6(1), (2) u (6), fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(2) u (5) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 5(1), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(2) u (5) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 5(1), fl-Artikolu 6(1), (2) u (6), fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(2) u (5) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4, l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 6(6), l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(2) u (5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4, l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 6(1), (2) u (6), l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(2) u (5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
__________________
__________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
Emenda 440
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 161 – paragrafu 2 – punt 1
Direttiva 2009/32/KE
Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 5a li jistabbilixxi
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 5a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi dan li ġej:
Emenda 441
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 161 – paragrafu 2 – punt 3
Direttiva 2009/32/KE
Artikolu 5a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5(3) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 442
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 162 – paragrafu 2 – punt 2
Direttiva 2009/41/KE
Artikolu 19a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9a għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 443
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 163 – paragrafu 3 – punt 1
Direttiva 2009/54/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a dwar il-miżuri msemmija fil-punti (b)(i) u (ċ)(i) tal-ewwel subparagrafu."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri msemmija fil-punti (b)(i) u (c)(i) tal-ewwel subparagrafu."
Emenda 444
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 163 – paragrafu 3 – punt 2
Direttiva 2009/54/KE
Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a dwar il-miżuri msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu."
Emenda 445
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 163 – paragrafu 3 – punt 4
Direttiva 2009/54/KE
Artikolu 12 – paragrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a dwar il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-ewwel paragrafu."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-ewwel paragrafu."
Emenda 446
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 163 – paragrafu 3 – punt 5
Direttiva 2009/54/KE
Artikolu 13a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(1), fl-Artikolu 9(4), fl-Artikolu 11(4) u fl-Artikolu 12 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(1), fl-Artikolu 9(4), fl-Artikolu 11(4) u fl-Artikolu 12 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 447
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 165 – paragrafu 1
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament b'metodi xjentifiċi bil-għan li jiġu stabbiliti punti ta' referenza għal azzjoni, regoli dwar l-azzjonijiet fil-każ tal-preżenza kkonfermata ta' sustanza mhux awtorizzata pprojbita, kif ukoll il-prinċipji metodoloġiċi għall-valutazzjoni tar-riskji u r-rakkomandazzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskji u regoli dwar l-użu ta' limitu massimu ta' residwi stabbilit għal sustanza farmakoloġikament attiva f'oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi, jew inkella limitu massimu ta' residwi stabbilit għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar għal speċijiet oħrajn. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament b'metodi xjentifiċi bil-għan li jiġu stabbiliti punti ta' referenza għal azzjoni, punti ta' referenza għal azzjoni għal residwi minn sustanzi farmakoloġikament attivi, regoli dwar l-azzjonijiet fil-każ tal-preżenza kkonfermata ta' sustanza mhux awtorizzata pprojbita, kif ukoll il-prinċipji metodoloġiċi għall-valutazzjoni tar-riskji u r-rakkomandazzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskji u regoli dwar l-użu ta' limitu massimu ta' residwi stabbilit għal sustanza farmakoloġikament attiva f'oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi, jew inkella limitu massimu ta' residwi stabbilit għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar għal speċijiet oħrajn. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 448
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 165 – paragrafu 2
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-punti ta' referenza għal azzjoni għar-residwi minn sustanzi farmakoloġikament attivi. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 449
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 165 – paragrafu 3 – punt 1
Regolament (KE) Nru 470/2009
Artikolu 13 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar l-adozzjoni ta':
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament f'dak li jikkonċerna l-adozzjoni ta':
Emenda 450
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 165 – paragrafu 3 – punt 2
Regolament (KE) Nru 470/2009
Artikolu 18
"Artikolu 18
"Artikolu 18
Punti ta' referenza għal azzjoni
Punti ta' referenza għal azzjoni
Meta jitqies meħtieġ sabiex ikun żgurat it-tħaddim tal-kontrolli tal-ikel li joriġina mill-annimali importat jew imqiegħed fis-suq f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, punti ta' referenza għal azzjoni għar-residwi minn sustanzi farmakoloġikament attivi li mhumiex soġġetti għal klassifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 14(2)(a), (b) jew (ċ). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
Meta jitqies meħtieġ sabiex ikun żgurat it-tħaddim tal-kontrolli tal-ikel li joriġina mill-annimali importat jew imqiegħed fis-suq f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi punti ta' referenza għal azzjoni għar-residwi minn sustanzi farmakoloġikament attivi li mhumiex soġġetti għal klassifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 14(2)(a), (b) jew (c).
Il-punti ta' referenza għal azzjoni għandhom jiġu riveduti regolarment fid-dawl ta' data xjentifika ġdida rigward is-sigurtà fl-ikel, l-eżitu tal-investigazzjonijiet u tat-testijiet analitiċi msemmija fl-Artikolu 24 u l-progress teknoloġiku.
Il-punti ta' referenza għal azzjoni għandhom jiġu riveduti regolarment fid-dawl ta' data xjentifika ġdida rigward is-sigurtà fl-ikel, l-eżitu tal-investigazzjonijiet u tat-testijiet analitiċi msemmija fl-Artikolu 24 u l-progress teknoloġiku.
Għal raġunijiet imperattivi u debitament ġustifikati ta' urġenza li jirrigwardjaw il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2a)."
Meta, fil-każ ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 24b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu."
Emenda 451
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 165 – paragrafu 3 – punt 3
Regolament (KE) Nru 470/2009
Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a dwar il-prinċipji metodoloġiċi u l-metodi xjentifiċi sabiex jiġi stabbilit punt ta' referenza għal azzjoni."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament dwar il-prinċipji metodoloġiċi u l-metodi xjentifiċi sabiex jiġu stabbiliti punti ta' referenza għal azzjoni.";
Emenda 452
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 165 – paragrafu 3 – punt 4
Regolament (KE) Nru 470/2009
Artikolu 24 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 24a dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 24a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament f'dak li jikkonċerna l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu."
Emenda 453
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 165 – paragrafu 3 – punt 5
Regolament (KE) Nru 470/2009
Artikolu 24a
"Artikolu 24a
"Artikolu 24a
Eżerċitar tad-delega
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(2), fl-Artikolu 19(3) u fl-Artikolu 24(4) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(2), fl-Artikolu 18, fl-Artikolu 19(3) u fl-Artikolu 24 għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13(2), fl-Artikolu 19(3) u fl-Artikolu 24(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13(2), fl-Artikolu 18, fl-Artikolu 19(3) u fl-Artikolu 24(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 18, l-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 24(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 18, l-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 24(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
__________________
__________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."
Emenda 454
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 165 – paragrafu 3 – punt 5a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 470/2009
Artikolu 24b (ġdid)
(5a)  jiddaħħal l-Artikolu 24b li ġej:
"Artikolu 24b
Proċedura ta' urġenza
1.  L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f'konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' joġġezzjona għal att delegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 24a(6). F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill."
Emenda 455
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 166 – paragrafu 1
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament bil-għan li tadattahom għall-progress tekniku u sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament b'lista ta' kategoriji ta' materjali tal-għalf. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament bil-għan li tadattahom għall-progress tekniku, taġġorna l-lista ta' użi maħsuba u tistabbilixxi l-kontenut massimu ta' impuritajiet kimiċi kif imsemmi fil-punt 1 tal-Anness I, kif ukoll sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament b'lista ta' kategoriji ta' materjali tal-għalf u tipprovdi kjarifika dwar jekk prodott partikolari jikkostitwixxix għalf. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 456
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 166 – paragrafu 2
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tikkjarifika jekk prodott partikolari jikkostitwixxix għalf, billi taġġorna l-lista ta' użi intenzjonati u tistabbilixxi l-kontenut massimu ta' impuritajiet kimiċi. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
imħassar
Emenda 457
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 166 – paragrafu 3 – punt 2
Regolament (KE) Nru 767/2009
Artikolu 7 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tikkjarifika jekk prodott partikolari jikkostitwixxix għalf għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(3)."
"2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a li jissupplimentaw dan ir-Regolament bil-għan li tiċċara jekk prodott partikolari jikkostitwixxix għalf għall-finijiet ta' dan ir-Regolament."
Emenda 458
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 166 – paragrafu 3 – punt 3
Regolament (KE) Nru 767/2009
Artikolu 10 – paragrafu 5
"5. Fi żmien sitt xhur mill-wasla ta' applikazzjoni valida jew, fejn ikun xieraq, wara li tirċievi l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jaġġornaw il-lista ta' użi intenzjonati jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(3)."
"5. Fi żmien sitt xhur mill-wasla ta' applikazzjoni valida jew, fejn ikun xieraq, wara li tirċievi l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jaġġornaw il-lista ta' użi intenzjonati jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(a)."
Emenda 459
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 166 – paragrafu 3 – punt 4
Regolament (KE) Nru 767/2009
Artikolu 17 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a dwar l-istabbiliment tal-lista ta' kategoriji ta' materjali tal-għalf imsemmija fil-paragrafu 2(ċ)."
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-lista ta' kategoriji ta' materjali tal-għalf imsemmija fil-paragrafu 2(c)."
Emenda 460
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 166 – paragrafu 3 – punt 6
Regolament (KE) Nru 767/2009
Artikolu 26 – paragrafu 3
"3. L-emendi għall-Katalogu Komunitarju li jistabbilixxi l-kontenut massimu ta' impuritajiet kimiċi msemmija fil-punt 1 tal-Anness I jew il-livelli ta' purità botanika msemmija fil-punt 2 tal-Anness I jew il-livelli ta' kontenut ta' umdità msemmija fil-punt 6 tal-Anness I jew id-dettalji li jissostitwixxu d-dikjarazzjoni obbligatorja msemmija fl-Artikolu 16(1)(b), għandhom jiġu adottati permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(3)."
"3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a bil-għan li temenda l-Katalogu tal-Komunità li jiffissa l-kontenut massimu ta' impuritajiet kimiċi kif imsemmi fil-punt 1 tal-Anness I jew il-livelli ta' purità botanika msemmija fil-punt 2 tal-Anness I jew il-livelli ta' kontenut ta' umdità msemmija fil-punt 6 tal-Anness I jew id-dettalji li jissostitwixxu d-dikjarazzjoni obbligatorja msemmija fl-Artikolu 16(1)(b)."
Emenda 461
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 166 – paragrafu 3 – punt 8
Regolament (KE) Nru 767/2009
Artikolu 27a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2), fl-Artikolu 17(4), fl-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 27(1) għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 10(5), fl-Artikolu 17(4), fl-Artikolu 20(2), fl-Artikolu 26(3) u fl-Artikolu 27(1) għal perjodu ta' ħames snin minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 462
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament fir-rigward ta':
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda dak ir-Regolament fir-rigward ta' punt aħħari fil-katina tal-manifattura u biex tissupplimentah fir-rigward ta':
Emenda 463
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 1 – inċiż 1
–   punt aħħari fil-katina tal-manifattura;
imħassar
Emenda 464
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 1 – punt b
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a dwar punt aħħari fil-katina tal-manifattura, li 'lil hinn minnu l-prodotti derivati msemmija f'dan il-paragrafu ma jibqgħux soġġetti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex temenda dan ir-Regolament fir-rigward ta' punt aħħari fil-katina tal-manifattura, li 'lil hinn minnu l-prodotti derivati msemmija f'dan il-paragrafu ma jibqgħux soġġetti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament."
Emenda 465
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 2 – punt a
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a dwar il-miżuri msemmija fil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw il-miżuri msemmija fil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu."
Emenda 466
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 2 – punt b
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a dwar il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu."
Emenda 467
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 7 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a dwar il-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3."
"4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-regoli li jikkonċernaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3."
Emenda 468
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 4 – punt a
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 51a li jistipula miżuri li jirrigwardjaw dawn li ġejjin:"
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula miżuri li jirrigwardjaw dawn li ġejjin:"
Emenda 469
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 5 – punt b – punt i
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a li jistipula miżuri li jirrigwardjaw dawn li ġejjin:"
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula miżuri li jirrigwardjaw dawn li ġejjin:"
Emenda 470
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 6
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a li jistipula l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu."
Emenda 471
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 7 – punt a
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a li jistipula miżuri li jirrigwardjaw dawn li ġejjin:"
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula miżuri li jirrigwardjaw dawn li ġejjin:"
Emenda 472
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 8 – punt a
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a li jistipula miżuri li jirrigwardjaw dawn li ġejjin:"
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula miżuri li jirrigwardjaw dawn li ġejjin:"
Emenda 473
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 9 – punt a
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 20 – paragrafu 11 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
"Wara li rċeviet l-opinjoni tal-EFSA, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a rigward dawn li ġejjin:"
"Wara li rċeviet l-opinjoni tal-EFSA, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta dawn li ġejjin:"
Emenda 474
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 10 – punt a
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 21 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a li jistipula miżuri li jirrigwardjaw dawn li ġejjin:"
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula miżuri li jirrigwardjaw dawn li ġejjin:"
Emenda 475
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 11 – punt b
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 27 – paragrafu 1 – parti introduttorja
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a dwar il-miżuri li ġejjin relatati ma' din it-Taqsima u mat-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu:"
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri li ġejjin relatati ma' din it-Taqsima u mat-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu:"
Emenda 476
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 12
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 31 – paragrafu 2
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a dwar miżuri li jirrigwardjaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika u tal-annimali għall-ġbir, l-ipproċessar u t-trattament tal-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 1."
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar miżuri li jirrigwardjaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika u tal-annimali għall-ġbir, l-ipproċessar u t-trattament tal-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 1."
Emenda 477
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 13 – punt a
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a li jistipula miżuri li jirrigwardjaw dawn li ġejjin:"
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula miżuri li jirrigwardjaw dawn li ġejjin:"
Emenda 478
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 14
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 40 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a dwar il-kundizzjonijiet għal:
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, dwar il-kundizzjonijiet għal:
Emenda 479
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 14
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar dawn li ġejjin:
2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a, sabiex temenda dan ir-Regolament, dwar dawn li ġejjin:
Emenda 480
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 14
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 56(3).
imħassar
Emenda 481
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 15 – punt a
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(3)."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu."
Emenda 482
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 15 – punt b
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 41 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
"Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti previsti fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(3)."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-rekwiżiti previsti mill-ewwel subparagrafu."
Emenda 483
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 16 – punt b
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 42 – paragrafu 2 – parti introduttorja
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a li jistipula dawn li ġejjin:"
"2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula dawn li ġejjin:"
Emenda 484
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 17
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 43 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a dwar ir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar ir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu."
Emenda 485
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 18
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 45 – paragrafu 4
"4. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw arranġamenti dettaljati biex tissupplimenta dan l-Artikolu, inklużi regoli li jikkonċernaw il-metodi ta' referenza għal analiżi mikrobijoloġika. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(3)."
"4. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati li jistipulaw arranġamenti dettaljati biex tissupplimenta dan l-Artikolu, inklużi regoli li jikkonċernaw il-metodi ta' referenza għal analiżi mikrobijoloġika. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 51a."
Emenda 486
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 19
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 48 – paragrafu 7 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a li jistipula dawn li ġejjin:
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula dawn li ġejjin:
Emenda 487
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 19
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 48 – paragrafu 8 – parti introduttorja
8.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a li jispeċifika l-kundizzjonijiet li soġġetti għalihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu derogi mill-paragrafi 1 sa 4 fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
8.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kundizzjonijiet li soġġetti għalihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu derogi mill-paragrafi 1 sa 4 fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
Emenda 488
Proposta għal regolament
Anness I – Parti XII – punt 167 – paragrafu 4 – punt 20
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 51a
"Artikolu 51a
"Artikolu 51a
Eżerċitar tad-delega
Eżerċitar tad-delega
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata d-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2), fl-Artikolu 6(1) u (2), fl-Artikolu 7(4), fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 15(1), fl-Artikolu 17(2), fl-Artikolu 18(3), fl-Artikolu 19(4), fl-Artikolu 20(11), fl-Artikolu 21(6), fl-Artikolu 27, fl-Artikolu 31(2), fl-Artikolu 32(3), fl-Artikolu 40(1), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2), fl-Artikolu 43(3), fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7 u fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 48 għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Omnibus].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata d-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2), fl-Artikolu 6(1) u (2), fl-Artikolu 7(4), fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 15(1), fl-Artikolu 17(2), fl-Artikolu 18(3), fl-Artikolu 19(4), fl-Artikolu 20(11), fl-Artikolu 21(6), fl-Artikolu 27, fl-Artikolu 31(2), fl-Artikolu 32(3), fl-Artikolu 40(1) u (2), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(1), fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 41(3), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2), fl-Artikolu 43(3), fl-Artikolu 45(4), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(7) u l-Artikolu 48(8) għal perjodu ta' ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2), fl-Artikolu 6(1) u (2), fl-Artikolu 7(4), fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 15(1), fl-Artikolu 17(2), fl-Artikolu 18(3), fl-Artikolu 19(4), fl-Artikolu 20(11), fl-Artikolu 21(6), fl-Artikolu 27, fl-Artikolu 31(2), fl-Artikolu 32(3), fl-Artikolu 40(1), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2), fl-Artikolu 43(3), fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7 u tal-paragrafu 8 tal-Artikolu 48 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata d-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2), fl-Artikolu 6(1) u (2), fl-Artikolu 7(4), fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 15(1), fl-Artikolu 17(2), fl-Artikolu 18(3), fl-Artikolu 19(4), fl-Artikolu 20(11), fl-Artikolu 21(6), fl-Artikolu 27, fl-Artikolu 31(2), fl-Artikolu 32(3), fl-Artikolu 40(1) u (2), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(1), fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 41(3), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2), fl-Artikolu 43(3), fl-Artikolu 45(4), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu48(7) u l-Artikolu 48(8) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016*.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet *.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(1) u (2), l-Artikolu 6(1) u (2), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 15(1), l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(3), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 20(11), l-Artikolu 21(6), l-Artikolu 27, l-Artikolu 31(2), l-Artikolu 32(3), l-Artikolu 40(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2), l-Artikolu 43(3), l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7 u l-paragrafu 8 tal-Artikolu 48 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(1) u (2), l-Artikolu 6(1) u (2), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 15(1), l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(3), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 20(11), l-Artikolu 21(6), l-Artikolu 27, l-Artikolu 31(2), l-Artikolu 32(3), l-Artikolu 40(1) u (2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(1), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 41(3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 45(4), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(7) u l-Artikolu 48(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
__________________
__________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.";
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.";

(1) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 29.
(2) ĠU C 164, 8.5.2018, p. 82.

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' April 2019Avviż legali