Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0330A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0076/2019

Testi mressqa :

A8-0076/2019

Dibattiti :

PV 17/04/2019 - 13
CRE 17/04/2019 - 13

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2019 - 16.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0415

Testi adottati
PDF 998kWORD 247k
L-Erbgħa, 17 ta' April 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta ***I
P8_TA-PROV(2019)0415A8-0076/2019
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI, ir-Regolament Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0631 – C8-0406/2018 – 2018/0330A(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0631),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 77(2)(b) u (d), u l-Artikolu 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0406/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta’ Frar 2019(2),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-21 ta’ Marzu 2019 li tawtorizza lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex jaqsam il-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u li jfassal żewġ rapporti leġiżlattivi separati fuq il-bażi tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-1 ta' April 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0076/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) [ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. / Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali].
(2) [ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. / Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali].


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ▌ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll(1)

P8_TC1-COD(2018)0330A

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 77(2)(b) u (d) u l-Artikolu 79(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  L-għan tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni huwa li tiżviluppa u timplimenta Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, li hija konsegwenza meħtieġa għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni u komponent fundamentali tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri hi l-qofol biex titjieb il-ġestjoni tal-migrazzjoni. L-għan hu li l-qsim tal-fruntieri esterni jiġi ġestit b'mod effiċjenti u li jiġu indirizzati l-isfidi migratorji u t-theddidiet futuri potenzjali f'dawk il-fruntieri, u b'hekk jingħata kontribut biex tiġi indirizzata l-kriminalità serja b'dimensjoni transfruntiera u jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà interna fl-Unjoni. Fl-istess ħin, jeħtieġ li tittieħed azzjoni b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u b'mod li jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-Unjoni.

(2)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ġiet stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004(5). Minn meta ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha fl-1 ta' Mejju 2005, din irnexxielha tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-aspetti operazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, analiżi tar-riskju, skambji ta' informazzjoni, relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u r-ritorn ta' persuni rimpatrijati.

(3)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ngħatat l-isem ġdid ta' Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-"Aġenzija") magħrufa b'mod aktar komuni bħala Frontex, u l-kompiti tagħha ġew estiżi b'kontinwità sħiħa tal-attivitajiet u l-proċeduri tagħha. Jenħtieġ li r-rwol ewlieni tal-Aġenzija jkun li tistabbilixxi strateġija teknika u operazzjonali bħala parti miċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-implimentazzjoni ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, biex tissorvelja l-funzjonament effettiv tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni, biex twettaq analiżi tar-riskju u valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà, biex tipprovdi aktar assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u pajjiżi terzi permezz ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntieri, biex tiżgura l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri f'każ ta' sitwazzjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali fl-appoġġ ta' operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ ta' persuni li jkunu jinsabu f'diffikultajiet fil-baħar, u biex torganizza, tikkoordina u twettaq operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn ▌.

(4)  Il-Kummissjoni ilha tieħu inizjattivi importanti sa mill-bidu tal-kriżi migratorja fl-2015 u proponiet sensiela ta' miżuri bil-għan li ssaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntieri tal-Unjoni u tirkupra l-funzjonament normali taż-żona Schengen. F'Diċembru tal-2015 tressqet proposta għal titjib sinifikanti tal-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni li ġiet negozjata rapidament matul l-2016. Ir-Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta daħal fis-seħħ fis-6 ta' Ottubru 2016.

(5)  Madankollu, il-qafas tal-Unjoni fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri esterni, tal-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u tal-asil għad irid jittejjeb aktar. Għal dan il-għan, u biex l-isforzi operazzjonali attwali u previsti fil-ġejjieni jintrifdu aħjar, jenħtieġ li ssir riforma tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta billi l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tingħata mandat aktar b'saħħtu u, b'mod partikolari, billi tingħata l-kapaċitajiet meħtieġa fis-sura ta' korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jenħtieġ li jilħaq gradwalment iżda rapidament l-objettiv strateġiku tal-kapaċità ta' 10 000 persuna f'persunal operazzjonali kif stipulat fl-Anness I, b'setgħat eżekuttivi, jekk ikunu applikabbli, biex tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri b'mod effettiv fl-isforzi tagħhom għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni, fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u biex ir-ritorn ta' migranti irregolari jissaħħaħ b'mod effettiv u sostenibbli. Dan jirrappreżenta l-kapaċità massima disponibbli biex jiġu indirizzati b'mod effettiv il-ħtiġijiet operattivi eżistenti u futuri għal operazzjonijiet ta' ritorn fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, inklużi kapaċitajiet ta' reazzjoni rapida biex jiġu indirizzati kriżijiet futuri.

(5a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq rieżami tal-għadd globali u l-kompożizzjoni tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż id-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-Istat Membru individwali lill-korp permanenti, kif ukoll tat-taħriġ, l-għarfien espert u l-professjonaliżmu tiegħu. Sa Marzu 2024, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tressaq proposti xierqa biex temenda l-Annessi I, III, IV u Va. Fejn il-Kummissjoni ma tressaqx proposta, hija għandha tispjega r-raġunijiet warajha.

(5b)  L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari t-twaqqif ta' korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż wara r-rieżami, jenħtieġ li tkun soġġetta għall-qafas u l-limiti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

(6)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta' Ġunju 2018 il-Kunsill Ewropew appella għat-tisħiħ ulterjuri tar-rwol ta' appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż fil-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, permezz ta' aktar riżorsi u mandat imsaħħaħ, bil-għan li jiġi żgurat kontroll effettiv tal-fruntieri esterni u għat-tisħiħ tar-ritorn effettiv tal-migranti irregolari.

(7)  Huwa meħtieġ li l-qsim tal-fruntieri esterni jiġi mmonitorjat b'mod effiċjenti, li jiġu indirizzati sfidi migratorji u theddidiet futuri potenzjali fil-fruntieri esterni, li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà interna fl-Unjoni, li jiġi salvagwardjat il-funzjonament taż-żona Schengen u l-prinċipju ġenerali tas-solidarjetà jiġi rrispettat. Jenħtieġ li dan ikun akkumpanjat minn ġestjoni proattiva tal-migrazzjoni, inkluż il-miżuri meħtieġa f'pajjiżi terzi. Fid-dawl ta' dak li ntqal, huwa meħtieġ li l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta tissaħħaħ u li l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jiġi estiż aktar. ▌

(9)  Meta tkun qed tiġi implimentata l-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, jenħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza ma' objettivi oħra ta' politika ▌.

(8a)  Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, ibbażata fuq il-mudell ta' kontroll tal-aċċess b'erba' livelli, tinkludi miżuri f'pajjiżi terzi, bħal dawk skont il-politika komuni tal-viża, miżuri ma' pajjiżi terzi ġirien, miżuri ta' kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni, analiżi tar-riskju, u miżuri fiż-żona Schengen u r-ritorn.

(10)  Il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri jenħtieġ li tiġi implimentata bħala responsabbiltà kondiviża tal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu operazzjonijiet ta' sorveljanza tal-fruntieri marittimi u kwalunkwe kompitu ieħor ta' kontroll tal-fruntieri, u dawk responsabbli mir-ritorni. Filwaqt li r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħhom tibqa' tal-Istati Membri, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri kollha u huma responsabbli mill-ħruġ ta' deċiżjonijiet ta' ritorn, jenħtieġ li l-Aġenzija tappoġġa l-applikazzjoni ta' miżuri tal-Unjoni li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u mar-ritorni billi ssaħħaħ, tivvaluta u tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw dawk il-miżuri. L-attivitajiet tal-Aġenzija jenħtieġ li jkunu kumplementari għall-isforzi tal-Istati Membri.

(11)  Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri u tiżdied l-effiċjenza tal-politika komuni ta' ritorn, jenħtieġ li tiġi stabbilita Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Jenħtieġ li din tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani u t-tagħmir li teħtieġ. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tkun magħmula mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inklużi l-gwardji tal-kosta sal-punt li dawn iwettqu kompiti ta' kontroll tal-fruntieri, kif ukoll l-awtoritajiet responsabbli mir-ritorni. Bħala tali hija se tiddependi fuq l-użu komuni ta' informazzjoni, kapaċitajiet u sistemi fil-livell nazzjonali u r-rispons tal-Aġenzija fil-livell tal-Unjoni.

(10a)  L-istandards tekniċi għas-sistemi ta' informazzjoni u l-applikazzjonijiet tas-software jenħtieġ li jkunu allinjati mal-istandards li jintużaw minn eu LISA għas-sistemi l-oħra tal-IT fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(12)  Ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri ma tbiddilx il-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam doganali, b'mod partikolari rigward il-kontrolli, il-ġestjoni tar-riskju u l-iskambju ta' informazzjoni.

(13)  L-iżvilupp tal-politika u tal-liġi dwar il-kontroll tal-fruntieri esterni u r-ritorn, inkluż l-iżvilupp ta' strateġija ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, tibqa' responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni mill-qrib bejn l-Aġenzija u dawk l-istituzzjonijiet jenħtieġ li tiġi garantita.

(14)  L-implimentazzjoni effettiva tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tkun żgurata permezz ta' ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Iċ-ċiklu pluriennali jenħtieġ li jistabbilixxi proċess integrat, unifikat u kontinwu li jipprovdi linji gwida strateġiċi lill-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorni sabiex dawk l-atturi jimplimentaw il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri b'mod koerenti. Dan għandu wkoll jindirizza l-interazzjonijiet rilevanti kollha tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta mal-Kummissjoni, ma' istituzzjonijiet u ma' korpi oħrajn kif ukoll il-kooperazzjoni ma' sħab rilevanti oħrajn, inklużi pajjiżi terzi u partijiet terzi skont kif xieraq.

(15)  Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri tirrikjedi ppjanar integrat bejn l-Istati Membri u ▌Aġenzija għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-fruntieri u r-ritorn, għat-tħejjija ta' risponsi għal sfidi fil-fruntieri esterni, għall-ippjanar ta' kontinġenza u għall-koordinazzjoni fit-tul tal-iżvilupp ta' kapaċitajiet kemm f'termini ta' reklutaġġ u taħriġ iżda wkoll għall-akkwist u l-iżvilupp ta' tagħmir.

(14a)  L-Aġenzija jenħtieġ li tiżviluppa standards tekniċi għall-iskambju ta' informazzjoni kif previst f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, għall-implimentazzjoni effettiva tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, u b'rispett xieraq għar-responsabbiltà tal-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu żviluppati l-istandards minimi komuni għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija tista' tikkontribwixxi fid-definizzjoni ta' standards minimi komuni bi qbil mar-responsabbiltà tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Dawn l-istandards minimi komuni tas-sorveljanza tal-fruntieri esterni jenħtieġ li jiġu definiti skont it-tip ta' fruntieri, il-livelli tal-impatt attribwiti mill-Aġenzija lil kull sezzjoni tal-fruntiera esterna u fatturi oħra bħall-partikularitajiet ġeografiċi. L-iżvilupp tagħhom jenħtieġ li jqis il-limitazzjonijiet possibbli li joħorġu mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(16)  L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax id-diviżjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri jew l-obbligi tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fil-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Protokoll tagħha kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru, il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus ta' Persuni Apolidi u strumenti internazzjonali rilevanti oħra.

(17)  L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax lir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6). Operazzjonijiet tal-baħar jenħtieġ li jitwettqu b'mod li, f'kull każ, jiżguraw is-sikurezza tal-persuni interċettati jew salvati, is-sikurezza tal-unitajiet parteċipanti u dik ta' partijiet terzi.

(18)  Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet ▌tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħarsien tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna u skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

(19)  Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tad-difiża.

(20)  Jenħtieġ li l-kompiti u l-kompetenza estiżi tal-Aġenzija jkunu bbilanċjati b'salvagwardji msaħħa tad-drittijiet fundamentali, aktar responsabbiltà u responsabbiltà b'mod partikolari f'termini tal-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi mill-persunal statutorju.

(21)  L-Aġenzija tiddependi fuq il-kooperazzjoni tal-Istati Membri biex tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha b'mod effettiv. F'dan ir-rigward, huwa importanti għall-Aġenzija u l-Istati Membri li jaġixxu in bona fede u li jiskambjaw informazzjoni preċiża fil-ħin. Jenħtieġ li l-ebda Stat Membru ma jkun obbligat li jagħti tagħrif li l-iżvelar tiegħu jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu.

(21)  Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri l-oħra, jagħtu d-data rilevanti neċessarja għall-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija, inkluż għat-tħejjija ta' għarfien tas-sitwazzjoni, l-analiżi tar-riskju, il-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u l-ippjanar integrat. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiżguraw li d-data tkun preċiża, aġġornata u miksuba u mdaħħla legalment. Fejn din id-data tkun tinkludi data personali, id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data jenħtieġ li japplika bis-sħiħ.

(22a)  In-Netwerk ta' Komunikazzjoni previst f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ibbażat fuq in-Netwerk ta' Komunikazzjoni tal-EUROSUR li ġie żviluppat fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jissostitwih(7). In-Netwerk ta' Komunikazzjoni jenħtieġ li jintuża għall-iskambji ta' informazzjoni siguri kollha fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-livell ta' akkreditazzjoni tagħha jenħtieġ li jiżdied sal-livell ta' Kunfidenzjalità UE/EU Kunfidenzjali sabiex tittejjeb l-assigurazzjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Aġenzija.

(23)  Is-sistema Ewropea ta' sorveljanza tal-fruntieri (EUROSUR) hija neċessarja għall-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta sabiex tikkontestwalizza l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u mal-Aġenzija. L-EUROSUR qed tipprovdi l-infrastruttura u l-għodod meħtieġa lil dawk l-awtoritajiet u lill-Aġenzija biex itejbu l-għarfien tas-sitwazzjoni u jżidu l-kapaċità ta' reazzjoni tagħhom fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri għall-fini tad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera u jikkontribwixxu għas-salvataġġ u għall-iżgurar tal-protezzjoni u tal-ħajjiet tal-migranti.

(24)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni biex itejbu l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni għas-sorveljanza tal-fruntieri u biex jagħmlu kontrolli bejniethom u mal-Aġenzija. Għall-funzjonament tajjeb tal-EUROSUR huwa essenzjali li l-awtoritajiet nazzjonali kollha b'responsabbiltà għal sorveljanza tal-fruntiera esterna skont id-dritt nazzjonali jikkooperaw permezz taċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni.

(23a)  Ir-rwol taċ-ċentru ta' koordinazzjoni nazzjonali li jikkoordina u jiskambja informazzjoni bejn l-awtoritajiet kollha li għandhom responsabbiltà għall-kontroll fil-fruntieri esterni fuq livell nazzjonali huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi stabbiliti fil-livell nazzjonali rigward l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' kontroll fil-fruntieri.

(24)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jtellifx lill-Istati Membri milli jagħmlu ċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni tagħhom responsabbli wkoll għall-koordinazzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni u għall-kooperazzjoni fir-rigward ta' komponenti oħrajn tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri.

(26)  Il-kwalità tal-informazzjoni skambjata bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija kif ukoll it-tempestività li biha tiġi skambjata tali informazzjoni huma prerekwiżiti għall-funzjonament tajjeb tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri. Filwaqt li tkompli tibni fuq is-suċċess tal-EUROSUR, jenħtieġ li dik il-kwalità tiġi żgurata permezz tal-istandardizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni bejn in-netwerks u s-sistemi, l-assigurazzjoni tal-informazzjoni u l-kontroll tal-kwalità tad-data u tal-informazzjoni li jiġu trażmessi.

(26)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi l-assistenza meħtieġa għall-iżvilupp u l-operazzjoni tal-EUROSUR inkluża l-interoperabbiltà tas-sistemi, b'mod partikolari permezz tat-twaqqif, iż-żamma u l-koordinazzjoni tal-qafas tal-EUROSUR.

(27)  Jenħtieġ li l-EUROSUR tipprovdi stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fil-fruntieri, iżda wkoll fiż-żona Schengen u fiż-żona prefruntiera. Din jenħtieġ li tkopri s-sorveljanza fil-fruntieri tal-art, tal-baħar u tal-ajru, iżda wkoll kontrolli fil-punti tal-qsim tal-fruntiera. Il-provvista ta' għarfien tas-sitwazzjoni fiż-żona Schengen ma għandhiex twassal biex l-Aġenzija twettaq attivitajiet operazzjonali fil-fruntieri interni tal-Istati Membri.

(28)  Jenħtieġ li s-sorveljanza tal-fruntiera tal-ajru tkun element tal-ġestjoni tal-fruntiera ladarba kemm titjiriet kummerċjali u privati kif ukoll sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod qegħdin jintużaw għal attivitajiet illegali relatati mal-immigrazzjoni u mal-kriminalità transfruntiera. Is-sorveljanza tal-fruntiera tal-ajru għandha l-għan li tidentifika u tissorvelja tali titjiriet suspettużi li jaqsmu l-fruntieri esterni jew li jkollhom l-intenzjoni li jaqsmuhom, u li twettaq analiżi tar-riskju relatata bil-għan li tiskatta l-kapaċitajiet ta' reazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-UE u tal-Istati Membri. Għal dan il-għan, jenħtieġ li tinġieb 'il quddiem il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija, il-maniġer tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (EUROCONTROL) u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA). Fejn dan ikun rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni dwar titjiriet esterni suspettużi u jirreaġixxu kif xieraq. Jenħtieġ li l-Aġenzija tissorvelja u tappoġġa attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni f'dan il-qasam.

(28a)  Ir-rapportar ta' ġrajjiet relatati ma' movimenti sekondarji mhux awtorizzati fl-EUROSUR se jikkontribwixxi għall-monitoraġġ, min-naħa tal-Aġenzija, tal-flussi migratorji lejn u fi ħdan l-Unjoni, għall-fini tal-analiżi tar-riskju u tal-għarfien tas-sitwazzjoni. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(3) se jkompli jiddefinixxi t-tip ta' rappurtar li jissodisfa dan l-objettiv bl-aħjar mod.

(30)  Jenħtieġ li s-servizzi ta' Fużjoni tal-EUROSUR mogħtija mill-Aġenzija jkunu bbażati fuq l-applikazzjoni komuni tal-għodod ta' sorveljanza u l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-livell tal-Unjoni, inkluż l-għoti tas-servizzi ta' sigurtà ta' Copernicus. Jenħtieġ li dawn jipprovdu lill-Istati Membri u lill-aġenzija b'servizzi ta' informazzjoni ta' valur miżjud relatati mal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri. Is-Servizzi ta' Fużjoni tal-EUROSUR jenħtieġ li jiġu estiżi biex jappoġġaw kontrolli fil-Punt ta' Qsim tal-Fruntiera, fis-Sorveljanza fil-Fruntieri tal-Ajru u għall-monitoraġġ tal-flussi migratorji.

(31)  Il-prattika tal-ivvjaġġar f'dgħajjes żgħar mhux tajbin għat-tbaħħir wassal għal żieda kbira fin-numru ta' migranti li għerqu fil-fruntieri esterni marittimi fin-Nofsinhar tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-EUROSUR ittejjeb b'mod konsiderevoli l-kapaċità operazzjonali u teknika tal-Aġenzija u tal-Istati Membri li jidentifikaw tali dgħajjes żgħar u jtejbu l-kapaċità ta' reazzjoni tal-Istati Membri, biex b'hekk tikkontribwixxi għal tnaqqis fl-imwiet ta' migranti, inkluż fil-kuntest ta' operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ.

(32)  Dan ir-Regolament jirrikonoxxi li r-rotot migratorji jintużaw ukoll minn persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali.

(33)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprepara analiżi tar-riskju ġenerali u mfassla apposta bbażata fuq mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju, li għandhom japplikawha l-Aġenzija nnifisha u l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Aġenzija, abbażi wkoll tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tipprovdi informazzjoni adegwata li tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, speċjalment il-kontroll tal-fruntieri, ir-ritorn, il-fenomenu tal-movimenti irregolari sekondarji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni f'dak li jirrigwarda xejriet, rotot u volumi, il-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera inkluż il-faċilitazzjoni tal-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u t-theddid ta' natura ibrida kif ukoll is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi rilevanti, sabiex ikun hemm lok għal miżuri xierqa li għandhom jittieħdu jew biex jindirizzaw it-theddidiet u r-riskji identifikati sabiex tittejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni.

(33)  Minħabba l-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-Aġenzija tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' kriminalità transfruntiera, bħalma huma l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, meta huwa xieraq li taġixxi u meta tkun kisbet informazzjoni rilevanti permezz tal-attivitajiet tagħha. Jenħtieġ li tikkoordina l-attivitajiet tagħha mal-Europol bħala l-aġenzija responsabbli biex tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot lil żewġ Stati Membri jew aktar. Id-dimensjoni transfruntiera hija kkaratterizzata minn delitti marbuta direttament ma' qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri esterni, inkluż it-traffikar tal-bnedmin jew il-faċilitazzjoni ta' migrazzjoni irregolari. F'konformità mal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE(8) li jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jimponux sanzjonijiet f'każijiet fejn l-għan tal-imġiba jkun li l-migranti jingħataw assistenza umanitarja.

(35)  Fi spirtu ta' responsabbiltà kondiviża, ir-rwol tal-Aġenzija jenħtieġ li jkun il-monitoraġġ regolari tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, inkluż ir-rispett għad-drittijiet fundamentali bħala parti mill-attivitajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri. Jenħtieġ li l-Aġenzija tiżgura monitoraġġ sew u effettiv mhux biss permezz ta' għarfien tas-sitwazzjoni u analiżi tar-riskju, iżda anki permezz tal-preżenza ta' esperti mill-persunal tagħha stess fl-Istati Membri. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista' tibgħat uffiċjali ta' kollegament fi Stati Membri għal perjodu ta' żmien li matulu l-uffiċjal ta' kollegament jirrapporta lid-direttur eżekuttiv. Jenħtieġ li r-rapport tal-uffiċjali ta' kollegament jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà.

(36)  Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, ibbażata fuq kriterji oġġettivi, biex tivvaluta l-kapaċità u l-livell ta' tħejjija tal-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni tagħhom u li jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u riżerva ta' tagħmir tekniku. Il-valutazzjoni tat-tagħmir jenħtieġ li tinkludi valutazzjoni tat-tagħmir, tal-infrastruttura, tal-persunal, tal-baġit u tar-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri kif ukoll il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom sabiex jiġu indirizzati kriżijiet possibbli fil-fruntieri esterni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas identifikat f'din il-valutazzjoni. Jenħtieġ li d-direttur eżekuttiv jidentifika l-miżuri li għandhom jittieħdu u jirrakkomandahom lill-Istat Membru kkonċernat. Id-direttur eżekuttiv jenħtieġ ukoll li jistabbilixxi limitu ta' żmien li fih għandhom jittieħdu dawn il-miżuri u jwettaq monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni f'waqtha. Fejn il-miżuri meħtieġa ma jittiħdux sal-iskadenza ta' żmien stabbilita, il-kwistjoni jenħtieġ li tiġi riferuta lill-bord maniġerjali għal deċiżjoni ulterjuri.

(37)  Jekk l-Aġenzija ma tingħatax l-informazzjoni neċessarja b'mod preċiż u fil-ħin biex twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, jenħtieġ li hija tkun tista' tieħu inkunsiderazzjoni dan il-fatt meta twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, sakemm ma jingħatawx raġunijiet debitament ġustifikati biex id-data tinżamm milli tingħata.

(38)  Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013(9) huma żewġ mekkaniżmi komplementari li jiggarantixxu l-kontroll tal-kwalità Ewropew tal-funzjonament xieraq taż-żona Schengen u jiżguraw li l-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali jkunu dejjem lesti jirrispondu għal kwalunkwe sfida fil-fruntieri esterni. Waqt li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen huwa l-metodu primarju għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-konformità magħha fl-Istati Membri, jenħtieġ li s-sinerġiji bejn dawn iż-żewġ mekkaniżmi jiġu mmassimizzati bil-għan li tinkiseb stampa mtejba tas-sitwazzjoni dwar il-funzjonament taż-żona Schengen, filwaqt li tiġi evitata, sa fejn ikun possibbli, id-duplikazzjoni tal-isforzi min-naħa tal-Istati Membri, u jiġi żgurat użu aktar koordinat tal-istrumenti finanzjarji rilevanti tal-Unjoni li jappoġġaw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi stabbilit skambju ta' informazzjoni regolari bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni dwar ir-riżultati taż-żewġ mekkaniżmi.

(39)  Fid-dawl tal-fatt li l-Istati Membri jistabbilixxu taqsimiet tal-fruntiera, li l-Aġenzija tassenjalhom livelli ta' impatt, u billi l-kapaċitajiet ta' reazzjoni tal-Istati Membri u tal-Aġenzija jenħtieġ li jkunu marbuta ma' dawn il-livelli ta' impatt, jenħtieġ li jiġi stabbilit temporanjament ir-raba' livell ta' impatt kritiku li jkun jikkorrispondi għal sitwazzjoni fejn iż-żona Schengen tkun f'riskju u fejn l-Aġenzija jkun jenħtieġ li tintervjeni.

(39a)  Jekk livell tal-impatt għoli jew kritiku jiġi assenjat lil taqsima tal-fruntiera marittima minħabba żieda fl-immigrazzjoni illegali, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jqisu din l-informazzjoni għall-ippjanar u t-tmexxija ta' operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ, peress li sitwazzjoni bħal din tista' tiġġenera żieda fid-domanda għall-assistenza ta' persuni f'diffikultà fuq il-baħar.

(40)  Jenħtieġ li l-Aġenzija torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istati Membri sabiex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni u li jiffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni li jirriżultaw minn żieda fl-għadd ta' wasliet ta' migranti irregolari jew mill-kriminalità transfruntiera. Jenħtieġ li tali assistenza tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jagħtu bidu għal investigazzjonijiet kriminali. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Aġenzija, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, torganizza u tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew aktar u tibgħat korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll tipprovdi t-tagħmir tekniku meħtieġ.

(41)  F'każijiet meta jkun hemm sfida speċifika u sproporzjonata fil-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-Aġenzija, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntieri u tibgħat timijiet mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u tiskjera tagħmir tekniku, inkluż mir-Riżerva ta' Tagħmir tar-Reazzjoni Rapida. Interventi rapidi fil-fruntiera jenħtieġ li jipprovdu rinforz għal perjodu limitat ta' żmien f'sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni immedjata u fejn tali intervent jipprovdi rispons effettiv. Sabiex tiġi żgurata l-operazzjoni effettiva ta' tali interventi, jenħtieġ li l-Istati Membri joffru d-disponibbiltà ta' persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jifformaw timijiet rilevanti u jipprovdu t-tagħmir tekniku meħtieġ. Meta l-ekwipaġġ stazzjonat mat-tagħmir tekniku ta' Stat Membru joriġina minn dak l-Istat Membru, jenħtieġ li l-ekwipaġġ jitqies bħala parti mill-kontribuzzjoni ta' dak l-Istat Membru lill-korp permanenti. Jenħtieġ li l-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat jiftiehmu dwar pjan operazzjonali.

(42)  Meta Stat Membru jiffaċċja sfidi migratorji speċifiċi u sproporzjonati f'żoni partikolari tal-fruntieri esterni kkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar u mħallta, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jserrħu fuq rinforzi tekniċi u operazzjonali. Dawn ir-rinforzi jenħtieġ li jiġu pprovduti fiż-żoni hotspot minn timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Jenħtieġ li t-timijiet ikunu magħmula minn persunal operazzjonali li jiġi stazzjonat mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u esperti mill-Istati Membri stazzjonati mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u l-Europol, jew aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni bejn l-aġenziji differenti fil-post. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, tistabbilixxi t-termini tal-kooperazzjoni fiż-żona hotspot u tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.

(43)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe awtorità li x'aktarx tirċievi applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, bħall-pulizija, il-gwardji tal-fruntiera, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-persunal tal-faċilitajiet ta' detenzjoni, ikollha l-informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ ukoll li jiżguraw li l-membri tal-persunal ta' dawn l-awtoritajiet jirċievi l-livell meħtieġ ta' taħriġ li jkun xieraq għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom, istruzzjonijiet biex jinformaw lill-applikanti dwar fejn u kif l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jiġu ppreżentati u istruzzjonijiet dwar kif il-persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli u t-tfal mhux akkumpanjati jiġu riferuti għall-mekkaniżmi ta' riferiment xierqa.

(43a)  Jenħtieġ li t-taħriġ tal-korp permanenti jsir b'kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri, b'mod partikolari l-akkademji ta' taħriġ tagħhom, filwaqt li jiġi żgurat li l-programmi ta' taħriġ ikunu armonizzati u jrawmu valuri komuni kif minquxa fit-Trattati. L-Aġenzija, wara li tikseb l-approvazzjoni tal-bord maniġerjali, tista' tistabbilixxi ċentru ta' taħriġ tal-Aġenzija biex tiffaċilita aktar l-inklużjoni ta' kultura Ewropea komuni fit-taħriġ li jingħata.

(44)  F'Ġunju 2018, il-Kunsill Ewropew ikkonferma mill-ġdid l-importanza ta' approċċ komprensiv għall-migrazzjoni u kkunsidra li l-migrazzjoni mhijiex sfida għal Stat Membru wieħed, iżda għall-Ewropa kollha kemm hi. F'dan ir-rigward, enfasizza l-importanza li l-Unjoni tipprovdi appoġġ sħiħ biex tiżgura ġestjoni ordnata tal-flussi migratorji. ▌

(45)  Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil jikkooperaw mill-qrib biex jindirizzaw l-isfidi migratorji b'mod effettiv, b'mod partikolari l-isfidi fil-fruntieri esterni li huma kkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar u mħallta. B'mod partikolari, jenħtieġ li ż-żewġ Aġenziji jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u jappoġġaw lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-proċedura ta' protezzjoni internazzjonali u l-proċedura ta' ritorn fir-rigward taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali ma tintlaqax. Jenħtieġ ukoll li l-Aġenzija u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil jikkooperaw f'attivitajiet operazzjonali komuni oħrajn, bħall-analiżi tar-riskju, il-ġbir ta' data statistika, it-taħriġ u l-appoġġ lill-Istati Membri dwar ippjanar ta' kontinġenza.

(44a)  L-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta huma responsabbli għal firxa wiesgħa ta' kompiti marittimi, li jistgħu jinkludu s-sikurezza, is-sigurtà, it-tiftix u s-salvataġġ fuq il-baħar, u l-kontroll tal-fruntieri, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll doganali, l-infurzar tal-liġi ġenerali u l-protezzjoni ambjentali. L-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għalhekk jenħtieġ li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom kemm ma' xulxin kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta biex iqawwu l-għarfien dwar is-sitwazzjoni marittima u jappoġġaw azzjonijiet koerenti u kosteffiċjenti. Jenħtieġ li s-sinerġiji bejn id-diversi atturi fl-ambjent marittimu jkunu konformi mal-istrateġiji għal ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri u għas-sigurtà marittima.

(46)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu f'pożizzjoni li jserrħu fuq aktar rinforzi operazzjonali u tekniċi mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot ▌. Jenħtieġ li t-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jkunu magħmula minn esperti mill-persunal statutorju tal-Aġenzija u esperti sekondati mill-Istati Membri, u esperti tal-persunal jew esperti mill-Istati Membri stazzjonati mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil, mill-Europol, u fejn dan ikun rilevanti, mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jew minn aġenziji ▌oħra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-kooperazzjoni meħtieġa fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u fil-kooperazzjoni tal-aġenziji rilevanti fil-mandati rispettivi tagħhom u tistabbilixxi t-termini tal-kooperazzjoni għall-operazzjonijiet fil-post fid-dawl tal-involviment ta' diversi aġenziji tal-Unjoni.

(47)  F'żoni hotspot, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni li jenħtieġ li jaġixxu f'konformità mal-mandati u mas-setgħat rispettivi tagħhom u taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, jenħtieġ li tiżgura li l-attivitajiet fiż-żoni hotspot ikunu konformi mad-dritt rilevanti tal-Unjoni u mad-drittijiet fundamentali.

(48)  Jenħtieġ li d-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat li jibda u jwettaq operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntieri meta dawn ikunu ġġustifikati mir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, tal-analiżi tar-riskju jew fejn taqsima jew taqsimiet tal-fruntiera jiġu assenjati temporanjament livell ta' impatt kritiku.

(50)  Fejn il-kontroll tal-fruntieri esterni jsir ineffettiv sa tali punt li jissogra li jipperikola l-funzjonament taż-żona Schengen, jew minħabba li Stat Membru ma jiħux il-miżuri meħtieġa f'konformità ma' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, jew minħabba li Stat Membru li jkun qed jiffaċċja sfidi sproporzjonati u speċifiċi fil-fruntieri esterni ma jkunx talab appoġġ suffiċjenti mill-Aġenzija jew ma jkunx qed jimplimenta tali appoġġ, jenħtieġ li jingħata rispons unifikat, rapidu u effettiv fil-livell tal-Unjoni. Għall-fini tal-mitigazzjoni ta' dawn ir-riskji, u sabiex tiżgura koordinazzjoni aħjar fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi lill-Kunsill deċiżjoni li tidentifika l-miżuri li jkunu jridu jiġu implimentati mill-Aġenzija u li fl-istess ħin tirrikjedi li l-Istat Membru kkonċernat jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri. Is-setgħa ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' tali deċiżjoni jenħtieġ li tkun konferita lill-Kunsill minħabba li l-miżuri, li x'aktarx jolqtu s-setgħat eżekuttivi u ta' infurzar nazzjonali, jafu jkunu ta' natura sensittiva mil-lat politiku.

Jenħtieġ imbagħad li l-Aġenzija tiddetermina l-azzjonijiet li jridu jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri indikati fid-deċiżjoni tal-Kunsill. L-Aġenzija jenħtieġ li tfassal pjan operazzjonali flimkien mal-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill u l-pjan operazzjonali permezz tal-implimentazzjoni, fost l-oħrajn, tal-obbligi previsti fl-Artikoli 44, 83 u 84. Jekk Stat Membru ma jikkonformax fi żmien 30 jum ma' dik id-deċiżjoni tal-Kunsill u ma jikkooperax mal-Aġenzija fl-implementazzjoni tal-miżuri li jinsabu f'dik id-deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tagħti lok għall-proċedura speċifika prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 biex jiġu ffaċċjati ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.

(51)  Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jkun ▌magħmul minn ▌gwardji tal-fruntiera, skorti għar-ritorn, speċjalisti tar-ritorn u persunal ieħor rilevanti. Il-korp permanenti jenħtieġ li jkun magħmul minn erba' kategoriji ta' persunal operazzjonali, jiġifieri membri tal-persunal statutorju impjegati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, persunal sekondat lill-Aġenzija mill-Istati Membri fuq żmien twil, persunal provdut mill-Istati Membri għal stazzjonamenti fuq żmien qasir u persunal li jifforma parti mir-riżerva ta' reazzjoni rapida għal interventi rapidi fil-fruntieri. Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jiġi stazzjonat fil-qafas tat-timijiet tal-ġestjoni tal-fruntiera, timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u timijiet tar-ritorn. Id-daqs reali tal-istazzjonamenti tal-korp permanenti għandu jiddependi mill-ħtiġijiet operazzjonali.

(52)  Il-persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta stazzjonat bħala membri tat-timijiet jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji kollha sabiex iwettqu kompiti ta' kontroll fuq il-fruntiera u ta' ritorn, fosthom il-kompiti li jkunu jirrikjedu setgħat eżekuttivi definiti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti jew, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, f'konformità mal-Anness V. Meta l-persunal statutorju tal-Aġenzija jeżerċita setgħat eżekuttivi, l-Aġenzija jenħtieġ li tkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara li ssir.

(53)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta f'konformità mal-Anness III għal issekondar fit-tul u mal-Anness IV għal stazzjonamenti fuq żmien qasir. Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Istati Membri ġew stabbiliti abbażi tal-iskema ta' tqassim maqbula matul in-negozjati fl-2016 għar-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida u stipulata fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1624. Din il-gwida għat-tqassim ġiet adattata proporzjonalment għad-daqs tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dawn il-kontribuzzjonijiet ġew stabbiliti wkoll b'mod proporzjonali għall pajjiżi assoċjati ma' Schengen.

(53a)  Meta jagħżel in-numri u l-profili li jkunu jridu jiġu indikati fid-deċiżjoni tal-bord maniġerjali msemmi fl-Artikolu 55(4), id-direttur eżekuttiv għandu japplika l-prinċipju ta' trattament ugwali u proporzjonalità b'mod partikolari fir-rigward tal-kapaċitajiet nazzjonali tal-Istati Membri.

(53b)  Iż-żminijiet preċiżi għall-istazzjonamenti fuq żmien qasir mill-korp permanenti, u biex isir disponibbli tagħmir tekniku kofinanzjat taħt l-Azzjonijiet Speċifiċi tal-Fond għas-Sigurtà Interna jew kwalunkwe finanzjament ieħor tal-Unjoni, għandu jiġi maqbul bejn kull Stat Membru u l-Aġenzija permezz tan-negozjati bilaterali annwali, fil-qies tal-kapaċitajiet u tal-proporzjonalità. Meta jitlob kontribuzzjonijiet nazzjonali, id-direttur eżekuttiv jenħtieġ li japplika, bħala regola ġenerali, il-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' trattament ugwali tal-Istati Membri bil-għan li jipprevjeni sitwazzjonijiet li jaffettwaw b'mod sostanzjali t-twettiq ta' kompiti nazzjonali fi Stat Membru wieħed billi jitolbu l-istazzjonament tal-kontribuzzjonijiet annwali ta' dak l-Istat Membru f'perjodu partikolari wieħed ta' 4 xhur. Tali modalitajiet jinkludu l-possibbiltà li l-Istati Membri jissodisfaw il-perjodi ta' stazzjonament obbligatorju permezz ta' perjodi mhux konsekuttivi. Fir-rigward tal-istazzjonament fuq żmien qasir fil-korp permanenti, l-Istati Membri jistgħu wkoll jissodisfaw l-obbligi tagħhom għal stazzjonament skont l-Artikolu 58 b'mod kumulattiv, permezz tal-istazzjonament ta' aktar membri tal-persunal għal perjodi iqsar jew permezz tal-istazzjonamenti tal-istess membri tal-persunal għal aktar minn 4 xhur f'konformità mal-pjan li jkun sar qbil dwaru fin-negozjati bilaterali annwali.

(53c)  Mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni f'waqtha tal-pjan operazzjonali dwar l-operazzjonijiet tal-baħar, l-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri parteċipanti, fl-aktar stadju bikri possibbli, informazzjoni speċifika dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni rilevanti u l-liġi applikabbli, b'mod partikolari dwar il-prerogattivi tal-kmandanti ta' bastimenti u ta' inġenji tal-ajru, il-kundizzjonijiet għall-użu tal-forza u l-impożizzjoni ta' miżuri restrittivi jew ta' miżuri ta' kustodja.

(55)  L-iżvilupp fit-tul tar-riżorsi umani biex jiġu żgurati l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jiġi appoġġat minn sistema ta' appoġġ finanzjarju. Għal dan il-għan, huwa xieraq li l-Aġenzija tawtorizza l-użu ta' għotjiet lill-Istati Membri mingħajr sejħa għal proposti taħt "il-finanzjament mhux marbut ma' kosti" f'konformità mal-Artikolu 125(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jimpjegaw u jħarrġu persunal addizzjonali li jagħtihom il-flessibbiltà neċessarja biex jikkonformaw mal-kontribuzzjoni obbligatorja għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dan għandu jieħu inkunsiderazzjoni ż-żmien adegwat għar-reklutaġġ u t-taħriġ, u għalhekk jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-regola n+2. Jenħtieġ li s-sistema ta' finanzjament dedikata tilħaq l-aħjar bilanċ bejn ir-riskju ta' irregolaritajiet u frodi u l-kosti ta' kontroll.

Ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet essenzjali li jwasslu għall-appoġġ finanzjarju, jiġifieri r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-għadd adegwat ta' gwardji tal-fruntiera jew ta' speċjalisti oħra li jikkorrispondu għall-għadd ta' uffiċjali sekondati fit-tul mal-Aġenzija jew l-istazzjonament effettiv ta' uffiċjali matul l-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija għal perjodu konsekuttiv jew mhux konsekuttiv li jkun tal-anqas erba' xhur jew fuq bażi pro rata għal stazzjonamenti għal perjodu konsekuttiv jew mhux konsekuttiv ta' anqas minn erba' xhur. Meta jitqies in-nuqqas ta' data rilevanti u paragunabbli dwar il-kosti attwali fl-Istati Membri, l-iżvilupp ta' skema ta' finanzjament abbażi tal-kost ikun kumpless wisq u ma jindirizzax il-ħtieġa għal skema ta' finanzjament sempliċi, rapida, effiċjenti u effettiva. Għal dan il-għan, huwa xieraq li l-Aġenzija tiġi awtorizzata li tagħmel għotjiet lill-Istati Membri mingħajr sejħa għal proposti fis-sura ta' "finanzjament mhux marbut ma' kostijiet" li jkun soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 125(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Bl-iskop li jiġi stabbilit ammont għal tali finanzjament lil Stati Membri differenti, ikun xieraq li bħala ammont ta' referenza jintuża s-salarju annwali ta' aġent kuntrattwali tal-Grupp ta' Funzjonijiet III grad 8 skala 1 tal-Istituzzjonijiet Ewropej modulati b'koeffiċjent korrettiv għal kull Stat Membru skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u fl-ispirtu ta' trattament indaqs. Fl-implimentazzjoni ta' dan l-appoġġ finanzjarju, l-Aġenzija u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u l-ebda finanzjament doppju.

(55a)  Sabiex jittaffa l-impatt possibbli fuq is-servizzi nazzjonali relatati mar-reklutaġġ tal-persunal statutorju tal-Aġenzija għall-korp permanenti tal-EBCG, jenħtieġ li jingħata appoġġ lis-servizzi rilevanti tal-Istati Membri biex ikopru investimenti ta' taħriġ għal persunal ġdid li jissostitwixxi tali persunal li jkun qed jitlaq.

(56)  Fid-dawl tal-istazzjonament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju ta' pajjiżi terzi, l-Aġenzija jenħtieġ li tiżviluppa l-kapaċitajiet għall-istrutturi ta' kmand u kontroll tagħha stess u proċedura li tiżgura r-responsabbiltà ċivili u kriminali tal-membri tat-timijiet.

(57)  Sabiex il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jkun jista' jiġi stazzjonat b'mod effettiv mill-1 ta' Jannar 2021, jenħtieġ li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet u miżuri ta' implimentazzjoni malajr kemm jista' jkun. Għalhekk, l-Aġenzija, flimkien mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li timpenja ruħha fit-tħejjija ta' tali miżuri ta' implimentazzjoni u deċiżjonijiet għall-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija. Dan il-proċess preparatorju avvanzat jenħtieġ li jinkludi r-reklutaġġ rilevanti mill-Aġenzija u l-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 120 ta' dan ir-Regolament.

(59)  Fl-istess waqt, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-appoġġ għall-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija, l-istazzjonamenti kollha sal-31 ta' Diċembru 2020 jenħtieġ li jiġu ppjananti u implimentati, fosthom tar-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida, f'konformità mal-Artikoli 20, 30 u 31 tar-Regolament (UE) 2016/1624 u skont in-negozjati bilaterali annwali li saru fl-2019. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jitħassru biss b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.

(60)  Il-forza tax-xogħol tal-Aġenzija se tikkonsisti minn persunal li jwettaq kompiti għall-Aġenzija, jew fil-Kwartieri Ġenerali, jew bħala parti mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jista' jinkludi persunal statutorju kif ukoll persunal sekondat fit-tul jew ipprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali għal stazzjonament fuq tul ta' żmien qasir u r-riżerva ta' reazzjoni rapida. Il-persunal statutorju tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se jiġi stazzjonat primarjament bħala membri tat-timijiet; se tkun biss parti limitata u definita b'mod ċar minn dan il-persunal li se tkun tista' tiġi rreklutata biex twettaq funzjonijiet ta' appoġġ għall-ħolqien tal-korp permanenti, prinċipalment fil-kwartieri ġenerali.

(61)  Biex jingħelbu n-nuqqasijiet persistenti fl-ippuljar volontarju tat-tagħmir tekniku mill-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward ta' assi fuq skala kbira, jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha t-tagħmir neċessarju tagħha li jkun jista' jiġi skjerat f'operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntieri jew fi kwalunkwe attività operazzjonali oħra. Jenħtieġ li dawk l-assi jiġu awtorizzati mill-Istati Membri bħala li qegħdin fis-servizz tal-gvern. Filwaqt li legalment l-Aġenzija ilha sa mill-2011 tista' takkwista jew tikri t-tagħmir tekniku tagħha, din il-possibbiltà kienet ostakolata b'mod sinifikanti bin-nuqqas ta' riżorsi baġitarji.

(62)  Konsegwentement, sabiex jintlaħaq il-livell ta' ambizzjoni fil-bażi tal-ħolqien tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-Kummissjoni allokat pakkett sinifikanti taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 sabiex l-Aġenzija tkun tista' takkwista, iżżomm u topera l-assi tal-ajru, tal-baħar u tal-art li jikkorrispondu mal-ħtiġijiet operazzjonali tagħha. Filwaqt li l-akkwiżizzjoni tal-assi neċessarji jista' jkun proċess twil, speċjalment għal assi kbar, fl-aħħar mill-aħħar it-tagħmir proprju tal-Aġenzija jenħtieġ li jsir is-sinsla tal-istazzjonamenti operazzjonali b'kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri li jingħataw f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni. Fil-biċċa l-kbira tiegħu, it-tagħmir tal-Aġenzija jenħtieġ li jiġi operat minn ekwipaġġ tekniku tal-Aġenzija li jkun parti mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji proposti, jenħtieġ li l-proċess ikun imsejjes fuq strateġija pluriennali li tiġi deċiża mill-bord maniġerjali kmieni kemm jista' jkun. Huwa meħtieġ li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-Aġenzija permezz ta' oqfsa finanzjarji pluriennali futuri u li tinżamm Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri komprensiva.

(63)  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-Istati Membri, jenħtieġ li jisfruttaw bl-aħjar mod possibbli l-kapaċitajiet eżistenti f'termini ta' riżorsi umani kif ukoll ta' tagħmir tekniku, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali.

(64)  L-iżvilupp fit-tul ta' kapaċitajiet ġodda fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tiġi koordinata bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija f'konformità maċ-ċiklu ta' politika strateġiku pluriennali, b'kunsiderazzjoni li ċerti proċessi jistgħu jieħdu fit-tul. Dan jinkludi r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' gwardji tal-fruntiera ġodda (li matul il-karriera tagħhom jistgħu jservu kemm fl-Istati Membri kif ukoll bħala parti mill-korp permanenti), l-akkwiżizzjoni, il-manutenzjoni u r-rimi ta' tagħmir (li fir-rigward tiegħu jenħtieġ li jkun hemm opportunitajiet għal interoperabbiltà u ekonomiji ta' skala) iżda wkoll l-iżvilupp ta' tagħmir ġdid u teknoloġiji relatati inkluż permezz tar-riċerka.

(65)  Il-pjan direzzjonali tal-kapaċitajiet jenħtieġ li jlaqqa' l-pjan ta' żvilupp tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri u l-ippjanar pluriennali tar-riżorsi tal-Aġenzija sabiex l-investiment ta' terminu twil jissaħħaħ biex il-Fruntieri esterni jitħarsu bl-aħjar mod.

(66)  B'kunsiderazzjoni tal-mandat imsaħħaħ tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-ħolqien tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-preżenza msaħħa tiegħu fuq il-post fil-fruntieri esterni u l-impenn akbar tiegħu fil-qasam tar-ritorni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Aġenzija tistabbilixxi uffiċċji antenna f'postijiet viċin l-attivitajiet operazzjonali sinifikanti tagħha għal matul dawn l-attivitajiet, li jaġixxu bħala interfaċċa bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti u biex jieħdu ħsieb il-koordinazzjoni, il-loġistika u l-kompiti ta' appoġġ kif ukoll għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti.

(66a)  Fl-ispirtu tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala parti mill-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Aġenzija għandha tikkoopera mill-qrib mal-Aġenziji rilevanti kollha tal-UE, b'mod partikolari mal-Europol u mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil. Din il-kooperazzjoni jenħtieġ li sseħħ fil-livell tal-Kwartieri Ġenerali, f'oqsma operattivi u, fejn rilevanti, fil-livell ta' uffiċċji tal-antenna.

(66b)  L-Aġenzija jenħtieġ li tiżviluppa aktar kurrikuli bażiċi komuni u għodod ta' taħriġ adegwati għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż taħriġ speċifiku fil-protezzjoni ta' persuni vulnerabbli inklużi t-tfal. Jenħtieġ li toffri wkoll korsijiet ta' taħriġ u seminars addizzjonali dwar kompiti ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri, inkluż għall-uffiċjali tal-korpi nazzjonali kompetenti. L-Aġenzija jenħtieġ li tipprovdi lill-membri tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b'taħriġ avvanzat rilevanti għall-kompiti u s-setgħat tagħhom. Dan jenħtieġ li jinkludi taħriġ dwar id-dritt rilevanti tal-Unjoni u dak internazzjonali u dwar id-drittijiet fundamentali. L-Aġenzija jenħtieġ li tkun awtorizzata torganizza attivitajiet ta' taħriġ f'kooperazzjoni ma' Stati Membri u pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.

(67)  Ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiż terz li ma jissodisfawx, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet tad-dħul, tas-soġġorn jew tar-residenza fl-Istati Membri, f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), huwa komponent essenzjali mill-isforzi komprensivi għall-indirizzar tal-immigrazzjoni illegali u jirrappreżenta kwistjoni importanti ta' interess pubbliku sostanzjali.

(68)  Jenħtieġ li l-Aġenzija żżid l-assistenza tagħha lill-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, soġġett għall-politika ta' ritorn tal-Unjoni u f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE. B'mod partikolari, jenħtieġ li din tikkoordina u torganizza operazzjonijiet ta' ritorn minn Stat Membru wieħed jew aktar u torganizza u twettaq interventi ta' ritorn sabiex issaħħaħ is-sistemi ta' ritorn ta' Stati Membri li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali biex jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jirritornaw ċittadini minn pajjiżi terzi f'konformità ma' dik id-Direttiva.

(69)  Jenħtieġ li l-Aġenzija, fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri li joħorġu deċiżjonijiet ta' ritorn, tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri fil-proċess ta' ritorn, inkluż ▌l-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u attivitajiet oħra ta' qabel ir-ritorn jew relatati mar-ritorn tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Aġenzija tassisti lill-Istati Membri fil-kisba ta' dokumenti tal-ivvjaġġar għar-ritorn, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi rilevanti.

(69a)  L-Aġenzija jenħtieġ li tippermetti, soġġett għal ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati, lill-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura u ta' Trattament jew Kastig Inuman jew Degradanti (CPT) tal-Kunsill tal-Ewropa biex iwettaq żjarat f'operazzjonijiet ta' ritorn imwettqa minnu, fi ħdan il-qafas tal-mekkaniżmu ta' monitoraġġ stabbilit mill-membri tal-Kunsill tal-Ewropa skont il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura.

(70)  L-assistenza lill-Istati Membri fit-twettiq ta' proċeduri ta' ritorn jenħtieġ li tinkludi l-għoti ta' informazzjoni prattika dwar pajjiżi terzi ta' ritorn rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, bħall-għoti ta' dettalji ta' kuntatt u informazzjoni loġistika oħra meħtieġa għall-ġestjoni tajba u dinjituża ta' operazzjonijiet ta' ritorn. L-assistenza jenħtieġ ukoll li tinkludi l-operat u l-manutenzjoni ta' pjattaforma għall-iskambju ta' data u informazzjoni neċessarja għall-Aġenzija biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali f'konformità mar-Regolament. Il-pjattaforma jenħtieġ li jkollha infrastruttura ta' komunikazzjoni li tippermetti t-trażmissjoni awtomatika ta' data statistika mis-sistemi nazzjonali ta' ġestjoni tar-ritorn tal-Istati Membri.

(72)  L-eżistenza potenzjali ta' ftehim bejn Stat Membru u stat terz ma tistax teħles lill-Aġenzija jew l-Istati Membri mill-obbligi jew ir-responsabbiltà tagħhom li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni jew internazzjonali, b'mod partikolari l-ħarsien tal-prinċipju tan-non-refoulement, il-projbizzjoni tat-tortura u tat-trattament inuman jew degradanti.

(73)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkooperaw f'livell operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet militari għal fini ta' infurzar tal-liġi, sa fejn din il-kooperazzjoni tkun kompatibbli mal-azzjonijiet tal-Aġenzija.

(74)  L-Aġenzija jenħtieġ li ttejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra tal-Unjoni, bħall-EUROPOL, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jew il-Maniġer tan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru sabiex isir l-aħjar użu possibbli mill-informazzjoni, il-kapaċitajiet u s-sistemi li huma diġà disponibbli fil-livell Ewropew, bħall-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-dinja Copernicus.

(75)  Il-kooperazzjoni attiva ma' pajjiżi terzi hija element importanti fil-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Din jenħtieġ li sservi biex tippromwovi l-ġestjoni tal-fruntieri u l-istandards ta' ritorn, għall-iskambju ta' informazzjoni u tal-analiżi tar-riskju, u, għall-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni tar-ritorni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza tagħhom u għall-appoġġ ta' pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni, inkluż l-istazzjonament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta meta tali appoġġ ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni u l-ġestjoni effettiva tal-politika dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni.

(75a)  Fejn il-Kummissjoni tirrakkomanda lill-Kunsill biex jawtorizzaha tinnegozja ftehim ta' status ma' Pajjiż Terz, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta s-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali rilevanti għaż-żoni koperti mill-Ftehim dwar l-Istatus f'dak il-Pajjiż Terz u tinforma lill-Parlament Ewropew b'dan.

(76)  Jenħtieġ li l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi ssir fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u konformi mal-prinċipju u l-objettivi tal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni se tiżgura l-konsistenza bejn il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun assistita mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni u s-servizzi tiegħu. Jenħtieġ li tali kooperazzjoni tapplika b'mod partikolari għall-attivitajiet tal-Aġenzija li jseħħu fit-territorju ta' pajjiżi terzi jew li jinvolvu uffiċjali ta' pajjiżi terzi f'oqsma bħall-analiżi tar-riskju, l-ippjanar u t-twettiq ta' operazzjonijiet, it-taħriġ, l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni.

(77)  Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni li tinsab fl-EUROSUR tkun kemm jista' jkun kompluta u aġġornata, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mas-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Aġenzija tikkoopera mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, jew fil-qafas ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi inklużi netwerks reġjonali jew permezz ta' arranġament ta' ħidma stabbilit bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, id-delegazzjonijiet u l-uffiċċji tal-Unjoni jipprovdu l-informazzjoni kollha li tista' tkun rilevanti għall-EUROSUR.

(78)  Dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, minħabba li skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni strutturati sew u permanenti ma' dawn il-pajjiżi, fosthom pajjiżi terzi ġirien iżda mhux biss, huma fatturi ewlenin biex jinkisbu l-objettivi tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Huwa essenzjali li kwalunkwe skambju ta' informazzjoni u kwalunkwe kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jsiru f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali.

(78a)  L-assistenza lil pajjiżi terzi jenħtieġ li tikkomplementa l-appoġġ tal-Aġenzija lill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' miżuri tal-Unjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri.

(78b)  Il-ftehimiet bilaterali u multilaterali konklużi mill-Istati Membri ma' pajjiżi terzi fl-oqsma koperti mill-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri jista' jkun fihom informazzjoni sensittiva rigward is-sigurtà. Meta tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi ttrattata mill-Kummissjoni f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli.

(79)  Sabiex jiġu stabbiliti stampa tas-sitwazzjoni u analiżi tar-riskju komprensivi li jkopru ż-żona prefruntiera, jenħtieġ li l-Aġenzija u ċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni jiġbru l-informazzjoni u jikkoordinaw mal-Uffiċjali għall-Komunikazzjoni dwar l-Immigrazzjoni stazzjonati f'pajjiżi terzi mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Aġenzija jew minn aġenziji oħra tal-Unjoni.

(80)  Is-sistema Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO) ġiet stabbilita permezz tal-Azzjoni Konġunta 98/700/ĠAI fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u tagħti aċċess lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom informazzjoni dwar kwalunkwe metodi ġodda ta' falsifikazzjoni li jkunu ġew identifikati, u dwar id-dokumenti awtentiċi ġodda li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni.

(81)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu tas-27 ta' Marzu 2017, il-Kunsill qal li l-ġestjoni tas-sistema FADO kienet antikwata u li hija meħtieġa bidla fil-bażi ġuridika tagħha biex tkompli tissodisfa r-rekwiżiti tal-politiki tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni. Il-Kunsill innota wkoll li jistgħu jiġu sfruttati sinerġiji f'dan ir-rigward bl-użu tal-għarfien espert tal-Aġenzija fil-qasam tal-frodi tad-dokumenti u x-xogħol li l-Aġenzija diġà kienet qed tagħmel fil-qasam. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Aġenzija tieħu f'idejha l-amministrazzjoni kif ukoll il-ġestjoni operazzjonali u teknika tas-sistema FADO minn idejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ladarba l-att legali rilevanti dwar is-sistema tal-FADO u s-sostituzzjoni tal-Azzjoni Konġunta 98/700/ĠAI jiġu adottati mill-koleġiżlaturi.

(83)  Tul il-perjodu tranżizzjonali, jenħtieġ li jiġi żgurat li s-sistema FADO tibqa' taħdem kollha kemm hi sa ma t-trasferiment jitwettaq effettivament u d-data eżistenti tiġi trasferita għas-sistema l-ġdida. Jenħtieġ imbagħad li s-sjieda tad-data eżistenti tiġi ttrasferita lill-Aġenzija.

(84)  Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Istati Membri fil-qafas ta' dan ir-Regolament jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), fejn applikabbli.

(85)  Fil-kuntest tar-ritorn, spiss jiġri li ċittadini ta' pajjiżi terzi ma jkollhomx dokumenti ta' identifikazzjoni u ma jikkooperawx biex tiġi stabbilita l-identità tagħhom billi ma jagħtux informazzjoni jew jagħtu data personali skorretta. Minħabba l-ħtieġa partikolari tal-politika li l-proċeduri tar-ritorn isiru b'ħeffa, huwa neċessarju għall-Aġenzija li tkun tista' tirrestrinġi ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data sabiex tipprevjeni li l-abbuż ta' tali drittijiet jimpedixxi l-implimentazzjoni xierqa tal-proċeduri ta' ritorn u l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet ta' ritorn mill-Istati Membri jew jipprevjeni lill-Aġenzija milli twettaq il-kompiti tagħha effiċjentement. B'mod partikolari, l-eżerċizzju tad-dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar jista' jittardja u jostakola t-twettiq tal-operazzjonijiet ta' ritorn b'mod sinifikanti. Barra minn hekk, f'xi każi d-dritt ta' aċċess mis-suġġett tad-data jista' jipperikola operazzjoni ta' ritorn billi jżid ir-riskju ta' ħarba jekk is-suġġett tad-data jsir jaf li l-Aġenzija qed tipproċessa d-data tiegħu fil-kuntest ta' operazzjoni ta' ritorn. Id-dritt ta' rettifika, min-naħa tiegħu, jista' jżid ir-riskju li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni jqarraq bl-awtoritajiet billi jagħti data skorretta. Għal dan il-għan, l-Aġenzija jenħtieġ li tkun tista' tadotta regoli interni dwar tali restrizzjonijiet.

(86)  Sabiex twettaq tajjeb il-kompiti tagħha fil-qasam tar-ritorn, inkluż billi tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tajba tal-proċeduri tar-ritorn u l-infurzar b'suċċess ta' deċiżjoni ta' ritorn, kif ukoll biex tiffaċilita l-operazzjonijiet ta' ritorn, jista' jkun li l-Aġenzija jkun jeħtiġilha tittrasferixxi data personali lejn pajjiżi terzi. Il-pajjiżi terzi tar-ritorn mhumiex ta' spiss soġġetti għal deċiżjonijiet ta' adegwatezza adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679, jew skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680, u bosta drabi ma jkunux ikkonkludew jew ma jkunx beħsiebhom jikkonkludu ftehim ta' riammissjoni mal-Unjoni jew jipprevedu salvagwardji xierqa b'xi mod ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2016/680. Madankollu, minkejja l-isforzi estensivi tal-Unjoni biex tikkoopera mal-pajjiżi ewlenin ta' oriġini ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment soġġetti għal obbligu ta' ritorn, mhuwiex dejjem possibbli li jiġi żgurat li pajjiżi terzi bħal dawn sistematikament jissodisfaw l-obbligu stabbilit mid-dritt internazzjonali biex jieħdu lura ċ-ċittadini tagħhom stess. Il-ftehimiet ta' riammissjoni, li ġew konklużi jew li qed jiġu nnegozjati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri u li jipprevedu salvagwardji xierqa għad-data personali, ikopru għadd limitat ta' pajjiżi terzi bħal dawn. Fis-sitwazzjoni fejn ftehimiet ta' din ix-xorta jkunu għadhom ma jeżistux, id-data personali jenħtieġ li tiġi ttrasferita mill-Aġenzija għall-finijiet tal-faċilitazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn tal-Unjoni, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 50(1)(d) tar-▌Regolament (UE) 2018/1725.

(86a)  Fir-rigward tal-Istati Membri, it-trasferiment ta' kwalunkwe data personali lejn pajjiżi terzi jenħtieġ li jsir skont ir-Regolament 2016/679 u d-Direttiva 2016/680, kif applikabbli. L-istess bħall-Aġenzija, il-pajjiżi terzi ta' ritorn spiss mhumiex soġġetti għal deċiżjonijiet ta' adegwatezza adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolament 2016/679 u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2016/680, kif applikabbli. Barra minn hekk, il-ftehimiet ta' riammissjoni li ġew konklużi jew li jkunu qed jiġu nnegozjati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri u li jipprevedu salvagwardji adatti għat-trasferiment ta' data lil pajjiżi terzi skont l-Artikolu 45 tar-Regolament 2016/679 u l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2016/680, kif applikabbli, ikopru għadd limitat ta' pajjiżi terzi. F'dawk iċ-ċirkostanzi, u b'eċċezzjoni għar-rekwiżit għal kwalunkwe deċiżjoni ta' adegwatezza jew salvagwardji adatti, jenħtieġ li t-trasferiment ta' data personali lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi jkun permess għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-politika ta' ritorn tal-Unjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li tintuża d-deroga prevista fl-Artikolu 49 tar-Regolament 2016/679 u fl-Artikolu 38 tad-Direttiva 2016/680, kif applikabbli, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-artikoli.

(87)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikoli 2 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"), b'mod partikolari r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, il-projbizzjoni tat-tortura u trattament jew kastig inuman jew degradanti, il-projbizzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti, id-dritt għall-asil, u l-protezzjoni kontra t-tneħħija u t-tkeċċija, in-non-refoulement, in-nondiskriminazzjoni u d-drittijiet tat-tfal.

(88)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti għall-Aġenzija b'kooperazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, biex jissalvagwardja l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Dan jenħtieġ li jkun mekkaniżmu amministrattiv li permezz tiegħu l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jkun responsabbli biex jiġġestixxi l-ilmenti rċevuti mill-Aġenzija f'konformità mad-dritt għal amministrazzjoni tajba. Jenħtieġ li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jeżamina l-ammissibbiltà ta' lment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti rreġistrati kollha lid-direttur eżekuttiv, jibgħat l-ilmenti li jikkonċernaw lil membri tat-timijiet lill-Istat Membru ta' oriġini, u jirreġistra s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru. Il-mekkaniżmu jenħtieġ li jkun effettiv, u jiżgura li l-ilmenti jkunu segwiti kif xieraq. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu tal-ilmenti jkun mingħajr preġudizzju għall-aċċess għal rimedji amministrattivi u ġudizzjarji u li ma jkunx rekwiżit biex isir rikors għal tali rimedji. L-investigazzjonijiet kriminali jenħtieġ li jitwettqu mill-Istati Membri. Sabiex ikun hemm iktar trasparenza u responsabbiltà, jenħtieġ li l-Aġenzija tirrapporta dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti fir-rapport annwali tagħha.

B'mod partikolari, jenħtieġ li tkopri l-għadd ta' lmenti li tkun laqgħet, it-tipi ta' ksur tad-drittijiet fundamentali involuti, l-operazzjonijiet ikkonċernati u, fejn possibbli, il-miżuri ta' segwitu meħuda mill-Aġenzija u mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha rigward ir-rispett għad-drittijiet fundamentali b'rabta mal-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Jenħtieġ li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jingħata r-riżorsi u l-persunal meħtieġa biex ikun jista' jwettaq b'mod effettiv il-kompiti kollha f'konformità ma' dan ir-Regolament. Il-persunal ipprovdut lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jenħtieġ li jkollu l-ħiliet u l-anzjanità li jikkorrispondu għall-espansjoni tal-attivitajiet u s-setgħat tal-Aġenzija.

(89)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun indipendenti fir-rigward ta' kwistjonijiet tekniċi u operazzjonali u li jkollha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ u xieraq li tkun korp tal-Unjoni b'personalità ġuridika u li teżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lilha b'dan ir-Regolament.

(90)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu rappreżentati fi ħdan bord maniġerjali sabiex jeżerċitaw sorveljanza fuq l-Aġenzija. Fejn ikun possibbli, jenħtieġ li l-bord maniġerjali jkun magħmul mill-kapijiet operazzjonali tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-gwardji tal-fruntiera jew mir-rappreżentanti tagħhom. Jenħtieġ li l-partijiet rappreżentati fil-bord maniġerjali jagħmlu sforz biex jillimitaw il-bdil tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord maniġerjali. Jenħtieġ li l-bord maniġerjali jkun fdat bis-setgħat meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit tal-aġenzija, biex jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar lid-direttur eżekuttiv u tliet viċi diretturi eżekuttivi, li kull wieħed minnhom jista' jiġi assenjat responsabbiltajiet f'qasam partikolari ta' kompetenzi tal-Aġenzija, bħall-ġestjoni tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, is-sorveljanza tal-kompiti tal-Aġenzija rigward ir-ritorn jew il-ġestjoni tal-involviment fis-sistemi tal-IT fuq skala kbira. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun irregolata u operata billi jitqiesu l-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

(90a)  Minħabba l-involviment tal-Parlament Ewropew fil-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-regolament, il-President tal-bord maniġerjali jista' jistieden espert tal-Parlament Ewropew biex jattendi l-laqgħat tal-bord maniġerjali.

(90b)  Meta jkun qed iħejji d-dokument ta' programmazzjoni finali, il-bord maniġerjali jenħtieġ li jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar ir-riżorsi tal-aġenziji.

(91)  Biex tkun garantita l-awtonomija tal-Aġenzija, jenħtieġ li jingħata baġit awtonomu bi dħul li fil-biċċa l-kbira tiegħu jiġi minn kontribuzzjoni mill-Unjoni. Il-baġit tal-Aġenzija jenħtieġ li jitħejja f'konformità mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Aġenzija u r-riżultati mistennija tal-kompiti tagħha. Jenħtieġ li l-proċedura baġitarja tal-Unjoni tkun applikabbli sa fejn għandhom x'jaqsmu l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor li jitħallas mill-baġit tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-awditjar tal-kontijiet isir mill-Qorti tal-Awdituri. F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn il-baġit disponibbli jitqies insuffiċjenti u l-proċedura baġitarja ma tippermettix rispons adegwat għal sitwazzjonijiet ta' żvilupp veloċi, l-Aġenzija jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tirċievi għotjiet minn fondi tal-Unjoni biex twettaq il-kompiti tagħha.

(91a)  Id-Direttur Eżekuttiv, fil-funzjoni tiegħu ta' uffiċjal awtorizzanti, jenħtieġ li jivvaluta, fuq bażi regolari, ir-riskji finanzjarji relatati mal-attivitajiet tal-Aġenzija u jieħu l-miżuri ta' mitigazzjoni meħtieġa f'konformità mal-qafas finanzjarju applikabbli għall-Aġenzija u jinforma lill-Bord Maniġerjali dwar dan.

(92)  Huwa mistenni li l-Aġenzija taffaċċja sfidi fis-snin li ġejjin biex tkun tista' tissodisfa l-ħtieġa għar-reklutaġġ u ż-żamma ta' persunal kwalifikat mill-usa' bażi ġeografika possibbli.

(92a)  Bis-suppożizzjoni ta' responsabbiltà kondiviża, jenħtieġ li l-Aġenzija tirrikjedi li l-persunal li timpjega, b'mod partikolari l-korp permanenti, inkluż il-persunal statutorju stazzjonat f'attivitajiet operazzjonali, ikollu l-istess livell ta' taħriġ, għarfien espert speċjali u professjonaliżmu bħall-persunal issekondat jew impjegat mill-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li l-Aġenzija taċċerta, permezz ta' rieżami u evalwazzjoni, li l-persunal statutorju tagħha jġib ruħu sew f'dak li jikkonċerna l-attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri u r-ritorn.

(94)  Jenħtieġ li r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li jenħtieġ li taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)(13).

(95)  F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(96)  Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) japplika għall-Aġenzija. L-Aġenzija jenħtieġ li tkun kemm jista' jkun trasparenti dwar l-attivitajiet tagħha, mingħajr ma tipperikola l-ksib tal-objettiv tal-operazzjonijiet tagħha. Jenħtieġ li hija tagħmel pubblika l-informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha tagħha. Bl-istess mod, jenħtieġ li tiżgura wkoll li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni rigward il-ħidma tagħha.

(97)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tirrapporta wkoll dwar l-attivitajiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bl-iktar mod sħiħ possibbli.

(98)  Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Aġenzija fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15).

(98a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tivvaluta wkoll l-attraenza tal-Aġenzija bħala impjegatur għar-reklutaġġ ta' persunal statutorju bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kwalità tal-kandidati u l-bilanċ ġeografiku.

(99)  Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri meta jaġixxu b'mod mhux koordinat iżda jista' pjuttost, minħabba n-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni, l-isfidi sostanzjali ta' migrazzjoni fil-fruntieri esterni, il-ħtieġa li jiġi mmonitorjat b'mod effiċjenti l-qsim ta' dawk il-fruntieri, u biex jingħata kontribut lil-livell għoli ta' sigurtà interna fi ħdan l-Unjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(100)  Il-fruntieri esterni msemmija f'dan ir-Regolament huma dawk li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2016/399, li jinkludu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri ta' Schengen f'konformità mal-Protokoll 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(102)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-manwal prattiku għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-EUROSUR, id-dettalji tas-saffi ta' informazzjoni tal-istampi tas-sitwazzjoni u r-regoli għall-istabbiliment ta' stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi, il-miżuri biex jiġu mmitigati r-riskji fil-fruntieri esterni li jridu jiġu implimentati mill-Aġenzija u li jeħtieġu li l-Istati Membri jikkooperaw mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni, ir-regoli għall-ħlas tal-appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet applikabbli għall-appoġġ finanzjarju, il-manwal prattiku dwar il-kooperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri ta' FADO. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16).

(103)  Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta' Schengen(17), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE(18). L-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(19) jipprevedi regoli dwar il-parteċipazzjoni minn dawk il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u persunal.

(104)  Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen(20) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE(21).

(105)  Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen(22) li jaqgħu fl-ambitu msemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE(23).

(106)  L-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(24) jipprevedi regoli dwar il-parteċipazzjoni minn dawk il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u persunal.

(107)  Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessi mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Billi dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha l-obbligu, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, li tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament, jekk tkunx se timplimentah fid-dritt nazzjonali tagħha.

(108)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE(25); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(109)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fih, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE(26); l-Irlanda għalhekk mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(110)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tiffaċilita l-organizzazzjoni ta' attivitajiet speċifiċi li fihom l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-għarfien espert u l-faċilitajiet li l-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jkunu lesti li joffru, fuq termini li jiġu deċiżi mill-bord maniġerjali skont il-każ partikolari. Għal dan il-għan, rappreżentanti mill-Irlanda jistgħu jiġu mistiedna jattendu għal-laqgħat kollha tal-bord maniġerjali sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fit-tħejjija ta' tali attivitajiet speċifiċi. Ir-rappreżentanti tar-Renju Unit jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-bord maniġerjali sa [id-data tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea].

(111)  Minkejja li r-Renju Unit ma jiħux sehem f'dan ir-Regolament, dan [ingħata] il-possibbiltà li jikkoopera mal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fid-dawl tal-pożizzjoni tiegħu bħal Stat Membru tal-Unjoni. Fid-dawl tan-notifika tar-Renju Unit tax-xewqa tiegħu li jirtira mill-Unjoni, jenħtieġ li jkunu applikabbli arranġamenti speċjali għall-kooperazzjoni operazzjonali mar-Renju Unit abbażi ta' dan ir-Regolament, dment li r-Renju Unit ikun Stat Membru jew dment li ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit ibbażat fuq l-Artikolu 50 tat-Trattat jidħol fis-seħħ, sakemm ir-Renju Unit ikun assimilat ma' Stat Membru abbażi ta' tali ftehim.

(112)  Teżisti kontroversja bejn ir-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit dwar id-demarkazzjoni tal-fruntieri ta' Ġibiltà.

(113)  Is-sospensjoni tal-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament għall-fruntieri ta' Ġibiltà ma timplika l-ebda bidla fil-pożizzjonijiet rispettivi tal-Istati kkonċernati.

(114)  ▌Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 45(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 fis-7 ta' Novembru 2018 u ta opinjoni fit-30 ta' Novembru 2018.

(115)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jemenda u jespandi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624 u r-Regolament (KE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jadatta l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI għall-qafas istituzzjonali stabbilit bit-TFUE. Peress li l-emendi li għandhom isiru huma sostanzjali fl-għadd u n-natura, dawn l-atti jenħtieġ li, f'ġieħ iċ-ċarezza, jiġu sostitwiti u mħassrin,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex tiżgura Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri fil-fruntieri esterni bil-ħsieb li jiġu ġestiti dawk il-fruntieri esterni b'mod effiċjenti u f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali, kif ukoll biex iżżid l-effiċjenza tal-politika komuni tar-ritorn ▌.

Dan ir-Regolament jindirizza sfidi migratorji ▌u sfidi u theddidiet futuri potenzjali fil-fruntieri esterni. Huwa jiżgura livell għoli ta' sigurtà interna fl-Unjoni b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi salvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni. Huwa jikkontribwixxi għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera fil-fruntieri esterni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "fruntieri esterni" tfisser fruntieri esterni kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399▌;

(2)  "punt ta' qsim tal-fruntiera" tfisser punt ta' qsim tal-fruntiera kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(3)  "kontroll fuq il-fruntiera" tfisser kontroll fuq il-fruntiera kif definit fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(3a)  "verifiki fuq il-fruntiera" tfisser verifiki fuq il-fruntiera kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(4)  "sorveljanza fuq il-fruntiera" tfisser sorveljanza fuq il-fruntiera kif definit fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(5)  "titjira esterna" tfisser kwalunkwe titjira ta' inġenju tal-ajru b'ekwipaġġ jew mingħajru u l-passiġġieri u/jew il-merkanzija tiegħu lejn jew mit-territorji tal-Istati Membri, li mhijiex titjira interna kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(6)  "sorveljanza tal-fruntieri tal-ajru" tfisser is-sorveljanza ta' titjiriet esterni;

(7)  "għarfien tas-sitwazzjoni" tfisser il-kapaċità li jiġu mmonitorjati, maqbudin, identifikati, traċċati u mifhuma l-attivitajiet transfruntiera illegali sabiex jinstabu raġunijiet fondati għal miżuri ta' reazzjoni abbażi ta' kombinazzjoni ta' informazzjoni ġdida ma' għarfien eżistenti, u biex ikun jista' jitnaqqas it-telfien ta' ħajjiet ta' migranti ma', matul jew qrib il-fruntieri esterni;

(8)  "kapaċità ta' reazzjoni" tfisser il-kapaċità li jitwettqu azzjonijiet maħsuba sabiex jikkumbattu l-attivitajiet illegali transfruntiera ma', matul jew qrib il-fruntieri esterni, inklużi l-mezzi u l-iskedi taż-żmien biex issir reazzjoni adegwata;

(9)  "EUROSUR" tfisser il-qafas għall-iskambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija;

(10)  "stampa tas-sitwazzjoni" tfisser aggregazzjoni ta' data ġeoreferenzjata qrib il-ħin reali u informazzjoni rċevuta minn awtoritajiet, sensuri u pjattaformi differenti u sorsi oħrajn, li tiġi trażmessa permezz ta' kanali ta' komunikazzjoni u informazzjoni u li tista' tiġi pproċessata u murija u kondiviża selettivament ma' awtoritajiet rilevanti oħrajn sabiex jinkiseb għarfien tas-sitwazzjoni u tiġi appoġġjata l-kapaċità ta' reazzjoni ma', matul jew qrib il-fruntieri esterni u fiż-żona prefruntiera;

(11)  "taqsima tal-fruntiera esterna" tfisser il-fruntiera esterna sħiħa jew parti minnha ta' Stat Membru, kif definit mid-dritt nazzjonali jew kif determinat miċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni jew awtorità nazzjonali responsabbli oħra;

(12)  "reat transfruntier" tfisser kwalunkwe delitt b'dimensjoni transfruntiera li jsir jew li jkun hemm attentat li jsir, ma', matul, jew qrib il-fruntieri esterni;

(13)  "żona prefruntiera" tfisser iż-żona ġeografika lil hinn mill-fruntieri esterni li tkun rilevanti għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta' analiżi tar-riskju u għarfien tas-sitwazzjoni;

(14)  "inċident" tfisser sitwazzjoni marbuta ma' immigrazzjoni illegali, kriminalità transfruntiera, jew riskju għall-ħajjiet ta' migranti ma', matul jew qrib il-fruntieri esterni;

(15)  "persunal statutorju" tfisser persunal impjegat mill-Aġenzija f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ("ir-Regolamenti tal-Persunal") u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni ("CEOS") stipulati fir-Regolament tal-Kunsill Nru 259/68;

(16)  "persunal operazzjonali" tfisser il-gwardji tal-fruntiera, l-akkumpanjaturi tar-ritorn, l-ispeċjalisti tar-ritorn u persunal rilevanti ieħor li jikkostitwixxi l-"korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta" f'konformità mal-erba' kategoriji stipulati fl-Artikolu 55(1); il-persunal operazzjonali jew jiġi impjegat mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala persunal statutorju (kategorija 1), jew jiġi ssekondat lill-Aġenzija mill-Istati Membri (kategorija 2), ipprovdut għal stazzjonament fuq żmien qasir mill-Istati Membri (kategorija 3) jew stazzjonat mir-Riżerva ta' reazzjoni rapida għal interventi rapidi fil-fruntieri (kategorija 4). Il-persunal operazzjonali għandu jaġixxi bħala membru ta' timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri, timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jew timijiet tar-ritorn li jkollhom setgħat eżekuttivi jekk applikabbli. Il-persunal operazzjonali jinkludi wkoll il-persunal statutorju responsabbli għall-funzjonament tal-unità ċentrali tal-ETIAS li ma jiġix stazzjonat bħala membri tat-tim;

(17)  "timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri" tfisser timijiet iffurmati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li għandhom jiġu stazzjonati tul operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni u fl-interventi rapidi fil-fruntieri fl-Istati Membri u pajjiżi terzi;

(18)  "membru tat-timijiet" tfisser membru tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta stazzjonat permezz ta' timijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri, timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u timijiet tar-ritorn;

(19)  "tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni" tfisser tim ta' esperti li jipprovdu rinforzi tekniċi u operazzjonali lill-Istati Membri, inkluż f'żoni hotspot ▌magħmul minn persunal operazzjonali mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u mill-Europol, u fejn ikun rilevanti, esperti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u minn aġenziji ▌oħrajn tal-Unjoni kif ukoll minn Stati Membri;

(20)  "Stat Membru ospitanti" tfisser Stat Membru li operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri, operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn isiru fih, jiġu varati minnu jew li minnu jiġi stazzjonat tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

(21)  "Stat Membru ta' oriġini" tfisser l-Istat Membru li minnu l-membru tal-persunal jiġi stazzjonat jew issekondat fil-persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;

(22)  "Stat Membru parteċipanti" tfisser Stat Membru li jipparteċipa f'operazzjoni konġunta, f'intervent rapidu fil-fruntieri, f'operazzjoni ta' ritorn, f'intervent ta' ritorn jew fi stazzjonament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, billi jipprovdi tagħmir tekniku jew persunal operazzjonali ieħor tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll Stat Membru li jieħu sehem f'operazzjonijiet ta' ritorn jew interventi ta' ritorn billi jipprovdi tagħmir tekniku jew persunal, iżda li ma jkunx Stat Membru ospitanti;

(23)  "żona hotspot" tfisser żona maħluqa fuq talba tal-Istat Membru ospitanti, li fiha l-Istat Membru ospitanti, il-Kummissjoni, l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri parteċipanti jikkooperaw, bil-għan li tiġi ġestita sfida migratorja sproporzjonata eżistenti jew potenzjali kkaratterizzata minn żieda sinifikanti fl-għadd ta' migranti li jaslu fil-fruntieri esterni;

(25)  "ritorn" tfisser ritorn kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(26)  "deċiżjoni ta' ritorn" tfisser deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja jew att, li jgħidu jew jiddikjaraw li s-soġġorn ta' ċittadin ta' pajjiż terz huwa illegali, u li jimponu jew jiddikjaraw l-obbligu ta' ritorn li jirrispetta d-Direttiva 2008/115/KE;

(27)  "persuna ripatrijata" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz f'soġġorn illegali li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn li tkun infurzabbli;

(28)  "operazzjoni ta' ritorn" tfisser operazzjoni organizzata jew koordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u li tinvolvi rinforz tekniku u operazzjonali pprovdut lil Stat Membru wieħed jew aktar ▌li permezz tagħha persuni rimpatrijati minn Stat Membru wieħed jew aktar ▌jiġu ritornati, jew fuq bażi furzata jew volontarja, irrispettivament mill-mezz ta' trasport;

(29)  "intervent ta' ritorn" tfisser attività tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li tipprovdi lill-Istati Membri ▌b'assistenza teknika u operazzjonali msaħħa li tikkonsisti fl-istazzjonament ta' timijiet ta' ritorn u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn;

(30)  "timijiet tar-ritorn" tfisser timijiet iffurmati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jridu jiġu stazzjonati tul operazzjonijiet ta' ritorn, interventi ta' ritorn fi Stati Membri ▌jew attivitajiet operazzjonali marbutin mal-implimentazzjoni ta' kompiti relatati mar-ritorn;

(31)  "uffiċjal għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni" tfisser uffiċjal għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni kif definit [fir-Regolament tal-ILO l-ġdid].

Artikolu 3

Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri

Il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri għandha tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

(a)  il-kontroll fuq il-fruntieri, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri u, fejn xieraq, miżuri relatati mal-prevenzjoni u l-qbid tal-kriminalità transfruntiera fil-fruntieri esterni li jiffukaw fuq, il-faċilitazzjoni ta' dħul ta' migranti, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, u mekkaniżmi u proċeduri għal miżuri relatati mal-identifikazzjoni ta' persuni vulnerabbli u minuri mhux akkumpanjati, u għall-identifikazzjoni u l-għoti ta' informazzjoni lill-persuni li jkollhom bżonn, jew li jixtiequ japplikaw għal, protezzjoni internazzjonali, u dawk relatati mar-riferiment tal-istess persuni;

(b)  operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ għal persuni f'diffikultà fil-baħar varati u mwettqa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014 u mad-dritt internazzjonali, li jsiru f'sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu tul operazzjonijiet ta' sorveljanza fuq il-fruntiera fil-baħar;

(c)  analiżi tar-riskji għas-sigurtà interna u analiżi tat-theddid li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni;

(d)  l-iskambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni f'oqsma koperti minn dan ir-regolament bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija inkluż l-appoġġ ikkoordinat mill-Aġenzija;

(e)  il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fost l-awtoritajiet nazzjonali f'kull Stat Membru li jkunu responsabbli għall-kontroll fuq il-fruntiera jew għal kompiti oħra mwettqa mal-fruntiera, kif ukoll bejn l-awtoritajiet responsabbli għar-ritorn f'kull Stat Membru, inkluż l-iskambju regolari ta' informazzjoni permezz ta' għodod għall-iskambju tal-informazzjoni eżistenti; Fejn xieraq, għandha tiġi inkluża l-kooperazzjoni mal-korpi nazzjonali inkarigati mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

(f)  il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma koperti b'dan ir-Regolament, inkluż permezz tal-iskambju regolari ta' informazzjoni;

(g)  il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma koperti b'dan ir-Regolament, b'enfasi partikolari fuq pajjiżi terzi ġirien u fuq dawk il-pajjiżi terzi li ġew identifikati permezz ta' analiżi tar-riskju bħala pajjiżi ta' oriġini u/jew ta' tranżitu għall-immigrazzjoni illegali;

(h)  miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-Żona Schengen li huma relatati mal-kontroll fuq il-fruntieri u mfassla biex jindirizzaw il-migrazzjoni illegali u biex jiġġieldu r-reati transfruntiera aħjar;

(i)  ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu s-suġġett ta' deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġin minn Stat Membru;

(j)  l-użu tal-aħħar teknoloġija, inklużi sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira;

(k)  mekkaniżmu ta' kontroll tal-kwalità, b'mod partikolari l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen, il-vulnerabbiltà u l-possibbiltà ta' mekkaniżmi nazzjonali, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri;

(l)  mekkaniżmi ta' solidarjetà, b'mod partikolari l-istrumenti ta' finanzjament tal-Unjoni.

2.  Id-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u r-riċerka u l-innovazzjoni għandhom ikunu komponenti globali fl-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

Artikolu 4

Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

▌L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inklużi l-gwardji tal-kosta sa fejn dawn iwettqu l-kompiti ta' kontroll fuq il-fruntieri, kif ukoll l-awtoritajiet responsabbli għar-ritorn u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ("l-Aġenzija"), għandhom jikkostitwixxu l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

Artikolu 5

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.   L-Aġenzija ▌, li oriġinarjament ġiet stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004, għandha tkun regolata minn dan ir-Regolament.

2.  L-Aġenzija għandha tinkludi ▌l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif stabbilit fl-Artikolu 55, li jkollu l-kapaċità li jilħaq l-10 000 membru tal-persunal operazzjonali, skont l-Anness I.

3.   Biex ikun żgurat li jkun hemm ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri koerenti, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tagħmel iktar effettiva l-applikazzjoni ta' miżuri ▌tal-Unjoni marbutin mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni ▌, b'mod partikolari l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/399, u r-ritorn.

4.   L-Aġenzija se tikkontribwixxi għall-applikazzjoni kontinwa u uniformi tad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-acquis tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") fil-fruntieri esterni ▌. Il-kontribuzzjoni tagħha għandha tinkludi l-iskambju ta' prattiki tajbin.

Artikolu 6

Responsabbiltà

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Responsabbiltà kondiviża

1.   Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha timplimenta l-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri bħala responsabbiltà kondiviża tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inklużi l-gwardji tal-kosta sa fejn dawn jagħmlu operazzjonijiet ta' sorveljanza fuq il-fruntieri tal-baħar u kull kompitu ieħor tal-kontroll fuq il-fruntieri. L-Istati Membri għandhom iżommu r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tat-taqsimiet tagħhom tal-fruntieri esterna.

2.   L-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali fl-implimentazzjoni ta' miżuri marbutin mar-ritorni kif imsemmi fl-Artikolu 49, fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati, jew b'inizjattiva tal-Aġenzija u bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri għandhom iżommu r-responsabbiltà unika li joħorġu d-deċiżjonijiet ta' ritorn u li jadottaw il-miżuri marbutin mad-detenzjoni tal-persuni rimpatrijati f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħhom u l-infurzar tad-deċiżjonijiet ta' ritorn, fl-interess tagħhom stess u fl-interess komuni tal-Istati Membri kollha, f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni, inkluż ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u skont l-Artikolu 8 li jistabbilixxi ċ-ċiklu ta' politika strateġiku pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri ▌f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija.

4.   L-Aġenzija għandha tappoġġa l-applikazzjoni ta' miżuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u l-infurzar tad-deċiżjonijiet ta' ritorn billi ssaħħaħ, tivvaluta u tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri, kif ukoll billi tipprovdi assistenza ▌ teknika u operazzjonali fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri u fi kwistjonijiet ta' ritorn. L-Aġenzija ma għandha tappoġġa l-ebda miżura jew tkun involuta f'ebda attività relatata mal-kontrolli fil-fruntieri interni. L-Aġenzija għandha tkun totalment responsabbli u obbligata tagħti rendikont għal kwalunkwe deċiżjoni li tieħu u għal kwalunkwe attività li għaliha tkun unikament responsabbli, skont dan ir-Regolament.

5.   L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw fil-livell operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi, fejn tali kooperazzjoni tkun kompatibbli mal-kompiti tal-Aġenzija. L-Istati Membri għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe attività li tista' tipperikola l-funzjonament tal-Aġenzija jew il-kisba tal-objettivi tagħhom. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar dik il-kooperazzjoni operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord maniġerjali dwar dawk il-kwistjonijiet fuq bażi regolari u mill-anqas darba fis-sena.

Artikolu 8

Ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri

1.   Il-Kummissjoni u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiżguraw l-effettività tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri permezz ta' ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri li jkun adottat f'konformità mal-proċedura stipulata fil-paragrafu 4.

2.   Il-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri għandha tiddefinixxi kif l-isfidi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn għandhom jiġu indirizzati b'mod koerenti, integrat u sistematiku. Hija għandha tiddefinixxi l-prijoritajiet politiċi u tipprovdi l-linji gwida strateġiċi għal perjodu ta' ħames snin b'rabta mal-komponenti stipulati fl-Artikolu 3.

3.   Iċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri għandu jkun jikkonsisti minn erba' stadji kif stipulat fil-paragrafi minn 4 sa 7.

4.   Abbażi tal-analiżi tar-riskju strateġika għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 30(2), il-Kummissjoni għandha tipprepara dokument ta' politika biex tiżviluppa politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Il-Kummissjoni għandha tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi diskuss. Wara dik id-diskussjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta l-komunikazzjoni li tistabbilixxi l-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

5.   Sabiex tiġi implimentata politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fil-paragrafu 4, l-Aġenzija għandha, permezz ta' deċiżjoni tal-bord maniġerjali, abbażi ta' proposta tad-direttur eżekuttiv, ippreparata f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, tistabbilixxi strateġija teknika u operazzjonali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. L-Aġenzija għandha tieħu kont, fejn ikun ġustifikat, tas-sitwazzjoni speċifika tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Din l-istrateġija għandha timxi mal-Artikolu 3 u mal-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Hija għandha tippromwovi u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri fl-Istati Membri kollha.

6.   Sabiex jimplimentaw il-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn. Dawk l-istrateġiji nazzjonali għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 3, mal-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fil-paragrafu 4 u mal-istrateġija teknika u operazzjonali msemmija fil-paragrafu 5.

7.  Erba' snin wara l-adozzjoni tal-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni ▌għandha tagħmel evalwazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni tagħha. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni se jitqiesu huwa u jitħejja ċ-ċiklu li jkun imiss. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa fil-ħin sabiex tkun tista' tipproduċi l-evalwazzjoni ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

8.   Fejn is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni jew fil-qasam tar-ritorn tkun tirrikjedi bidla tal-prijoritajiet ta' politika, il-Kummissjoni għandha temenda l-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri jew partijiet rilevanti tagħha f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4.

L-istrateġija teknika u operazzjonali tal-Aġenzija u, l-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri ▌għandhom imbagħad jiġu adattati fejn ikun neċessarju.

Artikolu 9

Ippjanar integrat

1.   Abbażi taċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmi fl-Artikolu 8, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tistabbilixxi ppjanar integrat għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorni inklużi, l-ippjanar operazzjonali, l-ippjanar ta' kontinġenza u l-ippjanar tal-iżvilupp ta' kapaċità u għandu jkun stabbilit f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4.

2.  L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jistabbilixxu pjanijiet operazzjonali għall-ġestjoni tal-frunieri u r-ritorni. Il-pjanijiet operazzjonali tal-Istati Membri relatati mas-sezzjonijiet tal-fruntiera b'livell[i] għoli/għoljin [u b'impatt kritiku] għandhom jiġu kkoordinati mal-Istati Membri ġirien u mal-Aġenzija bil-għan li jiġu implimentati l-miżuri transfruntieri meħtieġa[6] u billi jiġi previst l-appoġġ mill-Aġenzija. Għall-attivitajiet tal-Aġenzija, l-ippjanar operazzjonali għas-sena suċċessiva għandu jiġi ddefinit fl-anness tad-dokument ta' pprogrammar uniku msemmi fl-Artikolu 100 u għal kull attività operazzjonali speċifika permezz tal-pjan operazzjonali msemmi fl-Artikolu 39 u fl-Artikolu 75(3). Il-pjanijiet operazzjonali jew parti minnhom jistgħu jiġu kklassifikati bħala xierqa f'konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 u 2015/444.

3.  L-Istati Membri għandhom jadottaw pjan ta' kontinġenza għall-ġestjoni tal-fruntieri tagħhom u tar-ritorni. B'konformità mal-istrateġija għall-ġestjoni integrata nazzjonali tal-fruntieri, il-pjanijiet ta' kontinġenza għandhom jiddeskrivu kull miżura neċessarja għar-rinfurzar possibbli tal-kapaċitajiet, fosthom il-loġistika u l-appoġġ kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll mill-Aġenzija.

Il-parti tal-pjanijiet ta' kontinġenza li tirrikjedi iżjed appoġġ mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jitħejjew b'mod konġunt minn kull Stat Membru u mill-Aġenzija b'koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri ġirien.

4.  L-Istati Membri għandhom jadottaw pjan ta' żvilupp tal-kapaċitajiet għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn b'konformità mal-istrateġija għall-ġestjoni integrata nazzjonali tal-fruntieri tagħhom. Il-pjan ta' żvilupp tal-kapaċitajiet għandu jiddeskrivi l-evoluzzjoni fuq terminu medju sa terminu twil tal-kapaċitajiet nazzjonali għall-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorn.

Il-pjan ta' żvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali għandu jindirizza l-iżviluppi ta' kull komponent tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri b'mod partikolari l-politika dwar ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri u tal-ispeċjalisti tar-ritorn, il-kisba u l-manutenzjoni tat-tagħmir u l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp meħtieġa u l-aspetti finanzjarji korrispondenti.

4a.  Il-pjanijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandu jkun fihom ix-xenarju skont liem ikun qed jiġi żviluppat. Ix-xenarji għandhom jiġu derivati mill-analiżi tar-riskju u għandhom jirriflettu l-evoluzzjoni possibbli fil-fruntieri esterni u fil-qasam tal-migrazzjoni illegali u l-isfidi identifikati fiċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

4b.  Il-metodoloġija u l-proċedura biex jiġu stabbiliti l-pjanijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv.

5.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi sinteżi tal-pjanijiet ta' żvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali u strateġija pluriennali għall-kisba tat-tagħmir tal-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 63 u fl-ippjanar pluriennali tal-profili għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

L-Aġenzija għandha taqsam din is-sinteżi mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiġu identifikati sinerġiji u opportunitajiet possibbli għall-kooperazzjoni f'diversi oqsma koperti mill-pjanijiet ta' żvilupp tal-kapaċitajiet, fosthom l-akkwisti konġunti. Abbażi tas-sinerġiji identifikati, l-Aġenzija tista' tistieden lill-Istati Membri biex jipparteċipaw f'azzjonijiet ta' segwitu għall-kooperazzjoni.

6.  Il-bord maniġerjali tal-Aġenzija għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena biex jiddiskuti u japprova l-pjan direzzjonali tal-kapaċità tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-pjan direzzjonali tal-kapaċità għandu jiġi propost mid-Direttur Eżekuttiv abbażi tas-sinteżi tal-pjanijiet ta' żvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju u l-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa f'konformità mal-Artikolu 33 u l-pjanijiet pluriennali tal-Aġenzija stess. Ladarba l-pjan direzzjonali tal-kapaċità jiġi approvat mill-bord maniġerjali, għandu jiġi anness mal-istrateġija teknika u operazzjonali.

KAPITOLU II

Funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

Taqsima 1

Kompiti tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Artikolu 10

Kompiti tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

(1)  L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin ▌:

1.  timmonitorja l-flussi migratorji u twettaq analiżi tar-riskju fir-rigward tal-aspetti kollha tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri;

2.  timmonitorja l-ħtiġijiet operazzjonali tal-Istati Membri relatati mal-implimentazzjoni tar-ritorni, inkluż billi tiġbor id-data operazzjonali;

3.  twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, inkluża l-valutazzjoni tal-kapaċità u ta' kemm huma ppreparati l-Istati Membri biex jiffaċċjaw theddid u sfidi fil-fruntieri esterni tagħhom;

4.   timmonitorja l-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta' uffiċjali għall-komunikazzjoni tal-Aġenzija fl-Istati Membri;

4a.  timmonitorja l-konformità mad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tagħha fil-fruntieri esterni u fl-operazzjonijiet ta' ritorn;

5.  tappoġġa l-iżvilupp u t-tħaddim tal-qafas tal-EUROSUR;

6.  tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jirrikjedu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni billi tikkoordina u torganizza operazzjonijiet konġunti, filwaqt li tikkunsidra li ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta' salvataġġ fuq il-baħar f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali;

7.  tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jirrikjedu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni, billi tvara interventi rapidi fil-fruntieri esterni ta' dawk l-Istati Membri li jaffaċċjaw sfidi speċifiċi u sproporzjonati, filwaqt li tikkunsidra li ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta' salvataġġ fuq il-baħar f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali;

8.  tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014 u d-dritt internazzjonali, b'appoġġ ta' operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ għal persuni li jinsabu f'diffikultà fuq il-baħar li jistgħu jseħħu matul operazzjonijiet ta' sorveljanza tal-fruntieri fil-baħar;

9.  tistazzjona l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, stabbiliti b'dan ir-Regolament,fil-qafas tat-timijiet tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u timijiet tar-ritorni matul operazzjonijiet konġunti u f'interventi rapidi fil-fruntieri, operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn;

10.  tistabbilixxi ġabra kondiviża ta' tagħmir tekniku, inkluża riżerva ta' tagħmir ta' reazzjoni rapida, li għandha tintuża f'operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntieri u fil-qasam tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, kif ukoll f'operazzjonijiet ta' ritorn u f'interventi ta' ritorn;

11.  tiżviluppa u tiġġestixxi, bl-għajnuna ta' mekkaniżmu ta' kontroll ta' kwalità,l-kapaċitajiet umani u tekniċi tagħha biex tikkontribwixxi għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-ġabra ta' tagħmir tekniku, inkluż ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal tagħha li jkunu qed jaġixxu bħala membri ta' tim;

12.  fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot ▌tistazzjona persunal operazzjonali u tagħmir tekniku għall-assistenza fl-iskrinjar, il-ġbir ta' informazzjoni, l-identifikazzjoni u t-teħid tal-marki tas-swaba', u tistabbilixxi proċedura għar-riferiment u biex tingħata l-informazzjoni inizjali lil persuni li jkunu jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha, inkluża proċedura għall-identifikazzjoni ta' gruppi vulnerabbli, f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

15.  tagħti assistenza f'kull stadju tal-proċess tar-ritorn mingħajr ma tidħol fil-merti ta' deċiżjonijiet dwar ir-ritorn li jibqgħu r-responsabbiltà unika tal-Istati Membri, u tassisti fil-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn u tipprovdi appoġġ tekniku u operazzjonali biex jiġi implimentat l-obbligu għar-ritorn ta' persuni rimpatrijati, kif ukoll appoġġ tekniku u operazzjonali għal operazzjonijiet u interventi ta' ritorn, ukoll f'ċirkostanzi li jkunu jirrikjedu aktar assistenza;

17.  tistabbilixxi grupp ta' kontrolluri tar-ritorn furzat;

18.  tistazzjona timijiet tar-ritorn tul interventi ta' ritorn;

19.  fil-qafas tal-mandati rispettivi tal-aġenziji kkonċernati, tikkoopera mal-Europol u l-Eurojust u tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jkunu jirrikjedu assistenza teknika u operazzjonali miżjuda fil-fruntieri esterni fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u t-terroriżmu;

20.  tikkoopera mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom,b'mod partikolari biex tiffaċilita miżuri fejn ċittadini ta' pajjiżi terzi, li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali tkun ġiet miċħuda permezz ta' deċiżjoni finali, ikunu soġġetti għar-ritorn;

20a.   tikkoopera, fi ħdan il-mandati rispettivi tagħha, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, biex tiżgura l-applikazzjoni kontinwa u uniformi tal-acquis tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali;

21.  tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, biex jappoġġaw lill-awtoritajiet nazzjonali fit-twettiq tal-funzjonijiet ta' gwardji tal-kosta stipulati fl-Artikolu 70, inkluż is-salvataġġ tal-ħajjiet billi tipprovdi servizzi, informazzjoni, tagħmir, u taħriġ, kif ukoll billi tikkoordina operazzjonijiet bi skopijiet multipli;

22.  tikkoopera ma' pajjiżi terzi fl-oqsma koperti mir-Regolament, inkluż permezz tal-istazzjonament operazzjonali possibbli ta' timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri ▌f'pajjiżi terzi;

24.  tassisti lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi fil-kuntest ta' kooperazzjoni teknika u operazzjonali bejniethom fil-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament;

25.  tassisti lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi fit-taħriġ ta' gwardji tal-fruntiera nazzjonali, persunal rilevanti ieħor u esperti dwar ir-ritorn, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' standards u programmi tat-taħriġ komuni inkluż dwar id-drittijiet fundamentali;

26.  tipparteċipa fl-iżvilupp u l-ġestjoni ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-kontroll ▌tal-fruntieri esterni, inkluż l-użu ta' teknoloġija ta' sorveljanza avvanzata, u tiżviluppa proġetti pilota tagħha stess meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet, previsti f'dan ir-Regolament;

26b.  tiżviluppa standards tekniċi għall-iskambju ta' informazzjoni

27.  tappoġġa l-iżvilupp ta' standards tekniċi ta' tagħmir fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż għall-interkonnessjoni ta' sistemi u netwerks u ta' standards minimi komuni għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni kif xieraq f'konformità mar-responsabbiltà tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni;

28.  tistabbilixxi u tmantni n-netwerk ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14;

29.  tiżviluppa u topera, f'konformità mar-Regolament ▌UE 2017/1725, sistemi ta' informazzjoni li jippermettu skambji rapidi u affidabbli ta' informazzjoni dwar riskji emerġenti fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, l-immigrazzjoni illegali u r-ritorn, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ma' korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni kif ukoll man-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE;

30.  tipprovdi, kif ikun xieraq, l-assistenza meħtieġa għall-iżvilupp ta' ambjent komuni għall-qsim tal-informazzjoni, inkluża l-interoperabbiltà tas-sistemi;

30a.   issegwi standards għolja għall-ġestjoni tal-fruntieri, li jippermettu t-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku u b'konformità sħiħa mal-qafas legali applikabbli li jiżgura r-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali;

31.  tiġġestixxi u topera s-sistema ta' Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online imsemmija fl-Artikolu 80 li tappoġġa lill-Istati Membri billi tipprovdi appoġġ biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-frodi ta' dokumenti;

32.  tissodisfa l-kompiti u l-obbligi fdati lill-Aġenzija msemmijin fir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(27)[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)] u tiżgura li titwaqqaf u titħaddem Unità Ċentrali tal-ETIAS f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament;

32b.  tassisti lill-Istati Membri fil-faċilitazzjoni tal-qsim tal-fruntieri esterni.

(2)  L-Aġenzija għandha tikkomunika ▌dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-mandat tagħha. Għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni preċiża, dettaljata, f'waqtha u komprensiva dwar l-attivitajiet tagħha.

L-attivitajiet ta' komunikazzjoni ma għandhomx ikunu ta' detriment għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari billi jikxfu informazzjoni operazzjonali li jekk issir pubblika tista' tipperikola l-kisba tal-objettiv tal-operazzjonijiet. L-attivitajiet ta' komunikazzjoni għandhom isiru mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 91 u f'konformità mal-pjanijiet rilevanti ta' komunikazzjoni u tixrid adottati mill-bord maniġerjali u f'kooperazzjoni mill-qrib, fejn xieraq, ma' aġenziji oħrajn.

Taqsima 2

Skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni

Artikolu 11

Dmir ta' kooperazzjoni in bona fede

L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati membri li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri ▌, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta' kontroll tal-fruntieri, kif ukoll l-awtoritajiet tal-Istati membri responsabbli għar-ritorn, għandhom ikunu soġġetti għal obbligu ta' kooperazzjoni in bona fede, u obbligu li jiskambjaw l-informazzjoni.

Artikolu 12

Obbligu tal-iskambju tal-informazzjoni

1.  Sabiex iwettqu l-kompiti konferiti lilhom b'dan ir-Regolament, ▌l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta' kontroll tal-fruntieri għandhom, f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-dritt tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti ieħor fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni, jaqsmu fil-ħin u b'mod preċiż l-informazzjoni kollha meħtieġa.

2.  L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri ▌.

Meta l-informazzjoni tkun rilevanti biex twettaq il-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tiskambja l-informazzjoni ma' Aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, għall-fini tal-analiżi tar-riskju, tal-ġbir tad-data statistika, tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi u tat-taħriġ u l-appoġġ lill-Istati Membri għall-ippjanar ta' kontinġenza.

Għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jiġu żviluppati l-għodod u l-istrutturi meħtieġa bejn l-Aġenziji.

4.  L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Irlanda u mar-Renju Unit meta tali informazzjoni tkun relatata mal-attivitajiet li jipparteċipaw fihom f'konformità mal-Artikolu 71 u l-Artikolu 98(5).

Artikolu 13

Punt ta' kuntatt nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru punt ta' kuntatt nazzjonali għall-komunikazzjoni mal-Aġenzija dwar il-kwistjonijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tal-Aġenzija, mingħajr ħsara għar-rwol taċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni kif definit fl-Artikolu 21. Il-punt ta' kuntatt nazzjonali għandu jkun jista' jintlaħaq f'kull ħin u għandu jiżgura t-tixrid f'waqtu tal-informazzjoni kollha mill-Aġenzija lill-awtoritajiet rilevanti kollha fl-Istat Membru kkonċernat, partikolarment lill-membri tal-bord maniġerjali u ċ-Ċentru Nazzjonali ta' Koordinazzjoni.

2.  L-Istati Membri jistgħu jaħtru sa żewġ membri tal-persunal li jirrappreżentaw il-punt ta' kuntatt nazzjonali tagħhom biex jiġu stazzjonati mal-Aġenzija bħala uffiċjali ta' kollegament. L-uffiċjali ta' kollegament jistgħu jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn il-punt ta' kuntatt nazzjonali u l-Aġenzija, inkluż, jekk meħtieġ, l-attendenza ta' laqgħat rilevanti.

3.  L-Aġenzija għandha tipprovdi l-bini meħtieġ fil-bini tal-Aġenzija u l-appoġġ adegwat għall-uffiċjali ta' kollegament biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. L-ispejjeż l-oħra kollha li jirriżultaw b'konnessjoni mal-użu tal-uffiċjali ta' kollegament għandhom ikunu koperti mill-Istat Membru. Il-Bord Maniġerjali għandu jispeċifika r-regoli u l-kundizzjonijiet tal-istazzjonament, kif ukoll l-appoġġ adegwat.

Artikolu 14

Netwerk ta' komunikazzjoni

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm netwerk ta' komunikazzjoni sabiex tipprovdi għodod ta' komunikazzjoni u għodod analitiċi u tippermetti l-iskambju tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u l-informazzjoni klassifikata b'manjiera sigura u kważi fil-ħin reali maċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni u bejniethom.

Kull sistema jew applikazzjoni li tuża n-Netwerk ta' Komunikazzjoni għandha tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni kollu dwar il-protezzjoni tad-data matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha.

In-netwerk għandu jopera erbgħa u għoxrin siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa u għandu jippermetti:

(a)  l-iskambju bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni kważi fil-ħin reali;

(b)  konferenzi bl-awdjo u bil-video;

(c)  it-trattament, il-ħżin, it-trażmissjoni u l-ipproċessar b'mod sigur ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata;

(d)  it-trattament, il-ħżin, it-trażmissjoni u l-ipproċessar b'mod sigur ta' informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell ta' CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew livelli ta' klassifikazzjoni nazzjonali ekwivalenti, filwaqt li jiżgura li l-informazzjoni klassifikata tiġi ttrattata, maħżuna, trażmessa u pproċessata f'parti separata u debitament akkreditata tan-netwerk ta' komunikazzjoni.

2.  L-Aġenzija għandha tagħti appoġġ tekniku u tiżgura li n-netwerk ta' komunikazzjoni jkun disponibbli permanentement u li jista' jappoġġa s-sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni ġestita mill-Aġenzija.

Artikolu 15

Sistema ta' skambju ta' informazzjoni u applikazzjonijiet ġestiti mill-Aġenzija

1.  L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Parlament Ewropew, mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri u, meta jkun xieraq, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 69 u mal-pajjiżi terzi, kif imsemmi fl-Artikolu 72.

2.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa, tuża u topera sistema ta' informazzjoni kapaċi li tiskambja informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata ma' dawk l-atturi, u li tiskambja d-data personali msemmija ▌fl-Artikoli 87 sa 91 f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444(28), mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/443(29) u ▌mar-Regolament UE 2018/1725.

3.  L-Aġenzija għandha tagħmel użu mis-sistemi ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 dwar in-Netwerk ta' Komunikazzjoni msemmi fl-Artikolu 14 kif xieraq.

4.  B'rabta mar-ritorn, l-Aġenzija għandha topera u żżomm pjattaforma ta' ġestjoni ta' ritorn integrata f'konformità mal-Artikolu 50(1).

Artikolu 16

Standards tekniċi għall-iskambju tal-informazzjoni

L-Aġenzija għandha tiżviluppa standards tekniċi f'kooperazzjoni mal-Istati Membri:

(a)  biex in-netwerk ta' komunikazzjoni jkun interkonness man-netwerks nazzjonali użati għall-istabbiliment ta' stampi tas-sitwazzjoni nazzjonali u ta' sistemi ta' informazzjoni rilevanti oħra għall-fini ta' dan ir-Regolament;

(b)  biex tiżviluppa u tgħaqqad sistemi ta' skambju tal-informazzjoni rilevanti u applikazzjonijiet tas-softwer tal-Aġenzija u tal-Istati Membri għall-fini ta' dan ir-Regolament;

(c)  biex ixxandar l-istampi tas-sitwazzjoni u, meta adegwat, l-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi, u biex tiġi żgurata komunikazzjoni bejn l-unitajiet rilevanti u ċ-ċentri tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli fl-Istati Membri u t-timijiet mibgħuta mill-Aġenzija bl-użu ta' diversi mezzi ta' komunikazzjoni bħall-komunikazzjoni bis-satellita u bin-netwerks tar-radju;

(d)  biex tirrapporta l-pożizzjoni tar-riżorsi proprji fil-waqt li jsir l-aħjar użu possibbli mill-iżvilupp teknoloġiku tas-sistema ta' navigazzjoni bis-satellita stabbilita bil-programm Galileo f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ▌.

Artikolu 17

Assigurazzjoni tal-informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz taċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni tagħhom u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li meta jkunu qed jużaw in-netwerk ta' komunikazzjoni u s-sistemi għall-iskambju ta' informazzjoni tal-Aġenzija, l-awtoritajiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħra nazzjonali:

(a)  ikollhom aċċess xieraq u kontinwu għas-sistemi u għan-netwerks rilevanti tal-Aġenzija jew konnessi magħha;

(b)  jikkonformaw mal-istandards tekniċi rilevanti msemmija fl-Artikolu 16;

(c)  japplikaw regoli u standards ta' sigurtà ekwivalenti bħal dawk applikati mill-Aġenzija biex tiġi ttrattata informazzjoni klassifikata;

(d)  jiskambjaw, jipproċessaw u jaħżnu informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u klassifikata f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/44/UE.

Taqsima 3

EUROSUR

Artikolu 18

EUROSUR

Dan ir-Regolament jistabbilixxi lill-EUROSUR bħala qafas integrat għall-iskambju tal-informazzjoni u għall-kooperazzjoni operazzjonali fi ħdan il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta sabiex jitjieb l-għarfien tas-sitwazzjoni u tiżdied il-kapaċità ta' reazzjoni għall-fini tal-ġestjoni tal-fruntieri, inklużi d-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera u bħala kontribuzzjoni biex ikunu żgurati l-protezzjoni u s-salvataġġ ta' ħajjet il-migranti.

Artikolu 19

Kamp ta' applikazzjoni tal-EUROSUR

1.   L-EUROSUR għandha tapplika għall-kontrolli tal-fruntieri f'punti ta' qsim tal-fruntiera awtorizzati, u għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni fuq l-art, fil-baħar u fl-ajru, inklużi l-monitoraġġ, id-detezzjoni, l-identifikazzjoni, it-traċċar, il-prevenzjoni u l-interċettazzjoni tal-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri għall-fini tad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera, u sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni u s-salvataġġ ta' ħajjet il-migranti.

2.   L-EUROSUR ma għandha tapplika għall-ebda miżura legali jew amministrattiva meħuda ġaladarba l-awtoritajiet responsabbli ta' Stat Membru jkunu interċettaw attivitajiet kriminali transfruntiera jew qsim mhux awtorizzat minn persuni.

Artikolu 20

Komponenti tal-EUROSUR

1.  Għall-iskambju ta' informazzjoni u għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-kontroll fuq il-fruntieri, u fid-dawl tal-iskambju ta' informazzjoni li diġà qed iseħħ u l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni, l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jużaw il-qafas tal-EUROSUR , li jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

(a)  iċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni;

(b)  l-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali;

(c)  l-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea inklużi taqsimiet mill-fruntieri esterni bil-livelli tal-impatt korrispondenti;

(d)  l-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi;

(e)  is-Servizzi ta' Fużjoni tal-EUROSUR kif imsemmija fl-Artikolu 29;

(f)  l-ippjanar integrat f'konformità mal-Artikolu 9 ▌.

2.   Iċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Aġenzija, permezz tan-netwerk ta' komunikazzjoni u tas-sistemi rilevanti, mill-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali tagħhom u adegwatament minn stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi, li hija rikjesta għall-istabbiliment u ż-żamma tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.

3.   L-Aġenzija għandha tagħti liċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni, permezz tan-netwerk ta' komunikazzjoni, aċċess mingħajr limitu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa, għal stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi u għal stampi tas-sitwazzjoni Ewropea.

Artikolu 21

Ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar, jopera u jżomm ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni, li għandu jikkoordina, u jiskambja informazzjoni fost l-awtoritajiet kollha responsabbli mill-kontroll tal-fruntiera esterna fuq livell nazzjonali, kif ukoll fost iċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni l-oħrajn u l-Aġenzija. Kull Stat Membru għandu jinnotifika l-istabbiliment taċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Aġenzija dwar dan.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 u fi ħdan il-qafas tal-EUROSUR, iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jkun il-punt ta' kuntatt waħdieni għall-iskambju ta' informazzjoni u għall-kooperazzjoni ma' ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni oħrajn u mal-Aġenzija.

3.   Iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu:

(a)  jiżgura l-iskambju f'waqtu ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni f'waqtha bejn l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntieri esterni, kif ukoll ma' ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni oħrajn u mal-Aġenzija;

(b)  jiżgura l-iskambju f'waqtu ta' informazzjoni mal-awtoritajiet ta' tfittxija u salvataġġ, tal-infurzar tal-liġi, tal-asil u tal-immigrazzjoni, u jiġġestixxi t-tixrid tal-informazzjoni rilevanti fil-livell nazzjonali;

(c)  jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva u effiċjenti tar-riżorsi u l-persunal;

(d)  jistabbilixxi u jżomm l-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 26;

(e)  jappoġġa l-koordinazzjoni, l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' kontroll fuq il-fruntiera nazzjonali;

(f)  jikkoordina s-sistema ta' kontroll tal-fruntiera nazzjonali, f'konformità mad-dritt nazzjonali;

(g)  jikkontribwixxi biex regolarment ikejjel l-effetti tal-attivitajiet ta' kontroll tal-fruntiera nazzjonali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;

(h)  jikkoordina miżuri operazzjonali ma' Stati Membri oħrajn u ma' pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Aġenzija u tal-Istati Membri l-oħra;

(i)  jiskambja informazzjoni rilevanti mal-uffiċjal nazzjonali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, f'każ li jinħatar, permezz tal-istrutturi adattati stabbiliti fil-livell nazzjonali, bil-ħsieb li jikkontribwixxi għall-Istampa tas-Sitwazzjoni Ewropea u biex jappoġġa l-operazzjonijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera;

(j)  taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jikkontribwixxi għall-assigurazzjoni tal-informazzjoni għas-sistemi ta' informazzjoni nazzjonali u tal-Aġenzija.

4.   L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw lil awtoritajiet reġjonali, lokali, funzjonali jew lil awtoritajiet oħra li jkunu f'pożizzjoni li jieħdu deċiżjonijiet operazzjonali, filwaqt li jiżguraw l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-kapaċità ta' reazzjoni fiż-żoni rispettivi ta' kompetenza tagħhom, inklużi l-kompiti u l-kompetenzi msemmija fil-punti (c), (e) u (f) tal-Artikolu 21(3).

5.  Id-deċiżjoni tal-Istati Membri li jallokaw il-kompiti f'konformità mal-paragrafu 1 ma għandhiex taffettwa liċ-ċentru ta' koordinazzjoni nazzjonali fil-kapaċità tiegħu li jikkoopera u jiskambja informazzjoni ma' ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni oħrajn u mal-Aġenzija.

6.   F'każijiet predefiniti, kif determinati fil-livell nazzjonali, iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni jista' jawtorizza lil awtorità msemmija fil-paragrafu 1 biex tikkomunika u tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali jew iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz bil-kundizzjoni li tali awtorità tinforma liċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni tiegħu stess regolarment dwar tali komunikazzjoni u skambju tal-informazzjoni.

7.   Iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jopera erbgħa u għoxrin siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.

Artikolu 23

Manwal tal-EUROSUR

1.   Il-Kummissjoni, assistita minn Kumitat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(2) għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija u ma' kwalunkwe korp, uffiċċju jew aġenzija rilevanti oħra tal-Unjoni tadotta u tagħmel disponibbli manwal prattiku għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-EUROSUR (il-"Manwal"). Il-Manwal għandu jipprovdi linji gwida tekniċi u operazzjonali, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki, inkluż dwar il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Manwal fil-forma ta' rakkomandazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-Aġenzija, li tikklassifika partijiet mill-Manwal bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED f'konformità mar-regoli mniżżla fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kummissjoni.

Artikolu 24

Monitoraġġ tal-EUROSUR

1.  L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri jkunu stabbiliti għall-monitoraġġ tal-funzjonament tekniku u operazzjonali tal-EUROSUR meta mqabbel mal-objettivi li jinkisbu għarfien tas-sitwazzjoni u kapaċità ta' reazzjoni adegwati fil-fruntieri esterni.

2.  L-Aġenzija għandha timmonitorja b'mod kostanti u kontinwu l-kwalità tas-servizz offrut min-netwerk ta' komunikazzjoni u l-kwalità tad-data kondiviża fl-istampa tas-sitwazzjoni tal-EUROSUR.

3.  L-Aġenzija għandha tibgħat l-informazzjoni dwar il-kontroll tal-kwalità liċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni u lill-istrutturi rilevanti ta' kmand u kontroll użati għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija bħala parti mis-Servizzi ta' Fużjoni tal-EUROSUR. Tali informazzjoni għandha tiġi kklassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED

Taqsima 4

Għarfien tas-sitwazzjoni

Artikolu 25

Stampi tas-sitwazzjoni

(1)  L-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali, l-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea u l-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi għandhom jinħolqu permezz tal-ġbir, l-evalwazzjoni, ir-relazzjoni, l-analiżi, l-interpretazzjoni, il-ġenerazzjoni, il-viżwalizzazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni.

L-istampi tas-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu mil-livelli ta' informazzjoni li ġejjin:

(a)   livell ta' każijiet li jinkludi l-każijiet ▌u l-inċidenti relatati ma' qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, u l-kriminalità transfruntiera, u meta jkun hemm informazzjoni disponibbli dwar movimenti sekondarji mhux awtorizzati biex ikunu jistgħu jinftiehmu x-xejriet, il-volumi u r-rotot;

(b)  livell ta' operazzjonijiet li jkun fih informazzjoni dwar operazzjonijiet inkluż il-pjan ta' stazzjonament, iż-żona tal-operazzjoni, ▌u l-pożizzjoni, il-ħin, l-istatus u t-tip ta' riżorsi li jipparteċipaw kif previst fil-pjan operazzjonali;

(c)  livell ta' analiżi li jkun fih informazzjoni analizzata li hija rilevanti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u, b'mod partikolari biex jiġu attribwiti l-livelli tal-impatt għal taqsimiet mill-fruntieri esterni, inkluż immaġni u data ġeografika, żviluppi u indikaturi ewlenin, rapporti analitiċi, u informazzjoni rilevanti oħra ta' appoġġ.

2.   L-istampi tas-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippermettu li jiġu identifikati u traċċati l-każijiet, l-operazzjonijiet u l-analiżi korrispondenti marbuta ma' sitwazzjonijiet fejn ħajjet il-bniedem tkun f'riskju.

4.   Id-dettalji tal-livelli ta' informazzjoni tal-istampi tas-sitwazzjoni u r-regoli għall-istabbiliment ta' stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi għandhom jiġu stipulati f'att ta' implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(3).

L-att ta' implimentazzjoni għandu jispeċifika t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi pprovduta, l-entitajiet responsabbli għall-ġbir, l-ipproċessar, l-arkivjar u t-trażmissjoni ta' informazzjoni speċifika, id-dewmien massimu għar-rappurtar, ir-regoli dwar is-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data u l-mekkaniżmi tal-kontroll tal-kwalità relatati.

Artikolu 26

Stampa tas-sitwazzjoni nazzjonali

1.   Iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jistabbilixxi u jżomm stampa tas-sitwazzjoni nazzjonali, sabiex jipprovdi lill-awtoritajiet kollha li huma responsabbli mill-kontroll tal-fruntieri b'informazzjoni effikaċi, preċiża u f'waqtha.

2.   L-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali għandha tkun magħmula minn informazzjoni miġbura mis-sorsi li ġejjin:

(a)  is-sistema nazzjonali ta' sorveljanza tal-fruntieri f'konformità mad-dritt nazzjonali;

(b)  sensuri stazzjonarji u mobbli operati mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza tal-fruntiera esterna;

(c)  pattulji għas-sorveljanza tal-fruntieri u missjonijiet oħra ta' monitoraġġ;

(d)  ċentri ta' koordinazzjoni lokali, reġjonali u oħrajn;

(e)  awtoritajiet nazzjonali u sistemi rilevanti oħra, inklużi uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, ċentri operazzjonali u punti ta' kuntatt;

(f)  kontrolli fuq il-fruntiera;

(g)  l-Aġenzija;

(h)  ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni fi Stati Membri oħrajn;

(i)  awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, abbażi ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali u netwerks reġjonali kif imsemmi fl-Artikolu 75;

(j)  sistemi ta' rappurtaġġ tal-bastimenti f'konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom;

(k)  organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali oħrajn rilevanti;

(l)  sorsi oħrajn.

3.   Iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jattribwixxi livell tal-impatt indikattiv wieħed, li jvarja minn wieħed "baxx" u "medju" sa "għoli" u "għoli ħafna", għal kull inċident imdaħħal fil-livell tal-każijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali. L-inċidenti kollha għandhom ikunu kondiviżi mal-Aġenzija.

4.   Iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni jista' jiddeċiedi, fuq talba tal-awtorità nazzjonali responsabbli, li jirrestrinġi l-aċċess għal informazzjoni relatata mas-sigurtà nazzjonali, inkluż l-assi militari abbażi tal-ħtieġa ta' għarfien.

5.   Iċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni tal-Istati Membri ġirien jistgħu jaqsmu ma' xulxin, direttament u kważi f'ħin reali, l-istampa tas-sitwazzjoni ta' taqsimiet tal-fruntieri esterni ġirien, inkluż il-pożizzjonijiet, l-istatus u t-tip ta' riżorsi proprji li qed joperaw fit-taqsimiet tal-fruntieri esterni ġirien.

Artikolu 27

Stampa tas-sitwazzjoni Ewropea

1.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm stampa tas-sitwazzjoni Ewropea sabiex liċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni u lill-Kummissjoni tipprovdilhom informazzjoni u analiżi effettivi, preċiżi u f'waqthom filwaqt li jkunu koperti l-fruntieri esterni, iż-żona prefruntiera u l-movimenti sekondarji mhux awtorizzati.

2.   L-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea għandha tkun magħmula minn informazzjoni miġbura mis-sorsi li ġejjin:

(a)  iċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni, u l-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali, sa fejn jirrikjedi dan l-Artikolu u l-informazzjoni u r-rapporti li jaslu minn uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni;

(b)  l-Aġenzija, l-informazzjoni u r-rapporti pprovduti mill-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni tagħha f'konformità mal-Artikoli 32 u 76;

(c)  id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni kif stipulat fl-Artikolu 69(1)(k);

(d)  il-korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 69;

(e)  l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, abbażi ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali u netwerks reġjonali kif imsemmi fl-Artikolu 73, u arranġamenti ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 74(1);

(f)  sorsi oħrajn.

3.   Il-livell ta' każijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea għandu jinkludi informazzjoni relatata ma':

(a)  inċidenti u każijiet oħra li jinsabu fil-livell ta' każijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali;

(b)  inċidenti u każijiet oħra li jkunu jinsabu fl-istampa tas-sitwazzjoni speċifika kif stipulat fl-Artikolu 28;

(c)  inċidenti fil-qasam operazzjonali ta' operazzjoni konġunta jew ta' intervent rapidu kkoordinat mill-Aġenzija, jew f'żona hotspot ▌.

4.   Il-livell ta' operazzjonijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea għandu jkun fih informazzjoni dwar l-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi kkoordinati mill-Aġenzija ▌, inkluż l-istqarrija tal-missjoni, il-pożizzjoni, l-istatus, it-tul taż-żmien, l-informazzjoni dwar l-Istati Membri u l-atturi l-oħra involuti, ir-rapporti tas-sitwazzjoni ta' kuljum u ta' kull ġimgħa, id-data statistika u l-pakketti ta' informazzjoni għall-midja;

5.   L-informazzjoni dwar ir-riżorsi proprji fil-livell ta' operazzjonijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea għandha tiġi kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED skont il-każ.

6.   Fl-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea, l-Aġenzija għandha tqis il-livell tal-impatt li jkun ġie assenjat għal inċident speċifiku fl-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali miċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni. Għal kull inċident fiż-żona prefruntiera, l-Aġenzija għandha tassenja livell ta' impatt indikattiv wieħed u għandha tinforma liċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni.

Artikolu 28

Stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi

1.   L-Aġenzija u l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu u jżommu stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi sabiex jappoġġaw attivitajiet operazzjonali speċifiċi fil-fruntieri esterni jew biex jaqsmu informazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 69 jew ma' pajjiżi terzi kif previst fl-Artikolu 76 ▌.

2.   L-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi għandhom ikunu magħmula minn subsett ta' informazzjoni tal-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali u Ewropea.

3.   Il-modalitajiet għall-istabbiliment u l-qsim tal-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi għandhom jiġu deskritti fil-pjan operazzjonali għall-attivitajiet operazzjonali kkonċernati u fil-ftehim bilaterali jew multilaterali meta l-istampa tas-sitwazzjoni speċifika tiġi stabbilita fil-qafas ta' kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali ma' pajjiżi terzi. Għandu japplika l-prinċipju tal-kunsens tal-oriġinaturi.

Artikolu 29

Servizzi ta' Fużjoni tal-EUROSUR

1.   L-Aġenzija għandha tikkoordina s-Servizzi ta' Fużjoni tal-EUROSUR sabiex tforni liċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni, lill-Kummissjoni u lilha nnifisha b'informazzjoni dwar il-fruntieri esterni u dwar iż-żona prefruntiera fuq bażi regolari, affidabbli u kosteffettiva.

2.   L-Aġenzija, fuq talba tagħha, għandha tipprovdi liċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni b'informazzjoni dwar il-fruntieri esterni tal-Istat Membru li jkun għamel it-talba u dwar iż-żona prefruntiera li tista' tittieħed minn:

(a)  monitoraġġ selettiv ta' portijiet u kosti ta' pajjiż terz magħżula li jkunu ġew identifikati permezz tal-analiżi tar-riskju u informazzjoni bħala punti ta' imbarkazzjoni jew ta' tranżitu għal bastimenti jew mezzi oħra li jintużaw għal immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera;

(b)  traċċar ta' bastimenti jew mezzi oħra fl-ibħra miftuħa u inġenji tal-ajru li jkunu ssuspettati jew li jkunu ġew identifikati bħala li jkunu qed jintużaw għall-immigrazzjoni illegali jew għall-kriminalità transfruntiera, inkluż fil-każ ta' persuni f'diffikultà fuq il-baħar bil-ħsieb li tiġi trażmessa din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti għal operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ;

(c)  monitoraġġ ta' żoni magħżula fil-qasam marittimu sabiex jiġu skoperti, identifikati u traċċati bastimenti u mezzi oħra li jkunu qed jintużaw jew li jkunu ssuspettati li jkunu qed jintużaw għall-immigrazzjoni illegali jew għall-kriminalità transfruntiera, inkluż fil-każ ta' persuni f'diffikultà fuq il-baħar bil-ħsieb li tiġi trażmessa din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti għal operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ;

(ca)  monitoraġġ ta' żoni magħżula ta' fruntieri tal-ajru sabiex jiġu skoperti, identifikati u traċċati inġenji tal-ajru u forom oħra ta' tagħmir li jkunu qed jintużaw, jew li jkun issuspettat li jkunu qed jintużaw, għall-immigrazzjoni illegali jew għall-kriminalità transfruntiera;

(d)  valutazzjoni ambjentali ta' żoni magħżula fil-qasam marittimu u fil-fruntieri esterni fuq l-art u tal-ajru sabiex jitjiebu kemm jista' jkun l-attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' pattulji;

(e)  monitoraġġ selettiv ta' żoni prefruntiera magħżula fil-fruntieri esterni, li jkunu ġew identifikati permezz tal-analiżi tar-riskju u informazzjoni bħala żoni ta' tluq jew ta' tranżitu potenzjali għall-immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera;

(f)  monitoraġġ tax-xejriet, tal-volum u tar-rotot tal-flussi migratorji lejn u fl-Unjoni;

(g)  monitoraġġ tal-midja, l-intelligence minn sorsi miftuħa u l-analiżi ta' attivitajiet tal-internet f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680 jew mar-Regolament (UE) 2016/679 kif applikabbli, għall-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali jew tal-kriminalità transfruntiera;

(h)  analiżi ta' informazzjoni misluta minn sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira bil-għan li jiġu skoperti rotot u metodi li jinbidlu użati għall-immigrazzjoni illegali u għall-kriminalità transfruntiera.

3.   L-Aġenzija tista' tirrifjuta talba minn ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għal raġunijiet tekniċi, finanzjarji jew operazzjonali. L-Aġenzija għandha tinnotifika fi żmien debitu liċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni bir-raġunijiet għal ċaħda bħal din.

4.   L-Aġenzija tista' tagħmel użu mill-għodod ta' sorveljanza msemmija fil-paragrafu 2 fuq l-inizjattiva tagħha stess, biex tiġbor informazzjoni li tkun rilevanti għall-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.

Taqsima 5

ANALIŻI TAR-RISKJU

Artikolu 30

Analiżi tar-riskju

1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja l-flussi migratorji lejn l-Unjoni u, f'termini ta' xejriet, volum u rotot migratorji fl-Unjoni, kif ukoll xejriet u sfidi oħra possibbli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u li għandhom x'jaqsmu mar-ritorn. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha, permezz ta' deċiżjoni tal-bord maniġerjali bbażata fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, tistabbilixxi mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju, li għandu jiġi applikat mill-Aġenzija u mill-Istati Membri. Il-mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju għandu jiġi stabbilit u aġġornat jekk meħtieġ, abbażi tal-eżitu tal-evalwazzjoni taċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 8(7). ▌

2.  L-Aġenzija għandha tħejji analiżi tar-riskju ġenerali li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 91, u analiżi tar-riskju mfassla apposta għal attivitajiet operazzjonali. Kull sentejn, l-Aġenzija, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tħejji u tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, analiżi tar-riskju strateġika għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri li għandha titqies fit-tħejjija taċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Fir-riżultati ta' analiżijiet tar-riskju bħal dawn, id-dejta personali għandha tiġi anonimizzata.

3.  L-analiżi tar-riskju, msemmija fil-paragrafu 2 imħejjija mill-Aġenzija, abbażi tal-informazzjoni li tkun waslet ukoll mill-Istati Membri, għandha tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri bil-ħsieb li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' twissija minn qabel.

3a.   L-Aġenzija għandha tippubblika informazzjoni komprensiva dwar il-mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sitwazzjoni, ix-xejriet u t-theddid possibbli fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. L-Istati Membri għandhom regolarment, jew fuq talba tal-Aġenzija, jipprovdulha l-informazzjoni kollha rilevanti bħal data statistika u operazzjonali miġbura b'rabta mal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri u f'konformità mal-Artikolu 98(2)(e) kif ukoll informazzjoni mil-livell tal-analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali kif previst fl-Artikolu 26.

5.  Ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju għandhom jiġu sottomessi lill-bord maniġerjali u kondiviżi mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b'mod f'waqtu u preċiż.

6.  L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju meta jippjanaw l-operazzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom fil-fruntieri esterni u l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tar-ritorn.

7.  L-Aġenzija għandha tinkorpora r-riżultati tal-mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju fl-iżvilupp ta' kurrikuli bażiċi komuni tagħha għat-taħriġ▌.

Taqsima 6

Prevenzjoni u rispons

Artikolu 31

Determinazzjoni tat-taqsimiet tal-fruntieri esterni

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jaqsam il-fruntieri esterni tiegħu tal-art u tal-baħar, u jekk relevanti l-fruntieri tal-ajru, f'taqsimiet tal-fruntiera u għandu jinnotifikahom lill-Aġenzija.

Kull bidla fit-taqsimiet tal-fruntiera minn Stat Membru għandha tiġi nnotifikata lill-Aġenzija fil-waqt sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-analiżi tar-riskji mill-Aġenzija.

Artikolu 32

Uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija fl-Istati Membri

1.  L-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ regolari tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tar-ritorn tal-Istati Membri kollha permezz ta' uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija fl-Istati Membri.

L-Aġenzija tista' tiddeċiedi li uffiċjal ta' kollegament ikopri sa erba' Stati Membri li qegħdin ġeografikament qrib xulxin.

2.  Id-direttur eżekuttiv għandu jaħtar esperti mill-persunal statutorju tal-Aġenzija biex jintbagħtu bħala uffiċjali ta' kollegament. Id-direttur eżekuttiv għandu, abbażi ta' analiżi tar-riskju u f'konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati jagħmel proposta fuq in-natura u t-termini tal-iskjerament, l-Istat Membru jew reġjun li fih jista' jintbagħat l-uffiċjal ta' kollegament u l-kompiti possibbli mhux koperti mill-paragrafu 3. Il-proposta mid-direttur eżekuttiv għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-bord maniġerjali. Id-direttur eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bil-ħatra u jistabbilixxi, flimkien mal-Istat Membru, il-post tal-iskjerament.

3.  L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jaġixxu f'isem l-Aġenzija u r-rwol tagħhom għandu jkun li jrawmu kooperazzjoni u djalogu bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta' kontroll tal-fruntieri. L-uffiċjali ta' kollegament għandhom, b'mod partikolari:

(a)  jaġixxu bħala kollegament bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta' kontroll tal-fruntieri;

(b)  jappoġġaw il-ġbir ta' informazzjoni li tirrikjedi l-Aġenzija għall-monitoraġġ tal-immigrazzjoni illegali u l-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 30;

(c)  jappoġġaw il-ġbir tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 33 u kif rikjest mill-Aġenzija sabiex titwettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u jippreparaw rapport għal dan il-għan kif imsemmi fil-paragrafu 6;

(d)  jimmonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru f'taqsimiet tal-fruntiera li jkunu ġew attribwiti livell ta' impatt għoli jew kritiku f'konformità mal-Artikolu 35;

(e)  jagħtu kontribut fil-promozzjoni tal-applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tar-ritorn, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali;

(b)  jikkooperaw mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, meta jkun meħtieġ, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet fundamentali fil-ħidma tal-Aġenzija f'konformità mas-subparagrafu (e);

(f)  fejn possibbli jassistu lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom dwar il-ġestjoni tal-fruntieri;

(g)  jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Aġenzija, jaqsmu informazzjoni rilevanti mill-Aġenzija mal-Istat Membru, inkluża informazzjoni dwar operazzjonijiet li jkunu għaddejjin;

(h)  jagħtu rendikont regolarment u direttament lid-direttur eżekuttiv dwar is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni u l-kapaċità tal-Istat Membru konċernat li jittratta b'mod effettiv is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni; jagħtu rendikont ukoll dwar operazzjonijiet ta' ritorn li jitwettqu lejn pajjiżi terzi rilevanti;

(i)  jimmonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru fir-rigward ta' sitwazzjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 43;

(j)  jimmonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru fir-rigward tar-ritorn u jappoġġaw il-ġbir tal-informazzjoni li tirrikjedi l-Aġenzija biex twettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 49.

4.  Jekk ir-rapportar tal-uffiċjal ta' kollegament imsemmi fil-punt (h) tal-paragrafu 3 iqajjem tħassib dwar wieħed jew aktar mill-aspetti rilevanti għall-Istat Membru kkonċernat, dan tal-aħħar jiġi infurmat bla dewmien mid-direttur eżekuttiv.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-uffiċjal ta' kollegament għandu, f'konformità mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data:

(a)  jirċievi informazzjoni miċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni u mill-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 26;

(b)  iżomm kuntatti regolari mal-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta' kontroll tal-fruntieri, filwaqt li jinforma lill-punt ta' kuntatt nazzjonali msemmi fl-Artikolu 13.

6.  Ir-rapport tal-uffiċjal ta' kollegament għandu jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 33. Ir-rapport għandu jiġi trażmess lill-Istat Membru kkonċernat.

7.  Fit-twettiq ta' dmirijiethom, l-uffiċjali ta' kollegament għandhom jieħdu biss struzzjonijiet mill-Aġenzija.

Artikolu 33

Valutazzjoni tal-vulnerabbiltà

1.  L-Aġenzija għandha, permezz ta' deċiżjoni tal-bord maniġerjali, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, tipprepara f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati membri u mal-Kummissjoni, tistabbilixxi metodoloġija komuni ta' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà. Din il-metodoloġija għandha tinkludi kriterji oġġettivi li bihom l-Aġenzija għandha twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, il-frekwenza tat-tali valutazzjonijiet, kif valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà konsekuttivi għandhom jitwettqu u l-modalitajiet għal sistema effettiva biex l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tinżamm taħt monitoraġġ.

2.  L-Aġenzija għandha timmonitorja u tivvaluta d-disponibbiltà ta' tagħmir tekniku, sistemi, kapaċitajiet, riżorsi, infrastruttura, persunal ikkwalifikat u mħarreġ b'mod adegwat tal-Istati Membri meħtieġa għall-kontroll fuq il-fruntieri kif definit fl-Artikolu 3(1)(a). F'dan il-kuntest, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-pjanijiet ta' żvilupp tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 9(4) fir-rigward tal-kapaċità li jitwettqu attivitajiet ta' kontroll fuq il-fruntiera filwaqt li jitqies li xi kapaċitajiet nazzjonali jistgħu jintużaw parzjalment għal għanijiet oħra għajr il-kontroll tal-fruntieri. Bħala ppjanar għall-futur hija għandha tagħmel hekk bħala miżura preventiva fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju mħejjija f'konformità mal-Artikolu 30(2). L-Aġenzija għandha twettaq dan il-monitoraġġ u l-valutazzjoni mill-anqas darba fis-sena, ħlief jekk id-direttur eżekuttiv, abbażi tal-valutazzjonijiet tar-riskju jew tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà preċedenti, jiddeċiedi mod ieħor. Ikun x'ikun il-każ, kull Stat Membru għandu jkun soġġett għal monitoraġġ u valutazzjoni mill-inqas darba kull tliet snin.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9▌, l-Istati Membri għandhom fuq talba tal-Aġenzija jipprovdu informazzjoni rigward it-tagħmir tekniku, il-persunal u sa fejn huwa possibbli r-riżorsi finanzjarji disponibbli fil-livell nazzjonali biex iwettqu l-kontroll tal-fruntieri. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu informazzjoni dwar il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom dwar il-ġestjoni tal-fruntieri fuq talba tal-Aġenzija.

4.  L-għan tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà huwa li l-Aġenzija tivvaluta l-kapaċità u l-prontezza tal-Istati Membri biex jiffaċċjaw l-isfidi ▌attwali u dawk futuri fil-fruntieri esterni; li tidentifika, speċjalment għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi speċifiċi u sproporzjonati, il-konsegwenzi immedjati possibbli fil-fruntieri esterni u l-konsegwenzi ta' wara għall-funzjonament taż-żona Schengen; u biex tiġi vvalutata l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għar-Riżerva ta' Tagħmir Tekniku, inkluża r-Riżerva ta' Tagħmir għal Reazzjoni Rapida; u biex tiġi vvalutata l-kapaċità tal-Istati Membri li jospitaw appoġġ Ewropew f'konformità mal-Artikolu 9(3). Din il-valutazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen.

5.  Fil-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-kapaċità tal-Istati Membri, f'termini kwalitattivi u kwantitattivi, li jitwettqu l-kompiti kollha tal-ġestjoni tal-fruntieri, inkluża l-kapaċità tagħhom li jittrattaw il-wasla potenzjali ta' għadd kbir ta' persuni fuq it-territorju tagħhom.

6.  Ir-riżultati preliminari tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jiġu ppreżentati lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istat Membru kkonċernat jista' jikkummenta dwar din il-valutazzjoni.

7.  Meta meħtieġ, id-direttur eżekuttiv għandu, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, jagħmel rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernat u l-limitu ta' żmien sa meta dawn il-miżuri għandhom jiġu implimentati. Id-direttur eżekuttiv għandu jistieden lill-Istati Membri konċernati biex jieħdu l-miżuri meħtieġa abbażi ta' pjan ta' azzjoni żviluppat mill-Istat Membru f'konsultazzjoni mad-direttur eżekuttiv.

8.  Id-direttur eżekuttiv għandu jirrakkomanda miżuri lill-Istati Membri abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija, il-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat u r-riżultati tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen.

▌Il-miżuri għandu jkollhom l-għan li jeliminaw il-vulnerabbiltajiet identifikati fil-valutazzjoni sabiex l-Istati Membri jżidu l-preparazzjoni tagħhom biex jiffaċċjaw l-isfidi attwali u dawk futuri fil-fruntieri esterni billi jsaħħu jew itejbu l-kapaċitajiet, it-tagħmir tekniku, is-sistemi, ir-riżorsi u l-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom. Id-Direttur eżekuttiv jista' joffri l-għarfien tekniku tal-Aġenzija lill-Istati Membri biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-miżuri kkonċernati.

9.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet permezz ta' rapporti regolari ppreżentati mill-Istati Membri bbażati fuq il-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.

F'każ ta' riskju ta' dewmien fl-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjoni minn Stat Membru fiż-żmien stipulat, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma immedjatament lill-membru tal-Bord Maniġerjali mill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni. F'konsultazzjoni mal-membru tal-Bord Maniġerjali mill-Istat Membru kkonċernat, id-Direttur Eżekuttiv għandu jistaqsi lill-awtoritajiet rilevanti ta' dan l-Istat Membru dwar ir-raġunijiet għad-dewmien, u joffri appoġġ mill-Aġenzija biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-miżura.

10.  Meta Stat Membru ma jimplimentax il-miżuri meħtieġa tar-rakkomandazzjoni sal-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, id-direttur eżekuttiv għandu jirreferi l-kwistjoni lill-bord maniġerjali u jinnotifika lill-Kummissjoni. Il-bord maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni fuq proposta tad-direttur eżekuttiv li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernat u l-limitu ta' żmien li fih għandhom jiġu implimentati dawn il-miżuri. Id-deċiżjoni tal-bord maniġerjali għandha tkun vinkolanti fuq l-Istat Membru. Jekk l-Istat Membru ma jimplimentax il-miżuri sal-limitu ta' żmien previst f'din id-deċiżjoni, il-bord maniġerjali għandu jinnotifika lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u f'konformità mal-Artikolu 43 tista' tittieħed azzjoni ulterjuri.

11.  F'konformità mal-Artikolu 91, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, inkluża deskrizzjoni dettaljata tal-eżitu tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, il-miżuri li jkunu ħadu l-Istati Membri u l-istatus tal-implimentazzjoni ta' kull rakkomandazzjoni preċedenti, għandhom jintbagħtu fuq bażi regolari, u mill-inqas darba fis-sena lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 34

Sinerġiji bejn il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen

1.  Is-sinerġiji bejn il-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 għandhom jiġu massimizzati sabiex tiġi stabbilita stampa tas-sitwazzjoni mtejba dwar il-funzjonament taż-żona Schengen, biex tiġi evitata, sa fejn possibbli, id-duplikazzjoni tal-isforzi min-naħa tal-Istati Membri, u biex jiġi żgurat użu ikkoordinat aħjar tal-istrumenti finanzjarji rilevanti tal-Unjoni li jappoġġaw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

2.  Għall-fini msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jaqsmu ma' xulxin b'mod regolari, sigur u f'waqtu, l-informazzjoni kollha relatata mar-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri. Il-mekkaniżmu ta' skambju għandu jkopri r-rapporti tal-valutazzjonijiet ta' vulnerabbiltà u taż-żjarat ta' evalwazzjoni ta' Schengen, rakkomandazzjonijiet sussegwenti, pjanijiet ta' azzjoni u kull aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni pprovduti mill-Istati Membri.

2a.  Għall-fini tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-Kummissjoni għandha tikkondividi r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mal-membri kollha tat-timijiet ta' evalwazzjoni ta' Schengen involuti fl-evalwazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. Din l-informazzjoni għandha titqies bħala sensittiva fis-sens tar-Regolament 1053/2013 u għandha tiġi trattata kif xieraq.

3.  L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikopru r-riżultati tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen fil-qasam tar-ritorn sabiex jiġi żgurat li l-Aġenzija tkun konxja min-nuqqasijiet identifikati sabiex tkun tista' tipproponi miżuri xierqa biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri kkonċernati f'dan ir-rigward.

Artikolu 35

Attribuzzjoni tal-livelli tal-impatt għal taqsimiet tal-fruntiera esterna

1.  Abbażi tal-analiżi tar-riskju u tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà tal-Aġenzija u fi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, l-Aġenzija għandha tattribwixxi l-livelli tal-impatt li ġejjin, jekk rilevanti, għal kull waħda mit-taqsimiet tal-fruntiera esterna fuq l-art, fil-baħar u fl-ajru jekk rilevanti, tal-Istati Membri, jew tbiddel dawn il-livelli:

(a)  livell tal-impatt baxx meta l-inċidenti relatati ▌mal-migrazzjoni illegali jew mal-kriminalità transfruntiera li jseħħu fit-taqsima tal-fruntiera rilevanti jkollhom impatt insinifikanti fuq is-sigurtà tal-fruntiera;

(b)  livell tal-impatt medju meta l-inċidenti relatati ▌mal-migrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera li jseħħu fit-taqsima tal-fruntiera rilevanti jkollhom impatt moderat fuq is-sigurtà tal-fruntiera;

(c)  livell tal-impatt għoli meta l-inċidenti relatati mal-immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera li sseħħ fit-taqsima tal-fruntiera rilevanti jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sigurtà tal-fruntiera;

1a.   Biex jiġu indirizzati malajr sitwazzjonijiet ta' kriżi f'sezzjoni partikolari tal-fruntiera, meta l-inċidenti relatati mal-immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera li jseħħu fit-taqsima tal-fruntiera rilevanti jkollhom impatt deċiżiv fuq is-sigurtà tal-fruntiera sal-punt li jipperikolaw il-funzjonament taż-Żona Schengen, abbażi tal-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, l-Aġenzija għandha tattribwixxi temporanjament livell ta' impatt "kritiku" lil dik it-taqsima tal-fruntiera.

2.  L-attribuzzjoni ta' livelli ta' impatt għandha tkun ibbażata fuq il-mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju imsemmi fl-Artikolu 30(1). Jekk ma jkunx hemm qbil bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Aġenzija dwar l-attribuzzjoni, il-livell tal-impatt attribwit lil dik it-taqsima tal-fruntiera għandu jibqa' l-istess.

▌Iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jwettaq kostantement valutazzjoni f'kooperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet kompetenti nazzjonali oħra biex jara jkunx hemm il-ħtieġa li jinbidel il-livell tal-impatt ta' xi taqsima tal-fruntiera, billi jqis l-informazzjoni li tinsab fl-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali u jinforma lill-Aġenzija skont il-każ.

3.  L-Aġenzija għandha tivviżwalizza l-livelli tal-impatt attribwiti lill-fruntieri esterni fl-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.

Artikolu 36

Reazzjoni li tikkorrispondi għal-livelli tal-impatt

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet ta' kontroll fuq l-fruntieri li jitwettqu fit-taqsimiet tal-fruntieri esterni jkunu jikkorrispondu mal-livelli tal-impatt attribwiti bil-mod segwenti:

(a)  meta jiġi attribwit livell tal-impatt baxx lil taqsima tal-fruntiera esterna, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntiera esterna għandhom jorganizzaw kontroll regolari abbażi tal-analiżi tar-riskju u jiżguraw li jkunu qed jinżammu biżżejjed persunal u riżorsi disponibbli għal dik it-taqsima tal-fruntiera ▌;

(b)  meta jiġi attribwit livell tal-impatt medju lil taqsima tal-fruntiera esterna, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntiera esterna għandhom, flimkien mal-miżuri meħuda taħt punt (a), jiżguraw li qed jittieħdu miżuri adatti ta' kontroll f'dik it-taqsima tal-fruntiera. Meta jittieħdu tali miżuri ta' kontroll, iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jiġi notifikat skont il-każ. Iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jikkoordina kull appoġġ li jingħata f'konformità mal-Artikolu 21(3);

(c)  meta jiġi attribwit livell tal-impatt għoli lil taqsima tal-fruntiera esterna, l-Istat Membru kkonċernat għandu, flimkien mal-miżuri meħuda taħt punt (b), jiżgura, permezz taċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni, li l-awtoritajiet nazzjonali li joperaw f'dik it-taqsima tal-fruntiera jingħataw l-appoġġ meħtieġ u li jittieħdu miżuri ta' kontroll imsaħħa. Dak l-Istat Membru jista' jitlob appoġġ mill-Aġenzija soġġett għall-kundizzjonijiet għat-tnedija ta' operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntieri, kif stabbiliti fl-Artikolu 37.

1a.  Meta jiġi attribwit livell ta' impatt kritiku għal taqsima tal-fruntiera esterna, l-Aġenzija għandha tinnotifikah lill-Kummissjoni. Filwaqt li jqis l-appoġġ kontinwu mill-Aġenzija, id-direttur eżekuttiv għandu, apparti l-miżuri meħuda taħt il-punt (c), joħroġ rakkomandazzjoni ▌f'konformità mal-Artikolu 42(1). L-Istat Membru kkonċernat għandu jwieġeb għar-rakkomandazzjoni f'konformità mal-Artikolu 42(2) .

2.  Iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jinforma regolarment lill-Aġenzija dwar il-miżuri meħuda fuq il-livell nazzjonali f'konformità mal-paragrafu 1(c). u l-paragrafu 1a.

3.  Meta jiġi attribwit livell tal-impatt medju, għoli jew kritiku lil taqsima tal-fruntiera esterna li tkun tinsab maġenb it-taqsima tal-fruntiera ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz li miegħu hemm ftehimiet jew netwerks reġjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 73 u fl-Artikolu 74, iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jikkuntattja liċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni tal-Istat Membru ġar jew lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ġar u flimkien mal-Aġenzija għandu jipprova jikkoordina l-miżuri transfruntiera meħtieġa.

4.  L-Aġenzija għandha tevalwa, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, l-attribuzzjoni tal-livelli tal-impatt u l-miżuri korrispondenti meħuda fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà mill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 33.

Taqsima 7

Azzjoni mill-Aġenzija fil-fruntieri esterni

Artikolu 37

Azzjonijiet mill-Aġenzija fil-fruntieri esterni

1.  Stat Membru jista' jitlob l-assistenza tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija għandha twettaq ukoll miżuri f'konformità mal-Artikolu 42 u mal-Artikolu 43.

2.  L-Aġenzija għandha torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istat Membru ospitanti u tista', filwaqt li taġixxi f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali rilevanti, inkluż il-prinċipju tan-non-refoulement, tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a)  tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew aktar u tistazzjona l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u tuża t-tagħmir tekniku;

(b)  torganizza interventi rapidi fil-fruntieri u tistazzjona l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u tuża t-tagħmir tekniku;

(c)  tikkoordina l-attivitajiet għal Stat Membru wieħed jew aktar u għal pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet konġunti ma' pajjiżi terzi;

(d)  tistazzjona l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, fost l-oħrajn f'żoni hotspot ▌, inkluż jekk ikun meħtieġ biex tingħata assistenza teknika u operazzjonali f'attivitajiet ta' ritorn;

(e)  fil-qafas tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu u f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014 u d-dritt internazzjonali, tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi, biex jiġu appoġġati operazzjonijiet ta' tfittix u salvataġġ għal persuni li jinsabu f'diffikultà fuq il-baħar, li jistgħu jseħħu waqt operazzjonijiet ta' sorveljanza fuq il-baħar;

(f)  tagħti trattament prijoritarju lis-Servizzi ta' Fużjoni tal-EUROSUR.

3.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 mill-baġit tagħha f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

4.  Jekk l-Aġenzija jkollha bżonn ta' aktar finanzi minħabba sitwazzjoni fil-fruntieri esterni, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 38

Bidu ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntieri esterni

1.  Stat Membru jista' jitlob li l-Aġenzija tniedi operazzjonijiet konġunti biex jiffaċċja l-isfidi li jkunu ġejjin, inkluż l-immigrazzjoni illegali, it-theddid fil-preżent jew fil-futur fil-fruntieri esterni tiegħu jew il-kriminalità transfruntiera, jew biex hija tipprovdi aktar assistenza teknika u operazzjonali, u jitlob ukoll il-profili meħtieġa inkluż dawk li jirrikjedu s-setgħat eżekuttivi meta applikabbli, meta dan jimplimenta l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kontroll fil-fruntieri esterni.

2.  Fuq talba ta' Stat Membru li jkun qiegħed jiffaċċja sitwazzjoni ta' sfidi speċifiċi u sproporzjonati, speċjalment il-wasla f'punti tal-fruntieri esterni ta' għadd kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru mingħajr awtorizzazzjoni, l-Aġenzija tista' tuża intervent rapidu fil-fruntieri għal perjodu limitat ta' żmien fit-territorju ta' dak l-Istat Membru ospitanti.

3.  Id-direttur eżekuttiv għandu jevalwa, japprova u jikkoordina proposti għal operazzjonijiet konġunti li jsiru minn Stati Membri. Operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera għandhom ikunu preċeduti minn analiżi tar-riskju bir-reqqa, affidabbli u aġġornata, biex b'hekk l-Aġenzija tkun tista' tistabbilixxi ordni ta' prijorità għall-operazzjonijiet konġunti proposti u għall-interventi rapidi fil-fruntieri, filwaqt li jittieħed inkonsiderazzjoni l-impatt fuq it-taqsimiet tal-fruntiera esterni f'konformità mal-Artikolu 35 u d-disponibbiltà tar-riżorsi.

4.  L-objettivi ta' operazzjoni konġunta jew ta' intervent rapidu fil-fruntieri jistgħu jintlaħqu bħala parti minn operazzjoni b'diversi skopijiet. Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinvolvu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta u l-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera, iffukati fuq il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali jew it-traffikar tal-bnedmin, u l-ġestjoni tal-migrazzjoni b'fokus fuq l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-ġbir ta' informazzjoni u r-ritorn.

Artikolu 39

Pjan operazzjonali għall-operazzjonijiet konġunti

1.  Bi tħejjija għal operazzjoni konġunta, id-direttur eżekuttiv, b'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti, għandu jfassal lista ta' tagħmir tekniku, persunal u profili meħtieġa inkluż dawk is-setgħat eżekuttivi jekk applikabbli li għandhom jiġu awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 83(1a), filwaqt li jqis ir-riżorsi disponibbli u t-talba tal-Istat Membru ospitanti msemmija fl-Artikolu 38. Abbażi ta' dawn l-elementi, l-Aġenzija għandha tiddefinixxi pakkett ta' tisħiħ tekniku u operazzjonali kif ukoll l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet li għandhom jiġu inklużi fil-pjan operazzjonali.

2.  Id-direttur eżekuttiv għandu jfassal pjan operazzjonali għall-operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni. Id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti, b'konsultazzjoni mill-qrib u f'waqtha mal-Istati Membri parteċipanti, għandhom jaqblu dwar il-pjan operazzjonali li jispjega l-aspetti organizzattivi u proċedurali tal-operazzjoni konġunta.

3.  Il-pjan operazzjonali għandu jorbot lill-Aġenzija, lill-Istat Membru ospitanti u lill-Istati Membri parteċipanti. Għandu jkopri l-aspetti kollha li jitqiesu meħtieġa għat-twettiq tal-operazzjoni konġunta, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, bil-modus operandi u l-objettivi tal-istazzjonament, inkluż l-għan operazzjonali;

(b)  it-tul ta' żmien previst li huwa rikjest biex jintlaħqu l-objettivi tal-operazzjoni konġunta▌;

(c)  iż-żona ġeografika fejn se sseħħ l-operazzjoni konġunta;

(d)  deskrizzjoni tal-kompiti, inklużi dawk li jirrikjedu setgħat eżekuttivitar-responsabbiltajiet, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u rekwiżit tal-protezzjoni tad-datau tal-istruzzjonijiet speċjali għat-timijiet, inkluż dwar il-konsultazzjoni permessa ta' bażijiet ta' data u l-armi tas-servizz, il-munizzjon u t-tagħmir permessi fl-Istat Membru ospitanti;

(e)  il-konfigurazzjoni tat-timijiet, kif ukoll l-istazzjonament ta' persunal relevanti ieħor;

(f)  dispożizzjonijiet ta' kmand u kontroll, inklużi l-ismijiet u l-gradi tal-gwardji tal-fruntieri tal-Istat Membru ospitanti responsabbli mill-kooperazzjoni mal-membri tat-timijiet u l-Aġenzija, b'mod partikolari l-ismijiet u l-gradi ta' dawk il-gwardji tal-fruntieri li għandhom il-kmand waqt il-perjodu tal-istazzjonament, u post il-membri tat-timijiet fil-katina tal-kmand;

(g)  it-tagħmir tekniku li se jintuża matul l-operazzjoni konġunta, inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi bħal pereżempju l-kundizzjonijiet għall-użu, l-ekwipaġġ meħtieġ, it-trasport u loġistika oħra, u dispożizzjonijiet finanzjarji;

(h)  dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-rapportar ta' inċidenti immedjati mill-Aġenzija lill-bord maniġerjali u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti;

(i)  skema ta' rapportar u evalwazzjoni li jkollha punti ta' riferiment għar-rapport ta' evalwazzjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u d-data finali għas-sottomissjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni finali;

(j)  dwar operazzjonijiet fuq il-baħar, informazzjoni speċifika dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni u l-leġislazzjoni rilevanti u l-liġi applikabbli fiż-żona ġeografika fejn issir l-operazzjoni konġunta, inklużi referenzi għad-dritt nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni fir-rigward tal-interċettazzjoni, is-salvataġġ fuq il-baħar u l-iżbark. F'dan ir-rigward il-pjan operazzjonali għandu jiġi stabbilit f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014;

(k)  it-termini ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, korpi, uffiċċji u aġenziji, oħra tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(l)  istruzzjonijiet ġenerali dwar kif jista' jkun żgurat li d-drittijiet fundamentali jiġu ssalvagwardjati matul l-attività operazzjonali tal-Aġenzija u l-proċeduri li bihom persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, vittmi tat-traffikar ta' bnedmin, minorenni mhux akkumpanjati u persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli jiġu ggwidati lejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal assistenza xierqa;

m)  il-proċeduri li jistabbilixxu mekkaniżmu biex jirċievu u jittrażmettu lill-Aġenzija lment kontra kull persuna li tipparteċipa f'attività operazzjonali tal-Aġenzija, inkluż gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor tal-Istat Membru ospitanti u l-membri tat-timijiet b'allegat ksur tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tagħhom f'attività operazzjonali tal-Aġenzija,;

(n)  arranġamenti loġistiċi inkluż l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent taż-żoni li fiha hija prevista li sseħħ l-operazzjoni konġunta.

4.  Għal kwalunkwe emenda jew adattament għall-pjan operazzjonali għandu jirrikjedi ftehim bejn id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri parteċipanti. L-Aġenzija għandha tibgħat minnufih kopja tal-pjan operazzjonali emendat jew adattat lill-Istati Membri parteċipanti.

5.  Id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-operazzjonijiet kollha tal-Aġenzija.

Artikolu 40

Proċedura għat-tnedija ta' intervent rapidu fil-fruntieri

1.  Talba minn Stat Membru biex jitnieda intervent rapidu fil-fruntieri għandha tinkludi deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, il-miri possibbli u l-ħtiġijiet previsti, u l-profili meħtieġa inkluż dawk li jirrikjedu setgħat eżekuttivi jekk applikabbli. Jekk ikun meħtieġ, id-direttur eżekuttiv jista' jibgħat immedjatament esperti mill-Aġenzija biex jivvalutaw is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni tal-Istat Membru kkonċernat.

2.  Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma minnufih lill-bord maniġerjali dwar talba ta' Stat Membru biex jitnieda intervent rapidu fil-fruntieri.

3.  Meta jiddeċiedi dwar it-talba ta' Stat Membru, id-direttur eżekuttiv għandu jikkunsidra r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Aġenzija u l-livell ta' analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea kif ukoll ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà msemmija fl-Artikolu 33, u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istat Membru kkonċernat jew minn Stat Membru ieħor.

3a.  Id-direttur eżekuttiv għandu jivvaluta minnufih il-possibbiltajiet ta' riallokazzjoni ta' membri tat-tim disponibbli fil-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, b'mod partikolari l-persunal statutorju tal-Aġenzija u l-persunal operazzjonali ssekondat mill-Istati Membri, preżenti f'żona ta' operazzjonijiet oħra. Id-Direttur eżekuttiv għandu jivvaluta wkoll il-ħtiġijiet addizzjonali għall-istazzjonament ta' persunal operazzjonali f'konformità mal-Artikolu 58 u, ladarba dawn ir-riżorsi fi ħdan il-profili meħtieġa jkunu eżawriti, jattiva r-Riżerva għal Reazzjoni Rapida f'konformità mal-Artikolu 58a.

4.  Id-direttur eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba għat-tnedija ta' intervent rapidu fil-fruntieri fi żmien jumejn ta' xogħol mid-data tal-wasla tat-talba. Id-direttur eżekuttiv għandu fl-istess ħin javża lill-Istat Membru kkonċernat u lill-bord maniġerjali bil-miktub dwar id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tagħti r-raġunijiet ewlenin li tkun ġiet ibbażata fuqhom. ▌

4a.  Fl-istess ħin, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Istati Membri dwar il-possibbiltà li jitlob persunal operazzjonali addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 58 u, jekk applikabbli, mal-Artikolu 58a billi jindika għadd possibbli ta' persunal operazzjonali u profili li għandhom jiġu pprovduti minn kull Stat Membru.

5.  Jekk id-direttur eżekuttiv jiddeċiedi li jniedi intervent rapidu fil-fruntieri, huwa jew hija għandu jistazzjona / għandha tistazzjona t-timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri disponibbli mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, u juża / tuża l-ġabra ta' tagħmir tekniku f'konformità mal-Artikolu 64, u fejn meħtieġ, huwa jew hija għandu jiddeċiedi / għandha tiddeċiedi dwar it-tisħiħ immedjat minn wieħed mit-timijiet, jew aktar, tal-ġestjoni tal-fruntieri, f'konformità mal-Artikolu 58.

6.  Id-direttur eżekuttiv flimkien mal-Istat Membru ospitanti għandhom minnufih ifasslu u jaqblu dwar pjan operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 39(3) u, f'kull każ, sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta' xogħol mid-data tad-deċiżjoni.

7.  Hekk kif jintlaħaq ftehim dwar il-pjan operazzjonali u jingħata lill-Istati Membri, id-direttur eżekuttiv għandu ▌ minnufih jistazzjona l-persunal operazzjonali disponibbli permezz ta' stazzjonament mill-ġdid minn żoni ta' operazzjonijiet oħra jew minn dmirijiet oħra.

8.  B'mod parallel mal-istazzjonament imsemmi fil-paragrafu 7, u fejn meħtieġ biex jiġi żgurat it-tisħiħ immedjat tat-timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri li tqassmu mill-ġdid minn żoni jew minn dmirijiet oħra, id-direttur eżekuttiv għandu jitlob mingħand kull Stat Membru l-għadd u l-profili tal-persunal addizzjonali li jkunu se jiġu skjerati addizzjonalment minn fuq il-listi nazzjonali tagħhom għal skjerament ta' terminu qasir kif imsemmi fl-Artikolu 58. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, bil-miktub lill-punti ta' kuntatt nazzjonali u għandha tindika d-data li fiha jrid iseħħ l-istazzjonament. Kopja tal-pjan operazzjonali għandha tiġi pprovduta wkoll lilhom.

8a.  Jekk tinqala' sitwazzjoni li fiha r-riżorsi deskritti fil-paragrafi 5 u 8 ta' dan l-Artikolu ma jkunux biżżejjed, id-direttur eżekuttiv jista' jattiva r-Riżerva għal Reazzjoni Rapida billi jitlob, mingħand kull Stat Membru, l-għadd u l-profili tal-persunal addizzjonali li jrid jiġi stazzjonat kif previst fl-Artikolu 58a.

8b.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 8 u 8a għandha tiġi pprovduta bil-miktub lill-punti ta' kuntatt nazzjonali, u għandha tindika d-data li fiha jkun se jseħħ l-istazzjonament. Kopja tal-pjan operazzjonali għandha tiġi pprovduta wkoll lill-punti ta' kuntatt nazzjonali.

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għadd u l-profili tal-persunal operazzjonali jkunu immedjatament disponibbli għall-Aġenzija biex jiġi ggarantit stazzjonament komplut f'konformità mal-Artikolu 58, u meta rilevanti, l-Artikolu 58a.

10.  L-iskjerament tal-ewwel timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri li jitqassmu minn żoni u minn dmirijiet oħra għandu jsir sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol wara d-data li fiha l-pjan operazzjonali jiġi miftiehem bejn id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti. L-istazzjonament addizzjonali ta' timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri għandu jsir, fejn meħtieġ, mhux aktar tard minn 12-il jum ta' xogħol wara d-data li fiha jsir il-ftehim dwar il-pjan operazzjonali.

11.  Meta jkun se jseħħ intervent rapidu fil-fruntieri, id-direttur eżekuttiv għandu, f'konsultazzjoni mal-bord maniġerjali, jikkunsidra immedjatament il-prijoritajiet fir-rigward tal-operazzjonijiet konġunti tal-Aġenzija li jkunu għaddejjin u li jkunu previsti fil-fruntieri esterni l-oħra, sabiex tiġi prevista r-riallokazzjoni possibbli tar-riżorsi lejn iż-żoni tal-fruntieri esterni fejn l-aktar hemm bżonn li jissaħħaħ l-iskjerament.

Artikolu 41

Timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

1.  Meta Stat Membru jkun qed jiffaċċja sfidi migratorji sproporzjonati f'żoni hotspot partikolari tal-fruntieri esterni tiegħu, ikkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar u mħallta, dak l-Istat Membru jista' jitlob tisħiħ tekniku u operazzjonali mingħand timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni li jkunu magħmula minn esperti mill-Aġenziji rilevanti tal-Unjoni li għandhom jikkooperaw f'konformità mal-mandati tagħhom.

Dak l-Istat Membru għandu jissottometti talba għat-tisħiħ u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' dan l-Istat Membru, tittrażmetti t-talba lill-Aġenzija, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Europol jew lil aġenziji oħra tal-Unjoni rilevanti, skont il-każ.

2.  L-aġenziji rilevanti tal-Unjoni għandhom jivvalutaw, f'konformità mal-mandati tagħhom, it-talba ta' Stat Membru għat-tisħiħ u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu bil-għan li jiddefinixxu l-pakkett komprensiv ta' tisħiħ li jikkonsisti f'diversi attivitajiet koordinati mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, li jridu jiġu miftiehma mal-Istat Membru kkonċernat. Dan il-proċess għandu jsir taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, filwaqt li tqis il-mandati rispettivi tagħhom, tistabbilixxi t-termini ta' kooperazzjoni fiż-żona hotspot u għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-timijiet tal-ġestjoni tal-migrazzjoni.

4.  It-tisħiħ tekniku u operazzjonali ipprovdut f'konformità mal-Artikolu 83, u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, minn persunal operazzjonali mill-korp permanenti fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, jista' jinkludi:

(a)  b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, l-għoti ta' assistenza fl-iskrinjar ta' ċittadini minn pajjiżi terzi li jaslu fil-fruntieri esterni, inkluż l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, u l-ġbir ta' informazzjoni ta' dawn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u, fejn mitlub mill-Istat Membru, il-marki tas-swaba ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ▌u l-għoti ta' informazzjoni dwar l-iskop ta' dawn il-proċeduri;

(b)  l-għoti ta' informazzjoni inizjali lill-persuni li jixtiequ japplikaw għal protezzjoni internazzjonali u r-riferiment tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-esperti stazzjonati mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil;

(c)  assistenza teknika u operazzjonali fil-qasam tar-ritorn, f'konformità mal-Artikolu 49, inkluż it-tħejjija u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn ▌.

(d)  it-tagħmir tekniku meħtieġ.

6.  It-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jinkludu, fejn meħtieġ, persunal espert fil-protezzjoni tat-tfal, fit-traffikar tal-bnedmin, fil-protezzjoni kontra l-persekuzzjoni bbażata fuq is-sess u/jew fid-drittijiet fundamentali.

Artikolu 42

Azzjonijiet proposti fil-fruntieri esterni

1.  Id-Direttur eżekuttiv għandu, abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jew meta impatt kritiku jiġi attribwit lil taqsima waħda jew aktar tal-fruntieri esterni, u filwaqt li jqis l-elementi rilevanti fil-pjanijiet ta' kontinġenza tal-Istat Membru, l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u l-livell ta' analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea, jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat biex jibda, iwettaq jew jirranġa operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera jew kull azzjoni rilevanti oħra mill-Aġenzija, kif definit fl-Artikolu 37.

2.  L-Istat Membru konċernat għandu jirrispondi għar-rakkomandazzjoni tad-direttur eżekuttiv imsemmi fil-paragrafu 1 fi żmien sitt ijiem ta' xogħol. F'każ ta' tweġiba negattiva dwar l-azzjonijiet proposti, l-Istat Membru għandu jipprovdi wkoll il-ġustifikazzjonijiet li fuqhom hija bbażata din it-tweġiba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Bord Maniġerjali u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar l-azzjonijiet proposti u jiġġustifika tweġiba negattiva, sabiex jiġi vvalutat jekk hijiex meħtieġa azzjoni urġenti f'konformità mal-Artikolu 43.

Artikolu 43

Sitwazzjoni fil-fruntieri esterni li teħtieġ azzjoni urġenti

1.  Fejn il-kontroll tal-fruntieri esterni sar ineffettiv sal-punt li jista' jipperikola l-funzjonament taż-żona Schengen minħabba li:

(a)  Stat Membru ma jiħux il-miżuri meħtieġa f'konformità mad-deċiżjoni tal-bord maniġerjali msemmi fl-Artikolu 33(10); or

(b)  Stat Membru li qed jiffaċċja sfidi speċifiċi u sproporzjonati fuq il-fruntieri esterni ma jkunx talab għal biżżejjed appoġġ mill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 38, l-Artikolu 40, l-Artikolu 41, l-Artikolu 42, jew mhuwiex jieħu l-passi meħtieġa biex jimplimenta l-azzjonijiet f'dawn l-Artikoli,

il-Kunsill, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni jista' jadotta,mingħajr dewmien deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni▌, u jidentifika l-miżuri biex jittaffew dawk ir-riskji li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija u li jesiġu li l-Istat Membru kkonċernat jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija qabel ma tagħmel il-proposta tagħha.

2.  Jekk tinqala' sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien u għandu jiġi infurmat ukoll dwar il-miżuri u d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha meħuda b'reazzjoni.

3.  Biex jitnaqqas ir-riskju li tiġi pperikolata ż-żona Schengen, id-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tipprevedi miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin u li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija:

(a)  torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntieri u tistazzjona l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta inklużi timijiet mir-Riżerva għal Reazzjoni Rapida;

(b)  tistazzjona lill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta; fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot;

(c)  tikkoordina l-attivitajiet għal Stat Membru wieħed jew aktar u għal pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet konġunti ma' pajjiżi terzi;

(d)  tuża tagħmir tekniku;

(e)  torganizza interventi ta' ritorn.

4.  Id-direttur eżekuttiv għandu, fi żmien jumejn ta' xogħol mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1,

(a)  jiddetermina l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati f'din id-deċiżjoni, inkluż it-tagħmir tekniku u l-għadd u l-profili tal-persunal operazzjonali meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-deċiżjoni;

(b)  ifassal abbozz tal-pjan operazzjonali u jippreżentah lill-Istati Membri kkonċernati.

5.  Id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jaqblu dwar il-pjan operazzjonali fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mid-data tal-preżentazzjoni tiegħu.

6.  L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mill-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tibgħat lill-persunal operazzjonali mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta msemmija fl-Artikolu 55 għat-twettiq prattiku tal-miżuri identifikati fid-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Għandhom jintbagħtu timijiet addizzjonali kif meħtieġ fit-tieni stadju u fi kwalunkwe każ fi żmien 12-il jum ta' xogħol mill-istabbiliment tal-pjan operazzjonali.

7.  L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mill-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, jibagħtu t-tagħmir tekniku meħtieġ flimkien mal-persunal kompetenti lejn il-post tal-istazzjonament għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1.

Għandu jintuża tagħmir tekniku addizzjonali kif meħtieġ fit-tieni stadju f'konformità mal-Artikolu 64.

8.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan dan għandu immedjatament jikkoopera mal-Aġenzija u jieħu l-azzjoni meħtieġa, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni tal-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 44, 83 u 84, biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni u l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri stabbiliti f'dik id-deċiżjoni u fil-pjan operazzjonali miftiehem mad-direttur eżekuttiv.

9.  F'konformità mal-Artikolu 58 u, fejn rilevanti mal-Artikolu 40, l-Istati Membri għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni l-persunal operazzjonali stabbilit mid-direttur eżekuttiv f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati fid-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1, u l-azzjonijiet meħuda għal dak il-fini, mill-Aġenzija. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax mad-deċiżjoni tal-Kunsill msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 30 jum u ma jikkooperax mal-Aġenzija kif previst f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tiskatta l-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/399.

Artikolu 44

Struzzjonijiet għat-timijiet

1.  Matul l-istazzjonament tat-timijiet ta' mmaniġġar tal-fruntiera, it-timijiet ta' ritorn u t-timijiet ta' appoġġ għal immaniġġar ta' migrazzjoni, l-Istat Membru ospitanti jew – fil-każ ta' kooperazzjoni ma' pajjiż terz f'konformità mal-ftehim dwar l-istatus – il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jagħti struzzjonijiet lit-timijiet f'konformità mal-pjan operazzjonali.

2.  L-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal tal-koordinazzjoni tagħha, tista' tikkomunika l-opinjonijiet tagħha lill-Istat Membru ospitanti dwar l-istruzzjonijiet mogħtija lit-timijiet. F'dak il-każ, l-Istat Membru ospitanti għandu jikkunsidra dawn il-fehmiet u jsegwihom sa fejn ikun possibbli.

3.  F'każijiet fejn l-istruzzjonijiet maħruġa lit-timijiet ma jkunux konformi mal-pjan operazzjonali, l-uffiċjal tal-koordinazzjoni għandu immedjatament jirrapporta għand id-direttur eżekuttiv, li jista', jekk ikun xieraq, jieħu azzjoni f'konformità mal-Artikolu 47(3).

4.  Il-membri tat-timijiet għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, iħarsu b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali, fosthom l-aċċess għall-proċeduri tal-asil, u d-dinjità umana u għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil persuni vulnerabbli. Kull miżura meħuda fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom għandha tkun proporzjonata mal-objettivi li dawn il-miżuri jippruvaw jiksbu. Waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, ma għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq kwalunkwe bażi bħal sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali f'konformità mal-Artikolu 21 tal-Karta.

5.  Il-membri tat-timijiet li mhumiex persunal statutorju tal-Aġenzija, għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinari tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom. L-Istat Membru ta' oriġini għandu jipprevedi miżuri dixxiplinari jew oħrajn adatti f'konformità mad-dritt nazzjonali tiegħu fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet fundamentali jew obbligi ta' protezzjoni internazzjonali matul kwalunkwe attività operazzjonali mill-Aġenzija.

6.  Il-membri tat-timijiet li huma persunal statutorju tal-Aġenzija huma soġġetti għal miżuri dixxiplinari f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-miżuri identifikati fil-mekkaniżmu superviżorju msemmi fl-Artikolu 56(3a)(a ).

Artikolu 45

Uffiċjal ta' Koordinazzjoni

1.  L-Aġenzija għandha tiżgura l-implimentazzjoni operazzjonali tal-aspetti organizzazzjonali kollha tal-operazzjonijiet konġunti, tal-proġetti pilota jew interventi rapidi fil-fruntiera, inkluż il-preżenza ta' membri statutorji tal-persunal tal-Aġenzija.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 60, id-direttur eżekuttiv għandu jaħtar esperti mill-persunal statutorju tal-Aġenzija biex jintbagħat bħala uffiċjal ta' koordinazzjoni għal kull operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fuq il-fruntiera. Id-direttur eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Istat Membru ospitanti bil-ħatra.

3.  L-uffiċjal ta' koordinazzjoni għandu jaġixxi f'isem l-Aġenzija fl-aspetti kollha tal-iskjerament tat-timijiet. Ir-rwol tal-uffiċjali ta' koordinazzjoni għandu jkun li jrawwem il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri ospitanti u parteċipanti. Mill-inqas osservatur tad-drittijiet fundamentali wieħed għandu jassisti u jagħti pariri lill-uffiċjal ta' koordinazzjoni. B'mod partikolari, l-uffiċjal ta' koordinazzjoni għandu:

(a)  jaġixxi bħala interfaċċa bejn l-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u l-membri tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, billi jipprovdi assistenza, f'isem l-Aġenzija, fuq il-kwistjonijiet kollha marbuta mal-kundizzjonijiet tal-istazzjonament tagħhom lit-timijiet;

(b)  jissorvelja l-implimentazzjoni korretta tal-pjan operazzjonali, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali f'kooperazzjoni mal-osservaturi tad-drittijiet fundamentali u jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar dan;

(c)  jaġixxi f'isem l-Aġenzija fl-aspetti kollha tal-iskjerament tat-timijiet u jirrapporta lill-Aġenzija dwar dawk l-aspetti kollha;

d)  jirrapporta lid-direttur eżekuttiv fejn l-istruzzjonijiet maħruġa lit-timijiet tiegħu mill-Istati Membri ospitanti mhumiex f'konformità mal-pjan operazzjonali b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, u fejn xieraq, jissuġġerixxi lid-direttur eżekuttiv biex jikkunsidra jieħu deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 47.

4.  Fil-kuntest ta' operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera, id-direttur eżekuttiv jista' jawtorizza lill-uffiċjal ta' koordinazzjoni li jassisti ħalli jsolvi kwalunkwe nuqqas ta' qbil dwar it-twettiq tal-pjan operazzjonali u l-istazzjonament tat-timijiet.

Artikolu 46

Spejjeż

1.  L-Aġenzija għandha tkopri bis-sħiħ l-ispejjeż li ġejjin imġarrba mill-Istati Membri meta jagħmlu disponibbli l-persunal operazzjonali tagħhom għall-finijiet tal-istazzjonament tagħhom fuq żmien qasir bħala membri tat-timijiet tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 58 jew fl-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 58a:

(a)  l-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-Istat Membru ta' oriġini lejn l-Istat Membru ospitanti u mill-Istat Membru ospitanti lejn l-Istat Membru ta' oriġini u fi ħdan l-Istat Membru ospitanti għar-raġunijiet tal-istazzjonament jew ir-riallokazzjoni fi ħdan l-Istat Membru ospitanti jew Stat Membru ospitanti ieħor. L-istess japplika għall-istazzjonament u r-riallokazzjonijiet fi ħdan pajjiż terz ieħor jew lejhom;

(b)  spejjeż marbuta ma' tilqim;

(c)  spejjeż marbuta ma' ħtiġijiet ta' assigurazzjoni speċjali;

(d)  spejjeż marbuta mal-kura tas-saħħa, inklużi spejjeż marbuta ma' assistenza psikoloġika;

(e)  gratifiki għas-sussistenza ta' kuljum, inklużi spejjeż ta' akkomodazzjoni.

2.  ▌Il-bord maniġerjali għandu jadotta regoli dettaljati▌ u jaġġornahom kif meħtieġ, fir-rigward tal-pagament tal-ispejjeż imġarrba minn persunal stazzjonat għal żmien qasir f'konformità mal-Artikolu 58. Id-deċiżjoni tal-bord maniġerjali għandha tkun ibbażata fuq il-proposta tad-direttur eżekuttiv. Sabiex jiżgura konformità mal-qafas legali applikabbli, id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel din il-proposta wara li jirċievi l-opinjoni pożittiva tal-Kummissjoni. Ir-regoli dettaljati se jkunu bbażati sa fejn possibbli fuq opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati. Meta rilevanti, il-Bord Maniġerjali għandu ▌jiżgura l-konsistenza mar-regoli applikabbli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż ta' missjoni ta' membri tal-persunal statutorji.

Artikolu 47

Sospensjoni jew terminazzjoni tal-attivitajiet jew attivitajiet li ma jiġux imnedija

1.  Id-direttur eżekuttiv għandu jtemm kull attività tal-Aġenzija jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu dawk l-attivitajiet ma jibqgħux issodisfati. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat qabel terminazzjoni bħal din.

2.  L-Istati Membri li jipparteċipaw f'attività operazzjonali mill-Aġenzija jistgħu jitolbu lid-direttur eżekuttiv itemm dik l-attività operazzjonali. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord maniġerjali b'deċiżjoni bħal din.

3.  Id-direttur eżekuttiv jista', wara li jinforma lill-Istati Membri kkonċernati, jirtira l-finanzjament ta' attività jew jissospendih jew itemmu jekk il-pjan operazzjonali ma jiġix rispettat mill-Istat Membru ospitanti.

4.  Id-direttur eżekuttiv, wara li jikkonsulta l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u jinforma lill-Istat Membru kkonċernat, għandu jirtira jew jissospendi jew itemm, kompletament jew parzjalment, il-finanzjament ta' kwalunkwe attività mill-Aġenzija jekk huwa jqis li hemm ksur ta' drittijiet fundamentali jew tal-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali li huma ta' natura gravi jew li x'aktarx jippersistu b'rabta mal-attività kkonċernata.

4a.  Id-direttur eżekuttiv m'għandu jniedi l-ebda attività li għaliha, sa mill-bidu, ikun hemm raġunijiet serji biex jissospendiha jew itemmha, jekk iqis li din l-attività tista' twassal għal ksur tad-drittijiet fundamentali jew tal-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali li huma ta' natura serja.

4b.  Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 4a għandhom jittieħdu għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq. Meta jkun qed jieħu deċiżjonijiet bħal dawn, id-direttur eżekuttiv għandu, fost fatturi oħra, iqis l-informazzjoni rilevanti bħall-għadd u s-sustanza tal-ilmenti rreġistrati, sakemm dawn ma jkunux ġew solvuti minn awtorità kompetenti, rapporti ta' inċidenti serji, rapporti mingħand uffiċjali ta' ta' koordinazzjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni rilevanti oħra fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord maniġerjali b'deċiżjonijiet bħal dawn filwaqt li jipprovdi ġustifikazzjoni.

5.  F'każ li d-direttur eżekuttiv jiddeċiedi li jissospendi jew itemm stazzjonament mill-Aġenzija ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, huwa għandu jinforma lill-aġenziji rilevanti l-oħra attivi f'dik iż-żona hotspot ▌b'dik id-deċiżjoni.

Artikolu 48

Evalwazzjoni ta' attivitajiet

Id-direttur eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultati tal-attivitajiet operazzjonali kollha tal-Aġenzija. Huwa għandu jibgħat ir-rapporti dettaljati tal-evalwazzjoni fi żmien 60 jum wara t-tmiem ta' dawk l-attivitajiet lill-bord maniġerjali flimkien mal-osservazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel analiżi ▌komprensiva ta' dawk ir-riżultati bl-iskop li tittejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effettività tal-attivitajiet futuri, u għandu jinkludi dik l-analiżi fir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija u għandu jiżgura li l-Aġenzija tqis din l-analiżi f'operazzjonijiet futuri.

Taqsima 8

Azzjoni mill-Aġenzija fil-qasam ta' Ritorni

Artikolu 49

Ritorn

1.  Mingħajr ma tidħol fil-merti tad-deċiżjonijiet ta' ritorn li jibqgħu unikament responsabbiltà tal-Istati Membri, fir-rigward tar-ritorn, u f'konformità mar-rispett għad-drittijiet fundamentali, il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u għad-dritt internazzjonali, inkluża l-protezzjoni internazzjonali, ir-rispett għall-prinċipju ta' non-refoulement u d-drittijiet tat-tfal, l-Aġenzija għandha:

(a)  tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri fir-ritorn ▌b'mod partikolari:

(i)   fil-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa biex jinħarġu deċiżjonijiet ta' ritorn, l-identifikazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiż terz soġġetti għall-proċeduri ta' ritorn u attivitajiet oħrajn tal-Istati Membri relatati mal-fażijiet ta' qabel ir-ritorn, ir-ritorn u l-fażijiet ta' wara l-wasla u ta' wara r-ritorn, sabiex tinħoloq sistema integrata ta' ġestjoni tar-ritorn bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

(ii)   fl-akkwiżizzjoni ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, inkluż permezz ta' kooperazzjoni konsulari mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni relatata mal-fatt li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew kwalunkwe informazzjoni oħra li ma tkunx meħtieġa għall-fini tar-ritorn;

(iii)  fl-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn u tipprovdi appoġġ għal ritorn volontarju, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

(iv)   f'ritorn volontarju assistit mill-Istati Membri, billi tipprovdi assistenza lill-persuna rimpatrijata matul il-fażijiet ta' qabel ir-ritorn, relatati mar-ritorn, kif ukoll ta' wara l-wasla u ta' wara r-ritorn, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tal-migranti vulnerabbli;

(b)  tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri li jesperjenzaw sfidi fir-rigward tas-sistemi tar-ritorn tagħhom;

(c)  tiżviluppa, f'konsultazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, mudell ta' referenza mhux vinkolanti għal sistema nazzjonali tal-IT għall-ġestjoni ta' każijiet ta' ritorn li jiddeskrivu l-istruttura ta' sistemi bħal dawn, kif ukoll jipprovdu assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri fl-iżvilupp ta' sistemi bħal dawn kompatibbli mal-mudell;

(d)  ▌topera u tiżviluppa aktar pjattaforma integrata għall-ġestjoni tar-ritorn u infrastruttura ta' komunikazzjoni li tippermetti li s-sistemi ta' ġestjoni ta' ritorn nazzjonali tal-Istati Membri jintrabtu mal-pjattaforma, għall-iskambju ta' data u informazzjoni, inkluż l-iskambju awtomatizzat ta' data statistika, kif ukoll tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri biex jikkollegaw ruħhom mal-istruttura ta' komunikazzjoni;

(f)  torganizza, tippromwovi u tikkoordina attivitajiet li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni u l-identifikazzjoni u l-qsim tal-aħjar prattika fi kwistjonijiet ta' ritorn bejn l-Istati Membri;

(g)  tiffinanzja jew tikkofinanzja l-operazzjonijiet, l-interventi u l-attivitajiet, inkluż l-ispejjeż imġarrba għall-adattament neċessarju tas-sistemi nazzjonali ta' ġestjoni tar-ritorn bl-iskop li tkun żgurata komunikazzjoni sigura lejn il-pjattaforma, imsemmija f'dan il-Kapitolu mill-baġit tagħha, f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

2.  L-assistenza teknika u operazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi attivitajiet biex tgħin lill-Istati Membri jwettqu proċeduri ta' ritorn mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti billi jipprovdu, b'mod partikolari:

(a)  servizzi ta' interpretazzjoni;

(b)  informazzjoni prattika, inkluża l-analiżi tagħha u rakkomandazzjonijiet dwar pajjiżi terzi ta' ritorn rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, f'kooperazzjoni, fejn xieraq, ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil;

(c)  pariri dwar ▌l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' proċeduri ta' ritorn f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE ▌;

(d)  pariri u assistenza għall-implimentazzjoni ta' miżuri meħuda mill-Istati Membri , f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE u d-dritt internazzjonali, ▌meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' persuni rimpatrijati għal skopijiet ta' ritorn u jevitaw lill-persuni rimpatrijati milli jaħarbu u bħala alternattivi għad-detenzjoni;

(e)  tagħmir, kapaċitajiet u għarfien espert għall-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet ta' ritorn u għall-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz.

3.  L-Aġenzija għandha l-għan li tibni sinerġiji u torbot netwerks u programmi ffinanzjati mill-Unjoni fil-qasam tar-ritorn, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati, fosthom in-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni.

Artikolu 50

Sistemi għall-iskambju ta' informazzjoni u l-ġestjoni ta' ritorn

1.   L-Aġenzija għandha topera u tiżviluppa aktar pjattaforma integrata għall-ġestjoni tar-ritorn, f'konformità mal-Artikolu 49(1)(d), għall-ipproċessar tal-informazzjoni inkluż id-data personali komunikata ▌mis-sistemi ta' ġestjoni ta' ritorn nazzjonali tal-Istati Membri, meħtieġa għall-Aġenzija biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali ▌. Id-data personali tista' tinkludi biss data bijografika jew listi tal-passiġġieri jekk t-trażmissjoni ta' data bħal din tkun meħtieġa biex l-Aġenzija tkun tista' tassisti fil-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn lejn pajjiżi terzi, irrispettivament mill-mezz ta' trasport. Data bħal din għandha tiġi trażmessa lill-pjattaforma biss meta tkun ittieħdet deċiżjoni biex titnieda operazzjoni ta' ritorn, u għandha titħassar malli tintemm l-operazzjoni.

Id-data bijografika għandha tiġi kkomunikata biss lill-pjattaforma fejn ma tistax tiġi aċċessata minn membri tat-timijiet f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1860 dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali.

Il-pjattaforma tista' tintuża wkoll mill-Aġenzija għall-fini ta' trażmissjoni sigura ta' data bijografika jew bijometrika inklużi t-tipi kollha ta' dokumenti li jistgħu jitqiesu bħala prova jew evidenza prima facie taċ-ċittadinanza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjonijiet ta' ritorn, jekk it-trażmissjoni ta' tali data personali tkun meħtieġa għall-fini tal-Aġenzija bħala assistenza biex tikkonferma l-identità u n-nazzjonalità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi f'każijiet individwali u fuq talba tal-Istat Membru. Din id-data ma għandhiex tinħażen fuq il-pjattaforma u għandha titħassar minnufih wara l-konferma tal-wasla.

2.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa, tattiva u topera sistemi ta' informazzjoni u applikazzjonijiet ta' softwer li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni għall-fini ta' ritorn fi ħdan il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għall-fini ta' skambju ta' data personali kif hemm referenza fl-Artikoli 87-89.

3.  Id-data personali għandha tiġi pproċessata f'konformità mal-Artikoli 87, 88 u 89, kif applikabbli.

Artikolu 51

Operazzjonijiet ta' ritorn

1.  Mingħajr ma toqgħod tidħol fil-mertu tad-deċiżjonijiet ta' ritorn, l-Aġenzija għandha tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali meħtieġa u tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn, inkluż permezz tal-kiri ta' inġenji tal-ajru għall-fini ta' tali operazzjonijiet, l-organizzazzjoni ta' ritorni fuq titjiriet skedati jew permezz ta' mezzi oħra tat-trasport. L-Aġenzija tista', fuq inizjattiva proprja bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, tikkoordina jew torganizza operazzjonijiet ta' ritorn.

2.  L-Istati Membri, permezz tal-pjattaforma msemmija fl-Artikolu 50(1), għandhom fuq bażi ta' kull xahar jipprovdu d-data operazzjonali fuq ritorn meħtieġa għall-valutazzjoni ta' ħtiġijiet ta' ritorn mill-Aġenzija u jinformaw lill-Aġenzija dwar l-ippjanar indikattiv tan-numru ta' dawk li jirritornaw u tal-pajjiżi terzi ta' ritorn, it-tnejn fir-rigward tal-operazzjonijiet nazzjonali rilevanti ta' ritorn, u dwar il-ħtiġijiet tagħhom għal assistenza jew koordinazzjoni mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tfassal u żżomm pjan operazzjonali kontinwu sabiex tipprovdi lill-Istati Membri bl-assistenza u bir-rinforz operazzjonali meħtieġ, inkluż permezz ta' tagħmir tekniku. L-Aġenzija, fuq l-inizjattiva tagħha stess bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat jew fuq it-talba ta' Stat Membru, tista' tinkludi fil-pjan operazzjonali kontinwu d-dati u d-destinazzjonijiet tal-operazzjonijiet ta' ritorn li tqis li huma meħtieġa, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, fuq il-modus operandi tal-pjan operazzjonali li jkun għaddej. L-Aġenzija għandha tirċievi konferma mill-Istat Membru kkonċernat li l-persuni rimpatrijati kollha koperti minn operazzjoni ta' ritorn organizzati jew ikkoordinati mill-Aġenzija jkunu rċevew deċiżjoni ta' ritorn li hija infurzabbli.

Meta t-timijiet imsemmija fl-Artikolu 2(18) jiġu stazzjonati, qabel ir-ritorn ta' kwalunkwe persuna rimpatrijata, huma għandhom jikkonsultaw is-SIS sabiex jivverifikaw jekk id-deċiżjoni ta' ritorn ġietx sospiża jew jekk l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta' ritorn ġietx posposta.

Il-pjan operazzjonali kontinwu għandu jkun fih elementi meħtieġa għat-twettiq ta' operazzjoni ta' ritorn, inklużi dawk li jikkonċernaw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, b'referenza għall-kodiċijiet ta' kondotta rilevanti, kif ukoll referenzi għal, inter alia, proċeduri għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-mekkaniżmu tal-ilmenti.

3.  L-Aġenzija tista' tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali u tista' wkoll, jew fuq talba tal-Istati Membri parteċipanti jew fuq l-inizjattiva tagħha stess bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn, li għalihom il-mezzi ta' trasport u l-iskorti tar-ritorn furzat huma pprovduti minn pajjiż terz tar-ritorn ("operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir"). L-Istati Membri parteċipanti u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, il-prinċipju ta' non-refoulement, ▌l-użu proporzjonat ta' mezzi ta' restrizzjoni u d-dinjità tal-persuna rimpatrijata jkunu garantiti matul l-operazzjoni ta' ritorn kollha. Mill-anqas rappreżentant wieħed ta' Stat Membru u kontrollur tar-ritorn furzat wieħed mir-riżerva stabbilita f'konformità mal-Artikolu 52 jew mis-sistema ta' monitoraġġ nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti għandhom ikunu preżenti matul l-operazzjoni kollha ta' ritorn sal-wasla fil-pajjiż terz ta' ritorn.

4.  Id-direttur eżekuttiv għandu jfassal pjan ta' ritorn mingħajr dewmien għall-operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir. Id-direttur eżekuttiv u kwalunkwe Stat Membru parteċipanti għandu jaqbel dwar il-pjan li jagħti dettalji dwar l-aspetti organizzattivi u proċedurali tal-operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet fuq id-drittijiet fundamentali u r-riskji ta' dawn l-operazzjonijiet. Kwalunkwe emenda jew adattament ta' dan il-pjan għandhom jirrikjedu l-qbil tal-partijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u f'dan il-paragrafu.

▌Il-pjan ta' ritorn tal-operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir għandu jorbot lill-Aġenzija u kwalunkwe Stat Membru parteċipanti. Għandu jkopri l-passi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir.

5.   Kull operazzjoni ta' ritorn organizzata u kkoordinata mill-Aġenzija għandha tkun mmonitorjata f'konformità mal-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE. Il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta' ritorn imġiegħel għandu jitwettaq mill-kontrollur tar-ritorn furzat fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti u għandu jkopri l-operazzjoni ta' ritorn kollha mill-fażi ta' qabel it-tluq sal-kunsinna tal-persuni rimpatrijati fil-pajjiż terz ta' ritorn. Il-kontrollur tar-ritorn furzat għandu jressaq rapport dwar kull operazzjoni tar-ritorn imġiegħel lid-direttur eżekuttiv, lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kollha involuti f'dik l-operazzjoni. għandu jiġi żgurat segwitu xieraq mid-direttur eżekuttiv u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivament.

5a.  Jekk l-Aġenzija jkollha tħassib dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali matul xi stadju ta' operazzjoni ta' ritorn, hija għandha tikkomunikah lill-Istati Membri parteċipanti u lill-Kummissjoni.

6.  Id-direttur eżekuttiv se jevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet ta' ritorn u se jittrażmetti kull sitt xhur rapport ta' evalwazzjoni dettaljat li jkopri l-operazzjonijiet kollha ta' ritorn mwettqa matul is-semestru preċedenti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-bord maniġerjali, flimkien mal-osservazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawk ir-riżultati bl-iskop li tittejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effettività tal-operazzjonijiet ta' ritorn futuri. Id-direttur eżekuttiv għandu jinkludi dik l-analiżi fir-rapport tiegħu ta' attività annwali tal-Aġenzija.

7.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja operazzjonijiet ta' ritorn mill-baġit tagħha, f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, filwaqt li tagħti prijorità lil dawk imwettqa minn aktar minn Stat Membru, jew minn żoni hotspot ▌.

Artikolu 52

Riżerva ta' kontrolluri tar-ritorn furzat

1.  L-Aġenzija għandha, wara li tikkonsidra kif xieraq l-opinjoni tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, toħloq riżerva ta' kontrolluri tar-ritorn furzat minn korpi kompetenti tal-Istati Membri li jwettqu operazzjonijiet ta' ritorn f'konformità mal-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE u li tħarrġu f'konformità mal-Artikolu 62 ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-bord maniġerjali għandu, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, jiddetermina l-profil u n-numru ta' kontrolluri tar-ritorn furzat li għandu jkun disponibbli għal dik ir-riżerva. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta' kwalunkwe bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-kontribuzzjoni għar-riżerva billi jinnominaw lill-kontrolluri tar-ritorn furzat li jikkorrispondu għall-profil definit, mingħajr preġudizzju għall-indipendenza, jekk ikun il-każ, ta' dawn il-kontrolluri f'konformità mad-dritt nazzjonali. L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi wkoll fir-riżerva permezz ta' osservaturi tad-drittijiet fundamentali kif imsemmi fl-Artikolu 107a. Il-kontrolluri tar-ritorn furzat b'kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għandhom jiġu inklużi fir-riżerva.

3.  Il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri tal-kontrolluri tar-ritorn furzat tagħhom għal operazzjonijiet u interventi ta' ritorn speċifiċi għas-sena ta' wara għandu jiġi ppjanat fuq il-bażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali annwali bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. F'konformità ma' dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-kontrolluri tar-ritorn furzat disponibbli biex jintbagħtu fuq it-talba tal-Aġenzija, sakemm ma jiġux iffaċċjati b'sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sostanzjalment it-twettiq ta' kompiti nazzjonali. Tali talba għandha ssir mill-anqas 21 jum ta' xogħol qabel l-istazzjonament maħsub, jew ħamest ijiem ta' xogħol f'każ ta' intervent ta' ritorn rapidu.

4.  L-Aġenzija għandha tagħmel lill-kontrolluri tar-ritorn furzat disponibbli, fuq talba, lill-Istati Membri parteċipanti biex jissorveljaw, f'isimhom, l-implimentazzjoni korretta tal-operazzjoni ta' ritorn u l-interventi ta' ritorn tul id-dewmien tagħhom. Hija għandha tagħmel disponibbli kontrolluri tar-ritorn furzat b'kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għal kull operazzjoni ta' ritorn li tinvolvi t-tfal.

5.  Il-kontrolluri tar-ritorn furzat għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom matul operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn. F'konformità mal-Artikolu 94, il-persunal tal-Aġenzija stazzjonat bħala kontrollur tar-ritorn furzat huwa soġġett għall-miżuri dixxiplinarji previsti fir-regolamenti tal-persunal.

Artikolu 53

Timijiet ta' ritorn

1.  L-Aġenzija tista' tistazzjona timijiet ta' ritorn, li jikkonsistu wkoll minn uffiċjali b'għarfien espert speċifiku dwar il-protezzjoni tat-tfal meta jkun meħtieġ, jew fuq talba ta' Stat Membru, jew fuq inizjattiva tagħha stess bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, waqt interventi ta' ritorn, fil-qafas ta' timijiet ta' ġestjoni tal-migrazzjoni jew kif meħtieġ biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali addizzjonali fil-qasam tar-ritorn▌.

2.  L-Artikolu 41(2),(3),(4) u (5), u l-Artikoli 44, 45 u 46 għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-timijiet ▌tar-ritorn.

Artikolu 54

Interventi ta' ritorn

1.  F'ċirkostanzi meta Stat Membru jkun qed jiffaċċja piż huwa u jimplimenta l-obbligu ta' ritorn ta' persuni rimpatrijati, l-Aġenzija għandha, jew fuq inizjattiva tagħha stess bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat jew fuq talba ta' dak l-Istat Membru, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta' intervent ta' ritorn. Tali intervent jista' jikkonsisti mill-istazzjonament ta' timijiet ta' ritorn fl-Istat Membru ospitanti għall-forniment ta' assistenza fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' ritorn u fl-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn mill-Istat Membru ospitanti.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51 għandhom japplikaw ukoll għall-operazzjonijiet ta' ritorn organizzati jew ikkoordinati mill-Aġenzija fil-qafas ta' interventi ta' ritorn.

3.  F'ċirkostanzi meta Stat Membru jkun qed jiffaċċja sfidi speċifiċi u sproporzjonati huwa u jimplimenta l-obbligu tiegħu fil-konfront tar-ritorn ta' persuni rimpatrijati, l-Aġenzija għandha, jew fuq inizjattiva tagħha stess bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat jew fuq talba ta' dak l-Istat Membru, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta' intervent ta' ritorn rapidu. Intervent ta' ritorn rapidu jista' jikkonsisti mill-istazzjonament rapidu ta' timijiet ta' ritorn fl-Istat Membru ospitanti għall-forniment ta' assistenza fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' ritorn u fl-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn mill-Istat Membru ospitanti.

4.  Fil-kuntest ta' intervent ta' ritorn, id-direttur eżekuttiv għandu jfassal pjan operazzjonali mingħajr dewmien, bi qbil mal-Istat Membru ospitanti u l-Istati Membri parteċipanti. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 39 għandhom japplikaw.

5.  Id-direttur eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar il-pjan operazzjonali kemm jista' jkun malajr u, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata minnufih, bil-miktub, lill-Istati Membri kkonċernati u lill-bord maniġerjali.

6.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja interventi ta' ritorn mill-baġit tagħha f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

Taqsima 9

Kapaċitajiet

Artikolu 55

Korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.  Korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jkollu l-kapaċità kif definit fl-Anness għandu jkun parti mill-Aġenzija. Dan il-korp permanenti għandu jkun magħmul mill-erba' kategoriji ta' persunal li ġejjin, f'konformità mal-iskema ta' disponibbiltà annwali stabbilita fl-Anness I:

(a)  Kategorija 1: membri tal-persunal operazzjonali tal-Aġenzija impjegati f'konformità mal-Artikolu 94(1) u stazzjonati bħala membri ta' tim f'żoni ta' operazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 56, kif ukoll persunal responsabbli għall-funzjonament tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS;

(b)  Kategorija 2: persunal operazzjonali ssekondat fit-tul mill-Istati Membri lill-Aġenzija bħala parti mill-korp permanenti ▌ f'konformità mal-Artikolu 57;

(c)  Kategorija 3: persunal operazzjonali mill-Istati Membri lest biex jiġi pprovdut lill-Aġenzija għal stazzjonament fuq żmien qasir bħala parti mill-korp permanenti f'konformità mal-Artikolu 58;

(ca)  Kategorija 4: ir-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida li tikkonsisti minn persunal operazzjonali mill-Istati Membri lest biex jiġi stazzjonat għall-finijiet ta' interventi rapidi fil-fruntieri f'konformità mal-Artikoli 40 u 58a.

2.  L-Aġenzija għandha tistazzjona membri tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala membri tat-timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri, timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, timijiet tar-ritorn f'operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntieri jew interventi ta' ritorn jew kwalunkwe attività operazzjonali rilevanti oħra fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi. F'konformità mal-Artikolu 83, tali attivitajiet jistgħu jitwettqu biss bl-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat. Id-daqs reali tal-istazzjonamenti tal-korp permanenti għandu jiddependi mill-ħtiġijiet operazzjonali.

L-istazzjonamenti tal-korp permanenti għandhom ikunu komplementari għall-isforzi mwettqa mill-Istati Membri.

3.  Huma u jagħtu appoġġ lill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 83, il-membri ▌tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta stazzjonati bħala membri ta' tim għandhom ikunu kapaċi jwettqu kontrolli fuq il-fruntiera jew kompiti ta' ritorn, inklużi l-kompiti li jirrikjedu setgħat eżekuttivi definiti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti jew, għall-persunal tal-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 56(5).

Il-membri tal-korp permanenti, inkluż il-persunal statutorju, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għal taħriġ speċjalizzat u professjonaliżmu kif previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2016/399 jew fi strumenti rilevanti oħra.

4.  Fuq proposta mid-direttur eżekuttiv li tqis l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u ċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali, u li tibni fuq in-numri u l-profili disponibbli għall-Aġenzija permezz tal-persunal statutorju tagħha u s-sekondar li jkun għaddej, il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi sal-31 ta' Marzu ta' kull sena:

(-a)  id-definizzjoni tal-profili u r-rekwiżiti għall-persunal operazzjonali fi ħdan il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;

(a)  abbażi tal-ħtiġijiet operazzjonali mistennijin għas-sena ta' wara, in-numri għal kull profil speċifiku tal-membri tal-persunal operazzjonali taħt il-kategoriji 1 sa 3 fi ħdan il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li għandhom jiffurmaw timijiet fis-sena ta' wara;

(b)  id-definizzjoni tal-kapaċitajiet stabbiliti fl-Anness III u fl-Anness IV billi jistabbilixxi n-numri u l-profili speċifiċi tal-membri tal-persunal operazzjonali għal kull Stat Membru li għandhom jiġu ssekondati lill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 57 u li għandhom jiġu nnominati f'konformità mal-Artikolu 58 fi ħdan il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fis-sena ta' wara;

(ba)  id-definizzjoni tal-kapaċitajiet stabbiliti fl-Anness Va billi jistabbilixxi n-numri u l-profili speċifiċi tal-membri tal-persunal operazzjonali għal kull Stat Membru fil-qafas tar-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida li għandhom jiġu pprovduti fil-każ ta' interventi rapidi fil-fruntieri f'konformità mal-Artikoli 40 u 58a fi ħdan il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fis-sena ta' wara;

(c)  ippjanar pluriennali indikattiv tal-profili għas-snin ta' wara sabiex jiġi ffaċilitat l-ippjanar fit-tul għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u r-reklutaġġ tal-persunal statutorju tal-Aġenzija.

4a.  L-ekwipaġġ għat-tagħmir tekniku pprovdut f'konformità mal-Artikolu 64 għandu jitqies bħala parti mill-kontribuzzjonijiet ipprovduti mill-Istati Membri għall-istazzjonamenti fuq żmien qasir skont l-Artikolu 58 għas-sena ta' wara. Bil-ħsieb li titħejja d-deċiżjoni rilevanti tal-bord maniġerjali msemmija fil-paragrafu 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Aġenzija dwar l-intenzjoni li jistazzjona t-tagħmir tekniku bl-ekwipaġġ korrispondenti sal-aħħar ta' Jannar ta' kull sena.

5.  Għall-finijiet tal-Artikolu 74, l-Aġenzija għandha tiżviluppa u tiżgura l-istrutturi ta' kmand u kontroll għall-istazzjonamenti effettivi tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju ta' pajjiżi terzi.

6.  L-Aġenzija tista' tirrekluta biżżejjed persunal, li jista' jammonta sa 4 % tan-numru totali tal-membri tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif definit fl-Anness I, meħudin mill-Kategorija 1, bħala persunal b'funzjonijiet ta' appoġġ jew ta' monitoraġġ għall-istabbiliment tal-korp permanenti, għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet tiegħu u għall-akkwist tat-tagħmir tal-Aġenzija stess.

7.  Il-persunal imsemmi fil-paragrafu 6, kif ukoll il-persunal responsabbli għall-funzjonament tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, ma għandhomx jiġu stazzjonati bħala membri ta' tim, iżda xorta waħda għandhom jingħaddu fl-Anness I.

Artikolu 56

Persunal statutorju tal-Aġenzija fil-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.  L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta membri tal-persunal statutorju tagħha (Kategorija 1) li għandhom jiġu stazzjonati f'żoni ta' operazzjonijiet bħala membri tat-timijiet bil-kompiti u s-setgħat f'konformità mal-Artikolu 83, inkluż il-kompitu biex joperaw it-tagħmir tal-Aġenzija stess.

1a.  Hija u tirrekluta, l-Aġenzija għandha tiżgura l-għażla ta' kandidati li juru livell għoli ta' professjonaliżmu, li jaderixxu ma' valuri etiċi għolja u li jkollhom ħiliet lingwistiċi xierqa.

2.  F'konformità mal-Artikolu 62(2), wara r-reklutaġġ tagħhom, il-membri ▌tal-persunal li għandhom jiġu stazzjonati bħala membri ta' tim għandhom jgħaddu mit-taħriġ meħtieġ ta' gwardja tal-fruntiera jew mit-taħriġ meħtieġ relatat mar-ritorn ▌, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, kif rilevanti skont il-profili stabbiliti mill-bord maniġerjali f'konformità mal-Artikolu 55(4), filwaqt li jitqiesu l-kwalifiki u l-esperjenza professjonali miksubin preċedentement fl-oqsma rilevanti.

Dan il-proċess ta' taħriġ għandu jitwettaq fil-qafas ta' programmi ta' taħriġ dedikati mfassla mill-Aġenzija, u, abbażi ta' ftehimiet ma' Stati Membri magħżula, implimentati fl-istituzzjonijiet speċjalizzati tagħhom għat-taħriġ u l-edukazzjoni, inklużi l-akkademji ta' sħubija tal-Aġenzija fl-Istati Membri. Mapep ta' taħriġ adegwati għandhom jitfasslu għal kull membru tal-persunal wara r-reklutaġġ b'mod li tiġi żgurata l-kwalifika professjonali kostanti tal-persunal sabiex dan ikun jista' jissodisfa l-kompiti ta' gwardja tal-fruntiera jew kompiti relatati mar-ritorn. Il-mapep ta' taħriġ għandhom jiġu aġġornati regolarment. L-ispejjeż tat-taħriġ għandhom ikunu koperti għalkollox mill-Aġenzija.

Il-membri tal-persunal li jaġixxu bħala membri tal-ekwipaġġ tekniku li joperaw it-tagħmir tal-Aġenzija stess ma għandhomx bżonn jgħaddu minn taħriġ sħiħ ta' gwardja tal-fruntiera jew taħriġ relatat mar-ritorn.

3.  Matul l-impjieg tagħhom, l-Aġenzija għandha tiżgura li l-membri tal-persunal statutorju tagħha jwettqu dmirijiethom bħala membri ta' tim skont l-ogħla standards u f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali. Mapep ta' taħriġ adegwati għandhom jitfasslu għal kull membru tal-persunal b'mod li tiġi żgurata l-kwalifika professjonali kostanti tal-persunal sabiex dan jissodisfa l-kompiti ta' gwardja tal-fruntiera jew il-kompiti relatati mar-ritorn.

3a.  Il-bord maniġerjali, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, għandu:

(a)  jistabbilixxi mekkaniżmu superviżorju xieraq biex jissorvelja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-forza mill-persunal statutorju tal-Aġenzija, inklużi regoli dwar ir-rapportar u miżuri speċifiċi anki ta' natura dixxiplinarja fir-rigward tal-użu tal-forza matul l-istazzjonamenti;

(b)  jistabbilixxi regoli biex id-direttur eżekuttiv ikun jista' jawtorizza lill-membri tal-persunal statutorju jġorru u jużaw l-armi f'konformità mal-Artikolu 83(5), inkluż dwar il-kooperazzjoni obbligatorja mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'mod partikolari tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza, l-Istat Membru tar-residenza, u l-Istat Membru tat-taħriġ inizjali. Dawn ir-regoli għandhom jindirizzaw ukoll il-mod kif dawn il-kompetenzi għandhom jinżammu mill-persunal statutorju, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tal-armi inklużi testijiet tal-isparar fuq bażi regolari;

(c)  jistabbilixxi regoli speċifiċi biex jiffaċilita l-ħżin ta' armi, munizzjon u tagħmir ieħor f'faċilitajiet siguri u t-trasport tagħhom lejn iż-żoni ta' operazzjonijiet.

Rigward ir-regoli msemmijin fl-ittra a, il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar il-konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jiġi kkonsultat dwar il-proposta tad-direttur eżekuttiv b'rabta mal-punt a.

4.  Membri oħra tal-persunal impjegati mill-Aġenzija li ma jkunux ikkwalifikati biex iwettqu funzjonijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera jew ta' ritorn għandhom jiġu stazzjonati biss matul operazzjonijiet konġunti għall-koordinazzjoni, għall-monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali u għal kompiti relatati oħrajn. Ma għandhomx jiffurmaw parti mit-timijiet.

5.  Il-membri tal-persunal statutorju tal-Aġenzija li għandhom jiġu stazzjonati bħala membri tat-timijiet f'konformità mal-Artikolu 83 għandhom ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti li ġejjin li jirrikjedu setgħat eżekuttivi soġġetti għall-profili stabbiliti mill-Aġenzija u t-taħriġ rilevanti:

(a)  verifika tal-identità u taċ-ċittadinanza tal-persuni, inkluża konsultazzjoni ta' bażijiet tad-data nazzjonali u tal-UE rilevanti;

(b)  awtorizzazzjoni ta' dħul wara kontroll fuq il-fruntiera mwettaq mal-punti ta' qsim tal-fruntiera f'każ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen;

(c)  ċaħda ta' dħul wara kontroll fuq il-fruntiera mwettaq mal-punti ta' qsim tal-fruntiera f'konformità mal-Artikolu 14 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen;

(d)  stampar tad-dokumenti tal-ivvjaġġar f'konformità mal-Artikolu 11 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen;

(e)  ħruġ jew ċaħda ta' viżi fuq il-fruntiera f'konformità mal-Artikolu 35 tal-Kodiċi dwar il-Viżi u introduzzjoni tad-data rilevanti fil-VIS;

(f)  sorveljanza fuq il-fruntiera inkluża pattulja bejn il-punti ta' qsim tal-fruntiera biex jiġi evitat qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera, biex tiġi miġġielda l-kriminalità transfruntiera u biex jittieħdu miżuri kontra persuni li jkunu qasmu l-fruntiera b'mod illegali, inkluż l-interċettar/il-qbid;

(g)  reġistrazzjoni tal-marki tas-swaba' ta' persuni maqbuda b'rabta mal-qsim illegali ta' fruntiera esterna fl-EURODAC (kategorija 2) f'konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament EURODAC;

(h)  komunikazzjoni mal-pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiġu identifikati u miksuba dokumenti tal-ivvjaġġar għal ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal ritorn;

(i)  skorta ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal proċeduri ta' ritorn furzat.

Artikolu 57

Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta permezz ta' sekondar fit-tul

1.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta membri tal-persunal operazzjonali ssekondati bħala membri ta' tim lill-Aġenzija (Kategorija 2). It-tul tas-sekondar individwali għandu jkun ta' 24 xahar. Bi qbil mal-Istat Membru ta' oriġini u mal-Aġenzija, is-sekondar individwali jista' jiġi estiż darba għal 12-il xahar jew 24 xahar oħra. Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tas-sistema ta' appoġġ finanzjarju msemmija fl-Artikolu 61, is-sekondar għandu, bħala regola ġenerali, jibda fil-bidu ta' sena kalendarja.

2.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura kontribuzzjonijiet kontinwi ta' membri tal-persunal operazzjonali bħala membri ta' tim sekondati f'konformità mal-Anness III. Il-pagament tal-ispejjeż imġarrba mill-persunal stazzjonat skont dan l-Artikolu għandu jsir f'konformità mal-Artikolu 94(7).

3.  Il-persunal operazzjonali ssekondat lill-Aġenzija għandu jkollu l-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet f'konformità mal-Artikolu 83. L-Istat Membru li jkun issekonda dak il-persunal operazzjonali għandu jitqies bħala l-Istat Membru ta' oriġini tiegħu. Matul is-sekondar, il-post(ijiet) u t-tul ta' żmien tal-istazzjonament(i) tal-membri ta' tim issekondati għandhom jiġu deċiżi mid-direttur eżekuttiv f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali. L-Aġenzija għandha tiżgura t-taħriġ kontinwu tal-persunal operazzjonali matul is-sekondar tiegħu.

4.  Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jindika l-kandidati għas-sekondar fost il-membri tal-persunal operazzjonali tiegħu f'konformità man-numri u l-profili speċifiċi deċiżi mill-bord maniġerjali għas-sena ta' wara kif imsemmi fl-Artikolu 55(4). L-Aġenzija għandha tivverifika jekk il-persunal operazzjonali propost mill-Istati Membri jikkorrispondix għall-profili definiti u jkollux il-ħiliet lingwistiċi meħtieġa. Sal-15 ta' Settembru, l-Aġenzija għandha taċċetta l-kandidati proposti jew tiċħadhom f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-profili meħtieġa, ħiliet lingwistiċi insuffiċjenti, kondotta ħażina jew ksur tar-regoli applikabbli waqt stazzjonamenti preċedenti u għandha titlob li Stat Membru jipproponi kandidat ieħor għas-sekondar.

5.  Meta, minħabba forza maġġuri, membru individwali tal-persunal operazzjonali ma jkunx jista' jiġi ssekondat jew ma jkunx kapaċi jkompli s-sekondar tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura sostituzzjoni b'membru ieħor tal-persunal operazzjonali li jkollu l-profil meħtieġ.

Artikolu 58

Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta permezz ta' stazzjonamenti fuq żmien qasir

1.  Minbarra s-sekondar f'konformità mal-Artikolu 57, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta billi jinnominaw gwardji tal-fruntieri u persunal rilevanti ieħor għal-lista nazzjonali preliminari tal-persunal operazzjonali disponibbli għal stazzjonamenti fuq żmien qasir (Kategorija 3) f'konformità mal-kapaċitajiet indikati fl-Anness IV u f'konformità man-numri speċifiċi ta' profili deċiżi mill-bord maniġerjali għas-sena ta' wara kif imsemmi fl-Artikolu 55(4). Il-listi nazzjonali preliminari tal-persunal operazzjonali nnominat għandhom jiġu kkomunikati lill-Aġenzija. Il-kompożizzjoni finali tal-lista annwali għandha tiġi kkonfermata lill-Aġenzija wara l-konklużjoni tan-negozjati bilaterali annwali sal-1 ta' Diċembru ta' dik is-sena.

2.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura li l-persunal operazzjonali nnominat ikun disponibbli fuq talba tal-Aġenzija f'konformità mal-arranġamenti definiti f'dan l-Artikolu. Kull membru tal-persunal operazzjonali għandu jkun disponibbli għal perjodu massimu ta' erba' xhur f'sena kalendarja. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistazzjonaw membru tal-persunal individwali għal aktar minn erba' xhur. Tali estensjoni għandha titqies bħala kontribuzzjoni separata minn dan l-Istat Membru għall-istess profil jew profil ieħor meħtieġ jekk il-membru tal-persunal jippreżenta l-kompetenzi meħtieġa. Il-pagament tal-ispejjeż imġarrba mill-persunal stazzjonat skont dan l-Artikolu għandu jsir f'konformità mal-Artikolu 46(2).

2a.  Il-persunal operazzjonali stazzjonat skont dan l-Artikolu għandu jkollu l-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet f'konformità mal-Artikolu 83.

3.  L-Aġenzija tista' tivverifika jekk il-persunal operazzjonali nnominat għal stazzjonamenti fuq żmien qasir mill-Istati Membri jikkorrispondix għall-profili definiti u jkollux il-ħiliet lingwistiċi meħtieġa. L-Aġenzija għandha tiċħad persunal operazzjonali nnominat f'każ ta' ▌ħiliet lingwistiċi insuffiċjenti, kondotta ħażina jew ksur tar-regoli applikabbli waqt stazzjonamenti preċedenti. L-Aġenzija għandha tiċħad ukoll persunal operazzjonali nnominat f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-profili meħtieġa sakemm il-persunal operazzjonali rispettiv ma jikkwalifikax għal profil ieħor allokat lil dak l-Istat Membru. F'każ ta' ċaħda, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura sostituzzjoni b'membru ieħor tal-persunal operazzjonali li jkollu l-profil meħtieġ.

4.  Sal-31 ta' Lulju ta' kull sena, l-Aġenzija għandha titlob il-kontribuzzjoni mill-Istati Membri tal-membri individwali tal-persunal operazzjonali tagħhom għal operazzjonijiet konġunti għas-sena ta' wara skont in-numri u l-profili meħtieġa. Il-perjodi ta' stazzjonament individwali għandhom jiġu deċiżi fin-negozjati u l-ftehimiet bilaterali annwali bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri.

4a.   Madankollu, bħala riżultat finali tan-negozjati bilaterali annwali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-persunal operazzjonali mil-listi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli għal stazzjonamenti speċifiċi skont in-numri u l-profili speċifikati fit-talba tal-Aġenzija.

5.  Meta, minħabba forza maġġuri, membru individwali tal-persunal operazzjonali ma jkunx jista' jiġi stazzjonat f'konformità mal-ftehimiet, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura sostituzzjoni b'membru ieħor tal-persunal operazzjonali mil-lista li jkollu l-profil meħtieġ.

6.  F'każ li jiżdiedu l-ħtiġijiet tat-tisħiħ ta' operazzjoni konġunta li tkun għaddejja jew f'każ li jkun hemm il-ħtieġa li jitnieda intervent rapidu fil-fruntieri jew li titnieda operazzjoni konġunta ġdida li ma tkun speċifikata la fil-programm ta' ħidma annwali rispettiv u lanqas fir-riżultat korrispondenti ta' negozjati bilaterali annwali, l-istazzjonament għandu jitwettaq f'konformità mal-kapaċitajiet stabbiliti fl-Anness IV. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Istati Membri dwar il-ħtiġijiet addizzjonali billi jindika n-numri u l-profili possibbli tal-persunal operazzjonali li għandhom jiġu pprovduti minn kull Stat Membru. Ladarba pjan operazzjonali emendat jew, fejn rilevanti, pjan operazzjonali ġdid jiġi miftiehem mid-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti, it-talba formali għan-numru u l-profili tal-persunal operazzjonali għandha ssir mid-direttur eżekuttiv. Il-membri tat-timijiet rispettiv għandhom jiġu stazzjonati minn kull Stat Membru fi żmien 20 jum ta' xogħol minn dik it-talba formali mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40.

7.  Fejn l-analiżi tar-riskju jew kwalunkwe valutazzjoni tal-vulnerabbiltà disponibbli juru li Stat Membru jkun qed jiffaċċja sitwazzjoni li taffettwa sostanzjalment it-twettiq ta' kompiti nazzjonali, dak l-Istat Membru għandu jikkontribwixxi persunal operazzjonali f'konformità mat-talbiet tal-Aġenzija msemmijin fil-paragrafi 4 u 6 ta' dan l-Artikolu. Madankollu, dawn il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jeċċedu b'mod kumulattiv nofs il-kapaċitajiet tagħha stabbiliti għal dik is-sena ▌fl-Anness IV. Jekk Stat Membru jinvoka tali sitwazzjoni eċċezzjonali, huwa għandu jagħti raġunijiet u informazzjoni komprensivi dwar is-sitwazzjoni lill-Aġenzija bil-miktub, u dan il-kontenut għandu jiġi inkluż fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 65.

8.  It-tul tal-istazzjonament għal operazzjoni speċifika għandu jiġi determinat mill-Istat Membru ta' oriġini iżda fi kwalunkwe każ ma għandux ikun anqas minn 30 jum, ħlief jekk it-tul tal-operazzjoni li l-istazzjonament ikun parti minnha jkun iqsar minn 30 jum.

9.  L-ekwipaġġ tekniku li jitqies għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 55(4a) għandu jiġi stazzjonat biss, f'konformità mal-ftehimiet li jirriżultaw min-negozjati bilaterali annwali, għall-oġġetti korrispondenti ta' tagħmir tekniku kif imsemmi fl-Artikolu 64(9).

B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-lista annwali l-ekwipaġġ tekniku msemmi fil-paragrafu preċedenti biss wara l-konklużjoni tan-negozjati bilaterali annwali. Huma jistgħu jaġġustaw il-lista annwali rilevanti f'każ ta' kwalunkwe bidla fl-ekwipaġġ tekniku matul is-sena kkonċernata u jinnotifikaw dawn il-bidliet lill-Aġenzija.

Il-verifika msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhiex tikkonċerna l-kompetenzi għat-tħaddim tat-tagħmir tekniku.

Il-membri tal-ekwipaġġ li jkollhom esklużivament dmirijiet tekniċi għandhom ikunu indikati biss skont il-funzjonijiet fil-lista annwali nazzjonali.

It-tul taż-żmien tal-istazzjonament tal-ekwipaġġi tekniċi għandu jiġi ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 64.

Artikolu 58a

Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta permezz tar-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida

1.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta permezz ta' Riżerva ta' Reazzjoni Rapida (Kategorija 4) li għandha tiġi attivata għal interventi rapidi fil-fruntieri f'konformità mal-Artikoli 38(2) u 40 dment li l-persunal mill-kategoriji 1 sa 3 jkun diġà ġie stazzjonat għalkollox għall-intervent rapidu fil-fruntieri inkwistjoni.

2.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura li l-persunal operazzjonali jkun disponibbli abbażi tan-numri speċifiċi ta' profili deċiżi mill-bord maniġerjali għas-sena ta' wara kif imsemmi fl-Artikolu 55(4), fuq talba tal-Aġenzija f'konformità mal-kapaċitajiet stabbiliti fl-Anness Va u f'konformità mal-arranġamenti definiti f'dan l-Artikolu. Kull membru tal-persunal operazzjonali għandu jkun disponibbli għal perjodu massimu ta' erba' xhur f'sena kalendarja.

3.  L-istazzjonamenti speċifiċi fil-qafas ta' interventi rapidi fil-fruntieri mir-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida għandhom isiru f'konformità mal-Artikolu 40(8a) u (9).

Artikolu 59

Rieżami ▌tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2023, b'mod partikolari abbażi tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 65 u fl-Artikolu 62(8a), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rieżami tan-numru u l-kompożizzjoni globali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż id-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri individwali lill-korp permanenti, kif ukoll tat-taħriġ, l-għarfien espert u l-professjonaliżmu tiegħu. Ir-rieżami għandu jivvaluta wkoll jekk ir-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida għandhiex tinżamm bħala parti mill-korp permanenti.

Ir-rieżami għandu jiddeskrivi u jqis il-ħtiġijiet operazzjonali eżistenti u potenzjali tal-korp permanenti biex ikopri l-kapaċitajiet ta' reazzjoni rapida, kif ukoll ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw il-kapaċitajiet nazzjonali tal-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-korp permanenti u l-evoluzzjoni tal-persunal statutorju għall-kontribuzzjonijiet tal-Aġenzija.

2.  Sa Marzu 2024, il-Kummissjoni għandha, meta jkun meħtieġ, tressaq proposti xierqa biex jiġu emendati l-Annessi I, III, IV u Va. Meta l-Kummissjoni ma tippreżentax proposta, għandha tispjega r-raġuni għal dan.

Artikolu 60

Uffiċċji antenna

1.  Soġġett għall-ftehim mal-Istat Membru ospitanti jew l-inklużjoni espliċita ta' din il-possibbiltà fil-ftehim dwar l-istatus konkluż mal-pajjiż terz ospitanti, l-Aġenzija tista' tistabbilixxi uffiċċji antenna fuq it-territorju ta' dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz, sabiex tiffaċilita u ttejjeb il-koordinazzjoni tal-attivitajiet operazzjonali, inkluż fil-qasam tar-ritorni, organizzati mill-Aġenzija f'dak l-Istat Membru, fir-reġjun tal-viċinat jew f'pajjiż terz u sabiex tiżgura l-ġestjoni effettiva tar-riżorsi umani u tekniċi tal-Aġenzija. L-uffiċċji antenna għandhom ikunu stabbiliti f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali għall-perjodu ta' żmien meħtieġ biex l-Aġenzija twettaq attivitajiet operazzjonali sinifikanti f'dak l-Istat Membru speċifiku, fir-reġjun tal-viċinat jew f'pajjiż terz ikkonċernat. Dak il-perjodu ta' żmien jista' jittawwal, jekk ikun meħtieġ.

Qabel ma tiġi stabbilita antenna, il-konsegwenzi baġitarji kollha għandhom jiġu vvalutati u kkalkulati bir-reqqa u l-ammonti rilevanti għandhom jiġu bbaġitjati bil-quddiem.

2.  L-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti jew il-pajjiż terz ospitanti fejn jiġi stabbilit l-uffiċċju antenna għandhom ▌jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet possibbli meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti assenjati lill-uffiċċju antenna. Il-post tal-impjieg tal-membri tal-persunal li jaħdmu fl-uffiċċji antenna għandu jkun stabbilit f'konformità mal-Artikolu 94(2).

3.  L-uffiċċji antenna għandhom, fejn applikabbli:

(a)  jipprovdu appoġġ operazzjonali u loġistiku u jiżguraw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija fiż-żoni ta' operazzjonijiet ikkonċernati;

(b)  jipprovdu appoġġ operazzjonali lill-Istat Membru jew lill-pajjiż terz fiż-żoni ta' operazzjonijiet ikkonċernati;

(c)  jimmonitorjaw l-attivitajiet tat-timijiet tal-Aġenzija u jirrapportaw regolarment lill-kwartieri ġenerali;

(d)  jikkooperaw mal-Istat Membru jew l-Istati Membri ospitanti jew mal-pajjiż terz ospitanti dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni prattika tal-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija f'tali Stat Membru jew Stati Membri jew f'tali pajjiż terz, inkluża kwalunkwe kwistjoni addizzjonali li setgħet qamet matul dawn l-attivitajiet;

(e)  jappoġġaw lill-uffiċjal ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 45, fil-kooperazzjoni tiegħu mal-Istati Membri parteċipanti dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kontribuzzjoni tagħhom għall-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija u, jekk ikun meħtieġ, jikkoordinaw mal-kwartieri ġenerali;

(f)  jappoġġaw lill-uffiċjal ta' koordinazzjoni, kif ukoll lill-osservaturi tad-drittijiet fundamentali inkarigati mill-monitoraġġ ta' attività operazzjonali, biex, jekk ikun meħtieġ, jiffaċilitaw il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn it-timijiet tal-Aġenzija u l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru ospitanti jew tal-pajjiż terz ospitanti kif ukoll kwalunkwe kompitu rilevanti;

(g)  jorganizzaw appoġġ loġistiku relatat mal-istazzjonament tal-membri tat-timijiet u mal-istazzjonament u l-użu tat-tagħmir tekniku;

(h)  jipprovdu kwalunkwe appoġġ loġistiku ieħor rigward iż-żona ta' operazzjonijiet li jkunu responsabbli għalihom bil-ħsieb li jiffaċilitaw it-tmexxija bla xkiel tal-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija;

(i)  jappoġġaw lill-uffiċjal ta' kollegament tal-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-kompiti jew il-funzjonijiet tiegħu msemmijin fl-Artikolu 32, biex jidentifika kwalunkwe sfida attwali jew futura għall-ġestjoni tal-fruntieri taż-żona li huma responsabbli għalihomjew għall-implimentazzjoni tal-acquis tar-ritorn, u jirrapportaw regolarment lill-kwartieri ġenerali;

(j)  jiżguraw il-ġestjoni effettiva tat-tagħmir tal-Aġenzija stess fl-oqsma koperti mill-attivitajiet tagħha, inklużi r-reġistrazzjoni possibbli tagħhom, il-manutenzjoni fit-tul tagħhom u kwalunkwe appoġġ loġistiku meħtieġ.

4.  Kull uffiċċju antenna għandu jkun amministrat minn rappreżentant tal-Aġenzija maħtur mid-direttur eżekuttiv. Il-kap tal-uffiċċju antenna li jinħatar għandu jissorvelja l-ħidma globali tal-uffiċċju u għandu jaġixxi bħala l-punt uniku ta' kuntatt tiegħu mal-kwartieri ġenerali.

5.  Il-bord maniġerjali, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, għandu jiddeċiedi dwar l-istabbiliment, il-kompożizzjoni, it-tul ta' żmien u, fejn ikun meħtieġ, l-estensjoni possibbli tat-tul ta' żmien ta' uffiċċju antenna, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u l-ftehim tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandu jkun hemm dak l-uffiċċju antenna. Il-bord maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt jivvutaw.

5a.  L-Istat Membru ospitanti fejn ikun stabbilit l-uffiċċju antenna għandu jipprovdi assistenza lill-Aġenzija biex tiġi żgurata l-kapaċità operazzjonali.

6.  Id-direttur eżekuttiv għandu jirrapporta lill-bord maniġerjali darba kull tliet xhur dwar l-attivitajiet tal-uffiċċji antenna. L-attivitajiet tal-uffiċċji antenna għandhom ikunu deskritti f'taqsima separata tar-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 98(2), il-punt j.

Artikolu 61

Appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.  Sabiex jappoġġaw l-iżvilupp tar-riżorsi umani ħalli jiżguraw il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta f'konformità mal-Annessi III u IV, f'konformità mal-Artikolu 125(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, l-Istati Membri huma intitolati jirċievu finanzjament fil-forma ta' finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż fuq bażi annwali li għandu jitħallas wara t-tmiem tas-sena kkonċernata u malli jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f'konformità mal-paragrafi 3 u 4. Dak il-finanzjament għandu jkun ibbażat fuq ammont ta' referenza kif stabbilit fil-paragrafu 2 u għandu jwassal għal:

(a)  100 % tal-ammont ta' referenza mmultiplikat bin-numru ta' membri tal-persunal operazzjonali indikati għas-sena n+ għas-sekondar f'konformità mal-Anness III;

(b)  37 % tal-ammont ta' referenza mmultiplikat bin-numru ta' membri tal-persunal operazzjonali stazzjonati b'mod effettiv f'konformità mal-Artikolu 58 fil-limitu stabbilit fl-Anness IV u mal-Artikolu 58a fil-limitu stabbilit fl-Anness Va;

(c)  50 % tal-ammont ta' referenza mmultiplikat bin-numru ta' membri tal-persunal operazzjonali rreklutati mill-Aġenzija bħala persunal statutorju. Dan il-pagament ta' darba għandu japplika għall-persunal li jitlaq mis-servizzi nazzjonali u li jkun ilu f'servizz attiv mhux aktar minn 15-il sena fi żmien ir-reklutaġġ mill-Aġenzija.

2.  L-ammont ta' referenza msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ekwivalenti għas-salarju bażiku annwali għal aġent kuntrattwali tal-Grupp ta' Funzjoni III grad 8 skala 1 definit f'konformità mal-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni (CEOS) u soġġett għal koeffiċjent ta' korrezzjoni applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

3.  Il-pagament annwali tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jkun dovut bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jżidu kif xieraq l-ammont totali rispettiv tagħhom ta' gwardji tal-fruntiera nazzjonali permezz tar-reklutaġġ ta' persunal operazzjonali ġdid fil-perjodu kkonċernat. L-informazzjoni rilevanti għall-finijiet ta' rapportar għandha tingħata lill-Aġenzija fin-negozjati bilaterali annwali u vverifikata permezz tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà fis-sena ta' wara. Il-pagament annwali tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jkun dovut b'mod sħiħ fir-rigward tan-numru ta' membri tal-persunal operazzjonali stazzjonati b'mod effettiv għal perjodu konsekuttiv jew mhux konsekuttiv ta' mill-anqas erba' xhur f'konformità mal-Artikolu 58 fil-limitu stabbilit fl-Anness IV u mal-Artikolu 58a fil-limitu stabbilit fl-Anness Va. Għall-istazzjonamenti effettivi msemmija fil-paragrafu 1(b), il-pagamenti għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi pro rata abbażi tal-perjodu ta' referenza ta' erba' xhur.

Pagament bil-quddiem marbut mal-pagamenti annwali tal-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandu jingħata wara l-preżentazzjoni ta' talba speċifika u ġustifikata mill-Istat Membru kontribwenti.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-modalitajiet ta' pagament annwali u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet applikabbli previsti fil-paragrafu 3 permezz ta' att ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(3). Dawn ir-regoli għandhom jinkludu modalitajiet għal pagamenti bil-quddiem mat-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, kif ukoll modalitajiet għal kalkoli pro rata, inklużi każijiet fejn l-istazzjonament ta' ekwipaġġ tekniku jkun jeċċedi b'mod eċċezzjonali l-kontribuzzjonijiet nazzjonali massimi kif stabbilit fl-Anness IV.

4a.  Fl-implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju skont dan l-Artikolu, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u projbizzjoni ta' finanzjament doppju.

Artikolu 62

Taħriġ

1.  L-Aġenzija għandha, filwaqt li tqis il-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(4), fejn disponibbli, u f'kooperazzjoni mal-entitajiet ta' taħriġ xierqa tal-Istati Membri, u, fejn xieraq, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, eu-LISA u s-CEPOL, tiżviluppa għodod speċifiċi ta' taħriġ, inkluż taħriġ speċifiku fil-protezzjoni tat-tfal u persuni oħra f'sitwazzjoni vulnerabbli. Il-kontenut tat-taħriġ għandu jqis l-eżiti tar-riċerka rilevanti u l-aħjar prattiki. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-gwardji tal-fruntiera, lill-ispeċjalisti tar-ritorn, lill-iskorti tar-ritorn, lill-kontrolluri tar-ritorn furzat u lil membri tal-persunal rilevanti oħra li jkunu membri tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll lill-kontrolluri tar-ritorn furzat u lill-osservaturi tad-drittijiet fundamentali, taħriġ speċjalizzat rilevanti għall-kompiti u s-setgħat tagħhom. L-Aġenzija għandha twettaq eżerċizzji regolari ma' dawk il-gwardji tal-fruntiera u membri oħra tat-timijiet f'konformità mal-iskeda ta' taħriġ speċjalizzat imsemmija fil-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija.

2.  L-Aġenzija għandha tiżgura li l-membri tal-persunal kollha reklutati biex jaġixxu bħala persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li għandhom jiġu stazzjonati bħala membri ta' tim ikunu rċevew taħriġ adegwat, apparti t-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 56(2) u (3), fid-dritt rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, linji gwida biex jiġu identifikati persuni li jkunu qed ifittxu protezzjoni u biex dawn jiġu indirizzati lejn il-proċeduri xierqa, linji gwida biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, inklużi l-minorenni mhux akkumpanjati, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, persuni li jeħtieġu assistenza medika urġenti, u persuni oħra partikolarment vulnerabbli u, meta jkun intiż li jipparteċipaw f'operazzjonijiet marittimi, it-tiftix u s-salvataġġ, qabel l-istazzjonament inizjali tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija. Dan it-taħriġ għandu jkopri wkoll l-użu tal-forza bi qbil mal-Anness V. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha, abbażi ta' ftehimiet ma' Stati Membri magħżula, timplimenta l-programmi ta' taħriġ meħtieġa fl-istituzzjonijiet speċjalizzati tagħhom għat-taħriġ u l-edukazzjoni, inklużi l-akkademji ta' sħubija tal-Aġenzija fl-Istati Membri. L-ispejjeż tat-taħriġ għandhom ikunu koperti għalkollox mill-Aġenzija.

2a.  Għal dak il-għan deskritt fil-paragrafu 2, l-Aġenzija għandha, abbażi ta' ftehimiet ma' Stati Membri magħżula, timplimenta l-programmi ta' taħriġ meħtieġa fl-istituzzjonijiet speċjalizzati tagħhom għat-taħriġ u l-edukazzjoni, inklużi l-akkademji ta' sħubija tal-Aġenzija fl-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tiżgura li t-taħriġ isegwi l-kurrikulu bażiku komuni, ikun armonizzat u jrawwem il-fehim reċiproku u kultura komuni bbażata fuq il-valuri minquxa fit-Trattati. L-ispejjeż tat-taħriġ għandhom ikunu koperti għalkollox mill-Aġenzija.

L-Aġenzija, wara li tikseb l-approvazzjoni tal-bord maniġerjali, tista' tistabbilixxi ċentru ta' taħriġ tal-Aġenzija biex tiffaċilita aktar l-inklużjoni ta' kultura Ewropea komuni fit-taħriġ li jingħata.

3.  L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura li l-persunal operazzjonali kollu tal-Istati Membri li jipparteċipaw fit-timijiet mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jkun irċieva taħriġ fid-dritt rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, linji gwida biex jiġu identifikati persuni li jkunu qed ifittxu protezzjoni u biex dawn jiġu indirizzati lejn il-proċeduri xierqa, linji gwida biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, inklużi l-minorenni mhux akkumpanjati, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, persuni li jeħtieġu assistenza medika urġenti, u persuni oħra partikolarment vulnerabbli u, meta jkun intiż li jipparteċipaw f'operazzjonijiet marittimi, it-tiftix u s-salvataġġ, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija.

4.  L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura t-taħriġ għall-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn li jkunu allokati lill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u r-riżerva msemmija fl-Artikolu 52. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-persunal tagħha u l-persunal kollu li jipparteċipa f'operazzjonijiet ta' ritorn u f'interventi ta' ritorn ikunu rċevew taħriġ fid-dritt rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u r-riferiment tal-persuni vulnerabbli qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija.

5.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tkompli tiżviluppa kurrikuli bażiċi komuni għat-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera u tipprovdi taħriġ f'livell Ewropew għal min iħarreġ lill-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri, inkluż fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u d-dritt marittimu rilevanti, kif ukoll kurrikulu komuni għat-taħriġ tal-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn. Il-kurrikuli bażiċi komuni għandhom jimmiraw li jippromwovu l-ogħla standards u l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn. L-Aġenzija għandha tfassal il-kurrikuli bażiċi komuni wara li tikkonsulta mal-forum konsultattiv u l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikuli bażiċi komuni fit-taħriġ li jipprovdu lill-gwardji tal-fruntiera nazzjonali tagħhom u lill-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn.

6.  L-Aġenzija għandha toffri wkoll korsijiet ta' taħriġ u seminars addizzjonali dwar temi marbuta mal-kontroll tal-fruntieri esterni u r-ritorn ta' ċittadini minn pajjiżi terzi għall-uffiċjali tas-servizzi nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri u, fejn xieraq, ta' pajjiżi terzi.

7.  L-Aġenzija tista' torganizza attivitajiet ta' taħriġ f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.

8.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi programm ta' skambju li permezz tiegħu l-gwardji tal-fruntiera li jipparteċipaw fit-timijiet kif ukoll il-persunal li jipparteċipa fit-timijiet ta' interventi ta' ritorn ikunu jistgħu jakkwistaw għarfien jew kompetenzi speċifiċi minn esperjenzi u prattiki tajbin barra minn pajjiżhom permezz ta' ħidma ma' gwardji tal-fruntiera u ma' persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn fi Stat Membru li ma jkunx tagħhom.

8a.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tkompli tiżviluppa mekkaniżmu intern ta' kontroll tal-kwalità biex tiżgura l-livell għoli ta' taħriġ, għarfien espert u professjonaliżmu tal-persunal statutorju kollu tagħha, b'mod partikolari tal-persunal operazzjonali li jipparteċipa fl-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija. Abbażi tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kontroll tal-kwalità, l-Aġenzija għandha tħejji rapport ta' evalwazzjoni annwali li għandu jiġi anness mar-rapport annwali tal-attività kkomunikat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 63

Akkwist jew kiri ta' tagħmir tekniku

1.  L-Aġenzija tista' takkwista, waħedha jew fi sjieda konġunta ma' Stat Membru, jew tikri tagħmir tekniku li għandu jiġi stazzjonat matul operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntieri, attivitajiet fil-qasam tar-ritorn, inklużi operazzjonijiet ta' ritorn, interventi ta' ritorn, stazzjonamenti ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jew proġetti ta' assistenza teknika f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

2.  ▌Il-bord maniġerjali għandu jistabbilixxi strateġija komprensiva pluriennali dwar kif il-kapaċitajiet tekniċi tal-Aġenzija stess għandhom jiġu żviluppati filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri, inkluż il-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(4) kif disponibbli u r-riżorsi baġitarji disponibbli għal dan il-għan fil-qafas finanzjarju pluriennali. Id-deċiżjoni tal-bord maniġerjali għandha tkun ibbażata fuq proposta tad-direttur eżekuttiv. Sabiex jiżgura konformità mal-oqfsa legali, finanzjarji u ta' politika applikabbli, id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel din il-proposta wara li jirċievi l-opinjoni pożittiva tal-Kummissjoni.

L-istrateġija għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta' implimentazzjoni dettaljat li jispeċifika l-iskeda għall-akkwist jew il-kiri, l-ippjanar tal-akkwist u l-mitigazzjoni tar-riskju. Jekk l-istrateġija u l-pjan ma jsegwux l-opinjoni tal-Kummissjoni, l-aġenzija għandha tibgħat ġustifikazzjoni tad-deċiżjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. Wara l-adozzjoni tal-istrateġija, il-pjan ta' implimentazzjoni għandu jsir parti mill-komponent tal-ipprogrammar pluriennali tad-dokument ta' programmar imsemmi fl-Artikolu 98(2), il-punt k.

3.  L-Aġenzija tista' takkwista tagħmir tekniku b'deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv f'konsultazzjoni mal-bord maniġerjali u f'konformità mar-regoli tal-akkwist applikabbli. Kull akkwist jew kiri ta' tagħmir li jġib miegħu spejjeż sinifikanti lill-Aġenzija għandu jkun preċedut minn analiżi dettaljata tal-ħtiġijiet u tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji. Kwalunkwe nefqa ta' dan it-tip għandha tiġi prevista fil-baġit tal-Aġenzija kif adottat mill-bord maniġerjali.

4.  Meta l-Aġenzija takkwista jew tikri tagħmir tekniku importanti bħal inġenji tal-ajru, ħelikopters, vetturi tas-servizz jew bastimenti, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  fil-każ ta' akkwist mill-Aġenzija jew ta' sjieda konġunta, l-Aġenzija għandha tiftiehem ma' Stat Membru wieħed li dak l-Istat Membru għandu jipprevedi r-reġistrazzjoni tat-tagħmir bħala li qegħdin fis-servizz tal-gvern f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli ta' dak l-Istat Membru, inklużi l-prerogattivi u l-immunitajiet għal tali tagħmir tekniku fil-qafas tad-dritt internazzjonali;

(b)  fil-każ ta' kiri, it-tagħmir għandu jiġi rreġistrat fi Stat Membru.

5.  Abbażi ta' ftehim mudell imfassal mill-Aġenzija u approvat mill-bord maniġerjali, l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni u l-Aġenzija għandhom jaqblu dwar termini li jiżguraw l-operabbiltà tat-tagħmir. Fil-każ ta' assi li jkunu fi sjieda konġunta, it-termini għandhom ikopru wkoll il-perjodi ta' disponibbiltà sħiħa tal-assi għall-Aġenzija u jiddeterminaw l-użu tat-tagħmir, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar stazzjonament rapidu waqt interventi rapidi fil-fruntieri u l-finanzjament ta' tali assi.

6.  Meta l-Aġenzija ma jkollhiex il-persunal statutorju kkwalifikat meħtieġ, l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew il-fornitur tat-tagħmir tekniku għandu jipprovdi l-esperti u l-ekwipaġġ tekniku meħtieġa biex iħaddmu t-tagħmir tekniku b'mod legalment sod u sikur f'konformità mal-ftehim mudell imsemmi fil-paragrafu 5 u ppjanat abbażi tan-negozjati bilaterali annwali msemmijin fl-Artikolu 64(9). F'każ bħal dan, tagħmir tekniku li jkun proprjetà tal-Aġenzija biss għandu jsir disponibbli għall-Aġenzija fuq talba tagħha u l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni ma jistax jinvoka s-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 64(8).

Meta titlob lil Stat Membru jipprovdi tagħmir tekniku u persunal operazzjonali, l-Aġenzija għandha tqis l-isfidi operazzjonali partikolari li dak l-Istat Membru jkun qed jiffaċċja fil-waqt li fih issir it-talba.

Artikolu 64

Riżerva ta' tagħmir tekniku

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistri ċentralizzati ta' tagħmir f'riżerva ta' tagħmir tekniku magħmula minn tagħmir li jkun proprjetà tal-Istati Membri jew tal-Aġenzija u tagħmir fi sjieda konġunta bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija għall-attivitajiet operazzjonali tagħha.

2.  It-tagħmir li jkun proprjetà tal-Aġenzija biss għandu jkun disponibbli b'mod sħiħ għall-istazzjonament fi kwalunkwe ħin kif imsemmi fl-Artikolu 63(5).

3.  It-tagħmir li jkun tal-Aġenzija fi sjieda konġunta għal sehem ta' aktar minn 50 % għandu jkun disponibbli għall-istazzjonament f'konformità ma' ftehim bejn Stat Membru u l-Aġenzija kif imsemmi fl-Artikolu 63(5).

4.  L-Aġenzija għandha tiżgura l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tat-tagħmir elenkat fir-riżerva ta' tagħmir tekniku.

5.  Għal dak il-għan, l-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni, għandha tiddefinixxi l-istandards tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati mit-tagħmir biex ikun jista' jiġi stazzjonat fl-attivitajiet tal-Aġenzija, fejn ikun meħtieġ. It-tagħmir li għandu jiġi akkwistat mill-Aġenzija, sew jekk fi sjieda esklużiva jew konġunta, u t-tagħmir li jkun proprjetà tal-Istati Membri u li jkun elenkat fir-riżerva ta' tagħmir tekniku għandhom jissodisfaw dawn l-istandards.

6.  Fuq proposta tad-direttur eżekuttiv li tqis l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà, il-bord maniġerjali għandu jistabbilixxi sal-31 ta' Marzu n-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-Aġenzija fis-sena ta' wara, b'mod partikolari fir-rigward tat-twettiq ta' operazzjonijiet konġunti, stazzjonamenti ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, interventi rapidi fil-fruntieri, attivitajiet fil-qasam tar-ritorn, inklużi operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn. It-tagħmir tal-Aġenzija stess għandu jkun inkluż fin-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku. L-istess deċiżjoni għandha tistabbilixxi regoli relatati mal-istazzjonament ta' tagħmir tekniku fl-attivitajiet operazzjonali.

Jekk in-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku ma jkunx biżżejjed biex jitwettaq il-pjan operazzjonali miftiehem għal tali attivitajiet, l-Aġenzija għandha tirrevedih abbażi tal-ħtiġijiet ġustifikati u abbażi ta' ftehim mal-Istati Membri.

7.  Ir-riżerva ta' tagħmir tekniku għandu jkun fiha n-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir identifikati bħala meħtieġa mill-Aġenzija għal kull tip ta' tagħmir tekniku. It-tagħmir elenkat fir-riżerva ta' tagħmir tekniku għandu jiġi stazzjonat matul operazzjonijiet konġunti, stazzjonamenti ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntieri, operazzjonijiet ta' ritorn jew interventi ta' ritorn.

8.  Ir-riżerva ta' tagħmir tekniku għandha tinkludi riżerva ta' tagħmir ta' reazzjoni rapida li jkun fiha għadd limitat ta' oġġetti ta' tagħmir meħtieġa għall-interventi rapidi possibbli fil-fruntiera. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għar-riżerva ta' tagħmir ta' reazzjoni rapida għandhom ikunu ppjanati f'konformità man-negozjati u l-ftehimiet bilaterali annwali msemmija fil-paragrafu 9. Għat-tagħmir fil-lista tal-oġġetti f'din ir-riżerva, l-Istati Membri ma jistgħux jinvokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 9.

It-tagħmir f'din il-lista bil-persunal kompetenti għandu jintbagħat mill-Istat Membru kkonċernat lejn id-destinazzjoni għal stazzjonament kemm jista' jkun malajr, u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data li fiha jkun ġie miftiehem il-pjan operazzjonali.

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għal din ir-riżerva tagħmir disponibbli għall-Aġenzija kif imsemmi fl-Artikolu 63(1).

9.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għar-riżerva ta' tagħmir tekniku. Il-kontribuzzjoni mill-Istati Membri għar-riżerva u l-istazzjonament tat-tagħmir tekniku għal operazzjonijiet speċifiċi għandha tiġi ppjanata abbażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali annwali bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. F'konformità ma' dawk il-ftehimiet u sal-punt li jifforma parti min-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku għal sena partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħmlu t-tagħmir tekniku tagħhom disponibbli għall-istazzjonament fuq talba tal-Aġenzija, sakemm ma jkunux qed jiffaċċjaw sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sostanzjalment it-twettiq ta' kompiti nazzjonali. Jekk Stat Membru jinvoka tali sitwazzjoni eċċezzjonali, huwa għandu jagħti raġunijiet u informazzjoni komprensivi dwar is-sitwazzjoni lill-Aġenzija bil-miktub, u dan il-kontenut għandu jiġi inkluż fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 13. It-talba tal-Aġenzija għandha ssir mill-anqas 45 jum qabel l-istazzjonament maħsub ta' tagħmir tekniku ewlieni u 30 jum qabel l-istazzjonament maħsub ta' tagħmir ieħor. Il-kontribuzzjonijiet għar-riżerva ta' tagħmir tekniku għandhom jiġu rieżaminati kull sena.

10.  Fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi, kull sena, dwar ir-regoli relatati mat-tagħmir tekniku, inklużi n-numri minimi globali ta' oġġetti meħtieġa għal kull tip ta' tagħmir tekniku u t-termini għall-istazzjonament u r-rimborż tal-ispejjeż kif ukoll dwar in-numru limitat ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku għal riżerva ta' tagħmir ta' reazzjoni rapida. Għal raġunijiet baġitarji, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-bord maniġerjali sal-31 ta' Marzu ta' kull sena.

11.  F'każ li jseħħ intervent rapidu fil-fruntieri, l-Artikolu 40(11) għandu japplika kif xieraq.

12.  Jekk jinqalgħu ħtiġijiet mhux mistennija ta' tagħmir tekniku għal operazzjoni konġunta jew għal intervent rapidu fil-fruntieri wara li n-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku jkun ġie stabbilit u dawk il-ħtiġijiet ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati mir-riżerva ta' tagħmir tekniku jew mir-riżerva ta' tagħmir ta' reazzjoni rapida, l-Istati Membri għandhom, meta jkun possibbli, fuq bażi ad hoc, jagħmlu t-tagħmir tekniku meħtieġ disponibbli għall-istazzjonament lill-Aġenzija fuq talba tagħha.

13.  Id-direttur eżekuttiv għandu jirrapporta regolarment dwar il-kompożizzjoni u l-istazzjonament ta' tagħmir li jkun parti mir-riżerva ta' tagħmir tekniku lill-bord maniġerjali. Fejn in-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku meħtieġa fir-riżerva ma jintlaħaqx, id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord maniġerjali mingħajr dewmien. Il-bord maniġerjali għandu jieħu deċiżjoni dwar il-prijoritizzazzjoni tal-istazzjonament tat-tagħmir tekniku b'mod urġenti u jieħu l-passi xierqa biex isolvi n-nuqqas. Il-bord maniġerjali għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar in-nuqqas u l-passi li jkun ħa. Sussegwentement, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan u bil-valutazzjoni tagħha stess.

14.  L-Istati Membri għandhom jirreġistraw fir-riżerva ta' tagħmir tekniku l-mezzi kollha ta' trasport u tagħmir operazzjonali mixtri skont l-Azzjonijiet Speċifiċi tal-Fond għas-Sigurtà Interna f'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30) jew, fejn rilevanti, kwalunkwe finanzjament iddedikat futur ieħor tal-Unjoni li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri bl-għan ċar li tiżdied il-kapaċità operazzjonali tal-Aġenzija. Dak it-tagħmir tekniku għandu jifforma parti min-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku għal sena partikolari.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dak it-tagħmir tekniku kofinanzjat skont l-Azzjonijiet Speċifiċi tal-Fond għas-Sigurtà Interna jew kwalunkwe finanzjament dedikat futur ieħor tal-Unjoni disponibbli kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu għall-istazzjonament tal-Aġenzija fuq talba tagħha permezz tan-negozjati bilaterali annwali. Kull oġġett ta' tagħmir għandu jkun disponibbli għal perjodu minimu ta' erba' xhur kif ippjanat fin-negozjati bilaterali annwali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistazzjonaw it-tagħmir rispettiv għal aktar minn erba' xhur. F'każ ta' operazzjoni msemmija fl-Artikolu 40 jew fl-Artikolu 43 ta' dan ir-Regolament, huma ma jistgħux jinvokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu.

15.  L-Aġenzija għandha tieħu ħsieb ir-reġistri tar-riżerva ta' tagħmir tekniku kif ġej:

(a)  klassifikazzjoni skont it-tip ta' tagħmir u skont it-tip ta' operazzjoni;

(b)  klassifikazzjoni skont is-sjieda (Stat Membru, aġenzija, oħrajn);

(c)  numri globali ta' oġġetti ta' tagħmir meħtieġa;

(d)  rekwiżiti tal-ekwipaġġ jekk applikabbli;

(e)  informazzjoni oħra, bħad-dettalji ta' reġistrazzjoni, ħtiġijiet ta' trasportazzjoni u manutenzjoni, skemi nazzjonali applikabbli ta' esportazzjoni, struzzjonijiet tekniċi, jew informazzjoni rilevanti oħra għall-użu xieraq tat-tagħmir;

(f)  indikazzjoni dwar jekk oġġett ta' tagħmir kienx iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni.

16.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja 100 % l-istazzjonament tat-tagħmir tekniku li jifforma parti min-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku pprovduti minn Stat Membru partikolari għal sena partikolari. L-istazzjonament tat-tagħmir tekniku li ma jiffurmax parti min-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku għandu jkun kofinanzjat mill-Aġenzija sa massimu ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jistazzjonaw tali tagħmir tekniku.

Artikolu 65

Rapportar dwar il-kapaċitajiet tal-Aġenzija

1.  Fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, il-bord maniġerjali għandu jadotta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 52, 56, 57, 58, 63 u 64 u jippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea.

2.  Ir-rapport għandu jinkludi b'mod partikolari

(a)  in-numru ta' membri tal-persunal operazzjonali li kull Stat Membru jkun impenja għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea ▌tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż permezz tar-riżerva ta' reazzjoni rapida u r-riżerva ta' kontrolluri tar-ritorn furzat;

(b)  in-numru ta' membri tal-persunal operazzjonali impenjat għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea ▌tal-Fruntiera u tal-Kosta mill-Aġenzija;

(c)  in-numru ta' membri tal-persunal operazzjonali realment stazzjonati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta minn kull Stat Membru u mill-Aġenzija għal kull profil fis-sena ta' qabel;

(d)  in-numru ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku li kull Stat Membru u l-Aġenzija jkunu impenjaw għar-riżerva ta' tagħmir tekniku;

(e)  in-numru ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku stazzjonati minn kull Stat Membru u mill-Aġenzija fis-sena ta' qabel mir-riżerva ta' tagħmir tekniku ▌;

(f)  l-impenji għar-Riżerva ta' Tagħmir ta' Reazzjoni Rapida u l-istazzjonamenti minnha;

(g)  l-iżvilupp tal-kapaċitajiet umani u tekniċi proprji tal-Aġenzija.

3.  Dak ir-rapport għandu jelenka l-Istati Membri li fis-sena ta' qabel ikunu invokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 58 u fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 64 u jinkludi r-raġunijiet u l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat.

4.  Biex tiġi żgurata t-trasparenza, il-bord maniġerjali għandu jiġi infurmat darba kull tliet xhur dwar l-elementi indikati fil-paragrafu 2 b'rabta mas-sena li tkun għaddejja.

Artikolu 66

Riċerka u innovazzjoni

1.  B'mod proattiv, l-Aġenzija għandha timmonitorja l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni rilevanti għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri, inkluż l-użu ta' teknoloġija avvanzata ta' kontroll fuq il-fruntiera, u tikkontribwixxi għal tali attivitajiet, filwaqt li tqis il-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(4). L-Aġenzija għandha tqassam ir-riżultati ta' dik ir-riċerka lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 50. Dawk ir-riżultati tista' tużahom kif xieraq f'operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntieri, operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn.

2.  Filwaqt li tqis il-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(6), l-Aġenzija għandha tgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta' temi ewlenin ta' riċerka. L-Aġenzija għandha tgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni rilevanti għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni.

3.  L-Aġenzija għandha timplimenta l-partijiet tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li huma marbuta mas-sigurtà tal-fruntieri. Għal dak il-għan, u meta l-Kummissjoni tkun iddelegatilha s-setgħat rilevanti, l-Aġenzija għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

(a)  tiġġestixxi xi stadji tal-implimentazzjoni tal-programm u xi fażijiet tul il-ħajja ta' proġetti speċifiċi abbażi tal-programmi ta' ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni;

(b)  tadotta l-istrumenti tal-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-infiq u twettaq l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm;

(c)  tipprovdi appoġġ fl-implimentazzjoni tal-programm.

4.  L-Aġenzija tista' tippjana u timplimenta proġetti pilota dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

5.   L-Aġenzija għandha tagħmel pubblika l-informazzjoni dwar il-proġetti ta' riċerka kollha tagħha, inklużi l-proġetti ta' dimostrazzjoni, is-sħab ta' kooperazzjoni involuti u l-baġit tal-proġetti.

Taqsima 10

Is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS, European Travel Information and Authorisation System)

Artikolu 68

Ħolqien tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS

1.  Unità Ċentrali tal-ETIAS hija stabbilita.

2.  L-Aġenzija għandha tiżgura l-istabbiliment u l-operat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament UE 2018/1240 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) ▌.

Taqsima 11

Kooperazzjoni

Artikolu 69

Kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali

1.  L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, fl-oqfsa legali rispettivi tagħhom, u tagħmel użu mill-informazzjoni, mill-kapaċitajiet u mis-sistemi eżistenti disponibbli fil-qafas tal-EUROSUR.

F'konformità mal-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tikkoopera b'mod partikolari ma' dawn li ġejjin:

(a)  il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

(b)  l-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol);

(c)  l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil;

(d)  l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali;

(e)  il-Eurojust;

(f)  iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea;

(g)  l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd;

(h)  l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja;

(i)  l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-Maniġer tan-Netwerk stabbiliti bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 677/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM);

(k)  missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, f'konformità mal-mandati tagħhom bil-ħsieb li jiġi żgurat dan li ġej:

(i)  promozzjoni tal-istandards tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri;

(ii)  għarfien tas-sitwazzjoni u analiżi tar-riskju.

L-Aġenzija tista' tikkoopera wkoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti għall-kompiti tagħha li ġejjin, fl-oqfsa legali rispettivi tagħhom:

(a)  in-Nazzjonijiet Uniti permezz tal-uffiċċji, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet u l-entitajiet l-oħra rilevanti tagħha, b'mod partikolari l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

(b)  l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Pulizija Kriminali (INTERPOL);

(c)  l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa;

(d)  il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa;

(e)  iċ-Ċentru għall-Analiżi u l-Operazzjonijiet Marittimi - Narkotiċi (MAOC-N).

2.  Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha sseħħ fil-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma konklużi mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Tali arranġamenti għandhom ikunu ngħataw l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. F'kull każ, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'tali arranġamenti.

3.  Fir-rigward tal-ġestjoni ta' informazzjoni klassifikata, dawk l-arranġamenti għandhom jipprevedu li l-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati jkunu jikkonformaw ma' regoli u standards tas-sigurtà ekwivalenti għal dawk applikati mill-Aġenzija. Qabel ma jiġi konkluż l-arranġament għandha ssir żjara ta' valutazzjoni u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bir-riżultat taż-żjara ta' valutazzjoni.

4.  Fit-twettiq tal-attivitajiet skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni u, fejn rilevanti, mal-Istati Membri u mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Għalkemm lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha wkoll timpenja ruħha f'tali kooperazzjoni f'attivitajiet relatati mal-qasam doganali, inkluża l-ġestjoni tar-riskju, fejn dawn l-attivitajiet jistgħu jappoġġaw lil xulxin. Din il-kooperazzjoni għandha ssir mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi eżistenti tal-Kummissjoni, tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Istati Membri.

5.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-informazzjoni li tkun waslitilhom mill-Aġenzija biss fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom u dment li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inklużi r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.

Kwalunkwe trażmissjoni ▌ta' data personali pproċessata mill-Aġenzija lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji l-oħra tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 88(1)(c) u (d) għandha tkun soġġetta għal arranġamenti speċifiċi ta' ħidma dwar l-iskambju ta' data personali ▌.

Tali arranġamenti għandhom jinkludu dispożizzjoni li tiżgura li d-data personali trażmessa mill-Aġenzija lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-Unjoni tkun tista' tiġi pproċessata għal fini ieħor bl-awtorizzazzjoni biss tal-Aġenzija u jekk dan ikun kompatibbli mal-fini inizjali li għalih id-data tkun inġabret u tkun ġiet trażmessa mill-Aġenzija. Il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom iżommu rekords bil-miktub ta' valutazzjoni tal-kompatibbiltà każ b'każ.

Kwalunkwe trasferiment ta' data personali mill-Aġenzija lill-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 88(1)(c) għandu jkun f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 87 sa 90a.

B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha tiżgura li kwalunkwe arranġament ta' ħidma konkluż ma' tali organizzazzjonijiet internazzjonali dwar l-iskambju ta' data personali jkun konformi mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/1725 u jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, fejn previst minn dak ir-Regolament.

L-Aġenzija għandha tiżgura li d-data personali trasferita lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tiġi pproċessata biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trasferita.

Fir-rigward tal-ġestjoni ta' informazzjoni klassifikata, dawk l-arranġamenti għandhom jipprevedu li l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati jkunu jikkonformaw ma' regoli u standards tas-sigurtà ekwivalenti għal dawk applikati mill-Aġenzija.

6.  Informazzjoni bejn l-Aġenzija u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi skambjata permezz tan-netwerk ta' komunikazzjoni msemmi fl-Artikolu 14 jew permezz ta' sistemi akkreditati oħra ta' skambju ta' informazzjoni li jissodisfaw il-kriterji tad-disponibbiltà, tal-kunfidenzjalità u tal-integrità.

Artikolu 70

Kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta

1.  Mingħajr preġudizzju għall-EUROSUR, l-Aġenzija għandha, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni u, meta jkun xieraq, fil-livell internazzjonali permezz ta':

(a)  kondiviżjoni, fużjoni u analiżi tal-informazzjoni disponibbli fis-sistemi tar-rapportar tal-bastimenti u sistemi oħra ta' informazzjoni ospitati minn dawk l-aġenziji jew aċċessibbli għalihom, f'konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għas-sjieda tad-data mill-Istati Membri;

(b)  għoti ta' servizzi ta' sorveljanza u ta' komunikazzjoni bbażati fuq l-aħħar teknoloġija, inklużi l-infrastruttura fl-ispazju u fuq l-art u s-sensuri mmuntati fuq kwalunkwe tip ta' pjattaforma;

(c)  bini tal-kapaċità billi tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet u billi tistabbilixxi l-aħjar prattiki, kif ukoll billi tipprovdi taħriġ u skambju tal-persunal;

(d)  tisħiħ tal-iskambju ta' informazzjoni u tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, inkluż permezz tal-analiżi tal-isfidi operazzjonali u r-riskji emerġenti fil-qasam marittimu;

(e)  kondiviżjoni tal-kapaċitajiet permezz tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet bi skopijiet multipli u permezz tal-kondiviżjoni ta' assi u ta' kapaċitajiet oħra, sal-punt li dawn l-attivitajiet ikunu kkoordinati minn dawk l-aġenziji u jintlaħaq ftehim dwarhom mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

2.  Il-forom preċiżi tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta bejn l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandhom jiġu ddeterminati f'arranġament ta' ħidma, f'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom u mar-regoli finanzjarji applikabbli għal dawk l-aġenziji. Tali arranġament għandu jiġi approvat mill-bord maniġerjali tal-Aġenzija u mill-bordijiet amministrattivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd. L-aġenziji għandhom jużaw l-informazzjoni li tkun waslitilhom fil-kuntest tal-kooperazzjoni tagħhom biss fil-limiti tal-qafas ġuridiku tagħhom u f'konformità mad-drittijiet fundamentali, inklużi r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.

3.  Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, tagħmel disponibbli manwal prattiku dwar il-kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta. Dan il-manwal prattiku għandu jkun fih linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-iskambju ta' informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-manwal fil-forma ta' rakkomandazzjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(3).

Artikolu 71

Kooperazzjoni mal-Irlanda u mar-Renju Unit

1.  L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali tal-Istati Membri mal-Irlanda u mar-Renju Unit f'attivitajiet speċifiċi.

2.  Għall-finijiet tal-EUROSUR, l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni mal-Irlanda u mar-Renju Unit jistgħu jseħħu abbażi ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-Irlanda jew ir-Renju Unit rispettivament u Stat Membru ġar wieħed jew aktar jew permezz ta' netwerks reġjonali bbażati fuq dawk il-ftehimiet. Iċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni tal-Istati Membri għandhom ikunu l-punti ta' kuntatt għall-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet korrispondenti tal-Irlanda u tar-Renju Unit fi ħdan l-EUROSUR.

3.  Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu limitati għall-iskambju tal-informazzjoni segwenti bejn iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni ta' Stat Membru u l-awtorità korrispondenti tal-Irlanda jew tar-Renju Unit:

(a)  informazzjoni li tinsab fl-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru sa fejn din tkun trażmessa lill-Aġenzija għall-finijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea;

(b)  informazzjoni miġbura mill-Irlanda u mir-Renju Unit li tkun rilevanti għall-finijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea;

(c)  informazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 26(5).

4.  L-informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-EUROSUR mill-Aġenzija jew minn Stat Membru li ma jkunx parti għal ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 2 ma għandhiex tiġi kondiviża mal-Irlanda jew mar-Renju Unit mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Aġenzija jew ta' dak l-Istat Membru. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom ikunu marbutin biċ-ċaħda li jikkondividu dik l-informazzjoni mal-Irlanda u mar-Renju Unit.

5.  Kwalunkwe trażmissjoni suċċessiva jew komunikazzjoni oħra ta' informazzjoni skambjata skont dan l-Artikolu lil pajjiżi terzi jew lil partijiet terzi għandha tkun ipprojbita.

6.  Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-ispejjeż finanzjarji li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tal-Irlanda u tar-Renju Unit fl-implimentazzjoni ta' dawk il-ftehimiet.

7.  L-appoġġ li għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija skont il-punti 12, 13 u 15 tal-Artikolu 10(1) għandu jkopri l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn tal-Istati Membri li fihom jipparteċipaw ukoll l-Irlanda jew ir-Renju Unit.

8.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-fruntieri ta' Ġibiltà għandha tiġi sospiża sad-data li fiha jintlaħaq ftehim dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw il-qsim tal-fruntieri esterni minn persuni.

Artikolu 72

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

1.  F'konformità mal-Artikolu 3(g), l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw ma' pajjiżi terzi għall-finijiet tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri u tal-politika dwar il-migrazzjoni ▌.

2.  Abbażi tal-prijoritajiet ta' politika stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 8(4), l-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lil pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż rigward il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u d-data personali u rigward il-prinċipju ta' non-refoulement.

3.  L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni, inklużi n-normi u l-istandards li jiffurmaw parti mill-acquis tal-Unjoni, anki meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi.

4.   L-istabbiliment ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għandu jservi għall-promozzjoni tal-istandards tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

Artikolu 73

Kooperazzjoni tal-Istati Membri ma' pajjiżi terzi

1.  ▌L-Istati Membri jistgħu ▌jikkooperaw fuq livell operazzjonali ▌ma' pajjiż terz wieħed jew diversi fl-oqsma koperti mis-suġġett ta' dan ir-Regolament. Tali kooperazzjoni tista' tinkludi skambju ta' informazzjoni u tista' sseħħ abbażi ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali jew forom oħra ta' arranġamenti jew permezz ta' netwerks reġjonali stabbiliti abbażi ta' dawk il-ftehimiet.

2.  Meta jikkonkludu l-ftehimiet bilaterali u multilaterali msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni għall-finijiet tal-EUROSUR f'konformità mal-Artikolu 76 u mal-Artikolu 90.

3.  Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet fundamentali u dwar il-protezzjoni internazzjonali, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement. Meta jimplimentaw tali ftehimiet, anke wara li jikkunsidraw l-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jqisu fuq bażi regolari s-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż terz.

Artikolu 74

Kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u pajjiżi terzi

1.  L-Aġenzija tista' tikkoopera mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u sal-punt meħtieġ sabiex jitwettqu l-kompiti tagħha.

2.  Meta tagħmel dan, l-Aġenzija għandha taġixxi fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta' non-refoulement, il-projbizzjoni tad-detenzjoni arbitrarja u l-projbizzjoni tat-tortura u ta' trattament jew pieni inumani jew degradanti, bl-appoġġ tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u, fejn rilevanti, tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK u f'koordinazzjoni magħhom, f'konformità mal-Artikolu 69.

3.  F'ċirkostanzi li jirrikjedu l-istazzjonament f'pajjiż terz ta' timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri ▌mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta meta l-membri tat-timijiet se jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, l-Unjoni għandha, abbażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE, tikkonkludi mal-pajjiż terz ikkonċernat ftehim dwar l-istatus, imfassal abbażi tal-mudell tal-ftehim dwar l-istatus imsemmi fl-Artikolu 77(1a). Il-ftehim dwar l-istatus għandu jkopri l-aspetti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-azzjonijiet. B'mod partikolari, għandu jistabbilixxi l-ambitu tal-operazzjoni, ir-responsabbiltà ċivili u kriminali u l-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet, kif ukoll il-miżuri relatati mat-twaqqif ta' uffiċċju antenna u l-miżuri prattiċi relatati mar-rispett tad-drittijiet fundamentali. Il-ftehim dwar l-istatus għandu jiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali matul dawn l-operazzjonijiet u għandu jipprevedi mekkaniżmu għall-ilmenti. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi kkonsultat dwar id-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-istatus relatati mat-trasferimenti ta' data jekk id-dispożizzjonijiet ikunu sostanzjalment differenti mill-mudell tal-ftehim dwar l-istatus.

4.  Fejn disponibbli, l-Aġenzija għandha taġixxi wkoll fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawk l-awtoritajiet f'konformità mad-dritt u l-politika tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 77(5).

Dawk l-arranġamenti ta' ħidma għandhom jispeċifikaw l-ambitu, in-natura u l-iskop tal-kooperazzjoni u għandhom ikunu relatati mal-ġestjoni tal-kooperazzjoni operazzjonali u jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iskambju ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u l-kooperazzjoni fil-qafas tal-EUROSUR f'konformità mal-Artikolu 75(3).

L-Aġenzija għandha tiżgura li l-informazzjoni trasferita lil pajjiżi terzi tiġi pproċessata biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trasferita. Kwalunkwe arranġament ta' ħidma dwar l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata għandu jiġi konkluż f'konformità mal-Artikolu 77(6). L-Aġenzija għandha tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, inklużi n-normi u l-istandards li jiffurmaw parti mill-acquis tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha titlob awtorizzazzjoni minn qabel lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, meta tali arranġamenti ta' ħidma jipprevedu t-trasferiment ta' data personali u meta dan ikun previst fir-Regolament (UE) 2018/1725.

5.   L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi fl-implimentazzjoni tal-politika esterna tal-Unjoni dwar ir-ritorn u r-riammissjoni fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni u fir-rigward ta' kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

6.  L-Aġenzija tista' tibbenefika mill-fondi tal-Unjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw lil pajjiżi terzi u li huma marbutin magħhom. Tista' tniedi u tiffinanzja proġetti ta' assistenza teknika f'pajjiżi terzi fir-rigward ta' kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija. Tali proġetti għandhom jiġu inklużi fid-dokument ta' programmar uniku msemmi fl-Artikolu 100.

7.  L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet imwettqa permezz ta' dan l-Artikolu u, b'mod partikolari, dwar l-attivitajiet relatati mal-assistenza teknika u operazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorn f'pajjiżi terzi, kif ukoll l-istazzjonament ta' uffiċjali ta' kollegament, inkluża informazzjoni dettaljata dwar il-konformità mad-drittijiet fundamentali. L-Aġenzija għandha tagħmel pubbliċi l-ftehimiet, l-arranġamenti ta' ħidma, il-proġetti pilota u l-proġetti ta' assistenza teknika ma' pajjiżi terzi, f'konformità sħiħa mal-Artikolu 110(2).

8.  L-Aġenzija għandha tinkludi valutazzjoni tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fir-rapporti annwali tagħha.

Artikolu 75

Assistenza teknika u operazzjonali pprovduta mill-Aġenzija lil pajjiżi terzi

1.  ▌ L-Aġenzija tista' tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi u tipprovdi tali assistenza lil pajjiżi terzi fil-kuntest tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri.

2.  L-Aġenzija għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq azzjonijiet relatati mal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fit-territorju ta' pajjiż terz, soġġett għall-qbil ta' dak il-pajjiż terz ▌.

3.  L-operazzjonijiet fit-territorju ta' pajjiż terz għandhom jiġu inklużi fil-programm ta' ħidma annwali adottat mill-bord maniġerjali f'konformità mal-Artikolu 100(1) u (7) u għandhom jitwettqu abbażi ta' pjan operazzjonali li jkun miftiehem bejn l-Aġenzija u l-pajjiż terz ikkonċernat u f'konsultazzjoni mal-Istati Membri parteċipanti. Fil-każ li Stat Membru jew Stati Membri jkunu ġirien tal-pajjiż terz jew jikkonfinaw maż-żona tal-operazzjonijiet tal-pajjiż terz, il-pjan operazzjonali kif ukoll kwalunkwe emenda għalih għandu jkollhom il-qbil tiegħu jew tagħhom. L-Artikoli 39, 44, 47, 48 u 55 sa 58 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-istazzjonament fil-pajjiżi terzi.

3a.  Id-direttur eżekuttiv għandu jiżgura s-sigurtà tal-persunal stazzjonat f'pajjiżi terzi.

Għal dak il-għan, l-Istat Membru għandu jinforma lid-direttur eżekuttiv dwar kwalunkwe tħassib relatat mas-sigurtà taċ-ċittadini tiegħu jekk jiġu stazzjonati f'territorju ta' ċerti pajjiżi terzi.

Meta s-sigurtà ta' kwalunkwe membru tal-persunal stazzjonat f'pajjiżi terzi ma tistax tkun garantita, id-direttur eżekuttiv għandu jieħu miżuri xierqa billi jissospendi jew itemm l-aspetti korrispondenti tal-assistenza teknika u operazzjonali pprovduta mill-Aġenzija lil dak il-pajjiż terz.

3b.  Mingħajr preġudizzju għall-istazzjonament tal-membri tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta f'konformità mal-Artikoli 55 sa 58, il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f'operazzjonijiet fit-territorju ta' pajjiżi terzi għandha tkun fuq bażi volontarja.

Apparti l-mekkaniżmu rilevanti msemmi fl-Artikolu 58(7)u l-paragrafu 3a, fejn is-sigurtà tal-persunal parteċipanti ma tkunx tista' tiġi garantita b'mod li jissodisfa lill-Istat Membru, l-Istat Membru jista' jagħżel li ma jagħtix il-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-operazzjoni fil-pajjiż terz. Jekk Stat Membru jinvoka tali sitwazzjoni eċċezzjonali, huwa għandu jagħti raġunijiet u informazzjoni komprensivi dwar is-sitwazzjoni lill-Aġenzija bil-miktub waqt in-negozjati bilaterali annwali u mhux aktar tard minn 21 jum qabel l-istazzjonament, u dan il-kontenut għandu jiġi inkluż fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 65. L-istazzjonament tal-persunal operazzjonali sekondat f'konformità mal-Artikolu 57 għandu jkun soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru ta' oriġini wara notifika mill-Aġenzija u sa mhux aktar tard minn 21 jum qabel l-istazzjonament.

3c.  Il-pjanijiet operazzjonali msemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni għall-finijiet tal-EUROSUR f'konformità mal-Artikoli 76(2) u 90.

Artikolu 76

Skambju ta' informazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qafas tal-EUROSUR

1.  Iċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 21 u, fejn rilevanti, l-Aġenzija, għandhom ikunu l-punti ta' kuntatt għall-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-finijiet tal-EUROSUR.

2.  Id-dispożizzjonijiet għall-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet tal-EUROSUR imsemmija fl-Artikolu 73(2) għandhom jindirizzaw:

(a)  l-istampi tas-sitwazzjonijiet speċifiċi kondiviżi ma' pajjiżi terzi;

(b)  id-data li toriġina minn pajjiżi terzi u li tista' tiġi kondiviża fl-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea u l-proċeduri għall-kondiviżjoni ta' din id-data;

(c)  il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-għoti tas-servizzi ta' fużjoni tal-EUROSUR lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi;

(d)  il-modalitajiet tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni mal-osservaturi ta' pajjiżi terzi għall-finijiet tal-EUROSUR.

3.  L-informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-EUROSUR mill-Aġenzija jew minn Stat Membru li ma jkunx parti għal ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 73 ma għandhiex tiġi kondiviża ma' pajjiż terz fil-qafas ta' dak il-ftehim mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Aġenzija jew ta' dak l-Istat Membru. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom ikunu marbutin biċ-ċaħda li jikkondividu dik l-informazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat.

Artikolu 77

Ir-rwol tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

1a.  Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Istati Membri, l-Aġenzija, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha tfassal mudell tal-ftehim dwar l-istatus għall-azzjonijiet imwettqa fit-territorju ta' pajjiżi terzi.

2.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-Aġenzija, għandha tfassal mudell tad-dispożizzjonijiet ▌għall-iskambju ta' informazzjoni fil-qafas tal-EUROSUR f'konformità mal-Artikolu 71(2) u mal-Artikolu 73(2).

Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Aġenzija u korpi jew aġenziji rilevanti oħra, inkluża l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha tfassal mudell għall-arranġamenti ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 74. Tali mudell għandu jinkludi dispożizzjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data li jindirizzaw miżuri prattiċi.

3.  Qabel ma jiġi konkluż ftehim bilaterali jew multilaterali ġdid imsemmi fl-Artikolu 73(1), l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw l-abbozzi ta' dispożizzjonijiet tiegħu relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri u mar-ritorn lill-Kummissjoni ▌.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali u multilaterali eżistenti u ġodda msemmija fl-Artikolu 73(1) relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri u mar-ritorn lill-Kummissjoni, li għandha tinforma bihom lill-Kunsill u lill-Aġenzija.

5.  Qabel ma l-bord maniġerjali japprova kwalunkwe arranġament ta' ħidma bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tinnotifika dawn l-arranġamenti lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew qabel ma jiġi konkluż arranġament ta' ħidma billi tipprovdilu informazzjoni dettaljata rigward il-partijiet tal-arranġament ta' ħidma u l-kontenut previst tiegħu.

6.  L-Aġenzija għandha tinnotifika l-pjanijiet operazzjonali msemmija fl-Artikolu 75(3) lill-Kummissjoni. Id-deċiżjoni li jiġu stazzjonati uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 78 għandha tkun soġġetta għall-wasla tal-opinjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat bis-sħiħ dwar dawk l-attivitajiet mingħajr dewmien.

Artikolu 78

Uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija f'pajjiżi terzi

1.  L-Aġenzija tista' tistazzjona esperti mill-persunal statutorju tagħha kif ukoll esperti oħrajn bħala uffiċjali ta' kollegament, li għandhom igawdu mill-ogħla protezzjoni possibbli meta jwettqu dmirijiethom f'pajjiżi terzi. Għandhom jiffurmaw parti min-netwerks ta' kooperazzjoni lokali jew reġjonali tal-uffiċjali ta' kollegament dwar l-immigrazzjoni u tal-esperti tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż in-netwerk imwaqqaf abbażi tar-[Regolament (KE) Nru 377/2004]. Bid-deċiżjoni tal-bord maniġerjali, l-Aġenzija tista' tistabbilixxi l-profili speċifiċi tal-uffiċjali ta' kollegament ▌, skont il-ħtiġijiet operazzjonali fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.

2.  Fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, għandha tingħata prijorità għall-istazzjonament ta' uffiċjali ta' kollegament lil dawk il-pajjiżi terzi li, abbażi ta' analiżi tar-riskju, jikkostitwixxu pajjiż ta' oriġini jew ta' tranżitu fir-rigward tal-immigrazzjoni illegali. L-Aġenzija tista' tirċievi uffiċjali ta' kollegament mibgħuta minn dawk il-pajjiżi terzi fuq bażi reċiproka. Fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, il-bord maniġerjali għandu jadotta lista ta' prijoritajiet fuq bażi annwali. L-istazzjonament tal-uffiċjali ta' kollegament għandu jiġi approvat mill-bord maniġerjali, skont l-opinjoni tal-Kummissjoni.

3.  Filwaqt li jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, il-kompiti tal-uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija għandhom jinkludu l-istabbiliment u ż-żamma ta' kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz fejn ikunu assenjati bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali u r-ritorn ta' persuni rimpatrijati u għall-ġlieda kontra tali fenomeni, fosthom billi jipprovdu assistenza teknika fl-identifikazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-kisba ta' dokumenti tal-ivvjaġġar. Dawk l-uffiċjali ta' kollegament għandhom jikkoordinaw mill-qrib mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, mal-Istati Membri f'konformità mar-[Regolament (KE) Nru 377/2004] u, fejn rilevanti, mal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK kif stabbilit fl-Artikolu 69. Kull meta jkun possibbli, għandu jkollhom l-uffiċċji tagħhom fl-istess bini tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

4.  F'pajjiżi terzi fejn l-Aġenzija ma tistazzjonax uffiċjali ta' kollegament tar-ritorn, l-Aġenzija tista' tappoġġa lil Stat Membru jistazzjona uffiċjal ta' kollegament tar-ritorn biex jagħti appoġġ lill-Istati Membri, kif ukoll lill-attivitajiet tal-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 49.

Artikolu 79

Osservaturi li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija

1.  Bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, l-Aġenzija tista' tistieden osservaturi mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali u mill-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK f'konformità mal-Artikolu 69 biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha, b'mod partikolari operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota, analiżi tar-riskju u taħriġ, dment li l-preżenza tagħhom tkun f'konformità mal-għanijiet ta' dawk l-attivitajiet, tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki u ma taffettwax is-sikurezza u s-sigurtà ġenerali ta' dawk l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta' dawk l-osservaturi fl-analiżi tar-riskju u t-taħriġ tista' sseħħ biss bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati. Fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota, il-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandha tkun soġġetta għal qbil mal-Istat Membru ospitanti. Il-pjan operazzjonali għandu jinkludi regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi. Dawk l-osservaturi għandhom jirċievu taħriġ xieraq mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

2.  Bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, l-Aġenzija tista' tistieden osservaturi minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni msemmija fl-Artikolu 37, fl-operazzjonijiet ta' ritorn imsemmija fl-Artikolu 51, fl-interventi ta' ritorn imsemmija fl-Artikolu 54 u fit-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 62, dment li l-preżenza tagħhom tkun f'konformità mal-għanijiet ta' dawk l-attivitajiet, tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki u ma taffettwax is-sikurezza ġenerali ta' dawk l-attivitajiet jew is-sikurezza taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Il-parteċipazzjoni ta' dawk l-osservaturi tista' sseħħ biss bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati ▌. Il-pjan operazzjonali għandu jinkludi regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi. Dawk l-osservaturi għandhom jirċievu taħriġ xieraq mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom. Għandhom ikunu obbligati jaderixxu mal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Aġenzija meta jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha.

3.  L-Aġenzija għandha tiżgura li l-preżenza ta' osservaturi ma tippreżenta l-ebda riskju relatat mar-rispett tad-drittijiet fundamentali.

KAPITOLU III

Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO)

Artikolu 80

L-Aġenzija għandha tieħu f'idejha u topera s-sistema ta' Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO) stabbilita f'konformità mal-Azzjoni Konġunta 98/700/ĠAI.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet ġenerali

Taqsima 1

Regoli ġenerali

Artikolu 81

Protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u strateġija għad-drittijiet fundamentali

1.  Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament f'konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Karta u d-dritt internazzjonali rilevanti – inklużi l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Protokoll tal-1967 tagħha, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement.

Għal dak il-għan, l-Aġenzija, bil-kontribut tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u soġġetta għall-approvazzjoni tiegħu, għandha tfassal, tiżviluppa ulterjorment u timplimenta strateġija għad-drittijiet fundamentali u pjan ta' azzjoni, inkluż mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

Il-Forum Konsultattiv għandu jiġi kkonsultat dwar l-istrateġija għad-drittijiet fundamentali f'konformità mal-Artikolu 106(3).

2.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiżgura li l-ebda persuna ma tkun żbarkata, sfurzata tidħol jew imwassla f'pajjiż, jew b'xi mod mgħoddija jew ritornata f'idejn l-awtoritajiet ta' pajjiż, fejn, inter alia, ikun hemm riskju serju li tkun soġġetta għall-piena tal-mewt, it-tortura, il-persekuzzjoni jew trattament jew pieni inumani jew degradanti oħra, jew fejn il-ħajja jew il-libertà tagħha jkunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, iċ-ċittadinanza, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali partikolari jew l-opinjoni politika tagħha, f'kontravvenzjoni tal-prinċipju ta' non-refoulement, jew li minnu jkun hemm riskju ta' espulsjoni, tneħħija, estradizzjoni jew ritorn lejn pajjiż ieħor f'kontravvenzjoni ta' dak il-prinċipju.

3.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tqis u tindirizza fil-qafas tal-mandat tagħha l-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati, il-persuni b'diżabbiltà, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, persuni li jeħtieġu assistenza medika, persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, persuni f'diffikultà fuq il-baħar u persuni oħrajn f'sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli. Fl-attivitajiet kollha tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tagħti attenzjoni partikolari lid-drittijiet tat-tfal u tiżgura li l-aħjar interessi tat-tfal jiġu rispettati.

4.  Fit-twettiq tal-kompiti kollha tagħha, fir-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri u fil-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tqis ir-rapporti tal-forum konsultattiv kif imsemmi fl-Artikolu 70 u l-uffiċjal tad-drittijiet fundamentali.

Artikolu 82

Kodiċijiet ta' kondotta

1.  F'kooperazzjoni mal-forum konsultattiv, l-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment kodiċi ta' kondotta li għandu japplika għall-operazzjonijiet kollha ta' kontroll fuq il-fruntiera kkoordinati mill-Aġenzija u l-persuni kollha li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija. Il-kodiċi ta' kondotta għandu jistabbilixxi l-proċeduri maħsuba biex jiggarantixxu l-prinċipji tal-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali b'enfasi partikolari fuq il-persuni vulnerabbli, inklużi t-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati u persuni oħra li jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli, kif ukoll fuq il-persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali.

2.  F'kooperazzjoni mal-forum konsultattiv, l-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment kodiċi ta' kondotta għall-operazzjonijiet ta' ritorn, li għandu japplika matul l-operazzjonijiet kollha ta' ritorn u l-interventi kollha ta' ritorn ikkoordinati jew organizzati mill-Aġenzija. Dak il-kodiċi ta' kondotta għandu jiddeskrivi proċeduri standardizzati komuni għas-simplifikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn u l-interventi ta' ritorn u jiżgura ritorn b'mod uman u b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-prinċipji tad-dinjità umana, il-projbizzjoni tat-tortura u ta' trattament jew pieni inumani jew degradanti, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u n-nondiskriminazzjoni.

3.  Il-kodiċi ta' kondotta għar-ritorn għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-obbligu li l-Istati Membri jipprevedu sistema effettiva ta' monitoraġġ tar-ritorn furzat kif stabbilit fl-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE u lill-istrateġija għad-drittijiet fundamentali.

Artikolu 83

Kompiti u setgħat tal-membri tat-timijiet

1.  Il-membri tat-timijiet stazzjonati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollhom il-kapaċità li jwettqu l-kompiti ▌u jeżerċitaw is-setgħat ▌għall-kontroll fuq il-fruntiera u r-ritorn kif ukoll dawk li huma meħtieġa għat-twettiq tal-objettivi tar-Regolamenti (UE) Nru 656/2014 u (UE) 2016/399 kif ukoll id-Direttiva 2008/115/KE.

1a.  It-twettiq tal-kompiti u l-eżerċizzju tas-setgħat, b'mod partikolari dawk li jirrikjedu setgħat eżekuttivi, għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru ospitanti fit-territorju tiegħu kif ukoll għad-dritt applikabbli tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 656/2014, kif deskritt fil-pjan operazzjonali msemmi fl-Artikolu 39.

2.  Huma u jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, il-membri tat-timijiet għandhom jiżguraw bis-sħiħ ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali kif ukoll mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 94(1) fir-rigward tal-persunal statutorju tal-Aġenzija, il-membri tat-timijiet jistgħu jwettqu l-kompiti u jeżerċitaw is-setgħat biss fuq struzzjonijiet minn gwardji tal-fruntiera jew persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza tagħhom. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet jaġixxu f'ismu.

3a.  L-Istat Membru ospitanti jista' jirrapporta lill-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal ta' koordinazzjoni, inċidenti relatati man-nuqqas ta' konformità mal-pjan operazzjonali, inkluż fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, minn membru ta' tim, għal segwitu possibbli inklużi miżuri dixxiplinarji.

4.  Il-membri tat-timijiet stazzjonati mill-persunal statutorju ▌tal-Aġenzija ▌għandhom jilbsu l-uniformi tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta meta jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. Il-membri tat-timijiet issekondati fit-tul mill-Istati Membri jew stazzjonati fuq żmien qasir ▌għandhom jilbsu l-uniformi tagħhom stess meta jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom.

B'deroga minn din ir-regola, id-deċiżjoni tal-bord maniġerjali msemmija fl-Artikolu 55(4)(-a) għandha tindika l-profili li għalihom l-obbligu li jilbsu uniformi jista' ma japplikax minħabba n-natura speċifika tal-attività operazzjonali.

Il-membri kollha tat-timijiet għandhom jilbsu wkoll identifikazzjoni personali viżibbli u faxxa blu bl-insinja tal-Unjoni u tal-Aġenzija fuq l-uniformi tagħhom, li jidentifikawhom bħala parteċipanti f'operazzjoni konġunta, stazzjonament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, proġett pilota, intervent rapidu fil-fruntieri, operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn. Għall-finijiet ta' identifikazzjoni fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, il-membri tat-timijiet għandhom iġorru magħhom f'kull ħin dokument ta' akkreditazzjoni, li għandhom jippreżentaw meta jintalbu jagħmlu dan.

Id-disinn u l-ispeċifikazzjonijiet għall-uniformijiet tal-persunal statutorju għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-bord maniġerjali, abbażi ta' proposta mid-direttur eżekuttiv wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni ▌.

5.  ▌Għall-persunal issekondat tal-Aġenzija, jew stazzjonat minn Stat Membru ▌fuq żmien qasir, il-kapaċità tal-ġarr u l-użu ta' armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir għandha tkun soġġetta għad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ta' oriġini.

Il-kapaċità tal-ġarr u l-użu ta' armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir mill-membri tal-persunal statutorju ▌tal-Aġenzija stazzjonati bħala membri ta' tim għandha tkun soġġetta għall-qafas u għar-regoli ddettaljati stabbiliti f'dan l-Artikolu u fl-Anness V.

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu, id-direttur eżekuttiv jista' jawtorizza lill-membri tal-persunal statutorju jġorru u jużaw l-armi f'konformità mar-regoli adottati mill-bord maniġerjali, bi qbil mal-Artikolu 56(3a)(b).

6.  It-twettiq tal-kompiti, mill-membri tat-timijiet, inklużi membri tal-persunal statutorju, matul l-istazzjonament li jkun jirrikjedi l-użu tal-forza, inklużi l-ġarr u l-użu ta' armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir, għandu jkun awtorizzat għall-profili rilevanti mill-Istat Membru ospitanti u għandu jkun soġġett għall-kunsens jew tal-Istat Membru ta' oriġini jew, għall-persunal statutorju, tal-Aġenzija. L-użu tal-forza, inklużi l-ġarr u l-użu ta' armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir, għandu jiġi eżerċitat f'konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti u fil-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti. Bil-kunsens tal-Istat Membru ta' oriġini jew tal-Aġenzija, meta jkun xieraq, l-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet jużaw il-forza fit-territorju tiegħu fin-nuqqas tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti.

L-Istat Membru ospitanti jista' jipprojbixxi l-ġarr ta' ċerti armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir, dment li l-leġiżlazzjoni tiegħu stess tapplika l-istess projbizzjoni għall-gwardji tal-fruntiera tiegħu stess jew għall-persunal tiegħu stess involut f'kompiti relatati mar-ritorn. Qabel l-istazzjonament tal-membri tat-timijiet, l-Istat Membru ospitanti għandu jinforma lill-Aġenzija dwar l-armi tas-servizz, il-munizzjon u t-tagħmir permissibbli u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom. L-Aġenzija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri.

7.  Armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir jistgħu jintużaw fl-awtodifiża leġittima u fid-difiża leġittima tal-membri tat-timijiet jew ta' persuni oħra f'konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, bi qbil mal-prinċipji rilevanti tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

8.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza lill-membri tat-timijiet jikkonsultaw il-bażijiet tad-data Ewropej li l-konsultazzjoni tagħhom hija meħtieġa għall-ilħuq ta' għanijiet operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar il-kontrolli fuq il-fruntiera, is-sorveljanza tal-fruntieri u r-ritorn permezz tal-interfaċċi nazzjonali tagħhom jew xi forma oħra ta' aċċess kif ikun previst fl-istrumenti leġiżlattivi li jistabbilixxu tali bażijiet ta' data, skont kif ikun applikabbli. L-Istat Membru ospitanti jista' wkoll jawtorizzahom jikkonsultaw il-bażijiet tad-data nazzjonali tiegħu fejn meħtieġ għall-istess għan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jipprovdu tali aċċess għall-bażijiet tad-data b'mod effiċjenti u effettiv. Il-membri tat-timijiet għandhom jikkonsultaw biss dik id-data li tkun strettament meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u għall-eżerċitar tas-setgħat tagħhom. Qabel l-istazzjonament tal-membri tat-timijiet, l-Istat Membru ospitanti għandu jinforma lill-Aġenzija dwar liema bażijiet tad-data nazzjonali u Ewropej jistgħu jiġu kkonsultati. L-Aġenzija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-istazzjonament.

Dik il-konsultazzjoni għandha titwettaq f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Istat Membru ospitanti.

9.  Deċiżjonijiet li jinċaħad id-dħul f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/399 u deċiżjonijiet li jinċaħdu l-viżi fil-fruntiera f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 dwar il-Kodiċi dwar il-Viżi għandhom jittieħdu biss mill-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti jew mill-membri tat-timijiet jekk dawn ikunu awtorizzati mill-Istat Membru ospitanti biex jaġixxu f'ismu.

Artikolu 84

Dokument ta' akkreditazzjoni

1.  F'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti, l-Aġenzija għandha toħroġ dokument bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti u lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni lill-membri tat-timijiet bl-għan li dawn jiġu identifikati u bħala prova tad-drittijiet tad-detentur li jwettaq kompiti u jeżerċita setgħat kif imsemmi fl-Artikolu 83. Id-dokument għandu jinkludi l-karatteristiċi li ġejjin ta' kull membru tat-timijiet:

(a)  l-isem u ċ-ċittadinanza;

(b)  il-grad jew it-titlu tal-impjieg;

(c)  ritratt reċenti diġitalizzat; u

(d)  il-kompiti li t-twettiq tagħhom ikun awtorizzat matul l-istazzjonament.

2.  Id-dokument għandu jingħata lura lill-Aġenzija fit-tmiem ta' operazzjoni konġunta, stazzjonament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, proġett pilota, intervent rapidu fuq il-fruntieri, operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn.

Artikolu 85

Responsabbiltà ċivili tal-membri tat-timijiet

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 94, fejn il-membri tat-timijiet jkunu qed joperaw fi Stat Membru ospitanti, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli f'konformità mad-dritt nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe ħsara kkawżata minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom.

2.  Fejn tali ħsara tiġi kkawżata minn traskuraġni gravi jew imġiba ħażina volontarja tal-membri tat-timijiet issekondati jew stazzjonati mill-Istati Membri, l-Istat Membru ospitanti jista' jkellem lill-Istat Membru ta' oriġini sabiex kwalunkwe somma li jkun ħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati f'isimhom tiġi rimborżata mill-Istat Membru ta' oriġini.

Bl-istess mod, jekk il-ħsara tiġi kkawżata minn traskuraġni gravi jew imġiba ħażina volontarja tal-persunal statutorju tal-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti jista' jkellem lill-Aġenzija sabiex kwalunkwe somma li jkun ħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati f'isimhom tiġi rimborżata mill-Aġenzija. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-konfront tal-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 96a.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fir-rigward ta' partijiet terzi, kull Stat Membru għandu jċedi l-pretensjonijiet kollha tiegħu kontra l-Istat Membru ospitanti jew kwalunkwe Stat Membru ieħor għal kwalunkwe ħsara li jkun ġarrab, għajr f'każijiet ta' traskuraġni gravi jew imġiba ħażina volontarja.

4.  Kwalunkwe tilwima bejn l-Istati Membri, jew bejn Stat Membru u l-Aġenzija, relatata mal-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li ma tistax tiġi solvuta permezz ta' negozjati bejniethom, għandha tiġi ppreżentata minnhom lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 273 tat-TFUE.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fir-rigward ta' partijiet terzi, l-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż relatati mal-ħsara kkawżata lit-tagħmir tal-Aġenzija matul l-istazzjonament, għajr f'każijiet ta' traskuraġni gravi jew imġiba ħażina volontarja.

Artikolu 86

Responsabbiltà kriminali tal-membri tat-timijiet

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 94, waqt operazzjoni konġunta, proġett pilota, stazzjonament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, intervent rapidu fil-fruntieri, operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn, il-membri tat-timijiet, inkluż il-persunal statutorju tal-Aġenzija, għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' kwalunkwe reat kriminali li jista' jitwettaq kontrihom jew minnhom.

Taqsima 2

Proċessar ta' data personali mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

Artikolu 87

Regoli ġenerali dwar l-ipproċessar ta' data personali mill-Aġenzija

1.  L-Aġenzija għandha tapplika r-Regolament (UE) 2018/1725 meta tiġi pproċessata data personali.

2.  Il-bord maniġerjali għandu jadotta regoli interni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 mill-Aġenzija, inkluż dwar l-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data tal-Aġenzija.

L-Aġenzija tista', f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, tadotta regoli interni dwar ir-restrizzjoni tal-applikazzjoni tad-drittijiet skont l-Artikoli 14 sa 22, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725. B'mod partikolari, għat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija fil-qasam tal-attivitajiet ta' ritorn, l-Aġenzija għandha tipprevedi regoli interni dwar ir-restrizzjoni tal-applikazzjoni ta' dawk id-drittijiet każ b'każ dment li l-eżerċizzju ta' tali dritt ikun jipperikola l-proċedura ta' ritorn. Tali restrizzjonijiet għandhom jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati għall-objettivi segwiti u għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi, fejn rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

3.  L-Aġenzija tista' tittrasferixxi d-data personali msemmija fl-Artikoli 50, 89 u 90 lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/1725 dment li tali trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tiżgura li d-data personali trasferita lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali tiġi pproċessata biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trasferita. L-Aġenzija għandha tindika, fil-mument tat-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess għaliha jew l-użu tagħha, f'termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż rigward trasferiment, tħassir jew qerda. Fejn il-ħtieġa ta' tali restrizzjonijiet issir ċara wara t-trasferiment ta' data personali, l-Aġenzija għandha tinforma lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali kif xieraq. Dawn għandhom jikkonformaw ma' tali restrizzjonijiet.

4.  It-trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji ta' tali protezzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tan-non-refoulement, u l-projbizzjoni fuq l-iżvelar jew il-kisba ta' informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5.   L-Istati Membri u l-Aġenzija, kif ikun xieraq, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni trasferita jew żvelata lil pajjiżi terzi skont dan ir-Regolament ma tiġix trażmessa suċċessivament lil pajjiżi terzi oħra jew lil kwalunkwe parti terza. Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-rigward għandhom jiġu inklużi fi kwalunkwe ftehim jew arranġament konkluż ma' pajjiż terz li jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni.

Artikolu 88

Finijiet tal-ipproċessar ta' data personali

1.  L-Aġenzija tista' tipproċessa data personali biss għall-finijiet li ġejjin:

(a)  it-twettiq tal-kompiti tagħha ta' organizzazzjoni u koordinazzjoni ta' operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntieri u fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 38 sa 41;

(b)  it-twettiq tal-kompiti tagħha ta' appoġġ lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi f'attivitajiet ta' qabel ir-ritorn u ta' ritorn, ta' tħaddim ta' sistemi ta' ġestjoni tar-ritorn, kif ukoll ta' koordinazzjoni jew organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn u ta' forniment ta' assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 49;

(c)  l-iffaċilitar tal-iskambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri, mal-Kummissjoni, mas-SEAE u mal-aġenziji tal-Unjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali li ġejjin: l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, l-EMSA, l-EFCA, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-Maniġer tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ATM, f'konformità mal-Artikolu 89;

(d)  l-iffaċilitar tal-iskambju ta' informazzjoni mal-awtorità tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, mal-Europol jew mal-Eurojust f'konformità mal-Artikolu 89;

(e)   l-analiżi tar-riskju mill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 30;

(f)   it-twettiq tal-kompiti tagħha fil-qafas tal-EUROSUR f'konformità mal-Artikolu 90;

(g)  it-tħaddim tal-FADO f'konformità mal-Artikolu 80;

(h)   kompiti amministrattivi.

2.  Stat Membru jew aġenzija oħra tal-Unjoni li tipprovdi data personali lill-Aġenzija għandha tiddetermina l-fini jew il-finijiet li għalihom dik id-data għandha tiġi proċessata kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-Aġenzija tista' tiddeċiedi tipproċessa tali data personali għal fini differenti li wkoll taqa' taħt il-paragrafu 1 fuq bażi ta' każ b'każ u biss wara li tkun iddeterminat li l-ipproċessar għal fini oħra huwa kompatibbli mal-fini inizjali li għaliha d-data nġabret u ġiet awtorizzata mill-fornitur tad-data personali. L-Aġenzija għandha żżomm rekords bil-miktub ta' valutazzjoni tal-kompatibbiltà fuq bażi ta' każ b'każ.

3.  L-Aġenzija, l-Istati Membri u aġenziji oħrajn tal-Unjoni jistgħu jindikaw, fil-mument li jittrażmettu d-data personali, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess għal tali data jew għall-użu tagħha, f'termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż għat-trasferiment, it-tħassir jew il-qerda tagħha. Fejn il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir ċara wara t-trasferiment tad-data personali, dawn għandhom jinformaw lid-destinatarji dwar dan. Id-destinatarji għandhom ikunu konformi ma' dawn ir-restrizzjonijiet.

Artikolu 89

Proċessar ta' data personali miġbura matul operazzjonijiet konġunti, operazzjonijiet ta' ritorn, proġetti pilota u interventi rapidi fil-fruntiera u mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

1.  Qabel kull operazzjoni konġunta, operazzjoni ta' ritorn, proġett pilota, intervent rapidu fil-fruntiera jew stazzjonament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti għandhom jiddeterminaw b'mod trasparenti r-responsabbiltajiet għall-konformità mal-obbligi tal-protezzjoni tad-data. Meta l-fini u l-mezzi tal-ipproċessar jiġu ddeterminati b'mod konġunt mill-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti, dawn għandhom, permezz ta' arranġament bejniethom, ikunu kontrolluri konġunti.

Għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 88(1)(a),(b), (c), (e) and (f), l-Aġenzija għandha tipproċessa biss il-kategoriji li ġejjin ta' data personali miġbura ▌mill-Istati Membri, jew mill-membri tat-timijiet, jew mill-persunal tagħha jew mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u trażmessa lilha fil-kuntest ta' operazzjonijiet konġunti, operazzjonijiet ta' ritorn, proġetti pilota u interventi rapidi fil-fruntieri, u permezz tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni:

(a)   id-data personali dwar persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni mingħajr awtorizzazzjoni ▌;

(b)  id-data personali meħtieġa biex jiġu kkonfermati l-identità u n-nazzjonalità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-qafas tal-attivitajiet ta' ritorn, inklużi l-listi tal-passiġġieri;

(c)  in-numri tal-pjanċa tal-liċenzja, in-numri tal-identifikazzjoni tal-vetturi, in-numri tat-telefon jew in-numri ta' identifikazzjoni tal-vapuri u tal-inġenji tal-ajru, marbuta mal-persuni msemmija f'(a), ▌u li huma meħtieġa biex jiġu ▌analizzati rotot u metodi użati għall-immigrazzjoni illegali ▌.

2.  Id-data personali msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi pproċessata mill-Aġenzija fil-każijiet li ġejjin:

a)   fejn it-trażmissjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri, tal-migrazzjoni, tal-asil u tar-ritorni jew lill-aġenziji rilevanti tal-UE tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(b)   fejn it-trażmissjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti, lill-aġenziji rilevanti tal-UE, lill-pajjiżi terzi tar-ritorn jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali tkun neċessarja għall-finijiet ta' identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, tal-ksib ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, u biex tiffaċilita jew tappoġġa r-ritorn;

(c)   fejn meħtieġ għall-preparazzjoni tal-analiżijiet ta' riskju.

Artikolu 90

Proċessar ta' data personali fil-qafas tal-EUROSUR

1.  Meta l-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali teħtieġ l-ipproċessar ta' data personali, dik id-data għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u, fejn applikabbli, id-Direttiva 2016/680. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li trid titqies bħala l-kontrollur skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2016/680 u li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar ta' data personali minn dak l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnotifika d-dettalji ta' dik l-awtorità lill-Kummissjoni.

2.  In-numri ta' identifikazzjoni tal-vapuri u tal-inġenji tal-ajru huma l-unika data personali li jista' jkun hemm aċċess għaliha fl-istampi tas-sitwazzjoni Ewropea u fl-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi, kif ukoll fis-Servizzi ta' Fużjoni tal-Eurosur.

2a.  L-ipproċessar tal-informazzjoni fil-qafas tal-Eurosur jista' jeħtieġ, b'mod eċċezzjonali, l-ipproċessar ta' data personali li ma tkunx tikkonsisti fin-numri ta' identifikazzjoni tal-vapuri u tal-inġenji tal-ajru. Kwalunkwe proċessar ta' tali data personali fil-qafas tal-Eurosur għandu jkun strettament limitat għal dak li huwa meħtieġ għall-finijiet tal-Eurosur b'mod konformi mal-Artikolu 18.

3.  Kwalunkwe skambju ta' data personali ma' pajjiżi terzi fil-qafas tal-Eurosur għandu jkun strettament limitat għal dak li huwa assolutament meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jsir skont il-Kapitolu V tar-Regolament 2018/1725 mill-Aġenzija, u skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 u l-Kapitolu V tad-Direttiva (UE) 2016/680 kif applikabbli, inklużi d-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data, mill-Istati Membri.

4.  Kwalunkwe skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 73(2), l-Artikolu 74(3) u l-Artikolu 75(3), li jipprovdi pajjiż terz b'data li tista' tintuża biex tidentifika persuni jew gruppi ta' persuni li t-talba tagħhom għal aċċess għall-protezzjoni internazzjonali qed tiġi ezaminata jew li qegħdin f'riskju serju li jkunu soġġetti għal tortura, trattament inuman u degradanti jew kastig jew kull ksur ieħor ta' drittijiet fundamentali, għandu jkun ipprojbit.

4a.  L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom iżommu rekords tal-attivitajiet ta' proċessar skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2016/680/UE, kif applikabbli.

Artikolu 90a

Proċessar ta' data personali operazzjonali

1.  Meta l-Aġenzija, fit-twettiq tal-kompitu tagħha skont l-Artikolu 10(19), tipproċessa data personali li tkun ġabret waqt il-monitoraġġ tal-flussi migratorji, it-twettiq ta' analiżi ta' riskji jew matul l-operazzjonijiet tagħha għall-finijiet li jiġu identifikati persuni suspettati b'delitt transfruntier, l-Aġenzija għandha tipproċessa tali data personali skont il-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2018/1725. Data personali pproċessata għal din il-fini għandha tkun relatata ma' persuni fiżiċi, inklużi n-numri tal-pjanċi tal-liċenzja, in-numri ta' identifikazzjoni tal-vetturi, in-numri tat-telefon, in-numri ta' identifikazzjoni tal-vapuri u tal-inġenji tal-ajru li huma marbuta ma' dawn il-persuni suspettati, għal raġunijiet raġonevoli, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-Europol jew l-Eurojust, jew mill-Aġenzija, li huma involuti f'kriminalità transfruntiera, kif ukoll data personali fir-rigward ta' vittmi jew xhieda li jissupplimentaw id-data personali operazzjonali dwar persuni suspettati pproċessata mill-Aġenzija b'mod konformi ma' dan l-Artikolu.

2.  L-Aġenzija għandha tiskambja tali data personali:

a)  mal-Europol jew l-Eurojust, fejn it-trażmissjoni ta' tali data personali tkun strettament meħtieġa għat-twettiq tal-mandati rispettivi tagħhom u b'mod konformi mal-Artikolu 69;

b)  mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kompetenti tal-Istati Membri fejn huwa strettament neċessarju għal dawk l-awtoritajiet għall-finijiet ta' prevenzjoni, skoperta, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta' delitti transfruntiera serji.

Artikolu 90b

Żamma ta' data

1.  L-Aġenzija għandha tħassar data personali hekk kif din tkun ġiet trażmessa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, Aġenziji oħra tal-Unjoni u b'mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, jew trasferita lejn pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali jew użata għat-tħejjija ta' analiżi ta' riskju. Fi kwalunkwe każ, il-perjodu ta' ħażna ma għandux jaqbeż id-90 jum wara d-data tal-ġbir ta' dik id-data. Fir-riżultati tal-analiżijiet ta' riskju, id-data għandha tiġi anonimizzata.

2.  Id-data personali pproċessata għall-finijiet tat-twettiq ta' kompiti relatati mar-ritorn, għandha titħassar malli l-fini li għaliha tkun inġabret tkun intlaħqet u mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tmiem tal-kompiti relatati mar-ritorn.

3.  Id-data personali operazzjonali pproċessata għall-finijiet tal-Artikolu 90a għandha titħassar malli l-fini li għaliha tkun inġabret tkun intlaħqet mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tirrevedi kontinwament il-ħtieġa għan-neċessità ta' ħażna ta' tali data, b'mod partikolari d-data personali tal-vittmi u x-xhieda. Fi kwalunkwe każ, l-Aġenzija għandha teżamina mill-ġdid in-neċessità ta' ħażna ta' tali data mhux aktar tard minn 3 xhur wara l-bidu tal-ipproċessar inizjali ta' tali data, u kull 6 xhur minn hemm 'il quddiem. L-Aġenzija għandha tiddeċiedi dwar il-ħażna kontinwa tad-data personali, b'mod partikolari d-data personali tal-vittmi u x-xhieda, sar-rieżami sussegwenti, biss jekk tali ħażna tkun għadha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija fis-sens tal-Artikolu 90a.

4.  Id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq ma għandhomx japplikaw għad-data personali miġbura fil-kuntest tal-FADO.

Artikolu 91

Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

1.  L-Aġenzija għandha tadotta r-regoli ta' sigurtà tagħha abbażi tal-prinċipji u r-regoli stipulati fir-regoli ta' sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta' Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, inklużi, fost oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju ma' Stati terzi, l-ipproċessar u l-ħażna ta' tali informazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 u 2015/444. Kwalunkwe arranġament amministrattiv dwar l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata mal-awtoritajiet rilevanti ta' Stat terz jew, fin-nuqqas ta' tali arranġament, kwalunkwe rilaxx eċċezzjonali u ad hoc ta' IKUE lil dawk l-awtoritajiet għandu jkun ingħata l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

2.  Ir-regoli ta' sigurtà għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 u 2015/444.

3.  Il-klassifikazzjoni ma għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew. It-trażmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u d-dokumenti mibgħuta lill-Parlament Ewropew skont dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-regoli li jikkonċernaw it-trażmissjoni u t-trattament ta' informazzjoni klassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.

Taqsima 3

Qafas ġenerali u organizzazzjoni tal-Aġenzija

Artikolu 92

Status ġuridiku u sede

1.  L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Din għandu jkollha personalità ġuridika.

2.  F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandu jkollha l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom. B'mod partikolari, din tista' tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tista' tkun parti għal proċedimenti legali.

3.  L-Aġenzija għandha tkun indipendenti fl-implimentazzjoni tal-mandat tekniku u operazzjonali tagħha.

4.  L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-direttur eżekuttiv tagħha.

5.  Is-sede tal-Aġenzija għandha tkun f'Varsavja, il-Polonja.

Artikolu 93

Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali

1.  L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-Aġenzija fl-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli għad-direttur eżekuttiv, il-viċi diretturi eżekuttivi, il-membri tal-bord maniġerjali, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom, f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha.

2.  Il-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali għandu jiġi konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali.

3.  L-Istat Membru fejn l-Aġenzija għandha s-sede tagħha għandu jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-Aġenzija, inklużi edukazzjoni multilingwi orjentata lejn l-Ewropa u konnessjonijiet ta' trasport xierqa.

Artikolu 94

Persunal

1.  Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-"Regolamenti tal-Persunal") u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni (il-"Kondizzjonijiet tal-Impjieg"), stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68(31), u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal statutorju.

2.  Fil-prinċipju, il-post tal-impjieg għandu jiġi stabbilit fl-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha.

3.  Inizjalment, il-membri tal-persunal soġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għandhom, fil-prinċipju, jiġu impjegati għal perjodu fiss ta' ħames snin. Il-kuntratti tagħhom, fil-prinċipju, jistgħu jiġġeddu darba biss, għal perjodu fiss ta' massimu ta' ħames snin. Kwalunkwe tiġdid ieħor ikun għal perjodu indefinit.

4.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 32 u tal-Artikolu 45 ▌membru tal-persunal tal-Aġenzija soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal jew għat-Titolu II tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg biss jista' jinħatar bħala uffiċjal ta' koordinazzjoni jew uffiċjal ta' kollegament. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 56, membru tal-persunal tal-Aġenzija soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal jew għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg biss jista' jinħatar bħala membru tat-tim.

5.  Il-bord maniġerjali għandu jadotta regoli ta' implimentazzjoni sabiex jingħata effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg bi qbil mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

6.  Wara li jkun kiseb l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, il-bord maniġerjali għandu jadotta regoli relatati mal-persunal operazzjonali minn Stati Membri li jkun se jiġi ssekondat mal-Aġenzija skont l-Artikolu 57 u jaġġornahom skont ma jkun meħtieġ. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu b'mod partikolari l-arranġamenti finanzjarji relatati ma' dan l-issekondar, inklużi l-assigurazzjoni u t-taħriġ. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom iqisu l-fatt li l-persunal operazzjonali huwa ssekondat biex jiġi stazzjonat bħala membri tat-timijiet u jkollu l-kompiti u s-setgħat previsti fl-Artikolu 83. Dawn għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-istazzjonament. Meta jkun rilevanti, il-Bord Maniġerjali għandu jimmira li jiżgura l-konsistenza mar-regoli applikabbli għar-rimborż ta' spejjeż ta' missjonijiet tal-persunal statutorju.

Artikolu 95

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea japplika għall-Aġenzija u għall-persunal statutorju tagħha.

Artikolu 96

Responsabbiltà

-1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 85 u 86, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe attività li twettaq f'konformità ma' dan ir-Regolament.

1.  Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun irregolata mil-liġi li tapplika għall-kuntratt inkwistjoni.

2.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni li tagħti ġudizzju skont kwalunkwe klawżola tal-arbitraġġ li tinsab fil-kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3.  Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, f'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkaġunat mid-dipartimenti jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta' dmirijiethom, inklużi dawk relatati mal-użu tas-setgħat eżekuttivi.

4.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni f'tilwim relatat ma' kumpens għad-dannu msemmi fil-paragrafu 3.

5.  Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-Aġenzija lejha għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għalihom.

Artikolu 96a

Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.  Jistgħu jitressqu proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għall-annullament ta' atti tal-Aġenzija intiżi li jipproduċu effetti legali fil-konfront ta' partijiet terzi, fis-sens tal-Artikolu 263 tat-TFUE, għal nuqqas ta' azzjoni, fis-sens tal-Artikolu 265 tat-TFUE, għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali għal danni kkaġunati mill-Aġenzija u, skont klawżola ta' arbitraġġ, ir-responsabbiltà kuntrattwali għal danni kkaġunati minn atti tal-Aġenzija, fis-sens tal-Artikolu 340 TFUE.

2.  L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 97

Struttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija

▌L-Aġenzija għandha tkun magħmula minn:

(a)  bord maniġerjali;

(b)  direttur eżekuttiv;

(c)  viċi diretturi eżekuttivi;

(d)  uffiċjal għad-drittijiet fundamentali;

(e)  forum konsultattiv bħala korp konsultattiv;

Artikolu 98

Funzjonijiet tal-bord maniġerjali

1.  Il-bord maniġerjali għandu jkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet strateġiċi tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament.

2.  Il-bord maniġerjali għandu:

(a)  jaħtar id-direttur eżekuttiv fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 105;

(b)  jaħtar il-viċi diretturi eżekuttivi fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 105;

(c)  jadotta deċiżjoni biex jiġi stabbilit uffiċċju antenna jew biex tittawwal id-durata tiegħu skont l-Artikolu 60(6);

(d)  jadotta deċiżjonijiet dwar it-twettiq tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà skont l-Artikolu 33 (1) u (9), bid-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-miżuri adottati skont l-Artikolu 33(9) jgħaddu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li għandhom dritt jivvutaw;

(e)  jadotta deċiżjonijiet dwar il-listi ta' informazzjoni u data obbligatorji li għandhom jiġu skambjati mal-Aġenzija mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn biex jippermettu lill-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha, mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti minn dan ir-Regolament, b'mod partikolari fl-Artikolu 50, l-Artikolu 87, l-Artikolu 88, l-Artikolu 89 u l-Artikolu 90;

(f)  jadotta deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment ta' mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju skont l-Artikolu 30(1); jadotta deċiżjonijiet dwar in-natura u t-termini tal-istazzjonament ta' uffiċjali ta' kollegament fl-Istati Membri skont l-Artikolu 32(2);

(g)  jadotta strateġija teknika u operazzjonali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri skont l-Artikolu 8(5);

(h)  jadotta strateġija teknika u operazzjonali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri skont l-Artikolu 8(5);

(i)  jadotta deċiżjoni dwar il-profili u l-għadd ta' persunal operazzjonali għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-migrazzjoni fil-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, skont l-Artikolu 55(4);

(j)  jadotta rapport annwali tal-attività tal-Aġenzija għas-sena ta' qabel u jibgħatu sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri;

(k)  qabel it-30 ta' Novembru ta' kull sena, u wara li jqis kif xieraq l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li għandhom dritt li jivvutaw, dokument ta' programmar uniku li jkun fih, fost oħrajn, il-programmar pluriennali tal-Aġenzija u l-programm ta' ħidma tagħha għas-sena ta' wara u jibgħatu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(l)  jistabbilixxi proċeduri għad-direttur eżekuttiv biex jieħu deċiżjonijiet relatati mal-kompiti tekniċi u operazzjonali tal-Aġenzija;

(m)  jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li għandhom dritt li jivvutaw, il-baġit annwali tal-Aġenzija u jeżerċita funzjonijiet oħra relatati mal-baġit tal-Aġenzija skont it-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu;

(n)  jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-direttur eżekuttiv u l-viċi diretturi eżekuttivi, f'konsultazzjoni mad-direttur eżekuttiv;

(o)  jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu;

(p)  jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija u jadotta l-politika tal-persunal tal-Aġenzija;

(q)  jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji ta' frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li jkunu se jiġu implimentati;

(r)  jadotta regoli interni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

(s)  jeżerċita, skont il-paragrafu 8, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat konferiti mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali dwar l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg dwar l-Awtorità Awtorizzata li Tikkonkludi Kuntratt ta' Impjieg (is-"setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra");

(t)  jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa sabiex jingħata effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

(u)  jiżgura s-segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti interni u esterni tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-OLAF;

(v)  jadotta u jaġġorna b'mod regolari l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2);

(w)  jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha;

(x)  jiddeċiedi dwar metodoloġija komuni ta' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, inklużi l-kriterji oġġettivi li bihom l-Aġenzija għandha twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, il-frekwenza ta' tali valutazzjonijiet, u kif valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà konsekuttivi għandhom jitwettqu;

(y)  jiddeċiedi dwar il-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsaħħa ta' Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 33(2);

(z)  jaħtar l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u viċi uffiċjal għad-drittijiet fundamentali skont l-Artikolu 107 ▌;

(za)  jistabbilixxi regoli speċjali sabiex jiggarantixxi lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali l-indipendenza fil-qadi ta' dmirijietu;

(zb)  jiddeċiedi dwar kwalunkwe kwistjoni oħra prevista f'dan ir-Regolament;

(aa)  japprova l-arranġamenti ta' ħidma ma' pajjiżi terzi;

(bb)  jadotta, wara l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, ir-regoli ta' sigurtà tal-Aġenzija dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata kif imsemmi fl-Artikolu 91;

(cc)  jaħtar uffiċjal tas-sigurtà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li għandu jkun responsabbli għas-sigurtà fl-Aġenzija, inkluż il-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva u klassifikata.

Ir-rapport annwali ta' attività msemmi fil-punt (j) għandu jsir pubbliku.

3.  Il-proposti għal deċiżjonijiet tal-bord maniġerjali kif imsemmi fil-paragrafu 2 dwar attivitajiet speċifiċi tal-Aġenzija li għandhom jitwettqu fil-fruntieri esterni ta' kwalunkwe Stat Membru partikolari, jew fil-viċinanza immedjata tagħhom jew arranġamenti ta' ħidma ma' pajjiżi terzi hekk kif imsemmija fl-Artikolu 74(4) għandhom jeħtieġu vot favur l-adozzjoni tagħhom mill-Membru tal-bord maniġerjali li jirrappreżenta lil dak l-Istat Membru partikolari jew l-Istat Membri ġar ma' dak il-pajjiż terz, rispettivament.

4.  Il-bord maniġerjali jista' jagħti parir lid-direttur eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-iżvilupp tal-ġestjoni operazzjonali tal-fruntieri esterni u t-taħriġ, inklużi l-attivitajiet relatati mar-riċerka.

5.  Jekk l-Irlanda u/jew ir-Renju Unit jitolbu li jipparteċipaw fl-attivitajiet speċifiċi, il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi dwar dan.

Il-bord maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu skont il-każ partikolari b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt li jivvutaw. Fid-deċiżjoni tiegħu, il-bord maniġerjali għandu jikkunsidra jekk il-parteċipazzjoni tal-Irlanda u/jew ir-Renju Unit tkunx tikkontribwixxi għall-kisba tal-attività inkwistjoni. Id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-kontribut finanzjarju tal-Irlanda u/jew ir-Renju Unit għall-attività li tkun saret talba għall-parteċipazzjoni fiha.

6.  Kull sena l-bord maniġerjali għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (l-"awtorità baġitarja") kwalunkwe informazzjoni rilevanti għar-riżultati tal-proċeduri ta' evalwazzjoni mwettqa mill-Aġenzija.

7.  Il-bord maniġerjali jista' jistabbilixxi bord eżekuttiv magħmul minn massimu ta erba' rappreżentanti tal-Bord Maniġerjali, inkluż il-President tiegħu, u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, biex jgħinu lilu u lid-direttur eżekuttiv fir-rigward tal-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet, programmi u attivitajiet li għandhom jiġu adottati mill-bord maniġerjali u biex jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji u urġenti f'isem il-bord maniġerjali meta jkun meħtieġ. Il-bord eżekuttiv ma għandux jieħu deċiżjonijiet li għandhom jgħaddu b'maġġoranza ta' żewġ terzi jew ta' tliet kwarti tal-bord maniġerjali. Il-bord maniġerjali jista' jiddelega ċerti kompiti definiti b'mod ċar lill-bord eżekuttiv, b'mod partikolari meta dan itejjeb l-effiċjenza tal-Aġenzija. Ma għandux jiddelega lill-bord eżekuttiv kompiti relatati ma' deċiżjonijiet li għandhom jgħaddu b'maġġoranza ta' żewġ terzi jew ta' tliet kwarti tal-bord maniġerjali.

8.  Il-bord manierjali għandu jadotta, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li tiddelega s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra rilevanti lid-direttur eżekuttiv u li tistipula l-kundizzjonijiet li taħthom din id-delega tas-setgħat tista' tiġi sospiża. Id-direttur eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat.

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu dan, il-bord maniġerjali jista', permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-direttur eżekuttiv u dawk is-setgħat sottodelegati minn dan tal-aħħar. Jista' mbagħad jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhux id-direttur eżekuttiv.

Artikolu 99

Kompożizzjoni tal-bord maniġerjali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-bord maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bi dritt li jivvutaw. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-bord maniġerjali kif ukoll sostitut li jkun jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. Il-Kummissjoni għandha taħtar żewġ membri u s-sostituti tagħhom. Id-durata tal-mandat għandha tkun ta' erba' snin. Il-mandat jista' jiġi estiż.

2.  Il-membri tal-bord maniġerjali għandhom jinħatru abbażi tal-grad ta' esperjenza u kompetenza ta' livell għoli rilevanti tagħhom fil-qasam tal-kooperazzjoni operazzjonali dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn u l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti tagħhom. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimmiraw biex jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fil-bord maniġerjali.

3.  Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen għandhom jipparteċipaw fl-Aġenzija. Huma għandu jkollhom rappreżentant wieħed u sostitut wieħed fuq il-bord maniġerjali. L-arranġamenti żviluppati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni tagħhom, li jispeċifikaw in-natura, il-firxa u r-regoli dettaljati tal-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal għandhom japplikaw.

Artikolu 100

Programmar pluriennali u programmi ta' ħidma annwali

1.  Il-bord maniġerjali għandu, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, jadotta dokument ta' programmar finali li jkun fih, fost oħrajn, il-programmar plurienannli tal-Aġenzija u l-programmar annwali għas-sena li jmiss, abbażi ta' abbozz imressaq mid-direttur eżekuttiv u approvat mill-bord maniġerjali. Id-dokument ta' programmar finali għandu jiġi adottat wara li tingħata opinjoni pożittiva mill-Kummissjoni, fir-rigward tal-programmar pluriennali, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Jekk l-Aġenzija tiddeċiedi li ma tqisx xi elementi tal-opinjoni tal-Kummissjoni, din għandha tipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata. L-obbligu li tingħata ġustifikazzjoni dettaljata għandu japplika wkoll għall-elementi mqajma mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill matul il-konsultazzjoni. Il-bord maniġerjali għandu jibgħat id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

2.  Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali. Għandu jiġi aġġustat kif xieraq, meta jkun meħtieġ.

3.  B'mod konformi maċ-ċiklu politiku strateġiku pluriennali, il-programmar pluriennali għandu jistipula programmar strateġiku ġenerali għall-perjodu medju u twil, inklużi objettivi, riżultati mistennija, indikaturi ta' prestazzjoni u ppjanar tar-riżorsi, li jinkludi l-baġit pluriennali, il-persunal u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Aġenzija stess inkluż l-ippjanar pluriennali indikattiv tal-profili għall-korpi permanenti. Il-programmar pluriennali għandu jistabbilixxi l-oqsma strateġiċi tal-intervent u jispjega dak li jeħtieġ isir biex jintlaħqu l-objettivi. Dan għandu jinkludi azzjonijiet strateġiċi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tad-drittijiet fundamentali msemmija fl-Artikolu 81(1) u strateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll l-azzjonijiet marbuta ma' dik l-istrateġija.

4.  Il-programmar pluriennali għandu jiġi implimentat permezz ta' programmi ta' ħidma annwali u għandu, fejn ikun xieraq, jiġi aġġornat wara r-riżultati ta' evalwazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 116. Il-konklużjoni ta' dawn l-evalwazzjonijiet għandha tkun riflessa wkoll, meta jkun xieraq, fil-programm ta' ħidma annwali għas-sena ta' wara.

5.  Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun fih deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati, li jinkludi l-objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, fosthom l-indikaturi ta' prestazzjoni. Għandu jkun fih ukoll indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull attività, skont il-prinċipji ta' bbaġitjar u ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun konsistenti mal-programmar pluriennali. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbla mas-sena finanzjarja ta' qabel.

6.  Il-programm ta' ħidma annwali għandu jiġi adottat skont il-programm leġiżlattiv tal-Unjoni fl-oqsma rilevanti tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorni.

7.  Meta, wara l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali, jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija, il-bord maniġerjali għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali.

8.  Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali, b'mod speċjali l-modifika li twassal għal riallokazzjoni tar-riżorsi baġitarji ta' aktar minn 2 % tal-baġit annwali, għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħal dik applikabbli għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali inizjali. Il-bord maniġerjali jista' jiddelega lid-direttur eżekuttiv is-setgħa biex jagħmel emendi mhux sostanzjali għall-programm ta' ħidma annwali.

Artikolu 101

President tal-bord maniġerjali

1.  Il-bord maniġerjali għandu jeleġġi president u viċi president minn fost il-membri tiegħu bi dritt li jivvutaw. Il-president u l-viċi president għandhom ikunu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-bordijiet maniġerjali bi dritt li jivvutaw. Il-viċi president għandu jissostitwixxi ex officio lill-president fil-każ li dan tal-aħħar ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu.

2.  Il-mandat tal-president u tal-viċi president għandu jiskadi meta ma jibqgħux parti mill-bord maniġerjali. Soġġett għal din id-dispożizzjoni, il-perjodu tal-mandat tal-president jew tal-viċi president għandu jkun ta' erba' snin. Dawn il-mandati jistgħu jiġu estiżi darba.

Artikolu 102

Laqgħat tal-bord maniġerjali

1.  Il-laqgħat tal-bord maniġerjali għandhom jissejħu mill-president tiegħu.

2.  Id-direttur eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, mingħajr dritt li jivvota.

3.  Il-bord maniġerjali għandu jorganizza tal-anqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq sejħa tal-president, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' mill-anqas terz tal-membri tiegħu. Meta jkun meħtieġ, il-bord maniġerjali jista' jorganizza laqgħat konġunti mal-bord maniġerjali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u tal-EUROPOL.

4.  L-Irlanda għandha tkun mistiedna tattendi l-laqgħat tal-bord maniġerjali.

5.  Ir-Renju Unit għandu jkun mistieden jattendi l-laqgħat tal-bord maniġerjali li jsiru qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

6.  Rappreżentanti tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u tal-EUROPOL għandhom ikunu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord Maniġerjali. Rappreżentant tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi mistieden biex jattendi għall-eżami ta' punti rilevanti għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-aġenda tal-laqgħat tal-Bord Maniġerjali. Il-President tal-bord ta' maniġerjali jista' jistieden ukoll espert tal-Parlament Ewropew biex jattendi l-laqgħat tal-bord maniġerjali. Il-bord maniġerjali jista' jistieden ukoll rappreżentant tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni.

7.  Il-bord maniġerjali jista' jistieden, f'konformità mar-regoli ta' proċedura tiegħu, kwalunkwe persuna oħra li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess biex tattendi għal-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

8.  Il-membri tal-bord maniġerjali jistgħu, soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-regoli ta' proċedura tiegħu, ikunu assistiti minn konsulenti jew esperti.

9.  Is-segretarjat tal-bord maniġerjali għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija.

Artikolu 103

Votazzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55(4), il-punti (d), (i), (k) u (m) tal-Artikolu 98(2), l-Artikolu 100(1) u (8) u l-Artikolu 105(2) u (4), il-bord maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt li jivvutaw.

2.  Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta' membru, il-membru sostitut tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt għal vot tiegħu. Id-direttur eżekuttiv ma għandux jivvota.

3.  Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistipulaw l-arranġamenti ta' votazzjoni f'aktar dettall. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu l-kundizzjonijiet għal membru li jaġixxi f'isem membru ieħor kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ta' kworum.

4.  Rappreżentanti ta' pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen għandu jkollhom drittijiet għal vot limitati li jikkorrispondu mal-arranġamenti rispettivi tagħhom. Sabiex tippermetti l-pajjiżi assoċjati jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal vot, l-Aġenzija għandha tħejji l-aġenda b'mod li tidentifika l-punti li għalihom ikun ingħata dritt għal vot limitat.

Artikolu 104

Funzjonijiet u setgħat tad-direttur eżekuttiv

1.  L-Aġenzija għandha tkun immaniġġjata mid-direttur eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-bord maniġerjali, id-direttur eżekuttiv ma għandu la jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor.

2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lid-direttur eżekuttiv sabiex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu jew tagħha. Dan jinkludi rapportar dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija, dwar l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-istrateġija għad-drittijiet fundamentali, ir-rapport annwali tal-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena ta' qabel, il-programm ta' ħidma għas-sena ta' wara u l-programmar pluriennali tal-Aġenzija jew kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-attivitajiet tal-Aġenzija. Id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel ukoll dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew ▌, jekk jiġi mitlub jagħmel dan, u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mressqa minn Membru tal-Parlament Ewropew bil-miktub fi żmien 15-il jum kalendarju. Id-direttur eżekuttiv għandu jirrapporta b'mod regolari lill-korpi u l-kumitati xierqa tal-Parlament Ewropew.

2a.   Ħlief meta jkunu diġà previsti skadenzi speċifiċi f'dan ir-Regolament, id-direttur eżekuttiv għandu jiżgura li r-rapporti jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr iżda mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' rappurtar sakemm dewmien ma jkunx debitament iġġustifikat bil-miktub

3.  Id-direttur eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet strateġiċi meħuda mill-bord maniġerjali u għat-teħid ta' deċiżjonijiet relatati mal-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament. Id-direttur eżekuttiv għandu jkollu l-funzjonijiet u s-setgħat li ġejjin:

(a)  li jipproponi, jipprepara u jimplimenta d-deċiżjonijiet strateġiċi u l-programmi u l-attivitajiet adottati mill-bord maniġerjali fil-limiti stipulati b'dan ir-Regolament, ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u kwalunkwe liġi applikabbli;

(b)  li jieħu l-passi kollha meħtieġa, inklużi l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżgura l-amministrazzjoni ta' kuljum u l-funzjonament tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament;

(c)  li kull sena jipprepara l-abbozz tad-dokument uniku tal-ipprogrammar u jippreżentah lill-bord maniġerjali għall-approvazzjoni qabel ma jintbagħat lill-Istituzzjonijiet sal-31 ta' Jannar;

(d)  li kull sena jipprepara rapport annwali tal-attività dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-bord maniġerjali;

(e)  li jħejji abbozz ta' dikjarazzjoni dwar l-estimi finanzjarji tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija bħala parti mid-dokument uniku tal-ipprogrammar skont l-Artikolu 111 u jimplimenta l-baġit skont l-Artikolu 112;

(f)  li jiddelega s-setgħat tiegħu jew tagħha lil membri oħra tal-persunal tal-Aġenzija soġġetti għal regoli li għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 98(2), punt 15;

(g)  li jadotta rakkomandazzjoni dwar miżuri korrettivi skont l-Artikolu 33(9), inklużi deċiżjonijiet li jipproponu li l-Istati Membri jibdew u jwettqu operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera jew azzjonijiet oħra msemmija fl-Artikolu 37(2);

(h)  li jevalwa, japprova u jikkoordina proposti magħmula mill-Istati Membri għal operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera skont l-Artikolu 38(3);

(i)  li jevalwa, japprova u jikkoordina talbiet magħmula mill-Istati Membri għal operazzjonijiet konġunti ta' ritorn jew interventi ta' ritorn fil-fruntiera skont l-Artikoli 51 u 54;

(j)  li jiżgura l-implimentazzjoni tal-pjanijiet operazzjonali msemmija fl-Artikolu 39, l-Artikolu 43 u l-Artikolu 54(4);

(k)  li jivvaluta t-talba għal assistenza ta' Stat Membru għal timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-valutazzjoni tal-bżonnijiet tiegħu, f'koordinazzjoni mal-Aġenziji rilevanti tal-Unjoni skont l-Artikolu 41(3);

(l)  li jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 43(1);

(m)  li jirtira l-finanzjament tal-attivitajiet skont l-Artikolu 47;

(ma)  li jivvaluta qabel kwalunkwe attività jekk hemmx ksur tad-drittijiet fundamentali jew tal-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali li huwa ta' natura serja jew li x'aktarx jippersisti b'mod konformi mal-Artikolu 47 (4a) u (4b);

(n)  li jevalwa r-riżultati tal-attivitajiet skont l-Artikolu 48;

(o)  li jidentifika n-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-Aġenzija, b'mod partikolari fir-rigward tat-twettiq ta' operazzjonijiet konġunti, stazzjonamenti tat-tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn, skont l-Artikolu 64(5);

(p)  li jipproponi biex jiġi stabbilit uffiċċju antenna jew biex tiġi estiża d-durata tiegħu skont l-Artikolu 60(6);

(q)  li jaħtar il-kapijiet tal-uffiċċji antenna skont l-Artikolu 60(4);

(r)  li jipprepara pjan ta' azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-OLAF u li jirrapporta dwar il-progress lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena u lill-bord maniġerjali b'mod regolari;

(s)  li jħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti mħallsa b'mod skorrett u fejn ikun xieraq jimponi pieni amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(t)  li jħejji strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u jippreżentaha lill-bord maniġerjali għall-approvazzjoni.

4.  Id-direttur eżekuttiv għandu jwieġeb għall-azzjonijiet tiegħu jew tagħha lill-bord maniġerjali.

5.  Id-direttur eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija.

Artikolu 105

Ħatra tad-direttur eżekuttiv u l-viċi diretturi eżekuttivi

1.  Il-Kummissjoni għandha tipproponi tal-anqas tliet kandidati għall-pożizzjoni ta' direttur eżekuttiv u għall-pożizzjonijiet ta' kull viċi direttur abbażi ta' lista wara l-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, kif ikun xieraq, f'ġurnali jew siti tal-internet oħra.

2.  Id-direttur eżekuttiv għandu jinħatar mill-bord maniġerjali abbażi ta' mertu u ħiliet dokumentati ta' amministrazzjoni u ġestjoni ta' livell għoli, inkluża esperjenza professjonali ta' livell għoli rilevanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn, fuq il-proposta mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1. Qabel il-ħatra, il-kandidati proposti mill-Kummissjoni għandhom jiġu mistiedna jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġbu l-mistoqsijiet mill-membri tiegħu jew tagħhom.

Wara t-tali dikjarazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jadotta opinjoni li tispjega l-fehmiet tiegħu u jista' jindika kandidat preferut.

Il-bord maniġerjali għandu jaħtar id-direttur eżekuttiv filwaqt li jikkunsidra dawk l-opinjonijiet. Il-bord maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt li jivvutaw.

Jekk il-bord maniġerjali jieħu deċiżjoni li jaħtar kandidat ieħor għajr il-kandidat indikat mill-Parlament Ewropew bħala l-kandidat preferut tiegħu, il-bord maniġerjali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miktub dwar il-mod kif l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ġiet meqjusa.

Is-setgħa li jitneħħa d-direttur eżekuttiv għandha tkun tal-bord maniġerjali, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

3.  Id-direttur eżekuttiv għandu jkun assistit minn tliet viċi diretturi eżekuttivi. Kull viċi direttur eżekuttiv għandu jiġi assenjat qasam ta' responsabbiltà speċifiku. Jekk id-direttur eżekuttiv ikun assenti jew indispost, wieħed mill-viċi diretturi eżekuttivi għandu jieħu postu jew postha.

4.  Il-viċi diretturi eżekuttivi għandhom jinħatru mill-bord maniġerjali abbażi tal-mertu u tal-kapaċitajiet ta' amministrazzjoni u ġestjoni xierqa, inkluża esperjenza professjonali rilevanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn, fuq il-proposti tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 ▌. Id-direttur eżekuttiv għandu jkun involut fil-proċess tal-għażla. Il-bord maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt li jivvutaw.

Il-bord maniġerjali għandu jkollu s-setgħa li jneħħi l-viċi diretturi eżekuttivi skont il-proċedura stipulata fl-ewwel subparagrafu.

5.  Il-mandat tad-direttur eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-direttur eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

6.  Il-bord maniġerjali, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista' jestendi l-mandat tad-direttur eżekuttiv darba, għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin.

7.  Il-mandat tal-viċi diretturi eżekuttivi għandu jkun ta' ħames snin. Dan jista' jiġi estiż darba mill-bord maniġerjali għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn ħames snin.

8.  Id-direttur eżekuttiv u l-viċi diretturi eżekuttivi għandhom jiġu ingaġġati bħala aġenti temporanji tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjiegi Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni.

Artikolu 106

Forum Konsultattiv

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi forum konsultattiv sabiex jassistiha permezz ta' parir indipendenti fi kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet fundamentali. Id-direttur eżekuttiv u l-bord maniġerjali f'koordinazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jistgħu jikkonsultaw il-forum konsultattiv dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mad-drittijiet fundamentali.

2.  L-Aġenzija għandha tistieden l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn sabiex jipparteċipaw fil-forum konsultattiv. Fuq proposta tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali wara li jkun kkonsulta d-direttur eżekuttiv, il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-forum konsultattiv u t-termini tat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-forum konsultattiv. Il-forum konsultattiv għandu, wara li jikkonsulta l-bord maniġerjali u d-direttur eżekuttiv, jiddefinixxi l-metodi ta' ħidma tiegħu u jistabbilixxi l-programm ta' ħidma tiegħu.

3.  Il-forum konsultattiv għandu jiġi kkonsultat dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri tal-istrateġija għad-drittijiet fundamentali, dwar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ilmenti, dwar il-kodiċi tal-kondotta u l-kurrikuli bażiċi komuni. L-Aġenzija għandha tinforma lill-forum konsultattiv dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

4.  Il-forum konsultattiv għandu jipprepara rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu. Dan ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-pubbliku.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, il-forum konsultattiv għandu jkollu aċċess effettiv għall-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali b'mod effikaċi u f'waqtu, inkluż billi jwettaq żjarat fil-post tal-operazzjonijiet konġunti jew tal-interventi rapidi fil-fruntiera soġġetti għall-qbil tal-Istat Membru ospitanti jew tal-pajjiż terz kif applikabbli, ▌għaż-żoni hotspot u għall-operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn, inkluż f'pajjiżi terzi. Meta l-Istat Membru ospitanti ma jaqbilx ma' żjara fuq il-post tal-forum konsultattiv għal operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntiera mwettqa fit-territorju tiegħu huwa għandu jipprovdi raġunijiet debitament ġustifikati f'ittra lill-Aġenzija.

Artikolu 107

Uffiċjal għad-drittijiet fundamentali

1.  L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jinħatar mill-bord maniġerjali abbażi ta' lista ta' tliet kandidati, wara konsultazzjoni mal-forum konsultattiv. ▌Għandu jkollu l-kwalifiki, l-għarfien espert u l-esperjenza professjonali meħtieġa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.

1a.   L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(i)  jikkontribwixxi għall-istrateġija tal-Aġenzija rigward id-drittijiet fundamentali u għall-pjan ta' azzjoni korrispondenti, inkluż billi joħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tiegħu;

(ii)  jissorvelja l-konformità tal-Aġenzija mad-drittijiet fundamentali, inkluż billi jwettaq investigazzjonijiet dwar kwalunkwe attività tagħha;

(iii)  jippromwovi r-rispett tad-drittijiet fundamentali min-naħa tal-Aġenzija;

(iv)  jagħti pariri lill-Aġenzija fejn iqis li jkun meħtieġ jew fejn jintalab jagħmel hekk, dwar kwalunkwe attività tal-Aġenzija, mingħajr ma jikkawża dewmien f'dawk l-attivitajiet;

(v)  jipprovdi opinjonijiet dwar il-pjanijiet operazzjonali mfassla skont l-Artikoli 39, 40, 41, 43, 51, 54 u 75 kif ukoll dwar proġetti pilota u proġetti ta' assistenza teknika f'pajjiżi terzi;

(vi)   jipprovdi opinjonijiet dwar l-arranġamenti tax-xogħol;

(vii)  jagħmel żjarat fil-post fi kwalunkwe operazzjoni konġunta, intervent rapidu fil-fruntiera, proġett pilota, tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn, inkluż f'pajjiżi terzi;

(viii)  jipprovdi s-segretarjat tal-forum konsultattiv; Is-segretarjat għandu jirċievi istruzzjonijiet direttament mill-Kopresidenti tal-forum konsultattiv;

(ix)  jinforma lid-direttur eżekuttiv dwar ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali matul l-attivitajiet tal-Aġenzija;

(x)  iwettaq kwalunkwe kompitu ieħor previst b'dan ir-Regolament;

(xi)  jagħżel u jiġġestixxi l-osservaturi tad-drittijiet fundamentali.

F'dan ir-rigward, l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu, b'mod partikolari:

–  jaħtar l-osservaturi tad-drittijiet fundamentali,

–  jinnomina l-osservaturi tad-drittijiet fundamentali kif previst fl-Artikolu 107(2a),

–  jinnomina l-osservaturi tad-drittijiet fundamentali bħala kontrolluri tar-ritorn furzat għar-riżerva msemmija fl-Artikolu 52,

–  jiżgura li l-osservaturi tad-drittijiet fundamentali jkunu mħarrġa b'mod adegwat,

–  jirrapporta lid-direttur eżekuttiv dwar ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali li jkunu ġew irrappurtati lilu mill-osservaturi tad-drittijiet fundamentali meta dan jitqies neċessarju. Id-direttur eżekuttiv għandu jwieġeb lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali dwar kif il-preokkupazzjonijiet li jkunu tqajmu jkunu ġew indirizzati.

L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jista' jafda kwalunkwe wieħed mill-kompiti speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1a(i) sa (x) lil wieħed mill-osservaturi tad-drittijiet fundamentali.

2.  Il-bord maniġerjali għandu jistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali sabiex jiggarantixxi li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jkun indipendenti fil-qadi ta' dmirijietu, u li dan ikun jgħodd ukoll għall-membri tal-persunal tiegħu. Huwa għandu jirrapporta direttament lill-bord maniġerjali u jikkoopera mal-forum konsultattiv. Il-bord maniġerjali għandu jiżgura li tittieħed azzjoni rigward ir-rakkomandazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu u dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tad-drittijiet fundamentali.

2a.  Dawk ir-rapporti għandhom jiżguraw li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jkun jista' jaġixxi b'mod awtonomu u jkun indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi umani u finanzjarji suffiċjenti u adegwati li jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Il-membri tal-persunal tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandhom jintgħażlu mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u għandhom jirrapportaw lilu biss.

2b.   L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkun assistit minn viċi uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Il-viċi uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jinħatar mill-bord maniġerjali, abbażi ta' lista ta' tal-anqas tliet kandidati ppreżentati mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Il-viċi uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u jkun indipendenti fil-qadi ta' dmirijietu. Jekk l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jkun assenti jew indispost, il-viċi uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jassumi d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu.

3.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu ▌jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha rigward ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

Artikolu 107a

Osservaturi tad-Drittijiet Fundamentali

1a.  Il-membri tal-persunal tal-Aġenzija għandhom jaġixxu bħala osservaturi tad-drittijiet fundamentali li r-rwol tagħhom għandu jkun li jivvalutaw b'mod kostanti l-konformità tal-attivitajiet operazzjonali mad-drittijiet fundamentali, li jipprovdu pariri u assistenza f'dan ir-rigward u li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali bħala parti mill-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri.

1.  L-osservaturi tad-drittijiet fundamentali għandu jkollhom il-kompiti li ġejjin:

(a)  jissorveljaw il-konformità mad-drittijiet fundamentali u jipprovdi pariri u assistenza dwar id-drittijiet fundamentali fit-tħejjija, it-twettiq u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija li jkunu ġew assenjati biex jissorveljawhom mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali;

F'dan ir-rigward, għandhom, b'mod partikolari:

(i)  isegwu t-tħejjija tal-pjanijiet operazzjonali u jirrapportaw lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali biex iwettaq il-kompiti tiegħu kif previst fl-Artikolu 107(1a)(v);

(ii)  jagħmlu żjarat fejn tkun qed issir l-attività operazzjonali, inkluż fuq bażi fit-tul;

(iii)  jikkooperaw u jikkollegaw mal-uffiċjal ta' koordinazzjoni kif previst fl-Artikolu 45 u jipprovdulu assistenza u pariri;

(iv)  jinformaw lill-uffiċjal ta' koordinazzjoni u jirrapportaw lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali dwar kwalunkwe preokkupazzjoni relatata ma' ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija;

(v)  jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni tal-attivitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 48;

(b)  jaġixxu bħala kontrolluri tar-ritorn furzat;

(c)  jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta' taħriġ tal-Aġenzija rigward id-drittijiet fundamentali kif previst fl-Artikolu 62, inkluż billi jipprovdi taħriġ dwar id-drittijiet fundamentali.

2a.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jinnomina tal-anqas osservatur tad-drittijiet fundamentali wieħed għal kull operazzjoni. L-uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jiddeċiedi wkoll li jinnomina osservatur tad-drittijiet fundamentali biex jissorvelja kwalunkwe attività operazzjonali li huwa jqis rilevanti .

L-osservatur għandu jkollu aċċess għaż-żoni kollha li fihom isseħħ l-attività operazzjonali tal-Aġenzija u għad-dokumenti kollha rilevanti tagħha għall-implimentazzjoni ta' dik l-attività.

3.  L-osservaturi tad-drittijiet fundamentali għandhom jiġu nnominati mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali bħala kontrolluri tar-ritorn furzat għar-riżerva msemmija fl-Artikolu 52, Meta osservaturi tad-drittijiet fundamentali jaġixxu bħala kontrolluri tar-ritorn furzat, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 51(5) u 52 għandhom ikunu applikabbli għalihom mutatis mutandis.

4.  L-osservaturi tad-drittijiet fundamentali għandhom jinħatru mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u jkunu taħt is-superviżjoni ġerarkika tiegħu. Għandhom ikunu indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom. Meta jkunu preżenti f'żona operazzjonali, għandhom jilbsu insinji li jippermettu li jiġu identifikati b'mod ċar bħala osservaturi tad-drittijiet fundamentali.

5.  L-Aġenzija għandha tiżgura li, fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tirrekluta tal-anqas 40 osservatur tad-drittijiet fundamentali. Il-ħtieġa li dan l-għadd jiżdied għandha tiġi vvalutata kull sena mid-direttur eżekuttiv b'konsultazzjoni mal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali. Wara l-valutazzjoni, id-direttur eżekuttiv għandu, fejn ikun meħtieġ, jipproponi lill-bord maniġerjali li l-għadd ta' osservaturi għas-sena ta' wara jiżdied abbażi tal-ħtiġijiet operazzjonali.

6.  Wara r-reklutaġġ tagħhom, l-osservaturi tad-drittijiet fundamentali għandhom jgħaddu minn taħriġ imsaħħaħ dwar id-drittijiet fundamentali, fil-qies tal-kwalifiki miksuba u tal-esperjenza professjonali li jkunu kisbu qabel fl-oqsma rilevanti. Matul l-impjieg tagħhom, l-Aġenzija għandha tiżgura li l-osservaturi tad-drittijiet fundamentali jaqdu dmirijiethom skont l-ogħla standards. Mapep ta' taħriġ adegwati għandhom jitfasslu għal kull membru tal-persunal b'mod li jiżgura li b'mod kostanti jkollhom il-kwalifiki professjonali biex iwettqu l-kompitu tagħhom bħala osservaturi tad-drittijiet fundamentali.

Artikolu 108

Mekkaniżmu tal-ilmenti

1.  L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex toħloq u tkompli tiżviluppa mekkaniżmu tal-ilmenti indipendenti u effikaċi skont dan l-Artikolu biex tissorvelja u tiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

2.  Kwalunkwe persuna li tkun direttament affettwata mill-azzjonijiet jew minn nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-persunal involut f'operazzjoni konġunta, proġett pilota, intervent rapidu fil-fruntiera, stazzjonament ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, operazzjoni ta' ritorn konġunta, intervent ta' ritorn jew kwalunkwe azzjoni operazzjonali oħra tal-Aġenzija f'pajjiż terz u li tqis li kienet is-suġġett ta' ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha minħabba dawk l-azzjonijiet jew dak in-nuqqas ta' azzjoni, jew kwalunkwe parti li tirrappreżenta lil tali persuna, tista' tressaq ilment bil-miktub lill-Aġenzija.

3.  Għandhom ikunu ammissibbli biss ilmenti li jkunu sostanzjati u li jinvolvu ksur konkret tad-drittijiet fundamentali.

4.  L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkun responsabbli mill-indirizzar tal-ilmenti li jaslu għand l-Aġenzija skont id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Għal dan il-fini, l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jirrieżamina l-ammissibbiltà ta' lment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti rreġistrati kollha lid-direttur eżekuttiv u jibgħat l-ilmenti li jikkonċernaw lil membri tat-timijiet lill-Istat Membru ta' oriġini, inkluż lill-awtorità rilevanti jew lill-korp kompetenti għad-drittijiet fundamentali fi Stat Membru għal azzjoni ulterjuri f'konformità mal-mandat tagħhom. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu wkoll jirreġistra u jiżgura s-segwitu mill-Aġenzija jew minn dak l-Istat Membru.

5.  F'konformità mad-dritt għal amministrazzjoni tajba, jekk ilment ikun ammissibbli, l-ilmentaturi għandhom jiġu infurmati li l-ilment ġie rreġistrat, li tkun inbdiet valutazzjoni u li tweġiba tista' tkun mistennija malli ssir disponibbli. Jekk ilment jingħadda lil awtoritajiet jew korpi nazzjonali, l-ilmentatur għandu jiġi pprovdut bid-dettalji ta' kuntatt tagħhom. Jekk ilment jiġi ddikjarat inammissibbli, l-ilmentaturi għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet u, jekk ikun possibbli, għandhom jingħataw aktar possibbiltajiet biex il-preokkupazzjonijiet tagħhom jiġu indirizzati.

L-Aġenzija għandha tipprevedi proċedura adatta f'każ li lment jiġi ddikjarat inammissibbli jew infondat.

Kwalunkwe deċiżjoni għandha tkun bil-miktub u motivata. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jerġa' jiftaħ il-każ jekk min iressaq l-ilment jissottometti evidenza ġdida f'sitwazzjonijiet fejn il-każ ikun intqies inammissibbli.

6.  Fil-każ ta' lment reġistrat li jikkonċerna membru tal-persunal tal-Aġenzija, l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jirrakkomanda lid-direttur eżekuttiv segwitu xieraq, inklużi miżuri dixxiplinarji ▌, u fejn dan ikun f'loku, riferiment lil proċedimenti tal-ġustizzja ċivili jew kriminali f'konformità ma' dan ir-Regolament u mad-dritt nazzjonali. Id-direttur eżekuttiv għandu jiżgura s-segwitu adatt u jirrapporta lura lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali fi ħdan żmien determinat, u jekk ikun meħtieġ, f'intervalli ta' żmien regolari wara, rigward l-implimentazzjoni ta' miżuri dixxiplinarji dwar is-sejbiet u s-segwitu magħmula mill-Aġenzija bi tweġiba għal ilment, inklużi l-miżuri dixxiplinarji kif meħtieġ.

Jekk ilment ikun relatat ma' kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data, id-direttur eżekuttiv għandu jikkonsulta lill-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data tal-Aġenzija qabel jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar l-ilment. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u l-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data għandhom jistabbilixxu, bil-miktub, memorandum ta' qbil li jispeċifika t-tqassim tal-kompiti tagħhom fir-rigward tal-ilmenti milqugħa.

Fil-każ ta' lment reġistrat li jikkonċerna membru ta' tim ta' Stat Membru ospitanti jew ▌minn Stati Membri parteċipanti oħra, inklużi membri sekondati tat-timijiet jew esperti nazzjonali sekondati, l-Istat Membru ta' oriġini għandu jiżgura segwitu xieraq, inkluż miżuri dixxiplinarji u riferiment għal proċedimenti ġudizzjarji ċivili jew kriminali kif meħtieġ jew miżuri oħrajn skont id-dritt nazzjonali. L-Istat Membru rilevanti għandu jirrapporta lura lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali dwar is-sejbiet u s-segwitu għal ilment fi żmien perjodu determinat, u jekk dan ikun meħtieġ, f'intervalli regolari minn dak iż-żmien 'il quddiem. L-Aġenzija għandha tagħti segwitu lill-kwistjoni jekk l-ebda rapport ma jasal mill-Istat Membru rilevanti.

Fejn l-Istat Membru rilevanti, fil-perjodu ta' żmien determinat, ma jirrapportax lura jew jipprovdi biss tweġiba mhux konklużiva, l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jinforma lid-direttur eżekuttiv u lill-bord maniġerjali.

8.  F'każ li membru tat-tim ikun instab li kiser id-drittijiet fundamentali jew l-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali, l-Aġenzija għandha titlob li l-Istat Membru jneħħi lil dak il-membru minnufih mill-attività tal-korp permanenti tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

9.  F'konformità mal-Artikolu 107(2), l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu, fir-rapport annwali tiegħu, jinkludi informazzjoni dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti, inklużi referenzi speċifiċi għas-sejbiet tal-Aġenzija u tal-Istati Membri u s-segwiti magħmula b'reazzjoni għall-ilmenti. ▌

10.  L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa 9 wara konsultazzjoni mal-forum konsultattiv, għandu jfassal formola standardizzata li tirrikjedi informazzjoni dettaljata u speċifika dwar l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu wkoll ifassal kwalunkwe regola dettaljata oħra kif meħtieġ. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jissottometti din il-formola u tali regoli dettaljati oħra lid-direttur eżekuttiv u lill-bord maniġerjali.

L-Aġenzija għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar il-possibbiltà tat-tressiq ta' lment u l-proċedura għal dan tkun disponibbli faċilment, inkluż għall-persuni vulnerabbli. Il-formola tal-ilmenti standardizzata għandha ssir disponibbliu tkun aċċessibbli b'mod faċli, inkluż fuq tagħmir mobbli, fis-sit web tal-Aġenzija u f'verżjoni stampata waqt l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija, bil-lingwi li ċ-ċittadini ta' pajjiż terz jifhmuha jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jifhmuha. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-ilmentaturi jingħataw gwida u assistenza ulterjuri dwar il-proċedura tal-ilmenti. L-ilmenti għandhom jiġu eżaminati mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali anki meta ma jiġux sottomessi fil-formola tal-ilment standardizzata.

11.  Kwalunkwe data personali li jkun hemm f'ilment għandha tintuża u tiġi proċessata mill-Aġenzija, inkluż mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 u mill-Istati Membri f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680.

Meta ilmentatur jissottometti lment, dak l-ilmentatur għandu jinftiehem li jagħti kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu mill-Aġenzija u l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Sabiex jiġi ssalvagwardjat l-interess tal-ilmentaturi, l-ilmenti għandhom jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali f'konformità mad-dritt nazzjonali u ma' dak tal-Unjoni sakemm l-ilmentatur ma jirrinunzjax b'mod espliċitu għad-dritt tiegħu għall-kunfidenzjalità. Meta lmentaturi jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għall-kunfidenzjalità, għandu jkun mifhum li huma jagħtu l-kunsens lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jew lill-Aġenzija għall-iżvelar tal-identità tagħhom lill-awtoritajiet jew korpi kompetenti fir-rigward tal-kwistjoni li dwarha jkun hemm l-ilment, fejn dan ikun meħtieġ.

Artikolu 108a

Kooperazzjoni interparlamentari

1.  Bil-għan li tiġi indirizzata n-natura speċifika tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala komposta mill-awtoritajiet nazzjonali u l-Aġenzija u biex ikunu żgurati l-funzjonijiet ta' skrutinju effettiv tal-Aġenzija mill-Parlament Ewropew u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-parlamenti nazzjonali, kif assenjati lilhom mit-Trattati u mis-sistemi kostituzzjonali nazzjonali tal-Istati Membri rispettivament, il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jistgħu jikkooperaw fil-qafas tal-Artikolu 9 tal-Protokoll 1.

2.  Meta jiġu mistiedna mill-Parlament Ewropew u mill-parlamenti nazzjonali f'dan il-kuntest, id-direttur eżekuttiv u l-president tal-bord maniġerjali għandhom jattendu tali laqgħat.

3.  L-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapport annwali tal-attività tagħha lill-parlamenti nazzjonali.

Artikolu 109

Arranġamenti lingwistiċi

1.  Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1 ▌għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda fuq il-bażi tal-Artikolu 342 TFUE, ir-rapport annwali tal-attività u l-programm ta' ħidma msemmija fil-punti (10) u (11) tal-Artikolu 98(2), għandhom isiru bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 110

Trasparenza u komunikazzjoni

1.  L-Aġenzija għandha tkun soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 meta tittratta applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti tagħha.

2.  L-Aġenzija għandha tikkomunika fuq kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-kompiti tagħha fuq l-inizjattiva tagħha stess. Hija għandha tagħmel pubblika informazzjoni rilevanti, inkluż ir-rapport annwali tal-attività msemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 98(2), il-programm ta' ħidma annwali, il-kodiċi ta' kondotta, l-analiżijiet tar-riskji, informazzjoni dettaljata dwar operazzjonijiet konġunti fl-imgħoddi u dwar dawk kurrenti, interventi rapidi fil-fruntieri, proġetti pilota, timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, operazzjonijiet ta' ritorn jew interventi ta' ritorn, inkluż f'pajjiżi terzi, u arranġamenti ta' ħidma, u għandha tiżgura, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 91, b'mod partikolari li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni oġġettiva, dettaljata, komprensiva, affidabbli u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ħidma tagħha. Dan għandha tagħmlu mingħajr ma tiżvela informazzjoni operazzjonali li, jekk tinħareġ fil-pubbliku, tippreġudika l-ilħuq tal-objettiv tal-operazzjonijiet.

3.  Il-bord maniġerjali għandu jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

4.  Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun intitolata li tindirizza korrispondenza bil-miktub lill-Aġenzija bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Dik il-persuna għandu jkollha d-dritt li tirċievi risposta bl-istess lingwa.

5.  Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jwasslu għat-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew jew għal rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 TFUE, rispettivament.

Taqsima 5

Rekwiżiti finanzjarji

Artikolu 111

Baġit

1.  Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti, mingħajr preġudizzju għal tipi oħra ta' introjtu, minn:

(a)  kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni);

(b)  kontribuzzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen kif stabbilit fl-arranġamenti rispettivi li jispeċifikaw il-kontribuzzjoni finanzjarja;

(c)  finanzjament tal-Unjoni fil-forma ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni jew għotjiet ad hoc f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 115 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni;

(d)  tariffi għas-servizzi pprovduti;

(e)  kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri.

2.  L-infiq tal-Aġenzija għandu jinkludi l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali, operazzjonali u relatati mal-persunal tagħha.

3.  Id-direttur eżekuttiv għandu jifformula abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss, inkluża tabella tal-persunal, u għandu jibagħtu lill-bord maniġerjali.

4.  Id-dħul u l-infiq għandhom ikunu bilanċjati.

5.  Il-bord maniġerjali, fuq il-bażi tal-abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi finanzjarji mħejji mid-direttur eżekuttiv, għandu jadotta abbozz proviżorju ta' estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija, inkluż it-tabella tal-persunal proviżorju. Il-bord maniġerjali għandu jgħaddihom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar kull sena, bħala parti mill-abbozz ta' dokument ta' programmar wieħed.

6.  Il-bord maniġerjali għandu jadotta l-abbozz tal-estimi tad-dħul u tal-infiq, inkluż l-abbozz tat-tabella tal-persunal akkumpanjat mill-programm ta' ħidma preliminari, u jgħaddihom lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu kull sena.

7.  L-estimi għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit tal-Unjoni Ewropea.

8.  Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis meħtieġa għat-tabella tal-persunal u l-ammont tal-kontribuzzjoni li għandha titħallas mill-baġit ġenerali, li hija għandha tippreżenta lill-awtorità baġitarja skont l-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE.

9.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija.

10.  L-awtorità baġitarja għandha tadotta t-tabella tal-persunal għall-Aġenzija.

11.  Il-bord maniġerjali jadotta l-baġit tal-Aġenzija. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn dan ikun f'loku, għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

12.  Kwalunkwe modifika għall-baġit, inkluż għat-tabella tal-persunal, għandha ssegwi l-istess proċedura.

13.  Għal kwalunkwe proġett ta' bini li x'aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Aġenzija, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013(32).

14.  Biex tiffinanzja l-istazzjonament ta' interventi rapidi fil-fruntiera u interventi ta' ritorn, il-baġit tal-Aġenzija adottat mill-bord maniġerjali għandu jinkludi riżerva operazzjonali finanzjarja li tammonta mill-anqas għal 2 % tal-allokazzjoni konġunta prevista għall-operazzjonijiet konġunti fuq il-fruntiera esterna u l-attivitajiet operazzjonali fiż-żona tar-ritorn. Wara t-tmiem ta' kull xahar, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddeċiedi li jirrialloka somma ekwivalenti għal wieħed minn tnax mill-approprjazzjonijiet tar-riżerva lil attivitajiet operazzjonali oħra tal-Aġenzija. F'dan il-każ, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord Maniġerjali.

15.  L-impenji tal-baġit għal azzjonijiet li jkunu ta' aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.

Artikolu 112

Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1.  Id-direttur eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.

2.  Sal-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja N + 1, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja N lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u tal-korpi deċentralizzati f'konformità mal-Artikolu 147 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.  L-Aġenzija għandha tibgħat rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena N + 1.

4.  L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija għas-sena N, ikkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena N + 1.

5.  Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija għas-sena N, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, id-direttur eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu u jibgħathom lill-bord maniġerjali għal opinjoni.

6.  Il-bord maniġerjali għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija għas-sena N.

7.  Sal-1 ta' Lulju tas-sena N + 1, id-direttur eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-bord maniġerjali, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

8.  Il-kontijiet finali għas-sena N għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena N + 1.

9.  Id-direttur eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta' Settembru tas-sena N + 1. Għandu wkoll jibgħat din it-tweġiba lill-bord maniġerjali.

10.  Id-direttur eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena N, f'konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

11.  Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, għandu jagħti kwittanza lid-direttur eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 113

Ġlieda kontra l-frodi

1.  Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet oħra illegali, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 għandhom japplikaw mingħajr restrizzjoni. L-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tadotta, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness ta' dak il-Ftehim.

2.  Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta' dokumenti u ta' spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija.

3.  L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96, bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim ta' għotja jew ma' deċiżjoni ta' għotja jew ma' kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija.

4.  F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2, 3 u 4, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja tal-Aġenzija għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 114

Evitar ta' kunflitti ta' interess

L-Aġenzija għandha tadotta regoli interni li jesiġu li l-membri tal-korpi tagħha u l-membri tal-persunal tagħha jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista' tagħti lok għal kunflitt ta' interess matul l-impjieg jew il-mandat tagħhom u jirrapportaw tali sitwazzjonijiet.

L-Aġenzija għandha tiżgura trasparenza tal-lobbying permezz ta' reġistru tat-trasparenza, billi tiżvela lill-partijiet terzi kkonċernati l-laqgħat kollha tagħha. Ir-reġistru tat-trasparenza għandu jinkludi l-laqgħat u l-kuntatti kollha tad-direttur eżekuttiv, il-viċi diretturi eżekuttivi u l-kapijiet tad-diviżjoni f'materji li jikkonċernaw akkwisti u offerti għal servizzi, tagħmir jew proġetti u studji esternalizzati. L-Aġenzija għandha żżomm rekord tal-laqgħat kollha tal-persunal tagħha ma' partijiet interessati ta' partijiet terzi fi kwistjonijiet dwar akkwisti u offerti għal servizzi, tagħmir jew proġetti u studji esternalizzati.

Artikolu 114a

Inkjesti amministrattivi

L-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom ikunu soġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew skont l-Artikolu 228 tat-TFUE.

Artikolu 115

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-bord maniġerjali wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx jiddevjaw mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013 sakemm tali devjazzjoni ma tkun rikjesta b'mod speċifiku għall-operazzjoni tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel. F'dan il-qafas, il-bord maniġerjali għandu jadotta regoli finanzjarji speċifiċi applikabbli għall-attivitajiet tal-Aġenzija fil-qasam tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qasam tar-ritorni.

Artikolu 116

Evalwazzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 59, erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni tivvaluta b'mod partikolari:

(a)  ir-riżultati miksuba mill-Aġenzija b'kunsiderazzjoni tal-objettivi, il-mandat, ir-riżorsi u l-kompiti tagħha;

(b)  l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-Aġenzija u l-prattiki ta' ħidma tagħha b'rabta mal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha;

(c)  il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-livell Ewropew, inkluża l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta;

(d)  il-ħtieġa possibbli li l-mandat tal-Aġenzija jiġi modifikat;

(e)  l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe tali modifika;

(f)  il-funzjonament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u, mit-tieni evalwazzjoni, valutazzjoni tal-għadd globali u l-kompożizzjoni tiegħu.

(fa)  il-livell ta' taħriġ, għarfien speċjalizzat u professjonalità li jkollhom il-membri tal-persunal tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

L-evalwazzjoni għandha tinkludi analiżi speċifika dwar kif ġiet osservata l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1a.  L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll l-attraenza tal-Aġenzija bħala impjegatur għar-reklutaġġ tal-persunal statutorju, bil-ħsieb li jiġu żgurati l-kwalità tal-kandidati u l-bilanċ ġeografiku.

1b.  Meta twettaq l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tfittex kontributi mill-partijiet interessati rilevanti, inkluż il-forum konsultattiv u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-bord maniġerjali. Il-bord maniġerjali jista' joħroġ rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta' bidliet għal dan ir-Regolament lill-Kummissjoni. Ir-rapport ta' evalwazzjoni u l-konklużjonijiet dwar ir-rapport għandhom isiru pubbliċi. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar ta' dan ir-rapport. Fejn dan ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.

3.  L-Aġenzija għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tal-EUROSUR sal-1 ta' Diċembru 2021 u kull sentejn minn dakinhar.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija l-informazzjoni meħtieġa tfassal dan ir-rapport.

4.  Bħala parti mill-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tipprovdi evalwazzjoni kumplessiva tal-EUROSUR, akkumpanjat, meta meħtieġ, minn proposti xierqa biex jittejjeb il-funzjonament tiegħu.

L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex twettaq l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Meta twettaq l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tfittex kontributi mill-partijiet interessati rilevanti, inkluż il-forum konsultattiv u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 117

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat ("il-Kumitat tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta"). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 119

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 jitħassar bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9(3), (5), (7-10) u l-Artikolu 10(5) u (7) li għandu jibqa' japplika sakemm jidħol fis-seħħ l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(4) ta' dan ir-Regolament.

2.  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 jitħassar bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 20,30 u 31 tiegħu, li jitħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.

3.  Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

4.  L-Artikolu 80 għandu jibda japplika mid-data tat-trasferiment effettiv tas-sistema msemmija fl-Artikolu 80.

Artikolu 120

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  L-Artikoli 12(4), 71 u 98 (5), sakemm jikkonċernaw il-kooperazzjoni mar-Renju Unit, għandhom ikunu applikabbli sad-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jew, sakemm jidħol fis-seħħ ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit ibbażat fuq l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sal-aħħar tal-perjodu ta' tranżizzjoni stabbilit fih.

3.  B'deroga, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw, fuq bażi volontarja, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti dwar l-EUROSUR relatati ma' verifiki fuq il-fruntieri u sorveljanza tal-fruntieri tal-ajru, sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

4.  L-istazzjonamenti f'konformità mal-Artikoli 55 sa 58 għandhom iseħħu mill-1 ta' Jannar 2021.

5.  Għall-istazzjonamenti fl-2021, id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 55(4) u 64(6) għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali sal-31 ta' Marzu 2020.

6.  Għall-fini li jappoġġaw l-iżvilupp tar-riżorsi umani sabiex jiġu żgurati l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Istati Membri huma intitolati li jirċievu finanzjament fis-sena 2020 skont l-Artikolu 61(1)(a). In-numri fl-Anness III għas-sena 2022 għandhom jintużaw bħala referenza għall-finanzjament rilevanti fl-2020.

7.  Sabiex tikkontribwixxi b'mod effikaċi bil-kapaċitajiet meħtieġa ta' persunal tal-kategorija I għall-ewwel stazzjonamenti tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-issettjar tal-unità ċentrali tal-ETIAS, l-Aġenzija għandha tvara t-tħejjijiet meħtieġa, inkluż ir-reklutaġġ u t-taħriġ, malli dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ u skont ir-regoli baġitarji.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattati.

Magħmul fi ...

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Kompożizzjoni tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għal kull sena u kategorija skont l-Artikolu XX

(1)  Kategorija

(2)  Sena

(3)  Kategorija 1

(4)  Persunal tal-Aġenzija

(5)  Kategorija 2

(6)  Persunal operazzjonali għal sekondar fit-tul

(7)  Kategorija 3

(8)  Persunal operazzjonali għal stazzjonamenti għal żmien qasir

(9)  Total għall-Korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

(10)  Kategorija 4

(11)  

(12)  

(13)  

(14)  

(15)  

 

(17)  2021

(18)  1000

(19)  400

(20)  3600

(21)  5000

(22)  1500

(23)  2022

(24)  1000

(25)  500

(26)  3500

(27)  5000

(28)  1500

(29)  2023

(30)  1500

(31)  500

(32)  4000

(33)  6000

(34)  1500

(35)  2024

(36)  1500

(37)  750

(38)  4250

(39)  6500

(40)  1500

(41)  2025

(42)  000

(43)  1000

(44)  5000

(45)  8000

(46)  0

(47)  2026

(48)  2500

(49)  1250

(50)  5250

(51)  9000

(52)  0

(53)  2027

(54)  3000

(55)  1500

(56)  5500

(57)  10000

(58)  0

ANNESS III

Tabella bil-kapaċitajiet annwali tal-Istati Membri li jridu jingħataw lill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta permezz tas-sekondar fit-tul ta' persunal operazzjonali skont l-Artikolu 57

Pajjiż / Sena

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Il-Belġju

8

10

10

15

20

25

30

Il-Bulgarija

11

13

13

20

27

33

40

Ir-Repubblika Ċeka

5

7

7

10

13

17

20

Id-Danimarka

8

10

10

15

19

24

29

Il-Ġermanja

61

73

73

110

152

187

225

L-Estonja

5

6

6

9

12

15

18

Il-Greċja

13

17

17

25

33

42

50

Spanja

30

37

37

56

74

93

11

Franza

46

56

56

83

114

141

170

Il-Kroazja

17

22

22

33

43

54

65

L-Italja

33

42

42

63

83

104

125

Ċipru

2

3

3

4

5

7

8

Il-Latvja

8

10

10

15

20

25

30

Il-Litwanja

10

13

13

20

26

33

39

Il-Lussemburgu

2

3

3

4

5

7

8

L-Ungerija

17

22

22

33

43

54

65

Malta

2

2

2

3

4

5

6

In-Netherlands

13

17

17

25

33

42

50

L-Awstrija

9

11

11

17

23

28

34

Il-Polonja

27

33

33

50

67

83

100

Il-Portugall

8

10

10

15

20

25

30

Ir-Rumanija

20

25

25

38

50

63

75

Is-Slovenja

9

12

12

18

23

29

35

Is-Slovakkja

9

12

12

18

23

29

35

Il-Finlandja

8

10

10

15

20

25

30

L-Iżvezja

9

11

11

17

23

28

34

[L-Iżvizzera]

4

5

5

8

11

13

16

[L-Iżlanda]

1

1

1

1

1

2

2

[Il-Liechtenstein]*

0

0

0

0

0

0

0

0

[In-Norveġja]

5

7

7

10

13

17

20

TOTAL

400

500

500

750

1000

1250

1500

ANNESS IV

Kapaċitajiet annwali tal-Istati Membri lill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għal stazzjonamenti ta' persunal operazzjonali għal żmien qasir skont l-Artikolu 58

Pajjiż / Sena

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Il-Belġju

72

70

80

85

100

105

110

Il-Bulgarija

96

93

107

113

133

140

147

Ir-Repubblika Ċeka

48

47

53

57

67

70

73

Id-Danimarka

70

68

77

82

97

102

106

Il-Ġermanja

540

523

602

637

748

785

827

L-Estonja

43

42

48

51

60

63

66

Il-Greċja

120

117

133

142

167

175

183

Spanja

266

259

296

315

370

389

407

Franza

408

396

454

481

566

593

624

Il-Kroazja

156

152

173

184

217

228

238

L-Italja

300

292

333

354

417

438

458

Ċipru

19

19

21

23

27

28

29

Il-Latvja

72

70

80

85

100

105

110

Il-Litwanja

94

91

104

111

130

137

143

Il-Lussemburgu

19

19

21

23

27

28

29

L-Ungerija

156

152

173

184

217

228

238

Malta

14

14

16

17

20

21

22

In-Netherlands

120

117

133

142

167

175

183

L-Awstrija

82

79

91

96

113

119

125

Il-Polonja

240

233

267

283

333

350

367

Il-Portugall

72

0

80

85

100

105

110

Ir-Rumanija

180

175

200

213

250

263

275

Is-Slovenja

84

82

93

99

117

123

128

Is-Slovakkja

84

82

93

99

117

123

128

Il-Finlandja

72

70

80

85

100

105

110

L-Iżvezja

82

79

91

96

113

119

125

[L-Iżvizzera]

38

37

43

45

53

56

59

[L-Iżlanda]

5

5

5

6

7

7

7

[Il-Liechtenstein]*

0

0

0

0

0

0

0

[In-Norveġja]

48

47

53

57

67

70

73

TOTAL

3600

3500

4000

4250

5000

5250

5500

ANNESS V

Regoli dwar l-użu tal-forza, inkluż il-forniment, it-taħriġ, il-kontroll u l-użu ta' armi tan-nar tas-servizz u tagħmir mhux letali applikabbli għall-persunal statutorju tal-Aġenzija meta jaġixxu bħala membri tat-tim matul l-istazzjonament tagħhom mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.  Prinċipji Ġenerali li Jirregolaw l-Użu tal-Forza u tal-Armi

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-"użu tal-forza" tirreferi għar-rikors li jagħmel il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għal mezzi fiżiċi għall-finijiet li jwettaq il-funzjonijiet tiegħu jew biex jiżgura l-awtodifiża, li jinkludi l-użu tal-idejn u tal-ġisem, l-użu ta' kwalunkwe strument, arma jew tagħmir u arma tan-nar.

L-armi, il-munizzjon u t-tagħmir jistgħu jinġarru u jintużaw biss matul l-operazzjonijiet. Il-ġarr jew l-użu tagħhom barra mill-ħin tax-xogħol mhuwiex permess.

F'konformità mal-Artikolu 83(6), l-użu tal-forza u tal-armi mill-persunal operattiv statutorju tal-Aġenzija għandu jiġi eżerċitat skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti u fil-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti.

Mingħajr preġudizzju għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru ospitanti u mill-applikabbiltà tad-dritt nazzjonali tiegħu għall-użu tal-forza matul l-operazzjonijiet, l-użu tal-forza u tal-armi mill-membri tal-timijiet stazzjonati mill-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandu jikkonforma mal-prinċipji ta' neċessità, proporzjonalità, u prekawzjoni (il-"prinċipji fundamentali") kif stabbilit hawn taħt.

Il-pjan operazzjonali maqbul bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-ġarr u l-użu tal-armi tan-nar skont id-dritt nazzjonali jew il-proċeduri operattivi matul l-operazzjonijiet.

Il-Prinċipju ta' Neċessità

L-użu tal-forza, kemm jekk permezz ta' kuntatt fiżiku dirett, kif ukoll jekk bl-użu ta' armi jew tagħmir, għandu jkun eċċezzjonali u għandu jseħħ biss meta jkun strettament meħtieġ biex jiżgura t-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija jew għal awtodifiża. Il-forza tista' tintuża biss fl-aħħar istanza, wara li jkun sar kull sforz raġonevoli biex sitwazzjoni tiġi solvuta bl-użu ta' mezzi mhux vjolenti inkluż permezz ta' persważjoni, negozjati, jew medjazzjoni. L-użu tal-forza jew miżuri koerċittivi qatt ma għandu jkun arbitrarju jew abbużiv.

Il-Prinċipju ta' Proporzjonalità

Kull meta l-użu leġittimu tal-forza jew tal-armi tan-nar ikun inevitabbli, il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandu jaġixxi b'mod proporzjonat għall-gravità tar-reat u biex jintlaħaq l-objettiv leġittimu. Matul l-attivitajiet operazzjonali, il-prinċipju tal-proporzjonalità jrid jiggwida kemm in-natura tal-forza użata (pereżempju l-ħtieġa li jintużaw armi) kif ukoll il-limitu tal-forza applikata. Il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija ma għandux juża aktar minn dak li huwa assolutament meħtieġ biex jilħaq l-objettiv leġittimu tal-infurzar tal-liġi. Jekk tintuża arma tan-nar, il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandu jiżgura li dan l-użu jikkawża l-inqas ferimenti possibbli u jimminimizza l-ferimenti jew id-dannu kemm jista' jkun. Jekk il-miżuri jwasslu għal riżultat mhux aċċettabbli, il-persunal operazzjonali jista' jirrinunzja għall-miżura. Il-prinċipju jirrikjedi li l-Aġenzija tipprovdi tagħmir u għodda ta' awtodifiża lill-persunal statutorju tagħha biex tippermetti li jiġi applikat il-livell ta' forza adatt.

L-Obbligu ta' Prekawzjoni

L-attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandhom jirrispettaw bis-sħiħ u jfittxu li jippreservaw il-ħajja umana u d-dinjità tal-bniedem. Għandhom jitwettqu l-passi kollha meħtieġa li jistgħu jnaqqsu r-riskju ta' feriment u dannu matul l-operazzjonijiet. Dan l-obbligu jinkludi obbligu ġenerali biex il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija javża b'mod ċar il-ħsieb tiegħu li juża l-forza dment li l-għoti ta' dan l-avviż ma jpoġġix indebitament lill-membri tat-timijiet f'riskju jew joħloq riskju ta' mewt jew ħsara serja lil oħrajn, jew b'mod ċar ma jkunx adatt jew effettiv fiċ-ċirkustanzi partikulari.

Regoli ▌speċifiċi għall-istrumenti ta' forza li jintużaw l-aktar ▌(▌tagħmir personali tal-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija)

Skont il-prinċipji fundamentali, l-użu tal-forza huwa permess biss sa fejn meħtieġ biex jintlaħaq l-għan immedjat tal-infurzar tal-liġi, u biss wara li:

–  tentattivi biex jiġi solvut konfront potenzjalment vjolenti permezz ta' persważjoni, negozjati, medjazzjoni jkunu ttieħdu u fallew;

–  ikun ingħata avviż dwar l-intenzjoni li tintuża l-forza.

F'każ fejn huwa meħtieġ li jiżdied il-livell tal-intervent (pereżempju l-iskjerament tal-użu ta' arma jew ta' forma differenti ta' arma), jenħtieġ li jingħata wkoll avviż ċar ta' din iż-żieda sakemm l-għoti ta' dan l-avviż ma jpoġġix lill-membri tat-tim f'riskju b'mod mhux xieraq jew joħloq riskju ta' mewt jew ħsara serja lil oħrajn, jew ma jkunx xieraq jew effettiv b'mod ċar fiċ-ċirkustanzi partikulari.

Armi tan-nar

Il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandu juża armi tan-nar kontra persuni ħlief fiċ-ċirkustanzi li ġejjin, u biss meta mezzi inqas estremi ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi meħtieġa:

–  il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija jista' juża armi tan-nar biss bħala l-aħħar rimedju, f'emerġenza estrema, speċjalment jekk ikun hemm xi riskju li jistgħu jiġu pperikolati persuni fil-qrib;

–  biex jiddefendi lilu nnifsu jew lil oħrajn kontra theddid imminenti ta' mewt jew ta' dannu serju;

–  biex jipprevjeni theddid imminenti ta' mewt jew ta' dannu serju;

–  biex iwaqqaf attakk reali jew jipprevjeni attakk perikoluż imminenti fuq istituzzjonijiet, servizzi jew faċilitajiet essenzjali;

Qabel l-użu tal-armi tan-nar, il-persunal operazzjonali tal-Aġenzija jrid javża b'mod ċar bl-intenzjoni tiegħu li juża dawn l-armi. L-avviżi jistgħu jingħataw b'dikjarazzjoni jew billi jiġu sparati tiri ta' twissija.

Armi mhux letali

Lembuba

Lembubi approvati jistgħu jintużaw bħala sors ▌ta' difiża jew bħala armi, jekk dan ikun f'loku, f'konformità mal-prinċipji fundamentali, kif ġej:

–  meta użu ta' anqas forza jitqies mhux adatt għall-fini, b'mod ċar;

–  biex jiġi evitat attakk attwali jew imminenti fuq proprjetà;

Qabel l-użu tal-lembubi, il-persunal operazzjonali tal-Aġenzija jrid javża b'mod ċar bl-intenzjoni tiegħu li juża l-lembubi. Fl-użu tal-lembubi, il-persunal operazzjonali skjerat għandu dejjem jimmira li jnaqqas ir-riskju tad-dannu mġarrab u jevita l-kuntatt mar-ras.

Aġenti lakrimatorji (pereżempju sprej tal-bżar)

Aġenti lakrimatorji approvati jistgħu jintużaw bħala sors primarju ta' difiża jew bħala armi, jekk xieraq, f'konformità mal-prinċipji fundamentali, kif ġej:

–  meta użu ta' anqas forza jitqies mhux adatt għall-fini, b'mod ċar;

–  biex jiġi evitat attakk attwali jew imminenti

Tagħmir ieħor

Manetti

–  Dawn għandhom jitpoġġew fuq il-persuni li huma meqjusa li jirrappreżentaw periklu lilhom infushom jew lil oħrajn biex tiġi żgurata d-detenzjoni jew it-trasport sikuri tagħhom u s-sikurezza tal-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija u membri oħra tat-tim. Jistgħu jintużaw biss għall-iqsar żmien possibbli u biss meta jkunu strettament meħtieġa.

3.  Regoli prattiċi għal użu tal-forza, tal-armi tas-servizz, tal-munizzjon u tat-tagħmir

Regoli prattiċi ġenerali għall-użu ta' forza, armi u tagħmir ieħor

F'konformità mal-Artikolu 83(6), il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandu jeżerċita s-setgħa eżekuttiva tiegħu, inkluż l-użu tal-forza, taħt il-kmand u l-kontroll tal-Istat Membru ospitanti u jista' biss juża l-forza, inklużi armi, munizzjon u tagħmir, wara li jirċievi awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u fil-preżenza tal-gwardji tal-kosta u tal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jawtorizzaw, bil-kunsens tal-Aġenzija, li l-persunal operazzjonali statutorju ta' din tal-aħħar juża forza fin-nuqqas ta' uffiċjali mill-Istat Membru ospitanti.

L-Istat Membru ospitanti jista' jipprojbixxi l-ġarr ta' ċerti armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir skont l-Artikolu 83(6), it-tieni inċiż.

Mingħajr preġudizzju għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru ospitanti u mill-applikabbiltà tad-dritt nazzjonali tiegħu għall-użu tal-forza matul l-operazzjonijiet, l-użu tal-forza u tal-armi mill-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandu:

(a)  jikkonforma mal-prinċipji ewlenin imsemmija fil-Parti 1 u mar-regoli speċifiċi msemmija fil-Parti 2

(b)  jirrispetta d-drittijiet fundamentali kif garantiti taħt id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni, inkluż, b'mod partikulari, taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Prinċipji Bażiċi tan-NU dwar l-Użu tal-Forza u tal-Armi tan-Nar minn Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi (1990), u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi (1979)

(c)  ikun konformi mal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aġenzija

4.   Mekkaniżmu ta' Kontroll

L-Aġenzija għandha tipprovdi s-salvagwardji li ġejjin rigward l-użu ta' forza, armi, munizzjon u tagħmir, u għandha tagħti rendikont fir-Rapport Annwali tagħha.

Taħriġ

It-taħriġ mogħti skont l-Artikolu 62(2) għandu jkopri l-aspetti teoretiċi u prattiċi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-użu tal-forza. It-taħriġ teoretiku għandu jinkorpora taħriġ psikoloġiku (inkluż taħriġ fir-reżiljenza u l-ħidma f'sitwazzjonijiet ta' pressjoni għolja), kif ukoll tekniki li jipprevjenu l-użu tal-forza, bħan-negozjati u l-medjazzjoni. It-taħriġ teoretiku għandu jkun segwit minn taħriġ teoretiku u prattiku obbligatorju u adegwat dwar l-użu ta' forza, armi, munizzjoni u tagħmir u dwar is-salvagwardji applikabbli tad-drittijiet fundamentali. It-taħriġ prattiku, biex jiġi żgurat fehim u approċċ prattiku komuni, għandu jiġi konkluż permezz ta' simulazzjoni rilevanti għall-attivitajiet li jridu jitwettqu matul l-istazzjonament u għandu jinkludi simulazzjoni prattika li tinvolvi l-operazzjonalizzazzjoni tas-salvagwardji tad-drittijiet fundamentali.

L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-persunal statutorju taħriġ kontinwu dwar l-użu tal-forza. Dan it-taħriġ għandu jsir kull sena skont it-taħriġ previst fl-Artikolu 62(2). Sabiex il-membri tal-persunal statutorju jitħallew iġorru l-armi tas-servizz u jużaw il-forza, għandu jkun rikjest li jkunu kkompletaw b'suċċess it-taħriġ kontinwu annwali. It-taħriġ kontinwu annwali għandu jkopri l-aspetti teoretiċi u prattiċi kif deskritt hawn fuq. It-taħriġ kontinwu annwali għandu jdum mill-inqas 24 siegħa b'kollox, li matulhom it-taħriġ teoretiku jieħu tal-anqas 8 sigħat u t-taħriġ prattiku jieħu tal-anqas 16-il siegħa. It-taħriġ prattiku għandu jinqasam f'tal-anqas 8 sigħat għat-taħriġ fiżiku, bl-użu ta' tekniki ta' trażżin fiżiku, u tal-anqas 8 sigħat għall-użu tal-armi tan-nar.

Użu ta' narkotiċi, drogi u konsum tal-alkoħol

Il-membri tal-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija ma għandhomx jikkunsmaw alkoħol waqt il-qadi ta' dmirijiethom jew ikunu taħt l-influwenza tal-alkoħol f'dak il-ħin ▌.

Ma għandhomx jippossjedu jew jużaw narkotiċi jew drogi, sakemm ma jkunux preskritti fuq bażijiet mediċi. Membri tal-persunal li jeħtieġu drogi għal finijiet mediċi għandhom immedjatament jinformaw lis-superjur ġerarkiku dirett tagħhom b'dan ir-rekwiżit. Il-parteċipazzjoni f'attivitajiet operazzjonali tista' tiġi riveduta fir-rigward ta' effetti potenzjali u effetti sekondarji assoċjati mal-użu tas-sustanza.

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' kontroll biex tiżgura li l-membri tal-persunal operazzjonali statutorju tagħha jwettqu l-funzjonijiet tagħhom mingħajr ebda influwenza ta' użu ta' narkotiċi, drogi jew alkoħol. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun ibbażat fuq test mediku regolari tal-membri tal-persunal rigward konsum possibbli ta' narkotiċi, drogi jew alkoħol. Kwalunkwe riżultat pożittiv li jinsab b'dawn it-testijiet għandu jiġi rrappurtat immedjatament lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.

Rapportar

Kwalunkwe inċident li jinvolvi l-użu tal-forza għandu jiġi rrappurtat immedjatament permezz tal-linja ta' kmand lill-istruttura ta' koordinazzjoni rilevanti għal kull operazzjoni u lill-Uffiċjali għad-Drittijiet Fundamentali u lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija. Ir-rapport għandu jipprovdi d-dettalji sħaħ taċ-ċirkustanzi li fihom irriżulta dan l-użu.

Obbligu ta' kooperazzjoni u informazzjoni

Il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija u kull parteċipant ieħor fl-operazzjonijiet għandu jikkoopera fil-ġbir tal-fatti ta' kwalunkwe inċident li jkun ġie rrappurtat waqt attività operazzjonali.

Mekkaniżmu tal-ilmenti

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi mekkaniżmu superviżorju kif imsemmi fl-Artikolu 56(3)(a).

Mekkaniżmu tal-ilmenti

Kwalunkwe persuna tista' tirrapporta ksur suspettat mill-membri tal-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija tar-regoli applikabbli dwar l-użu tal-forza taħt dan l-Anness taħt il-mekkaniżmu tal-ilmenti previst fl-Artikolu 108.

Sanzjonijiet

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 86, f'każ li l-Aġenzija tistabbilixxi li membru tal-persunal operazzjonali statutorju tagħha jkun wettaq attivitajiet li jiksru r-regoli applikabbli taħt dan ir-Regolament, inklużi d-drittijiet fundamentali protetti taħt il-Karta, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u taħt id-dritt internazzjonali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu miżuri adegwati li jistgħu jinkludu l-irtirar immedjat tal-membru tal-persunal mill-attività operazzjonali tiegħu, u kwalunkwe miżura dixxiplinari skont ir-Regolament tal-Persunal, inkluża t-tneħħija tal-membru tal-persunal mill-Aġenzija.

Rwol tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali

L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jivverifika u jagħti feedback dwar il-kontenut tat-taħriġ tal-bidu u ta' aġġornament b'mod speċjali fir-rigward tal-aspetti tad-drittijiet fundamentali tagħhom u l-applikazzjoni tagħhom fis-sitwazzjoni fejn ikun meħtieġ l-użu tal-forza, u jiżgura li jiġu inklużi tekniki preventivi.

L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fil-prattika tal-infurzar tal-liġi fl-Istat Membru ospitanti jew fil-pajjiż terz ospitanti. Dan ir-rapport għandu jitressaq quddiem id-Direttur Eżekuttiv u għandu jitqies filwaqt li jitfassal il-pjan operazzjonali.

L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jiżgura li inċidenti relatati mal-użu ta' forza, l-użu ta' armi, munizzjon u tagħmir għandhom jiġu investigati bir-reqqa u jiġu rrapportati mingħajr dewmien lill-forum konsultattiv u lid-Direttur Eżekuttiv. Ir-riżultati tal-investigazzjoni għandhom jintbagħtu lill-kumitat konsultattiv.

L-attivitajiet kollha relatati mal-użu ta' forza, armi, munizzjon u tagħmir għandhom jiġu ssorveljati regolarment mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, u l-inċidenti kollha għandhom jiġu rappurtati fir-rapporti tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll fir-Rapport Annwali tal-Aġenzija.

5.   Provvista ta' armi tas-servizz

Awtorizzazzjoni ta' armi

Sabiex jiġu determinati eżattament l-armi tas-servizz, il-munizzjon u tagħmir ieħor li għandu jintuża mill-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi lista eżawrjenti li għandha tiġi inkluża fis-sett ta' tagħmir personali.

Is-sett ta' tagħmir personali għandu jintuża mill-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija skjerat bħala membri tat-tim tat-tliet tipi ta' timijiet skjerati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-Aġenzija tista' tikkomplementa wkoll is-sett ta' tagħmir personali b'armi, munizzjon jew tagħmir ieħor addizzjonali speċifiku sabiex jitwettqu kompiti speċifiċi f'tip wieħed jew tnejn ta' timijiet.

L-Aġenzija għandha tiżgura li t-tagħmir kollu pprovdut lill-persunal operazzjonali statutorju, inklużi l-armi tan-nar, ikun konformi mal-għodod standard tekniċi meħtieġa.

L-armi, il-munizzjon u t-tagħmir li huma awtorizzati biex jintużaw għandhom ikunu elenkati fil-pjan operazzjonali f'konformità mar-rekwiżiti dwar armi ammissibbli u pprojbiti tal-Istat Membru ospitanti.

Istruzzjonijiet għall-ħin tax-xogħol

L-armi, il-munizzjon u t-tagħmir jistgħu jinġarru matul l-operazzjonijiet u jistgħu jintużaw biss bħala miżuri tal-aħħar għażla. Il-ġarr jew l-użu tagħhom barra mill-ħin tax-xogħol mhuwiex permess. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi regoli u miżuri speċifiċi biex jiġi faċilitat il-ħżin tal-armi, tal-munizzjon u ta' tagħmir ieħor tal-membri tal-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija barra mill-ħin tax-xogħol f'faċilitajiet sikuri.

ANNESS Va

Kapaċitajiet tal-Istati Membri li jridu jingħataw lill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta permezz tar-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida f'konformità mal-Artikolu 58a

Pajjiż / Sena

 

Il-Belġju

30

Il-Bulgarija

40

Ir-Repubblika Ċeka

20

Id-Danimarka

29

Il-Ġermanja

225

L-Estonja

18

Il-Greċja

50

Spanja

111

Franza

170

Il-Kroazja

65

L-Italja

125

Ċipru

8

Il-Latvja

30

Il-Litwanja

39

Il-Lussemburgu

8

L-Ungerija

65

Malta

6

In-Netherlands

50

L-Awstrija

34

Il-Polonja

100

Il-Portugall

30

Ir-Rumanija

75

Is-Slovenja

35

Is-Slovakkja

35

Il-Finlandja

30

L-Iżvezja

34

[L-Iżvizzera]

16

[L-Iżlanda]

2

[Il-Liechtenstein]*

0

[In-Norveġja]

20

TOTAL

1500

(*) Il-Liechtenstein se jikkontribwixxi permezz ta' appoġġ finanzjarju proporzjonali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmi possibbli biex tiġi żgurata l-attrazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntieri u tal-Kosta

Huwa mistenni li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tiffaċċja ċirkostanzi ta' sfida fis-snin li ġejjin biex tissodisfa l-ħtieġa eċċezzjonali li tirrekluta u żżomm membri tal-persunal kwalifikati mill-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli. Fid-dawl tal-mandat tal-Aġenzija u tal-għadd kbir tal-membri tal-persunal tagħha, huwa essenzjali li jiġu esplorati mekkaniżmi li jippermettu li l-attraenza tal-Aġenzija bħala impjegatur tkun żgurata, billi r-rimunerazzjoni tal-memebri tal-persunal tal-Aġenzija f'Varsavja jiġi adattat, f'konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għaldaqstant, jitolbu li l-Kummissjoni tivvaluta l-bażi u l-modalitajiet għal kwalunkwe tali mekkaniżmu adatt, b'mod partikolari meta tippreżenta l-proposti għar-reviżjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68(33). Kwalunkwe mekkaniżmu tali għandu jkun proporzjonali mal-importanza tal-objettivi segwiti u ma għandux iwassal għal trattament mhux ugwali fost il-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, jekk tali istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jkunu kkonfrontati b'sitwazzjoni simili.

(1)* IL-FINALIZZAZZJONI LEGALI-LINGWISTIKA TA' DAN IT-TEST GĦADHA MA SARITX.
(2)ĠU C , , p. .
(3)ĠU C , , p. .
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019.
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).
(6)Ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 93).
(7)Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).
(8)Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta' Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta' dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbiliet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27.)
(10) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(11)Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(12) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(13) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(15) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(17) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(19)ĠU L 188, 20.7.2007, p. 19.
(20) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(21) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(22) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(23) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(24) ĠU L 243, 16.9.2010, p. 4.
(25) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(26) Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(27) Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
(28)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(29)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
(30)Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(31)ĠU 56, 4.3.1968, p. 1, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013, (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(32)Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(33) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Ottubru 2019Avviż legali